ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.124.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 124

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
11 ta' Mejju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 398/2012 tas-7 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina, fost l-oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 399/2012 tas-7 ta’ Mejju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2012 tas-7 ta’ Mejju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 401/2012 tas-7 ta' Mejju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2012 tal-10 ta’ Mejju 2012 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 403/2012 tal-10 ta’ Mejju 2012 li jemenda għall-170 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

32

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2012 tal-10 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

34

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/16/UE tal-10 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċidu idrokloriku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/250/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2992)  ( 1 )

39

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 35/10/COL tat-3 ta' Frar 2010 li temenda, għat-80 darba, ir-regoli proċedurali u ta' sustanza fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku

40

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi ( ĠU L 123, 9.5.2012 )

56

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 398/2012

tas-7 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina, fost l-oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4), 11(3), 11(5) u 11(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 435/2004 (2), il-Kunsill impona, wara investigazzjoni ta’ antidumping, dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“l-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) u mill-Indoneżja (“l-investigazzjoni oriġinali”). Wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010 (3) impona dazju antidumping definittiv għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin. Il-miżuri ġew stabbiliti fil-livell tad-dumping u jikkonsistu minn dazji antidumping speċifiċi. Ir-rata tad-dazju għar-RPĊ tvarja bejn 0 u 0,11 EUR/kilo għall-produtturi Ċiniżi msemmija individwalment b’rata ta’ dazju residwali ta’ 0,26 EUR/kilo imposta fuq l-importazzjonijiet minn produtturi oħrajn (“id-dazji attwali”).

1.2.   It-talba għal reviżjoni

(2)

Tressqet talba għal reviżjoni parzjali interim (“ir-reviżjoni attwali”) skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku minn Productos Aditivos S. A., l-uniku produttur fl-Unjoni taċ-ċiklamat tas-sodju u l-applikant fl-investigazzjoni oriġinali (“l-applikant”). It-talba kienet limitata fil-kamp tal-applikazzjoni għad-dumping u għal Golden Time Enterprise (Shenzhen) Co., Ltd. (“GT Enterprise” jew “il-kumpanija kkonċernata”), membru tal-grupp Rainbow Rich (“il-grupp tal-kumpaniji kkonċernat”, “il-grupp Rainbow”, jew “Rainbow”), li kien ukoll wieħed mill-produtturi Ċiniżi msemmija individwalment fl-investigazzjoni oriġinali. Id-dazju antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti magħmula mill-GT Enterprise huwa ta’ 0,11 EUR/kilo u d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħra ta’ produzzjoni fi ħdan il-grupp tal-kumpaniji kkonċernat huwa ta’ 0,26 EUR/kilo (jiġifieri r-rata residwa ta’ dazju).

(3)

L-applikant ipprovda evidenza prima facie li l-miżuri eżistenti ma għadhomx biżżejjed biex ipattu għad-dumping li qed jikkawża dannu.

1.3.   Il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali

(4)

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv u ddeterminat li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ Avviż ta’ Inizjazzjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) fis-17 ta’ Frar 2011, il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku limitata għall-eżami tad-dumping safejn għandha x’taqsam il-GT Enterprise.

1.4.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili

(5)

Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa ċ-ċiklamat tas-sodju, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 2929 90 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

(6)

Bħalma ġara fl-investigazzjonijiet preċedenti, din l-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat li ġie magħmul fir-RPĊ u mibjugħ lill-Unjoni huwa identiku f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u tal-użi mal-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indoneżja li serviet ta’ pajjiż analogu fir-reviżjoni attwali. Gћalhekk, qed jiġi konkluż li l-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku fl-Indoneżja u li huma mibjugħa mill-grupp tal-kumpaniji kkonċernat fis-suq tal-Unjoni huma prodotti simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

1.5.   Il-partijiet ikkonċernati

(7)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-applikant, lill-kumpanija kkonċernata u lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat dwar il-bidu tar-reviżjoni attwali. Il-Kummissjoni avżat ukoll lill-produtturi fl-Indoneżja dwar il-bidu tal-proċedimenti, ladarba l-Indoneżja kienet ikkunsidrata bħala pajjiż li jista’ jkun analogu.

(8)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jingħataw smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Avviż ta’ Inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(9)

Biex tikseb it-tagħrif li qieset meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-kumpanija kkonċernata u rċeviet tweġibiet minn ħames kumpaniji fil-Grupp Rainbow fi żmien l-iskadenza stipulata għal dan l-għan. (Billi l-grupp Rainbow bħalissa jikkonsisti minn żewġ kumpaniji ta’ produzzjoni (waħda minnhom hija l-GT Enterprise), fornitur wieħed tal-materja prima, kumpanija li qabel kienet involuta fil-prodott ikkonċernat, imma li bħalissa tinsab fi stat ta’ inattività, u negozjant f’Hong Kong, ir-reviżjoni inkludiet l-attivitajiet tal-grupp sħiħ). Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-produtturi fl-Indoneżja. Produttur Indoneżjan wieħed wera r-rieda li jipprovdi t-tagħrif fir-reviżjoni attwali u pprovda tweġiba parzjali għall-kwestjonarju.

(10)

II-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li dehrilha kien meħtieġ għall-analiżi tat-trattament ta’ ekonomija tas-suq u t-trattament individwali u biex jiġi stabbilit id-dumping. Il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-membri li ġejjin tal-grupp tal-kumpaniji kkonċernati:

Golden Time Enterprises (Shenzhen) Co. Ltd., Shenzhen, PRC, (GT Enterprise),

Jintian Industrial (Nanjing) Co., Ltd., Nanjing, PRC,

Golden Time Chemical (Jiangsu) Co. Ltd., Jiangsu, PRC,

Nanjing Jinzhang Industrial Co. Ltd., Nanjing, PRC,

Rainbow Rich Ltd., Hong Kong.

1.6.   Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni

(11)

L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew il-“PIR”).

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   It-trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES)

(12)

Fl-investigazzjonijiet antidumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tiegħu. Fil-qosor, u għall-ħeffa tar-referenza biss, il-kriterji fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, li l-kumpaniji applikanti jridu juru li jissodisfaw, huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:

id-deċiżjonijiet u l-kostijiet tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat u l-ispejjeż tal-materjali ewlenin użati fil-produzzjoni jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq,

il-kotba tal-kontijiet huma awditjati indipendentement skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u applikati għall-għanijiet kollha,

ma hemm l-ebda distorsjonijiet sinifikanti li ntirtu mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq,

iċ-ċertezza legali u l-istabbiltà huma ggarantiti mil-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà,

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq.

(13)

Il-grupp tal-kumpaniji kkonċernat talab TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u ressqu formoli ta’ talba għall-erba’ produtturi li jinsabu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fil-bini tal-kumpaniji t-tagħrif kollu li tressaq fit-talbiet tal-kumpaniji u li tqies meћtieġ.

(14)

Ir-reviżjoni attwali żvelat li l-qagħda tal-kumpanija kkonċernata nbidlet mill-investigazzjoni oriġinali ‘l hawn. Instab li l-GT Enterprise ma għadhiex tissodisfa l-kriterji kollha tat-TES. Barra minn dan, meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali, il-grupp Rainbow kien tkabbar u ġie ristrutturat. Il-kumpaniji l-oħra fi ħdan il-grupp li ressqu l-formoli ta’ talba ma setgħux lanqas juru li jissodisfaw il-kriterji kollha tat-TES.

(15)

Fir-rigward tal-kriterju 1 dwar id-deċiżjonijiet tan-negozju u l-indħil mill-istat, instab li l-gvern lokali għandu l-awtorità li jindaħal fi kwistjonijiet dwar min jiddaħħal jaħdem u min jitkeċċa f’waħda mill-kumpaniji fi ħdan il-grupp Barra minn dan, il-gvern lokali huwa azzjonist prinċipali fil-kumpanija li tipproduċi l-materja prima. Ġew identifikati indikazzjonijiet ta’ indħil sinifikanti mill-istat fil-forniment tal-materja prima lill-kumpanija (l-elettriku u l-ilma) u mill-kumpanija lill-kumpaniji relatati tagħha, fi spejjeż tax-xogħol u fl-operazzjonijiet u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ din il-kumpanija. Bħala eżempju, l-azzjonist statali ta l-persunal b’kuntratt lill-produttur tal-materja prima b’termini li l-kumpanija ma setgħetx tispeċifika. Barra minn dan, il-kumpanija qed tagħmel it-telf b’mod kontinwu minħabba l-bejgħ tal-materja prima bi prezzijiet eċċezzjonalment baxxi lill-kumpaniji relatati tagħha u mingħajr ma jkun hemm aktar kumpens eż. fil-forma ta’ distribuzzjoni tal-profitt. Permezz tal-akkumulazzjoni ta’ dawn it-telfiet, il-produttur statali tal-materja prima influwenza d-deċiżjonijiet tal-kumpaniji relatati fir-rigward tax-xiri tal-materja prima għall-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju. Finalment, seta’ jiġi identifikat li aġenzija tal-gvern lokali ndaħlet u influwenzat id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-investiment ta’ kumpanija oħra fi ħdan il-grupp.

(16)

Fir-rigward tal-kriterju 2 dwar il-kontabilità, l-investigazzjoni wriet li l-kotba tal-kontijiet tal-membri kollha tal-grupp tal-kumpaniji kkonċernati ma kinux konformi mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità ladarba għadd ta’ nuqqasijiet u żbalji ta’ kontabilità nstabu li ma ġewx irrappurtati mill-awdituri.

(17)

Fir-rigward tal-kriterju 3, instab li d-distorsjonijiet intirtu mis-sistema ta’ ekonomija mhux tas-suq permezz tal-forniment ta’ investimenti fl-infrastruttura bla ħlas lil kumpanija waħda mill-grupp. L-istess kumpanija bbenefikat minn kundizzjonijiet tal-kiri favorevoli għall-art li tuża. Il-kumpaniji l-oħra fi ħdan il-grupp ma setgħux juru li kisbu d-drittijiet tal-użu tal-art tagħhom bi tpattija għal konsiderazzjoni u/jew li l-konsiderazzjoni kienet tirrifletti l-valur tas-suq. Finalment, kumpanija minnhom ma setgħetx turi li t-trasferiment ta’ ċerti assi saru għal konsiderazzjoni monetarja jew inkella bi prezzijiet li jirriflettu l-valuri tas-suq.

(18)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kriterji 4 u 5, instab li l-kumpaniji ssodisfaw il-kriterji ladarba l-kumpaniji kienu suġġetti għall-falliment u l-liġijiet tal-proprjetà li ggarantixxew l-istabbiltà u ċ-ċertezza legali. Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju saru fir-rata uffiċjali ppubblikata mill-Bank taċ-Ċina, jew wara li din ġiet ippubblikata.

(19)

Il-grupp tal-kumpaniji kkonċernat u l-applikant ingħataw l-opportunità li jikkummentaw fuq is-sejbiet ta’ hawn fuq. L-applikant ma kellu l-ebda kummenti imma l-grupp tal-kumpaniji kkonċernat oġġezzjona minħabba diversi raġunijiet. Xi wħud minn dawn il-kummenti kienu rripetuti wara li sar l-iżvelar finali tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie propost li jiġu imposti miżuri definittivi. L-aktar kummenti importanti li waslu huma deskritti fil-premessi hawn taħt.

(20)

Fil-bidu nett il-grupp Rainbow iddikjara li l-Kummissjoni b’mod illegali imponiet obbligu biex ikun jista’ jikkwalifika mill-ġdid għat-TES ladarba l-grupp kien ingħata t-TES fl-investigazzjoni oriġinali u r-reviżjoni ta’ skadenza u għaldaqstant kien hemm ksur tal-obbligu legali li fir-reviżjonijiet tintuża l-istess metodoloġija li ntużat fl-investigazzjoni oriġinali. Hu argumenta li l-Kummissjoni ma wrietx li ċ-ċirkustanzi ta’ din il-kumpanija nbidlu b’xi mod li kien jiġġustifika metodu differenti minn dak applikat fl-investigazzjoni oriġinali. Skont l-applikant, ħafna mill-kwistjonijiet identifikati mill-Kummissjoni kienu diġà jeżistu meta saret l-investigazzjoni oriġinali u għaldaqstant is-sejbiet il-ġodda tal-Kummissjoni ma jirrelatawx maċ-ċirkostanzi l-ġodda imma huma biss interpretazzjoni differenti tal-istess ċirkustanzi.

(21)

Għandu jiġi nnutat li, kontrarjament għad-dikjarazzjoni tal-applikant, l-istess metodoloġija kienet applikata kemm fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll fir-reviżjoni attwali filwaqt li ttieħed rendikont dovut tal-fatt li ċerti ċirkustanzi tbiddlu mill-investigazzjoni oriġinali ‘l hawn. Anki kieku l-argument tal-applikant ikun korrett fir-rigward ta’ ċerti fatti li kienu tabilħaqq l-istess kemm matul l-investigazzjoni oriġinali kif ukoll matul dik preżenti, jiġifieri fir-rigward tal-ftehim dwar id-dritt tal-użu tal-art tal-GT Enterprise, jistgħu jiġu nnutati dawn li ġejjin. Ir-reviżjoni attwali stabbiliet fatti addizzjonali oħra li — għalkemm kienu diġà jeżistu matul l-investigazzjoni oriġinali — ma ġewx żvelati dak iż-żmien mill-GT Enterprise, bħalma hi l-awtorità tal-gvern lokali biex japprova min jiddaħħal jaħdem u min jitkeċċa. Finalment, iċ-ċirkustanzi tal-kumpanija nbidlu wkoll mindu saret l-investigazzjoni oriġinali fir-rigward tal-kriterju 2. Dan għaliex ġie stabbilit fir-reviżjoni attwali li matul il-PIR, il-GT Enterprise ma kellhiex sett ċar ta’ kotba tal-kontijiet li kienu awditjati b’mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u applikati għall-għanijiet kollha.

(22)

L-applikant wara spjega li fl-opinjoni tiegħu hu kien żvela l-awtorità tal-gvern biex japprova min jiddaħħal jaħdem u min jitkeċċa billi pprovda fl-investigazzjoni oriġinali l-istess Artikoli ta’ Assoċjazzjoni bħal ma għamel fir-reviżjoni attwali. Madankollu, it-traduzzjoni ta’ dan id-dokument ipprovdut mill-applikant kemm matul l-investigazzjoni oriġinali kif ukoll f’dik attwali ma kinitx kompluta ladarba ma żvelatx is-setgħat mogħtija lill-gvern lokali permezz tal-Artikoli tal-Assoċjazzjoni.

(23)

Il-grupp Rainbow kompla jargumenta li r-reġim tat-TES kien introdott għall-pajjiżi b’ekonomija fi tranżizzjoni, jiġifieri dawk li għaddejjin mis-sistema preċedenti li ma kinitx ibbażata fuq ekonomija tas-suq lejn waħda bbażata fuq ekonomija tas-suq. Għaldaqstant ma jagħmilx sens li kumpanija li qabel ikkwalifikat għat-TES ikollha bżonn terġa’ tressaq evidenza biżżejjed f’reviżjoni interim biex turi li għadha tikkwalifika għat-TES. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li m’hemm xejn fir-Regolament bażiku li jappoġġa tali interpretazzjoni u li ma jippermettix l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku fir-reviżjonijiet li nbdew b’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi miċħud.

(24)

Il-grupp Rainbow invoka wkoll ir-rekwiżit proċedurali fl-Artikolu 2(7)(c) li d-determinazzjoni tat-TES għandha ssir fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni. Il-grupp Rainbow innifsu jirrikonoxxi li jekk tinqabeż din l-iskadenza mhix raġuni biżżejjed fiha nnifisha biex jiġu kkontestati r-riżultati tal-investigazzjoni, imma hu jenfasizza li s-servizzi tal-Kummissjoni diġà kellhom it-tagħrif kollu meħtieġ biex jikkalkulaw il-marġini tad-dumping għad-dispożizzjoni tagħhom meta ġew żvelati s-sejbiet tat-TES. Fl-argumentazzjoni tiegħu, il-grupp Rainbow madankollu jinjora l-fatt li anki jekk, għal raġunijiet ta’ effiċjenza ammistrattiva, il-Kummissjoni talbet u vverifikat it-tagħrif kollu mill-grupp tal-kumpaniji kkonċernat fl-istess waqt, ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha t-tagħrif dwar il-pajjiż analogu li kien jagħmilha possibbli li jiġi ddeterminat il-marġini tad-dumping f’każ li t-TES jiġi rrifjutat. Tabilħaqq, it-tagħrif li jikkonċerna l-valur normali fil-pajjiż analogu sar disponibbli għall-Kummissjoni biss wara li s-sejbiet li jikkonċernaw lit-TES ġew żvelati lill-grupp Rainbow. Għaldaqstant, il-waqt tad-determinazzjoni tat-TES ma setax kellu impatt fuq il-kontenut tiegħu. Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, din it-talba qiegħda tiġi rrifjutata bħala waħda bla bażi.

(25)

Fir-rigward tal-kriterju 1, tressaq kumment ġenerali li l-possibbiltà teoretika per se li l-istat qed jinfluwenza jew jikkontrolla ma tfissirx awtomatikament li attwalment hemm indħil sinifikanti mill-istat fi ħdan l-Artikolu 2(7)(c). Il-grupp Rainbow repetittivament jikkwota deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza (5) biex jargumenta li l-kontroll mill-istat mhuwiex l-istess bħall-indħil sinifikanti mill-Istat ladarba dan “iwassal għall-esklużjoni, fil-prinċipju, ta’ kumpaniji li huma kkontrollati mill-istat mill-intitolament għat-TES, irrispettivament mill-kuntest fattwali, legali u ekonomiku reali li fih jaħdmu.” Il-grupp Rainbow jiddikjara wkoll li dan ikun ifisser oneru tal-prova mhux raġonevoli fuq l-applikanti tat-TES kieku dawn kellhom juru li qatt ma jista’ jkun possibbli li l-Istat jindaħal fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Barra minn hekk, hu jargumenta li sabiex l-azzjoni tal-istat ma tkunx konformi mal-kriterju 1 din ikollha trendi d-deċiżjonijiet tal-kumpanija bħala inkompatibbli mal-kunsiderazzjonijiet tas-suq.

(26)

Kuntrarjament għad-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq magħmula mill-grupp Rainbow, l-investigazzjoni attwali stabbiliet indħil speċifiku u sinifikanti mill-istat fit-tħaddim ta’ diversi kumpaniji fi ħdan il-grupp. Fil-każ tal-kumpanija tal-grupp fejn il-kwistjonijiet dwar min jiddaħħal jaħdem u min jitkeċċa kienu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-gvern lokali, huma r-regoli tal-kumpanija nnifisha dwar it-tħaddim intern, jiġifieri, l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni tagħha, li b’mod ċar jagħtu lill-Istat l-awtorità li jindaħal fid-deċiżjonijiet dwar l-operat tagħha. Fil-każ ta’ kumpanija oħra mill-grupp, l-Istat imsieħeb instab li kien influwenza lill-kumpanija b’mod li huwa inkompatibbli mal-kunsiderazzjonijiet tas-suq. L-ewwel nett, l-Istat imsieħeb ikkontribwixxa l-maġġoranza tal-kapital lil din il-kumpanija mingħajr ma dan il-fatt ġie rifless fis-sehem tas-sjieda tiegħu fil-kumpanija. It-tieni, l-operazzjonijiet tal-kumpanija dejjem kienu jagħmlu t-telf, u dan kien l-aktar ta’ ħsara għall-istat imsieħeb meta wieħed jikkunsidra l-kapital li investa. It-tielet, l-Istat imsieħeb innifsu għamel telf kontinwu ladarba forna materjali użati fil-produzzjoni bħalma huma l-ilma u l-elettriku lill-kumpanija tal-grupp bi prezzijiet li kienu inqas minn dawk tas-suq u mingħajr irċevuta xierqa ta’ pagament.

(27)

Dwar il-konklużjoni ta’ indħil mill-istat fid-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-investiment ta’ membru ieħor tal-grupp tal-kumpaniji kkonċernat, ġie nnutat li s-sejbiet fattwali tal-Kummissjoni rigward self u l-kundizzjonijiet tas-self kienu inkorretti. Madankollu, il-Kummissjoni għandha evidenza, miġbura waqt il-verifika, li turi li l-kumpanija ngħatat struzzjonijiet minn aġenzija tal-gvern lokali biex tieħu self li ma kienx relatat mal-operazzjonijiet kummerċjali tagħha. Il-kumpanija tirraġuna li d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament ittieħdu favur din l-agenzija tal-gvern u mhux bħala obbligu u li t-tranżazzjoni kkonċernata ma kinitx se tkun ta’ aktar riskju għall-kumpanija ladarba kien ikollha l-possibbiltà li tfittex kumpens permezz tan-nuqqas ta’ ħlasijiet ta’ fatturi għall-utilitajiet maħruġa lilhom mill-aġenzija. L-evidenza miġbura mill-Kummissjoni turi li d-dritt tal-użu tal-art tal-kumpanija huwa użat indirettament bħala sigurtà fit-tranżazzjoni finanzjarja rilevanti u għaldaqstant il-kumpanija qiegħda ġġorr riskju sinifikanti. Id-dritt tal-użu tal-art innifsu nkiseb permezz tal-istess aġenzija tal-gvern li lilha l-kumpanija tallega li pprovdiet biss favur. L-allegazzjoni li kumpens seta’ kien possibbli permezz tan-nuqqas ta’ ħlas għall-utilitajiet turi li hemm nuqqas ta’ fehim bażiku tal-istandards bażiċi tal-kontabilità (tpaċija) u tikkontradixxi t-talba l-oħra tal-kumpanija li l-influwenza fuq l-operazzjonijiet finanzjarji ma tfissirx influwenza fuq “deċiżjonijiet dwar ditti fir-rigward tal-prezzijiet, spejjeż u materjali” kif meħtieġ mill-Artikolu 2(7)(c). Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet dwar l-investiment huma influwenzati b’mod ċar u sinifikanti mill-aġenzija tal-gvern ladarba hemm rekwiżiti li huma speċifiċi għall-kumpanija stipulati fil-ftehim dwar id-dritt tal-użu tal-art tal-kumpanija dwar l-investiment li għandu jsir u dawn ir-rekwiżiti jmorru lil hinn mil-liġijiet lokali dwar l-ippjanar tal-użu tal-art kuntrarjament ta’ dak li ġie ssuġġerit mill-kumpanija. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni li l-indħil mill-Istat fid-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-investiment ma jammontax għal influwenza skont l-Artikolu 2(7)(c) qiegħda tiġi rrifjutata.

(28)

Rigward il-kumpanija tal-grupp li tipproduċi waħda mill-materja prima użata fil-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju, ġie ddikjarat li kull nuqqas fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpanija u s-sitwazzjoni finanzjarja jkollu impatt limitat sew ladarba l-materja prima li saret minn din il-kumpanija tirrappreżenta biss madwar 10 % tal-ispiża tal-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju. Ladarba l-Kummissjoni setgħet tikkalkula d-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ profitabbli u l-prezz tal-bejgħ attwali tal-materja prima, il-kumpanija tissuġġerixxi li flok jiġi rrifjutat it-TES ikun aktar xieraq li jiġu aġġustati l-ispejjeż tal-materja prima bi prezz baxx. Madankollu, l-għan tal-valutazzjoni tat-TES huwa li jiġi assigurat li l-materjali jirriflettu l-valuri tas-suq u li d-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq. Għandu jiġi nnutat li l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku espliċitament jeħtieġ li l-ispejjeż tal-materjali ewlenin użati fil-produzzjoni sostanzjalment jirriflettu l-valur tas-suq sabiex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tat-TES mingħajr ma ssir l-ebda referenza għall-possibbiltà li jiġu aġġustati l-ispejjeż qarrieqa tal-materjali ewlenin użati fil-produzzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

(29)

Id-dikjarazzjoni tal-kumpanija dwar il-prezzijiet eċċezzjonalment baxxi mħallsa għall-ilma u l-elettriku u l-ispejjeż tax-xogħol — bl-argument li dawn mhumiex materjali ewlenin użati fil-produzzjoni li jirrappreżentaw total ta’ madwar 14 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni tal-materja prima — kellha tiġi rrifjutata ladarba din hija kkunsidrata, kemm individwalment kif ukoll b’mod kumulattiv, element ta’ spiża sinifikanti biżżejjed biex ikollha impatt fuq l-ispejjeż totali tal-kumpanija. Fil-każ tal-ispejjeż tax-xogħol qed jiġi nnutat ukoll li ma kienx possibbli li dawn l-elementi jiġu vverifikati bis-sħiħ ladarba l-kumpanija ma setgħetx tipprovdi kuntratti jew dokumentazzjoni oħra. Għaldaqstant ma setax jiġi assigurat li dawn l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq.

(30)

Fir-rigward tal-kriterju 2 ġie argumentat li l-Kummissjoni injorat il-prinċipju ta’ materjalità li b’konformità miegħu l-ommissjonijiet jew id-dikjarazzjonijiet skorretti tal-oġġetti jkunu materjali biss jekk ikunu jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jagħmlu abbażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u li nuqqasijiet immaterjali bħal dawn lanqas ma jkunu jeħtieġu li jiġu rrappurtati mill-awditur.

