ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.121.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 121

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
8 ta' Mejju 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/243/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, u li jistabbilixxi l-arranġamenti proċedurali relatati miegħu

16

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2012 tas-7 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom ( 1 )

18

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2012 tas-7 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/244/UE

 

*

Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-25 ta' April 2012 li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

21

 

 

2012/245/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2012 dwar reviżjoni tal-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju

22

 

 

2012/246/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/207/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2800)

25

 

 

2012/247/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Mejju 2012 li ġġib fi tmiemu l-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, esklużi l-pajpijiet u t-tubi, mingħajr saldaturi, ta’ azzar li ma jissaddadx, u li joriġinaw mill-Belarus

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/234/UE tas-27 ta' April 2012 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2011 ( ĠU L 117, 1.5.2012 )

38

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta' April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur ( ĠU L 110, 24.4.2012 )

44

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 389/2012

tat-2 ta’ Mejju 2012

dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni lill-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta’ Novembru 2004 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (3) jipprovdi sistema komuni li permezz tagħha, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa u biex jiġu miġġielda l-evażjoni tad-dazji tas-sisa u d-distorsjonijiet li jirriżultaw fis-suq intern, l-Istati Membri jassistu lil xulxin u jikkooperaw mal-Kummissjoni. Jeħtieġ li jsiru għadd ta’ bidliet f'dak ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza miksuba u fid-dawl tal-iżviluppi riċenti. Għalhekk, minħabba l-għadd ta’ bidliet meħtieġa, ir-Regolament għandu jiġi sostitwit għal raġunijiet ta’ ċarezza.

(2)

L-ikkompletar tas-suq intern ikompli jeħtieġ sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa li tinkorpora l-aspetti kollha tal-legiżlazzjoni rigward l-applikazzjoni tad-dazji tas-sisa għall-oġġetti msemmija fl-Artikoli 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (4).

(3)

Fl-interessi tal-effettività u l-veloċità u minħabba l-kost, huwa essenzjali li jissaħħaħ ir-rwol tal-mezzi elettroniċi fl-iskambju tal-informazzjoni. Fid-dawl tan-natura repetittiva ta’ ċerti talbiet u d-diversità lingwistika fi ħdan l-Unjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li l-formati standard jintużaw b'mod aktar wiesa' fl-iskambju ta’ informazzjoni, biex b'hekk it-talbiet għall-informazzjoni jkunu jistgħu jiġu pproċessati aktar malajr. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu ssodisfati l-aħjar permezz tal-użu aktar sistematiku tas-sistema kompjuterizzata stabbilita skont id-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ prodotti soġġetti għas-sisa (5). Dik is-sistema issa toffri possibbiltajiet usa' milli kienu meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 u ser tkompli tiġi żviluppata. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jintalbu jużawha kull meta jkun possibbli.

(4)

L-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tas-sisa huwa neċessarju b'mod wiesa' ħafna sabiex tiġi stabbilita stampa vera tal-affarijiet tas-sisa ta’ ċerti persuni iżda, fl-istess ħin, l-Istati Membri mhumiex liberi li jinvolvu ruħhom fi “spedizzjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni” jew li jitolbu informazzjoni li mhux probabbli li tkun rilevanti għall-affarijiet relatati mas-sisa ta’ persuna partikolari jew ta’ grupp aċċertabbli jew inkella ta’ kategorija ta’ persuni.

(5)

Għall-finijiet ta’ koordinazzjoni xierqa tal-flussi ta’ informazzjoni, huwa neċessarju li jinżammu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2073/2004 fir-rigward ta’ punt wieħed ta’ kuntatt f'kull Stat Membru. Minħabba li jistgħu jkunu meħtieġa kuntatti aktar diretti bejn l-awtoritajiet u l-uffiċjali tal-Istati Membri għal raġunijiet ta’ effiċjenza, id-dispożizzjonijiet dwar id-delega u l-ħatra tal-uffiċjali kompetenti għandhom jinżammu wkoll.

(6)

Sabiex l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli fil-ħin, għandhom jinżammu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2073/2004 li jitolbu lill-awtorità rikjesta biex taġixxi mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn limitu ta’ żmien mogħti. Madankollu, il-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-informazzjoni diġà disponibbli lill-Istat Membru rikjest għandu jkun iqsar mil-limitu ta’ żmien standard.

(7)

Għall-monitoraġġ effettiv tal-proċeduri tas-sisa fil-moviment transkonfinali, jeħtieġ li tkompli tiġi pprovduta l-possibbiltà ta’ kontrolli simultanji mill-Istati Membri u għall-preżenza ta’ uffiċjali ta’ Stat Membru wieħed fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva.

(8)

Id-diffikultajiet marbuta man-notifika tad-deċiżjonijiet u l-miżuri amministrattivi tul il-fruntieri għandhom ikomplu jiġu indirizzati billi jinżammu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2073/2004 fil-kwistjoni.

(9)

Sabiex il-frodi jiġu miġġielda b'mod effettiv, għandhom jinżammu d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mingħajr talba preċedenti. Sabiex jiġi ffaċilitat dan l-iskambju, għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji ta’ informazzjoni li trid tiġi skambjata fuq bażi mandatorja.

(10)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jkunu jistgħu jiskambjaw, fuq bażi fakultattiva, informazzjoni li hija meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, fejn dik l-informazzjoni tkun taqa' barra mill-kategoriji ta’ informazzjoni li għandha tkun skambjata b'mod awtomatiku.

(11)

Il-feedback huwa mezz xieraq sabiex jiġi żgurat titjib kontinwu fil-kwalità tal-informazzjoni skambjata. Għalhekk, għandu jiddaħħal fis-seħħ qafas għall-għoti ta’ feedback.

(12)

Il-ħażna elettronika mill-Istati Membri ta’ ċerta data speċifikata dwar l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa hija indispensabbli għall-funzjonament xieraq tas-sistema tad-dazji tas-sisa u l-ġlieda kontra l-frodi. Hija tippermetti skambju rapidu ta’ dik id-data bejn l-Istati Membri u aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni. Dan jista' jinkiseb billi jsir użu mill-informazzjoni li diġà hija inkluża fis-sistemi kompjuterizzati nazzjonali għas-sisa, permezz tal-iżvilupp ta’ analiżi tar-riskju li ttejjeb l-informazzjoni miżmuma fuq livell nazzjonali dwar l-operaturi ekonomiċi tas-sisa u l-movimenti tagħhom ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa fl-Unjoni, kif ukoll permezz tal-inklużjoni ta’ firxa ta’ informazzjoni dwar il-persuni taxxabbli u t-tranżazzjonijiet tagħhom. Minħabba li l-proċeduri għall-istabbiliment jew l-irkupru ta’ dazji tas-sisa, u l-perijodi ta’ limitazzjoni u limiti ta’ żmien oħra, ivajraw fid-diversi Stati Membri, sabiex tiġi żgurata assistenza reċiproka effettiva għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar id-dazji tas-sisa f'sitwazzjonijiet transkonfinali, huwa meħtieġ li jiġi previst perijodu minimu li matulu kull Stat Membru għandu jaħżen dik l-informazzjoni.

(13)

Sabiex l-informazzjoni maħżuna fil-bażjiet elettroniċi tad-data tkun affidabbli, għandu jsir provvediment sabiex jiġu aġġornati regolarment.

(14)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu joperaw malajr il-verifiki meħtieġa għall-movimenti ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa. Huma għandhom jiġu pprovduti bil-possibbiltà li jkollhom il-validità tan-numri tas-sisa kkonfermata b'mod elettroniku permezz ta’ reġistru ċentrali operat mill-Kummissjoni u fornut bl-informazzjoni inkluża fil-bażijiet nazzjonali tad-data.

(15)

Ir-regoli nazzjonali dwar is-segretezza bankarja jistgħu jfixklu l-effiċjenza tal-mekkaniżmi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għalhekk, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jirrifjutaw l-għoti ta’ informazzjoni abbażi biss ta’ dawn ir-regoli.

