ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2012.122.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 122

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
8 ta' Mejju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 73 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ I.Il-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tal-protezzjoni laterali (TPL) tagħhom – II.Tagħmir għall-protezzjoni laterali (TPL) – III.Vetturi fir-rigward tal-istallazzjoni tat-TPL ta' tip approvat skont il-parti II ta' dan ir-Regolament

1

 

*

Ir-Regolament Nru 97 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi ta’ allarm għall-vetturi (SAV) u ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ allarm tagħhom (SA)

19

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/1


It-testi oriġinali tal-UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istat u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jiġi ċċekkjat fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 73 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’

I.

Il-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tal-protezzjoni laterali (TPL) tagħhom

II.

Tagħmir għall-protezzjoni laterali (TPL)

III.

Vetturi fir-rigward tal-istallazzjoni tat-TPL ta' tip approvat skont il-parti II ta' dan ir-Regolament

Bl-inkorporazzjoni tat-test validu kollu sa:

Serje ta’ emendi 01 — Data tad-dħul fis-seħħ: id-9 ta' Diċembru 2010

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Kundizzjonijiet

4.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

5.

L-approvazzjoni

6.

Modifika u estensjoni ta' approvazzjoni ta' tip ta' vettura jew tagħmir għall-protezzjoni laterali

7.

Il-konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa definittivament

10.

Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

11.

Dispożizzjonijiet Tranżitorji

PARTI I —   APPROVAZZJONI TA' VETTURI FIR-RIGWARD TAT-TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI LATERALI TAGĦHOM (TPL)

12.

Kundizzjonijiet

13.

Derogi

PARTI II —   APPROVAZZJONI TA' TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI LATERALI (TPL)

14.

Kundizzjonijiet

PARTI III —   APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-ISTALLAZZJONI TA' TPL TA' TIP APPROVAT SKONT IL-PARTI II TA' DAN IR-REGOLAMENT

15.

Kundizzjonijiet

16.

Derogi

ANNESSI

Anness 1 —

Appendiċi 1 — Komunikazzjoni (Parti I)

Appendiċi 2 — Komunikazzjoni (Parti II)

Appendiċi 3 — Komunikazzjoni (Parti III)

Anness 2 —

Arranġament tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 3 —

Il-kundizzjonijiet tat-test

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

1.1.   Dan ir-Regolament japplika għal:

1.1.1.   L-EWWEL PARTI: vetturi tal-kategoriji N2, N3, O3 u O4 (1) mgħammra b’tagħmir għall-protezzjoni laterali li ma ġiex approvat separatament skont il-Parti II ta’ dan ir-Regolament jew li hu mfassal u/jew mgħammar b’tali mod li l-parts tal-komponenti tiegħu jistgħu jitqiesu bħala li jissodisfaw kompletament jew parzjalment il-kompitu tat-tagħmir.

1.1.2.   IT-TIENI PARTI: It-tagħmir għall-protezzjoni laterali li hu intenzjonat li jintrama fuq vetturi ta’ kategoriji N2, N3, O3 u O4 (1).

1.1.3.   PARTI III: l-istallazzjoni fuq vetturi tal-kategoriji N2, N3, O3 and O4 (1) ta' tagħmir għall-protezzjoni laterali li jkun ġie approvat skont it-tip b'mod konformi mal-Parti II ta' dan ir-Regolament u mal-ikkompletar ta' vetturi approvati parzjalment b'mod konformi mal-Parti I u kompluti b'tagħmir għall-protezzjoni laterali li jkun ġie approvat skont it-tip b'mod konformi mal-Parti II ta' dan ir-Regolament;

1.2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

1.2.1.

tratturi għal semikarrijiet;

1.2.2.

vetturi ddisinjati u mibnija għall-għanijiet speċjali fejn ma jkunx possibbi, għal raġunijiet prattiċi, li tiġi armata l-protezzjoni laterali.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.   Definizzjonijiet komuni għall-Partijiet I, II u III

2.1.1.

"Massa mingħajr tagħbija" tfisser il-massa tal-vettura taħdem, mhux okkupata u mhux mgħobbija iżda mimlija bil-karburant, bil-likwidu għat-tkessiħ tal-magna, bil-lubrikanti, bl-għodda u b'rota awżiljari (jekk mogħtija bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura);

2.1.2.

"Massa massima" tfisser il-massa ddikjarata mill-manifattur tal-vettura li hija teknikament permissibbli (din il-massa tista' tkun ogħla mill-"massa massima permissibbli" stipulata mill-amministrazzjoni nazzjonali);

2.1.3.

“Utenti tat-toroq mhux protetti” tfisser pedestrjani, ċiklisti jew sewwieqa tal-muturi li jużaw it-toroq b’tali mod li jistgħu jaqgħu taħt il-ġnub tal-vettura u jinqabdu taħt ir-roti;

2.1.4.

"Tagħmir għall-protezzjoni latera li (TPL)" Jikkonsisti f'membru/membri lonġitudinali u konnessjoni(jiet) (elementi tal-armar) mal-membri tal-ġemb tax-xasi jew partijiet strutturali oħra tal-vettura, imfassla biex joffru protezzjoni effettiva lill-utenti tat-toroq mhux protetti kontra r-riskju li jaqgħu taħt il-ġnub tal-vettura u jinqabdu taħt ir-roti. Partijiet mill-vettura jistgħu jintużaw ukoll bħala TPL.

2.2.   Definizzjonijiet speċifiċi għall-Parti I

2.2.1.

“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni kompluta, mhix kompluta jew imkomplija ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni laterali tagħha;

2.2.2.

“Tip tal-vettura” tfisser kategorija ta’ vettura li mhumiex differenti fir-rigward tal-punti essenzjali bħalma huma l-wisa’ tal-fus ta’ wara, il-wisa’ totali, id-dimensjonijiet, l-għamla u l-materjali tal-ġenb kollu tal-vettura (inkluża l-kabina jekk din tkun ġiet impoġġija) u l-karatteristiċi tas-sospensjoni sa fejn dawn għandhom influwenza fuq ir-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 12.

2.3.   Definizzjonijiet speċifiċi għall-Parti II

2.3.1.

"Approvazzjoni ta’ TPL" tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ TPL fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 14;

2.3.2.

"Tip ta' TPL" tfisser TPL li ma għandux differenzi fir-rigward ral-karatteristiċi essenzjali bħalma huma l-għamla, id-dimensjonijiet, il-mod kif jintrabat, il-materjali, u l-marki msemmija fil-paragrafu 5.2.4.

2.4.   Definizzjonijiet speċifiċi għall-Parti III

2.4.1.

"Approvazzjoni ta' vettura" tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-istallazzjoni ta' TPL ta' tip approvat skont il-Parti II ta' dan ir-Regolament, inkluż, jekk meħtieġ, l-ikkompletar ta' vettura approvata parzjalment skont il-Parti I;

2.4.2.

"Tip ta’ vettura" tfisser vetturi li mhumiex differenti fl-aspetti essenzjali bħal:

(a)

il-wisa’ tal-fus ta’ wara;

(b)

L-istruttura, id-dimensjonijiet, l-għamla u l-għoli mill-art tal-ġnub tal-vettura u l-karatteristiċi tas-suspension, sa fejn dawn għandhom influwenza fuq ir-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 15 ta’ dan ir-Regolament,

(c)

It-TPL approvat armat fuq il-vettura.

3.   REKWIŻITI

3.1.   ĠENERALI

3.1.1.

Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala ssodisfati jekk:

3.1.1.1.

Il-vettura tkun mgħammra b'TPL skont ir-rekwiżiti tal-Parti I u/jew il-Parti III; jew

3.1.1.2.

Jekk il-vettura hija ddisinjata u/jew attrezzata fuq il-ġenb b’tali mod li, permezz ta’ għamlietha u l-karatteristiċi tagħha, l-partijiet komponenti tagħha jkunu jistgħu jiġu inkorporati u/jew meqjusa bħala alternattiva għat-TPL. Komponenti li l-funzjoni kombinata tagħhom tissodisfa l-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafi 12 u 15 huma meqjusa li jiffurmaw TPL.

3.2.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST TAL-VETTURA

Il-konsistenza mar-rekwiżiti misjuba fil-Parti I u l-Parti III, għandha tiġi ddeterminata bil-vettura ppożizzjonata skont l-Anness 3.

4.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

4.1.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni b'konformità mal-Parti I ta’ dan ir-Regolament

4.1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura għall-Parti I ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif xieraq.

4.1.2.

Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:

4.1.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-istat tal-kompletezza tagħha, l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti;

4.1.2.2.

Tpinġijiet tal-vettura li juru t-tip tal-vettura f’elevazzjoni mill-ġenb u minn wara u dettalji tad-disinn tal-partijiet laterali tal-istruttura;

4.1.2.3.

Deskrizzjoni dettaljata tat-TPL: id-dimensjonijiet, il-linji, il-materjali kostitwenti tagħhom, id-dettalji tad-disinn tal-konnessjonijiet tagħhom mal-vettura u l-pożizzjoni tal-vettura.

4.1.3.

Għandha tingħata vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tal-verifiki tal-approvazzjoni tat-tip.

4.1.3.1.

Vettura li ma tinkludix il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista’ tkun aċċettata għall-approvazzjoni kemm-il darba jista’ jintwera li n-nuqqas tal-komponenti mhux inklużi m’għandu l-ebda effett detrimentali fuq ir-riżultati tal-approvazzjoni sakemm għandhom x’jaqsmu r-rekwiżiti ta’ din il-parti.

4.1.3.2.

Għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ min japplika għall-approvazzjoni li juri li l-aċċettazzjoni tal-varjanti msemmija fil-paragrafu 4.1.3.1 ta’ hawn fuq hija kompatibbli u konformi mar-rekwiżiti ta’ din il-parti.

4.2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni b'konformità mal-Parti II ta’ dan ir-Regolament

4.2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni skont il-Parti II ta' dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-TPL jew mir-rappreżentant akkreditat b'mod xieraq tiegħu.

4.2.2.

Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:

4.2.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-TPL: id-dimensjonijiet, il-linji, il-materjali kostitwenti u d-dettalji tal-konnessjonijiet intenzjonati tagħhom mal-vettura;

4.2.2.2.

Kampjun tat-tip ta' TPL: il-kampjun għandu jkun immarkat b'mod ċar u li ma jitħassarx fuq il-komponenti ewlenin kollha tiegħu bl-isem jew il-marka tan-negozju tal-applikant u d-deskrizzjoni tat-tip;

4.2.2.3.

LPD rappreżentattiv tat-tip li għandu jiġi approvat għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tal-verifiki tal-approvazzjoni tat-tip.

4.3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni b'konformità mal-Parti III ta’ dan ir-Regolament

4.3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni skont il-Parti III ta' dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat b'mod xieraq tiegħu.

4.3.2.

Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:

4.3.2.1.

Tpinġijiet tal-vettura li juru, skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.4.2, it-tip tal-vettura f’elevazzjoni mill-ġenb bl-indikazzjoni tal-pożizzjoni tat-TPL approvat u d-dettalji tad-disinn tal-konnessjonijiet tagħhom mal-vettura;

4.3.2.2.

Lista ta' TPL li jkun maħsub li jintrama fuq vettura;

4.3.2.3.

Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni għandha tkun provduta wkoll il-formola ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (jiġifieri l-Anness 1, Appendiċi 2 ta’ dan ir-Regolament) ta' kull TPL.

4.3.3.

Għandha tingħata vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat u armata b’TPL approvat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

4.3.3.1.

Vettura li ma tinkludix il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista’ tkun aċċettata għall-approvazzjoni kemm-il darba jista’ jintwera li n-nuqqas tal-komponenti mhux inklużi m’għandu l-ebda effett detrimentali fuq ir-riżultati tal-approvazzjoni sakemm għandhom x’jaqsmu r-rekwiżiti ta’ din il-parti.

4.3.3.2.

Għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ min japplika għall-approvazzjoni li juri li l-aċċettazzjoni tal-varjanti msemmija fil-paragrafu 4.3.3.1 ta’ hawn fuq hija kompatibbli u konformi mar-rekwiżiti ta’ din il-parti.

5.   L-APPROVAZZJONI

5.1.   Approvazzjoni b'konformità mal-Parti I ta’ dan ir-Regolament

5.1.1.

Jekk il-vettura kompluta, mhux kompluta jew ikkomplutata li ġiet sottomessa għall-approvazzjoni skont din il-parti tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 12 ta' hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni ta' dik it-tip tal-vettura.

5.1.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-mument 01 li jikkorrispondi mas-serje ta’ emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandiex tassenja l-istess numru lil tip ta' vettura ieħor kif iddefinit f'dan ir-Regolament.

5.1.3.

In-notifika dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont din il-parti għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Appendiċi 1 ta’ dan ir-Regolament.

5.1.4.

Ma’ kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, f’post li jidher u li jkun faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni li tikkonsisti minn:

5.1.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

5.1.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra "R", sink u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.1.4.1.

5.1.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolament l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu provdut fil-paragrafu 5.1.4.1 ma hemmx għalfejn ikun ripetut; f’dan il-każ in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.1.4.1.

5.1.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara faċilment u tkun magħmula b’mod li ma tistax titħassar.

5.1.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura li jwaħħal il-manifattur.

5.1.8.

L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni.

5.2.   Approvazzjoni b'konformità mal-Parti II ta’ dan ir-Regolament

5.2.1.

Jekk it-TPL imressaq għall-approvazzjoni skont din il-parti jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 14, l-approvazzjoni ta' dak it-tip ta' TPL għandha tingħata.

5.2.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-mument 01 li jikkorrispondi mas-serje ta’ emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' tgħamir.

5.2.3.

In-notifika dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ TPL skont din il-parti għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, Appendiċi 2 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.4.

Għandha titwaħħal, b'mod li tispikka u f'post li huwa aċċessibbli bla diffikultà speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, mal-komponent ewlieni tat-TPL konformi ma' tip ta' TPL approvat permezz ta' dan ir-Regolament, marka ta' approvazzjoni skont dan ir-Regolament li tikkonsisti minn:

5.2.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

5.2.4.2.

In-numru ta’ approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.2.4.1.

5.2.5.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara faċilment u tkun magħmula b’mod li ma tistax titħassar.

5.2.6.

L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni.

5.3.   Approvazzjoni b'konformità mal-Parti III ta’ dan ir-Regolament

5.3.1.

Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont din il-parti hija mgħammra b'TPL approvat u tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 15, l-approvazzjoni ta' dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata.

5.3.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-mument 01 li jikkorrispondi mas-serje ta’ emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

5.3.3.

In-notifika dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, Appendiċi 3, ta’ dan ir-Regolament.

5.3.4.

Ma’ kull vettura li tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament għandu jkun hemm imwaħħla, b’mod li tidher u f’post li jkun faċilment aċċessibbli u li jkun speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni li tkun tikkonsisti minn:

5.3.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

5.3.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra "R", sink u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.3.4.1.

5.3.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolament l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu provdut fil-paragrafu 5.3.4.1 ma hemmx għalfejn ikun ripetut; f’dan il-każ, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.3.4.1.

5.3.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara faċilment u tkun magħmula b’mod li ma tistax titħassar.

5.3.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura li jwaħħal il-manifattur.

5.3.8.

L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni.

6.   MODIFIKAZZJONI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA JEW TPL

6.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew TPL għandha tkun mgħarrfa lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment jista’ imbagħad jew:

6.1.1.

Jikkunsidra l-modifiki magħmula bħala li mhux probabbli li jkollhom effett ħażin li jista’ jkun innutat u li fi kwalunkwe każ il-vettura jew TPL għadu konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa; jew

6.1.2.

Jitlob rapport ieħor tat-testijiet mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

6.2.   Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-modifiki, għandha tkun ikkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.1.3, 5.2.3 jew 5.3.3, skont kif ikun applikabbli, lill-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim li japplika dan ir-Regolament.

6.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

7.1.   Kull vettura jew TPL approvat skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi jintlaħqu r-rekwiżiti tal-partijiet rispettivi ta' hawn fuq;

7.2.   L-awtorità ta' approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ tivverifika, fi kwalunkwe mument, il-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull faċilità ta’ produzzjoni.

8.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

8.1.   L-approvazzjoni maħruġa fir-rigward ta' tip vettura jew TPL skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 12, 14 jew 15, kif ikun applikabbli, ma jkunux imħarsa.

8.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, minnufih għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox jimmanifattura tip ta’ vettura jew TPL approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Hekk kif tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontaenti l-oħrajn għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

10.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI SABIEX IWETTQU T-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958, li japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi risponsabbli milli jwettqu t-testijiet ta' approvazzjoni, u tad-dipartimenti amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

11.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad milli tagħti l-approvazzjoni tal-ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

11.2.   Minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-01 serje ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura jew TPL li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mill-01 serje ta’ emendi.

11.3.   Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet maħruġa għas-serje 00 għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu l-estensjonijiet lill-approvazzjonijiet bħal dawn u għandhom ikomplu jaċċettawhom.

11.4.   L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta’ tip ta’ vettura approvata skont is-serje 00 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

PARTI I —   APPROVAZZJONI TA' VETTURI FIR-RIGWARD TAT-TAGĦMIR TA' PROTEZZJONI LATERALI (TPL) TAGĦHOM

12.   REKWIŻITI

12.1.   It-TPL m'għandux iżid il-wisa' globali tal-vettura u l-parti prinċipali tal-wiċċ ta' barra tagħhom m'għandux ikun aktar minn 150 mm 'il ġewwa mill-pjan l-aktar 'il barra (wisa' massima) tal-vettura. Il-parti ta’ quddiem tagħhom tista’ tkun imdawra ‘l ġewwa fuq xi vetturi skont il-paragrafi 12.4.3 u 12.4.4. It-tarf ta' wara tagħhom m'għandux ikun aktar minn 30 mm 'l ġewwa mill-aktar tarf il-barra tat-tyres ta' wara (ħlief għal xi nefħa rregolari 'l barra tat-tyres viċin l-art) matul tal-anqas l-aktar 250 mm lura.

12.2.   Il-wiċċ ta' barra tat-TPL għandu jkun lixx, u mbiegħed kemm jista' jkun b'mod kontinwu minn quddiem għal wara; parijiet fejn xulxin jistgħu iżda jirbku, sakemm it-tarf li jikeb ikun iħares lejn wara jew l-isfel, jew xaqq ta' mhux aktar minn 25 mm imkejjel orizzontalment jista' jitħalla, b'dan illi l-parti ta' wara ma tkunx taqbeż 'il barra mill-parti ta' quddiem; irjus ittundjati ta' boldijiet jew rivits jistgħu jaqbżu l-barra mill-wiċċ sa distanza ta' 10 mm u l-partijiet l-oħra jistgħu jaqbżu 'l barra sa dak il-limitu sakemm dawn ikunu ċatti u similarment ittndjati; il-kantunieri u l-ixfra esterni kollha li jistgħu jiġu kkuntattjati minn sfera ta' dijametru ta' 100 mm għandhom jiġu rtundjati b'raġġ ta' mhux anqas minn 2,5 mm; dawk li jispuntaw anqas minn 5 mm għandu jkollhom xifer li jħares 'il barra li ma jaqtax.