(31)

Kuntrarjament għal dak li qed jiddikjara l-grupp, kien hemm nuqqasijiet serji fil-kontabilità tal-kumpaniji fir-rigward tal-prinċipji bażiċi tal-kontabilità (għal aktar dettalji ara l-paragrafu li jmiss). It-tieni, l-objettiv li jkun hemm bżonn ta’ sett ċar ta’ kontijiet għall-iskopijiet tat-TES mhuwiex intiż għal utent li jagħmel deċiżjonijiet ekonomiċi imma biex jiżgura li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji jipprovdu stampa veru u ġusta tal-postijiet, l-ispejjeż, eċċ. L-objettiv tal-investigazzjoni tat-TES huwa li tistabbilixxi jekk il-kontijiet jinżammux u jiġux awditjati b’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(32)

Il-grupp Rainbow argumenta li l-kumpaniji tiegħu kisru l-elementi tar-regoli tal-IAS u l-prassi tal-kontabilità msemmija fil-valutazzjoni tat-TES bħalma huma l-prinċipju tad-dovuti, il-prinċipju tar-rappreżentazzjoni fidila tat-tranżazzjonijiet u t-tpaċija, il-prinċipju ta’ negozju attiv, il-klassifikazzjoni korretta tal-karti ta’ bilanċ, l-għarfien tat-telf, dawk it-tranżazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet biss li huma relatati man-negozju fil-kontijiet, il-klassifika u d-deprezzament korretti tal-infiq, ir-rispett lejn l-IAS u/jew ir-regoli Ċiniżi tal-GAAP dwar l-għarfien tal-valur u d-deprezzament tal-assi. Il-ksur tal-IAS imsemmija hawn fuq ġie identifikat mit-tagħrif ipprovdut mill-grupp fil-formola ta’ talba tat-TES tiegħu u l-kwistjonijiet kollha kienu suġġetti għall-verifika fuq il-post tal-kumpaniji. L-argumenti ppreżentati mill-kumpaniji dwar dawn il-kwistjonijiet wara l-iżvelar tas-sejbiet tat-TES ma kinux tali li jeħtieġu bidla fil-konklużjoni li, fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet, il-kumpaniji ma ssodisfawx il-kriterju 2.

(33)

Fir-rigward tal-kriterju 3, il-grupp Rainbow iddikjara li l-forniment ta’ investiment ta’ infrastruttura bla ħlas lil kumpanija waħda hija attività normali li sseħħ ukoll fl-ekonomiji tas-suq sabiex tattira l-investimenti u li l-impatt ta’ dan l-issussidjar ikun negliġibbli fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija fil-PIR. Madankollu, il-fatt li kumpanija tkun tista’ tevita l-pagamenti għall-iżviluppi fl-infrastruttura u fl-istess waqt tibbenefika minn prezzijiet ta’ kera baxxi ħafna għall-istess art ma jirriflettix sitwazzjoni normali f’ekonomija tas-suq. Dan il-benefiċċju min-naħa l-oħra kellu impatt dirett fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija tal-produzzjoni u l-abbiltà tagħha li tieħu deċiżjonijiet b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq.

(34)

Il-Kummissjoni aċċettat l-argumenti tal-applikant li jikkonċernaw id-dritt tal-użu tal-art tal-GT Enterprise kif spjegat fil-premessa (21). L-argumenti li ġew ippreżentati dwar id-dritt tal-użu tal-art mill-kumpaniji l-oħra madankollu ma kinux tali li jreġġgħu s-sejbiet ladarba l-kumpanija nnifisha tagħraf li f’każ wieħed hi ma ħallsitx l-ammont miftiehem għad-dritt tal-użu tal-art. Fil-każ ta’ dritt ieħor tal-użu tal-art, il-grupp Rainbow iddikjara li l-prezzijiet tal-art f’dak ir-reġjun kienu qegħdin jogħlew sew u għaldaqstant huwa normali li xi ftit snin wara d-data tal-akkwist tagħha kien hemm żieda sinifikanti fil-valutazzjoni tal-art. Madankollu, l-evidenza pprovduta mill-kumpanija għamlet referenza għal żidiet fil-prezzijiet ta’ proprjetatjiet residenzjali fir-reġjun u għaldaqstant hija irrelevanti. Fl-aħħar nett, il-grupp Rainbow iddikjara li l-approċċ tal-Kummissjoni li teħtieġ evidenza pożittiva li kumpanija ħallset prezz li jirrifletti l-valur tas-suq jimponi oneru tal-prova mhux raġonevoli. Madankollu, l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku jeħtieġ b’mod espliċitu li talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq għandha “tinkludi evidenza biżżejjed li l-produtturi joperaw skont il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq”. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rrifjutat.

(35)

Il-grupp Rainbow jikkontesta s-sejba dwar l-assi trasferiti f’kumpanija waħda mingħajr konsiderazzjoni monetarja jew inkella bi prezzijiet li jirriflettu l-valuri tas-suq fuq il-bażi li din il-kumpanija kienet waqqfet il-produzzjoni fil-PIR. Il-kumpanija kienet tabilħaqq waqqfet il-produzzjoni. Madankollu, il-kumpanija kienet għadha tbiegħ fis-suq domestiku il-prodotti li kienu ġew magħmula preċedentement. Għaldaqstant kellha ssir valutazzjoni tat-TES għal din il-kumpanija kif ukoll biex jiġi assigurat li ma kienx hemm distorsjonijiet sinifikanti li ntirtu mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq li setgħu affettwaw il-prezzijiet.

(36)

Għaldaqstant huwa kkunsidrat li l-GT Enterpreise naqset milli tissodisfa l-ewwel u t-tieni kriterji għat-TES, Jintian Industrial (Nanjing) Ltd. naqset milli tissodisfa t-tieni u t-tielet kriterji, Golden Time Chemical (Jiangsu) Ltd. naqset milli tissodisfa l-ewwel, it-tieni u t-tielet kriterji għat-TES u Nanjing Jinzhang Industrial Ltd. naqset milli tissodisfa l-ewwel, it-tieni u t-tielet kriterji. Jekk kumpanija relatata waħda assoċjata mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat ma tikkwalifikax għat-TES, it-TES ma jistax jingħata lill-grupp tal-kumpaniji relatati. Għaldaqstant, ladarba l-kumpaniji kollha li ġew ivvalutati individwalment għat-TES naqsu milli jissodisfaw il-kriterji rilevanti, ġie konkluż li l-grupp Rainbow ma jistax jingħata t-TES. F’dawn iċ-ċirkostanzi, wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, il-grupp tal-kumpaniji kkonċernat ma ngħatax it-TES.

2.2.   It-trattament individwali (TI)

(37)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju li japplika għall-pajjiż kollu, jekk ikun jeżisti, huwa stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, minbarra f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku sabiex jingħataw it-TI. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

fil-każ ta’ ditti jew impriżi konġunti li jappartjenu bis-sħiħ jew parzjalment lill-barranin, l-esportaturi jkunu liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti,

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma determinati liberalment,

il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fuq il-Bord tad-Diretturi jew li għandhom karigi maniġerjali prinċipali għandhom jew ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija xorta waħda hija indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat;

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu bir-rata tas-suq, u

l-indħil mill-Istat mhuwiex tali li jippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħatawlhom rati differenti ta’ dazju.

(38)

Iż-żewġ produtturi esportaturi fil-grupp li esportaw iċ-ċiklamat tas-sodju matul il-PIR iddikjaraw it-TI. Ma kienx meħtieġ li ssir valutazzjoni tat-TI għall-kumpaniji l-oħra fil-grupp Rainbow ladarba mhumiex esportaturi tal-prodott ikkonċernat. Abbażi tat-tagħrif disponibbli u vverifikat waqt iż-żjarat ta’ verifika, instab li dawn iż-żewġ produtturi esportaturi ssodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk seta’ jingħatalhom it-TI.

2.3.   Id-Dumping

2.3.1.   Il-pajjiż analogu

(39)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatalhomx TES għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (pajjiż analogu).

(40)

Fl-Avviż ta’ Inizjazzjoni, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lill-Indoneżja (il-pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali) bħala pajjiż analogu xieraq għall-fini li jiġi stabbilit il-valur normali u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar dan.

(41)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar l-għażla tal-pajjiż analogu.

(42)

Il-Kummissjoni fittxet il-kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi fl-Indoneżja. Intbagħtu ittri u kwestjonarji rilevanti lill-kumpaniji kollha magħrufa. Mid-diversi kumpaniji kkuntattjati, produttur wieħed biss issottometta t-tagħrif meħtieġ għad-determinazzjoni tal-valur normali u qabel li jikkoopera parzjalment mar-reviżjoni. Ladarba l-kumpanija ma setgħetx taċċetta żjara ta’ verifika fuq il-post tagħha, il-Kummissjoni analizzat it-tagħrif ipprovdut għall-kompletezza u l-konsistenza. It-tagħrif instab li ma kienx biżżejjed u affidabbli għad-determinazzjoni tal-valur normali u, meta dan kien meħtieġ, il-produttur Indoneżjan ipprovda l-kjarifikazzjonijiet mitluba mill-Kummissjoni. It-tagħrif użat ġie kontroverifikat bit-tagħrif ipprovdut fit-talba għar-reviżjoni.

(43)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-Indoneżja għandha suq kompetittiv għall-prodott simili.

(44)

L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-volum ta’ produzzjoni tal-produttur Indoneżjan li kkoopera jikkostitwixxi konsiderevolment aktar minn 5 % tal-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, b’hekk il-produzzjoni kienet rappreżentattiva f’termini ta’ volum. Fir-rigward tal-kwalità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards tal-prodott simili fl-Indoneżja, ma nstabux differenzi globali kbar meta mqabbla mal-prodotti Ċiniżi. B’hekk, is-suq Indoneżjan ġie kkunsidrat bħala rappreżentattiv biżżejjed għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(45)

Qed jiġi nnutat li minn dak li huwa magħruf mill-Kummissjoni m’hemmx faċilitajiet ta’ produzzjoni oħra band’oħra fid-dinja, minbarra l-produtturi magħrufa fi Spanja, ir-RPĊ u l-Indoneżja.

(46)

Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq ġie konkluż li l-Indoneżja tikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

2.3.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(47)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tat-tagħrif li tressaq mill-produttur fil-pajjiż analogu kif stabbilit hawn taħt. Qed jiġi nnutat li l-produttur Indoneżjan ġie investigat f’investigazzjoni preċedenti dwar l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju mill-Indoneżja (6). Id-dejta li issa ġiet ipprovduta mill-kumpanija fir-risposta tagħha għall-kwestjonarju nstabet li kienet affidabbli u hija bażi soda biex fuqha jiġi stabbilit il-valur normali għall-iskopijiet ta’ din l-investigazzjoni. Tabilħaqq, il-prezzijiet medji tal-bejgħ kif ukoll il-kost medju tal-produzzjoni segwew xejra simili f’konformità mal–evoluzzjoni tal-kost medju tal-materja prima. Barra minn hekk, din ix-xejra tista’ tiġi kkonfermata permezz ta’ evoluzzjoni simili tal-kost medju tal-materja prima osservata fis-suq tal-Unjoni.

(48)

Il-bejgħ domestiku tal-produttur Indoneżjan tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv f’termini ta’ volum meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-grupp tal-kumpaniji kkonċernat fir-RPĊ.

(49)

Sussegwentament il-Kummissjoni identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti, mibjugħa domestikament mill-produttur fil-pajjiż analogu, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. It-tip ta’ prodott standard tal-produttur Indoneżjan instab li kien direttament komparabbli.

(50)

Għat-tip ta’ prodott standard mibjugħ mill-produttur fil-pajjiż analogu fis-suq domestiku tiegħu u misjub li huwa komparabbli direttament mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-iskopijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgћ domestiku ta’ tip partikolari taċ-ċiklamat tas-sodju tqies bћala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali ta’ dak it-tip matul il-PI rrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali ta’ bejgћ tat-tip komparabbli esportat lejn l-Unjoni mill-grupp tal-kumpaniji kkonċernat.

(51)

Twettaq ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku jistax jiġi meqjus bħala wieħed li sar fl-andament normali tal-kummerċ, billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti skont it-tip ta’ prodott standard fis-suq domestiku waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni. Minħabba li l-volum ta’ bejgħ bi profitt tal-prodott simili għal kull tip ta’ prodott irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip u fejn il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien ugwali jew aktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkolat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PI, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx bi profitt jew le.

(52)

Fid-determinazzjoni tal-valur normali għat-tip ta’ prodott li ma ġiex mibjugħ fis-suq domestiku mill-produttur fil-pajjiż analogu, intuża l-prezz medju peżat tal-bejgħ kollu tat-tip ta’ prodott standard, wara li ġie aġġustat skont id-differenti li jeżistu fiż-żewġ tipi tal-prodott.

2.3.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(53)

Il-produtturi esportaturi kollha fi ħdan il-grupp tal-kumpaniji kkonċernat biegħu esportazzjonijiet lejn l-Unjoni permezz tal-kumpaniji kummerċjali relatata tagħhom li jinsabu barra mill-Unjoni. Il-bejgħ tal-esportazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-prodott meta mibjugħ mill-kumpanija kummerċjali relatata lill-Unjoni, jiġifieri lil xerrej indipendenti, b’mod konformi mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli.

2.3.4.   It-tqabbil

(54)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ livell ta’ prezz mill-fabbrika. Sabiex jiġi assigurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet dovuti f’forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezz u l-possibbiltà tat-tqabbil tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, fejn kien applikabbli u appoġġat minn evidenza verifikata, saru aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u tal-ispejjeż anċillari, u fl-ispejjeż tal-kreditu.

2.3.5.   Il-marġni ta’ dumping

(55)

Il-marġni ta’ dumping ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja peżata ta’ valur normali ma’ prezz tal-esportazzjoni medju peżat għall-produtturi esportaturi kollha, skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(56)

Dan it-tqabbil wera marġni ta’ dumping ta’ 14,2 %, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas.

2.4.   In-natura dejjiema taċ-ċirkostanzi mibdula

(57)

Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi li fuq il-bażi tagħhom ġie msejjes il-marġni ta’ dumping attwali nbidlux u jekk dan it-tibdil huwiex ta’ natura dejjiema.

(58)

Is-sejbiet attwali huma bbażati fuq ir-rifjut tat-talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq lill-grupp tal-kumpaniji kkonċernat fir-reviżjoni attwali filwaqt li l-membru tal-grupp tal-kumpaniji relatati li ġew investigati fl-investigazzjoni oriġinali, GT Enterprise, ingħata t-TES. Iċ-ċirkustanzi li waslu għall-konklużjoni differenti huma qabel xejn minħabba l-fatt li fir-reviżjoni attwali erba’ kumpaniji fi ħdan il-grupp ġew investigati meta mqabbla mal-GT Enterprise biss fl-investigazzjoni oriġinali. Riċentament il-grupp tkabbar u ġie riorganizzat b’investimenti konsiderevoli u ma hemm l-ebda indikazzjoni li din is-sitwazzjoni se tinbidel fil-futur previst. It-tieni, fir-rigward tal-GT Enterprise, instab li l-prattika tal-kumpanija li ma żżommx sett ċar ta’ kontabilità awditjat b’konformità mal-istandard internazzjonali tal-kontabilità hija prattika stabbilita u xejn ma jindika li din se tinbidel fil-futur. Barra minn hekk, l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni tagħha li jippermettu li jkun hemm influwenza mill-istat ilhom fis-seħħ għal perjodu itwal u ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn se jiġu emendati fil-futur. F’dawn iċ-ċirkustanzi, qed jiġi kkunsidrat li l-istatus mhux ta’ TES tal-grupp huwa ta’ natura dejjiema.

(59)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni, l-investigazzjoni turi ċerta stabbiltà fil-politiki tal-prezzijiet tal-grupp tal-kumpaniji kkonċernat fuq perjodu itwal ladarba l-prezz tal-prodott ikkonċernat mitlub mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi oħra ma kienx differenti b’mod sinifikanti u segwa l-istess xejra bejn l-2007 u l-PIR. Dan jappoġġa l-konklużjoni li l-marġni ta’ dumping li ġie kkalkolat mill-ġdid x’aktarx li se jkun ta’ natura dejjiema.

(60)

Għaldaqstant ġie kkunsidrat li l-investigazzjoni wriet li l-istruttura u l-imġiba tal-grupp tal-kumpaniji kkonċernat, inklużi ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-bidu tar-reviżjoni attwali, x’aktarx li ma kinux se jinbidlu fil-futur prevedibbli b’mod li jaffettwa s-sejbiet tar-reviżjoni attwali. Għalhekk ġie konkluż li ċ-ċirkostanzi mibdula huma ta’ natura dejjiema u li l-applikazzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex biżżejjed biex tpatti għad-dumping.

3.   L-EMENDA TAL-MIŻURI ANTIDUMPING

(61)

Fid-dawl tas-sejbiet taż-żieda fid-dumping kif ukoll tan-natura dejjiema taċ-ċirkustanzi mibdula, huwa kkunsidrat li l-miżuri eżistenti m’għadhomx biżżejjed biex ipattu għad-dumping li qed jikkawża dannu. Il-miżuri imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010 fuq importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-RPĊ għandhom għaldaqstant jiġu modifikati għall-GT Enterprise u l-istess dazju għandu jiġi impost fuq il-produttur esportatur l-ieħor fi ħdan il-grupp billi dak ir-Regolament jiġi emendat skont dan.

(62)

L-ebda marġni ta’ dannu individwali ma jista’ jiġi stabbilit fir-reviżjoni attwali, ladarba huwa limitat għall-eżami safejn huma kkonċernati l-GT Enterprise u l-kumpaniji relatati tagħha fi ħdan il-grupp. Għalhekk, il-marġni ta’ dumping stabbilit fir-reviżjoni attwali tqabbel mal-marġni tad-dannu kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Billi dan tal-aħħar kien ogħla mill-marġni tad-dumping li nstab fir-reviżjoni attwali, għandu jiġi impost dazju antidumping definittiv għall-grupp tal-kumpaniji kkonċernat fil-livell tal-marġni ta’ dumping li nstab fir-reviżjoni attwali.

(63)

Fir-rigward tal-għamla tal-miżura, tqies li d-dazju antidumping emendat għandu jkun l-istess bħad-dazji imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010. Biex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-miżuri u biex tiġi skoraġġuta l-manipulazzjoni tal-prezzijiet, ġie kkunsidrat xieraq li d-dazji jiġu imposti f’forma ta’ ammont speċifiku għal kull kilo. B’riżultat ta’ dan, id-dazju antidumping li għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat magħmul u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-grupp tal-kumpaniji kkonċernat, ikkalkulat abbażi tal-marġni tad-dumping kif stabbilit fir-reviżjoni attwali espress bħala ammont speċifiku għal kull kilo, għandu jkun ta’ EUR 0,23 għal kull kilo.

4.   L-IŻVELAR

(64)

Il-grupp tal-kumpaniji kkonċernat kif ukoll il-partijiet ikkonċernati l-oħra ġew infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi proposta l-emenda tal-miżuri antidumping fis-seħħ.

(65)

Il-grupp Rainbow ikkummenta dwar l-iżvelar finali. Dawn il-kummenti kienu jirrelataw l-aktar mal-irtirar tal-ilment fl-investigazzjoni li għadha għaddejja li tikkonċerna l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina limitati għal żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited (“Fang Da group”) (“proċediment parallel”) (7). Il-grupp Rainbow iddikjara li l-irtirar tal-ilment fil-proċediment parallel għandu, loġikament u legalment, jirriżulta wkoll fit-tmiem tal-miżuri antidumping kontra produtturi oħra fir-RPĊ jew, għall-inqas jirriżulta fit-tmiem tar-reviżjoni attwali fir-rigward tal-grupp Rainbow.

(66)

Hu esiġa li l-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010 għandhom jintemmu minħabba li fin-nuqqas ta’ sejbiet li juru li l-importazzjonijiet minn Fang Da ma kinux iddampjati u/jew l-importazzjonijiet minn Fang Da ma kinux qed jikkawżaw dannu, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li jinsab fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku jagħti mandat għat-tmiem tal-miżuri antidumping imposti. Biex jappoġġa l-argument tiegħu, hu għamel referenza għar-Regolamenti preċedenti tal-Kunsill fejn reviżjonijiet interim simultanji dwar l-importazzjonijiet ta’ xi pajjiżi ġew terminati mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri wara n-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri fl-investigazzjonijiet antidumping dwar l-importazzjonijiet tal-istess prodotti minn pajjiżi oħrajn (Kondensaturi elettrolitiċi tal-aluminju kbar (KEAK) (8), Prodotti ta’ Ħadid jew ta’ Azzar Mhux Liga Rrumblati Ċatt (9)). Madankollu, għandu jiġi nnotat li dawn il-każijiet jirreferu għal investigazzjonijiet fejn diversi pajjiżi kienu kkonċernati u kien applikat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi differenti. It-tieni, f’dawn il-każijiet ir-raġuni għat-tmiem tal-miżuri f’xi pajjiżi kienet li l-miżuri ma kinux imposti f’pajjiżi oħra ladarba l-Kunsill ma riedx jadotta l-proposta fl-iskadenzi statutorji (Kondensaturi elettrolitiċi tal-aluminju kbar (KEAK), Prodotti ta’ Ħadid jew ta’ Azzar Mhux Liga Rrumblati Ċatt). Għaldaqstant, allavolja tabilħaqq instab li kien neċessarju li l-proċedimenti tal-miżuri antidumping jintemmu fil-proċedimenti simultanji fil-każijiet kwotati sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, dawn ma għandhom l-ebda rilevanza għar-reviżjoni attwali. Referenza oħra għall-approċċ li ttieħed fil-Glutamat tal-Monosodju (10) tikkonċerna każ fejn l-applikant kellu l-ħsieb li jirtira l-ilment tiegħu dwar l-importazzjonijiet tal-Brażil minkejja li nstab li dawn kienu ġew iddampjati. F’dak il-każ kien previst li l-irtirar tal-ilment ma jiġix aċċettat ladarba ġie konkluż li kien ikun diskriminatorju li jittieħdu miżuri kontra pajjiżi oħra fin-nuqqas ta’ miżuri kontra l-Brażil.

(67)

Barra minn dan, iż-żewġ sitwazzjonijiet huma pjuttost differenti. Fil-proċediment parallel, l-ilment ġie rtirat u ġie konkluż li t-tmiem ma jmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Fir-reviżjoni attwali, it-talba nżammet u nstab li d-dumping mill-grupp Rainbow żdied. Għaldaqstant, iż-żieda fid-dazju għal dak il-grupp ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni.

(68)

Il-grupp Rainbow talab ukoll li l-irtirar tal-ilment jirriżulta fit-tmiem tar-reviżjoni attwali fir-rigward tal-grupp Rainbow ladarba ż-żewġ proċedimenti nbdew abbażi tal-istess dokument proċedurali, koprew l-istess perjodu tal-investigazzjoni u fl-ilment l-applikant ittratta l-grupp Fang Da u l-grupp Rainbow flimkien għall-iskopijiet prattiċi kollha.

(69)

It-tieni, hu ddikjara li minkejja l-investigazzjoni kontra l-grupp Fang Da li nbdiet skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-grupp Fang Da u r-reviżjoni interim dwar l-importazzjonijiet tal-grupp Rainbow huma legali u għall-iskopijiet prattiċi kollha huma essenzjalment l-istess proċediment. Finalment hu ddikjara li wara li nħolqot distinzjoni bejn il-proċedimenti u l-investigazzjonijiet, l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku effettivament ifisser li minkejja li l-grupp Fang Da kien suġġett għal dazju ta’ żero wara l-investigazzjoni oriġinali, xorta baqa’ suġġett għall-proċediment. Minħabba din ir-raġuni, l-irtirar tal-ilment dwar l-importazzjonijiet mill-grupp Fang Da għandu għaldaqstant, fid-dawl tal-grupp Rainbow ikkonċernat, jirriżulta wkoll fit-tmiem tar-reviżjoni attwali wkoll.

(70)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li d-dokument ippreżentat mill-applikant ikkostitwixxa kemm l-ilment għall-investigazzjoni ta’ antidumping abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kif ukoll it-talba għal din ir-reviżjoni interim abbażi tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Ippreżenta wkoll evidenza biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu taż-żewġ proċedimenti individwali. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tat bidu għall-investigazzjoni skont l-Artikolu 5 u r-reviżjoni interim f’żewġ Notifiki ta’ bidu separati. Għaldaqstant l-investigazzjoni antidumping ibbażata fuq l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku u r-reviżjoni interim ibbażata fuq l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku huma żewġ proċedimenti differenti.

(71)

Il-grupp Rainbow ippreżenta argumenti oħrajn fejn fihom spekula dwar ir-raġunijiet possibbli għall-irtirar tal-ilment. Ladarba dawn l-argumenti huma ta’ natura ipotetika u irrelevanti, ma jistgħux jiġu indirizzati u għaldaqstant huma rrifjutati.

(72)

Finalment, il-grupp Rainbow iddikjara li l-Kummissjoni kisret b’mod ċar id-drittijiet tiegħu li jkollu 10 ijiem biex jikkummenta fuq l-iżvelar finali ladarba ġiet żvelata lilu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ittra tal-irtirar sebat ijiem qabel l-iskadenza li kellu biex iressaq il-kummenti.

(73)

Kif spjegat fil-premessa (70), l-investigazzjoni skont l-Artikolu 5 fil-qafas li fih il-grupp Rainbow irċieva ittra ta’ tagħrif dwar l-irtirar tal-ilment, hija proċediment separat mir-reviżjoni attwali. Il-grupp Rainbow kien parti interessata fir-reviżjoni tal-Artikolu 5 u kienet biss għal din ir-raġuni li hu ġie nnotifikat dwar l-irtirar tal-ilment tiegħu. Din l-ittra ta’ notifika ma kinitx parti mill-iżvelar finali fir-reviżjoni attwali. Il-grupp Rainbow kellu 30 jum biex jikkummenta dwar l-iżvelar finali fil-proċediment attwali. Għaldaqstant id-dritt tiegħu li jkollu biżżejjed żmien biex jikkummenta ma nkisirx.