(16)

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa miżuri oħrajn adottati fil-livell tal-Unjoni, li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra irregolaritajiet u frodi tas-sisa, iżda għandu, minflok, jikkumplimentahom.

(17)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa utli li f'dan ir-Regolament jiġi kkonfermat li fejn l-informazzjoni jew id-dokumenti jinkisbu bl-awtorizzazzjoni jew fuq it-talba ta’ awtorità ġuridizzjarja, il-komunikazzjoni tal-informazzjoni jew id-dokumenti lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor hija soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità ġudizzjarji jekk tali awtorizzazzjoni hija meħtieġa skont il-liġi tal-Istat Membru li jikkomunika.

(18)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (6) tirregola l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (7) jirregola l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

(19)

L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi rriżultat li hija ta’ benefiċċju għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tad-dazji tas-sisa u għalhekk għandha tinżamm. Id-Direttiva 95/46/KE tistabblixxi kundizzjonijiet ġenerali għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni lil terzi pajjiżi, li magħhom l-Istati membri jridu jikkonformaw.

(20)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni effetiva ta’ dan ir-Regolament, jista' jkun neċessarju li jkun illimitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti mid-Direttiva 95/46/KE. speċifikatament id-drittijiet definiti fl-Artikoli 10, 11(1), 12 u 21 tagħha bil-għan li jiġu salvagwardjati interessi ekonomiċi u finanzjarji importanti tal-Istati Membri, fid-dawl tat-telf potenzjali ta’ dħul għall-Istati Membri u l-importanza kruċjali tal-informazzjoni koperta minn dan ir-regolament għall-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi. Minħabba l-ħtieġa li tiġi ppreservata l-evidenza f'każijiet ta’ irregolaritajiet fiskali suspettati jew frodi, u sabiex tiġi pprevenuta l-interferenza fil-valutazzjoni korretta ta’ konformità mal-leġislazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, jista' jkun meħtieġ li jiġu ristretti l-obbligi tal-kontrollur tad-data u d-drittijiet tas-suġġett tad-data relatat mal-provvista tal-informazzjoni, l-aċċess għad-data u l-promozzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar, matul l-iskambju ta’ data personali skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom ikollhom l-obligu li japplikaw tali limitazzjonijiet,sa fejn huma neċessarji u proporzjonati.

(21)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ ċerti Artikoli ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġu deskritti l-kategoriji prinċipali ta’ data li tista' tiġi skambjata mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8).

(22)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni meta wieħed iqis li dawk l-atti huma miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(23)

Huwa neċessarju li jiġi mmonitorjat u evalwat il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, għandha jsir provvediment għall-ġbir ta’ statistika u informazzjoni oħra mill-Istati Membri u għat-tħejjija ta’ rapporti regolari mill-Kummissjoni.

(24)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri s-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, li jirrikjedi approċċ armonizzat, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri weħidhom, u jista', minħabba l-uniformità u l-effettività meħtieġa, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(25)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-protezzjoni ta’ data personali (l-Artikolu 8). Fid-dawl tal-limiti stabbiliti bir-Regolament attwali, l-ipproċessar ta’ tali data mwettaq fil-qafas ta’ dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju u proporzjonat għall-iskop tal-protezzjoni tal-interssi fiskali leġttimi tal-Istati Membri.

(26)

Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 għandu jitħassar.

(27)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u adotta opinjoni (9),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, u mal-Kummissjoni, sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dik il-leġiżlazzjoni. Għal dak il-għan, huwa jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li għandhom jagħtu ċ-ċans lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jikkooperaw u biex jiskambjaw, kemm jekk b'mezzi elettroniċi jew b'mod ieħor, l-informazzjoni li hija neċessarja sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni fl-Istati Membri tar-regoli dwar l-għajnuna reċiproka fi kwistjonijiet kriminali.

3.   Huwa ma għandux jaffettwa l-issodisfar ta’ kwalunkwe obbligu usa' fir-rigward tal-għajnuna reċiproka li tirriżulta minn strumenti legali oħrajn, inklużi ftehimiet bilaterali jew multilaterali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità maħtura skont l-Artikolu 3(1);

(2)

“awtorità rikjedenti” tfisser l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew kwalunkwe dipartiment ta’ kollegament jew uffiċjal kompetenti ta’ Stat Membru li jagħmel talba għall-għajnuna f'isem l-awtorità kompetenti;

(3)

“awtorità rikjesta” tfisser l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew kwalunkwe dipartiment ta’ kollegament jew uffiċjal kompetenti ta’ Stat Membru li jirċievi t-talba għall-għajnuna f'isem l-awtorità kompetenti;

(4)

“uffiċċju tas-sisa” tfisser kwalunkwe uffiċċju fejn jistgħu jitwettqu l-formalitajiet stabbiliti mir-regoli tas-sisa;

(5)

“skambju awtomatiku mmexxi minn avvenimenti” tfisser il-komunikazzjoni sistematika, mingħajr talba preċedenti, ta’ informazzjoni bi struttura definita minn qabel dwar avveniment ta’ interess kif u meta dik l-informazzjoni ssir disponibbli, minbarra l-iskambju ta’ informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/118/KE;

(6)

“skambju awtomatiku regolari” tfisser il-komunikazzjoni sistematika, mingħajr talba preċedenti, ta’ informazzjoni bi struttura definita minn qabel f'perjodi regolari stabbiliti minn qabel;

(7)

“skambju spontanju” tfisser il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni, mingħajr talba preċedenti, lil Stat Membru ieħor, mhux kopert mill-punti (5) jew (6) jew mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/118/KE;

(8)

“sistema kompjuterizzata” tfisser is-sistema kompjuterizzata għall-moviment u s-sorveljanza tal-oġġetti li huma soġġetti għas-sisa stabbilita mid-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ prodotti soġġetti għas-sisa (10);

(9)

“persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika, kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali bħala li għandha l-kapaċità li twettaq atti legali u kwalunkwe arranġament legali ieħor ta’ liema natura u forma jkun, ikollux personalità legali jew le;

(10)

“operatur ekonomiku” tfisser persuna li, matul l-attività tan-negozju tagħha, hija involuta f'attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, kemm jekk tkun awtorizzata biex tagħmel dan jew le;

(11)

“b'mezzi elettroniċi” tfisser l-użu ta’ tagħmir elettroniku ta’ kwalunkwe tip li kapaċi jipproċessa inklużi t-trasmissjoni u l-kompressjoni u jaħżen id-data u jinkludu s-sistema kompjuterizzata definita fil-punt(8);

(12)

“numru tas-sisa” tfisser in-numru ta’ identifikazzjoni assenjat mill-Istati Membri għal skopijiet ta’ sisa lir-reġistri tal-operaturi ekonomiċi u l-bini msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19(1);

(13)

“moviment ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa fi ħdan l-Unjoni” tfisser il-moviment bejn żewġ Stati Membri jew aktar ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa skont it-tifsira tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/118/KE jew ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa wara r-rilaxx għall-konsum skont it-tifsira tal-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva 2008/118/KE;

(14)

“inkjesta amministrattiva” tfisser kwalunkwe kontroll, verifika jew azzjoni oħra meħuda mill-awtoritajiet kompetenti għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa fil-qadi ta’ dmirijiethom bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta’ dik il-leġiżlazzjoni;

(15)

“Netwerk tas-CCN/CSI” tfisser il-pjattaforma komuni bbażata fuq in-netwerk komuni tal-komunikazzjoni (CCN) u l-interface komuni tas-sistema (CSI), żviluppata mill-Unjoni sabiex tiżgura t-trasmissjonijiet kollha b'mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-qasam doganali u fil-qasam tat-tassazzjoni;

(16)

“dazji tas-sisa” tfisser id-dazji msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/118/KE;

(17)

“dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka” tfisser dokument stabbilit fi ħdan is-sistema kompjuterizzata u li jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 8, l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16 u li jintuża wkoll għal segwitu skont l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 16;

(18)

“dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ sostenn” tfisser dokument f'forma stampata li jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 15, fil-każ li s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli;

(19)

“kontroll simultanju” tfisser kontrolli kkoordinati fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa fuq is-sitwazzjoni ta’ operatur ekonomiku jew persuni relatati, organizzati minn żewġ Stati Membri parteċipanti jew aktar b'interessi komuni jew komplimentari.