12.3.   It-TPL jista' jkun jikkonsisti f'wiċċ kontinwu lixx, jew rejl orizzontali waħda jew aktar, jew kombinazzjoni ta' wiċċ u rejls; meta jintużaw ir-rejls, dawn ma għandhomx ikun aktar minn 300 mm 'il hinn minn xulxin u mhux anqas minn:

(a)

50 mm għoli fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji N2 u O3;

(b)

100 mm għoli u essenzjalment ċatti fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N3 u O4.

Kombinazzjonijiet ta’ wċuħ u vireg ta’ gwida għandhom jiffurmaw TPL kontinwu prattiku, bla ħsara, iżda, għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 12.2.

12.4.   Ix-xifer ta’ quddiem tat-TPL għandha tinbena kif ġej:

12.4.1.

Il-pożizzjoni tagħhom għandha tkun:

12.4.1.1.

Fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3: mhux aktar minn 300 mm sa wara tal-pjan vertikali b’mod perpendikulari mal-pjan lonġitudinali tal-vettura u tanġenzjali mal-wiċċ estern tat-tajer fuq ir-rota eżatt quddiem it-tagħmir;

12.4.1.2.

Fuq karru drawbar: mhux aktar minn 500 mm lura mill-pjan definit fil-paragrafu 12.4.1.1;

12.4.1.3.

Fuq semikarru: mhux aktar minn 250 mm lura mill-pjan medjan trasversali tas-saqajn li jirfdu, jekk saqajn li jirfdu jkunu mwaħħlin, iżda f’kull każ id-distanza bejn ix-xifer ta’ quddiem u l-pjan trasversali li jgħaddi miċ-ċentru tal-kingpin fl-aktar pożizzjoni lura m’għandux jeċċedi 2,7 m;

12.4.1.4.

Fuq karru b'fus ċentrali: fiż-żona 'l quddiem mill-pjan tat-traversas li jgħaddi miċ-ċentru tal-fus ta' quddiem imma mhux aktar minn quddiem il-bodi, fi kwalunkwe każ, biex tiġi żgurata l-manuvrabbiltà normali tat-trejler.

12.4.2.

Meta x-xifer ta' quddiem ikun jinsab fi spazju miftuħ ta' aktar minn 25 mm, ix-xifer għandu jkun jikkonsisti f'membru vertikali kontinwu li jestendi tul l-għoli kollu tat-tagħmir; l-uċuħ ta' barra u ta' quddiem ta' dan il-membru għandhom ikunu talanqas 50 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ ta' 50 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N2 u O3 u talanqas 100 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ minimu ta' 100 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N3 u O4.

12.4.3.

Fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3 fejn id-dimensjoni ta’ 300 mm imsemmija fil-paragrafu 12.4.1.1 taqa’ ġewwa l-kabina, it-tagħmir għandu jinbena b’tali mod li x-xaqq bejn ix-xifer ta’ quddiem tagħha u l-panewwijiet tal-kabina ma jaqbiżx il-100 mm u, jekk ikun meħtieġ, għandha tiddawwar f’angolu li ma jaqbiżx il-45°. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 12.4.2. ma japplikawx.

12.4.4.

Skont l-għażla tal-manifattur, fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3 fejn id-dimensjoni ta' 300 mm imsemmija fil-paragrafu 12.4.1.1 taqa’ wara l-kabina u t-tagħmir jestendi 'l quddiem sa 100 mm tal-kabina, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 12.4.3 jistgħu jiġu ssodisfati.

12.5.   Ix-xifer ta' wara tat-TPL ma għandux ikun aktar minn 300 mm 'l quddiem mill-pjan vertikali b’mod perpendikulari mal-pjan lonġitudinali tal-vettura u tanġenzjali mal-wiċċ estern tat-tajer fuq ir-rota eżatt lura; membru vertikali kontinwu mhux meħtieġ fuq ix-xifer ta' wara.

12.6.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 12.4 u 12.5 huma indipendenti u ma jistgħux jiġu kkombinati. Madankollu, fil-każ ta' vettura li għandha żewġ fusijiet direzzjonati, TPL ma jistax ikun meħtieġ bejn dawk iż-żewġ fusijiet jekk id-distanza lonġitudinali bejn il-linji taċ-ċentru tagħhom ma taqbiżx 2 100 mm.

12.7.   L-overhang ta' quddiem u ta' wara tat-TPL ma għandhiex taqbeż id-distanza bejn il-konnessjonijiet u ċ-ċentru tar-ram imkejla matul it-test preskritt fil-paragrafu 12.10. Fil-każ ta' għadd ta' distanzi ta' dan it-tip, l-akbar distanza tat-test ma għandhiex tinqabeż.

12.8.   Ix-xifer t’isfel tat-TPL ma għandu fl-ebda punt ikun aktar minn 550 mm maqtugħ mill-art.

12.9.   Ix-xifer ta’ fuq tat-TPL għandu jkun mhux aktar minn 350 mm taħt il-parti tal-istruttura tal-vettura, maqtugħ jew imiss ma’ pjan vertikali tanġentali mal-wiċċ ta’ barra tat-tajers, eskluża kull nefħa viċin l-art, ħlief fil-każi li ġejjin:

12.9.1.

Fejn il-pjan fil-paragrafu 12.9 ma jaqtax l-istruttura tal-vettura, ix-xifer ta’ fuq għandu jkun livell max-xifer tal-pjattaforma li ġġorr it-tagħbija, jew 950 mm mill-art, skont liema jkun l-anqas;

12.9.2.

Fejn il-pjan fil-paragrafu 12.9 jaqtal-istruttura tal-vettura f’livell ta’ aktar minn 1,3 m il-fuq mill-art, ix-xifer ta’ fuq tat-tagħmir tal-ġenb għandu jkun mhux anqas minn 950 mm maqtugħ mill-art;

12.9.3.

Fuq vettura speċjalment disinjata u mibnija, u mhux sempliċiment adattata, għall-ġarr ta’ kontejner jew demountable body, ix-xifer ta’ fuq tat-tagħmir għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafi 12.9.1 u 12.9.2, bil-kontejner jew korp jiġi meqjus bħala parti mill-vettura;

12.9.4.

Fuq vettura mgħammra bi krejn għat-tagħbija, il-ħatt jew operazzjonijiet oħra, li jkollha stazzjon tax-xogħol għall-operatur irmuntat b'mod permanenti jew pjattaforma għat-tħaddim li minnha jkun jista' jiġi kkontrollat il-krejn, ix-xifer ta' fuq tat-TPL jista' jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 12.9.1 u 12.9.2, bl-istazzjon tax-xogħol jew il-pjattaforma tat-tħaddim meqjusa daqslikieku kienu l-pjattaforma li ġġorr il-piż.

12.10.   It-TPL għandhom ikunu essenzjalment riġidi, imwaħħla sew (m’għandhomx ikunu suġġetti li jinħallu minħabba l-vibrazzjoni fl-użu normali tal-vettura) u, ħlief fir-rigward tal-partijiet elenkati fil-paragrafu 12.11, magħmula mill-metall jew minn xi materjal adattat ieħor. It-TPL għandhom jitqiesu adatti jekk ikun kapaċi li jifilħu saħħa orizzontali statika ta’ 1 kN applikata perpendikolarment għal xi parti tal-wiċċ estern tagħhom miċ-ċentru ta' ponta li l-wiċċ tagħha jkun tond u ċatt, b’dijametru ta’ 220 mm ± 10 mm, u jekk id-diflessjoni tat-tagħmir taħt piż imkejla fiċ-ċentru tal-ponta tkun anqas minn:

(a)

30 mm fuq l-aktar 250 mm lura tat-tagħmir; kif ukoll

(b)

150 mm fuq il-bqija tat-tagħmir.

Fuq talba tal-manifattur, il-konformità ma' dan ir-rekwiżit tista' tintwera permezz ta' kalkolu. Il-validità tal-metodu tal-kalkolu għandha tiġi stabbilita għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku.

12.11.   Komponenti permanentement inwaħħla mal-vettura, eż. roti żejda, kaxxa tal-batterija, tankijiet tal-arja, tankijiet tal-karburant, lampi, rifletturi u kaxxi tal-għodda, jistgħu jiġi inkorporati fit-tagħmir, sakemm ikunu jikkonformaw mal-ħtiġijiet dimensjonali ta’ din il-parti. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 12.2 għandhom japplikaw fir-rigward ta’ xquq bejn l-attrezzaturi protettivi u l-komponenti mwaħħla b’mod permanenti.

12.12.   It-tagħmir m’għandux jintuża biex jitwaħħlu miegħu pajpijiet tal-brejk, arja jew idrawliku.

12.13.   It-TPL jistgħu jitfasslu b’tali mod li jkollhom bosta pożizzjonijiet fil-ġemb tal-vettura. F’dan il-każ, għandu jkun hemm metodu garantit biex jiġu marbuta fil-pożizzjoni normali tagħhom sabiex b’hekk tiġi eskluża kwalunkwe bidla mhux intenzjonata ta’ pożizzjoni. Il-forza applikata mill-operatur sabiex ivarja l-pożizzjoni tat-tagħmir ma tistax taqbeż l-40 daN.

13.   DEROGI

13.1.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, vetturi tat-tipi li ġejjin huma meħtieġa li jikkonformaw biss kif indikat f’kull każ:

13.1.1.

Trejler estendibbli għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 12 meta jkun magħluq fit-tul minimu tiegħu; Meta t-trejler jiġi estiż, madankollu, it-TPL għandu jikkonforma biss mal-paragrafi 12.8, 12.9, u 12.10, u jew mal-paragrafu 12.4 jew 12.5, iżda mhux bilfors mat-tnejn li huma; estensjoni ta' trejler ma għandhiex tipproduċi distakki ma' tul it-TPL;

13.1.2.

Vettura tank, li hija vettura unikament iddisinjata għall-ġarr ta’ sustanza likwida f’tank magħluq permanentement imwaħħal mal-vettura u provdut b’konnessjonijiet ta’ manki jew pajpijiet għat-tagħbija jew ħatt, għandha tkun iffittjata b'TPL li jikkonformaw sa fejn hu prattiku mal-ħtiġijiet tal-paragrafu 12; konformità stretta tista titneħħa biss fejn il-ħtiġijiet ta’ operazzjoni jagħmlu dan meħtieġ;

13.1.3.

Fuq vettura fittjata b’saqajn li joħorġu biex jipprovdu stabbilità matul it-tagħbija, ħatt jew operazzjonijiet oħra li għalihom il-vettura hija disinjata, it-TPL għandhom ikunu rranġati bi xquq addizzjonali fejn dawn huma meħtieġa biex jippermettu li joħorġu s-saqajn;

13.1.4.

Fuq vettura mgħammra b'lashings u punti ta' sigurezza skont ISO 9367-1:1989 jew ISO 9367-2:1994 għal trasportazzjoni fuq l-ilma permezz ta' bastimenti Ro/Ro, għandhom jiġu permessi distakki fi ħdan it-TPL li jaċċettaw li jintiehmeż tagħmir ta' trażżin.

13.1.5.

Fuq vettura mgħammra bi krejn għat-tagħbija, il-ħatt jew operazzjonijiet oħra li għalihom tkun iddisinjata il-vettura, li jagħmilha imprattikabbli li tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 12, it-TPL jista' jiġi rranġat distakki addizzjonali fejn dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu l-moviment jew l-għeluq tal-krejn.

13.2.   Jekk il-ġnub tal-vettura jkunu hekk disinjati u/jew mgħammra illi bil-forma u karatteristiċi tagħhom il-partijiet komponenti flimkien jilħqu l-ħtiġijiet tal-paragrafu 12, jistgħu jitqiesu li jkun qegħdin jieħdu post it-TPL.

PARTI II —   APPROVAZZJONI TAT-TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI LATERALI (TPL)

14.   REKWIŻITI

14.1.   Il-wiċċ ta' barra tat-TPL għandu jkun lixx, u mbiegħed kemm jista' jkun b'mod kontinwu minn quddiem għal wara; parijiet fejn xulxin jistgħu iżda jirbku, sakemm it-tarf li jikeb ikun iħares lejn wara jew l-isfel, jew xaqq ta' mhux aktar minn 25 mm imkejjel orizzontalment jista' jitħalla, b'dan illi l-parti ta' wara ma tkunx taqbeż 'il barra mill-parti ta' quddiem; irjus ittundjati ta' boldijiet jew rivits jistgħu jaqbżu l-barra mill-wiċċ sa distanza ta' 10 mm u l-partijiet l-oħra jistgħu jaqbżu 'l barra sa dak il-limitu sakemm dawn ikunu ċatti u similarment ittndjati; il-kantunieri u l-ixfra esterni kollha li jistgħu jiġu kkuntattjati minn sfera ta' dijametru ta' 100 mm għandhom jiġu rtundjati b'raġġ ta' mhux anqas minn 2,5 mm; dawk li jispuntaw anqas minn 5 mm għandu jkollhom xifer li jħares 'il barra li ma jaqtax.

14.2.   It-TPL jista' jkun jikkonsisti f'wiċċ kontinwu lixx, jew rejl orizzontali waħda jew aktar, jew kombinazzjoni ta' wiċċ u rejls; meta jintużaw ir-rejls, dawn ma għandhomx ikun aktar minn 300 mm 'il hinn minn xulxin u mhux anqas minn:

(a)

50 mm għoli fil-każ ta’ TPL għal vetturi tal-kategoriji N2 and O3; jew

(b)

100 mm għoli u essenzjalment ċatti fil-każ ta' TPL għall-vetturi tal-kategoriji N3 u O4.

Kombinazzjonijiet ta’ wċuħ u vireg ta’ gwida għandhom jiffurmaw TPL kontinwu prattiku, bla ħsara, iżda, għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 14.1.

14.3.   Ix-xifer ta' quddiem għandu jikkonsisti minn membru vertikali kontinwu li jestendi tul l-għoli kollha tad-tagħmir; l-uċuħ ta' barra u ta' quddiem ta' dan il-membru għandhom ikunu talanqas 50 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ ta' 50 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N2 u O3 u talanqas 100 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ minimu ta' 100 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N3 u O4.

14.4.   It-TPL għandhom ikunu essenzjalment riġidi u, għajr fir-rigward tal-partijiet elenkati fil-paragrafu 14.5, għandhom ikunu tal-metall jew ta' xi materjal xieraq ieħor. It-TPL għandhom jitqiesu adatti jekk ikun kapaċi li jifilħu saħħa orizzontali statika ta’ 1 kN applikata perpendikolarment għal xi parti tal-wiċċ estern tagħhom miċ-ċentru ta' ponta li l-wiċċ tagħha jkun tond u ċatt, b’dijametru ta’ 220 mm ± 10 mm, u jekk id-diflessjoni tat-tagħmir taħt piż imkejla fiċ-ċentru tal-ponta tkun anqas minn:

(a)

30 mm fuq l-aktar 250 mm lura tat-tagħmir; kif ukoll

(b)

150 mm fuq il-bqija tat-tagħmir.

Fuq talba tal-manifattur, il-konformità ma' dan ir-rekwiżit tista' tintwera permezz ta' kalkolu. Il-validità tal-metodu tal-kalkolu għandha tiġi stabbilita għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku.

14.5.   Komponenti permanentement inwaħħla mal-vettura, eż. roti żejda, kaxxa tal-batterija, tankijiet tal-arja, tankijiet tal-karburant, lampi, rifletturi u kaxxi tal-għodda, jistgħu jiġi inkorporati fit-tagħmir, sakemm ikunu jikkonformaw mal-ħtiġijiet dimensjonali ta’ din il-parti.

14.6.   It-TPL jista’ jitfassal b’tali mod li jkollu bosta pożizzjonijiet fil-ġemb tal-vettura. F’dan il-każ, għandu jkun hemm metodu garantit biex jiġu marbuta fil-pożizzjoni normali tagħhom sabiex b’hekk tiġi eskluża kwalunkwe bidla mhux intenzjonata ta’ pożizzjoni. Il-forza applikata mill-operatur sabiex ivarja l-pożizzjoni tat-tagħmir ma tistax taqbeż l-40 daN.

PARTI III —   APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-ISTALLAZZJONI TA' TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI LATERALI (TPL) TA' TIP APPROVAT SKONT IL-PARTI II TA' DAN IR-REGOLAMENT

15.   REKWIŻITI

15.1.   It-TPL m'għandux iżid il-wisa' globali tal-vettura u l-parti prinċipali tal-wiċċ ta' barra tiegħu m'għandux ikun aktar minn 150 mm 'il ġewwa mill-pjan l-aktar 'il barra (wisa' massima) tal-vettura. Il-parti ta’ quddiem tagħhom tista’ tkun imdawra ‘l ġewwa fuq xi vetturi skont il-paragrafi 15.2.3 u 15.2.4. It-tarf ta' wara tagħhom m'għandux ikun aktar minn 30 mm 'l ġewwa mill-aktar tarf il-barra tat-tyres ta' wara (ħlief għal xi nefħa rregolari 'l barra tat-tyres viċin l-art) matul tal-anqas l-aktar 250 mm lura.

15.2.   Il-parti ta’ quddiem tat-TPL għandha tinbena kif ġej:

15.2.1.

Il-pożizzjoni tagħhom għandha tkun:

15.2.1.1.

Fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3: mhux aktar minn 300 mm sa wara tal-pjan vertikali b’mod perpendikulari mal-pjan lonġitudinali tal-vettura u tanġenzjali mal-wiċċ estern tat-tajer fuq ir-rota eżatt quddiem it-tagħmir;

15.2.1.2.

Fuq trejler drawbar: mhux aktar minn 500 mm lura mill-pjan definit fil-paragrafu 15.2.1.1;

15.2.1.3.

Fuq semikarru: mhux aktar minn 250 mm lura mill-pjan medjan trasversali tas-saqajn li jirfdu, jekk saqajn li jirfdu jkunu mwaħħlin, iżda f’kull każ id-distanza bejn ix-xifer ta’ quddiem u l-pjan trasversali li jgħaddi miċ-ċentru tal-kingpin fl-aktar pożizzjoni lura m’għandux jeċċedi 2,7 m.

15.2.2.

Meta x-xifer ta' quddiem ikun jinsab fi spazju miftuħ ta' aktar minn 25 mm, ix-xifer għandu jkun jikkonsisti f'membru vertikali kontinwu li jestendi tul l-għoli kollu tat-tagħmir; l-uċuħ ta' barra u ta' quddiem ta' dan il-membru għandhom ikunu talanqas 50 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ ta' 50 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N2 u O3 u talanqas 100 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ minimu ta' 100 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N3 u O4.

15.2.3.

Fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3 fejn id-dimensjoni ta’ 300 mm imsemmija fil-paragrafu 15.2.1.1 taqa’ ġewwa l-kabina, it-tagħmir għandu jinbena b’tali mod li x-xaqq bejn ix-xifer ta’ quddiem tagħha u l-panewwijiet tal-kabina ma jaqbiżx il-100 mm u, jekk ikun meħtieġ, għandha tiddawwar f’angolu li ma jaqbiżx il-45o. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 15.2.2. ma japplikawx.

15.2.4.

Skont l-għażla tal-manifattur, fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3 fejn id-dimensjoni ta' 300 mm imsemmija fil-paragrafu 15.2.1.1 taqa’ wara l-kabina u t-tagħmir jestendi 'l quddiem sa 100 mm tal-kabina, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 15.2.3 jistgħu jiġu ssodisfati.

15.3.   Ix-xifer ta' wara tat-TPL ma għandux ikun aktar minn 300 mm 'l quddiem mill-pjan vertikali b’mod perpendikulari mal-pjan lonġitudinali tal-vettura u tanġenzjali mal-wiċċ estern tat-tajer fuq ir-rota eżatt lura; membru vertikali kontinwu mhux meħtieġ fuq ix-xifer ta' wara.

15.4.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 15.2 u 15.3 huma indipendenti u ma jistgħux jiġu kkombinati. Madankollu, fil-każ ta' vettura li għandha żewġ fusijiet direzzjonati, TPL ma jistax ikun meħtieġ bejn dawk iż-żewġ fusijiet jekk id-distanza lonġitudinali bejn il-linji taċ-ċentru tagħhom ma taqbiżx 2 100 mm.

15.5.   L-overhang ta' quddiem u ta' wara tat-TPL ma għandhiex taqbeż id-distanza bejn il-konnessjonijiet u ċ-ċentru tar-ram imkejla matul it-test preskritt fil-paragrafu 14.4. Fil-każ ta' għadd ta' distanzi ta' dan it-tip, l-akbar distanza tat-test ma għandhiex tinqabeż.

15.6.   Ix-xifer t’isfel tat-TPL ma għandu fl-ebda punt ikun aktar minn 550 mm maqtugħ mill-art.

15.7.   Ix-xifer ta’ fuq tat-TPL għandu jkun mhux aktar minn 350 mm taħt il-parti tal-istruttura tal-vettura, maqtugħ jew imiss ma’ pjan vertikali tanġentali mal-wiċċ ta’ barra tat-tajers, eskluża kull nefħa viċin l-art, ħlief fil-każi li ġejjin:

15.7.1.

Fejn il-pjan fil-paragrafu 15.7 ma jaqtax l-istruttura tal-vettura, ix-xifer ta’ fuq għandu jkun livell max-xifer tal-pjattaforma li ġġorr it-tagħbija, jew 950 mm mill-art, skont liema jkun l-anqas;

15.7.2.

Fejn il-pjan fil-paragrafu 15.7 jaqtal-istruttura tal-vettura f’livell ta’ aktar minn 1,3 m il-fuq mill-art, ix-xifer ta’ fuq tat-tgħamir tal-ġenb għandu jkun mhux anqas minn 950 mm maqtugħ mill-art;

15.7.3.

Fuq vettura speċjalment disinjata u mibnija, u mhux sempliċiment adattata, għall-ġarr ta’ kontejner jew demountable body, ix-xifer ta’ fuq tat-TPL għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafi 15.7.1 u 15.7.2, bil-kontejner jew korp jiġi meqjus bħala parti mill-vettura;

15.7.4.

Fuq vettura mgħammra bi krejn għat-tagħbija, il-ħatt jew operazzjonijiet oħra, li jkollha stazzjon tax-xogħol għall-operatur irmuntat b'mod permanenti jew pjattaforma għat-tħaddim li minnha jkun jista' jiġi kkontrollat il-krejn, ix-xifer ta' fuq tat-TPL jista' jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 12.9.1 u 12.9.2, bl-istazzjon tax-xogħol jew il-pjattaforma tat-tħaddim meqjusa daqslikieku kienu l-pjattaforma li ġġorr il-piż.

15.8.   It-TPL għandhom jiġu rmuntati b'mod sikur; dawn ma għandhomx ikunu suġġetti għall-possibbilità li jinħallu permezz tal-vibrazzjoni fl-użu normali tal-vettura.

15.9.   Il-komponenti mwaħħla b'mod permanenti mal-vettura, eż. tajers żejda, kaxxa tal-batterija, tankijiet tal-arja, tankijiet tal-fjuwil, lampi, rifletturi u kaxxi tal-għodda jistgħu jiġu inkorporati f'tagħmir, sakemm dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti dimensjonali ta' din il-parti jew ikunu approvati skont il-Parti I. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 12.2 jew 14.1 għandhom japplikaw fir-rigward ta' distakki bejn tagħmir protettiv u komponenti mwaħħla b'mod permanenti.

15.10.   It-TPL ma għandhomx jintużaw biex jitwaħħlu magħhhom pajpijiet tal-brejk, arja jew idrawliku.

16.   DEROGI

16.1.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, vetturi tat-tipi li ġejjin huma meħtieġa li jikkonformaw biss kif indikat f’kull każ:

16.1.1.

Trejler estendibbli għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 15 meta jkun magħluq fit-tul minimu tiegħu; meta t-trejler jiġi estiż, madankollu, it-TPL għandu jikkonforma biss mal-paragrafi 15.6, 15.7, u 15.8, u jew mal-paragrafu 15.2 jew 15.3, iżda mhux bilfors mat-tnejn li huma; estensjoni ta' trejler ma għandhiex tipproduċi distakki ma' tul it-TPL;

16.1.2.

Vettura tank, li hija vettura unikament iddisinjata għall-ġarr ta’ sustanza likwida f’tank magħluq permanentement imwaħħal mal-vettura u provdut b’konnessjonijiet ta’ manki jew pajpijiet għat-tagħbija jew ħatt, għandha tkun iffittjata b'tagħmir li jikkonforma sa fejn hu prattiku mal-ħtiġijiet tal-paragrafu 15; konformità stretta tista titneħħa biss fejn il-ħtiġijiet ta’ operazzjoni jagħmlu dan meħtieġ;

16.1.3.

Fuq vettura fittjata b’saqajn li joħorġu biex jipprovdu stabbilità matul it-tagħbija, ħatt jew operazzjonijiet oħra li għalihom il-vettura hija disinjata, it-TPL għandhom ikunu rranġati bi xquq addizzjonali fejn dawn huma meħtieġa biex jippermettu li joħorġu s-saqajn;

16.1.4.

Fuq vettura mgħammra b'lashings u punti ta' sigurezza skont ISO 9367-1:1989 jew ISO 9367-2:1994 għal trasportazzjoni fuq l-ilma permezz ta' bastimenti Ro/Ro, għandhom jiġu permessi distakki fi ħdan it-TPL li jaċċettaw li jintiehmeż tagħmir ta' trażżin;

16.1.5.

Vettura mgħammra bi krejn għat-tagħbija, il-ħatt jew operazzjonijiet oħra li għalihom tkun iddisinjata l-vettura, fejn il-moviment jew l-għeluq tal-krejn jagħmilha imprattikabbli li jitwaħħal TPL, għandha tiġi mgħammra b'TPL li jkun jikkonformi sa kemm ikun prattikabbli mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 12; konformità stretta tista titwarrab biss fejn il-ħtiġijiet ta’ operazzjoni jagħmlu dan meħtieġ.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini ta’ Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2.

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għall-Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal- Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 għall-Kazakistan, 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbajġan, 40 għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Unjoni Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta), 56 għall-Montenegro, 57 (vojt) u 58 għat-Tuneżija. In-numri l-oħra għandhom jiġu assenjati lill-pajjiżi l-oħra fl-ordni kronoloġiku li fih jirratifikaw jew jaċċedu għall-Ftehim Dwar l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Parts li jistgħu jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija Abbażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri li jiġu assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim


ANNESS 1

Appendiċi 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 1

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 2

Test ta 'immaġni

Appendiċi 3

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 3

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

EŻEMPJI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-paragrafi 5.1.4 u 5.3.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image 4

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura jew ma’ TPL turi li t-tip tal-vettura, fir-rigward tal-protezzjoni laterali tagħha, ġiet approvata fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 73 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 012439, bħala vettura kompluta. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 73 kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

MUDELL B

(ara l-paragrafu 5.2.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image 5

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ TPL turi li t-tip ta’ TPL, fir-rigward tal-protezzjoni laterali tagħha, ġiet approvata fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 73 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 012439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 73 kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

MUDELL C

(ara l-paragrafi 5.1.5 u 5.3.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image 6

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernata ġiet approvata fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4), skont ir-Regolamenti Nru 73 u Nru 31 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru. 73 inkluda s-serje ta’ emendi 01 u l-approvazzjoni ngħatat għal vettura kompluta, u r-Regolament Nru. 31 inkluda s-serje ta’ emendi 02.


(1)  Dan in-numru tal-aħħar qed jingħata biss bħala eżempju.


ANNESS 3

KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

1.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST GĦAT-TPL

1.1.

Fuq talba tal-manifattur it-test jista’ jitwettaq jew:

1.1.1.

Fuq vettura tat-tip li għalih maħsub it-TPL; f’dan il-każ għandhom jiġu osservati l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2; jew

1.1.2.

Fuq parti mix-chassis tat-tip ta' vettura li għalih maħsub it-TPL; din il-parti għandha tkun rappreżentattiva tat-tipi(i) ta’ vettura relevanti; jew

1.1.3.

Fuq bank riġidu tat-testijiet.

1.2.

Fil-każ tal-paragrafi 1.1.2 u 1.1.3 l-partijiet użati biex jikkollegaw it-TPL ma’ parti mix-xasi jew il-bodi tal-vettura jew mal-bank riġidu tat-testijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk li jintużaw biex jorbtu t-TPL meta jintrama fuq il-vettura.

2.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST GĦALL-VETTURI

2.1.

Il-vettura għandha tiġi ppożizzjonata fuq wiċċ orizzontali, riġidu u lixx.

2.2.

Ir-roti ta’ direzzjoni għandhom jippuntaw dritt ’il quddiem.

2.3.

It-tajers għandhom jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura.

2.4.

Il-vettura, jekk hu meħtieġ li jinkisbu l-forzi meħtieġa tat-test fil-paragrafi 2.8. u 14.4 hawn taħt, tista' titrażżan bi kwalunkwe metodu, dan il-metodu għandu jkun speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

2.5.

Vetturi mgħammra b'sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjoni tat-tħaddim normali mhux mgħobbija speċifikata mill-manifattur.

2.6.

Is-semikarrijiet għandhom jiġu ppożizzjonati b’tali mod li l-pjattaforma tat-tagħbija tkun essenzjalment orizzontali.

8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/19


It-testi oriġinali biss tal-UN/ECE għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument ta’ status tal-UN/ECE, TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 97 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi ta’ allarm għall-vetturi (SAV) u ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ allarm tagħhom (SA)

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 6 għas-sensiela 01 ta’ emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: 23 ta’ Ġunju 2011

KONTENUT

REGOLAMENT

1.

Ambitu tal-applikazzjoni

Parti I —   Approvazzjoni ta’ sistemi ta’ allarm għall-vetturi

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ SAV

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Speċifikazzjonijiet partikolari

7.

Parametri tat-tħaddim u kundizzjonijiet tat-test

8.

Struzzjonijiet

9.

Modifika tat-tip ta’ SAV u estensjoni tal-approvazzjoni

10.

Konformità tal-produzzjoni

11.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

12.

Twaqqif tal-produzzjoni b’mod definittiv

13.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli biex iwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

Parti II —   Approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tagħha

14.

Definizzjonijiet

15.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

16.

Approvazzjoni

17.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

18.

Speċifikazzjonijiet partikolari

19.

Kundizzjonijiet tat-test

20.

Struzzjonijiet

21.

Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni

22.

Konformità tal-produzzjoni

23.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

24.

Twaqqif tal-produzzjoni b’mod definittiv

25.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli biex iwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

Parti III —   Approvazzjoni tal-immobilizzaturi u l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha

26.

Definizzjonijiet

27.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ immobilizzatur

28.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura

29.

Approvazzjoni ta’ immobilizzatur

30.

Approvazzjoni ta’ vettura

31.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

32.

Speċifikazzjonijiet partikolari

33.

Parametri tat-tħaddim u kundizzjonijiet tat-test

34.

Struzzjonijiet

35.

Modifiki tat-tip ta’ immobilizzatur jew tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni

36.

Konformità tal-produzzjoni

37.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

38.

Twaqqif tal-produzzjoni b’mod definittiv

39.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

40.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli biex iwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew it-twaqqif definittiv tal-produzzjoni ta’ tip ta’ sistema ta’ allarm għall-vetturi (SAV) skont il-Parti I tar-Regolament Nru 97

Anness 1A —

Dokumenti ta’ informazzjoni

Anness 2 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew it-twaqqif definittiv tal-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tagħha skont il-Parti II tar-Regolament Nru 97

Anness 3 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew it-twaqqif definittiv tal-produzzjoni ta’ tip ta’ immobilizzatur skont il-Parti III tar-Regolament Nru 97

Anness 4 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew it-twaqqif definittiv tal-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha skont il-Parti III tar-Regolament Nru 97

Anness 5 —

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 6 —

Mudell taċ-ċertifikat tal-konformità

Anness 7 —

Mudell taċ-ċertifikat tal-installazzjoni

Anness 8 —

Test tas-sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġier

Anness 9 —

Il-kompatibilità elettromanjetika

Anness 10 —

Speċifikazzjonijiet għall-iswiċċijiet mekkaniċi biċ-ċavetta

1.   KAMP TAL-APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.1.

PARTI I: Sistemi ta’ allarm għall-vetturi (SAV) li huma intenzjonati li jitwaħħlu b’mod permanenti fuq vetturi ta’ kategorija M1 u dawk ta’ kategorija N1 b’piż massimu ta’ mhux iktar minn 2 tunnellati. (*1)

1.2.

PARTI II: Vetturi ta’ kategorija M1, u dawk ta’ kategorija N1 b’piż massimu ta’ mhux aktar minn 2 tunnellati, fir-rigward tas-sistema(i) ta’ allarm tagħhom (AS). (*1)

1.3.

PARTI III: Immobilizzaturi u vetturi tal-kategorija M1 u vetturi ta’ kategorija N1 b’piż massimu ta’ mhux aktar minn tunnellati fir-rigward tal-immobilizzaturi. (*1)

1.4.

It-twaħħil tal-apparat speċifikat taħt il-Parti II u III fuq vetturi li mhumiex ta’ kategorija M1, jew N1 b’piż massimu li jaqbeż 2 tunnellati, huwa volontarju, iżda kwalunkwe apparat bħal dan li jitwaħħal irid jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Il-vetturi approvati skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti III jew IV tar-Regolament Nru 116 huma kkunsidrati konformi mal-Parti II u III, rispettivament, ta’ dan ir-Regolament.

PARTI I —   APPROVAZZJONI TA’ SISTEMI TA’ ALLARM GĦALL-VETTURI

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti I ta’ dan ir-Regolament,

2.1.

“Sistema ta’ allarm għall-vetturi” (SAV) tfisser sistema maħsuba biex tiġi installata fuq tip(i) ta’ vettura(i), imfassla biex tindika dħul mhux awtorizzat fi jew interferenza mal-vettura; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali kontra l-użu mhux awtorizzat tal-vettura;

2.2.

“Senser” tfisser apparat li jħoss bidla li tista’ tkun ikkawżata minn dħul mhux awtorizzat fi jew interferenza mal-vettura;

2.3.

“Apparat ta’ twissija” tfisser apparat li jindika li kien hemm dħul mhux awtorizzat jew interferenza;

2.4.

“Apparat ta’ kontroll” tfisser l-apparat meħtieġ għall-issettjar, it-tifi jew l-ittestjar ta’ SAV u biex tintbagħat kundizzjoni ta’ allarm lill-apparat ta’ twissija;

2.5.

“Issettjata” tfisser l-istat ta’ SAV li fih kundizzjoni ta’ allarm tista’ tiġi trasmessa lill-apparat ta’ twissija;

2.6.

“Mitfija” tfisser l-istat ta’ SAV li fih kundizzjoni ta’ allarm ma tistax tiġi trasmessa lill-apparat ta’ twissija;

2.7.

“Ċavetta” tfisser kwalunkwe strument iddisinjat u mibni sabiex jipprovdi metodu li bih titħaddem sistema ta’ għeluq li tkun imfassla u mibnija sabiex titħaddem biss minn dak l-istrument;

2.8.

“Tip ta’ sistema ta’ allarm għall-vetturi” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti importanti bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur,

(b)

it-tip ta’ senser,

(c)

it-tip ta’ apparat ta’ twissija,

(d)

it-tip ta’ apparat ta’ kontroll;

2.9.

“Approvazzjoni ta’ sistema ta’ allarm għall-vetturi” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ SAV fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5, 6, u 7 hawn isfel;

2.10.

“Immobilizzatur” tfisser apparat li huwa maħsub biex jimpedixxi lill-vettura milli tinstaq bil-magna tagħha stess;

2.11.

“Allarm ta’ paniku” tfisser apparat li jippermetti li persuna tuża allarm, installat fuq il-vettura, biex titlob għajnuna f’emerġenza.

2.12.

“Komponent” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u intenzjonat biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun ta’ tip approvat indipendement minn vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan.

2.13.

“Unità teknika separata” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u intenzjonat biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun tip approvat separatament, iżda biss f’rabta ma’ tip wieħed speċifiku jew aktar ta’ vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ SAV

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ SAV għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tas-SAV jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.

L-applikazzjoni għal kull tip ta’ SAV għandha tkun akkumpanjata minn dokument ta’ informazzjoni stabbilit skont il-mudell muri fl-Anness IA, il-Parti 1, u li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tas-SAV, il-metodu tal-installazzjoni għal kull marka u tip ta’ vettura li għal fuqha jkun intenzjonat li tiġi installata s-SAV.

3.2.1.

Vettura(i) mgħammra bis-SAV li t-tip tagħha jrid jiġi approvat, magħżula(in) mill-applikant bi ftehim mas-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni;

3.2.2.

Struzzjonijiet fi tliet kopji skont il-paragrafu 8 hawn isfel.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk is-SAV ppreżentata għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5, 6 u 7 hawn isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ SAV.

4.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (attwalment 01 għas-serje tal-emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li tinkorpora l-iżjed emendi tekniċi riċenti importanti għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ta’ SAV ieħor.

4.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ SAV skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

4.4.

Mal-komponent(i) prinċipali tas-SAV konformi mat-tip ta’ SAV approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod ċar u f’post faċilment aċċessibbli li jkun speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jidentifika l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (1);

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, simbolu “A” jew “I” jew “AI” li jindika jekk is-sistema hijiex sistema ta’ allarm għall-vetturi jew immobilizzatur jew kombinazzjoni tat-tnejn, daxx u n-numru tal-approvazzjoni qrib iċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.4.3.

Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tidher b’mod ċar u ma titħassarx.

4.4.4.

L-Anness 5 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti għall-marki tal-approvazzjoni.

4.5.

Bħala alternattiva għall-marka tal-approvazzjoni deskritta fil-paragrafu 4.4 hawn fuq, għandu jinħareġ ċertifikat tal-konformità għal kull SAV offruta għall-bejgħ.

Meta manifattur ta’ SAV iforni SAV approvata mhux immarkata lil manifattur ta’ vettura, sabiex titwaħħal minn dak il-manifattur bħala tagħmir oriġinali għal mudell ta’ vettura jew għal firxa ta’ mudelli ta’ vettura, il-manifattur tas-SAV għandu jforni numru ta’ kopji taċ-ċertifikat tal-konformità lill-manifattur tal-vettura, li huwa suffiċjenti biex dak il-manifattur jikseb l-approvazzjoni tal-vettura għall-Parti II ta’ dan ir-Regolament.

Jekk is-SAV tkun magħmula minn komponenti separati, il-komponent(i) prinċipali tagħha għandu(hom) (jkollu)jkollhom marka ta’ referenza u ċ-ċertifikat tal-konformità għandu jipprovdi lista ta’ dawn il-marki ta’ referenza.

Mudell taċ-ċertifikat tal-konformità huwa mogħti fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.

F’każ ta’ dħul mhux awtorizzat fi jew interferenza ma’ vettura, SAV għandha tipprovdi sinjal ta’ twissija.

Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun akustiku u barra minn hekk jista’ jinkludi apparat ta’ twissija viżwali, jew ikun allarm bir-radju jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn.

5.2.

Is-SAV għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’mod li meta l-vettura tkun mgħammra bihom, din tibqa’ tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi rilevanti, speċjalment fir-rigward tal-kompatibilità elettromanjetika (electromagnetic compability, EMC).

5.3.

Jekk is-SAV tkun tinkludi l-possibbiltà ta’ trasmissjoni bir-radju, eż. għall-issettjar jew tifi tal-allarm jew għat-trażmissjoni tal-allarm, hija għandha tikkonforma mal-Istandards rilevanti tal-ETSI (2), eż. EN 300 220-1 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-2 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-3 V1.1.1. (2000-09) u EN 301 489-3 V1.2.1. (2000-08) (fosthom kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati). Il-frekwenza u l-enerġija massima rradjata tat-trasmissjonijiet tar-radju għall-issettjar u t-tifi tas-sistema tal-allarm iridu jikkonformaw mal-CEPT/ERC (3) Rakkomandazzjoni 70-03 (17 ta’ Frar 2000) dwar l-użu ta’ apparat ta’ medda qasira. (4)

5.4.

L-installazzjoni ta’ SAV fuq vettura mgħandhiex tkun tista’ tinfluwenza l-prestazzjoni tal-vettura (meta ma tkunx issettjata), jew it-tħaddim mingħajr periklu tagħha.

5.5.

Is-SAV u l-komponenti tagħha ma għandhomx jiġu attivati b’mod involontarju, speċjalment meta l-magna tkun qiegħda taħdem.

5.6.

Il-waqfien tas-SAV, jew il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku tagħha ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim mingħajr periklu tal-vettura.

5.7.

Is-SAV, il-komponenti tagħha u l-partijiet ikkontrollati minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’tali mod li jnaqqsu r-riskju li xi ħadd jagħmilhom inoperabbli jew li jeqridhom malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. bl-użu ta’ għodod, tagħmir jew fabbrikazzjonijiet irħas u li jinħbew malajr, faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

5.8.

Il-mezz tal-issettjar u t-tifi tas-SAV għandu jkun iddisinjat b’mod li ma jinvalidax ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 18. Huma permessi konnessjonijiet tal-elettriku mal-komponenti koperti minn dan ir-Regolament.

5.9.

Is-sistema għandha tkun irranġata b’mod li l-ixxortjar ta’ xi ċirkwit tas-sinjal ta’ twissija ma jirrendi inoperattiv l-ebda aspett tas-sistema ta’ allarm, ħlief iċ-ċirkwit li jkun ixxortjat.

5.10.

Is-SAV tista’ tinkludi immobilizzatur li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti III ta’ dan ir-Regolament.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

6.1.   Firxa ta’ protezzjoni

6.1.1.   Rekwiżiti speċifiċi

Is-SAV għandha mill-anqas tirrileva u tissenjala l-ftuħ ta’ kwalunkwe bieba tal-vettura, tal-bonit tal-magna u tal-kompartiment tal-bagalji. Il-qtugħ jew it-tifi ta’ sorsi tad-dawl, eż. id-dawl fil-kompartiment tal-passiġġieri, ma għandux idgħajjef l-operazzjoni ta’ kontroll.

Sensers effiċjenti oħra għall-informazzjoni/wiri, eż.:

(a)

ta’ dħul mhux awtorizzat fil-vettura, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri, kontroll tal-ħġieġ tat-tieqa, ksur ta’ kwalunkwe parti bil-ħġieġ, jew

(b)

ta’ attentat ta’ serq tal-vettura, eż. senser tal-inklinazzjoni

huma permessi, wara li jitqiesu l-miżuri biex jiġi evitat kwalunkwe tismigħ bla bżonn tal-allarm (= allarm falz, ara l-paragrafu 6.1.2 hawn isfel).

Billi dawn is-sensers addizzjonali jiġġeneraw sinjal ta’ allarm anki wara li jkun seħħ dħul mhux awtorizzat (eż. bil-ksur ta’ parti magħluqa bil-ħġieġ) jew b’influwenzi esterni (eż. ir-riħ), is-sinjal tal-allarm, attivat minn wieħed mis-sensers imsemmija hawn fuq, ma għandux jiġi attivat iżjed minn 10 darbiet fl-istess perjodu ta’ attivazzjoni tas-SAV.

F’dan il-każ, il-perjodu tal-attivazzjoni għandu jiġi limitat bit-tifi awtorizzat tas- sistema b’riżultat ta’ azzjoni tal-utent tal-vettura.

Xi tipi ta’ sensers addizzjonali, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri (ultrasoniċi, infra-ħomor) jew senser tal-inklinazzjoni, eċċ., jistgħu jiġu diżattivati apposta. F’dan il-każ, għandha tittieħed azzjoni intenzjonali separata kull darba qabel ma tiġi ssettjata s-SAV. Ma għandux ikun possibbli jintfew is-sensers waqt li s-sistema ta’ allarm tkun issettjata.

6.1.2.   Sigurtà kontra allarm falz.

6.1.2.1.   B’miżuri adegwati, eż.:

(a)

id-diżinn mekkaniku u d-diżinn taċ-ċirkwit elettriku skont kundizzjonijiet speċifiċi għall-vetturi bil-mutur,

(b)

l-għażla u l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ tħaddim u ta’ kontroll għas-sistema ta’ allarm u l-komponenti tagħha,

għandu jiġi assigurat li s-SAV, kemm meta tkun issettjata kif ukoll meta ma tkunx issettjata, ma tkunx tista’ tikkaġuna t-tismigħ għalxejn tas-sinjal tal-allarm, f’każ ta’:

(a)

impatt fuq il-vettura: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.13;

(b)

kompatibilità elettromanjetika: testijiet speċifikati fil-paragrafu 7.2.12;

(c)

tnaqqis fil-vultaġġ tal-batterija bi ħruġ kontinwu tal-elettriku: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.14;

(d)

allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.15.

6.1.2.2.   Jekk l-applikant għall-approvazzjoni jkun jista’ juri, eż. b’informazzjoni teknika, li s-sigurtà kontra allarm falz hija assigurata b’mod sodisfaċenti, is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni jista’ ma jkollux bżonn xi wħud mit-testijiet imsemmija hawn fuq.

6.2.   Allarm akustiku

6.2.1.   Ġenerali

Is-sinjal ta’ twissija jrid ikun jinstema’ b’mod ċar u jintgħaraf u għandu jkun differenti b’mod sinifikanti minn sinjali akustiċi oħra li jintużaw fit-traffiku tat-toroq.

Minbarra l-istrument ta’ twissija akustika tal-apparat oriġinali, jista’ jitwaħħal ukoll strument ta’ twissija akustika separat fil-parti tal-vettura li tkun ikkontrollata mis-SAV, fejn dan irid jkun protett kontra l-aċċess faċli u malajr mill-persuni.

Jekk jintuża strument ta’ twissija akustika separat skont il-paragrafu 6.2.3.1 hawn isfel, l-istrument ta’ twissija akustika standard tal-apparat oriġinali jista’ jiġi attivat ukoll mis-SAV, bil-kundizzjoni li kwalunkwe tbagħbis mal-istrument ta’ twissija akustika standard (ġeneralment aċċessibbli iżjed faċilment) ma jaffettwax it-tħaddim tal-istrument ta’ twissija akustika addizzjonali.

6.2.2.   Tul tas-sinjal akustiku

Minimu

:

25 s

Massimu

:

30 s.

Is-sinjal akustiku jista’ jerġa’ jinstema’ biss wara l-interferenza li jmiss mal-vettura, jiġifieri wara l-perjodu ta’ ħin imsemmi hawn fuq.

(Restrizzjonijiet:ara l-paragrafi 6.1.1 u 6.1.2 hawn fuq).

It-tifi tas-sistema tal-allarm jaqta’ immedjatament is-sinjal.

6.2.3.   Speċifikazzjonijiet fir-rigward tas-sinjal akustiku.

6.2.3.1.   Apparat li jipproduċi sinjal b’ton kostanti (spettru ta’ frekwenza kostanti), eż. ħornijiet: akustiċi, eċċ., dejta skont ir-Regolament Nru 28, il-Parti I.

Sinjal intermittenti (mixgħul/mitfi):

Trigger frequency … (2 ± 1) Hz

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

6.2.3.2.   Apparat li jipproduċi sinjal akustiku b’modulazzjoni tal-frekwenza:

akustiku, eċċ., dejta skont ir-Regolament Nru 28, il-Parti I iżda passaġġ ugwali ta’ medda ta’ frekwenzi sinifikanti fil-medda hawn fuq imsemmija (minn 1 800 sa 3 550 Hz) fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenza tal-passaġġ … (2 ± 1) Hz

6.2.3.3.   Livell tal-ħoss

Is-sors tal-ħoss għandu jkun:

(a)

jew apparat ta’ twissija akustika approvat skont ir-Regolament Nru 28, il-Parti I

(b)

jew strument li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 28, il-Parti I, il-paragrafi 6.1 u 6.2.

Madankollu, fil-każ ta’ sors tal-ħoss differenti mill-istrument ta’ twissija akustika tal-apparat oriġinali, il-livell minimu tal-ħoss jista’ jitnaqqas għal 100 dB(A), imkejjel bil-kundizzjonijiet tar-Regolament Nru 28, il-Parti I.

6.3.   Allarm viżwali - jekk ikun imwaħħal

6.3.1.   Ġenerali

F’każ ta’ dħul mhux awtorizzat fi jew interferenza mal-vettura, l-apparat għandu jattiva sinjal viżwali kif speċifikat fil-paragrafi 6.3.2 u 6.3.3 hawn isfel.

6.3.2.   Tul tas-sinjal viżwali

Is-sinjal viżwali għandu jdum bejn 25 s u 5 min wara li jiġi attivat l-allarm.

It-tifi tas-sistema tal-allarm iwaqqaf immedjatament is-sinjal.

6.3.3.   Tip ta’ sinjal viżwali

It-tpetpit tal-indikaturi ta’ kull direzzjoni u/jew id-dawl tal-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura, fosthom il-bozoz kollha fl-istess ċirkwit elettriku.

Trigger frequency (2 ± 1) Hz

B’rabta mas-sinjal akustiku, huma permessi wkoll sinjali mhux sinkroniċi.

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

6.4.   Allarm bir-radju (pager) — jekk ikun imwaħħal

Is-SAV tista’ tinkludi faċilità li tiġġenera sinjal ta’ allarm bi trasmissjoni tar-radju.

6.5.   Protezzjoni kontra l-issettjar tas-sistema tal-allarm

6.5.1.   Meta l-magna tkun qiegħda taħdem, mhux se jkun possibbli l-issettjar apposta jew aċċidentali ta’ sistema tal-allarm.

6.6.   L-issettjar u t-tifi tas-SAV

6.6.1.   Issettjar

Huwa permess kwalunkwe mezz xieraq ta’ ssettjar tas-SAV, sakemm tali mezzi ma jikkawżawx allarmi foloz b’mod aċċidentali.

6.6.2.   Tifi

It-tifi tas-SAV għandu jinkiseb bi strument wieħed jew kombinazzjoni ta’ dawn li ġejjin. Huma permessi strumenti oħra li jagħtu riżultat ekwivalenti.

6.6.2.1.   Ċavetta mekkanika (li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 10 għal dan ir-Regolament) li tista’ tiġi msieħba ma’ sistema ċentralizzata għall-għeluq tal-karozza li tinkludi mill-anqas 1 000 varjant, imħaddma minn barra.

6.6.2.2.   Apparat elettriku/elettroniku, eż. kontroll mill-bogħod, b’mill-anqas 50 000 varjant u għandu jkun fih rolling codes u/jew ikollu perjodu minimu ta’ skansjoni ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

6.6.2.3.   Ċavetta mekkanika jew strument elettriku/elettroniku fil-kompartiment protett tal-passiġġieri, b’dewmien imkejjel għall-ħruġ/dħul.

6.7.   Dewmien għall-ħruġ

Jekk l-apparat biex tissettja s-SAV ikun imwaħħal fil-parti protetta, għandu jiġi pprovdut dewmien għall-ħruġ. Għandu jkun possibbli li d-dewmien għall-ħruġ jiġi ssettjat bejn 15-il sekonda u 45 sekonda wara li jkun tħaddem l-iswiċċ. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jaqdi ċ-ċirkustanzi individwali tal-operaturi.

6.8.   Dewmien għad-dħul

Jekk l-apparat għat-tifi tas-SAV ikun iwaħħal fil-parti protetta, għandu jitħalla minimu ta’ 5 sekondi u massimu ta’ 15-il sekonda qabel ma jiġu attivati s-sinjali akustiċi u viżwali. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jaqdi ċ-ċirkustanzi individwali tal-operaturi.

6.9.   Wiri tal-istatus

6.9.1.   Biex tingħata informazzjoni dwar l-istatus tas-SAV (issettjata, mitfija, ħin tal-issettjar tal-allarm, l-allarm ġie attivat), huwa permess wiri viżwali ġewwa u barra l-kompartiment tal-passiġġieri. Il-qawwa tad-dawl tas-sinjali viżwali installati barra l-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex taqbeż iż-0,5 cd.

6.9.2.   Jekk tkun ipprovduta indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħall-bidliet minn “issettjata” għal “mitfija” u viċi-versa, din għandha tkun viżwali, skont il-paragrafu 6.9.1. Tali indikazzjoni viżwali tista’ tiġi prodotta wkoll bit-tħaddim simultanju tal-indikaturi tad-direzzjoni u/jew tal-bozza/bozoz fil-kompartiment tal-passiġġieri, bil-kundizzjoni li d-dewmien tal-indikazzjoni viżwali mill-indikaturi tad-direzzjoni ma jaqbiżx 3 sekondi.

6.10.   Sors tal-elettriku

Is-sors tal-elettriku għas-SAV jista’ jkun jew il-batterija tal-vettura jew batterija li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata. Fejn ipprovdut, tista’ tintuża batterija addizzjonali li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata jew li ma tistax terġa’ tiġi ċċarġjata. Dawn il-batteriji bl-ebda mod ma għandhom ifornu elettriku għal partijiet oħra tas-sistema elettrika tal-vettura.

6.11.   Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet fakultattivi

6.11.1.   Awtokontroll, indikazzjoni awtomatika ta’ qtugħ

Malli tiġi ssettjata s-SAV, sitwazzjonijiet irregolari, eż. ftuħ tal-bibien, eċċ., jistgħu jiġu rilevati minn funzjoni ta’ awtokontroll (kontroll tal-plawsibilità), u din is-sitwazzjoni tiġi indikata.

6.11.2.   Allarm ta’ paniku

Huwa permess allarm viżwali u/jew akustiku u/jew bir-radju indipendentement mill-istat (issettjata jew mitfija) u/jew il-funzjoni tas-SAV. Tali allarm jista’ jiġi attivat minn ġol-vettura u ma għandux jaffettwa l-istat (issettjata jew mitfija) tas-SAV. Irid ikun possibbli wkoll għall-utent tal-vettura li jitfi l-allarm ta’ paniku. Fil-każ ta’ allarm akustiku, il-ħin ta’ kemm idum idoqq f’kull attivazzjoni ma għandux ikun limitat. Allarm ta’ paniku ma għandux jimmobilizza l-magna jew iwaqqafha jekk tkun qiegħda taħdem.

7.   IL-PARAMETRI TAT-TĦADDIM U L-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST (5)

7.1.   Parametri tat-tħaddim

Il-komponenti kollha tas-SAV għandhom jaħdmu mingħajr ma jieqfu fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

7.1.1.   Kundizzjonijiet klimatiċi

Huma definiti żewġ klassijiet ta’ temperatura ambjentali:

 

– 40 °C sa + 85 °C għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagalji;

 

– 40 °C sa + 125 °C għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

7.1.2.   Livell ta’ protezzjoni għall-installazzjoni

Għandhom jiġu pprovduti l-livelli segwenti ta’ protezzjoni skont il-Pubblikazzjoni tal-IEC 529-1989:

 

IP 40 għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri;

 

IP 42 għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri ta’ karozzi miftuħin mingħajr sedili wara/vetturi konvertibbli u karozzi b’pannelli tas-saqaf li jistgħu jiċċaqilqu jekk il-post tal-installazzjoni jkun jeħtieġ livell ogħla ta’ protezzjoni minn IP 40;

 

IP 54 għall-partijiet l-oħra kollha.

Il-manifattur tas-SAV għandu jispeċifika fl-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni kwalunkwe restrizzjonijiet dwar it-tqegħid ta’ xi parti fir-rigward tat-trab, l-ilma u t-temperatura.

7.1.3.   Esponiment għat-temp

7 ijiem skont IEC 68-2-30-1980.

7.1.4.   Kundizzjonijiet tal-elettriku

Vultaġġ stmat ta’ provvista:12 V

Medda tal-vultaġġ ta’ provvista waqt it-tħaddim: minn 9 V għal 15 V fil-medda ta’ temperaturi skont il-paragrafu 7.1.1.