(74)

Konklużivament, il-kummenti li waslu ma kinux tali li jbiddlu l-konklużjoni ta’ hawn fuq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 492/2010 hija b’dan emendata billi jinbidel dan li ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-dazju (EUR għal kull kilogramma)

Kodiċi addizzjonali TARIC

“Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Golden Time Enterprise (Shenzhen) Co. Ltd., Shanglilang, Cha Shan Industrial Area, Buji Town, Shenzhen City, Guangdong Province, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

0,11

A473 ”

b’dan li ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-dazju (EUR għal kull kilogramma)

Kodiċi addizzjonali TARIC

“Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Golden Time Enterprise (Shenzhen) Co. Ltd., Shanglilang, Cha Shan Industrial Area, Buji Town, Shenzhen City, Guangdong Province, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; Golden Time Chemical (Jiangsu) Co., Ltd., No. 90-168, Fangshui Road, Chemical Industry Zone, Nanjing, Jiangsu Province, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

0,23

A473 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 72, 11.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 140, 8.6.2010, p. 2.

(4)  ĠU C 50, 17.2.2011, p. 6.

(5)  Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd. v Council, Kawża T-498/04, 2009 ECR II-1969, il-paragrafu 92.

(6)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010 (ĠU L 140, 8.6.2010, p. 2).

(7)  ĠU C 50, 17.2.2011, p. 9.

(8)  ĠU L 22, 27.1.2000, p. 1, il-premessi (134) u (135).

(9)  ĠU L 294, 17.9.2004, p. 3.

(10)  ĠU L 264, 29.9.1998, p. 1.


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 399/2012

tas-7 ta’ Mejju 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni oħra magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett mhux armat (hekk imsejjaħ "xibka tas-sigurtà għal trampoline") li jikkonsisti fi:

xibka b’6 punti fejn titqabbad,

6 biċċiet tal-metall għall-parti ta’ fuq miksija bil-plastik ċellulari,

6 biċċiet tal-metall għall-parti t’isfel miksija bil-plastik ċellulari u partijiet tal-muntaġġ iwweldjati,

12-il lasktuwa bil-ganċ,

12-il bolt bi skorfini jillokkjaw.

Kull parti ta’ fuq għandha tiġi ffittjata mal-parti t'isfel li mbagħad tintrabat mas-saqajn tat-trampoline permezz tal-boltijiet u l-iskorfini li jillokkjaw.

Ix-xibka titwaħħal f’forma ta' ċilindru u hija ta’ daqs li tiffittja trampoline speċifiku. Ix-xibka għandha fetħa għad-dħul li tingħalaq biż-żipp.

Il-partijiet ta’ fuq fejn teħel ix-xibka għandhom jitqabbdu mal-partijiet ta’ fuq tal-metall.

Il-lasktuwi bil-ganċijiet għandhom jintużaw biex il-parti t’isfel tax-xibka titqabbad mal-frejm tat-trampoline.

9506 91 90

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1 (t) tat-Taqsima XI, in-Nota 3 tal-Kapitolu 95 kif ukoll il-kliem tal-kodiċijiet NM 9506 , 9506 91  u 9506 91 90 .

Minħabba d-daqs u l-karatteristiki tagħha, b'mod partikolari l-fatt li hija lesta biex tiġi installata f'parti speċifika tat-trampoline minħabba l-preżenza ta' partijiet tal-metall, boltijiet, skorfini u lasktuwi bil-ganċijiet, ix-xibka tas-sigurtà hija adatta biss għall-użu mat-trampoline adatt (ara n-Nota 3 għal Kapitolu 95). Ix-xibka tas-sigurtà għandha għalhekk titqies bħala aċċessorju ta’ oġġett ġenerali għall-eżerċizzju fiżiku taħt intestatura 9506 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 5608 bħala xbieki magħmulin oħra hija eskluża, minħabba li oġġetti ta’ Kapitolu 95 huma esklużi mit-Taqsima XI (ara Nota 1 (t) għat-Taqsima XI).

Ix-xibka tas-sigurtà tat-trampoline għandha għalhekk tiġi klassifikata taħt il-kodiċi NM 9506 91 90 bħala Oġġetti u tagħmir ieħor għall-eżerċizzju fiżiku ġenerali, ġinnastika jew atletika.


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 400/2012

tas-7 ta’ Mejju 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan li titwettaq l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun hemm provvediment li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta’ prodotti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett li għandu l-forma ta’ iljunfant stilizzat, kważi kwadra, f'daqs ta’ madwar 32 × 48 × 24 cm, li jikkonsisti f'żewġ nofsijiet magħmula minn plastik riġidu ffurmat. Huwa għandu erba' roti u ċinga għal fuq l-ispalla li tista' titneħħa u li tista' wkoll tintuża biex tmexxi l-oġġett.

Iż-żewġ nofsijiet jinżammu flimkien permezz ta’ ħjata b'ċappetti integrali tul il-qiegħ u minn żewġ qafliet ta’ sigurtà li jingħafsu biex jingħalqu f'kull tarf, li ma jippermettux lill-oġġett jinfetaħ f'daqqa t-tul kollu. Iċ-ċappetti jippermettu liż-żewġ nofsijiet tal-oġġett joqgħodu ċatti fl-art meta jkun miftuħ.

Nofs l-oġġett fih żewġ ċineg tad-drapp li jiffurmaw X meta jingħaqdu bi klipp. L-oġġett għandu wkoll but żgħir ċatt tat-tessut imwaħħal fuq ġewwa. In-nofs l-ieħor tal-oġġett huwa attrezzat b'patta ta’ separazzjoni magħmula minn tessut li fiha but ċatt li jiqafel b'żipp. Il-patta ta’ separazzjoni hija mwaħħla mal-ġenb tal-oġġett, fejn hemm iċ-ċappetti, u tista' titwaħħal mal-lat oppost ta’ dak in-nofs.

(bagalja tas-safar)

(Ara r-ritratti nri 660 A u B) (*)

4202 12 50

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(d) tal-Kapitolu 95, kif ukoll bil-kliem tal-kodiċi tan-NM 4202 , 4202 12 u 4202 12 50 .

L-oġġett għandu l-karatteristiċi oġġettivi tal-bagalji tas-safar tal-intestatura 4202 , pereżempju il-materjal riġidu tal-plastik iffurmat, iċ-ċappetti, is-sistema tal-qfil, iċ-ċingi, il-patta ta’ separazzjoni u l-bwiet, ir-roti u l-fatt li għandha l-forma u tista' tintuża bħala kontenitur li jinfetaħ bħal bagalja tas-safar tipika biċ-ċappetti. Dawn il-karattesristiċi jindikaw li l-oġġett jista' jiġi kkunsidrat bħala bagalja tas-safar u mhux bħala ġugarell fuq ir-roti. Għaldaqstant, il-klassifika bħala ġugarell fuq ir-roti simili għal karrozzi bil-pedali tal-intestaura 9503 hija eskluża.

L-oġġett għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 4202 12 50 , bħala bagalja tas-safar ta’ materjal tal-plastik iffurmat.


Image

Image


(*)  Ir-ritratti huma għall-għan ta’ informazzjoni biss.


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 401/2012

tas-7 ta' Mejju 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta’ prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, rigward il-klassifikazzjoni ta’ prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni sal-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett ta’ għamla konikali (madwar 40 ċm għoli), magħmul billi tħit flimkien żewġ biċċiet drapp trijangolari magħmulin minn materjal mhux minsuġ ta’ kulur aħmar, b’keffa imwaħħla fit-tarf ta’ [] kulur abjad, u boċċa bajda tas-suf fuq.

(xedd ir-ras)

(Ara r-ritratt nru 658) (*)

6505 00 90

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6505  u 6505 00 90 .

Minbarra kpiepel tal-pupi, kpiepel ta’ ġugarelli oħra jew oġġetti tal-karnival, kpiepel u xedd ir-ras ieħor ta’ kull tip, minkejja l-materjali li minnhom huma magħmula u l-użu intenzjonat tagħhom, huma kklassifikati f’Kapitolu 65 (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għal Kapitolu 65, Ġenerali, l-ewwel paragrafu).

Xedd ir-ras magħmul minn bizzilla, feltru jew drapp li jintiseġ ieħor bil-biċċa huwa kklassifikat taħt l-intestatura 6505 (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 65.05, l-ewwel paragrafu).

Skont in-Nota 1(o) għal Taqsima XI (Tessuti u Oġġetti ta’ Tessuti), xedd ir-ras ta’ Kapitolu 65 huwa eskluż minn dik it-Taqsima.

Oġġetti ta’ tessuti li għandhom funzjoni utilitarja huma esklużi minn Kapitolu 95, anki jekk għandhom disinn festiv (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 95.05, punt (A), l-aħħar paragrafu). Klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 9505 10 90 bħala oġġetti oħra għall-festi tal-Milied hija għaldqastant eskluża.

Dan l-oġġett għandu biċ-ċar il-karatteristiċi ta' xedd ir-ras u huwa ddisinjat sabiex jintlibes bħala tali.

Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6505 00 90 bħala xedd ir-ras.

Image

(*)  Ir-ritratt huwa purament għal skop ta' informazzjoni.


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 402/2012

tal-10 ta’ Mejju 2012

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-bidu

(1)

Fit-12 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“Notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċedura anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Il-proċedura ngħatat bidu wara li tressaq ilment mill-International Association of Aluminium Radiator Manufacturers Limited Liability Consortium (AIRAL Scrl – “l-ilmentatur”), li tirrappreżenta proporzjon kbir, f'dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tar-radjaturi tal-aluminju. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni.

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-ilmentatur, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-produtturi fil-pajjiż analogu, l-importaturi, id-distributuri, u partijiet magħrufa oħrajn li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(4)

L-ilmentatur, il-produtturi l-oħra tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi u d-distributuri taw il-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(5)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi, l-importaturi u l-produtturi esportaturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, tagħżel kampjun, l-importaturi u l-produtturi esportaturi ntalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifika ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat (kif definit fit-taqsima 3 hawn taħt) matul il-perjodu minn Lulju 2010 sa Ġunju 2011.

(6)

Sabiex il-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew għal trattament individwali (“TI”), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Kien biss grupp wieħed ta’ kumpaniji, Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd u Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd (is-“Sira Group”), li ppreżenta ruħu u talab TES. It-talbiet għal TI waslu mingħand Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd. u Metal Group Co., Ltd.

(7)

Fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni u kif debitament spjegat fil-premessa 24 hawn taħt, tmien produtturi tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi f'kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li ntbagħtet mill-produtturi tal-Unjoni li kkoperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba' produtturi tal-Unjoni abbażi tal-volum tal-bejgħ/produzzjoni tagħhom, id-daqs u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni.

(8)

Kif spjegat fil-premessa 27 hawn taħt, kienu biss tliet importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Madankollu tnejn minn dawn l-importaturi ma kinux jimportaw/jixtru l-prodott ikkonċernat. Għalhekk, minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li kkoperaw, it-teħid ta’ kampjuni tqies li ma għadux aktar neċessarju.

(9)

Kif spjegat fil-premessa 28 hawn taħt, 18-il produttur esportatur fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi f'kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-ikbar volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li hu magħruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħrajn kollha li ppreżentaw irwieħhom fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fin-notifika ta’ bidu, jiġifieri lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importaturi fl-Unjoni li kkooperaw u l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi, il-BEUC, fejn talbitha biex tibgħat il-kwestjonarju tal-utenti lill-kumpaniji assoċjati tagħha.

(11)

Waslu risposti mingħand iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, mill-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u importatur wieħed mhux relatat. L-ebda wieħed mill-utenti ma wieġeb għall-kwestjonarju.

(12)

Barra minn hekk, waslet talba waħda għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku minn grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi relatati. Kieku kellu jitwettaq, l-eżami ta’ dawn it-talbiet fl-istadju provviżorju kien ikun tassattiv wisq. Id-deċiżjoni dwar jekk hux se jkun hemm eżami individwali għal dan il-grupp ta’ kumpaniji se tittieħed fl-istadju definittiv.

(13)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi fl-Unjoni

Armatura Krakow SA, 72, 30-418, il-Polonja;

Fondital S.p.A., via Cerreto 40, 25079 Vobarno, Brescia, l-Italja;

Global Srl, via Rondinera 51, 24060 Rogno, Bergamo, l-Italja;

Radiatori 2000 S.p.A., via Francesca 54/A, 24040 Ciserano, Bergamo, l-Italja

 

L-importaturi fl-Unjoni

Hydroland Chorobik Gawęda Malec Wojtycza Sp.j., Jawornik 658, 32-400 Myślenice, il-Polonja.

 

Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd. (“Zhejiang Flyhigh”), Jinyun

Metal Group Co., Ltd., Wuyi

3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2008 sal-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(15)

Il-prodott ikkonċernat huwa r-radjaturi tal-aluminju u l-elementi jew il-partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok u sew jekk le, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat attwalment ikklassifikat fil-kodiċijiet NM, ex 7615 10 10, ex 7615 10 90, ex 7616 99 10 kif ukoll ex 7616 99 90.

(16)

Id-definizzjoni tal-prodott ġiet ikkontestata minn Sira Group abbażi ta’ differenza allegata bejn iż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni li huma użati biex jimmanifatturaw r-radjaturi. Fi ħdan is-Sira Group hemm żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, li wieħed minnhom uża t-teknika tal-produzzjoni tal-fundar bil-pressa (die-casting), filwaqt li t-tieni kumpanija użat il-metodu tal-estrużjoni. Is-Sira Group sostna li l-metodu tal-estrużjoni għandu jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat minħabba d-differenzi allegati fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi, il-materja prima, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ u minħabba li t-teknika tal-estrużjoni mhijiex komuni fl-UE u fir-RPĊ.

(17)

Parti Ċiniża oħra, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjonijiet u l-Esportazzjonijiet tal-Makkinarju u tal-Prodotti Elettroniċi (CCCME) talbet kjarifika ta’ din il-kwistjoni minħabba differenzi fl-ispejjeż u fil-prezzijiet ta’ radjaturi mmanifatturati permezz taż-żewġ tekniki tal-produzzjoni.

(18)

F'dan ir-rigward, għalkemm hemm differenzi żgħar huwa ċar li r-radjaturi prodotti biż-żewġ metodi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi. Ir-radjaturi prodotti biż-żewġ metodi huma sostitwibbli ferm. Dawn il-karatteristiċi bażiċi huma, primarjament, il-ħeffa, l-inerzja termali baxxa u t-trażmissjoni għolja tas-sħana. Id-differenzi fl-ispejjeż u fil-prezzijiet u l-fatt li t-teknika tal-estrużjoni tista' tinvoli l-użu ta’ liga tal-aluminju kemxejn differenti ma jbiddlux dawn il-karatteristiċi bażiċi. F'termini ta’ tqabbil tal-prezzijiet, id-differenzi kollha huma kif suppost fl-istruttura tas-sistema ta’ tqabbil tat-tip tal-prodott użata f'din l-investigazzjoni (“is-sistema PCN”) li tfisser li jsir biss tqabbil bejn prodotti simili.

(19)

Barra minn hekk, ir-radjaturi tal-aluminju għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed uniku, ikun xi jkun il-proċess tal-manifattura tagħhom, għaliex huma mibjugħa permezz tal-istess mezzi ta’ bejgħ u minħabba li l-perċezzjoni tagħhom mill-utenti aħħarija u l-konsumaturi hija li huma magħmula mill-aluminju (b'karatteristiċi magħrufa sew kif imsemmi hawn fuq) aktar milli xi differenzazzjoni bbażata fuq il-metodu ta’ produzzjoni. Fid-dawl ta’ dan t'hawn fuq, din il-pretensjoni hija għaldaqstant miċħuda.

(20)

Il-CCCME kkontestat ukoll il-fatt li r-radjaturi bil-pjanċa tal-azzar jew anke dawk bil-ħadid fondut mhumiex inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni tal-prodott. Madankollu, għalkemm dawn il-prodotti għandhom użu simili, huma għandhom karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi differenti peress li minflok il-materja prima bażika (liga tal-aluminju) hemm l-azzar jew il-ħadid li għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti, fir-rigward ta’ piż, inerzja termali u trażmissjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni hija miċħuda.

(21)

Il-CCCME għamlet iktar kummenti rigward ir-referenzi fl-ilment għall-bejgħ permezz ta’ “proċessi ta’ sejħiet għall-offerti”. Dawn il-kummenti żvelaw li huwa preżunt li dan ikkonċerna l-akkwist pubbliku. Il-proċessi ta’ sejħiet għall-offerti li hemm referenza għalihom fl-ilment, madankollu, huma relatati mal-prattika normali ta’ negozju fejn xerrej tar-radjaturi tal-UE jsaqsi lil fornituri potenzjali biex jagħtu kwotazzjonijiet tal-prezzijiet qabel ma jordnaw. L-ebda waħda mill-importazzjonijiet Ċiniżi użati fil-kalkoli involuti fi proċess ta’ akkwist pubbliku.

(22)

Il-CCCME kkummentat ukoll fuq ir-referenzi fl-Ilment għal “radjaturi dekorattivi”, bil-filwaqt li ġie preżunt li tali radjaturi huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott. Mill-ġdid, dawn il-kummenti kienu bbażati fuq nuqqas ta’ fehim peress li d-definizzjoni tal-prodott ma teskludix tali radjaturi. Għalhekk dawn il-kummenti ma tqisux.

2.   Il-prodott simili

(23)

L-investigazzjoni wriet li r-radjaturi tal-aluminju prodotti fir-RPĊ u esportati minn hemm u r-radjaturi tal-aluminju mmanifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użu bażiku u għaldaqstant huma meqjusa simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IT-TEĦID TA' KAMPJUNI

1.   It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(24)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli tal-produtturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(25)

Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni ħabbret li għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun ikkonsista f'erba' kumpaniji, mit-tmien produtturi tal-Unjoni li kien magħruf minn qabel ma ngħata bidu għal din l-investigazzjoni li jipproduċu l-prodott simili, magħżula abbażi tal-volum tal-bejgħ tagħhom, id-daqs u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. Huma rrappreżentaw 66 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkonsultaw il-fajl għall-ispezzjoni minn partijiet interessati u biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu. Waħda mill-partijiet interessati talbet biex jiġi meqjus ukoll għall-għażla tal-kampjun il-volum tal-produzzjoni. Ġie aċċettat li l-kampjun jinbidel skont dan. L-ebda parti interessata ma opponiet il-kampjun finali magħmul minn erba' kumpaniji.

2.   It-teħid ta’ kampjuni tal-importaturi mhux relatati

(26)

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi involuti fil-proċedura, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub għall-importaturi fin-notifika ta’ bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(27)

Kienu biss tliet importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jikkooperaw. Peress li tnejn minn dawn l-importaturi ma rrappurtawx importazzjonijiet jew xiri tal-prodott ikkonċernat, it-teħid ta’ kampjuni ma baqax meqjus bħala meħtieġ.

3.   It-teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi esportaturi

(28)

Total ta’ 18-il produttur esportatur fir-RPĊ pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż f'kampjun. Dawn il-kumpaniji esportaw madwar ħames miljun element (3) jew kemxejn inqas minn 50 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-UE fil-PI. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, tal-bejgħ u tal-esportazzjonijiet li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Iż-żewġ produtturi esportaturi, Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd. u Metal Group Co., Ltd., irrappreżentaw madwar 62 % tal-volum tal-bejgħ mit-18-il produttur esportatur li pprovdew dejta għall-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni.

(29)

Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi (is-Sira Group) ikkontesta l-esklużjoni tiegħu mill-kampjun fuq il-bażi li huwa mmanifattura ċertu tip ta’ radjatur (li juża l-metodu ta’ produzzjoni tal-estrużjoni) u li l-inklużjoni tiegħu fil-kampjun għandha mnejn, għaldaqstant, iżżid ir-rappreżentattività tal-kampjun. Madankollu, iż-żieda ta’ grupp ieħor ma kinetx meħtieġa peress li l-kampjun oriġinarjament għażel imma rrappreżenta aktar minn 60 % tal-esportazzjonijiet irrappurtati mill-kumpaniji li kkooperaw. Barra minn hekk, mhuwiex meħtieġ li l-kampjun ikopri t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat. Il-pretensjoni għall-inklużjoni tas-Sira Group kienet għalhekk miċħuda u l-kampjun oriġinali ġie kkonfermat.

D.   ID-DUMPING

1.   It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq u t-Trattament Individwali

1.1.   It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES)

(30)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f'investigazzjonijiet tal-anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(31)

Madankollu, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun talbu biss Trattament Individwali (“TI”). Għaldaqstant, il-kriterji tat-TES ma ġewx investigati.

1.2.   It-Trattament Individwali (TI)

(32)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f'dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

Fil-każ ta’ ditti li huma kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ sidien barranin jew intrapriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-kwantitajiet u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati liberament;

Il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lill-persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fil-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu fil-minoranza jew inkella għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-interferenza tal-Istat;

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq; kif ukoll

L-interferenza mill-Istat mhix tali li tippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.

(33)

Iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun talbu TI. Dawn it-talbiet ġew eżaminati. L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun issodisfaw l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(34)

Għaldaqstant, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ingħataw TI.

2.   Il-pajjiż analogu

(35)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES għandu jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew il-valur normali maħdum f'pajjiż analogu.

(36)

Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża lir-Russja bħala pajjiż analogu adegwat biex tistabbilixxi valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw fuq dan.

(37)

L-ebda kummenti ma waslu dwar ir-Russja bħala l-pajjiż analogu propost. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ssuġġeriet produtturi tal-prodott simili minn pajjiż analogu alternattiv minbarra dawk imsemmija fl-ilment matul l-investigazzjoni.

(38)

Ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mir-Russja minkejja li l-produtturi Russi magħrufa kollha ġew ikkuntattjati ripetutament matul l-investigazzjoni u rċevew il-kwestjonarji tal-pajjiż analogu.

(39)

Il-Kummissjoni, permezz tar-riċerka tagħha, ippruvat tidentifika kull produttur addizzjonali fil-pajjiżi terzi.

(40)

Għaldaqstant, intbagħtu ittri u kwestjonarji lill-produtturi magħrufa kollha f'pajjiżi terzi oħrajn (jiġifieri t-Turkija, l-Iran, il-Kroazja, l-Indja, l-Afrika t'Isfel u l-Isvizzera). Madankollu, minkejja l-azzjoni ta’ segwitu, fl-aħħar mill-aħħar, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni.

(41)

Kif spjegat fil-premessi 38, 39 u 40 hawn fuq, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda pajjiż terz b'ekonomija tas-suq li seta' jintuża bħala pajjiż analogu f'din il-proċedura. Konsegwentament, fin-nuqqas ta’ tali pajjiż terz b'ekonomija tas-suq, ġie konkluż b'mod provviżorju b'konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, li ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat valur normali għall-produtturi inklużi fil-kampjun abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew il-valur normali maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq jew il-prezz minn tali pajjiż terz lejn pajjiżi oħrajn, inkluża l-Unjoni, u li għaldaqstant kien neċessarju li jiġi ddeterminat il-valur normali fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, f'dan il-każ abbażi tal-prezzijiet li attwalment tħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili. Dan tqies li kien xieraq minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni kif imsemmi hawn fuq iżda anki minħabba d-daqs tas-suq tal-UE, l-eżistenza tal-importazzjonijiet u l-kompetizzjoni interna qawwija fis-suq tal-UE għal dan il-prodott.

3.   Il-Valur Normali

(42)

Peress li t-TES ma ġiex mitlub miż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun, il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha ġie ddeterminat, kif spjegat fil-premessa 41 hawn fuq, abbażi tal-prezzijiet li attwalment tħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili. Wara l-għażla tal-prezzijiet li tħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni, il-valur normali ġie kkalkulat abbażi tad-dejta vverifikata fl-istabbilimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun elenkati fil-premessa 13 hawn fuq.

(43)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ fl-UE tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Instab li l-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott simili mill-produtturi tal-Unjoni kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(44)

Sussegwentament, il-Kummissjoni vvalutat jekk dan il-bejgħ setax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ fl-UE bi profitt lill-klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ fl-UE tqiesu bħala profittabbli fejn il-prezz tal-unità kien ugwali għall-ispiża tal-produzzjoni, jew ogħla minnha. Għaldaqstant ġiet stabbilita l-ispiża tal-produzzjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Din l-analiżi wriet li l-bejgħ fl-UE ta’ xi tipi ta’ prodotti kien profittabbli, jiġifieri l-prezz tal-bejgħ nett tal-unità kien ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni kkalkulata tal-unità.

(45)

Il-valur normali ta’ kull tip ta’ prodott kien ibbażat fuq il-prezz attwali tal-bejgħ (kif joħroġ mill-fabbrika) għall-bejgħ profittabbli u fuq valur normali maħdum għall-bejgħ mhux profittabbli.

(46)

Il-valur normali ġie maħdum billi żdiedet l-ispiża tal-manifattura tal-industrija tal-UE, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) tagħha u l-profitt. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitt ta’ 4,43 % ġew stabbiliti abbażi tad-dejta attwali relatata mal-produzzjoni u l-bejgħ fl-andamanent normali tal-kummerċ tal-prodott simili tal-produttur tal-UE.

4.   Il-prezzijiet tal-esportazzjoni

(47)

Billi l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ingħataw TI u għamlu bejgħ mill-esportazzjoni lill-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew ibbażati fuq il-prezzijiet li attwalment tħallsu jew li huma pagabbli għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

5.   It-tqabbil

(48)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti adegwati għat-taxxi indiretti, għall-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-ippakkjar, tal-immaniġġar u tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b'evidenza vverifikata.

(49)

Għal wieħed mill-produtturi esportaturi kien ċar li l-kumpanija ma kinitx kklassifikat il-prodott ikkonċernat sew meta użat is-sistema kif mitlub mill-kwestjonarju. Waħda mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienet relatata mal-prestazzjoni termali tar-radjaturi. Madankollu, il-kumpanija ma kellhiex biżżejjed evidenza biex tappoġġja l-prestazzjoni termali rrappurtata għall-mudelli esportati tagħha. Il-prestazzjoni termali attwalment rrappurtata ma kinitx korretta u ma tikkorrispondix għal speċifikazzjonijiet oħra, bħalma huma l-piż u d-dimensjonijiet. Għaldaqstant, kien meħtieġ li jintużaw biss l-ispeċifikazzjonijiet li jifdal għal skopijiet ta’ tqabbil.