Artikolu 3

L-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti li f'isimha għandu japplika dan ir-Regolament. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dik il-ħatra u dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fiha mingħajr dewmien.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lista tal-awtoritajiet kompetenti u tippubblika din l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

L-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa u d-dipartimenti ta’ kollegament

1.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha taħtar uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa li lilu għandha tiġi ddelegata responsabbiltà prinċipali għal kuntratti ma’ Stati Membri oħrajn fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa. Huwa għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn.

L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jista' jinħatar ukoll sabiex ikun responsabbli għal kuntratti mal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha taħtar dipartimenti ta’ kollegament, minbarra l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa, bil-kompetenza assenjata lilhom skont il-leġislazzjoni jew politika nazzjonali tagħhom sabiex jiskambjaw direttament l-informazzjoni skont dan ir-Regolament.

L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa għandu jiżgura li l-lista ta’ dawn id-dipartimenti tinżamm aġġornata u tkun disponibbli għall-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Artikolu 5

L-uffiċjali kompetenti

1.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista' taħtar, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru, uffiċjali kompetenti li jistgħu jiskambjaw direttament informazzjoni skont dan ir-Regolament.

L-awtorità kompetenti tista' tillimita l-ambitu ta’ din il-ħatra.

L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa għandu jkun responsabbli biex iżomm il-lista tal-uffiċjali kompetenti aġġornata u li jagħmilha disponibbli għall-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

2.   L-uffiċjali li jiskambjaw informazzjoni skont l-Artikoli 12 u 13 għandhom jitqiesu bħala li huma uffiċjali kompetenti għall-iskop ta’ dawk l-Artikoli, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 6

L-obbligi tal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa, tad-dipartimenti ta’ kollegament u tal-uffiċjali kompetenti

1.   L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa għandu jkollu r-responsabbiltà prinċipali għall-iskambji ta’ informazzjoni dwar il-movimenti ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa bejn Stati Membri u b'mod partikolari, għandu jkollu r-responsabbiltà prinċipali li jiżgura:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 8;

(b)

it-trasmissjoni tan-notifiki ta’ deċiżjonijiet amministrattivi u miżuri mitluba mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14;

(c)

l-iskambji mandatorji ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 15;

(d)

l-iskambji spontanji fakultattivi ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 16;

(e)

il-provvediment ta’ rispons dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 16(2);

(f)

l-iskambju ta’ informazzjoni maħżuna fil-bażi elettronika tad-data stabbilita fl-Artikolu 19;

(g)

il-provvediment ta’ informazzjoni statistika u informazzjoni oħra skont l-Artikolu 34.

2.   Meta d-dipartimenti ta’ kollegament jew l-uffiċjali kompetenti jibagħtu jew jirċievu talbiet għall-għajnuna, jew reazzjonijiet għal dawn it-talbiet għall-għajnuna, huma għandhom jinformaw lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa tal-Istat Membru tagħhom skont il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dan tal-aħħar.

3.   Meta dipartiment ta’ kollegament jew uffiċjal kompetenti jirċievi talba għall-assistenza li jirrikjedu azzjoni barra ż-żona territorjali jew operazzjonali tiegħu, huwa għandu minnufih jibgħatha lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa tal-Istat Membru tiegħu u lill-uffiċjal kompetenti tad-dipartiment ta’ kollegament inkarigat u jinforma lill-awtorità rikjedenti dwarhom. F'każ bħal dan, il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 11 għandhom jibdew mill-għada li tintbagħat it-talba għall-assistenza lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa u lill-uffiċjal kompetenti tad-dipartiment ta’ kollegament inkarigat, iżda mhux aktar tard minn ġimgħa waħda wara l-wasla tat-talba kif imsemmi fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 7

Informazzjoni jew dokumenti miskubin bl-awtorizzazzjoni jew fuq it-talba tal-awtorità ġudizzjarja

1.   Il-komunikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ta’ informazzjoni jew dokumenti miksubin minn awtorità kompetenti bl-awtorizzazzjoni jew fuq it-talba ta’ awtorità ġudizzjarja għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ġudizzjarja jekk tali awtorizzazzjoni tintalab skont il-liġi nazzjonali.

2.   Meta, fil-każ ta’ talba għal informazzjoni, l-awtorità ġudizzjarja tirrifjuta tali awtorizzazzjoni lill-awtorità rikjesta, din tal-aħħar għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti dwarha f'konformità mal-Artikolu 25(5).

KAPITOLU II

KOOPERAZZJONI FUQ TALBA

Artikolu 8

Doveri ġenerali tal-awtorità rikjesta

1.   Fuq it-talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha tikkomunika l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, inkluż kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ każ speċifiku jew każijiet speċifiċi, partikolarment fir-rigward tal-movimenti ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa fi ħdan l-Unjoni.

2.   Għall-finijiet tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità rikjesta għandha tagħmel l-arranġamenti għat-twettiq ta’ kwalunkwe inkjesta amministrattiva meħtieġa sabiex tinkiseb din l-informazzjoni.

3.   It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista' tinkludi talba raġonata għal inkjesta amministrattiva speċifika. Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li ma hija meħtieġa l-ebda inkjesta amministrattiva, huwa għandu jinforma immedjatament lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

4.   Sabiex tinkiseb l-informazzjoni mitluba jew titwettaq l-inkjesta amministrattiva mitluba, l-awtorità rikjesta jew kwalunkwe awtorità amministrattiva li għaliha tkun tista' tirrikorri għandha tipproċedi bħallikieku qiegħda taġixxi f'isimha stess jew fuq it-talba ta’ awtorità oħra fl-Istat Membru tagħha stess.

5.   L-awtorità rikjesta tista' titlob lill-awtorità rikjedenti biex tipprovdi rispons dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Fejn issir talba bħal din, l-awtorità rikjedenti għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat tali rispons mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jkun jimponi ebda piż sproporzjonat fuqha.

Artikolu 9

Il-formola tat-talba u t-tweġiba

1.   It-talbiet għall-informazzjoni u għall-inkjesti amministrattivi skont l-Artikolu 8 u t-tweġibiet għal dawn it-talbiet għandhom jiġu skambjati bl-użu ta’ dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka, soġġett għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli, għandu jintuża d-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ sostenn minflok id-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina:

(a)

l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka;

(b)

ir-regoli u l-proċeduri relatati mal-iskambji ta’ dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka;

(c)

il-mudell, il-formola u l-kontenut tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ sostenn;

(d)

ir-regoli u l-proċeduri relatati mal-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ sostenn.

Il-Kummissjoni tista' wkoll tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-istruttura u l-kontenut tar-rispons imsemmi fl-Artikolu 8(5).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

3.   Kull Stat Membru għandu jiddetermina s-sitwazzjonijiet li fihom is-sistema kompjuterizzata tista' titqies bħala li mhijiex disponibbli.

4.   Meta l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma jkunx prattiku, l-iskambju tal-messaġġi jista', f'każijiet eċċezzjonali, jitwettaq kompletament jew parzjalment b'mezzi oħrajn. F'każijiet bħal dawn, il-messaġġ għandu jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni tar-raġuni għala l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma kienx prattiku.

Artikolu 10

L-għoti tad-dokumenti

1.   Id-dokumenti, ta’ kwalunkwe kontenut, li għandhom ikunu pprovduti skont l-Artikolu 8 għandhom jiġu mehmuża mad-dokument reċiproku ta’ assistenza amministrattiva msemmi fl-Artikolu 9(1).

Madankollu, fil-każ li dan ma jkunx possibbli jew prattiku, id-dokumenti għandhom jiġu pprovduti permezz ta’ mezzi elettroniċi jew b'xi mod ieħor.