Konċessjoni ta’ ħin għal vultaġġi żejda fi 23 °C

:

U

=

18 V, mass. siegħa

U

=

24 V, mass. 1 min.

7.2.   Kundizzjonijiet tat-test

7.2.1.   Testijiet tat-tħaddim

Għat-testijiet ta’ operazzjoni mitluba fil-paragrafi 7.2.3, 7.2.4, 7.2.5, 7.2.6 u 7.2.8.4, jekk uħud mit-testijiet mitluba f’kull wieħed minn dawn il-paragrafi qabel it-testijiet ta’ operazzjoni jitwettqu f’serje fuq SAV waħda, it-test ta’ operazzjoni jista’ jsir biss darba wara li t-testijiet magħżula jkunu tlestew flok ma jsiru t-testijiet ta’ operazzjoni mitluba f’dawn il-paragrafi wara kull wieħed mit-testijiet magħżula. Il-manifatturi tal-vettura u min jissupplixxi għandhom jiggarantixxu riżultati sodisfaċenti biss fuq proċeduri mhux akkumulati.

7.2.1.1.   Għandha tiġi kkontrollata l-konformità tas-SAV mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Id-dewmien tal-allarm skont il-paragrafi 6.2.2 u 6.3.2;

(b)

Il-frekwenza u r-relazzjoni mixgħul/mitfi skont il-paragrafi 6.3.3 u 6.2.3.1 jew 6.2.3.2 rispettivament;

(c)

In-numru ta’ ċikli ta’ allarm skont il-paragrafu 6.1.1, jekk applikabbli;

(d)

Kontroll tal-protezzjoni kontra l-issettjar tas-sistema tal-allarm skont il-paragrafu 6.5.

7.2.1.2.   Kundizzjonijiet tat-test normali

Vultaġġ … U = (12 ± 0,2) V

Temperatura … Θ = (23 ± 5) °C

7.2.2.   Reżistenza għall-bidliet fit-temperatura u l-vultaġġ

Għandha tiġi kkontrollata wkoll il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet definiti taħt il-paragrafu 7.2.1.1 fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Temperatura tat-test

Θ = (– 40 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

U = (9 ± 0,2) V

Dewmien tal-ħażna

4 sigħat

7.2.2.2.   Għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagalji:

Temperatura tat-test

Θ = (+ 85 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

U = (15 ± 0,2) V

Dewmien tal-ħażna

4 sigħat

7.2.2.3.   Għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

Temperatura tat-test

Θ = (+ 125 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

U = (15 ± 0,2) V

Dewmien tal-ħażna

4 sigħat

7.2.2.4.   Is-SAV, kemm issettjata kif ukoll mitfija, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ugwali għal (18 ± 0,2)V għal siegħa.

7.2.2.5.   Is-SAV, kemm issettjata kif ukoll mitfija, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ugwali għal (24 ± 0,2) V għal minuta.

7.2.3.   Tħaddim sikur wara testijiet għall-korpi estranei u l-ermetiċità

Wara t-test għall-ermetiċità għall-korpi estranei u għall-ilma skont l-IEC 529-1989, għal-livelli ta’ protezzjoni bħal fil-paragrafu 7.1.2, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1.

Bi ftehim mas-Servizz Tekniku, dan ir-rekwiżit ma hemmx għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

L-Approvazzjoni tat-Tip ta’ SAV li tkun se tingħata approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tas-SAV għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Part 1) li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għas-SAV (skont il-Parti I ta’ dan ir-Regolament) u,

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li fuqhom is-SAV hija intenzjonata li titwaħħal u l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni relevanti fil-punt 4.2.

(b)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ SA

F’dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għas-SA minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jipprova dan billi jippreżenta d-dokumenti.

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ SAV li t-tip tagħha jkun ġie approvat bħala unità teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tas-SAV fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni relevanti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 3.1.3.1.1 fil-Parti 2 tal-Anness 1 A, tkun diġà ġiet ippreżentata għall-approvazzjoni ta’ unità teknika separata.

7.2.4.   Tħaddim sikur wara test bl-ilma kondensat

Wara test tar-reżistenza għall-umdità li għandu jitwettaq skont l-IEC 68-2-30 (1980), għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1.

7.2.5.   Test għas-sigurtà kontra l-polarità maqluba

Is-SAV u l-komponenti tagħha ma għandhomx jinqerdu b’polarità maqluba sa 13 V matul 2 minuti.

Wara dan it-test, jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1, bil-fjusijiet mibdula.

7.2.6.   Test għas-sigurtà kontra l-ixxortjar

Il-kollegamenti tal-elettriku kollha tas-SAV iridu jkunu short-circuit proof mal-ert, 13 V massimu u/jew bil-fjus.

Wara dan it-test, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1, bil-fjusijiet mibdula jekk ikun meħtieġ.

7.2.7.   Konsum tal-elettriku meta ssettjata

Il-konsum tal-elettriku meta tkun issettjata fil-kundizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 7.2.1.2 ma għandux bħala medja jaqbeż l-20 mA għas-sistema kollha tal-allarm, fosthom il-wiri tal-istatus.

Bil-ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma hemmx għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

Approvazzjoni tat-Tip ta’ SAV li tkun se tiġi approvata skont it-tip bħala unità teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tas-SAV għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għas-SAV (skont il-Parti I ta’ dan ir-Regolament);

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li għalihom ikun intenzjonat li titwaħħal is-SAV u l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni relevanti fil-punt 4.2; u

(iii)

Jagħti prova li r-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija ma jinqabżux billi jippreżenta dokumenti relatati.

(b)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fit-rigward ta’ SA

F’dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għas-SA minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati.

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ SAV li t-tip tagħha jkun ġie approvat bħala unità teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tas-SAV fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni relevanti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-każ fejn l-informazzjoni mitluba fil-punt 3.1.3.1.1 tal-Parti 2 tal-Anness 1 A, tkun diġà ġiet ippreżentata fl-approvazzjoni ta’ unità teknika separata.

7.2.8.   Tħaddim sikur wara test tal-vibrazzjoni

7.2.8.1.   Għal dan it-test, il-komponenti huma suddiviżi f’żewġ tipi:

Tip 1

:

komponenti normalment immuntati fuq il-vettura;

Tip 2

:

komponenti maħsuba sabiex jitqabbdu mal-magna.

7.2.8.2.   Il-komponenti/is-SAV għandhom jiġu sottomessi għal mod ta’ vibrazzjoni sinusojdali li l-karatteristiċi tiegħu huma dawn:

7.2.8.2.1.   Għat-tip 1

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 10 Hz għal 500 Hz b’estensjoni massima ta’ ±5 mm u aċċellerazzjoni massima ta’ 3 g (0-massimu).

7.2.8.2.2.   Għat-tip 2

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 20 Hz għal 300 Hz b’estensjoni massima ta’ ±2 mm u aċċellerazzjoni massima ta’ 15 g (0-massimu).

7.2.8.2.3.   Kemm għat-tip 1 kif ukoll għat-tip 2:

(a)

il-varjazzjoni fil-frekwenza hija ta’ ottava/minuta;

(b)

in-numru ta’ ċikli huwa 10, it-test għandu jitwettaq matul kull wieħed mit-3 assi;

(c)

il-vibrazzjonijiet jiġu applikati fi frekwenzi baxxi b’estensjoni massima kostanti u b’aċċellerazzjoni massima kostanti fil-frekwenzi l-għolja.

7.2.8.3.   Waqt it-test, is-SAV għandha tkun imqabbda bl-elettriku u l-kejbil għandu jkun appoġġat wara 200 mm.

7.2.8.4.   Wara t-test tal-vibrazzjoni, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1.

7.2.9.   Test tad-durabilità

Bil-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fil-paragrafu 7.2.1.2, jingħata bidu għal 300 ċiklu sħiħ ta’ allarmi (akustiċi u/jew viżwali) b’ħin ta’ mistrieħ tal-apparat akustiku ta’ 5 minuti.

7.2.10.   Testijiet għaċ-ċavetta esterna (installata fuq barra tal-vettura)

It-testijiet li ġejjin għandhom jitwettqu biss jekk iċ-ċilindru tal-għeluq tas-serratura tal-bieb tal-apparat oriġinali ma jintużax.

7.2.10.1.   Is-swiċċ taċ-ċavetta għandu jkun iddisinjat u mibni b’mod li jibqa’ kompletament effettiv anki wara 2 500 ċiklu ta’ ssettjar/tifi f’kull direzzjoni, segwiti minn talanqas 96 siegħa ta’ esponiment għal test bi sprej tal-melħ skont IEC 68-2-11-1981, test tar-reżistenza għall-korrużjoni.

7.2.11.   Test tas-sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri

L-allarm għandu jiġi attivat, meta pannell vertikali ta’ 0,2 × 0,15 m jiddaħħal għal 0,3 m (imkejla miċ-ċentru tal-pannell vertikali) minn tieqa miftuħa fil-bieba ta’ quddiem għal ġol-kompartiment tal-passiġġieri, lejn il-parti ta’ quddiem u b’mod parallel mat-triq b’veloċità ta’ 0,4 m/s u f’angolu ta’ 45° mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura (Ara d-disinni fl-Anness 8 għal dan ir-Regolament).

7.2.12.   Kompatibilità elettromanjetika

Is-SAV għandha tiġi sottomessa għat-testijiet deskritti fl-Anness 9.

F’dan il-każ, SAV li tissodisfa l-istatus funzjonali kollu tat-testijiet fl-Anness 9 titqies li ma tikkawżax is-sinjal ta’ allarm biex idoqq bla bżonn flimkien mar-rekwiżiti fil-paragrafu 6.1.2.1.

Rigward il-konformità mal-istatus funzjonali f’kull test, is-SAV, li tkun iddisinjata biex iddoqq l-allarm fl-istat issettjat f’uħud mill-kundizzjonijiet tat-test mogħtija fl-Anness 9 u ddoqq is-sinjal tal-allarm fit-testijiet, titqies li qed tiffunzjona kif kienet iddisinjata fit-testijiet u għalhekk titqies li tissodisfa l-istatus funzjonali tat-testijiet. F’dan il-każ, il-manifattur tas-SAV għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati.

7.2.13.   Sigurtà kontra allarm falz f’każ ta’ impatt fuq il-vettura

Għandu jiġi vverifikat li impatt sa 4,5 Joules ta’ korp emisferiku b’dijametru ta’ 165 mm u 70 ± 10 Shore A applikat fi kwalunkwe post fl-istruttura tal-vettura jew fil-ħġieġ bil-wiċċ ikkurvat tiegħu ma jikkawżax allarmi foloz.

7.2.14.   Sigurtà kontra allarm falz f’każ ta’ tnaqqis fil-vultaġġ

Għandu jiġi vverifikat li t-tnaqqis bil-mod fil-vultaġġ tal-batterija prinċipali bil-ħruġ kontinwu ta’ 0,5 V fis-siegħa għal 3 V ma jikkawżax allarmi foloz.

Kundizzjonijiet tat-test: ara l-paragrafu 7.2.1.2 hawn fuq.

7.2.15.   Test għas-sigurtà kontra allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri

Is-sistemi maħsuba għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri skont il-paragrafu 6.1.1 hawn fuq għandhom jiġu ttestjati flimkien mal-vettura taħt kundizzjonijiet normali (paragrafu 7.2.1.2).

Is-sistema, installata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma għandhiex tiġi attivata meta tiġi suġġetta ħames darbiet għat-test deskritt fil-paragrafu 7.2.13 hawn fuq f’intervalli ta’ 0,5 s.

Il-preżenza ta’ persuna tmiss jew tiċċaqlaq madwar il-parti ta’ barra tal-vettura (twieqi magħluqin) ma għandha tikkawża ebda allarm falz.

8.   STRUZZJONIJIET

Kull SAV għandha tkun akkumpanjata minn:

8.1.   Struzzjonijiet għall-installazzjoni:

8.1.1.

Il-lista tal-vetturi u tal-mudelli ta’ vetturi li għalihom huwa intenzjonat l-apparat. Din il-lista tista’ tkun speċifika jew ġenerika, eż. “il-karozzi kollha b’magni petrol u batteriji negative earth ta’ 12 V”.

8.1.2.

Il-metodu tal-installazzjoni illustrat b’ritratti u/jew tpinġijiet ċari ħafna.

8.1.3.

Fil-każ ta’ SAV li tinkludi immobilizzatur, struzzjonijiet addizzjonali rigward il-konformità mar-rekwiżiti tal-Parti III ta’ dan ir-Regolament.

8.2.   Ċertifikat vojt tal-installazzjoni, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Anness 7.

8.3.   Stqarrija ġenerali għax-xerrej tas-SAV li tiġbed l-attenzjoni tiegħu għall-punti li ġejjin:

 

Is-SAV għandha tiġi installata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

 

Hija rakkomandata l-għażla ta’ installatur tajjeb (jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur tas-SAV biex jindika installaturi adatti);

 

Iċ-ċertifikat tal-installazzjoni fornut mas-SAV għandu jimtela mill-installatur.

8.4.   Struzzjonijiet għall-użu

8.5.   Struzzjonijiet għall-manutenzjoni

8.6.   Twissija ġenerali dwar il-periklu li jsiru xi tibdiliet jew żidiet fis-sistema; tali bidliet jew żidiet jinvalidaw awtomatikament iċ-ċertifikat tal-installazzjoni msemmi fil-paragrafu 8.2 hawn fuq.

8.7.   Indikazzjoni tal-post(ijiet) tal-marka tal-approvazzjoni internazzjonali msemmija fil-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament u/jew iċ-ċertifikat internazzjonali tal-konformità msemmi fil-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament.

9.   MODIFIKA TAT-TIP TA’ SAV U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

Kull modifika tat-tip ta’ SAV għandha tiġi nnotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li approva dan it-tip ta’ SAV.

Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:

(a)

jikkunsidra li l-modifiki magħmula ma jkunux probabbli li jkollhom xi effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ is-SAV xorta tkun tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

(b)

jitlob rapport ieħor tat-test għal xi wħud mit-testijiet jew għat-testijiet kollha deskritti fil-paragrafi 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

Il-konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, li jispeċifikaw il-bidla, għandhom jiġu kkomunikati bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru serjali għal kull formola ta’ komunikazzjoni ppreparata għal tali estensjoni.

10.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha taqbel ma’ dawk stipulati fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

10.1.

Kull sistema ta’ allarm għall-vetturi approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b’mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5, 6 u 7 hawn fuq.

10.2.

Għal kull tip ta’ sistema ta’ allarm għall-vetturi, it-testijiet preskritti fil-paragrafi minn 7.2.1 sa 7.2.10 ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fuq bażi statistikament ikkontrollata u każwali, skont waħda mill-proċeduri regolari għall-assigurazzjoni tal-kwalità.

10.3.

L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

11.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

11.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ SAV skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 10 hawn fuq ma jiġux osservati.

11.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tkun qiegħda tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tgħarraf immedjatament b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

12.   TWAQQIF TAL-PRODUZZJONI B’MOD DEFINITTIV

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament jimmanifattura tip ta’ SAV approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinnotifika b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni.

Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma biha lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

13.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI BIEX IWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli biex iwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom iridu jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

PARTI II —   APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAL-ALLARM TAGĦHA

Meta SAV approvata skont il-Parti I ta’ dan ir-Regolament tkun qiegħda tintuża ġewwa vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont il-Parti II ta’ dan ir-Regolament, ma għandhomx jiġu ripetuti t-testijiet li trid tgħaddi minnhom SAV biex tikseb approvazzjoni skont il-Parti I ta’ dan ir-Regolament.

14.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,

14.1.

“Sistema(i) ta’ allarm” (SA) tfisser arranġament ta’ komponenti mwaħħla bħala tagħmir oriġinali f’tip ta’ vettura, li jkun iddisinjat biex jindika dħul mhux awtorizzat fi jew interferenza mal-vettura; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali kontra l-użu mhux awtorizzat tal-vettura.

14.2.

“tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-allarm tagħha” tfisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti importanti bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur;

(b)

karatteristiċi tal-vettura li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prestazzjonijiet tas-SA;

(c)

it-tip u d-diżinn tas-SA jew tas-SAV.

14.3.

“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 17, 18 u 19 hawn isfel.

14.4.

Definizzjonijiet oħra applikabbli għall-Parti II huma kontenuti fil-paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament.

15.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

15.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-SA tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

15.2.   Hija għandha tkun akkumpanjata minn dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell muri fl-Anness 1 A, il-Parti 2.

15.3.   Għandha tiġi ppreżentata lis-Servizz Tekniku vettura rappreżentattiva tat-tip li jrid jiġi approvat.

15.4.   Tista’ tiġi aċċettata vettura li ma tkunx tinkludi l-komponenti kollha relattivi għat-tip sakemm ikun jista’ jintwera mill-applikant għas-sodisfazzjon tal-Awtorità Kompetenti li n-nuqqas tal-komponenti mħollija barra ma għandu ebda effett fuq ir-riżultati tal-verifiki, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

16.   APPROVAZZJONI

16.1.   Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 17, 18 u 19 hawn isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dik it-tip ta’ vettura.

16.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (attwalment 01 għas-serje tal-emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li tinkorpora l-iżjed emendi tekniċi riċenti importanti magħmula fir-Regolament fil-mument tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

16.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.

16.4.   Ma’ kull vettura konformi ma’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod ċar u f’post faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

16.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jidentifika l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (6);

16.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, simbolu “A” jew “I” jew “AI” li jindika jekk il-vettura ġietx approvata fir-rigward tas-sistema tal-allarm tagħha jew l-immobilizzaturi tagħha jew kombinazzjoni tat-tnejn, daxx u n-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 16.4.1.

16.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat taħt wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, m’hemmx għalfejn jiġi ripetut is-simbolu preskritt fil-paragrafu 16.4.1; f’każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li bihom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitpoġġew f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 16.4.1.

16.6.   Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tidher b’mod ċar u li ma jitħassarx.

16.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib jew fuq il-pjanċa bl-informazzjoni dwar il-vettura mwaħħla mill-manifattur.

16.8.   L-Anness 5 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

17.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

17.1.   L-ASs għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’mod li, f’każ ta’ dħul mhux awtorizzat jew interferenza ma’ vettura, huma jipprovdu sinjal ta’ twissija, u jistgħu jinkludu immobilizzatur.

Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun akustiku u barra minn hekk jista’ jinkludi apparat ta’ twissija viżwali, jew ikun allarm bir-radju, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn.

17.2.   Il-vetturi li jkunu mgħammra b’sistemi tal-allarm għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi rilevanti, speċjalment fir-rigward tal-kompatibilità elettromanjetika (electromagnetic compatibilty, EMC).

17.3.   Jekk is-SA tkun tinkludi l-possibbiltà ta’ trasmissjoni bir-radju, eż. għall-issettjar jew it-tifi tal-allarm jew għat-trasmissjoni tal-allarm, hija għandha tikkonforma mal-Istandards rilevanti tal-ETSI (ara n-nota tal-qiegħ 2/pertinenti għall-paragrafu 5.3), eż. EN 300 220-1 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-2 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-3 V1.1.1.(2000-09) u EN 301 489-3 V1.2.1. (2000-08) (fosthom kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati). Il-frekwenza u l-enerġija massima rradjata tat-trasmissjonijiet tar-radju għall-issettjar u t-tifi tas-sistema tal-allarm iridu jikkonformaw mal-CEPT/ERC (ara n-nota tal-qiegħ 3/pertinenti għall-paragrafu 5.3) Rakkomandazzjoni 70-03 (17 ta’ Frar 2000) dwar l-użu ta’ apparat ta’ medda qasira (ara n-nota tal-qiegħ 4/għall-paragrafu 5.3).