(50)

Bl-użu tas-sistema PCN għall-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ prodott, kien hemm grad għoli ta’ tqabbil għal produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun. Madankollu, għall-produttur esportatur l-ieħor inkluż fil-kampjun intużat teknika simili peress li ma seta jiġi identifikat xejn li jaqbel b'mod dirett. Fejn intużat it-teknika simili, id-dettalji ġew żvelati lill-parti involuta.

6.   Il-marġini tad-dumping

(51)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien stabbilit abbażi tat-tqabbil tal-valur normali b'medja peżata mal-prezz ta’ esportazzjoni b'medja peżata espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(52)

Il-medja peżata ta’ dawn iż-żewġ marġini tad-dumping kienet ikkalkulata għall-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw.

(53)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni mir-RPĊ (anqas minn 50 %), huwa kkunsidrat xieraq li marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ għandu jkun ibbażat fuq l-aktar tranżazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għal xi klijent partikolari tal-esportaturi li kkooperaw.

(54)

Il-marġini provviżorji tad-dumping li ġew stabbiliti b'dan il-mod, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Tabella 1

Isem il-Kumpanija

L-Istatus

Il-marġni tad-dumping

Zhejiang Flyhigh

IT

23,0  %

Metal Group Co. Ltd.

IT

70,8  %

Kumpaniji oħra li kkoperaw

 

32,5  %

Marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu

 

76,6  %

E.   ID-DANNU

1.   Il-produzzjoni totali tal-Unjoni

(55)

L-informazzjoni disponibbli kollha rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat.

(56)

Ir-radjaturi tal-aluminju kienu mmanifatturati minn tmien produtturi fl-Unjoni matul il-PI. L-informazzjoni disponibbli kollha dwar il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tistabbilixxi l-produzzjoni tal-Unjoni totali matul il-PI.

(57)

Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni tal-Unjoni totali, fl-għadd tal-elementi, kienet stmata li hi madwar 64 miljun matul il-PI. Billi l-produtturi tal-Unjoni li jappoġġjaw l-ilment ammontaw għall-produzzjoni tal-Unjoni totali, huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem huma msejħa “l-industrija tal-Unjoni”.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(58)

L-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat ma setgħetx tintuża f'din l-investigazzjoni minħabba li l-kodiċijiet NM li jkopru r-radjaturi tal-aluminju jinkludu wkoll prodotti tal-aluminju oħrajn, bħalma huma r-radjaturi elettriċi.

(59)

Il-konsum tal-Unjoni ġie għalhekk stabbilit abbażi tad-dejta inkluża fl-ilment, li b'mod partikolari jikkonċerna l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni u l-importazzjonijiet magħmula mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Din id-dejta ġiet kontroverifikata mat-tweġibiet li waslu għall-kwestjonarji tat-teħid ta’ kampjuni u d-dejta miksuba u vverifikata fl-istabbilimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(60)

Fuq din il-bażi, instab li l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

 

2008

2009

2010

PI

Il-konsum tal-Unjoni (elementi)

46 000 000

40 500 000

39 000 000

44 246 066

Indiċi (2009 = 100)

114

100

96

109

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(61)

Il-konsum totali fis-suq tal-UE naqas bi 3,8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm tnaqqis b'madwar 12 %, b'konformità mal-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika, u wara l-kriżi l-konsum kompla naqas bi 3,7 %. Madankollu l-konsum irkupra mill-2010 sal-PI, meta żdied bi 13,5 %, imma ma laħaqx il-livell inizjali tal-2008. It-tabella ta’ hawn fuq turi wkoll li l-konsum żdied b'9 % fil-perjodu mill-2009 sal-PI.

3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(62)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 3

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (elementi)

6 000 000

7 000 000

8 000 000

10 616 576

Indiċi (2009 = 100)

86

100

114

152

Is-sehem mis-suq

13,0  %

17,3  %

20,5  %

24,0  %

Indiċi (2009 = 100)

75

100

119

139

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(63)

Minkejja l-evoluzzjoni tal-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'mod sinifikanti b'77 %, matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda kienet kontinwa u kienet l-akbar bejn l-2010 u l-PI (+ 33 %). Bl-istess mod, is-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi juri xejra ta’ żieda stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bil-konsum li żdied minn 13 % fl-2008 għal 24 % matul il-PI. Din ix-xejra għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl tat-tnaqqis ġenerali bi 3,8 % fil-konsum matul l-istess perjodu.

3.1.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz

Tabella 4

L-importazzjonijiet mir-RPĊ

2008

2009

2010

PI

Il-prezz medju f'EUR/elementi

4,06

3,25

4,07

4,02

Indiċi (2009 = 100)

125

100

125

123

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(64)

It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ naqas ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-ewwel pass, bejn l-2008 u l-2009, naqas b'mod sinifikanti b'20 %, imbagħad żdied b'25 % bejn l-2009 u l-2010. Fl-aħħar, lejn l-aħħar tal-perjodu kkunsidrat, reġa' naqas.

(65)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ baqgħu, b'mod konsistenti, inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fil-prezzijiet fl-2009 kkoinċida maż-żieda qawwija fis-sehem mis-suq Ċiniż minn 13 % għal 17,3 % tas-suq tal-Unjoni u t-twaqqigħ kostanti tal-prezz jispjega ż-żieda b'rata stabbli fis-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, b'mod partikolari bejn l-2009 u l-PI.

(66)

Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja peżata għal kull tip ta’ prodott tal-Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell kif joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet b'medja peżata korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b'aġġustamenti adegwati għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(67)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwali tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġni ta’ twaqqigħ b'medja peżata ta’ 6,1 % mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Kummenti preliminari

(68)

Kif imsemmi fil-premessi 24 u 25 hawn fuq, it-teħid ta’ kampjuni kien użat għall-eżami tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Ta' min ifakkar li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inkluż fil-kampjun ilu biss mill-2009 li beda jipproduċi r-radjaturi tal-aluminju. Sabiex ikun hemm analiżi konsistenti tax-xejra għall-perjodu kkunsidrat, ġie meqjus xieraq li l-2009 tintuża bħala s-sena referenzjarja għall-analiżi tad-dannu, jiġifieri l-indiċi 100. Għall-fini tal-kompletezza, ġie stabbilit ukoll indiċi għall-2008 abbażi tad-dejta disponibbli.

(69)

Id-dejta pprovduta u vverifikata mill-erba' produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun intużat sabiex tistabbilixxi mikroindikaturi, bħalma huma l-prezz tal-unità, l-ispiża tal-unità, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-abbiltà li żżid il-kapital u l-istokks L-indiċi għall-2008 ġie stabbilit abbażi tad-dejta disponibbli għat-tliet produtturi esportaturi eżistenti fl-2008 meta mqabbel mad-dejta tal-istess tliet produtturi fl-2009 (l-indiċi 100).

(70)

Id-dejta pprovduta għat-tmien produtturi tal-UE tar-radjaturi tal-aluminju ntużat biex tistabbilixxi makroindikaturi, bħalma huma l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-impjiegi. L-indiċi għall-2008 ġie stabbilit abbażi tad-dejta disponibbli għas-seba' produtturi eżistenti fl-2008 meta mqabbel mad-dejta disponibbli dwar l-istess seba' produtturi fl-2009 (l-indiċi 100).

(71)

Fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha stabbiliti, li huma msemmija f'dak l-Artikolu.

4.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

Tabella 5

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-produzzjoni (elementi)

 

55 533 555

60 057 377

64 100 484

Indiċi (2009 = 100)

116

100

108

115

Il-kapaċità tal-produzzjoni (elementi)

 

93 426 855

95 762 788

107 218 125

 

 

100

103

115

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità

70  %

59  %

63  %

60  %

Indiċi (2009 = 100)

119

100

106

101

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(72)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat.

(73)

It-tabella hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat. B'konformità mat-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni naqset sew fl-2009, u wara rkuprat fl-2010 u matul il-PI. Il-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli bejn l-2009 u l-PI minkejja żieda ta’ 9 % fil-konsum. Il-livell tal-produzzjoni huwa dipendenti wkoll fuq l-attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li baqgħet sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

(74)

Minkejja t-tnaqqis limitat fil-konsum, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset minn 70 % fl-2008 għal 60 % matul il-PI. Din baqgħet relattivament stabbli fil-perjodu bejn l-2009 u l-PI.

4.3.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

Tabella 6

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-bejgħ (elementi)

40 000 000

33 500 000

31 000 000

33 629 490

Indiċi (2009 = 100)

119

100

93

100

Is-sehem mis-suq

87  %

82,7  %

79,5  %

76  %

Indiċi (2009 = 100)

105

100

96

92

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(75)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tiegħu naqas b'mod kontinwu minn 87 % fl-2008 għal 76 % matul il-PI. Fl-2009 il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'16 %, biex b'hekk tilef aktar minn erba' punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Fl-2010 il-volum tal-bejgħ kompla jonqos b'7 % u s-sehem mis-suq tiegħu naqas minn 82,7 % għal 79,5 %. Matul il-PI, f'kuntest ta’ żieda fil-konsum (+ 13,5 %), is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos għal 76 %. Għaldaqstant, l-industrija ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum u ma setgħetx tikseb mill-ġdid xi ftit mis-sehem mis-suq li kienet tilfet.

4.4.   It-tkabbir

(76)

Matul il-perjodu kkunsidrat irriżulta li l-konsum tal-Unjoni naqas kemxejn bi 3,8 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’ mod sinifikanti, bi 15,9 % u 12,6 % rispettivament, matul l-istess perjodu. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'mod sinifikanti b'76,9 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 11-il punt perċentwali matul l-istess perjodu.

4.5.   L-impjiegi

Tabella 7

 

2008

2009

2010

PI

L-għadd ta’ impjegati

 

1 598

1 642

1 641

Indiċi (2009 = 100)

102

100

103

103

Il-produttività (unità/impjegat)

Indiċi (2009 = 100)

114

100

105

112

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(77)

L-għadd ta’ impjegati żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat, iżda dan imbagħad wassal għal tnaqqis fil-produttività. Madankollu, għandu jiġi nnutat li x-xejra 'l fuq fir-rigward tal-impjiegi hija biss minħabba l-fatt li waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, l-iżgħar waħda mill-kampjun, bdiet tipproduċi fl-2009. Li kieku ma kienx għalhekk, ix-xejra fl-impjiegi kienet tkun negattiva.

(78)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-Unjoni, meta mkejla bħala prestazzjoni għal kull persuna impjegata fis-sena, naqset kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat. Laħqet il-livell l-aktar baxx tagħha fl-2009, u wara dan bdiet tirkupra lejn il-PI, mingħajr ma laħqet il-livelli inizjali. Bejn l-2009 u l-PI, il-produttività żdiedet bi 12 %.

4.6.   Il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni

Tabella 8

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezz tal-unità fl-UE għal klijenti mhux relatati

(EUR għal kull element)

 

5,31

5,47

5,62

Indiċi (2009 = 100)

113

100

103

106

L-ispiża tal-unità EUR/Element

 

4,92

5,34

5,61

Indiċi (2009 = 100)

113

100

109

114

Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi inklużi fil-kampjun

(79)

Ix-xejra tal-prezzijiet tal-bejgħ medji turi tnaqqis sinifikanti b'6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu mill-2009 sal-PI, b'konformità maż-żieda fil-konsum u rkupru fis-suq il-prezzijiet irkupraw b'6 % imma ma laħqux il-livell tal-2008.

(80)

B'mod parallel, l-ispejjeż relattivi għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili naqsu kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat imma dan ma kienx biżżejjed biex jippermetti lill-industrija tal-Unjoni biex tibqa' profittabbli fl-2010 u matul il-PI. Jekk fl-2009, it-tnaqqis ta’ 11,5 % fl-ispejjeż kien ugwali għal tnaqqis ta’ 11,5 % fil-prezzijiet tal-bejgħ, fl-2010 u matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat żieda qawwija fl-ispejjeż u setgħet iżżid il-prezzijiet tagħha biss kemxejn, biex tkopri l-ispejjeż żejda. Dan irriżulta f'aktar telf fil-profittabilità u fis-sehem mis-suq peress li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu ogħla b'mod kostanti mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

4.7.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital

Tabella 9

 

2008

2009

2010

PI

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-UE (% tal-bejgħ nett)

7,4  %

7,5  %

2,4  %

0,2  %

Indiċi (2009 = 100)

99

100

32

2

Il-Fluss tal-Flus

 

27 712 871

14 228 145

843 570

Indiċi (2009 = 100)

112

100

51

3

L-Investimenti (EUR)

25 404 161

15 476 164

12 072 057

8 945 470

Indiċi (2009 = 100)

165

100

78

58

Ir-Redditu fuq l-Investimenti

36  %

49  %

21  %

2  %

Indiċi (2009 = 100)

73

100

43

4

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun.

(81)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili tfisser bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, u anki matul il-perjodu mill-2009 sal-PI, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod drammatiku u bilkemm laħqet il-livell fejn ma jsirx telf.

(82)

Ix-xejra fil-fluss tal-flus, li hija l-abbiltà tal-industrija ta’ awtofinanzjament tal-attivitajiet tagħha, segwiet sa ċertu punt ix-xejra negattiva fil-profittabilità. L-aktar livell baxx inkiseb matul il-PI. Bl-istess mod, ir-redditu fuq l-investiment naqas minn 36 % fl-2008 għal 2 % fil-PI.

(83)

L-evoluzzjoni tal-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment matul il-perjodu kkunsidrat illimitaw l-abbilità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti fl-attivitajiet tagħha u dgħajfu l-iżvilupp tagħha. L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tinvesti bil-qawwi fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat u timmodernizza l-makkinarji tagħha biex tipproduċi b'mod aktar effiċjenti, iżda wara l-investimenti naqsu b'rata stabbli b'64,7 % matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat.

4.8.   L-istokks

Tabella 10

 

2008

2009

2010

PI

L-istokk tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni Indiċi (2009 = 100)

137

100

131

299

Sors:

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun.

(84)

Il-livell tal-istokk tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009 il-livell tal-istokk tal-għeluq naqas b'27 %; u wara, fl-2010 u matul il-PI, dan żdied bi 30,8 % u b'128,4 % rispettivament.

5.   Il-kobor tal-marġni tad-dumping attwali

(85)

Il-marġini tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar id-dumping. Il-marġini kollha stabbiliti huma ferm ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, l-impatt fuq is-suq tal-UE tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

6.   Il-konklużjoni dwar id-dannu

(86)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu relatati mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar jew ma żviluppawx b'konformità mal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Din l-osservazzjoni, b'mod partikolari, tapplika għall-perjodu mill-2009 sal-aħħar tal-PI.

(87)

Matul il-perjodu kkunsidrat, fil-kuntest tal-konsum li qed jonqos, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'rata stabbli u b'mod sinifikanti. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali naqas b'16 % u s-sehem mis-suq tiegħu niżel minn 87 % fl-2008 għal 76 % fil-PI. Anki meta l-konsum irkupra b'9 %, mill-2009 sal-PI, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos aktar. L-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tirkupra s-sehem mis-suq li kienet tilfet qabel fid-dawl tat-tkabbir sinifikanti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ fis-suq tal-UE. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi żdiedu b'rata stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u b'mod kostanti waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(88)

Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħalma huma l-fluss tal-flus u l-profittabilità kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni biex iżżid il-kapital u biex tinvesti naqset ukoll.

(89)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar 'il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

F.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(90)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mir-RPĊ kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali grad li jista' jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu għamlu dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex ikun żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(91)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 3,8 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied b'mod drammatiku b'madwar 77 %, is-sehem mis-suq tagħhom ukoll żdied minn 13 % fl-2008 għal 24 % fil-PI. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'16 % u s-sehem mis-suq niżel minn 87 % fl-2008 għal 76 % fil-PI.

(92)

Matul il-perjodu mill-2009 sal-PI, il-konsum tal-Unjoni żdied b'9 %, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni reġa' naqas, b'kuntrast ma’ żieda annwali fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi 52 % f'dak il-perjodu.

(93)

Fir-rigward tal-pressjoni fuq il-prezzijiet, għandu jiġi enfasizzat li fl-2009 l-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b'20 % u ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b'madwar 11,5 %. Fl-2010 u matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni ppruvat iżżid il-prezzijiet tagħha, minħabba ż-żieda fl-ispejjeż. Dan irriżulta f'aktar telf fis-sehem mis-suq, peress li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu b'mod kostanti ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Din is-sitwazzjoni wasslet, b'mod partikolari, għal deterjorament sinifikanti fil-profittabilità, fil-volum tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

(94)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ naqsu fil-perjodu kkunsidrat. Anki jekk matul il-perjodu mill-2009 sal-PI, il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu bi 23 %, xorta waħda baqgħu sinifikament aktar baxxi b'mod kostanti mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u, b'mod partikolari, matul il-PI, biex b'hekk inżamm il-prezz fis-suq tal-Unjoni.

(95)

Abbażi ta’ dan t'hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż li ż-żieda kbira tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li b'mod kostanti qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellha rwol determinanti fid-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni, li huwa rifless, b'mod partikolari, fis-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa tagħha, it-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ u fis-sehem mis-suq, u fid-deterjorament tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi ta’ dannu.

3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

3.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(96)

Kif ikkjarifikat fil-premessa 58 hawn fuq, l-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Eurostat ma setgħux jintużaw f'din l-investigazzjoni peress li l-kodiċijiet NM li jkopru r-radjaturi tal-aluminju u l-elementi u l-partijiet tagħhom jinkludu kull tip ta’ prodott tal-aluminju. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni affidabbli oħra, ġie stabbilit abbażi tal-ilment, li apparti mir-RPĊ, m'hemm l-ebda pajjiż ieħor barra mill-Ewropa li pproduċa u esporta r-radjaturi tal-aluminju lejn l-UE matul il-perjodu kkunsidrat.

3.2.   Il-kriżi ekonomika

(97)

Il-kriżi ekonomika tispjega parzjalment il-kontrazzjoni tal-konsum tal-Unjoni, b'mod partikolari fl-2009 u fl-2010. Madankollu, ta’ min jinnota li f'sitwazzjoni ta’ tnaqqis fil-konsum fil-perjodu kkunsidrat u f'sitwazzjoni ta’ żieda fil-konsum fil-perjodu bejn l-2009 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni kompla jiżdied fis-suq tal-Unjoni.

(98)

Hemm kuntrast bejn il-prestazzjonijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi u dawk tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li mill-2009 sal-PI, minkejja li l-konsum tal-Unjoni żdied b'konformità mal-irkupru ekonomiku ġenerali, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos. Anki jekk il-volum tal-produzzjoni kellu t-tendenza li jiżdied, kien hemm bilanċ favorevoli li kellu jitpoġġa fl-istokks.

(99)

F'kundizzjonijiet ekonomiċi normali u fin-nuqqas ta’ pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet u żieda qawwija fl-importazzjoni tal-prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni seta' kellha xi ftit diffikultà biex tlaħħaq mat-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fl-ispejjeż fissi għal kull unità minħabba t-tnaqqis fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità li ġarrbet. Madankollu, l-investigazzjoni turi biċ-ċar li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ intensifikaw l-effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Anki matul l-irkupru ekonomiku ġenerali, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tirkupra u tikseb mill-ġdid il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat.

(100)

Għaldaqstant, minkejja li l-kriżi ekonomika setgħet ikkontribwiet għall-prestazzjoni fqira tal-industrija tal-Unjoni, b'mod ġenerali, ma jistax jiġi kkunsidrat li din kellha impatt tant li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni ta’ dannu li sofriet dik l-industrija, b'mod partikolari, matul il-PI.

3.3.   L-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(101)

L-investigazzjoni wriet li l-ispiża biex jiġu prodotti radjaturi tal-aluminju hija marbuta direttament mal-iżvilupp fil-prezz tal-aluminju, il-materja prima ewlenija użata biex tipproduċi dan il-prodott. Anke jekk, kif muri fit-Tabella 8 hawn fuq, l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod sinifikanti fl-2009, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu bl-istess ritmu. Fl-2010 u matul il-PI, l-ispejjeż żdiedu aktar mill-prezzijiet tal-bejgħ u għalhekk ma ppermettewx li jkun hemm irkupru, b'mod partikolari fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni ġrat meta l-prezz tal-importazzjoni tal-prodotti importati mir-RPĊ kienu, b'mod kostanti, qegħdin iwaqqgħu il-prezz ta’ dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(102)

F'ekonomija tas-suq, wieħed jistenna li l-prezzijiet fis-suq jadattaw ruħhom regolarment sabiex jirriflettu l-iżvilupp fil-komponenti diversi tal-ispiża tal-produzzjoni. Madankollu dan ma seħħx. L-investigazzjoni kkonfermat li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, komplew ibaxxu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u għaldaqstant ma ħallewx lill-industrija tal-Unjoni żżomm is-sehem mis-suq tagħha u taġġusta l-prezzijiet biex tkopri l-ispejjeż tagħha u biex tikseb livell ta’ profitt raġonevoli, b'mod partikolari, matul il-PI.

(103)

Għaldaqstant, iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima ma kinitx tali li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, matul il-PI.

3.4.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun

Tabella 11

 

2008

2009

2010

PI

Il-bejgħ mill-esportazzjonijiet tal-elementi

 

18 280 847

20 245 515

17 242 607

Indiċi (2009 = 100)

126

100

111

94

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun.

(104)

L-attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkostitwixxiet sehem importanti tan-negozju tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. Is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin tal-industrija tal-Unjoni kienu prinċipalment ir-Russja u pajjiżi Ewropej tal-Lvant oħra fejn il-prodotti mibjugħa kienu ta’ kwalità relattivament inferjuri u għalhekk kienu irħas meta mqabbla mar-radjaturi mibjugħa fis-suq tal-Unjoni.

(105)

It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-fatturat tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas fil-perjodu kkunsidrat. Dan jista' jiġi spjegat parzjalment mill-fatt li, kif l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi, iż-żieda fil-volumi tal-esportazzjoni tar-radjaturi tal-aluminju mir-RPĊ kienet preżenti wkoll f'dawk is-swieq tal-esportazzjoni.

(106)

Madankollu, huwa ċar li l-attività tal-esportazzjoni ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni li tikseb ekonomiji ta’ skala u b'hekk tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni ġenerali. Għaldaqstant, jista' jiġi kkunsidrat b'mod raġonevoli li l-attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma tistax tkun kawża potenzjali tad-dannu materjali li hi sofriet, b'mod partikolari, matul il-PI. Kull impatt negattiv li t-tnaqqis fil-bejgħ mill-esportazzjoni seta' kellu fuq l-Industrija tal-Unjoni, ma jistax ikun tali li jkisser ir-rabta kawżali bejn dak id-dannu u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina.

4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(107)

L-analiżi t'hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mir-RPĊ fil-perjodu kkunsidrat u anki matul il-perjodu mill-2009 sal-PI. Instab li dawn l-importazzjonijiet, b'mod kostanti, waqqgħu l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u, b'mod partikolari, matul il-PI.

(108)

Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ kienet kontinwa u seħħet fl-istess żmien meta kien hemm żvilupp negattiv fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fil-PI, meta l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikseb mill-ġdid is-sehem mis-suq tagħha li kienet tilfet u l-profittabilità u indikaturi finanzjarji oħra bħalma huma l-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti laћqu l-aktar livelli baxxi tagħhom.

(109)

L-analiżi tal-fatturi magħrufa l-oħra, inkluża l-kriżi ekonomika, uriet li kull impatt negattiv ta’ dawn il-fatturi ma jistax ikun tali li jkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

(110)

Abbażi tal-analiżi msemmija hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ dannu tal-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Il-kummenti preliminari

(111)

B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping ta’ dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(112)

L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi ta’ dannu wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tmur għall-agħar.

(113)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping provviżorji terġa' tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tal-prodott investigat biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista' jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għall-inqas parti mis-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt ulterjuri pożittiv fuq il-profittabilità tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha b'mod ġenerali.

(114)

Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, huwa mistenni aktar telf fis-sehem tas-suq u l-industrija tal-Unjoni tibqa' tagħmel it-telf. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Minħabba t-telf imġarrab u l-livell għoli ta’ investiment fil-produzzjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, għandu jkun mistenni li xi produtturi tal-Unjoni mhumiex sejrin ikunu kapaċi jirkupraw l-investiment tagħhom, jekk ma jiġux imposti l-miżuri.

(115)

Għaldaqstant, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   L-interess tal-utenti u l-importaturi

(116)

Ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-utenti f'din l-investigazzjoni.

(117)

Fir-rigward tal-importaturi, kien importatur wieħed biss fil-Polonja li kkoopera f'din l-investigazzjoni billi wieġeb għall-kwestjonarju u aċċetta li ssir żjara ta’ verifika. Dan l-importatur ġarrab telfiet żgħar għall-prodott ikkonċernat matul il-PI. Madankollu, in-negozju tal-prodott ikkonċernat huwa relattivament żgħir fir-rigward tal-attivitajiet kollha tal-kumpanija. Għalhekk, l-impożizzjoni tal-miżuri x'aktarx li mhijiex se jkollha impatt gravi fuq il-profitti kollha tiegħu.

4.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(118)

Fid-dawl ta’ dak t'hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m'hemm l-ebda raġuni sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ.

H.   PROPOSTA GĦALL-MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

1.   Il-livell ta’ tneħħija tad-dannu

(119)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji sabiex ma jiġix ikkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(120)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabżu l-marġini tad-dumping li nstabu.