2.   L-awtorità rikjesta għandha tkun obbligata li tipprovdi d-dokumenti oriġinali biss meta dawn id-dokumenti jkunu meħtieġa għall-iskop imfittex mill-awtorità rikjedenti u meta l-provvista tagħhom ma tmurx kontra d-dispożizzjonijiet applikabbli fl-Istat Membru tal-awtorità rikjesta.

Artikolu 11

Limiti ta’ żmien

1.   L-awtorità rikjesta għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-wasla tat-talba.

Madankollu, meta l-awtorità rikjesta tkun diġà fil-pussess ta’ dik l-informazzjoni, il-limitu ta’ żmien għandu jkun ta’ xahar.

2.   F'ċerti kategoriji speċjali ta’ każijiet, jistgħu jiġu miftiehma limiti ta’ żmien differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 bejn l-awtoritajiet rikjesti u dawk rikjedenti.

3.   Meta l-awtorità rikjedenti ma tkunx tista' twieġeb għat-talba sal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1, hija għandha, fi żmien xahar, tinforma lill-awtorità rikjedenti bl-użu ta’ dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka fi żmien xahar bir-raġunijiet għan-nuqqas tagħha milli tagħmel dan u tindika meta taħseb li ser tkun tista' twieġeb.

Artikolu 12

Il-parteċipazzjoni ta’ uffiċjali minn Stati Membri oħrajn f'inkjesti amministrattivi

1.   Permezz ta’ ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità rikjedenti jistgħu jkunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru rikjest, jew kwalunkwe post ieħor fejn dawk l-awtoritajiet iwettqu d-doveri tagħhom, bil-għan li jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa.

Meta l-informazzjoni mitluba tkun tinsab fid-dokumentazzjoni li għaliha jkollhom aċċess l-uffiċjali tal-awtorità rikjesta, l-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jingħataw kopji tagħha.

2.   Permezz ta’ ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, l-uffiċjali maħtura mill-awtorità rikjedenti jistgħu jkunu preżenti matul l-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Istat Membru rikjest bil-għan li jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa.

Meta dan il-ftehim jintlaħaq, l-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti jista' jkollhom aċċess għall-istess bini u dokumenti bħall-uffiċjali tal-awtorità rikjesta, permezz tal-intermedjarju ta’ dawk l-uffiċjali u għall-iskop waħdieni li titwettaq l-inkjesta amministrattiva. Uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jagħmlu inkjesti jew jistaqsu mistoqsijiet biss bil-qbil u taħt is-sorveljanza ta’ uffiċjali tal-awtorità rikjesta. Huma ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħat ta’ spezzjoni konferiti fuq l-uffiċjali tal-awtorità rikjesta.

3.   L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti preżenti fi Stat Membru ieħor skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom f'kull ħin ikunu jistgħu jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tindika l-identità tagħhom u l-kapaċità uffiċjali tagħhom.

Artikolu 13

Kontrolli simultanji

1.   Bil-għan li jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, li jwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, tas-sitwazzjoni tad-dazju tas-sisa ta’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar jew ta’ persuni oħrajn, li huma ta’ interess komuni u komplimentari, kull meta huma jikkunsidraw li dawn il-kontrolli huma aktar effettivi mill-kontrolli mwettqa minn Stat Membru wieħed biss.

2.   Sabiex jinbeda kontroll simultanju skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tissottometti proposta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Il-proposta għandha:

(a)

tispeċifika l-każ jew il-każijiet proposti għal kontrolli simultanji;

(b)

tidentifika individwalment kull persuna li fir-rigward tagħha huwa maħsub li jitwettaq tali kontroll;

(c)

tagħti raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ kontroll komuni;

(d)

tispeċifika l-perjodu ta’ żmien li matulu huwa maħsub li jitwettqu tali kontrolli.

3.   L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-proposta msemmija fil-paragrafu 2, lgħandhom jikkonfermaw il-qbil tagħhom li jipparteċipaw fil-kontroll simultanju jew jikkomunikaw ir-rifjut motivat tagħhom lill-awtorità kompetenti li tipproponi mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn xahar wara l-wasla tal-proposta.

4.   Kull awtorità kompetenti li tipparteċipa f'kontroll simultanju għandha taħtar rappreżentant responsabbli għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-operazzjoni ta’ kontroll simultanju.

5.   Wara li jwettqu kontroll simultanju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa tal-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien dwar kwalunkwe metodi jew prattiċi skoperti waqt il-kontrol simultanju li kienu użati jew li huma suspettati li ntużaw sabiex tinkiser il-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, fejn tali informazzjoni tista' tkun ta’ interess partikolari għal Stati Membri oħrajn.

Artikolu 14

Talba għal notifika ta’ deċiżjonijiet u miżuri amministrattivi

1.   Fuq it-talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha, skont ir-regoli li jirregolaw notifiki simili li huma applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tinnotifika lid-destinatarju tad-deċiżjonijiet u l-miżuri kollha meħuda mill-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru rikjedenti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa.

2.   It-talbiet għan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isemmu s-soġġett tad-deċiżjoni jew tal-miżura li trid tiġi nnotifikata u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju.

3.   L-awtorità rikjesta għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità rikjedenti dwar l-azzjoni tagħha fuq it-talba għan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 u tinnotifikaha dwar id-data tat-trasmissjoni tad-deċiżjoni jew tal-miżura lid-destinatarju.

4.   Meta l-awtorità rikjesta ma tkunx tista' taġixxi fuq it-talba għan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti b'dan bil-miktub fi żmien xahar mill-wasla tat-talba.

L-awtorità rikjesta ma għandhiex tirrifjuta li taġixxi fuq talba bħal din minħabba l-kontenut tad-deċiżjoni jew tal-miżura li trid tiġi nnotifikata.

5.   L-awtorità rikjedenti għandha tagħmel talba għal notifika skont dan l-Artikolu biss meta ma tkunx tista' tinnotifika d-destinatarju f'konformità mar-regoli li jirregolaw in-notifika tal-istrumenti kkonċernati fl-Istat Membru rikjedenti, jew fejn tali notifika tagħti lok għal diffikultajiet sproporzjonati.

6.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (11).

KAPITOLU III

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI MINGĦAJR TALBA MINN QABEL

Artikolu 15

Skambju mandatorju ta’ informazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri oħrajn kollha kkonċernati, mingħajr talba minn qabel u permezz ta’ skambju awtomatiku regolari jew immexxi minn avvenimenti, l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn ikun hemm irregolarità jew ksur tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, jew suspett tagħhom, fi Stat Membru ieħor;

(b)

fejn irregolarità jew ksur tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa li seħħew, jew li huma suspettati li seħħew, fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, jista' jkollhom riperkussjonijiet fi Stat Membru ieħor;

(c)

fejn ikun hemm riskju ta’ frodi jew telf ta’ dazju tas-sisa fi Stat Membru ieħor;

(d)

fejn ikun hemm il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju;

(e)

fejn iseħħ avveniment eċċezzjonali matul il-moviment ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa fi ħdan l-Unjoni, li mhuwiex previst fid-Direttiva 2008/118/KE, u li jista' jaffettwa l-kalkolu tar-responsabbiltà tad-dazju tas-sisa ta’ operatur ekonomiku.

2.   L-awtorità li tkun bagħtet l-informazzjoni lil xi awtorità oħra skont il-paragrafu 1 tista' titlob lil dik l-awtorità l-oħra biex tipprovdi rispons dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda minnha fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità l-oħra għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat dak ir-rispons mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jimponi ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuqha.

3.   Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun relatata ma’ moviment ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa fi ħdan l-Unjoni, din l-informazzjoni għandha tintbagħat bl-użu ta’ dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka, soġġett għall-paragrafu 4.

Madankollu, meta l-użu ta’ dak id-dokument ma jkunx prattiku, l-iskambju ta’ informazzjoni jistgħu, eċċezzjonalment, jitwettqu kompletament jew parzjalment b'mezzi oħrajn. F'każijiet bħal dawn, il-messaġġ għandu jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni tar-raġuni għala l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma kienx prattiku.