17.4.   Is-SA u l-komponenti tagħha ma għandhomx jiġu attivati b’mod aċċidentali, b’mod partikolari waqt li l-magna tkun qiegħda taħdem.

17.5.   Il-waqfien tas-SA, jew il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku tagħha ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim mingħajr periklu tal-vettura.

17.6.   Is-sistema tal-allarm, il-komponenti tagħha u l-partijiet ikkontrollati minnhom għandhom ikunu installati b’tali mod li jnaqqsu r-riskju li xi ħadd jagħmilhom inoperabbli jew li jeqridhom malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. billi juża għodod, tagħmir jew fabbrikazzjonijiet irħas u li jinħbew malajr, faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

17.7.   Is-sistema għandha tkun irranġata b’mod li l-ixxortjar ta’ kwalunkwe ċirkwit tas-sinjal ta’ twissija ma jirrendi inoperattiva l-ebda aspett tas-sistema tal-allarm, ħlief iċ-ċirkwit li jkun ixxortjat.

17.8.   Is-SA tista’ tinkludi immobilizzatur li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti III ta’ dan ir-Regolament.

18.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

18.1.   Medda ta’ protezzjoni

18.1.1.   Rekwiżiti speċifiċi

Is-SA għandha mill-anqas tirrileva u tissenjala l-ftuħ ta’ kwalunkwe bieba tal-vettura, tal-bonit tal-magna u tal-kompartiment tal-bagalji. Il-qtugħ jew it-tifi ta’ sorsi tad-dawl, eż. id-dawl fil-kompartiment tal-passiġġieri, ma għandux idgħajjef l-operazzjoni ta’ kontroll.

L-installazzjoni ta’ sensers effiċjenti addizzjonali għall-informazzjoni/wiri, eż.:

(a)

ta’ dħul mhux awtorizzat fil-vettura, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri, kontroll tal-ħġieġ tat-twieqi, ksur ta’ kwalunkwe parti bil-ħġieġ, jew

(b)

ta’ attentat ta’ serq tal-vettura, eż. senser tal-inklinazzjoni

huma permessi, wara li jitqiesu l-miżuri biex jiġi evitat kwalunkwe tismigħ bla bżonn tal-allarm (= allarm falz, ara l-paragrafu 18.1.2 hawn isfel).

Billi dawn is-sensers addizzjonali jiġġeneraw sinjal ta’ allarm anki wara li jkun seħħ dħul mhux awtorizzat (eż. bil-ksur ta’ parti bil-ħġieġ) jew b’influwenzi esterni (eż. ir-riħ), is-sinjal tal-allarm, attivat minn wieħed mis-sensers imsemmija hawn fuq, ma għandux jiġi attivat iżjed minn 10 darbiet fl-istess perjodu ta’ attivazzjoni tas-SA.

F’dan il-każ, il-perjodu tal-attivazzjoni għandu jiġi limitat bit-tifi awtorizzat tas-sistema b’riżultat tal-azzjoni tal-utent tal-vettura.

Xi tipi ta’ sensers addizzjonali, eż. il-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri (ultrasoniċi, infra-ħomor) jew is-senser tal-inklinazzjoni, eċċ., jistgħu jiġu diżattivati b’mod intenzjonali. F’dan il-każ, għandha tittieħed azzjoni intenzjonali separata kull darba qabel ma tiġi ssettjata s-SA. Ma għandux ikun possibbli li s-sensers jiġu diżattivati waqt li s-sistema tal-allarm tkun issettjata.

18.1.2.   Sigurtà kontra allarm falz.

18.1.2.1.   Għandu jiġi assigurat li s-SA, kemm meta ssettjata kif ukoll meta mhux issettjata, ma tkunx tista’ tikkawża d-daqq għalxejn tas-sinjal tal-allarm, f’każ ta’:

(a)

impatt fuq il-vettura: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.13;

(b)

kompatibilità elettromanjetika: testijiet speċifikati fil-paragrafu 7.2.12;

(c)

tnaqqis fil-vultaġġ tal-batterija bi ħruġ kontinwu tal-elettriku: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.14;

(d)

allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.15.

18.1.2.2.   Jekk l-applikant għall-approvazzjoni jkun jista’ juri, eż. b’informazzjoni teknika, li s-sigurtà kontra l-allarm falz hija assigurata b’mod sodisfaċenti, is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni jista’ ma jkollux bżonn ta’ xi wħud mit-testijiet imsemmija hawn fuq.

18.2.   Allarm akustiku

18.2.1.   Ġenerali

Is-sinjal ta’ twissija jrid ikun jinstema’ b’mod ċar u jintgħaraf u għandu jkun differenti b’mod sinifikanti minn sinjali akustiċi oħra li jintużaw fit-traffiku tat-toroq.

Minbarra l-istrument ta’ twissija akustika tal-apparat oriġinali, jista’ jitwaħħal ukoll apparat ta’ twissija akustika separat fil-parti tal-vettura li tkun ikkontrollata mis-SA, fejn dan irid ikun protett kontra l-aċċess faċli u ta’ malajr mill-persuni.

Jekk jintuża apparat ta’ twissija akustika separat skont il-paragrafu 18.2.3.1 hawn isfel, l-istrument ta’ twissija akustika standard tal-apparat oriġinali jista’ jiġi attivat ukoll bis-SA, bil-kundizzjoni li kwalunkwe tbagħbis mal-istrument ta’ twissija akustika standard (ġeneralment aċċessibbli iżjed faċilment) ma jaffettwax it-tħaddim tal-istrument ta’ twissija akustika addizzjonali.

18.2.2.   Tul tas-sinjal akustiku

Minimu

:

25 s

Massimu

:

30 s.

Is-sinjal akustiku jista’ jerġa’ jinstema’ biss wara l-interferenza li jmiss mal-vettura, jiġifieri wara l-perjodu ta’ ħin imsemmi hawn fuq.

(Restrizzjonijiet: ara l-paragrafi 18.1.1 u 18.1.2 hawn fuq).

It-tifi tas-sistema tal-allarm jaqta’ immedjatament is-sinjal.

18.2.3.   Speċifikazzjonijiet fir-rigward tas-sinjal akustiku.

18.2.3.1.   Apparat li jipproduċi sinjal b’ton kostanti (spettru ta’ frekwenza kostanti), eż. ħornijiet: akustiċi, eċċ. informazzjoni skont ir-Regolament Nru 28, il-Parti I.

Sinjal intermittenti (mixgħul/mitfi):

Trigger frequency … (2 ± 1) Hz

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

18.2.3.2.   Apparat li jipproduċi sinjal akustiku b’modulazzjoni tal-frekwenza: akustiku, eċċ., informazzjoni skont ir-Regolament Nru 28, il-Parti I iżda passaġġ ugwali ta’ medda sinifikanti ta’ frekwenzi fil-medda hawn fuq imsemmija (minn 1 800 sa 3 550 Hz) fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenza tal-passaġġ … (2 ± 1) Hz

18.2.3.3.   Livell tal-ħoss

Is-sors tal-ħoss għandu jkun:

(a)

apparat ta’ twissija akustiku approvat skont ir-Regolament Nru 28, il-Parti I;

(b)

jew strument li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tal-ECE Nru 28, il-Parti I, il-paragrafi 6.1 u 6.2. Madankollu, fil-każ ta’ sors tal-ħoss differenti mill-istrument ta’ twissija akustika tal-apparat oriġinali, il-livell minimu tal-ħoss jista’ jitnaqqas għal 100 dB(A), imkejjel bil-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-ECE Nru 28, il-Parti I.

18.3.   Allarm viżwali - jekk ikun imwaħħal

18.3.1.   Ġenerali

F’każ ta’ dħul mhux awtorizzat jew interferenza mal-vettura, l-apparat għandu jattiva sinjal viżwali kif speċifikat fil-paragrafi 18.3.2 u 18.3.3 hawn isfel.

18.3.2.   Tul tas-sinjal viżwali

Is-sinjal viżwali għandu jdum bejn 25 s u 5 min. wara li jiġi attivat l-allarm. It-tifi tas-sistema tal-allarm iwaqqaf immedjatament is-sinjal.

18.3.3.   Tip ta’ sinjal viżwali

Tpetpit tal-indikaturi ta’ kull direzzjoni u/jew id-dawl fil-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura, inklużi l-bozoz kollha fl-istess ċirkwit elettriku.

Trigger frequency … (2 ± 1) Hz

B’rabta mas-sinjal akustiku, huma permessi wkoll sinjali mhux sinkroniċi.

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

18.4.   Allarm bir-radju (pager) - jekk ikun imwaħħal

Is-SA tista’ tinkludi faċilità li tiġġenera sinjal ta’ allarm bi trasmissjoni tar-radju.

18.5.   Protezzjoni kontra l-issettjar tas-sistema tal-allarm

18.5.1.   Meta l-magna tkun qiegħda taħdem, mhux se jkun possibbli l-issettjar apposta jew aċċidentali tas-sistema tal-allarm.

18.6.   Issettjar u tifi tas-SA

18.6.1.   Issettjar

Huwa permess kwalunkwe mezz xieraq għall-issettjar tas-SA, sakemm tali mezzi ma jikkawżawx allarmi foloz b’mod aċċidentali.

18.6.2.   Tifi

It-tifi tas-SA għandu jinkiseb bi strument wieħed jew kombinazzjoni ta’ dawn li ġejjin. Huma permessi strumenti oħra li jagħtu riżultat ekwivalenti.

18.6.2.1.   Ċavetta mekkanika (li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 10 għal dan ir-Regolament) li tista’ tiġi msieħba ma’ sistema ċentralizzata għall-għeluq tal-vettura li tinkludi mill-anqas 1 000 varjant, imħaddma minn barra.

18.6.2.2.   Apparat tal-elettriku/elettroniku, eż. kontroll mill-bogħod, b’mill-anqas 50 000 varjant u għandu jinkorpora rolling codes u/jew ikollu perjodu minimu ta’ skansjoni ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

18.6.2.3.   Ċavetta mekkanika jew strument elettriku/elettroniku fil-kompartiment protett tal-passiġġieri, b’dewmien imkejjel għall-ħruġ/dħul.

18.7.   Dewmien għall-ħruġ

Jekk l-apparat biex tissettja s-SA jkun imwaħħal fil-parti protetta, għandu jiġi pprovdut dewmien għall-ħruġ. Għandu jkun possibbli li d-dewmien għall-ħruġ jiġi ssettjat bejn 15-il sekonda u 45 sekonda wara li jkun tħaddem l-iswiċċ. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jaqdi ċ-ċirkustanzi individwali tal-operaturi.

18.8.   Dewmien għad-dħul

Jekk l-apparat għat-tifi tas-SA jkun imwaħħal fil-parti protetta, għandu jitħalla minimu ta’ 5 sekondi u massimu ta’ 15-il sekonda qabel ma jiġu attivati s-sinjali akustiċi u viżwali. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jaqdi ċ-ċirkustanzi individwali tal-operaturi.

18.9.   Wiri tal-istatus

18.9.1.   Biex tingħata informazzjoni dwar l-istatus tas-SA (issettjata, mitfija, perjodu tal-issettjar tal-allarm, l-allarm ġie attivat), jista’ jiġi installat wiri viżwali ġewwa u barra l-kompartiment tal-passiġġieri. Il-qawwa tad-dawl tas-sinjali viżwali installati barra l-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex taqbeż iż-0,5 cd.

18.9.2.   Jekk tkun ipprovduta indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħall-bidliet minn “issettjata” għal “mitfija” u viċi-versa, din għandha tkun viżwali, skont il-paragrafu 18.9.1. Tali indikazzjoni viżwali tista’ tiġi prodotta wkoll bit-tħaddim simultanju tal-indikaturi tad-direzzjoni u/jew tal-bozza/bozoz fil-kompartiment tal-passiġġieri, bil-kundizzjoni li d-dewmien tal-indikazzjoni viżwali mill-indikaturi tad-direzzjoni ma taqbiżx 3 sekondi.

18.10.   Provvista tal-elettriku

Is-sors tal-elettriku għas-SA għandu jkun jew il-batterija tal-vettura jew batterija li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata. Fejn ipprovdut, tista’ tintuża batterija addizzjonali li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata jew li ma tistax terġa’ tiġi ċċarġjata. Dawn il-batteriji bl-ebda mod ma għandhom ifornu elettriku għal partijiet oħra tas-sistema elettrika tal-vettura.

18.11.   Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet fakultattivi

18.11.1.   Awtokontroll, indikazzjoni awtomatika ta’ qtugħ

Meta tiġi ssettjata s-SA, sitwazzjonijiet irregolari, eż. ftuħ tal-bibien, eċċ., jistgħu jiġu rilevati minn funzjoni ta’ awtokontroll (kontroll tal-plawsibilità), u din is-sitwazzjoni tiġi indikata.

18.11.2.   Allarm ta’ paniku

Huwa permess allarm viżwali u/jew akustiku u/jew bir-radju indipendentement mill-istat (issettjata jew mitfija) u/jew il-funzjoni tas-SA. Tali allarm għandu jiġi attivat minn ġol-vettura u ma għandux jaffettwa l-istat (issettjata jew mitfija) tas-SA. Irid ikun possibbli wkoll għall-utent tal-vettura li jitfi l-allarm ta’ paniku. Fil-każ ta’ allarm akustiku, il-ħin ta’ kemm idum idoqq f’kull attivazzjoni ma għandux ikun limitat. Allarm ta’ paniku ma għandux jimmobilizza l-magna jew iwaqqafha jekk din tkun qiegħda taħdem.

19.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

Il-komponenti kollha ta-SAV jew tas-SA għandhom jiġu ttestjati skont il-proċeduri deskritti fil-paragrafu 7.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal:

19.1.

Dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u ttestjati bħala parti mill-vettura, kemm jekk tkun imwaħħla SAV/SA kif ukoll jekk le (eż. bozoz); jew,

19.2.

Dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet ipprovduta evidenza dokumentarja.

20.   STRUZZJONIJIET

Kull vettura għandha tkun akkumpanjata minn:

20.1.

Struzzjonijiet għall-użu;

20.2.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni;

20.3.

Twissija ġenerali dwar il-periklu li jsiru xi tibdiliet jew żidiet fis-sistema.

21.   MODIFIKA TAT-TIP TA’ VETTURA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

21.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura.

Imbagħad id-dipartiment jista’ jew:

21.1.1.

Jikkunsidra li l-modifiki magħmula ma jkunx probabbli li se jkollhom xi effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ is-SA xorta tkun tikkonforma mar-rekwiżiti, jew

21.1.2.

Jitlob rapport ieħor mingħand is-Servizz Tekniku.

21.2.   Il-konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, li jispeċifikaw il-modifika, għandhom jiġu kkomunikati bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 16.3 hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament.

21.3.   L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru serjali għal kull formola ta’ komunikazzjoni ppreparata għal tali estensjoni.

22.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha taqbel ma’ dawk stipulati fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

22.1.

Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifattura b’mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 17, 18 u 19 hawn fuq.

22.2.

L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

23.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

23.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 22 hawn fuq ma jiġux osservati.

23.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tkun qiegħda tapplika dan ir-Regolament tirtira applikazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tgħarraf immedjatament b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.

24.   TWAQQIF TAL-PRODUZZJONI B’MOD DEFINITTIV

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament jimmanifattura tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni.

Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma biha lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.

25.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI BIEX IWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli biex iwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom iridu jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

PARTI III —   APPROVAZZJONI TAL-IMMOBILIZZATURI U L-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAL-IMMOBILIZZATUR TAGĦHA

26.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti III ta’ dan ir-Regolament:

26.1.

“Immobilizzatur” ifisser apparat li huwa maħsub sabiex jimpedixxi s-sewqan ta’ vettura bl-enerġija tagħha stess (prevenzjoni tal-użu mhux awtorizzat).

26.2.

“Apparat ta’ kontroll” ifisser l-apparat neċessarju għall-issettjar u/jew it-tifi ta’ immobilizzatur.

26.3.

“Wiri tal-istatus” ifisser kwalunkwe strument maħsub sabiex jindika l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mitfi, bdil ta’ ssettjat għal mitfi u viċi-versa).

26.4.

“Stat meta jkun issettjat” ifisser l-istat li fih il-vettura ma tistax tinstaq b’mod normali bl-enerġija tagħha stess.

26.5.

“Stat meta jkun mitfi” ifisser l-istat li fih il-vettura tista’ tinstaq b’mod normali.

26.6.

“Ċavetta” tfisser kwalunkwe strument iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu sabiex titħaddem sistema tal-għeluq, li tkun imfassla u mibnija sabiex titħaddem biss minn dak l-istrument.

26.7.

“Override” tfisser karatteristika tad-diżinn li tillokkja l-immobilizzatur fil-kundizzjoni ta’ mitfi.

26.8.

“Rolling code” ifisser kodiċi elettroniku li jikkonsisti minn diversi elementi li l-kombinazzjoni tinbidel b’mod każwali wara kull tħaddim tat-taqsima tat-trażmissjoni.

26.9.

“Tip ta’ immobilizzatur” ifisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti minn xulxin f’aspetti importanti bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur;

(b)

it-tip ta’ apparat ta’ kontroll;

(c)

id-diżinn tat-tħaddim tagħhom fuq is-sistema(i) rilevanti tal-vettura (kif imsemmi fil-paragrafu 32.1 hawn isfel).

26.10.

“Tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha” ifisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti minn xulxin f’aspetti importanti bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur;

(b)

karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-prestazzjonijiet tal-immobilizzatur;

(c)

it-tip u d-diżinn tal-immobilizzatur.

27.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ IMMOBILIZZATUR

27.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ immobilizzatur għandha tiġi sottomessa mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

27.2.

L-applikazzjoni għal kull tip ta’ immobilizzatur għandha tkun akkumpanjata minn:

27.2.1.

Dokument ta’ informazzjoni stabbilit skont il-mudell muri fl-Anness 1 A, il-Parti 1. u li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tal-immobilizzatur, il-miżuri meħuda kontra l-attivazzjoni aċċidentali tiegħu u l-metodu ta’ installazzjoni għal kull marka u tip ta’ vettura li fuqha huwa intenzjonat li jitwaħħal l-immobilizzatur.

27.2.2.

Tliet kampjuni tat-tip ta’ immobilizzatur bil-komponenti kollha tiegħu. Kull wieħed mill-komponenti ewlenin irid ikun immarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem kummerċjali jew il-marka tal-applikant u d-desinjazzjoni tat-tip ta’ dak il-komponent.