(121)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f'kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-profitt li jista' jinkiseb fin-nuqqas tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, għandu jkun ibbażat fuq il-marġini tal-profitt medju qabel it-taxxa tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-sena 2008. Għaldaqstant, huwa kkunsidrat li marġini ta’ profitt ta’ 7,4 % ta’ fatturat jista' jitqies bħala minimu adegwat li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping ta’ dannu.

(122)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża l-ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jikkawża l-ebda dannu nkiseb bl-aġġustament tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mill-profitt/telf attwali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġini ta’ profitt imsemmi hawn fuq.

(123)

Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta’ importazzjoni b'medja peżata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz li ma jikkawża l-ebda dannu tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF totali.

2.   Il-miżuri provviżorji

(124)

Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-marġini aktar baxxi tad-dumping u tad-dannu, skont ir-regola ta’ dazju anqas.

(125)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-marġini ta’ tneħħija tad-dannu u l-marġini tad-dumping. Konsegwentament, ir-rati tad-dazju anti-dumping proposti għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping

Il-marġni tad-dannu

Id-dazju provviżorju

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd

23,0  %

12,6  %

12,6  %

Metal Group Co. Ltd.

70,8  %

56,2  %

56,2  %

Kumpaniji oħra li kkoperaw

32,5  %

21,2  %

21,2  %

Marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu

76,6  %

61,4  %

61,4  %

(126)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(127)

Kwalunkwe dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (4) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u dak milll-esportazzjonijiet li jkun assoċjat, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

I.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(128)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li identifikaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fin-notifika ta’ bidu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista' jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping provviżorju qiegħed b'dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju u l-elementi jew il-partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok u sew jekk le, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku li attwalment huma kklassifikati fil-kodiċijiet NM, ex 7615 10 10, ex 7615 10 90, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (il-kodiċijiet TARIC 7615101010, 7615109010, 7616991091, 7616999001 u 7616999091) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd

12,6

B272

Metal Group Co. Ltd.

56,2

B273

Jinyun Shengda Industry Co., Ltd..

21,2

B274

Ningbo Ephriam Radiator Equipment Co.,Ltd

21,2

B275

Ningbo Everfamily Radiator Co., Ltd

21,2

B276

Ningbo Ningshing Kinhil Industrial Co. Ltd.

21,2

B277

Ningbo Ninhshing Kinhil International Co., Ltd.

21,2

B278

Sira (Tianjin) Aluminium Products Co., Ltd

21,2

B279

Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co., Ltd.

21,2

B280

Yongkang Jinbiao Machine Electric Co., Ltd

21,2

B281

Yongkang Sanghe Radiator Co., Ltd.

21,2

B282

Zhejiang Aishuibao Piping Systems Co.,Ltd

21,2

B283

Zhejiang Botai Tools Co., Ltd

21,2

B284

Zhejiang East Industry Co., Ltd

21,2

B285

Zhejiang Guangying Machinery Co.,Ltd

21,2

B286

Zhejiang Kangfa Industry & Trading Co., Ltd.

21,2

B287

Zhejiang Liwang Industrial and Trading Co., Ltd.

21,2

B288

Zhejiang Ningshuai Industry Co., Ltd

21,2

B289

Zhejiang Rongrong Industrial Co., Ltd.

21,2

B290

Zhejiang Yuanda Machinery & Electrical Manufacturing Co., Ltd

21,2

B291

Il-kumpaniji l-oħra kollha

61,4

B999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u tal-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie addottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 236, 12.8.2011, p. 18.

(3)  B'mod ġenerali, ir-radjatur tal-aluminju huwa ppreżentat f'firxa ta’ elementi identiċi u li jistgħu jiġu armati. L-elementi jistgħu jiġu armati b'mod vertikali jew orizzontali biex jiffurmaw radjatur prevalentament orizzontali jew radjatur prevalentament vertikali.

(4)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 403/2012

tal-10 ta’ Mejju 2012

li jemenda għall-170 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-30 ta' April 2012 u t-3 ta’ Mejju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jneħħi tliet persuni fiżiċi mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet tiegħu li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talb għat-tħassir minn fuq il-lista sottomessa minn dawn l-individwi u r-Rapporti Komprensivi tal-Ombudsperson stabbiliti skont ir-Regolament 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

‘Sa’d Abdullah Hussein Al-Sharif (magħruf ukoll bħala Sa’d al-Sharif). Data tat-twelid: 11.2.1964. Post tat-twelid: Al-Medinah, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-passaport: (a) B 960789, (b) G 649385 (maħruġ fit-8.9.2006, jiskadi fis-17.7.2011). Tagħrif ieħor: Ħaten u kollaboratur mill-qrib ta’ Usama Bin Laden; jingħad li jmexxi l-organizzazzjoni finanzjarja ta’ Usama Bin Laden. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.’

(2)

‘Mounir Ben Habib Ben Al-Taher Jarraya (magħruf ukoll bħala (a) Mounir Jarraya, (b) Yarraya). Indirizz: (a) Via Mirasole 11, Bologna, l-Italja, (b) 8 Via Ariosto, Casalecchio di Reno (Bologna), l-Italja. Data tat-twelid: (a) 25.10.1963, (b) 15.10.1963. Post tat-twelid: (a) Sfax, it-Tuneżija, (b) it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L065947 (passaport Tuneżin maħruġ fit-28.10.1995, li skada fis-27.10.2000). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.’

(3)

‘Fethi Ben Al-Rabei Ben Absha Mnasri (magħruf ukoll bħala (a) Mnasri Fethi ben Rebai, (b) Mnasri Fethi ben al-Rabai, (c) Mnasri Fethi ben Rebaj, (d) Fethi Alic, (e) Amor, (f) Abu Omar, (g) Omar Tounsi, (h) Amar). Indirizz: Birmingham, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: (a) 6.3.1969, (b) 6.3.1963, (c) 3.6.1969. Post tat-twelid: (a) Al-Sanadil Farm, Nefza, Governorat ta’ Baja, it-Tuneżija; (b) it-Tuneżija; (c) l-Alġerija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L497470 (passaport Tuneżin maħruġ fit-3.6.1997, li skada fit-2.6.2002). Tagħrif ieħor: Isem l-omm hu Fatima Balayish. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.’


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 404/2012

tal-10 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

143,3

MA

74,0

TN

124,7

TR

116,2

US

39,7

ZZ

99,6

0707 00 05

JO

200,0

TR

123,3

ZZ

161,7

0709 93 10

JO

225,1

TR

119,8

ZZ

172,5

0805 10 20

EG

46,0

IL

60,9

MA

41,9

TR

44,3

ZZ

48,3

0805 50 10

TR

81,6

ZZ

81,6

0808 10 80

AR

111,2

BR

88,9

CL

119,9

CN

97,1

MA

85,1

MK

29,3

NZ

132,7

US

132,6

UY

85,3

ZA

91,1

ZZ

97,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/36


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/16/UE

tal-10 ta’ Mejju 2012

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċidu idrokloriku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-aċidu idrokloriku.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, l-aċidu idrokloriku ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 2, diżinfettanti ta' żoni privati u pubbliċi u prodotti bijoċidali oħra, kif iddefiniti fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(3)

Il-Latvja nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2009 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fid-9 ta' Diċembru 2011, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Jidher mill-evalwazzjonijiet li l-prodotti bijoċidali użati bħala diżinfettanti ta' żoni privati u pubbliċi u prodotti bijoċidali oħra, skont il-prodotti tat-tip 2, u li fihom l-aċidu idrokloriku jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-aċidu idrokloriku jiġi inkluż fl-Anness I għal dik id-Direttiva.

(6)

Ma ġewx evalwati l-użi potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Istati Membri jivvalutaw dawk ix-xenarji ta' użu jew ta' esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u l-kompartimenti ambjentali li għadhom ma ġewx indirizzati b'mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.

(7)

Meta titqies il-korrożività tas-sustanza kif ukoll il-miżuri possibbli identifikati biex jiġi mmitigat ir-riskju relatat, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-esponiment matul l-użu mhuż professjonali jiġi mminimizzat permezz tad-disinn tal-imballaġġ, sakemm ma jkunx jista' jintwera fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-prodott li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem jistgħu jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli b'mezzi oħra.

(8)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu applikati fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali fis-suq tal-Unjoni tal-prodotti bijoċidali li fihom is-sustanza attiva aċidu idrokloriku u wkoll biex jiġi ffaċilitat l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali inġenerali.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE, sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u biex ikun żgurat li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data tal-inklużjoni.

(10)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(11)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2013.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Mejju 2014.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip tal-prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

"56

aċidu idrokloriku

aċidu idrokloriku

Nru tal-CAS: mhux applikabbli

Nru tal-KE: 231-595-7

999  gm/kg

l-1 ta’ Mejju 2014

it-30 ta’ April 2016

it-30 ta’ April 2024

2

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prodott tkun qed tiġi vvalutata skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fejn rilevanti għall-prodott partikolari, dawk ix-xenarji ta’ użu jew ta' esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u għall-kompartimenti ambjentali li ma ġewx indirizzati b'mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji fil-livell tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għal użu mhux professjonali jkunu soġġetti għall-imballaġġ li qed jiġi ddisinjat biex jimminimizza l-esponiment tal-utent sakemm ma jkunx jista' jintwera fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem jistgħu jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli b'mezzi oħra."


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


DEĊIŻJONIJIET

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/39


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Mejju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2992)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/250/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi,

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni. Dik il-lista tinkludi parti mit-territorju tal-istati federali tar-Rhineland-Pfalz u Nordrhein-Westfalen fil-Ġermanja.

(2)

Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni dwar żviluppi reċenti għal dak li għandu x’jaqsam mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi fir-reġjuni tal-istati federali tar-Rhineland-Pfalz u Nordrhein-Westfalen elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE.

(3)

Din l-informazzjoni tindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi nqered fl-istati federali tar-Rhineland-Pfalz u Nordrhein-Westfalen. Għaldaqstant, il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2008/855/KE ma għandhomx japplikaw iżjed għal dawn ir-reġjuni u l-annotazzjoni għall-Ġermanja fil-lista stabbilita fil-Parti I tal-Anness tagħha għandha titħassar.

(4)

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-punt 1 tal-Parti I hu mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/40


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 35/10/COL

tat-3 ta' Frar 2010

li temenda, għat-80 darba, ir-regoli proċedurali u ta' sustanza fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ewropea Ekonomika (2), u partikolarment l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

BILLI:

Taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti hekk jipprovdu espressament jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li hu meħtieġ,

Ir-Regoli Proċedurali u ta’ Sustanza fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (4),

Fis-27 ta' Ottubru 2009, il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Kummissjoni) ippubblikat Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku (5),

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

L-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

Skont il-punt II taħt l-intestatura "ĠENERALI" fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jikkorrispondu ma' dawk adottati mill-Kummisssjoni,

L-Awtorità kkonsultat mal-Kummissjoni u l-Istati tal-EFTA permezz ta' ittri datati s-26 ta' Jannar 2010 dwar is-suġġett (Avveniment Nri 543973, 543974 u 543997).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jiġi introdott Kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku. Il-Kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2010.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ĠU) L 231 3.9.1994 p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32 3.9.1994 p.1, kif emendat. Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websjat tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(5)  ĠU C 257, 27.10.2009, p. 1.


ANNESS

APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAX-XANDIR TA' SERVIZZ PUBBLIKU  (1)

1.   Introduzzjoni u l-ambitu

(1)

F’dawn l-aħħar tletin sena, ix-xandir għadda minn bidliet importanti. It-tneħħija tal-monopolji, il-miġja ta’ parteċipanti ġodda u l-iżviluppi teknoloġiċi mgħaġġla biddlu mill-qiegħ nett l-ambjent kompetittiv. Ix-xandir televiżiv kien tradizzjonalment attività limitata. Sa mill-ħolqien tiegħu, dan kien ipprovdut l-aktar minn impriżi pubbliċi taħt sistema ta’ monopolju, l-aktar minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ frekwenzi tax-xandir u l-ostakli kbar għad-dħul fis-suq.

(2)

Madankollu fis-snin 70 tas-seklu li għadda, żviluppi ekonomiċi u teknoloġiċi għamluha aktar possibbli għall-Istati tal-EFTA biex operaturi oħra jitħallew ixandru. Għaldqastant, l-Istati tal-EFTA ddeċidew li jintroduċu l-kompetizzjoni fis-suq. Dan wassal biex il-konsumaturi jkollhom għażla aktar wiesgħa, hekk kif diversi stazzjonijiet oħra u servizzi ġodda saru disponibbli; dan iffavorixxa wkoll il-miġja u l-iżvilupp ta’ operaturi Ewropej b’saħħithom, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, u grad ogħla ta’ pluraliżmu fis-settur, li jfisser aktar minn sempliċement id-disponibbiltà ta’ stazzjonijiet u servizzi addizzjonali. Filwaqt li fetħu s-suq għall-kompetizzjoni, l-Istati tal-EFTA kkunsidraw li x-xandir ta' servizz pubbliku kellu jinżamm, sabiex jiżguraw il-koperatura ta' għadd ta’ oqsma u biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet u l-għanijiet tal-politika pubblika li nkella mhux neċessarjament kienu jiġu ssodisfati bl-aħjar mod.

(3)

Fl-istess ħin, iż-żieda fil-kompetizzjoni, flimkien mal-preżenza ta’ operaturi ffinanzjati mill-Istat, wasslet ukoll għal aktar tħassib dwar kemm kienu jeżistu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd, u għaldaqstant l-operaturi privati ressqu t-tħassib tagħhom quddiem l-Awtorità. L-ilmenti jallegaw ksur tal-Artikoli 59 u 61 tat-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward tal-iffinanzjar pubbliku tax-xandara tas-servizz pubbliku.

(4)

Il-Kapitolu preċedenti dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (2) l-ewwel stabbilixxa l-qafas li jirregola l-finanzjament mill-Istat tax-xandir ta' servizz pubbliku. Dan serva bħala bażi tajba għall-Awtorità biex titratta każijiet fil-qasam tal-finanzjament tax-xandara tas-servizz pubbliku.

(5)

Sadanittant, is-swieq tax-xandir u dawk awdjoviżivi ġew modifikati b’mod fundamentali minn bidliet teknoloġiċi. Il-pjattaformi u teknoloġiji ta’ distribuzzjoni, bħat-televiżjoni diġitali, l-IPTV, it-televiżjoni ċellulari u l-programmi fuq talba (video on demand), tkattru bil-qawwi. Dan wassal għal żieda fil-kompetizzjoni bil-preżenza ta’ parteċipanti ġodda, bħalma huma l-operaturi tan-netwerks u l-kumpaniji tal-internet, li qed jidħlu fis-suq. L-iżviluppi teknoloġiċi ppermettew ukoll li jitfaċċaw servizzi tal-midja ġodda bħalma huma s-servizzi ta’ informazzjoni onlajn u s-servizzi mhux lineari jew fuq talba (on-demand). Il-fornitura tas-servizzi awdjoviżivi qed tikkonverġi, u aktar ma jgħaddi żmien il-konsumaturi aktar qed ikollhom il-possibbiltà li jiksbu diversi servizzi fuq pjattaforma jew tagħmir uniku jew li jiksbu kwalunkwe servizz permezz ta’ diversi pjattaformi jew tagħmir. Il-varjetà dejjem tikber ta’ għażliet li għandhom il-konsumaturi għall-aċċess ta’ kontenut tal-midja wasslet għal żieda kbira tas-servizzi awdjoviżivi offruti kif ukoll għall-frammentazzjoni tal-udjenzi. Teknoloġiji ġodda wasslu għat-titjib tal-parteċipazzjoni tal-konsumatur. Gradwalment il-mudell tradizzjonali ta’ konsum passiv gradwalment qiegħed jinbidel f’parteċipazzjoni attiva u f’kontroll fuq il-kontenut min-naħa tal-konsumaturi. Sabiex jilqgħu għall-isfidi l-ġodda, l-entitajiet pubbliċi u privati tax-xandir bdew jiddervsifikaw l-attivitajiet tagħhom, fejn bdew mexjin lejn pjattaformi ġodda ta’ distribuzzjoni u jespandu l-medda tas-servizzi tagħhom. Proprju dan l-aħħar, id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tax-xandara tas-servizz pubbliku ffinanzjati minn fondi pubbliċi (bħall-kontenut onlajn, stazzjonijiet ta' interessi speċjali) wasslet għal għadd ta' ilmenti minn parteċipanti oħra fis-suq, inkluż min-naħa ta' pubblikaturi.

(6)

Fis-sentenza Altmark tal-2003 (3), il-Qorti tal-Ġustizja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Qorti tal-Ġustizja) iddefiniet il-kondizzjonijiet li taħthom il-kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat. Fl-2005, l-Awtorità adottat Kapitolu ġdid dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku (4) u introduċietu fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, fl-2006, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (5), ġiet inkorporata mal-Ftehim taż-ŻEE bħala l-Att imsemmi fil-punt 1(h) tal-Anness XV għall-Ftehim taż-ŻEE, kif adattat mill-Protokoll 1 tiegħu (minn hawn ’il quddiem msejħa d-Deċiżjoni 2005/842/KE) (6). L-Istati tal-EFTA attwalment jinsabu fil-proċess tal-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) (7), li testendi l-ambitu tar-regolament awdjoviżiv, madwar iż-ŻEE kollha, għas-servizzi ta' midja li qed jitfaċċaw.

(7)

Dawn il-bidliet fis-suq u fl-ambjent legali sejħu għal aġġornament fil-Kapitolu dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-2005 (8) ħabbar li l-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem msejħa l-Kummissjoni) għandha “tirrevedi l-Komunikazzjoni tagħha rigward l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku. Partikolarment minħabba l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali ġodda u tas-servizzi bbażati fuq l-internet, qamu diversi kwistjonijiet ġodda rigward l-ambitu tal-attivitajiet tas-servizz pubbliku".

(8)

Matul l-2008 u l-2009, l-Awtorità u l-Istati tal-EFTA ħadu sehem fil-konsultazzjonijet pubbliċi tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-Komunikazzjoni tal-2001 dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku (9). Dan il-Kapitolu jikkonsolida l-prattika tal-każistika tal-Kummissjoni u tal-Awtorità fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat f'manjiera orjentata lejn il-ġejjieni bbażata fuq il-kummenti mill-konsultazzjonijiet pubbliċi. Din tiċċara l-prinċipji segwiti mill-Awtorità fl-applikazzjoni tal-Artikoli 61 u 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-finanzjament pubbliku tas-servizzi awdjoviżivi fis-settur tax-xandir (10), filwaqt li tikkunsidra l-iżviluppi reċenti fis-suq kif ukoll dawk legali. Dan il-Kapitolu hu mingħajr ebda ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern u l-libertajiet fundamentali fil-qasam tax-xandir.

2.   Ir-rwol tax-xandir ta' servizz pubbliku

(9)

Ix-xandir ta' servizz pubbliku, għalkemm għandu rilevanza ekonomika ċara, ma jistax jitqabbel ma’ servizz pubbliku fi kwalunkwe settur ekonomiku ieħor. M’hemm l-ebda servizz ieħor li fl-istess ħin ikollu aċċess għal settur tant wiesa’ tal-popolazzjoni, jipprovdilu tant informazzjoni u kontenut, u li meta jagħmel dan ikun qed iwassal u jinfluwenza kemm l-opinjoni tal-individwu kif ukoll dik pubblika.

(10)

Barra minn hekk, ix-xandir ġeneralment jiġi kkunsidrat bħala sors ta’ informazzjoni affidabbli ħafna u jirrappreżenta, għal proporzjon konsiderevoli tal-popolazzjoni, is-sors ewlieni ta’ informazzjoni. Għalhekk, dan isaħħaħ id-dibattitu pubbliku u fl-aħħar mill-aħħar jista’ jiżgura li, sa ċertu punt, iċ-ċittadini kollha jipparteċipaw fil-ħajja pubblika. B’rabta ma’ dan, is-salvagwardji għall-indipendenza tax-xandir huma ta’ importanza fundamentali, konformi mal-prinċipju ġenerali dwar il-libertà tal-espressjoni kif imnaqqax fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, prinċipju tal-liġi ġenerali li r-rispett tiegħu huwa żgurat mill-Qrati tal-Ġustizzja (11).

(11)

Ir-rwol tas-servizz pubbliku (12) normalment hu rikonoxxut mill-Ftehim taż-ŻEE, partikolarment fl-Artikolu 59(2), li jinqara kif ġej:

"Intrapriżi li huma fdati bl-operat tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew li għandhom il-karattru ta’ monopolju li jagħmel introjtu għandhom ikunu suġġetti għar-regoli li jinsabu f’dan il-Ftehim, partikolarment għar-regoli dwar il-kompetizzjoni, safejn u sakemm l-applikazzjoni ta’ regoli bħal dawn ma jfixklux il-qadi tad-dmirijiet, fil-liġi jew fil-fatt, ta’ biċċiet ta’ xogħol assenjati lilhom. L-iżvilupp tal-kummerċ m'għandux ikun affetwat sa tali punt li jkun kuntrarju għall-interess tal-Partijiet Kontraenti".

(12)

L-importanza tax-xandir ta' servizz pubbliku għal ħajja soċjali, demokratika u kulturali ġiet affermata mill-ġdid fl-Att msemmi fil-punt 33 tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1999 rigward ix-xandir ta' servizz pubbliku)  (13), kif adattat mill-Protokoll 1 tiegħu (minn hawn ’il quddiem msejħa r-Riżoluzzjoni rigward ix-xandir ta' servizz pubbliku) (14). Kif enfasizzat f’din ir-Riżoluzzjoni: dwar ix-xandir ta' servizz pubbliku "l-aċċess pubbliku wiesa', mingħajr diskriminazzjoni u fuq il-bażi ta’ opportunitajiet indaqs, għal diversi stazzjonijiet u servizzi hija prekundizzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-mandat speċjali tas-servizz pubbliku tax-xandir". Barra minn hekk, ix-xandir ta' servizz pubbliku jeħtieġ li "jibbenefika minn progress teknoloġiku", iġib "lill-pubbliku l-benefiċċji tas-servizzi ġodda awdjoviżivi u ta’ informazzjoni u t-teknoloġiji ġodda" u jdaħħlu "l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta’ attivitajiet fl-era diġitali". Fl-aħħar, "servizz ta' xandir pubbliku jrid ikun jista' jkompli jipprovdi firxa aktar wiesgħa ta’ programmi bil-mandat tiegħu kif definit mill-Istati Membri sabiex jindirizza s-soċjetà fl-intier tagħha; f’dan il-kuntest ikun ġust li x-xandir ta' servizz pubbliku jilħaq udjenzi wiesgħa".

(13)

Ir-rwol tax-xandir ta' servizz pubbliku fil-promozzjoni tad-diversità kulturali kien rikonoxxut ukoll mill-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO tal-2005 (15). Il-Konvenzjoni tistqarr li kull Parti tista’ tadotta "miżuri mmirati lejn il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali fi ħdan it-territorju tagħha". Tali miżuri jistgħu jinkudu, fost l-oħrajn, “miżuri mmirati lejn it-tisħiħ tad-diversità tal-midja, ukoll permezz xandir ta' servizz pubbliku (16).

(14)

Dawn il-valuri tax-xandir pubbliku huma importanti wkoll fl-ambjent il-ġdid tal-midja li qed jinbidel malajr. Dan ġie enfasizzat ukoll fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-pluraliżmu tal-midja u d-diversità tal-kontenut tal-midja (17), u l-mandat tal-midja tas-servizz pubbliku fis-soċjetà tal-informazzjoni (18). Din ir-Rakkomandazzjoni li ssemmiet tappella lill-membri tal-Kunsill tal-Ewropa biex "jiggarantixxu midja tas-servizz pubbliku (…) f'manjiera trasparenti u responsabbli" u "jagħmilha possibbli li l-midja tas-servizzi pubbliku tirrispondi bis-sħiħ u b'mod effettiv għall-isfidi tas-soċjetà tal-informazzjoni, fir-rispett tal-istruttura doppja pubblika/privata tal-panorama tal-midja elettronika Ewropea u bl-attenzjoni dovuta għal kwistjonijiet b'rabta mas-suq u l-kompetizzjoni".

(15)

Fl-istess ħin u minkejja dan ta' hawn fuq, għandu jkun innotat li x-xandara kummerċjali, li numru minnhom huma soġġetti għar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku, ukoll għandhom rwol sinjifikanti biex jinkisbu l-għanijiet tar-Riżoluzzjoni li tirrigwarda x-xandir ta' servizz pubbliku billi dawn jikkontribwixxu għall-pluraliżmu, isaħħu d-dibattitu kulturali u politiku u jwessgħu l-għażla ta’ programmi. Barra minn hekk, pubblikaturi ta' gazzetti u ta' midja stampata oħra huma wkoll garanti importanti ta' pubbliku informat b'mod oġġettiv u tad-demokrazija. Peress li dawn l-operaturi qegħdin jikkompetu ma' xandara ta' fuq l-Internet, dawn il-fornituri tal-midja kummerċjali kollha huma kkonċernati mill-effetti negattivi potenzjali li l-għajnuna mill-Istat lil xandara tas-servizz pubbliku tista' tħalli fuq l-iżvilupp ta' mudelli kummerċjali ġodda. Kif tfakkar mid-Directive 2007/65/KE (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva), "il-koeżistenza ta’ fornituri privati u pubbliċi tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva hija karatteristika li tiddistingwi s-suq tal-midja awdjoviżiva Ewropew". Fil-fatt, huwa fl-interess komuni li tinżamm pluralità ta' offerta ta' midja pubblika u privata bbilanċjata anke fl-ambjent dinamiku tal-midja tal-lum.

3.   Il-Kuntest Legali

(16)

L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-servizz ta' xandir pubbliku trid tikkunsidra numru wiesa' ta’ elementi differenti. Il-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat hija bbażata fuq l-Artikoli 61 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat u fuq l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE u r-regoli tal-kompetizzjoni, partikolarment, għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar t-Twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ Protokoll 3) stabbilixxa r-regoli tal-proċedura f'każijiet tal-għajnuna mill-Istat.