4.   Meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli, għandu jintuża d-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ sostenn minflok id-dokument imsemmi fil-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina:

(a)

il-kategoriji eżatti ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati skont il-paragrafu 1, li għandhom, fir-rigward tal-persuni fiżiċi, jinkludu data bħal isimhom, kunjomhom, l-isem tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-Istat Membru, t-taxxa jew numru ieħor ta’ identifikazzjoni, il-kodiċi jew deskrizzjoni tal-prodott u data oħra personali konnessa, meta tkun disponibbli;

(b)

il-frekwenza tal-iskambju regolari u l-limiti ta’ żmien għal skambju mmexxi minn avvenimenti skont il-paragrafu 1 għal kull kategorija ta’ informazzjoni;

(c)

l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka;

(d)

il-forma u l-kontenut tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ sostenn;

(e)

ir-regoli u l-proċeduri relatati mal-iskambji tad-dokumenti msemmija fil-punti (c) u (d).

Il-Kummissjoni tista' wkoll tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina s-sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw is-sistema kompjuterizzata bħala li mhijiex disponibbli għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 16

L-iskambju fakultattiv ta’ informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jibagħtu lil xulxin, mingħajr talba preċedenti, permezz ta’ skambju spontanju, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa li tagħha jkunu konxji u li mhijiex koperta mill-Artikolu 15.

Għal dak il-għan, huma jistgħu jużaw is-sistema kompjuterizzata fejn is-sistema tkun kapaċi tipproċessa dik l-informazzjoni.

2.   L-awtorità li tkun bagħtet l-informazzjoni lil xi awtorità oħra skont il-paragrafu 1 tista' titlob lil dik l-awtorità l-oħra biex tipprovdi rispons dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda minnha fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità l-oħra għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat dak ir-rispons mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jimponi ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuqha.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina:

(a)

l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka sabiex ikunu koperti l-aktar tipi komuni ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

ir-regoli u l-proċeduri relatati mal-iskambji tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka.

Il-Kummissjoni tista' wkoll tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-istruttura u l-kontenut tar-rispons imsemmi fil-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 17

L-obbligu tal-Istati Membri li jiffaċilitaw l-iskambj ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-iskambji msemmija f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 18

Limitazzjoni tal-obbligi

L-Istati Membri ma għandhom la jkunu obbligati li jimponu, għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, ebda obbligu ġdid fuq persuni fir-rigward tal-ġbir tal-informazzjoni, u lanqas iġorru xi piż amministrattiv sproporzjonat.

KAPITOLU IV

IL-ĦAŻNA U L-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI ELETTRONIKA DWAR OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 19

Il-ħażna u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi l-imħażen tat-taxxa

1.   Kull Stat Membru għandha żżomm bażi elettronika tad-data li jkun fiha dawn ir-reġistri:

(a)

reġistru tal-operaturi ekonomiċi li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i)

magazzinieri awtorizzati skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/118/KE;

(ii)

destinatarji rreġistrati skont it-tifsira tal-punt (9) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/118/KE;

(iii)

spedituri rreġistrati skont it-tifsira tal-punt (10) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/118/KE.

(b)

reġistru ta’ bini awtorizzat bħal imħażen tat-taxxa skont it-tifsira tal-punt (11) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/118/KE.

2.   Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom din l-informazzjoni:

(a)

in-numru tas-sisa uniku maħruġ mill-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ operatur ekonomiku jew bini;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku jew tal-bini;

(c)

il-kategorija tal-prodotti soġġetti għas-sisa (CAT) u/jew il-kodiċi tal-prodotti soġġetti għas-sisa (EPC) tal-prodotti koperti mill-awtorizzazzjoni msemmija fl-Anness II, il-lista tal-kodiċi 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta’ prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (12);

(d)

l-identifikazzjoni tal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew tal-uffiċċju tas-sisa minn fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni;

(e)

id-data minn meta l-awtorizzazzjoni tkun valida, tiġi emendata u, fejn applikabbli, tieqaf milli tkun valida;

(f)

għall-magazzinieri awtorizzati, il-maħżen tat-taxxa jew il-lista ta’ mħażen tat-taxxa li għalihom tapplika l-awtorizzazzjoni tagħhom u, jekk applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, indikazzjoni li huma awtorizzati biex iħallu barra d-dettalji tad-destinatarju fil-ħin tad-dispaċċ, li huma awtorrizati jaqsmu moviment skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/118/KE, jew li huma awtorizzati li jkollhom l-oġġetti soġġetti għas-sisa mċaqilqa lejn post ta’ kunsinna diretta skont l-Artikolu 17(2) ta’ dik id-Direttiva;

(g)

għad-destinatarji rreġistrati, jekk applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, indikazzjoni li huma awtorizzati biex ikollhom l-oġġetti soġġetti għas-sisa mċaqilqa lejn post ta’ kunsinna diretta skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/118/KE;

(h)

għad-destinatarji rreġistrati msemmija fl-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2008/118/KE barra minn dawk imsemmija fil-punt (i) ta’ dan il-paragrafu, il-kontenut tal-awtorizzazzjoni rigward il-kwantità ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa, l-identità tal-ispeditur fl-Istat Membru tad-dispaċċ u l-perjodu ta’ żmien li għalih hija valida l-awtorizzazzjoni;

(i)

għad-destinatarji rreġistrati msemmija fl-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2008/118/KE li għandhom awtorizzazzjoni biex jirċievu inbid minn spedituri li jibbenifikaw mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 40 tad-Direttiva 2008/118/KE, il-kontenut tal-awtorizzazzjoni rigward il-kwantità ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa u l-perijodu ta’ żmien li għalih hija valida l-awtorizzazzjoni. Fir-reġistru għandha tkun inkluża indikazzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2008/118/KE;

(j)

għall-imħażen tat-taxxa, il-magazzinier awtorizzat jew il-lista ta’ magazzinieri awtorizzati li għalihom huwa awtorizzat biex jintuża dan il-maħżen tat-taxxa.

3.   L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew dipartiment ta’ kollegament ta’ kull Stat Membru għandu jiżgura li l-informazzjoni inkluża fir-reġistri nazzjonali tkun kompleta, akkurata u aġġornata.

4.   L-informazzjoni li tinsab fir-reġistri nazzjonali rispettivi kif imsemmi fil-paragrafu 2 dwar l-operaturi ekonomiċi involuti fit-tmexxija ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju bejn l-Istati Membri, għandha tiġi skambjata awtomatikament permezz ta’ reġistru ċentrali.

Il-Kummissjoni għandha topera r-reġistru bħala parti mis-sistema kompjuterizzata b'mod li jiżgura f'kull ħin, dehra korretta u aġġornata tad-data tar-reġistri nazzjonali kollha pprovduti mill-Istati Membri kollha.

L-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartimenti ta’ kollegament tal-Istati Membri għandhom jikkomunikaw f'waqtu l-kontenut tar-reġistru nazzjonali, kif ukoll kwalunkwe modifika fih, lill-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-aċċess għal u l-korrezzjoni tal-informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-persuni involuti fil-moviment ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju bejn l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu konferma, b'mezzi elettroniċi, tal-validità tan-numri tas-sisa miżmuma fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 19(4). Il-Kummissjoni għandha tibgħat kwalunkwe talba minn operatur ekonomiku għal korrezzjoni ta’ dik l-informazzjoni lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew lid-dipartiment ta’ kollegament li huwa responsabbli għall-awtorizzazzjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku.

2.   L-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartimenti ta’ kollegament tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jiksbu konferma tal-informazzjoni dwarhom miżmuma skont l-Artikolu 19(2) u jistgħu jiksbu l-korrezzjoni ta’ kwalunkwe inakkuratezzi fiha.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tħalli, taħt kundizzjonijiet iffissati minn dak l-Istat Membru, l-Uffiċċju Ċentrali ta’ Kollegament tas-Sisa jew id-Dipartimenti ta’ Kollegament maħturin biex jikkomunikaw konferma tal-informazzjoni miżmuma skont l-Artikolu 19(2).