27.2.3.

Vettura(i) mgħammra bl-immobilizzatur li t-tip tiegħu jrid jiġi approvat, magħżula mill-applikant bi ftehim mas-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

27.2.4.

Struzzjonijiet fi tliet kopji skont il-paragrafu 34 hawn isfel.

28.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA

28.1.

Meta immobilizzatur approvat skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament ikun qiegħed jintuża ġewwa vettura sottomessa għal approvazzjoni skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament, ma għandhomx jiġu ripetuti t-testijiet li jrid jgħaddi minnhom immobilizzatur sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tal-vettura skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament.

28.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzaturi tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

28.3.

Hija għandha tkun akkumpanjata minn dokument ta’ informazzjoni li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-immobilizzatur u l-metodu tal-installazzjoni għal kull marka u tip ta’ vettura li fuqha huwa intenzjonat li jkun installat l-immobilizzatur skont il-mudell muri fl-Anness 1 A, il-Parti 2 jew 3, skont il-każ.

28.4.

Għandha tiġi sottomessa lis-Servizz Tekniku vettura rappreżentattiva tat-tip li jrid jiġi approvat.

28.5.

Tista’ tiġi aċċettata vettura li ma tkunx tinkludi l-komponenti kollha relatati mat-tip sakemm ikun jista’ jintwera mill-applikant għas-sodisfazzjon tal-Awtorità Kompetenti, li n-nuqqas tal-komponenti mħollija barra ma għandu ebda effett fuq ir-riżultati tal-verifiki, għal dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

28.6.

Meta jkun qiegħed jintuża immobilizzatur approvat skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi pprovduta wkoll lis-Servizz Tekniku l-komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip.

29.   APPROVAZZJONI TA’ IMMOBILIZZATUR

29.1.

Jekk l-immobilizzatur sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 31, 32, u 33 hawn isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ immobilizzatur.

29.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (attwalment 01 għas-serje tal-emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li tinkorpora l-iżjed emendi tekniċi riċenti importanti li saru fir-Regolament fil-ħin tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ immobilizzatur.

29.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ immobilizzatur skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

29.4.

Mal-komponent(i) prinċipali tal-immobilizzatur li jikkonforma ma’ tip ta’ immobilizzatur approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod ċar u faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

29.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jidentifika l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (7);

29.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, simbolu “A” jew “I” jew “AI” li jindika jekk is-sistema hijiex sistema ta’ allarm għall-vetturi jew immobilizzatur jew kombinazzjoni tat-tnejn, daxx u n-numru tal-approvazzjoni qrib iċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 29.4.1.

29.5.

Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tidher b’mod ċar u li ma titħassarx.

29.6.

L-Anness 5 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

29.7.

Bħala alternattiva għall-marka ta’ approvazzjoni deskritta fil-paragrafu 29.4 hawn fuq, għandu jinħareġ ċertifikat tal-konformità għal kull immobilizzatur offrut għall-bejgħ.

Meta manifattur ta’ immobilizzatur iforni immobilizzatur approvat mhux immarkat lil manifattur ta’ vettura, sabiex jitwaħħal minn dak il-manifattur bħala apparat oriġinali għal mudell ta’ vettura jew firxa ta’ mudelli ta’ vettura, il-manifattur tal-immobilizzatur għandu jforni numru ta’ kopji taċ-ċertifikat tal-konformità lill-manifattur tal-vettura, suffiċjenti għal dak il-manifattur biex jikseb l-approvazzjoni tal-vettura skont il-paragrafu 30 ta’ dan ir-Regolament.

Jekk l-immobilizzatur ikun iffurmat minn komponenti separati, il-komponent(i) prinċipali tiegħu għandhom iġorru marka ta’ referenza u ċ-ċertifikat tal-konformità għandu jipprovdi lista ta’ dawn il-marki ta’ referenza.

Mudell taċ-ċertifikat tal-konformità huwa mogħti fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.

30.   APPROVAZZJONI TA’ VETTURA

30.1.

Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 31, 32, u 33 hawn isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dik it-tip ta’ vettura.

30.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 01 għas-serje tal-emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li tinkorpora l-iżjed emendi tekniċi riċenti importanti li saru fir-Regolament fil-ħin tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

30.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament.

30.4.

Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod ċar u faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

30.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jidentifika l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (8);

30.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, simbolu “A” jew “I” jew “AI” li jindika jekk il-vettura ġietx approvata fir-rigward tas-sistema tal-allarm tagħha jew l-immobilizzaturi tagħha jew kombinazzjoni tat-tnejn, daxx u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 30.4.1.

30.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan il-Ftehim, ma jkunx hemm għalfejn jiġi ripetut is-simbolu preskritt fil-paragrafu 30.4.1; f’każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li bihom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitpoġġew f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 30.4.1.

30.6.

Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tidher b’mod ċar u ma titħassarx.

30.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib jew fuq il-pjanċa bl-informazzjoni dwar il-vettura mwaħħla mill-manifattur.

30.8.

L-Anness 5 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

31.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

31.1.

L-immobilizzatur irid ikun jista’ jiġi ssettjat u mitfi skont dawn ir-rekwiżiti.

31.2.

Jekk l-immobilizzatur ikun jinkludi l-possibbiltà ta’ trażmissjoni bir-radju, eż. għall-issettjar jew tifi, huwa għandu jikkonforma mal-istandards rilevanti tal-ETSI (ara n-nota tal-qiegħ 2/pertinenti għall-paragrafu 5.3), eż. EN 300 220-1 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-2 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-3 V1.1.1. (2000-09) u EN 301 489-3 V1.2.1. (2000-08) (fosthom kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati). Il-frekwenza u l-enerġija massima rradjata tat-trażmissjonijiet tar-radju għall-issettjar u t-tifi tal-immobilizzatur iridu jikkonformaw mal-CEPT/ERC (ara n-nota tal-qiegħ 3/pertinenti għall-paragrafu 5.3) Rakkomandazzjoni 70-03 (17 ta’ Frar 2000) dwar l-użu ta’ apparat ta’ medda qasira (ara n-nota tal-qiegħ 4/għall-paragrafu 5.3).

31.3.

L-immobilizzatur u l-installazzjoni tiegħu jridu jkunu ddisinjati b’mod li kwalunkwe vettura mgħammra tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi.

31.4.

Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jidħol fl-istat issettjat meta ċ-ċavetta tat-tqabbid tkun fil-magna taħdem, ħlief meta:

(a)

il-vettura tkun mgħammra jew maħsuba biex tiġi mgħammra għal skopijiet ta’ ambulanza, brigata għat-tifi tan-nar jew pulizija; jew

(b)

il-magna tkun meħtieġa biex:

(i)

issuq makkinarju li jkun jifforma parti minn, jew immuntat fuq, il-vettura għal skopijiet differenti milli biex issuq il-vettura; jew

(ii)

iżżomm l-enerġija elettrika tal-batteriji tal-vettura f’livell meħtieġ sabiex jinstaq dak il-makkinarju jew l-apparat;

u l-vettura tkun wieqfa bil-brejk tal-ipparkjar applikat. Meta tintuża din l-eċċezzjoni, dan il-fatt għandu jiġi indikat taħt il-partita 2 tal-addendum għad-dokument ta’ komunikazzjoni (l-Anness 2 għal dan ir-Regolament).

31.5.

Ma għandux ikun possibbli tagħmel override permanenti ta’ immobilizzatur.

31.6.

L-immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’mod li meta jkun installat ma jaffettwax ħażin il-funzjoni mfassla u t-tħaddim mingħajr periklu tal-vettura, anki fil-każ ta’ funzjonament ħażin.

31.7.

Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’mod li, meta jkun installat fuq vettura, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ħadd ma jkun jista’ jirrendih ineffettiv jew jeqirdu malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. bl-użu ta’ għodod, apparat jew fabbrikazzjonijiet irħas u li jinħbew malajr li huma faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Għandha tkun xi ħaġa diffiċli u li tieħu l-ħin biex tibdel komponent jew assemblaġġ importanti bl-għan li jinqabeż l-immobilizzatur.

31.8.

Immobilizzatur irid ikun iddisinjat u mibni b’mod li meta jkun installat kif speċifikat mill-manifattur, huwa jkun kapaċi jiflaħ għall-ambjent ta’ ġol-vettura għal tul ta’ żmien raġonevoli (għall-ittestjar ara l-paragrafu 33). B’mod iżjed partikolari, il-karatteristiċi tal-elettriku tas-sistema taċ-ċirkwiti abbord ma għandhomx jiġu affettwati negattivament biż-żieda tal-immobilizzatur (lead cross-sections, sigurtà tal-kuntatti, eċċ.).

31.9.

Immobilizzatur jista’ jiġi kkombinat ma’ sistemi oħra tal-vettura jew jista’ jiġi integrat fihom (eż. ġestjoni tal-magna, sistemi tal-allarm).

31.10.

Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jimpedixxi r-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura, ħlief fil-każ ta’ immobilizzatur li jimpedixxi r-rilaxx ta’ brejkijiet tal-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku (9) u jaħdem b’mod li fi tħaddim normali, jew f’kundizzjonijiet ta’ ħsara, ir-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament Nru 13 fis-seħħ fil-ħin tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament jiġu sodisfatti.

Il-konformità ma’ dan il-paragrafu ma teżentax immobilizzatur li jimpedixxi r-rilaxx ta’ brejkijiet tal-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku mir-rekwiżiti tekniċi stipulati f’dan ir-Regolament.

31.11.

Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jaħdem b’tali mod li japplika l-brejkijiet tal-vettura.

32.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

32.1.   Livell ta’ diżattivazzjoni

32.1.1.

Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat b’mod li jimpedixxi t-tħaddim tal-vettura bil-qawwa tagħha stess b’mill-anqas wieħed mill-modi li ġejjin:

32.1.1.1.

jiddiżattiva, f’każ ta’ twaħħil wara l-bejgħ, jew vettura mgħammra b’magna diesel, mill-anqas żewġ ċirkwiti separati tal-vettura li jkunu meħtieġa għat-tħaddim tal-vettura bil-qawwa tagħha stess (eż. mutur biex tistartja, tqabbid, provvista tal-fjuwil, brejkijiet tal-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku, eċċ.);

32.1.1.2.

interferenza minn kodiċi ta’ mill-anqas unità waħda ta’ kontroll meħtieġa għat-tħaddim tal-vettura;

32.1.2.

Immobilizzatur għal twaħħil fuq vettura mgħammra b’konvertitur katalittiku ma għandux jikkawża l-fjuwil mhux maħruq jidħol fl-egżost.

32.2.   Affidabilità tat-tħaddim

L-affidabilità tat-tħaddim għandha tinkiseb b’diżinn xieraq tal-immobilizzatur, billi jitqiesu l-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi fil-vettura (ara l-paragrafi 31.8 u 33).

32.3.   Sigurtà tat-tħaddim

Għandu jiġi assigurat li l-immobilizzatur ma jibdilx l-istat tiegħu (issettjat/mitfi) b’riżultat ta’ xi wieħed mit-testijiet fil-paragrafu 33.

32.4.   Issettjar tal-immobilizzatur

32.4.1.

L-immobilizzatur irid jiġi ssettjat mingħajr azzjoni supplimentari mis-sewwieq talanqas b’wieħed mill-mod li ġejjin:

(a)

b’tidwir taċ-ċavetta tat-tqabbid fil-pożizzjoni “0” fis-serratura tat-tqabbid u l-attivazzjoni ta’ bieb; barra minn hekk, l-immobilizzaturi li jintfew immedjatament qabel jew waqt il-proċedura normali għall-istartjar tal-vettura huma permessi li jixegħlu mat-tifi tal-karozza.

(b)

massimu ta’ minuta wara t-tneħħija taċ-ċavetta mis-serratura tat-tqabbid.

32.4.2.

Jekk l-immobilizzatur jista’ jidħol fl-istat meta jkun issettjat meta ċ-ċavetta tat-tqabbid tkun fil-funzjoni ta’ tħaddim tal-magna kif ipprovdut fil-paragrafu 31.4, l-immobilizzatur jista’ jiġi ssettjat ukoll bil-ftuħ tal-bieba tas-sewwieq u/jew billi l-utent awtorizzat iwettaq azzjoni intenzjonata.

32.5.   Tifi

32.5.1.

It-tifi għandu jinkiseb bl-użu ta’ strument wieħed jew kombinazzjoni ta’ dawn li ġejjin. Huma permessi strumenti oħra b’livell ekwivalenti ta’ sigurtà li jagħtu riżultati ekwivalenti.

32.5.1.1.

Tastiera sabiex jiddaħħal kodiċi magħżul b’mod individwali li jkollu mill-anqas 10 000 varjant.

32.5.1.2.

Apparat tal-elettriku/elettroniku, eż. kontroll mill-bogħol, b’mill-anqas 50 000 varjant u għandu jinkorpora rolling codes u/jew ikollu perjodu minimu ta’ skansjoni ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

32.5.1.3.

Jekk it-tifi jista’ jinkiseb permezz ta’ kontroll mill-bogħod, l-immobilizzatur irid jerġa’ lura għall-kundizzjoni ta’ ssettjat fi żmien 5 minuti mit-tifi jekk ma tkun ittieħdet ebda azzjoni supplimentari fuq iċ-ċirkwit tat-tqabbid.

32.6.   Wiri tal-istatus

32.6.1.

Biex tingħata informazzjoni dwar l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mitfi, bdil ta’ ssettjat għal mitfi u viċi-versa), huwa permess wiri viżwali ġewwa u barra l-kompartiment tal-passiġġieri. L-intensità tad-dawl tas-sinjali viżwali installati barra l-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex taqbeż iż-0,5 cd.

32.6.2.

Jekk tkun ipprovduta indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħall-bidliet minn “issettjat” għal “mitfi” u viċi-versa, din għandha tkun viżwali, skont il-paragrafu 32.6.1. Tali indikazzjoni viżwali tista’ tiġi prodotta wkoll bit-tħaddim simultanju tal-indikaturi tad-direzzjoni u/jew tal-bozza/bozoz fil-kompartiment tal-passiġġieri, bil-kundizzjoni li d-dewmien tal-indikazzjoni viżwali mill-indikaturi tad-direzzjoni ma jaqbiżx 3 sekondi.

33.   IL-PARAMETRI TAT-TĦADDIM U L-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

33.1.   Parametri tat-tħaddim

Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal:

 

Dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u ttestjati bħala parti mill-vettura, sew jekk ikun imwaħħal immobilizzatur kif ukoll jekk le (eż. bozoz); jew,

 

dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u ġiet ipprovduta evidenza dokumentarja.

33.2.   Kundizzjonijiet tat-test

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’sekwenza fuq immobilizzatur wieħed. Madankollu, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tat-test, jistgħu jintużaw kampjuni oħra jekk dan ma jitqiesx li jaffettwa r-riżultati tat-testijiet l-oħra.

33.3.   Test tat-tħaddim

Meta jitlestew it-testijiet kollha speċifikati hawn isfel, l-immobilizzatur għandu jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet normali tat-test speċifikati fil-paragrafu 7.2.1.2 ta’ dan ir-Regolament biex jiġi ċċekkjat jekk jibqax jaħdem normali. Fejn ikun meħtieġ, jistgħu jinbidlu l-fjusijiet qabel it-test.

Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet mogħtija fil-paragrafi 7.2.2 sa 7.2.8 u 7.2.12 ta’ dan ir-Regolament.

34.   STRUZZJONIJIET

(Il-paragrafu minn 34.1 sa 34.3 għall-iskopijiet ta’ installazzjoni wara l-bejgħ biss).

Kull immobilizzatur għandu jkun akkumpanjat minn:

34.1.

Struzzjonijiet għall-installazzjoni

34.1.1.

Il-lista tal-vetturi u tal-mudelli ta’ vetturi li għalihom huwa intenzjonat l-apparat. Din il-lista tista’ tkun speċifika jew ġenerika, eż. “il-karozzi kollha b’magna petrol u batteriji negative earth ta’ 12 V”.

34.1.2.

Il-metodu tal-installazzjoni illustrat b’ritratti u/jew b’diżinni ċari ħafna.

34.1.3.

L-istruzzjonijiet dettaljati għall-installazzjoni pprovduti mill-fornitur għandhom ikunu tali li meta jiġu segwiti sewwa minn installatur kompetenti, is-sigurtà u l-affidabilità tal-vettura ma jiġux affettwati.

34.1.4.

L-istruzzjonijiet fornuti għall-installazzjoni għandhom jidentifikaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-enerġija elettrika tal-immobilizzatur u, fejn rilevanti, għandhom jirrakkomandaw tkabbir fid-daqs tal-batterija.

34.1.5.

Il-fornitur għandu jipprovdi proċeduri ta’ wara l-installazzjoni biex tiġi ċċekkjata l-vettura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-karatteristiċi relatati mas-sigurtà.

34.2.

Ċertifikat vojt tal-installazzjoni, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Anness 7.

34.3.

Stqarrija ġenerali għax-xerrej tal-immobilizzatur li tiġbed l-attenzjoni tiegħu għall-punti li ġejjin:

34.3.1.

l-immobilizzatur għandu jiġi installat skont l-instruzzjonijiet tal-manifattur;

34.3.2.

huwa rakkomandat li jintgħażel installatur tajjeb (jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur tal-immobilizzatur biex jindika installaturi adatti);

34.3.3.

iċ-ċertifikat tal-installazzjoni fornut mal-immobilizzatur għandu jimtela mill-installatur.

34.4.

Struzzjonijiet għall-użu

34.5.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni

34.6.

Twissija ġenerali dwar il-perikli li jsiru xi tibdiliet jew żidiet fl-immobilizzatur; tali bidliet u żidiet jinvalidaw awtomatikament iċ-ċertifikat tal-installazzjoni msemmi fil-paragrafu 34.2 hawn fuq.

35.   MODIFIKA TAT-TIP TA’ IMMOBILIZZATUR JEW TAT-TIP TA’ VETTURA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

Kull modifika tat-tip ta’ immobilizzatur jew tat-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li jkun approva dan it-tip ta’ immobilizzatur.

Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:

(a)

jikkunsidra li l-modifiki magħmula ma jkunux probabbli li se jkollhom xi effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ l-immobilizzatur jew il-vettura xorta jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti; jew

(b)

jitlob rapport ieħor tat-test għal xi wħud mit-testijiet jew għat-testijiet kollha deskritti fil-paragrafi 31, 32 u 33 ta’ dan ir-Regolament mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, li jispeċifikaw il-modifika, għandhom jiġu kkomunikati bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 29.3 hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament.

L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru serjali għal kull komunikazzjoni ppreparata għal tali estensjoni.

36.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha taqbel ma’ dawk stipulati fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE(324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

36.1.

Kull immobilizzatur jew vettura approvati skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-immobilizzatur tiegħu għandhom jiġu immanifatturati b’mod li jikkonforma mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 31, 32 u 33 hawn fuq.