(17)

Il-Ftehim taż-ŻEE ma jinkludix dispożizzjoni simili għall-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem msejjaħ TFUE) (dak li kien l-Artikolu 151 tat-Trattat tal-KE) rigward il-kultura jew "eżenzjoni kulturali" għall-għajnuna għall-promozzjoni ta' kultura simili għal dik li tinsab fl-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE (dak li kien l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE). Madankollu, dan ma jfissirx li eżenzjoni minn miżura bħal din hija eskluża. Kif aċċettat mill-Awtorità f'kawżi preċedenti, miżuri ta' appoġġ bħal dawn jistgħu jiġu approvati fuq raġunijiet kulturali abbażi l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE (19).

(18)

Il-qafas regolatorju dwar "servizzi tal-midja awdjoviżivi" fil-livell Ewropew huwa kkoordinat mid-Direttiva 2007/65/KE (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva. Il-ħtiġijiet għal trasparenza finanzjarja rigward impriżi pubbliċi huma regolati bl-Att msemmi fil-punt 1a tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi Test b'rilevanza għaż-ŻEE)  (20), kif adottat bil-Protokoll 1 tiegħu (minn hawn ’il quddiem msejħa d-Direttiva 2006/111/KE (id-Direttiva dwar it-Trasparenza)) (21).

(19)

Dawn ir-regoli huma soġġetti għal interpretazzjoni mill-Qorti tal-EFTA fi ħdan il-"pilastru tal-EFTA” u mill-Qorti tal-Ġustizja fi ħdan il-"pilastru tal-Unjoni Ewropea". L-Awtorità adottat ukoll bosta ġabriet ta' linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jikkorrispondu ma' linji gwida simili li nħarġu mill-Kummissjoni. Partikolarment, fl-2005, l-Awtorità adottat il-Kapitolu dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku u fl-2006, id-Deċiżjoni 2005/842/KE ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE, li tikkjarifika l-ħtiġijiet tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE. Dan tal-aħħar huwa applikabbli wkoll fil-qasam tax-xandir, safejn jiġu sodisfati l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2005/842/KE (22).

4.   L-Applikabbiltà Tal-Artikolu 61(1) Tal-Ftehim Taż-ŻEE

4.1.   Il-karattru tal-għajnuna mill-Istat tal-finanzjament mill-Istat ta’ xandara tas-servizz pubbliku

(20)

F'konformità mal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat tinkludi l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) irid isir intervent mill-Istat jew permezz ta' riżorsi mill-Istat; (b) l-intervent irid ikun tali li jista' jolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti; (c) irid jagħti vantaġġ lill-benefiċjarju; (d) irid joħloq distorsjoni jew riskju ta' distorsjoni fil-kompetizzjoni (23). L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat għandha tiġi vvalutata fuq bażi oġġettiva, b'kunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-EFTA.

(21)

L-effett tal-intervent mill-Istat, mhux l-għan tiegħu, huwa l-element deċiżiv fi kwalunkwe valutazzjoni dwar il-kontenut tal-għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Ix-xandara tas-servizz pubbliku normalment jiġu ffinanzjati jew mill-baġit tal-Istat jew permezz ta’ taxxa li titħallas mid-detenturi ta’ apparat tax-xandir. F’ċerti ċirkostanzi speċifiċi, l-Istat jagħmel injezzjonijiet ta' kapital jew kanċellazzjonijiet ta’ djun favur ix-xandara tas-servizz pubbliku. Dawn il-miżuri finanzjarji huma normalment attribbwiti għall-awtoritajiet pubbliċi u jinvolvu t-trasferiment ta’ riżorsi mill-Istat (24).

(22)

Il-finanzjament mill-Istat tax-xandara tas-servizz pubbliku jista’ jiġi kkunsidrat ukoll b'mod ġenerali li jolqot l-kummerċ ta’ bejn il-Partijiet Kontraenti. Kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja "meta għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz tar-riżorsi mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża f’paragun ma’ impriżi oħra li jkunu qed jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jiġu kkunsidrati li ġew affettwati minn dik l-għajnuna" (25). Din hija b’mod ċar il-pożizzjoni fir-rigward tal-akkwist u l-bejgħ tad-drittijiet tal-programmi, li ta’ spiss jitwettqu f’livell internazzjonali. Anke r-reklamar, fil-każ tax-xandara tas-servizz pubbliku li huma permessi li jbigħu spazju ta’ reklamar, għandu effett transkonfinali, speċjalment għal żoni lingwistiċi omoġenji fil-fruntieri nazzjonali. Barra minn hekk, l-appartenenza tista’ tiġi estiża għal aktar minn Stat taż-ŻEE wieħed. Barra minn hekk, is-servizzi pprovduti fuq l-Internet normalment għandhom firxa globali.

(23)

Fir-rigward l-eżistenza ta' vantaġġ, il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat fil-kawża Altmark li kumpens għal servizz pubbliku mhux ikkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat sakemm jiġu sodisfatti l-erba' kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel, l-impriża li tirċievi trid ikollha fil-fatt obbligi ta' servizz pubbliku xi twettaq, u l-obbligi jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar. It-tieni, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti. It-tielet, il-kumpens ma jistax ikun aktar minn dak li hu meħtieġ sabiex ikopri l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, li jkunu saru fit-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku, waqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti u profitt raġonevoli. Fl-aħħar nett, meta l-impriża li trid twettaq obbligi tas-servizz pubbliku, f’każ speċifiku, ma tintgħażilx fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku intiża biex jintgħażel l-appaltatur li jista’ jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas spejjeż possibbli għall-komunità, il-livell ta’ kumpens għandu jiġi stabbilit abbażi analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika mmexxija u mgħammra tajjeb biex tissodisfa r-rewiżiti neċessarji bħala servizz pubbliku kien ikollha tagħmel biex twettaq dawk l-obbligi.

(24)

Safejn dak il-finanzjament jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' hawn fuq, dan ikun ikkunsidrat bħala kumpens li jiffavorixxi b'mod selettiv lil ċerti xandara biss u b'hekk joħloq distorsjoni jew riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni.

4.2.   In-natura tal-għajnuna: l-għajnuna eżistenti f’paragun mal-għajnuna l-ġdida

(25)

L-iskemi ta’ finanzjament li attwalment huma fis-seħħ fil-maġġoranza tal-Istati tal-EFTA ġew introdotti żmien twil ilu. Bħala l-ewwel pass, għalhekk, l-Awtorità trid tistabbilixxi jekk dawn l-iskemi jistgħux jiġu kkunsidrati bħala "għajnuna eżistenti" fit-tifsira tal-Artikolu 1(1) tal-Parti I tal-Protokoll 3. Skont din id-dispożizzjoni, "l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha, b'kooperazzjoni mal-Istati tal-EFTA, teżamina kostantement is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżistu f’dawk l-Istati. Hija għandha tipproponi lil dawn tal-aħħar kwalunkwe miżuri adattati meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mit-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE."

(26)

Skont l-Artikolu 1(b)(i) tal-Parti II tal-Protokoll 3, l-għajnuna eżistenti tinkludi "… l-għajnuna kollha li eżistiet qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE fl-Itati tal-EFTA rispettivi, li jfisser, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali li daħħlu fis-seħħ qabel, u għadhom jgħoddu wara, id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE".

(27)

Skont l-Artikolu 1(b)(v) tal-Part II tal-Portokoll 3, l-għajnuna eżistenti tinkludi wkoll "għajnuna li tinftiehem li hi għajnuna eżistenti minħabba li jista jiġi stabbilit li meta kienet daħlet fis-seħħ ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna, u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni taż-Żona Ekonomika Ewropea u mingħajr ma nbidlet mill-Istat tal-EFTA".

(28)

Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (26), l-Awtorità trid tivverifika jekk il-qafas legali li taħtu tingħata l-għajnuna nbidilx jew le minn mindu ddaħħal. L-Awtorità temmen li l-aktar approċċ xieraq ikun wieħed li jikkunsidra l-każi b'mod individwali (27), filwaqt li tikkunsidra l-elementi kollha relatati mas-sistema tax-xandir ta' Stat tal-EFTA partikolari.

(29)

Skont il-każistika f'Ġibiltà  (28), mhux kull bidla fl-għajnuna eżistenti għandha tiġi kkunsidrata bħala bidla tal-għajnuna eżistenti f’għajnuna ġdida. Skont il-Qorti Ġenerali, "huwa biss fejn il-bidla taffettwa s-sustanza attwali tal-iskema oriġinali li din tal-aħħar tinbidel fi skema ta’ għajnuna ġdida". Ma jista’ jkun hemm l-ebda lok għal tali bidla sostantiva fejn l-element il-ġdid ikun separat b'mod ċar mill-iskema inizjali".

(30)

Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, fil-prattika tagħha tat-teħid tad-deċiżjoni l-Awtorità normalment eżaminat: (a) sew jekk l-iskema ta' finanzjament oriġinali għal xandara tas-servizz pubbliku fl-għajnuna eżistenti hiex skont ir-regoli indikati fil-paragrafi 26 u 27 ta' hawn fuq; (b) sew jekk it-tibdiliet sussegwenti jolqtux is-sustanza fattwali tal-miżura oriġinali (jiġifieri n-natura tal-vantaġġ jew is-sors tal-finanzjament, l-iskop tal-għajnuna, il-benefiċjarji jew l-ambitu tal-attivitajiet tal-benefiċjarji) jew jekk dawn it-tibdiliet humiex ta' natura purament formali jew amministrattiva; u (c) fil-każ li t-tibdiliet sussegwenti ikunu sostanzjali, jekk humiex separabbli mill-miżura oriġinali, f'liema każ ikunu jistgħu jiġu vvalutati separatament, jew jekk humiex separabbli mill-miżura oriġinali b'tali mod li, fit-totalità tagħha, il-miżura oriġinali tinbidel f'għajnuna ġdida.

5.   Valutazzjoni Tal-Kompatibbiltà Tal-Għajnuna Mill-Istat Taħt L-Artikolu 61(3) Tal-Ftehim Taż-ŻEE

(31)

Għalkemm normalment il-kumpens għax-xandir ta' servizz pubbliku jiġi vvalutat taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, id-derogi elenkati fl-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE jistgħu, fil-prinċipju, japplikaw ukoll fil-qasam tax-xandir, sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet relevanti.

(32)

Il-Ftehim taż-ŻEE ma jinkludix dispożizzjoni li tikkorrispondi mal-Artikolu 167(4) tat-TFUE, li tobbliga lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment biex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha. U lanqas tinkludi eżenzjoni kulturali simili għall-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE, li tippermetti lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra għajnuna għal promozzjoni ta’ kultura bħala kompatibbli mas-suq komuni fejn għajnuna bħal din ma tolqotx kondizzjonijiet ta’ kummerċ u kompetizzjoni fil-Komunità sal-punt li hija kuntrarja għall-interess komuni. Madankollu, dan ma jfissirx li l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma jħallux spazju għall-konsiderazzjoni tal-aspetti kulturali. Il-Ftehim taż-ŻEE jirrikonoxxi l-ħtieġa biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni kulturali fl-Artikolu 13 tal-Protokoll 31. Rigward dan, għandu jitfakkar li l-Awtorità stabbiliet fi prattika ta' teħid ta' deċiżjonijiet, rigward l-għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni tal-films u attivitajiet relatati mal-films, li miżuri favur produzzjoni ċinematografika u awdjoviżiva jistgħu jiġu approvati fuq raġunijiet kulturali bl-applikazzjoni tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm dan l-approċċ jikkunsidra biżżejjed il-kriterja żviluppati mill-Kummissjoni u li l-approċċ ma jiddevjax mill-prattika tal-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE (29).

(33)

Hu f'idejn l-Awtorità biex tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni fattwali ta' kwalunkwe dispożizzjoni ta' eżenzjoni fl-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE u kif għandhom jiġu kkunsidrati l-aspetti kulturali. Ta’ min ifakkar li d-dispożizzjonijiet li jeżentaw il-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat iridu jiġu applikati b’mod strett. F'konformità ma' dan, l-Awtorità tikkunsidra li d-deroga kulturali tista' tiġi applikata f'dawk il-kawżi fejn il-prodott kulturali huwa definit jew identifikabbli b'mod ċar (30). Barra minn hekk, l-Awtorità tikkunsidra li l-kunċett ta’ kultura jrid jiġi applikat għall-kontenut u għan-natura tal-prodott ikkonċernat, u mhux għall-mezz jew għad-distribuzzjoni tiegħu per se  (31). Barra minn hekk, il-ħtiġijiet edukattivi u demokratiċi ta’ Stat tal-EFTA jridu jiġu kkunsidrati b'mod distint mill-promozzjoni tal-kultura (32).

(34)

L-għajnuna mill-Istat lil xandara tas-servizz pubbliku ma tagħmel l-ebda differenza bejn il-ħtiġijiet kulturali, demokratiċi u edukattivi tas-soċjetà. Sakemm il-miżura ta' finanzjament hija mmirata speċifikament għall-promozzjoni ta' għanijiet kulturali, għajnuna bħal din fi prinċipju ma tistax tiġi approvata taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE bħala għajnuna kulturali. L-għajnuna mill-Istat lix-xandara tas-servizz pubbliku ġeneralment tingħata fil-forma ta’ kumpens għat-twettiq tal-mandat tas-servizz pubbliku u tiġi vvalutata taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, abbażi l-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu preżenti.

6.   Valutazzjoni Tal-Kompatibbiltà Tal-Għajnuna Mill-Istat Taħt L-Artikolu 59(2) Tal-Ftehim Taż-ŻEE

(35)

Skont l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE "kull impriża responsabbli biex topera servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta’ monopolju fiskali għandha tkun soġġetta għar-regoli ta' dan il-Ftheim, partikolarment dawk li jirreferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma jridx jintlaqat sa ċertu punt li jmur kontra l-interessi tal-Partijiet Kontraenti."

(36)

Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet konsistentement li l-Artikolu 106 tat-TFUE (dak li kien l-Artikolu 86 tat-Trattat tal-KE), jikkorrispondi mal-Artikolu 59 tal-Ftehim taż-ŻEE, jipprovdi għal deroga u għaldaqstant irid jiġi interpretat restrittivament. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li sabiex miżura tibbenefika minn tali deroga, huwa importanti li jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

is-servizz inkwistjoni jrid jkunu servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u definit b'mod ċar li hu hekk mill-Istat Membru (definizzjoni) (33);

(ii)

l-impriża inkwistjoni għandha tiġi fdata b’mod espliċitu mill-Istat Membru biex tforni dak is-servizz (fiduċja) (34);

(iii)

l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni tat-Trattat (f’dan il-każ, il-projbizzjoni fuq l-għajnuna mill-Istat) trid ixxekkel it-twettiq ta’ xogħlijiet partikolari asssenjati lill-intrapriża u l-eżenzjoni minn regoli bħal dawn ma tridx taffettwa l-iżvilupp ta’ kummerċ sal-punt li jkunu kuntra l-interessi tal-Komunità (test ta’ proporzjonalità) (35).

(37)

Fil-każ speċifiku tax-xandir pubbliku l-approċċ msemmi hawn fuq irid ikun adattat fid-dawl tar-Riżoluzzjoni li tikkonċerna xandir ta' servizz pubbliku, li jirreferi għall-"mandat tas-servizz pubbliku kif mogħti, definit u organizzat minn kull Stat Membru" (definizzjoni u fiduċja) u jipprovdi għal deroga mir-regoli tat-Trattat fil-każ ta’ finanzjament tax-xandir ta' servizz pubbliku "safejn u sakemm finanzjament bħal dan jingħata lill-organizzazzjonijiet ta’ xandir għat-twettiq tal-mandat ta' servizz pubbliku (…) u (…) ma jaffettwawx kondizzjonijiet ta’ kummerċ u kompetizzjoni fil-Komunità sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni, waqt li r-realizzazzjoni tal-mandat ta’ dak is-servizz pubbliku għandha tiġi kkunsidrata" (proporzjonalità).

(38)

Huwa f'idejn l-Awtorità li tivvaluta, abbażi l-evidenza pprovduta mill-Istati tal-EFTA, jekk dawn il-kriterji ġewx issodisfati. Fir-rigward tad-definizzjoni tal-mandat tas-servizz pubbliku, ir-rwol tal-Awtorità huwa li tivverifika għal żbalji ovvji (ara t-taqsima 6.1). L-Awtorità tivverifika ulterjorment jekk ikunx hemm mandat espliċitu u sorveljanza effettiva tat-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku (ara t-taqsima 6.2).

(39)

Meta tagħmel il-prova tal-proporzjonalità, l-Awtorità tikkunsidra jekk kwalunkwe distorsjoni fil-kompetizzjoni li tirriżulta mill-kumpens għas-servizz pubbliku tistax tiġi ġġustifikata jew le f’termini ta' ħtieġa li jitwettaq servizz pubbliku u li jkun hemm lok għall-finanzjament tiegħu. L-Awtorità tivvaluta, partikolarment abbażi tal-provi li l-Istati tal-EFTA marbutin li jressqu dwar jekk hemmx garanziji biżżejjed biex jiġu evitati effetti sproporzjonati ta' finanzjament pubblku, kumpens żejjed u s-sussidju trasversali, u biex tiżgura li x-xandara tas-servizz pubbliku jirrispettaw il-kundizzjonijiet tas-suq fl-attivitajiet kummerċjali tagħhom (ara t-taqsimiet 6.3 u ta' wara).

(40)

L-analiżi tal-effetti tal-konformità mar-rekwiżit tal-għajnuna mill-Istat għandha tkun ibbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull sistema nazzjonali. L-Awtorità hija konxja mid-differenzi fis-sistemi tax-xandir nazzjonali minn karatteristiċi oħra tas-swieq tal-midja tal-Istati tal-EFTA. Għaldqastant, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għax-xandara tas-servizz pubbliku taħt l-Artikolu 59(2) issir fuq bażi ta’ każ b’każ, skont il-prattika tal-Kummissjoni u tal-Awtorità (36), b’mod konformi mal-prinċipji stabbiliti fit-taqsimiet li ġejjin.

(41)

L-Awtorità se tikkunsidra wkoll id-diffikultà li xi Stati tal-EFTA jista' jkollhom biex jiġbru l-fondi meħtieġa, jekk l-ispejjeż għal kull abitant tas-servizz pubbliku jkunu, ceteris paribus, ogħla (37) filwaqt li tikkunsidra wkoll id-dubji potenzjali ta' midja oħrajn f'dawn l-Istati tal-EFTA.

(42)

Kif turi l-prattika tal-Kummissjoni u tal-Awtorità, miżura li ma tissodisfax il-kriterji tal-Altmark kollha, xorta se tiġi analizzata skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE, rispettivament l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE (38).

6.1.   Id-definizzjoni ta’ mandat tas-servizz pubbliku

(43)

Sabiex tiġi sodisfatta l-kondizzjoni msemmija fil-punt 36(i) ta' hawn fuq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni uffiċjali tal-mandat tas-servizz pubbliku. Huwa biss f'dan l-istadju li l-Awtorità tkun tista’ tivvaluta b’ċertezza legali suffiċjenti jekk id-deroga taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE tapplikax jew le.

(44)

Id-definizzjoni tal-mandat tas-servizz pubbliku taqa’ fi ħdan il-kompetenza tal-Istati tal-EFTA, li jistgħu jiddeċiedu f’livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, skont l-ordni legali nazzjonali tagħhom. B’mod ġenerali, fl-eserċizzju ta’ dik il-kompetenza, għandu jiġi kkunsidrat il-kunċett tas-"servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali" (minn hawn ’il quddiem msejjaħ SIEĠ".

(45)

Id-definizzjoni tal-mandat ta' servizz pubbliku mill-Istati tal-EFTA għandha tkun preċiża kemm jista’ jkun. M’għandha tħalli l-ebda dubju dwar jekk ċerta attività mwettqa mill-operatur fdat hix intiża mill-Istat tal-EFTA biex tiġi inkluża fil-mandat tas-servizz pubbliku jew le. Mingħajr definizzjoni ċara u preċiża tal-obbligi imposti fuq ix-xandar tas-servizz pubbliku, l-Awtorità ma tkunx tista’ twettaq il-kompiti tagħha taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE u, għaldaqstant, ma tkun tista’ tagħti l-ebda eżenzjoni taħt dik id-dispożizzjoni.

(46)

L-identifikazzjoni ċara tal-attivitajiet koperti mill-mandat tas-servizz pubbliku hija importanti wkoll għall-operaturi tas-servizz privat, sabiex dawn ikunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom. Barra minn hekk, it-termini tal-mandat tas-servizz pubbliku għandhom ikunu preċiżi biżżejjed, sabiex l-awtoritajiet tal-Istati tal-EFTA jkunu jistgħu jissorveljaw il-konformità b’mod effettiv, kif deskritt fit-taqsima li ġejja.

(47)

Fl-istess ħin, minħabba n-natura speċifika tas-settur tax-xandir, u l-ħtieġa tas-salvagwardja tal-indipendenza editorjali tax-xandara tas-servizz pubbliku, normalment tiġi kkunsidrata definizzjoni kwalitattiva li tafda lil xandar partikolari l-obbligu li jipprovdi firxa wiesgħa ta’ programmar u offerta ta’ xandir ibbilanċjata u varjata bħala leġittima taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE (39). Ġeneralment tali definizzjoni tiġi kkunsidrata bħala konsistenti mal-għan li jkunu ssodisfati l-ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta’ soċjetà partikolari u li jiġi garantit il-pluraliżmu, inkluża d-diversità kulturali u lingwistika. Kif espress mill-Qorti Ġenerali, il-leġittimità ta' mandati tax-xandir pubbliku b'definizzjoni daqshekk wiesgħa tistrieħ fuq ir-rekwiżiti kwalitattivi għas-servizzi pprovduti mix-xandar tas-servizz pubbliku (40). Id-definizzjoni tal-mandat tas-servizz pubbliku jista' jirrefletti wkoll l-iżvilupp u diversifikazzjoni ta' attivijtaiet fl-era diġitali u tinkludi servizzi awdjoviżivi li jkunu fuq pjattaformi kollha ta' distribuzzjoni.

(48)

Rigward id-definizzjoni tas-servizz pubbliku fis-settur tax-xandir, ir-rwol tal-Awtorità huwa limitat biex jiġu vverifikati żbalji evidenti. Mhuwiex fil-kompetenza tal-Awtorità li tiddeċiedi liema programmi għandhom jiġu pprovduti u ffinanzjati bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, lanqas li tressaq dubji dwar il-kwalità ta' prodott partikolari. Id-definizzjoni tal-mandat tas-servizz pubbliku, madankollu, tkun fi żball evidenti jekk tinkludi attivitajiet li ma setgħux b’mod raġonevoli jiġu kkunsidrati li jissodisfaw il-ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta’ kull soċjetà. Dik normalment tkun il-pożizzjoni fil-każ ta’ reklamar, kummerċ elettroniku, teleshopping, l-użu ta' numri ta' rata premium f'logħob bi premju (41), sponsorizzazzjoni jew promozzjoni, pereżempju. Barra min hekk, żball ċar jista' jseħħ fil-każ li l-għajnuna mill-Istat tintuża għall-iffinanzjar ta' attivitajiet li ma jkunux ta' valur miżjud f'termini tas-servizz għall-ħtiġijiet soċjali, demokratiċi u kulturali tas-soċjetà.

(49)

F’dan il-kuntest, ta’ min ifakkar li l-mandat tas-servizz pubbliku jiddeskrivi s-servizzi offruti lill-pubbliku fl-interess ġenerali. Il-kwistjoni tad-definizzjoni tal-mandat tas-servizz pubbliku m’għandhiex tiġi konfuża ma’ dik tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament magħżul biex jipprovdi dawn is-servizzi. Għalhekk, waqt li x-xandara tas-servizz pubbliku jistgħu jwettqu attivitajiet kummerċjali bħall-bejgħ ta’ spazji ta’ reklamar sabiex ikollhom dħul, attivitajiet bħal dawn normalment ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala parti mill-mandat tas-servizz pubbliku (42).

6.2.   Il-fiduċja u s-sorveljanza

(50)

Biex jibbenefika mill-eżenzjoni taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, il-mandat tas-servizz pubbliku għandu jiġi fdat lil impriża waħda jew aktar permezz ta’ att uffiċjali (pereżempju, b’liġi, kuntratt jew termini ta’ referenza vinkolanti).

(51)

L-att(i) ta’ fiduċja għand/u/hom jispeċifika(w) (i)n-natura preċiża tal-obbligi tas-servizz pubbliku skont it-taqsima 6.1 aktar ’il fuq, u għand/u/hom jistabbilixxi/u l-kundizzjonijiet għall-kumpens, kif ukoll l-arranġamenti sabiex jiġu evitat u jitħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed.

(52)

Kull meta l-ambitu tal-mandat tas-servizz pubbliku jiġi estiż biex ikopri servizzi ġodda, l-att(i) tad-definizzjoni u tal-fiduċja għandu jiġi mmodifikat kif jixraq, fil-limiti tal-Artikolu 59(2) tal-Ftheim taż-ŻEE. Fl-interess li x-xandara tas-servizz pubbliku jkunu jistgħu jirreaġixxu malajr għall-iżviluppi teknoloġiċi ġodda, l-Istati tal-EFTA jistgħu jipprevedu wkoll li l-fiduċja għal servizz ġdid tingħata wara li tkun saret il-valutazzjoni deskritta fit-taqsima 6.7 aktar ’l isfel, qabel ma l-att ta’ fiduċja oriġinali jiġi kkonsolidat formalment.