Artikolu 21

Iż-żamma tad-data

1.   Kull Stat Membru għandha żżomm l-informazzjoni dwar il-movimenti ta’ oġġetti li huma soġġetti għas-sisa fi ħdan l-Unjoni u r-rekords li jinsabu fir-reġistri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 19 għal mill-inqas ħames snin mill-aħħar tas-sena kalendarja li fiha beda l-moviment, sabiex dik l-informazzjoni tkun tista' tintuża għall-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dak il-perijodu jista' jiġi limitat għal tliet snin fir-rigward tal-informazzjoni mdaħħla fir-reġistri nazzjonali qabel l-1 ta’ Lulju 2012.

2.   L-informazzjoni miġbura permezz tas-sistema kompjuterizzata għandha tinżamm f'dik is-sistema b'tali mod li jkun possibbli li tiġi rkuprata u tkompli tiġi pproċessata dik l-informazzjoni fi ħdan is-sistema b'reazzjoni għal talba għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8.

Artikolu 22

Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni:

(a)

sabiex tispeċifika d-dettalji tekniċi dwar l-aġġornament awtomatizzat tal-bażijiet tad-data msemmija fl-Artikolu 19(1) u tar-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 19(4);

(b)

sabiex tispeċifika r-regoli u l-proċeduri dwar l-aċċess għal u l-korrezzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 20(1);

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

KAPITOLU V

KONDIZZJONIJIET KOMUNI LI JIRREGOLAW L-GĦAJNUNA

Artikolu 23

Ir-reġim tal-lingwa

It-talbiet għall-assistenza, inklużi t-talbiet għal notifiki, u d-dokumenti mehmuża jistgħu jsiru bi kwalunkwe lingwa miftiehma bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti. Traduzzjoni li takkumpanjahom fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta, għandha tintalab biss jekk l-awtorità rikjesta tipprovdi ġustifikazzjoni li tispjega l-ħtieġa għal traduzzjoni.

Artikolu 24

Il-kwalità tas-servizz

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet tas-sistema kompjuterizzata meħtieġa għall-iskambju tal-informazzjoni deskritti f'dan ir-Regolament ikunu operazzjonali, miżmuma kif suppost u żviluppati aktar.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehim fil-livell tas-servizz u jaqblu dwar politika ta’ sigurtà għas-sistema kompjuterizzata. Il-ftehim fil-livell tas-servizz għandu jiddefinixxi l-kwalità teknika u l-kwantità tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sikur tal-partijiet kollha tas-sistema kompjuterizzata u tal-komunikazzjoni elettronika u l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-iżvilupp ulterjuri ta’ dik is-sistema.

Artikolu 25

Limiti ġenerali għall-obbligi tal-awtorità rikjesta

1.   L-awtorità rikjesta għandha tipprovdi lil awtorità rikjedenti fl-informazzjoni mitluba skont dan ir-Regolament, sakemm:

(a)

l-awtorità rikjedenti tkun użat is-sorsi kollha tal-informazzjoni li setgħet tuża fiċ-ċirkustanzi biex tikseb l-informazzjoni mitluba, mingħajr ir-riskju li tikkomprometti l-kisba tar-riżultat mixtieq, u

(b)

l-għadd u n-natura tat-talbiet għall-informazzjoni magħmula mill-awtorità rikjedenti f'perijodu speċifiku ma jkunux jimponu piż amministrattiv disproporzjonat fuq dik l-awtorità rikjesta.

2.   Dan ir-Regolament ma għandu jimponi l-ebda obbligu fuq l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru biex iwettqu inkjesti jew biex jipprovdu informazzjoni jekk il-liġijiet jew il-prattiċi amministrattivi ta’ dak l-Istat Membru ma jawtorizzawx lill-awtoritajiet tiegħu biex iwettqu tali inkjesti jew biex jiġbru jew jużaw dik l-informazzjoni għall-iskopijiet proprji ta’ dak l-Istat Membru.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni jekk l-Istat Membru rikjedenti ma jkunx jista', għal raġunijiet legali, jipprovdi informazzjoni simili.

4.   L-għoti tal-informazzjoni jista' jiġi rrifjutat jekk dan ikun ser iwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew meta l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika.

5.   L-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għar-rifjut ta’ talba għall-għajnuna.

Għal finijiet ta’ statistika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi annwali, jinformaw ukoll lill-Kummissjoni bil-kategoriji tar-raġunijiet għar-rifjuti.

6.   Fl-ebda każ ma għandhom il-paragrafi 2, 3 jew 4 jinftiehmu li jippermettu awtorità rikjesta tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni sempliċiment għax dik l-informazzjoni tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, persuna nominata jew li taġixxi fil-kapaċità ta’ aġent jew ta’ fiduċjarju jew għax tirreferi għall-interessi proprjetarji ta’ persuna.

Artikolu 26

Spejjeż

L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw b'mod reċiproku il-pretesjonijiet kollha għal rimborż tal-ispejjeż fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-pretensjonijiet fir-rigward ta’ ħlasijiet lill-esperti.

Artikolu 27

Ammont minimu

1.   Talba għall-assistenza tista' tkun soġġetta għal limitu ta’ ammont minimu bbażat fuq id-dazju tas-sisa potenzjalment dovut.

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 28

Is-segretezza uffiċjali, il-protezzjoni tad-data u l-użu tal-informazzjoni kkomunikata skont dan ir-Regolament.

1.   L-informazzjoni kkomunikata jew miġbura mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe informazzjoni li kellu aċċess għaliha uffiċjal jew impjegat ieħor, jew kuntrattur, waqt il-qadi ta’ dmirijietu, għandha tkun koperta mill-obbligu ta’ segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont il-liġi tal-Istat Membru li jirċievi dik l-informazzjoni.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tintuża għall-iskopijiet li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment tal-bażi tal-valutazzjoni għad-dazji tas-sisa;

(b)

il-ġbir jew il-kontroll amministrattiv tad-dazji tas-sisa;

(c)

il-monitoraġġ tal-movimenti tal-oġġetti li huma soġġetti għas-sisa;

(d)

l-analiżi tar-riskju fil-qasam tad-dazji tas-sisa;

(e)

l-inkjesti fil-qasam tad-dazji tas-sisa;

(f)

l-istabbiliment ta’ taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn koperti mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/24/UE.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni għandha tippermetti l-użu tagħha għal skopijiet oħrajn fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta tippermetti li l-informazzjoni tintuża għal skopijiet simili f'dak l-Istat Membru.

Sakemm ikun permess mil-liġi nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista' tintuża b'konnessjoni mal-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi li jistgħu jinvolvu pieni bħala riżultat ta’ ksur tal-liġi fiskali, mingħajr ħsara għar-regoli li jirregolaw id-dritt tal-konvenuti u x-xhieda fi proċedimenti bħal dawn.

3.   Meta l-awtorità rikjedenti tqis li l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-awtorità rikjesta tista' tkun utli għall-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, hija tista' tibgħatha lil dik l-awtorità. Hija għandha tinforma b'dan lill-awtorità rikjesta.

L-awtorità rikjesta tista' tagħmel il-komunikazzjoni tal-informazzjoni lil Stat Membru ieħor soġġetta għall-kunsens minn qabel tagħha.

4.   L-ipproċessar kollu ta’ data personali […] mill-Istati Membri msemmija f'dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

L-Istati Membri għandhom, għall-iskop tal-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament, jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1) u l-Artikoli 12 u 21 tad-Direttiva 95/46/KE safejn ikun meħtieġ sabiex ikunu salvagwardjati l-interessi msemmija fil-punt e tal-Artikolu 13(1) ta’ dik id-Direttiva. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati għall-interess inkwistjoni.

Artikolu 29

Aċċess għall-informazzjoni taħt l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni

Persuni debitament awtorizzati mill-Kummissjoni jistgħu jiġu pprovduti b'aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(4) biss safejn ikun meħtieġ għall-kura, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tan-netwerk CCN/CSI u l-operat tar-reġistru ċentrali.