36.2.

L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

37.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

37.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ immobilizzatur jew ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 36 hawn fuq ma jiġux osservati.

37.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tkun qiegħda tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tgħarraf immedjatament b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudelli fl-Anness 3 u fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament.

38.   TWAQQIF TAL-PRODUZZJONI B’MOD DEFINITTIV

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament jimmanifattura tip ta’ immobilizzatur jew tip ta’ vettura approvati skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni.

Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament.

39.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

39.1.   Approvazzjoni tat-tip ta’ immobilizzatur

39.1.1.

Minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje tal-emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ komponent jew l-unità teknika separata għall-approvazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 4 għas-serje tal-emendi 01.

39.1.2.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-verżjoni oriġinali ta’ dan ir-Regolament, kif emendat minn kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi, bil-kundizzjoni li l-komponent jew l-unità teknika separata jkunu intenzjonati bħala sostituzzjoni sabiex jitwaħħlu fuq vetturi fl-użu u li ma jkunx teknikament vijabbli twaħħal komponent jew unità teknika separata li tissodisfa r-rekwiżiti kontenuti f’dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 4 għas-serje tal-emendi 01.

39.2.   Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura

39.2.1.

Minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje tal-emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura għall-approvazzjoni tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 4 għas-serje tal-emendi 01.

40.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI BIEX IWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli biex iwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom iridu jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(*1)  Huma kkunsidrati biss vetturi b’sistemi li jaħdmu bl-elettriku ta’ 12-il volt.

(1)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnia u Ħerżegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika ta’ Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja u 53 għat-Tajlandja. In-numri suċċessivi għandhom jingħataw lill-pajjiżi l-oħra fl-ordni kronoloġika li biha jirratifikaw jew jaderixxu mal-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

(2)  Jekk dawn l-Istandards ma jkunux disponibbli meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, f’dak il-każ għandhom japplikaw ir-rekwiżiti domestiċi rilevanti.

ETSI: Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni.

Jekk dawn l-Istandards ma jkunux disponibbli meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, f’dak il-każ għandhom japplikaw ir-rekwiżiti domestiċi rilevanti.

(3)  

CEPT: Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet

ERC: Kumitat tar-Radjukomunikazzjonijiet Ewropej

(4)  Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprojbixxu l-frekwenza u/jew l-enerġija u jistgħu jippermettu l-użu ta’ frekwenza u/jew enerġija oħra.

(5)  Il-bozoz li jintużaw bħala parti mill-apparat ta’ twissija viżwali u li huma inklużi fis-sistema tad-dawl standard tal-karozza m’għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-parametri tat-tħaddim fil-paragrafu 7.1 u m’għandhomx jiġu sottomessi għat-testijiet elenkati taħt il-paragrafu 7.2.

(6)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(7)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(8)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(9)  Kif definit fl-Anness 8 tar-Regolament Nru 13, kif emendat.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 7

Test ta 'immaġni

ANNESS 1 A

PARTI 1

Dokument ta’ informazzjoni skont il-Parti I, skont il-każ, tar-Regolament Nru 97 rigward it-tip tal-komponent tal-ECE jew l-approvazzjoni tat-tip ta’ unità teknika separata fir-rigward tas-sistemi ta’ allarm tal-vetturi

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

1.   Ġenerali

1.1.   Marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   Tip: …

1.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat: (1)

1.3.1.   Lokazzjoni ta’ dik il-marka: …

1.4.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

1.5.   Lokazzjoni tal-marka ta’ approvazzjoni tal-ECE: …

1.6.   Indirizz(i) tal-impjanti(i) tal-assemblaġġ: …

2.   Deskrizzjoni tal-apparat

2.1.   Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-allarm u tal-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema ta’ allarm installata: …

2.1.1.   Lista tal-komponenti prinċipali li jiffurmaw is-sistema tal-allarm: …

2.1.2.   Il-miżuri meħuda kontra allarmi foloz: …

2.2.   Firxa ta’ protezzjoni offruta mill-apparat: …

2.3.   Metodu ta’ issettjar/skonnetjar tal-apparat: …

2.4.   Numru ta’ kodiċi interkambjabbli effettivi, jekk japplikaw: …

2.5.   Lista ta’ komponenti prinċipali tal-apparat u, jekk applikabbli, il-marki ta’ referenza tagħhom: …

3.   Disinji

3.1.   Disinji tal-komponenti prinċipali tal-apparat (id-disinji jridu juru l-ispazju intenzjonat għall-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-ECE): …

4.   Struzzjonijiet

4.1.   Lista ta’ vetturi li fuqhom huwa intenzjonat li jitwaħħal l-apparat: …

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ installazzjoni illustrat bir-ritrati u/jew disinji: …

4.3.   Struzzjonijiet għall-użu: …

4.4.   Struzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk hemm: …

4.5.   Għal SAV li tkun approvata skont it-tip bħala unità teknika separata, li tkun se tiġi installata f’postijiet speċifiċi f’vetturi speċifiċi minħabba l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni, id-deskrizzjoni tal-paragrafi ta’ dan ir-Regolament li ma japplikawx: …

PARTI 2

Dokument ta’ informazzjoni skont il-Parti II tar-Regolament Nru 97 rigward l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta-ECE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-allarm u s-sistema tal-immobilizatur

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm)

Bla/inkluża sistema ta’ allarm (2)

Bla/inkluż immobilizzatur (2)

1.   Ġenerali

1.1.   Marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   Tip: …

1.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat (3): …

1.3.1.   Lokazzjoni ta’ dik il-marka: …

1.4.   Kategorija tal-vettura (4): …

1.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

1.6.   Lokazzjoni tal-marka ta’ approvazzjoni tal-ECE: …

1.7.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

2.   Karatteristiċi tal-kostruzzjoni ġenerali tal-vettura

2.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva: …

2.2.   Sewqan fuq ix-xellug/sewqan fuq il-lemin (2): …

3.   Mixxellanja

3.1.   Apparati li jwaqqfu l-użu mhux awtorizzat tal-vettura: …

3.1.2.   Immobilizzatur tal-vettura: …

3.1.2.1.   Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jeżisti: …

3.1.2.2.   Għal immobilizzaturi li għadhom mhux approvati: …

3.1.2.2.1.   Deskrizzjoni dettaljata tal-immobilizzatur tal-vettura u tal-miżuri meħuda kontra t-tħaddim bla mistenni: …

3.1.2.2.2.   Is-sistema(i) fuqha(fuqhom) jaħdem l-immobilizzatur tal-vettura: …

3.1.2.2.3.   Numru ta’ kodiċijiet interkambjabbli effettivi, jekk japplika: …

3.1.3.   Sistema ta’ allarm, jekk hemm: …

3.1.3.1.   Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jeżisti: …

3.1.3.1.1.   Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-arranġament tas-SAV installata illustrata bir-ritratti u/jew disinji (fejn is-SAV hija diġà approvata skont it-tip bħala unità teknika separata, tista’ ssir referenza għad-deskrizzjoni fil-punt 4.2 tad-dokument ta’ informazzjoni tal-manifattur tas-SAV): …

3.1.3.2.   Għas-sistemi ta’ allarm li għad mhumiex approvati: …

3.1.3.2.1.   Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-allarm u tal-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema ta’ allarm installata: …

3.1.3.2.2.   Lista tal-komponenti prinċipali li jagħmlu s-sistema tal-allarm: …

PARTI 3

Dokument ta’ informazzjoni skont il-Parti III, skont il-każ, tar-Regolament Nru 97 rigward it-tip tal-komponent tal-ECE jew l-approvazzjoni tat-tip ta’ unità teknika separata fir-rigward tas-sistema tal-immobilizzatur

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm)

1.   Ġenerali

1.1.   Marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   Tip: …

1.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat (5): …

1.3.1.   Lokazzjoni ta’ dik il-marka: …

1.4.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

1.5.   Lokazzjoni tal-marka ta’ approvazzjoni tal-ECE: …

1.6.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

2.   Deskrizzjoni tal-apparat

2.1.   Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-allarm u tal-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema tal-allarm installata: …

2.1.1.   Lista tal-komponenti prinċipali li jagħmlu s-sistema tal-allarm: …

2.1.2.   Il-miżuri meħuda kontra allarmi foloz: …

2.2.   Firxa ta’ protezzjoni offruta mill-apparat: …

2.3.   Metodu tal-issettjar/skonnetjar tal-apparat: …

2.4.   Numru ta’ kodiċijiet interkambjabbli effettivi, jekk japplika: …

2.5.   Lista ta’ komponenti prinċipali li jagħmlu l-apparat u, jekk japplika, il-marki ta’ referenza tagħhom: …

3.   Disinji

3.1.   Disinji tal-komponenti prinċipali tal-apparat (id-disinji għandhom juru l-ispazju intenzjonat għall-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-ECE jew il-marka ta’ referenza, skont kif japplika): …

4.   Struzzjonijiet

4.1.   Lista ta’ vetturi li fuqhom huwa intenzjonat li jitwaħħal l-apparat: …

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ installazzjoni illustrat b’ritratti u/jew disinji: …

4.3.   Struzzjonijiet għall-użu: …

4.4.   Struzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk ikun hemm: …


(1)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni jkollu karattri mhux relevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew tal-unitajiet tekniċi separati koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(2)  Neħħi dak li japplikax (hemm każijiet fejn ma jrid jitneħħa xejn, meta tkun applikabbli iktar minn entrata waħda).

(3)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri li mhumiex relevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(4)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1, kif emendat).

(5)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux relevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).


ANNESS 2

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 8

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 9

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 10

Test ta 'immaġni

ANNESS 5

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

Figura 1

Image 11

Figura 2

Image 12

Figura 3

Image 13

Il-marka tal-approvazzjoni hawn fuq fil-figura 1 imwaħħla ma’ vettura jew ma’ SAV turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4), skont ir-Regolament Nru 97 kif emendat mis-serje tal-emendi 01 taħt l-approvazzjoni Nru 011234.

Il-marka tal-approvazzjoni hawn fuq fil-figura 2 imwaħħla ma’ vettura jew immobilizzatur turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4), skont ir-Regolament Nru 97 kif emendat mis-serje tal-emendi 01 taħt l-approvazzjoni Nru 011234.

Il-marka tal-approvazzjoni hawn fuq fil-figura 3 imwaħħla ma’ vettura jew ma’ SAV u immobilizzatur turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4), skont ir-Regolament Nru 97 kif emendat mis-serje tal-emendi 01 taħt l-approvazzjoni Nru 011234.

L-ewwel żewġ numri tan-numru approvat jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tal-Anness Nru 97 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

MUDELL B

Image 14

Il-marka tal-approvazzjoni hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fir-rigward tas-sistema tal-allarm tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 18 (*1) u Nru 97.

L-ewwel żewġ ċifri tan-numri approvati jindikaw li, fid-dati meta ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament Nru 18 kien jinkludi s-serje tal-emendi 02 u r-Regolament Nru 97 kien jinkludi s-serje tal-emendi 01.


(*1)  It-tieni numru huwa mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 6

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KONFORMITÀ

Image 15

Test ta 'immaġni

ANNESS 7

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-INSTALLAZZJONI

Image 16

Test ta 'immaġni

ANNESS 8

PARAGRAFI 7.2.11 U 19

Test tas-sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri

Image 17


ANNESS 9

KOMPATIBILITÀ ELETTROMANJETIKA

Nota: Biex tiġi ttestjata l-kompatibilità elettromanjetika, għandu jintuża jew il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, skont il-faċilitajiet għall-ittestjar.

1.   METODU ISO

Immunità kontra disturbi kondotti tul il-linji ta’ provvista

Applika t-testijiet tal-vibrazzjonijiet 1, 2a/2b, 3a, 3b, 4 u 5a/5b skont ISO ISO 7637-2:2004 għal-linji ta’ provvista kif ukoll għal kollegamenti oħra tas-SAV/SA li jistgħu jkunu mqabbda b’mod operattiv mal-linji ta’ provvista.

Rigward il-vibrazzjoni 5, il-vibrazzjoni 5b għandha tiġi applikata fuq vetturi li jkunu jinkludu alternatur b’dijodu ta’ limitazzjoni intern u l-vibrazzjoni 5a għandha tkun applikata f’każijiet oħra.

Rigward il-vibrazzjoni 2, il-vibrazzjoni 2a għandha dejjem tkun applikata u, l-vibrazzjoni 2b tista’ ssir bi ftehim bejn il-manifattur tal-karozza u s-servizzi ta’ approvazzjoni tekniċi.

Bi ftehim mas-Servizz Tekniku, it-test tal-vibrazzjonijiet 5a/5b ma hemmx għalfejn jiġi applikat fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ SAV li trid tkun approvata skont it-tip bħala unità teknika separata u tkun intenzjonata biex titwaħħal ma’ vetturi mingħajr alternaturi

F’dan il-każ, il-manifattur tas-SAV għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għas-SAV (skont il-Parti I ta’ dan ir-Regolament; u

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li fuqhom hija intenzjonata li titwaħħal is-SAV u l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni relevanti fil-punt 4.2

(b)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ SA intenzjonata li titwaħħal ma’ vetturi mingħajr alternaturi

F’dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għas-SA minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni.

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ SAV li hija approvata skont it-tip bħala unità teknika separata u hija intenzjonata li titwaħħal ma’ vetturi mingħajr alternaturi

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tas-SAV fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni relevanti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 3.1.3.1.1 tal-Anness 1 A, il-Parti 2 tkun diġà ġiet ippreżentata għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata.

SAV/SA fi stat mhux issettjat u fi stat issettjat

Għandhom jiġu applikati t-testijiet tal-vibrazzjonijiet 1 sa 5. L-istatus funzjonali meħtieġ għat-test tal-vibrazzjonijiet kollha applikati jingħata fit-Tabella 1.

Tabella 1

Severità/status funzjonali (għal-linji ta’ provvista)

Numru tat-test tal-vibrazzjonijiet

Livell tat-test

Status funzjonali

1

III

C

2a

III

B

2b

III

C

3a

III

A

3b

III

A

4

III

B

5a/5b

III

A

Immunità kontra disturb imsieħeb fuq linji tas-sinjali

Il-kondutturi li ma jkunux imqabbda ma’ linji ta’ provvista (eż. linji ta’ sinjali speċjali) għandhom jiġu ttestjati skont l-Istandard Internazzjonali ISO/DIS 7637:1993 il-parti 3. L-istatus funzjonali meħtieġa għall-vibrazzjonijiet tat-test kollha applikati huma mogħtija fit-Tabella 2.

Tabella 2

Livell tat-test/status funzjonali (għal-linji tas-sinjali)

Numru tat-test tal-vibrazzjonijiet

Livell tat-test

Status funzjonali

3a

III

C

3b

III

A

Immunità kontra disturbi rradjati ta’ frekwenza għolja

L-ittestjar tal-immunità ta’ SAV/SA ġewwa vettura jista’ jitwettaq skont il-preskrizzjonijiet fir-Regolament Nru 10, serje tal-emendi 02 u l-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 6 għall-vetturi u fl-Anness 9 għal unità teknika separata.

Disturb elettriku minn skarigi elettrostatiċi

L-immunità kontra d-disturbi tal-elettriku għandha tiġi ttestjata skont ir-Rapport Tekniku ISO/TR 10605-1993.

Bi ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

L-Approvazzjoni tat-Tip ta’ SAV li t-tip tagħha għandu jiġi approvat bħala unità teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tas-SAV għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 2) li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma ġiex applikat lis-SAV (skont il-Parti I ta’ dan ir-Regolament), u

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li għalihom is-SAV huwa maħsub li tiġi installata u l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ installazzjoni fil-punt 4.2.

(b)

Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ SA

F’dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għas-SA minħabba fin-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ SAV li t-tip tagħha huwa approvat bħala unita teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1 A, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tas-SAV fejn il-kundizzjonijiet ta’ installazzjoni rilevanti huma sodisfatti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 3.1.3.1.1 tal-Anness 1 A, il-Parti 2 diġà tressqet għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata

Emissjoni rradjata

It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tar-Regolament Nru 10, serje tal-emendi 02 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fil-Annessi 4 u 5 għall-vetturi jew fl-Annessi 7 u 8, għal unità teknika separata.

2.   METODU IEC

Kamp elettromanjetiku

Is-SAV/SA għandha tiġi sottoposta għat-test bażiku. Hija għandha tiġi soġġetta għat-test tal-kamp elettromanjetiku deskritt fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 839-1-3-1998 test A-13 b’medda ta’ frekwenzi minn 20 sa 1 000 MHz, u għal livell ta’ saħħa tal-kamp ta’ 30 V/m.

Barra minn hekk, is-SAV/SA għandha tiġi soġġetta għat-testijiet tal-elettriku kondotti u konġunti temporanji (electrical transient conducted and coupled tests) deskritti fl-Istandard Internazzjonali ISO 7637 il-Parti 1:1990, 2:1990 u 3:1993, kif meħtieġ.

Disturb elettriku minn skarigi elettrostatiċi

Is-SAV/SA għandha tiġi sottoposta għat-test bażiku. Hija għandha tiġi soġġetta għal testijiet dwar l-immunità kontra l-iskarigi elettrostatiċi kif deskritt jew fl-EN 61000-4-2, jew fl-ISO/TR 10605-1993, skont l-għażla tal-manifattur.

Emissjonijiet irradjati

Is-SAV/SA għandha tiġi soġġetta għal testijiet dwar it-trażżin tal-interferenza mill-frekwenzi tar-radju skont it-testijiet preskritti fir-Regolament Nru 10, serje tal-emendi 2 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Annessi 4 u 5 għall-vetturi u fl-Annessi 7 u 8 għal unità teknika separata.


ANNESS 10

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ISWIĊĊIJIET MEKKANIĊI TAĊ-ĊAVETTA

1.

Iċ-ċilindru tal-iswiċċ taċ-ċavetta ma għandux joħroġ ‘il barra b’aktar minn 1 mm mill-għata, u l-parti maħruġa ‘l barra għandha tkun konika.

2.

Il-ġonta bejn il-qalba taċ-ċilindru u l-kisja taċ-ċilindru għandha tkun kapaċi tiflaħ forza tat-tensjoni ta’ 600 N u torque ta’ 25 Nm.

3.

L-iswiċċ taċ-ċavetta għandu jkun ipprovdut b’ostruzzjoni kontra t-titqib taċ-ċilindru.

4.

Il-profil taċ-ċavetta għandu jkollu mill-anqas 1 000 permutazzjoni effettiva.

5.

L-iswiċċ taċ-ċavetta ma għandux ikun jista’ jitħaddem b’ċavetta li tkun tvarja b’permutazzjoni waħda biss miċ-ċavetta li taqbel mal-iswiċċ taċ-ċavetta.

6.

Il-fetħa prinċipali għal swiċċ estern taċ-ċavetta għandha tkun magħluqa b’xater jew protetta b’mod ieħor kontra d-dħul ta’ ħmieġ u/jew ilma.