(53)

Madankollu, m’huwiex biżżejjed li x-xandar tas-servizz pubbliku ikun fdat formalment bil-forniment tas-servizz pubbliku ddefinit sew. Huwa importanti wkoll li s-servizz pubbliku jiġi pprovdut kif jixraq, kif previst fil-ftehim formali bejn l-Istat u l-impriża fdata. Għalhekk, huwa mixtieq li jkun hemm awtorità xierqa jew entità maħtura biex tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan b’mod trasparenti u effettiv. Il-ħtieġa għal tali awtorità jew korp li jkun responsabbli għas-sorveljanza hija evidenti fejn jirrigwarda l-istandards tal-kwalità imposti fuq l-operatur fdat. Mhux f'idejn l-Awtorità biex tiddeċiedi dwar it-twettiq tal-istandards ta' kwalità: din għandha tkun f’pożizzjoni li tista’ tistrieħ fuq is-superviżjoni xierqa mill-Istati tal-EFTA dwar il-konformità tax-xandar mal-mandat tas-servizz pubbliku inklużi l-istandards kwalitattivi stabbiliti f'dak il-mandat (43).

(54)

Huwa fil-kompetenza tal-Istat tal-EFTA li jagħżel il-mekkaniżmu biex jiżgura s-sorveljanza effettiva tal-issodisfar tal-obbligi tas-servizzi pubbliku, u b'hekk tippermetti lill-Awtorità li twettaq il-ħidmiet tagħha taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim tal-EFTA. Din is-sorveljanza tkun effettiva biss jekk issir minn entità li tkun tassew indipendenti mill-ġestjoni tax-xandar tas-servizz pubbliku, li jkollu s-setgħat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq sorveljanza regolari, u li twassal għall-impożizzjoni ta' rimedji xierqa safejn meħtieġ biex jiżgura l-konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku.

(55)

Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet suffiċjenti u kredibbli li s-servizz pubbliku huwa fil-fatt ipprovdut skont il-mandat, l-Awtorità ma tkunx tista’ twettaq il-kompiti tagħha taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim tal-EFTA, u għalhekk ma tkun tista’ tagħti l-ebda eżenzjoni taħt dik id-dispożizzjoni.

6.3.   L-għażla ta' finanzjament għal xandara tas-servizz pubbliku

(56)

L-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jkunu jew kwantitattivi jew kwalitattivi jew inkella t-tnejn li huma. Minkejja l-forma tagħhom, dawn jistgħu jiġġustifikaw il-kumpens, sakemm dawn jinkludu spejjeż supplementari li normalment ix-xandar ma kienx ġarrab.

(57)

L-iskemi ta’ finanzjament jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji wiesgħa: "finanzjament-uniku" u "finanzjament-doppju". Il-kategorija "finanzjament-uniku" tkopri dawk is-sistemi li fihom ix-xandir ta' servizz pubbliku huwa finanzjat biss permezz ta’ fondi pubbliċi, ikunu f’liema forma jkunu. Is-sistemi ta’ "finanzjament doppju" jinkludu varjetà wiesgħa ta’ skemi, fejn ix-xandir ta' servizz pubbliku jkun iffinanzjat b’kombinazzjonijiet differenti ta’ fondi mill-Istat u dħul minn attivitajiet kummerċjali jew servizz pubbliku, bħall-bejgħ ta’ spazju ta' reklamar jew programmi u l-offerta tas-servizzi bi ħlas.

(58)

Kif iddikjarat fir-Riżoluzzjoni rigward ix-xandir ta' servizz pubbliku: "Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri li jipprovdu għall-finanzjament ta’ xandir ta' servizz pubbliku (…)". Għalhekk, fil-prinċipju l-Awtortià m’għandha l-ebda oġġezzjoni biex tagħżel skema ta’ finanzjament doppju aktar milli l-iskema ta’ finanzjament uniku.

(59)

Filwaqt li l-Istati tal-EFTA huma ħielsa li jagħżlu l-mezzi ta' finanzjament għax-xandir ta' servizz pubbliku, l-Awtorità għandha tivverifika, taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, li l-finanzjament mill-Istat ma jolqotx lill-kompetizzjoni fiż-ŻEE b'mod sproporzjonat, kif imsemmi fil-paragrafu 37 hawn fuq.

6.4.   Ħtiġijiet ta’ trasparenza għall-istima tal-għajnuna mill-Istat

(60)

Il-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mill-Awtorità teħtieġ definizzjoni ċara u preċiża tal-mandat tas-servizz pubbliku kif ukoll separazzjoni ċara u xierqa bejn l-attivitajiet tas-servizz pubbliku u l-attivitajiet li mhumiex tas-servizz pubbliku inkluż separazzjoni ċara tal-kontijiet.

(61)

Is-separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet tas-servizz pubbliku u tal-attivitajiet li mhumiex tas-servizz pubbliku normalment tkun diġà meħtieġa f’livell nazzjonali billi huwa essenzjali li tiġi żgurata t-trasparenza u l-kontabbiltà meta jintużaw il-fondi pubbliċi. Separazzjoni tal-kontijiet tipprovdi għodda għall-analiżi tal-allegat sussidju transversali u biex tiddefendi l-ħlasijiet ta’ kumpens ġustifikati għal kompiti ta’ interess ekonomiku ġenerali. Fuq il-bażi biss tal-allokazzjoni xierqa tal-ispejjeż u d-dħul jista’ jiġi stabbilit jekk il-finanzjament pubbliku jkunx fil-fatt limitat għall-ispejjeż netti tal-mandat tas-servizz pubbliku, biex b’hekk ikun aċċettabbli taħt l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim tal-EFTA.

(62)

L-Istati Membri huma marbuta mid-Direttiva 2006/111/KE (id-Direttiva dwar it-Trasparenza) li jieħdu miżuri ta’ trasparenza f’każ ta’ kwalunkwe impriża li tkun ingħatat drittijiet speċjali jew esklużivi jew li tkun ġiet fdata bl-operat tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u li tkun qed tirċievi kumpens għas-servizz pubbliku fi kwalunkwe forma għal dan is-servizz u tkun qed twettaq attivitajiet oħra, jiġifieri, attivitajiet mhux tas-servizz pubbliku. Dawn ir-rekwiżiti ta’ trasparenza huma: (a) il-kontijiet interni li jikkorrispondu għal attivitajiet differenti, jiġifieri attivitajiet ta' servizz pubbliku u mhux ta' servizz pubbliku, għandhom ikunu separati; (b) l-ispejjeż kollha u d-dħul għandhom ikunu assenjati jew allokati tajjeb abbażi ta' prinċipji ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż applikati b’mod konsistenti u ġġustifikati b’mod oġġettiv; u (c) il-prinċipji tal-kontabbiltà tal-ispejjeż, skont liema iridu jinżammu kontijiet separati, għandhom ikunu stabbiliti b’mod ċar (44).

(63)

Dawn ir-rekwiżiti ta’ trasparenza ġenerali japplikaw ukoll għax-xandara, sakemm dawn ikunu fdati bl-operat tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, jirċievu kumpens pubbliku għal dan is-servizz, u jwettqu wkoll attivitajiet oħra li mhumiex tas-servizz pubbliku.

(64)

Fis-settur tax-xandir, is-separazzjoni tal-kontijiet ma toħloq l-ebda problema partikolari fejn jikkonċerna d-dħul. Għal din ir-raġuni, l-Awtorità tikkunsidra li, fejn jikkonċerna d-dħul, l-operaturi tax-xandir għandhom jagħtu deskrizzjoni dettaljata tas-sorsi u tal-ammont ta’ dħul kollu akkumulat mit-twettiq ta’ attivitajiet tas-servizz pubbliku u mhux tas-servizz pubbliku.

(65)

Rigward l-ispejjeż, dawk kollha li jkunu saru fl-operat tas-servizz pubbliku jistgħu jiġu kkunsidrati. Fejn l-impriża twettaq attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tas-servizz pubbliku, dawk l-ispejjeż biss li jkunu assoċjati mas-servizz pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati. L-Awtorità tagħraf li, fis-settur tax-xandir pubbliku, is-separazzjoni tal-kontijiet tista’ tkun ferm aktar diffiċli fil-parti tal-ispejjeż. Dan għaliex, partikolarment fil-qasam tax-xandir tradizzjonali, l-Istati tal-EFTA jistgħu jikkunsidraw l-ipprogrammar sħiħ ta’ xandar kopert mill-mandat tas-servizz pubbliku, waqt li fl-istess ħin jippermettu l-isfruttament kummerċjali tiegħu. Fi kliem ieħor, l-attivitajiet tas-servizz pubbliku u l-attivitajiet li mhumiex tas-servizz pubbliku jistgħu ġeneralment jikkondividu l-istess inputs, filwaqt li l-ispejjeż mhux dejjem jistgħu jkunu separati b’mod proporzjonat.

(66)

L-ispejjeż speċifiċi għall-attivitajiet mhux tas-servizz pubbliku (eżempju: l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni tar-reklamar) għandhom dejjem ikunu identifikati b’mod ċar u jitniżżlu b’mod separat. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-produzzjoni intiżi biex simultanjament iservu għall-iżvilupp ta’ attivitajiet fil-qasam tas-servizzi pubbliċi u mhux pubbliċi għandhom ikunu allokati b’mod proporzjonali għall-attivitajiet tas-servizz pubbliku u mhux tas-servizz pubbliku rispettivament, u b'mod sinjifikanti kull fejn ikun possibbli.

(67)

F’każijiet oħrajn, kull meta l-istess riżorsi jintużaw għat-twettiq tal-ħidmiet tas-servizz pubbliku u mhux tas-servizz pubbliku, l-ispejjeż komuni ta' kontribuzzjoni għandhom jiġu allokati abbażi tad-differenza fl-ispejjeż totali tad-ditta kummerċjali u mingħajr attivitajiet mhux tas-servizzi pubbliku (45). F’każijiet bħal dawn, l-ispejjeż li jiġu attribwiti kompletament għall-attivitajiet tas-servizz pubbliku, filwaqt li jkunu qed jibbenefikaw ukoll attivitajiet li mhux tas-servizz pubbliku, m’hemmx għalfejn jiġu maqsuma bejn it-tnejn u allura jistgħu jiġu allokati kompletament għall-attività tas-servizz pubbliku. Din id-differenza għall-metodu li jiġi ġeneralment segwit f’setturi oħra ta’ utilitajiet hija spjegata bl-ispeċifiċitajiet tas-settur tax-xandir pubbliku. Fil-qasam tax-xandir pubbliku, il-benefiċċji netti tal-attivitajiet kummerċjali relatati mal-attivitajiet ta' servizz pubbliku għandhom ikunu kkunsidrati sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku, u għalhekk biex jitnaqqas il-livell ta’ kumpens għas-servizz pubbliku. Dan inaqqas ir-riskju ta’ sussidju trasversali permezz ta’ spejjeż komuni taż-żamma tal-kotba għal attivitajiet tas-servizz pubbliku.

(68)

L-eżempju prinċipali għas-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu ta’ qabel hija l-ispiża tal-produzzjoni ta’ programmi fil-qafas tal-missjoni tas-servizz pubbliku tax-xandar. Dawn il-programmi jservu kemm biex jiġi ssodisfat il-mandat tas-servizz pubbliku kif ukoll biex jiġġeneraw udjenza għall-bejgħ ta’ spazju għar-reklamar. Madankollu, kważi huwa impossibbli li tikkwantifika bi grad suffiċjenti ta’ preċiżjoni kemm in-numru ta’ telespettaturi li jsegwu l-programm fil-fatt jissodisfa l-mandat tas-servizz pubbliku u kemm dan qed jiġġenera dħul mir-reklamar. Għal din ir-raġuni, id-distribuzzjoni tal-ispejjeż tal-ipprogrammar bejn iż-żewġ attivitajiet hemm ċans li tkun arbitrarja aktar milli waħda sinifikattiva.

(69)

L-Awtorità tikkunsidra li t-trasparenza finanzjarja tista’ tissaħħaħ aktar b’separazzjoni xierqa bejn l-attivitajiet tas-servizz pubbliku u l-attivitajiet mhux tas-servizz pubbliku fil-livell tal-organizzazzjoni tax-xandar tas-servizz pubbliku. Separazzjoni funzjonali jew strutturali normalment tagħmilha eħfef biex sa mill-bidu nett ikun evitat is-sussidju trasversali ta’ attivitajiet kummerċjali kif ukoll biex ikunu żgurati l-prezzijiet tat-trasferiment u l-konformità mal-prinċipju ta’ distakkament. Għalhekk, l-Awtorità qed tistieden lill-Istati tal-EFTA biex jikkunsidraw is-separazzjoni funzjonali jew strutturali ta' attivitajiet kummerċjali sinjifikanti u separati, bħala forma tal-aħjar prattika.

6.5.   Il-Prinċipju tal-kost nett u tal-kumpens żejjed

(70)

Bħala kwistjoni ta' prinċipju, billi l-kumpens żejjed mhuwiex meħtieġ għall-operat tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, dan jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli li trid titħallas lura lill-Istat suġġett għall-kjarifiki pprovduti f'din it-taqsima fir-rigwad tax-xandir ta' servizz pubbliku.

(71)

L-Awtorità tibda mill-konsiderazzjoni li l-finanzjament mill-Istat normalment ikun meħtieġ biex l-impriża tkun tista’ twettaq il-kompiti tas-servizz pubbliku tagħha. Madankollu, biex tiġi ssodisfata l-prova tal-proporzjonalità, bħala regola ġenerali huwa meħtieġ li l-ammont ta’ kumpens pubbliku ma jkunx iżjed mill-ispejjeż netti tal-missjoni tas-servizz pubbliku, billi tikkunsidra wkoll dħul dirett jew indirett ieħor li jirriżulta mill-missjoni tas-servizz pubbliku. Għal din ir-raġuni, se jiġi kkunsidrat il-benefiċċju nett tal-attivitajiet kummerċjali kollha relatati mal-attività tas-servizz pubbliku biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti l-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku.

(72)

L-impriżi li jirċievu kumpens għat-twettiq ta’ kompitu tas-servizz pubbliku jistgħu, b’mod ġenerali, jagħmlu qligħ raġonevoli. Dan il-qligħ jikkonsisti minn rata ta’ dħul fuq il-kapital tagħhom stess fejn jiġi kkunsidrat ir-riskju, jew in-nuqqas ta’ riskju, li tkun ħadet dik l-impriża. Fis-settur tax-xandir, il-missjoni tas-servizz pubbliku ħafna drabi titwettaq minn xandara li ma jkunux orjentati lejn il-qligħ jew li ma jkollhomx għalfejn iħallsu lura l-kapital investit u ma jkunu jwettqu l-ebda attività oħra ħlief il-forniment tas-servizz pubbliku. L-Awtorità tikkunsidra li f’dawn is-sitwazzjonijiet, mhuwiex raġonevoli li jiġi inkluż element ta’ profitt fl-ammont ta’ kumpens biex tiġi ssodisfata l-missjoni tas-servizz pubbliku (46). Madankollu, f’każijiet oħra, pereżempju meta obbligi speċifiċi tas-servizz pubbliku jiġu fdati lil impriżi kummerċjali li jridu jħallsu lura l-kapital investit fihom, element ta’ profitt li jirrappreżenta r-remunerazzjoni ġusta tal-kapital, meta jiġi kkunsidrat ir-riskju, jista’ jiġi kkunsidrat bħala wieħed raġonevoli, jekk dan ikun iġġustifikat kif xieraq u sakemm ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-obbligi tas-servizz pubbliku.

(73)

Ix-xandara tas-servizz pubbliku jistgħu jżommu kumpens żejjed annwali li jaqbeż il-kost nett tas-servizz pubbliku (bħala "riżervi tas-servizz pubbliku") safejn dan ikun neċessarju għall-iżgurar tal-finanzjament tal-obbligi tas-servizz pubbliku. B'mod ġenerali, l-Awtorità tikkunsidra li ammont sa 10 % tal-ispejjeż annwali stmati tal-missjoni tas-servizz pubbliku jista' jiġi kkunsidrat neċessarju biex ipatti għall-flutwazzjonijiet fl-ispejjeż u d-dħul. Bħala regola, il-kumpens żejjed aktar mil-limitu għandu jintradd lura mingħajr dewmien żejjed.

(74)

Bħala eċċezzjoni, ix-xandara tas-servizz pubbliku jistgħu jżommu ammont żejjed li jaqbeż l-10 % tal-ispejjeż annwali stmati tal-missjoni tas-servizz pubbliku tagħhom f’każijiet b'ġustifikazzjoni xierqa. Dan huwa aċċettabbli biss sakemm dan il-kumpens żejjed jiġi allokat speċifikament bil-quddiem u b'mod vinkolanti għal spiża maġġuri u mhux rikorrenti neċessarja għall-issodisfar tal-missjoni tas-servizzi pubbliku (47). L-użu ta' tali kumpens żejjed allokat b'mod speċifiku għandu jkun ukoll fuq żmien limitat b'mod ċar skont l-allokazzjoni tiegħu.

(75)

Sabiex l-Awtorità tkun tista' teżerċita l-kompiti tagħha, l-Istati tal-EFTA għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet preċiżi li taħthom il-kumpens żejjed ikun jista' jintuża mix-xandara tas-servizz pubbliku.

(76)

Il-kumpens żejjed imsemmi aktar ’il fuq għandu jintuża biss għall-finanzjament ta' attivitajiet tas-servizz pubbliku. Is-sussidju transversali ta' attivitajiet kummerċjali mhuwiex iġġustifikat u jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli.

6.6.   Mekkaniżmi ta' kontroll finanzjarju

(77)

L-Istati tal-EFTA għandhom jipprovdu għal mekkaniżmi xierqa biex jiżguraw li ma jingħata l-ebda kumpens żejjed, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 72 sa 76 ta hawn fuq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kontroll regolari u effettiv għall-użu tal-finanzjament pubbliku, biex jevitaw kumpens żejjed u sussidju transversali, kif ukoll biex jiflu bir-reqqa l-livell u l-użu "tar-riżervi tas-servizz pubbliku". Huwa fil-kompetenza tal-Istati tal-EFTA li jagħżlu l-aktar mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa u effettivi fis-sistemi tax-xandir nazzjonali tagħhom, filwaqt li jiżguraw ukoll il-koerenza mal-mekkaniżmi eżistenti ta’ superviżjoni biex jiġi ssodisfat il-mandat tas-servizz pubbliku.

(78)

Dawn il-mekkaniżmi ta’ kontroll ikunu effettivi biss jekk jitwettqu minn korp estern li jkun indipendenti mix-xandar tas-servizz pubbliku f’intervalli regolari, preferibbilment fuq bażi annwali. L-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi għall-irkupru ta' kumpens żejjed li jmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet tat-taqsima 6.5 preċedenti u sussidju transverali.

(79)

Is-sitwazzjoni finanzjarja tax-xandara tas-servizz pubbliku għandha tkun soġġetta għal reviżjoni dettaljata fi tmiem kull perjodu ta’ finanzjament kif previst fis-sistemi nazzjonali tax-xandir tal-Istati tal-EFTA, jew fin-nuqqas ta' dan, perjodu li normalment m’għandux jaqbeż l-erba’ snin. Kwalunkwe "riżervi tas-servizz pubbliku" eżistenti fi tmiem il-perjodu ta’ finanzjament, jew fi tmien perjodu ekwivalenti kif previst aktar 'il fuq, għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tal-ħtiġijiet finanzjarji tax-xandar pubbliku għall-perjodu li jmiss. Fil-każ ta’ "riżervi tas-servizz pubbliku" li jaqbżu l-10 % tal-ispejjeż annwali tas-servizz pubbliku fuq bażi rikorrenti, l-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw jekk il-livell ta' finanzjament hux aġġustat għall-ħtiġijiet finanzjarji fattwali tax-xandara tas-servizz pubbliku.

6.7.   Id-diversifikazzjoni tax-xandir pubbliku

(80)

F'dawn l-aħħar snin, is-swieq awdjoviżivi għaddew minn tibdil importanti, li wasslu għall-iżvilupp u d-diversifikazzjoni kontinwi tas-servizz tax-xandir. Dan qajjem dubji ġodda dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-servizzi tal-midja awdjoviżivi li jmorru lil hinn minn attivitajiet tax-xandir fit-tifsira tradizzjonali tagħhom.

(81)

F'dan ir-rigward l-Awtorità tikkunsidra li x-xandara tas-servizz pubbliku għandhom ikunu jistgħu jużaw l-opportunitajiet offruti bid-diġitizzazzjoni u bid-diversifikazzjoni tal-pjattaformi tad-distribuzzjoni fuq bażi ħielsa mit-teknoloġija, għall-ġid tas-soċjetà. Sabiex jiġi garantit ir-rwol fundamentali tax-xandara tas-servizz pubbliku fl-ambjent diġitali ġdid, ix-xandara tas-servizz pubbliku jistgħu jużaw għajnuna mill-Istat biex jipprovdu servizzi fuq pjattaformi ta' distribuzzjoni ġodda, li jaqdu l-pubbliku ġenerali kif ukoll interessi speċjali, dejjem jekk jindirizzaw l-istess ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali tas-soċjetà inkwistjoni, u ma jkunux iħallu effetti sproporzjonati fuq is-suq, li mhumiex meħtieġa għall-issodisfar tal-mandat tas-servizz pubbliku.

(82)

F’linja parallela mal-evoluzzjoni mgħaġġla tas-swieq tax-xandir, il-mudelli ta’ negozju tax-xandara wkoll għaddejjin minn bidliet kbar. Biex jissodisfaw il-mandat tas-servizz pubbliku tagħhom, ix-xandara qed jirrikorru dejjem aktar lejn sorsi ġodda ta’ finanzjament, bħar-reklamar onlajn jew il-forniment ta' servizzi bi ħlas (l-hekk imsejħa servizzi bi ħlas, bħall-aċċess għall-arkivji bil-ħlas ta’ miżata, stazzjonijiet tat-televiżjoni ta’ interess speċjali fuq bażi ta’ ħlas skont kemm tara, l-aċċess għal servizzi ċellulari għal ħlas ta’ somma f’daqqa, l-aċċess differit għal programmi tat-televiżjoni bi ħlas, downloads imħallsin ta’ kontenut onlajn, eċċ.). L-element ta’ remunerazzjoni f’servizzi bi ħlas jinkludi, pereżempju, il-ħlas ta’ tariffi għad-distribuzzjoni tan-netwerk jew għad-drittijiet tal-kopja mix-xandara (pereżempju, jekk is-servizzi fuq pjattaformi ċellulari jiġu pprovduti bi ħlas ta’ tariffi għad-distribuzzjoni ċellulari).

(83)

Għalkemm tradizzjonalment is-servizzi tax-xandir pubbliku kienu mingħajr ħlas (free-to-air), l-Awtorità tikkunsidra li element ta' remunerazzjoni diretta f'servizzi bħal dawn – filwaqt li tħalli impatt fuq l-aċċess tat-telespettaturi (48) – mhux neċessarjament ifisser li huwa ċar li dawn is-servizzi mhumiex parti mill-mandat tas-servizz pubbliku sakemm l-element ta' ħlas ma jikkompromettix il-karattru separat tas-servizz pubbliku li jservi l-ħtiġijiet soċjali, demokratiċi u kulturali taċ-ċittadini, li hija d-distinzjoni bejn is-servizzi kummerċjali u attivitajiet purament kummerċjali (49). L-element ta' remunerazzjoni huwa wieħed mill-aspetti li jridu jiġu kkunsidrati meta jiġi deċiż l-inklużjoni tas-servizzi bħal dawn fil-mandat tas-servizz pubbliku, peress li jista' jaffettwa l-universalità u t-tfassil ġenerali tas-servizz mogħti kif ukoll l-impatt tiegħu fuq is-suq. Sakemm dawn is-servizzi b’element ta’ ħlas jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi soċjali, demokratiċi u kulturali tas-soċjetà mingħajr ma jwasslu għal effetti sporporzjonati fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ transkonfinali, l-Istati tal-EFTA jistgħu jinkludu wkoll il-possibbiltà li x-xandara tas-servizz pubbliku joffru tali servizzi bi ħlas bħala parti mill-mandat tas-servizz pubbliku tagħhom.

(84)

Kif huwa spjegat hawn fuq, l-għajnuna mill-Istat għax-xandara tas-servizz pubbliku tista' tintuża għad-distribuzzjoni tas-servizzi awdjoviżivi fuq il-pjattaformi kollha sakemm jiġu sodisfatti r-rekwiżiti materjali tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE. Għal dan il-għan, l-Istati tal-EFTA għandhom jikkunsidraw, permezz ta' proċedura ta' evalwazzjoni minn qabel ibbażata fuq konsultazzjoni pubblika miftuħa, jekk l-għadd sinjifikanti tas-servizzi ġodda tal-midja awdjoviżiva previsti mix-xandara tas-servizz pubbliku jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri, jekk jaqdux il-ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali tas-soċjetà, filwaqt li jagħtu kunsiderazzjoni xierqa għall-effetti potenzjali fuq il-kundizzjonijiet tan-negozju u fuq il-kompetizzjoni.

(85)

Huma l-Istati tal-EFTA li jiddeterminaw, waqt li jikkunsidraw l-karatteristiċi u l-evoluzzjoni tas-suq tax-xandir, kif ukoll il-medda tas-servizzi offruti diġà mix-xandar tas-servizz pubbliku, x’għandu jikkwalifika bħala “servizz ġdid sinjifikanti”. In-natura "ġdida" ta' attività tista' tiddependi, fost l-oħrajn, fuq il-kontenut kif ukoll fuq il-modalitajiet tal-konsum (50). Is-"sinjifikat" tas-servizz jista’ jikkunsidra, eżempju, ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-iżvilupp tiegħu u l-impatt mistenni fuq id-domanda. Modifikazzjonijiet sinjifikanti għas-servizzi eżistenti għandhom ikunu soġġetti għall-istess valutazzjoni bħas-servizzi ġodda sinjifikanti.