Dawn il-persuni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ segretezza uffiċjali. L-informazzjoni aċċessata għandha tkun protetta bħala data personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 30

Valur evidenzjali tal-informazzjoni miksuba

Ir-rapporti, id-dikjarazzjonijiet u kwalunkwe dokumenti oħrajn jew kopji veri ċċertifikati jew estratti tagħhom ikkomunikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu invokati bħala evidenza mill-korpi kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor fuq l-istess bażi bħad-dokumenti simili pprovduti minn awtorità oħra ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 31

Obbligu ta’ kooperazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex:

(a)

jiżgura l-koordinazzjoni interna effettiva bejn l-awtoritajiet msemmija fl-Artikoli 3 sa 5;

(b)

jistabbilixxi kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet awtorizzati għall-finijiet tal-koordinazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu;

(c)

jiżgura t-tħaddim bla xkiel tas-sistema ta’ skambju tal-informazzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, li hija tirċievi u li tista' tipprovdi.

Artikolu 32

Ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

1.   Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz tista' tgħaddi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru li jistgħu jkunu interessati fiha u, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet kompetenti li jitolbuha, sakemm dan ikun permess mill-arranġamenti ta’ assistenza ma’ dak il-pajjiż terz partikolari. Din l-informazzjoni tista' tintbagħat ukoll lill-Kummissjoni kull meta tkun fl-interess tal-Unjoni għall-igħanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun impenja ruħu legalment li jipprovdi l-għajnuna meħtieġa sabiex tinġabar l-evidenza tan-natura irregolari tat-tranżazzjonijiet li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa, l-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament tista' tiġi kkomunikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru lil dak il-pajjiż terz, f'konformità mal-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru rigward trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi għall-finijiet tal-applikazzjoni korretta ta’ dazji tas-sisa jew taxxi simili, dazji u ħlasijiet applikabbli fil-pajjiż terz u bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

Artikolu 33

Assistenza lill-operaturi ekonomiċi

1.   L-awtoritajiet ta’ Stat Membru fejn huwa stabbilit speditur ta’ oġġetti tas-sisa jistgħu jagħtu għajnuna lil dak l-ispeditur meta dan tal-aħħar jonqos li jirċievi rapport tal-wasla msemmi fl-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2008/118/KE, rapport tal-esportazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(3) ta’ dik id-Direttiva jew, fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dik id-Direttiva, kopja tad-dokument li jakkumpanja msemmi fl-Artikolu 34 tagħha.

L-għoti ta’ din l-assistenza għandu jkun mingħajr ħsara għall-obbligi fiskali tal-ispeditur assistit.

2.   Meta Stat Membru jagħti għajnuna skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jqis li huwa meħtieġ li tinkiseb informazzjoni minn xi Stat Membru ieħor, huwa għandu jitlob din l-informazzjoni skont l-Artikolu 8. L-Istat Membru l-ieħor jista' jirrifjuta li jikseb l-informazzjoni mitluba jekk l-ispeditur ma jkunx eżawrixxa l-mezzi kollha disponibbli għalih sabiex jikseb prova li l-moviment tal-oġġetti tas-sisa bejn l-Istati Membri wasal fi tmiemu.

KAPITOLU VI

EVALWAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 34

Evalwazzjoni tal-arranġamenti, il-ġbir ta’ statistika operazzjonali u r-rappurtar

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jevalwaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha regolarment tiġbor fil-qosor l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb it-tħaddim tas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dan li ġej:

(a)

kwalunkwe informazzjoni disponibbli li hija rilevanti għall-esperjenza tagħhom bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż kwalunkwe data statistika meħtieġa għall-evalwazzjoni tiegħu;

(b)

kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-metodi jew il-prattiċi attwali jew suspettati li jintużaw biex jikkontravjenu l-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa meta dawk il-metodi jew prattiċi jikxfu nuqqasijiet jew lakuni fl-operat tal-proċeduri definiti f'dan ir-Regolament.

Bil-għan li jevalwaw l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva fl-infurzar tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa u jiġġieldu l-evażjoni u l-frodi fir-rigward tad-dazji tas-sisa, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni disponibbli barra mill-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

L-obbligu tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni u d-data statistika ma għandu jinvolvi l-ebda żieda mhux ġustifikata tal-piż amministrattiv.

3.   Il-Kummissjoni tista' tislet l-informazzjoni direttament mill-messaġġi ġġenerati mis-sistema kompjuterizzata għal skopijiet dijanjostiċi u ta’ statistika, soġġetta għall-Artikolu 28.

4.   L-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri jew estratta mill-Kummissjoni għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 sa 3 ma għandu jkollha ebda data individwali jew personali.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina, bl-iskop li timplimenta dan l-Artikolu, id-data statistika rilevanti kkomunikata mill-Istati Membri, l-informazzjoni li trid tiġi estratta mill-Kummissjoni u r-rapporti statistiċi li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 35

Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa stabbilit mill-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2008/118/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 36

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 2073/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 huwa b'dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 37

Ir-rappurtar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Kull ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u abbażi, b'mod partikolari, tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 38

Arranġamenti Bilaterali

Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu arranġamenti fuq kwistjonijiet bilaterali koperti minn dan ir-Regolament għajr milli biex jindirizzaw każijiet individwali, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  Opinjoni tad-29 ta’ Marzu 2012 (Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU C 68, 6.3.2012, p. 45.

(3)   ĠU L 359, 4.12.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

(5)   ĠU L 162, 1.7.2003, p. 5.

(6)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(7)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(8)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(9)  Opinjoni tat-18 ta’ Jannar 2012.

(10)   ĠU L 162, 1.7.2003, p. 5.

(11)   ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.

(12)   ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24.


ANNESS

Korrelazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2073/2004 mar-Regolament (UE) Nru 389/2012

Numru tal-Artikolu fir Regolament (KE) 2073/2004

Numru tal-Artikolu fir-Regolament (UE) Nru 389/2012

1

1

2

2

3

3, 4, 5, 6

4

7

5

8

6

9

7

7, 10

8

11

9

11

10

11

11

12

12

13

13

13

14

14

15

14

16

14

17

15

18

15

19

16

20

17

21

18

22

19, 20

23

24

33

25

21

26

34

27

32

28

9, 15, 16, 22

29

23

30

25, 27, 28

31

28, 29, 32

32

30

33

31

34

35

35

37

36

38

37

39

 

 


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Marzu 2012

dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, u li jistabbilixxi l-arranġamenti proċedurali relatati miegħu

(2012/243/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), l-Artikolu 218(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooerpazzjoni msaħħa (il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni) f’konformità mal-mandat adottat mill-Kunsill fis-17 ta’ Diċembru 2009 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati;

(2)

Il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni kien iffirmat f’isem l-Unjoni fl-4 ta’ Mejju 2011 u ilu jiġi applikat proviżorjament minn dik id-data, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data iktar il quddiem;

(3)

Il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni għandu jkun konkluż f’isem l-Unjoni;

(4)

Jeħtieġ li jiġu stipulati arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Memorandum ta’ Kooperazzjoni, ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim, l-adozzjoni ta’ Annessi addizzjonali, kif ukoll l-emendar ta’ Annessi għall-Memorandum.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooerpazzjoni msaħħa huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jagħżel il-persuna(i) mogħtija s-setgħa biex jagħmlu n-notifika kif previst fl-Artikolu 9.2 tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni.

Artikolu 3

Il-Kunsill għandu jiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 7.1 tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni (il-“Kumitat Konġunt”) fir-rigward tal-adozzjoni tal-Annessi għall-Memorandum il-ġodda u l-emendi għalih, kif imsemmi fil-punt c tal-Artikolu 7.3 tal-Memorandum.

Artikolu 4

(1)   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill u tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tiegħu, għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-punti a, b u c tal-Artikolu 7.3 tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti tal-ħidma, u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti d u e tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni.

(2)   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Speċjali msemmi fil-paragrafu 1, tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni adatta skont l-Artikoli 4 u 5 tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni.

(3)   L-Unjoni għandha tkun rappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni f’konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BØDSKOV


(1)  Il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni ġie ppubblikat fil-ĠU L 232, 9.9.2011, p. 2 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.