(86)

Huwa fil-kompetenza tal-Istati tal-EFTA li jagħżlu l-aktar mekkaniżmu xieraq biex jiżgura l-konsistenza tas-servizzi awjdoviżivi mal-kundizzjonijiet materjali tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, b'kunsiderazzjoni għall-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tax-xandir nazzjonali tagħhom, u l-ħtieġa għas-salvagwardja tal-indipendenza editorjali tax-xandara tas-servizz pubbliku.

(87)

Fl-interess tat-trasparenza u tal-kisba tal-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni bilanċjata, il-partijiet interessati għandu jkollhom l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar is-servizz ġdid sinjifikanti previst fil-kuntest ta' konsultazzjoni miftuħa. L-eżitu tal-konsultazzjoni, il-valutazzjoni tagħha kif ukoll ir-raġunijiet għad-deċiżjoni għandhom ikunu disponibbli pubblikament.

(88)

Sabiex jiżguraw li l-finanzjament pubbliku tas-servizzi awdjoviżivi sinjifikanti ġodda ma joħloqx distorsjoni tan-negozju u tal-kompetizzjoni b'mod li jmur kontra l-interess komuni, l-Istat tal-EFTA għandu jivvaluta, fuq il-bażi tal-eżitu tal-konsultazzjoni miftuħa, l-impatt globali ta' servizz ġdid fuq is-suq billi jqabbel is-sitwazzjoni fil-preżenza kif ukoll fin-nuqqas tas-servizz il-ġdid li jkun ippjanat. Fil-valutazzjoni tal-impatt fuq is-suq, fost l-aspetti relevanti hemm, pereżempju, l-eżistenza ta' offerti editorjali simili jew sostitwibbli, kompetizzjoni editorjali, l-istruttura tas-suq, il-pożizzjoni fis-suq tax-xandar tas-servizz pubbliku, il-livell ta' kompetizzjoni u l-impatt potenzjali fuq inizjattivi privati. L-impatt jeħtieġ li jiġi bbilanċjat mal-valur tas-servizz inkwistjoni għas-soċjetà. Fil-każ li jippredominaw l-effetti negattivi fuq is-suq, il-finanzjament mill-Istat għal servizzi awdjoviżivi jkun jidher proporzjonali biss jekk ikun iġġustifikat mill-valur miżjud li jservi l-ħtiġijiet soċjali, demokratiċi u kulturali tas-soċjetà (51), anke fid-dawl tal-offerta eiżstenti globali tas-servizz pubbliku.

(89)

Tali valutazzjoni tkun oġġettiva biss jekk titwettaq minn entità li tkun tassew indipendenti mill-ġestjoni tax-xandar tas-servizz pubbliku, fir-rigward ukoll tal-ħatra u t-tneħħija tal-membri tagħha, u jkollha l-kapaċità u r-riżorsi suffiċjenti biex teżerċita l-kompiti tagħha. L-Istati tal-EFTA għandhom ikunu f'pożizzjoni li jfasslu proċedura li tkun proporzjonata għad-daqs tas-suq u l-pożizzjoni fis-suq tax-xandar tas-servizz pubbliku.

(90)

Il-konsiderazzjonijiet deskritti aktar ’il fuq m’għandhomx iżommu lix-xandara tas-servizz pubbliku milli jippruvaw servizzi ġodda innovattivi (eżempju fil-forma ta’ proġetti pilota) fuq skala limitata (eżempju f’termini ta’ ħin u udjenza) u biex jiġbru l-informazzjoni dwar il-fattibbiltà u l-valur miżjud tas-servizz previst, sakemm din il-fażi ta’ prova ma twassalx għall-introduzzjoni tas-servizz awdjoviżiv sinjifikanti totalment ġdid.

(91)

L-Awtorità tikkunsidra li l-valutazzjoni ta' hawn fuq fil-livell nazzjonali li ssemmiet hawn fuq se tikkontribwixxi għall-garanzija tal-konformità mar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan kollu mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-Awtorità u l-Kummissjoni li tivverifika jekk l-Istati tal-EFTA jkunux qed iħarsu d-dispożizzjonijiet tal-Ftheim taż-ŻEE, u għad-dritt tagħha li taġixxi wkoll, kull meta jkun meħtieġ, fuq il-bażi ta’ ilmenti jew fuq inizjattiva tagħha stess.

6.8.   Proporzjonalità u l-imġiba tas-suq

(92)

Skont l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, ix-xandara tas-servizz pubbliku m'għandhom jidħlu fl-ebda attivitajiet li jirriżultaw f'distorsjonijiet sproporzjonati tal-kompetizzjoni li ma jkunux neċessarji għall-isodisfar tal-missjoni tas-servizz pubbliku. Pereżempju, l-akkwist ta' kontenut premium bħala parti minn missjoni tas-servizz pubbliku globali ta’ xandara tas-servizz pubbliku ġeneralment huwa kkunsidrat bħala leġittimu. Madanakollu, fil-każ li x-xandara tas-servizz pubbliku kellhom iżommu drittijiet premium esklużivi mingħajr ma joffruhom b'subliċenzji b'mod trasparenti u f'waqtu, jinħolqu distorsjonijiet sproporzjonati tas-suq. Għalhekk, l-Awtorità tistieden lill-Istati tal-EFTA biex jiżguraw li x-xandara tas-servizz pubbliku jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità anke fir-rigward tal-akkwist tad-drittijiet premium, u li jipprovdu regoli dwar is-subliċenzjar ta' drittijiet premium esklużivi mix-xandara tas-servizz pubbliku.

(93)

Fit-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali, ix-xandara tas-servizz pubbliku għandhom ikunu marbuta bil-ħarsien għall-prinċipji tas-suq u, meta jaġixxu permezz ta' sussidjarji kummerċjali, huma għandhom iżommu d-distanza fir-relazzjonijiet tagħhom minn dawn is-sussidjarji. L-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw li x-xandara tas-servizz pubbliku jħarsu l-prinċipju ta’ distakkament fir-relazzjonijiet, l-investimenti kummerċjali tagħhom isiru skont il-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq, u ma jinvolvux ruħhom fi prattiki mhux kompetittivi fir-rigward tal-kompetituri tagħhom, fuq il-bażi tal-finanzjament pubbliku tagħhom.

(94)

Eżempju ta’ prattika mhux kompetittiva huwa t-traħħis tal-prezz. Xandar tas-servizz pubbliku jista’ jkollu t-tentazzjoni li jraħħas il-prezzijiet tar-reklamar jew ta’ attivitajiet oħra tas-servizz mhux pubbliku (bħal, servizzi kummerċjali bi ħlas) għal livell anqas minn dak li raġonevolment jista' jiġi kkunsidrat bħala konformi mas-suq, biex inaqqas id-dħul tal-kompetituri, sakemm id-dħul iktar baxx li jirriżulta jkun kopert minn kumpens pubbliku. Imġiba bħal din ma tistax tiġi kkunsidrata intrinsika għall-missjoni tas-servizz pubbliku attribwita lix-xandar u f'kull każ se taffetwa l-kondizzjonijiet ta’ kummerċ u l-kompetizzjoni fiż-Żona Ekonomika Ewropea sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni, u għaldaqstant tikser l-Artikolu 59(2) tal-Ftheim taż-ŻEE.

(95)

Fid-dawl tad-differenzi bejn is-sitwazzjonijiet tas-suq, ir-rispett tal-prinċipji tas-suq mix-xandara tas-servizz pubbliku, partikolarment dawk il-kwistjonijiet dwar jekk ix-xandara tas-servizz pubbliku humiex qegħdin inaqqsu l-prezzijiet fl-offerta kummerċjali tagħhom, jew jekk humiex jirrispettaw il-prinċipju ta' proporzjonalità fir-rigward tal-akkwist ta' drittijiet premium (52), għandu jkun ivvalutat fuq il-bażi ta' każ b'każ, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tas-suq u tas-servizz ikkonċernat.

(96)

L-Awtorità tikkunsidra li primarjament, l-iżgurar li x-xandara tas-servizz pubbliku jirrispettaw il-prinċipji tas-suq hija kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istati tal-EFTA għandu jkollhom mekkaniżmi xierqa fis-seħħ li jippermettu l-valutazzjoni effettiva ta' kwalunkwe ilment potenzjali fil-livell nazzjonali.

(97)

Minkejja l-paragrafu preċedenti, fejn meħtieġ, l-Awtorità tista' tieħu azzjoni abbażi tal-Artikoli 53, 54, 59 u 61 tal-Ftehim taż-ŻEE.

7.   Applikazzjoni Temporali

(98)

Dan il-Kapitolu se jiġi applikat mill-ewwel ġurnata tal-adozzjoni tiegħu mill-Awtorità. Se jisosstitwixxi l-Kapitolu preċedenti dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku fil-Linji Gwida tal-Awtorità fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.

(99)

Skont il-Kapitolu dwar ir-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat illegali (53), l-Awtorità se tapplika dan li ġej fil-każ ta' għajnuna mhix notifikata:

(a)

Dan il-Kapitolu, jekk l-għajnuna tingħata wara l-pubblikazzjoni tagħha;

(b)

Il-Kapitolu preċedenti dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku, adottati fit-23 ta' April 2004, u l-każi kollha l-oħra.


(1)  Dan il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku, ĠU C 257, 27.10.2009, p. 1.

(2)  Adottat bid-Deċiżjoni Nru 90/04/COL tat-23 ta’ April 2004 li temenda għas-46 darba r-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Kapitolu ġdid 24C: L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku, ĠU L 327, 13.12.2007, p. 21 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 59, 13.12.2007, p. 1.

(3)  Kawża C-280/2000 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH ("Altmark") [2003] Ġabra p.I-7747.

(4)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 44 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 26.4.2007, p. 1, hu disponibbli wkoll fil-websajt tal-Awtorità http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16997&1=1.

(5)  ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 91/2006, ĠU L 289, 19.10.2006, p. 31 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 19.10.2006, p. 24, li daħlet fis-seħħ fit-8.7.2006.

(7)  Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).

(8)  COM(2005) 107 finali.

(9)  ĠU C 320, 15.11.2001, p. 5. Din il-Komunikazzjoni tikkorrispondi mal-Kapitolu preċedenti dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku adottat mill-Awtorità fit-23 ta'April2004, ara n-nota 2 ta' qiegħ il-paġna.

(10)  Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-kunċett ta' "servizz(i) awdjoviżivi" jirreferi għad-distribuzzjoni lineari u/jew mhux lineari ta' kontentut awdjo u/jew awdjoviżiv u tas-servizzi viċini oħrajn bħal servizzi ta' informazzjoni onlajn ibbażati fuq test. Għandha ssir distinzjoni bejn il-kunċett ta' "servizz(i) awdjoviżivi" u l-kunċett aktar strett ta' "servizz(i) awdjoviżivi tal-medja", kif definit fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 2007/65/KE (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva).

(11)  Kawża C-260/89 ERT (1991) Ġabra I-2925.

(12)  Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, it-terminu "servizz pubbliku" għandu jiġi kkunsidrat bħala li jirreferi għat-terminu "servizz ta' interess ekonomiku ġenerali" użat fl-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(13)  ĠU C 30, 5.2.1999, p. 1.

(14)  Ir-Riżoluzzjoni rigward xandir ta' servizz pubbliku ġiet inkorporata mal-Ftehim taż-ŻEE bħala Att li l-Partijiet Kontraenti se jikkunsidraw id-Deċiżjoni Nru 118/1999, ĠU L 325, 21.12.2000, p. 33 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 60, 21.12.2000, p. 423 (Islandiż) and p. 424 (Norveġiż), li daħal fis-seħħ fl-1.10.1999.

(15)  Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO ġiet iffirmata f'Pariġi fl-20.10.2005. Umbagħad ġiet ratifikata min-Norveġja u aċċettata mill-Islanda.

(16)  L-Artikoli 6(1) u 6(2)(h) tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO.

(17)  Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2007)2 tal-Kumitat tal-Ministri lil Stati Membri dwar il-pluraliżmu tal-midja u d-diversità tal-kontenut tal-midja, adottata fil-31.1.2007 fid-985 laqgħa tad-Deputati tal-Ministri.

(18)  Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2007)3 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-mandat tal-midja tas-servizz pubbliku fis-soċjetà tal-informazzjoni, adottata fil-31.1.2007 fid-985 laqgħa tad-Deputati tal-Ministri.

(19)  Eżempju, id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 180/09/COL tal-31 ta' Marzu 2009 dwar skemi ta' għajnuna għal produzzjonijiet awdjoviżivi u żvilupp ta' screenplays u miżuri edukattivi, ĠU C 236, 1.10.2009, p. 5 tas-Supplimemt taż-ŻEE Nru 51, 1.10.2009, p. 17. Ara wkoll il-Kapitolu dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdioviżivi oħra tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat, adottati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008 li temenda, għas-67 darba, ir-regoli proċedwali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi temenda l-kapitoli eżistenti dwar rati ta’ referenza u ta’ skont u dwar għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta' garanziji u billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-irkupru ta' għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, dwar għajnuna mill-Istat dwar xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdioviżivi oħra u għajnuna mill-Istat għal-impriżi tal-ferrovija, li ma għadhom ma ġewx ippubblikati, disponibbli fil-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=15643&1=1

(20)  ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.

(21)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 55/2007, (ĠU L 266, 11.10.2007, p. 15 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 11.10.2007, p. 12), li daħlet fis-seħħ fid-9.6.2007.

(22)  Skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2005/842/KE, tapplika għal għajnuna mill-Istat fis-sura ta' "kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil impriżi b'fatturat annwali medju qabel it-taxxa, bl-attivitajiet kollha inklużi, ta' anqas minn EUR 100 miljun matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena fejn ikunu ġie assenjat is-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, li jirċievu kumpens annwali għas-servizz ikkonċernat ta' anqas minn EUR 30 miljun".

(23)  Kawżi konġunti T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04 TV2/Danimarka vs il-Kummissjoni (TV2) (2008) Ġabra II-2935, paragrafu 156.

(24)  Rigward il-kwalifika ta' finanzjament ta' ħlas ta' liċenzja bħala riżorsi mill-Istat, ara s-sentenza TV2, imsemmija hawn fuq, paragrafi 158-159.

(25)  Il-Kawżi C-730/79, Philip Morris Holland vs Il-Kummissjoni [1980] Ġabra 2671, paragrafu 11; C-303/88, L-Italja v Il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1433, paragrafu 27; C-156/98, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, paragrafu 33.

(26)  Il-Kawża C-44/93, Namur-Les Assurances du Crédit SA vs Office National du Ducroire u l-Istat Belġjan [1994] Ġabra I-3829.

(27)  Ara, pereżemju, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawżi li ġejjin: E 8/06, Iffinanzjar mill-Istat għax-xandar tas-servizz pubbliku Fjamming VRT, (ĠU C 143, 10.6.2008, p. 7); E 4/05, Iffinanzjar għall-għajnuna mill-Istat ta' RTE u TNAG (TG4), (ĠU C 121, 17.5.2008, p. 5); E 9/05, Pagamenti tal-ħlas tal-liċenzja lil RAI, (ĠU C 235, 23.9.2005, p. 3); E 10/05, Pagamenti tal-ħlas tal-liċenzja lil Franza 2 u 3, (ĠU C 240, 23.9.2005, p. 3); E 8/06, Xandar tas-servizz pubbliku nazzjonali Spanjol RTVE, (ĠU C 239, 10.6.2008, p. 17); C 2/04, Iffinanzjar speċifiku ta' xandara pubbliċi tal-Pajjiżi l-Baxxi, (ĠU L 49, 22.2.2008, p. 1); C 60/99, Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/838/KE tal-10 ta' Diċembru 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza 2 u 3, (ĠU L 361, 8.12.2004, p. 21); C 62/99, Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/339/KE tal-15 ta' Ottubru 2003 dwar il-miżuri implimentati mill-Italja għal RAI SpA, (ĠU L 119, 23.4.2004, p. 1); NN 88/98, "Finanzjar ta’ stazzjon tal-aħbarijiet li huwa nieqes mir-reklamar 24 siegħa kuljum bi ħlas ta’ liċenza mill-BBC", (ĠU C 78, 18.3.2000, p. 6) u għajnuna NN 70/98, "Għajnuna mill-Istat lill-istazzjonijiet ta’ xandir pubbliku "Kinderkanal u Phoenix"" (ĠU C 238, 21.8.1999, p. 3).

(28)  Kawżi konġunti T-195/01 u T-207/01 il-Gvern ta' Ġibilta vs il-Kummissjoni (Ġibilta) [2002] Ġabra II-2309.

(29)  Eżempju ara d-Deċiżjoni Nru 32/02/COL tal-20.02.2002, Deċiżjoni Nru 169/02/COL, it-18 ta' Settembru 2002, Deċiżjoni Nru 186/03, id-29 ta' Ottubru 2003, Deċiżjoni Nru 179/05/COL, il-15 ta' Lulju 2005 u Deċiżjoni Nru 342/06/COL, l-14 ta' Novembru 2006. Ara wkoll il-Kapitolu dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdioviżivi oħra tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat.

(30)  Eżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni NN 88/98 BBC 24-hours (ĠU C 78, 18.3.2000, p. 6) u NN 70/98 Kinderkanal u Phoenix, imsemmija hawn fuq.

(31)  Eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 458/2004 Għajnuna mill-Istat lil Espacio Editorial Andaluza Holding sl., (ĠU C 131, 28.5.2005, p. 12).

(32)  NN 70/98, Kinderkanal u Phoenix, kif imsemmi hawn fuq.

(33)  Kawża 172/80 Zuechner (1981) Ġabra 2021.

(34)  Kawża C-242/95 GT-Link (1997) Ġabra 4449.

(35)  Kawża C-159/94 EDF u GDF (1997) Ġabra I-5815.

(36)  Ara, eżemju, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawżi li ġejjin: E 8/06, Iffinanzjar mill-Istat għax-xandar tas-servizz pubbliku Fjamming VRT, (ĠU C 143, 10.6.2008, p. 7); E 4/05, Iffinanzjar għall-għajnuna mill-Istat ta' RTE u TNAG (TG4), (ĠU C 121, 17.5.2008, p. 5); E 3/05, Għajnuna għal xandar tas-servizz pubbliku, (ĠU C 185, 8.8.2007, p. 1); E 9/05, Pagamenti tal-ħlas tal-liċenzja lil RAI, (ĠU C 235, 23.9.2005, p. 3); E 10/05, Pagamenti tal-ħlas tal-liċenzja lil France 2 u France 3, (ĠU C 240, 30.9.2005, p. 20); E 8/05, Xandar tas-servizz pubbliku nazzjonali Spanjol RTVE, (ĠU C 239, 4.10.2006, p. 17); C 2/04, Finanzjament speċifiku ta' xandara tas-servizz pubbliku tal-Pajjiżi l-Baxxi, (ĠU L 49, 22.2.2008, p. 1); Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 306/09/COL tat-8 ta' Lulju 2009 dwar il-Korporazzjoni tax-Xandir Norveġiża, disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16906&1=1

(37)  Xi diffikultajiet simili jinqalgħu wkoll meta x-xandir pubbliku jkun indirizzat għal minoranzi lingwistiċi jew għal ħtiġiet lokali.

(38)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 62/1999, RAI, paragrafu 99 u C 85/2001, RTP, paragrafu 158.

(39)  Kawża T-442/03 SIC vs il-Kummissjoni (2008) Ġabra II-1161, paragrafu 201 u sentenza TV2, msemmija hawn fuq, paragrafi 122-124.

(40)  Skont il-Qorti Ġenerali dawn il-kriterji kwalitattivi huma "il-ġustifikazzjoni tal-eżistenza ta' SIEĠ tax-xandir fis-settur awdjoviżiv nazzjonali". Ma hemm "l-ebda raġuni għal SIEĠ tax-xandir b’definizzjoni wiesgħa li tissagrifika l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti kwalitattivi sabiex tadotta l-kondotta ta' operaturi kummerċjali", ara SIC vs il-Kummissjoni, kif imsemmi hawn fuq, il-paragrafu 211.

(41)  Rigward il-kwalifika tal-logħob bi premju, inklużi l-użu ta' numri ta' rata premium bħala teleshopping jew reklamar, taħt id-Direttiva 2007/65/KE (id-Direttiva dwar is-Servizzi ral-Midja Awdjoviżivi), ara l-Kawża C-195/06 Österreichischer Rundfunk (ORF) (2007) Ġabra I-8817.

(42)  Ara s-sentenza TV2, msemmija hawn fuq, paragrafi 107-108.

(43)  Kawża T-289/03 SIC vs il-Kummissjoni, msemmija hawn fuq, paragrafu 212.

(44)  L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/111/KE (id-Direttiva dwar it-Trasparenza).

(45)  Dan jimplika referenza għas-sitwazzjoni ipotetika fejn l-attivitajiet mhux tas-servizz pubbliku kellhom jitwaqqfu: l-ispejjeż li kellhom jiġu evitati jirrappreżentaw l-ammont ta’ spejjeż komuni li kellhom jiġu allokati għall-attivitajiet mhux tas-servizz pubbliku.

(46)  Mingħajr dubju, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix lix-xandara pubbliċi milli jagħmlu profitt mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom lil hinn mill-mandat tas-servizz pubbliku.

(47)  Tali riżervi żejda jistgħu jiġu ġġustifikati għal investimenti teknoloġiċi maġġuri (bħad-diġitizzazzjoni) previsti li jitwettqu f’xi żmien partikolari u li jkunu meħtieġa għas-sodisfazzjon tal-mandat tas-servizz pubbliku; jew għal miżuri ta’ ristrutturar maġġuri meħtieġa biex jinżamm l-operat kontinwu ta’ xandar tas-servizz pubbliku f’perjodu ta’ żmien definit.

(48)  Kif stabbilixxa l-Kunsill tal-Ewropa, fir-Rakkomdazzjoni tiegħu dwar il-mandat tal-midja tas-servizz pubbliku fis-soċjetà tal-informazzjoni, “(…) l-Istati Membri jistgħu jikkunisdraw soluzzjonijiet ta' finanzjament kumplimentari bl-attenzjoni dovuta għal kwistjonijiet b'rabta mas-suq u l-kompetizzjoni. Partikolarment, fil-każ tas-servizzi personalizzati ġodda, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jippermettu lill-midja tas-servizz pubbliku biex jiġbru remunerazzjonijiet (…). Madanakollu, l-ebda minn dawn is-soluzzjonijiet ma tista' tipperikola l-prinċipju tal-universalità tal-midja tas-servizz pubbliku jew twassal għal diskriminazzjoni bejn gruppi differenti tas-soċjetà (…) Meta jiżviluppaw sistemi ġodda ta' finanzjament, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif xieraq in-natura tal-kontenut pprovdut fl-interess tal-pubbliku u fl-interess komuni."

(49)  Pereżempju, l-Awtorità tikkunsira li l-fatt li jintalab ħlas dirett mill-utenti għall-għoti ta' offerta kontenut speċjalizzat premium normalment jikkwalifika bħala attività kummerċjali. Min-naħa l-oħra l-Awtorità, pereżempju, tikkunsidra li l-ħlas ta' tariffi ta' trażmissjoni għax-xandir ta' programmi bbilanċjati u varjati fuq pjattaformi ġodda bħal apparat mobbli ma tittrasformax l-offerta f'attività kummerċjali.

(50)  Pereżempju, l-Awtorità tikkunsidra li ċerti forom ta' trażmissjoni lineari, bħat-trażmissjoni simultanja tal-aħbarijiet ta' filgħaxija fuq it-TV fuq pjattaformi oħra (eżempju, l-internet, apparat mobbli), jistgħu jikkwalifikaw bħala mhux "ġodda" għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu. Jekk suriet oħra ta' trażmissjoni mill-ġdid ta' programmi ta' xandara pubbliċi fuq pjattaformi oħrajn japplikawx bħala servizzi sinjifikanti ġodda, għandu jkun deċiż mill-Istati tal-EFTA, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifitajiet u l-karatteristiċi tas-servizzi inkwistjoni.

(51)  Ara n-nota 40 ta' qiegħ il-paġna dwar il-ġustifikazzjoni ta' SIEĠ tax-xandir.

(52)  Pereżempju, waħda mill-kwistjonijiet relevanti tista' tkun il-kunsiderazzjoni jekk ix-xandara tas-servizz pubbliku humiex kostantament joffru aktar għal drittijiet ta' pprogrammar premium b'tali mod li jmur lil hinn mill-mandat tas-servizz pubbliku u jirriżulta f'distorsjonijiet sproporzjonati fis-suq.

(53)  Adottati bid-Deċiżjoni Nru 154/07/COL tat-3 ta' Mejju 2007 biex jemendaw il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għat-63 darba, biex jiġi aġġornat u inkorporat kapitolu ġdid dwar ir-regoli applikabbli għal għajnuna illegali, (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 23 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 19.3.2009, p. 1), disponibbli fil-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=15119&1=1


Rettifika

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/56


Rettifika għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 123 tad-9 ta' Mejju 2012 )

F'paġna 3, fl-Artikolu 8:

minflok:

"29 ta' Mejju 2012",

aqra:

"29 ta' Mejju 2013".

F'paġna 3, fl-Artikolu 9(1):

minflok:

"29 ta' Settembru 2012",

aqra:

"29 ta' Settembru 2013".

F'paġna 3, fl-Artikolu 9(2):

minflok:

"29 ta' Mejju 2012",

aqra:

"29 ta' Mejju 2013".

F'paġna 3, fl-Artikolu 9(3):

minflok:

"29 ta' Mejju 2012",

aqra:

"29 ta' Mejju 2013".

F'paġna 3, l-Artikolu 10(2) huwa mibdul kif ġej:

minflok:

"Għandu japplika mid-29 ta' Mejju 2012. Madankollu, l- Artikolu 3(d) u (e) u l-Artikolu 4(b), (c) u (d) għandhom japplikaw mid-29 ta' Settembru 2012.",

aqra:

"Għandu japplika mid-29 ta' Mejju 2013. Madankollu, l- Artikolu 3(d) u (e) u l-Artikolu 4(b), (c) u (d) għandhom japplikaw mid-29 ta' Settembru 2013.".