REGOLAMENTI

8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 390/2012

tas-7 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (2) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni, li waħda minnhom hija li l-għasafar għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss jekk dawn joriġinaw minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom imsemmija fl-Anness I tiegħu.

(2)

Il-Filippini talbu lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ għasafar imrobbija fil-magħluq skont ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 minn parti tat-territorju tagħhom. Esperti tal-Kummissjoni wettqu missjoni ta’ spezzjoni fil-Filippini biex jevalwaw jekk il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali meħtieġa għal dawn l-għasafar u l-kontrolli fis-seħħ kinux milħuqa minn dak il-pajjiż.

(3)

Il-Filippini pprovdew il-garanziji xierqa fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 318/2007 meħtieġa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ għasafar imrobbija fil-magħluq minn parti tat-territorju tagħhom, jiġifieri ir-Reġjun tal-Kapitali Nazzjonali Manila. Dik il-parti tat-territorju tal-Filippini għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2007.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 tinżied l-entrata li ġejja:

“3.

Il-Filippini: Ir-Reġjun tal-Kapitali Nazzjonali Manila.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)   ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.


8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 391/2012

tas-7 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

64,4

TN

124,7

TR

93,0

US

39,7

ZZ

80,5

0707 00 05

JO

225,1

TR

138,1

ZZ

181,6

0709 93 10

JO

225,1

TR

130,4

ZZ

177,8

0805 10 20

EG

42,3

IL

73,0

MA

51,2

ZZ

55,5

0805 50 10

TR

52,0

ZA

91,9

ZZ

72,0

0808 10 80

AR

93,3

BR

81,4

CA

148,4

CL

93,9

CN

90,2

MA

85,1

MK

31,8

NZ

130,3

US

155,8

ZA

99,5

ZZ

101,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/21


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-25 ta' April 2012

li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

(2012/244/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati tal-Imħallfin, li ġejjin, tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2012: is-Sinjuri Alexander ARABADJIEV, George ARESTIS, Maria BERGER, Jean-Claude BONICHOT, Anthony BORG BARTHET, José Narciso CUNHA RODRIGUES, Carl Gustav FERNLUND, Egidijus JARAŠIŪNAS, Egils LEVITS, Jiří MALENOVSKÝ, Alexandra PRECHAL, Konrad SCHIEMANN, Antonio TIZZANO u Thomas VON DANWITZ; u l-mandati tal-Avukati Ġenerali, li ġejjin, tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fl-istess data: is-Sinjuri Yves BOT, Ján MAZÁK, Paolo MENGOZZI u Verica TRSTENJAK.

(2)

Il-Gvernijiet tal-Istati Membri pproponew il-ħatra mill-ġdid bħala Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-Sinjuri Alexander ARABADJIEV, George ARESTIS, Maria BERGER, Jean-Claude BONICHOT, Carl Gustav FERNLUND, Egidijus JARAŠIŪNAS, Egils LEVITS, Jiří MALENOVSKÝ, Alexandra PRECHAL, u Thomas VON DANWITZ, kif ukoll il-ħatra mill-ġdid bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-Sur Yves BOT. Barra minn hekk, il-Gvernijiet tal-Istati Membri pproponew il-ħatra tas-Sur José Luís DA CRUZ VILAÇA bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja u l-ħatra tas-Sinjuri Nils WAHL u Melchior WATHELET bħala Avukat Ġenerali tal-istess Qorti. Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati msemmijin hawn fuq sabiex jaqdu d-dmirijiet ta’ Mħallef u ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Għandhom għalhekk jinħatru ħdax-il Imħallef u tliet Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2012 sas-6 ta' Ottubru 2018. Il-postijiet li jifdal ta’ tliet Imħallfin u Avukat Ġenerali wieħed tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jimtlew f’data aktar tard,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2012 sas-6 ta' Ottubru 2018:

 

Is-Sur Alexander ARABADJIEV

 

Is-Sur George ARESTIS

 

Is-Sinjura Maria BERGER

 

Is-Sur Jean-Claude BONICHOT

 

Is-Sur José Luís DA CRUZ VILAÇA

 

Is-Sur Carl Gustav FERNLUND

 

Is-Sur Egidijus JARAŠIŪNAS

 

Is-Sur Egils LEVITS

 

Is-Sur Jiří MALENOVSKÝ

 

Is-Sinjura Alexandra PRECHAL

 

Is-Sur Thomas VON DANWITZ

2.   Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2012 sas-6 ta' Ottubru 2018:

 

Is-Sur Yves BOT

 

Is-Sur Nils WAHL

 

Is-Sur Melchior WATHELET.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2012.

Il-President

J. TRANHOLM-MIKKELSEN


8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2012

dwar reviżjoni tal-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju

(2012/245/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 242 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 114(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fl-1 ta’ Jannar 1999 ġie stabbilit Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (“il-Kumitat”).

(2)

Fil-21 ta’ Diċembru 1998, il-Kunsill adotta d-Deciżjoni 98/743/KE dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (1).

(3)

Fil-31 ta’ Diċembru 1998, il-Kunsill adotta d-Deciżjoni 1999/8/KE dwar l-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (2); dawn l-Istatuti ġew riveduti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/476/KE tat-18 ta’ Ġunju 2003 (3) sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv kontinwu tal-Kumitat wara l-adeżjoni ta’ għaxar Stati Membri fl-1 ta’ Mejju 2004.

(4)

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro fis-26 ta’ Ottubru 2011 iddikjaraw li l-korp preparatorju msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 14 dwar il-Grupp tal-euro, magħmul minn rappreżentanti tal-Ministri b’responsabbiltà għall-finanzi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u tal-Kummissjoni (“il-Grupp ta’ Ħidma tal-Grupp tal-euro”), ser ikun ippresjedut minn President fuq bażi permanenti. Bħala konsegwenza, il-persuna nominata għal din il-ħatra mhux ser tibqa’ uffiċjal f’amministrazzjoni nazzjonali u ser tkun impjegata mal-Istituzzjonijiet tal-UE.

(5)

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro ddikjaraw li l-istrutturi amministrattivi eżistenti li jipprovdu għajnuna lill-Kunsill u lill-Kumitat, jiġifieri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-Segretarjat tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, ser jipprovdu appoġġ adatt lill-President tas-Summit taż-Żona tal-euro u l-President tal-Grupp tal-euro taħt il-gwida tal-President tal-Kumitat/Grupp ta’ Ħidma tal-Grupp tal-euro.

(6)

Il-Kumitat għandu jkun jista’ jagħżel il-President tiegħu minn fost il-kandidati l-aktar kwalifikati, inkluż il-President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Grupp tal-euro.

(7)

L-Istatuti tal-Kumitat għandhom għalhekk jiġu riveduti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, kif imniżżla fl-Anness għad-Deciżjoni 1999/8/KE, kif emendati bid-Deċiżjoni 2003/476/KE, għandhom jiġu sostitwiti bit-test imniżżel fl-Anness għal dan id-dokument.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BØDSKOV


(1)   ĠU L 358, 31.12.1998, p. 109.

(2)   ĠU L 5, 9.1.1999, p. 71.

(3)   ĠU L 158, 27.6.2003, p. 58.


ANNESS

“STATUTI TAL-KUMITAT EKONOMIKU U FINANZJARJU

Artikolu 1

Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (“il-Kumitat”) għandu jwettaq il-kompiti deskritti fl-Artikolu 134(2) u (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-Kumitat jista’, fost l-oħrajn:

ikun ikkonsultat fil-proċedura li twassal għal deċiżjonijiet relatati mal-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju tat-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja;

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 240 tat-Trattat, jipprepara l-analiżijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tar-rata tal-kambju tal-euro;

jipprovdi l-qafas li fih id-djalogu bejn il-Kunsill u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jiġi ppreparat u jitkompla fil-livell ta’ uffiċjali għolja minn ministeri, il-banek ċentrali nazzjonali, il-Kummissjoni u l-BĊE.

Artikolu 3

Il-membri tal-Kumitat u l-membri supplenti, għandhom jieħdu bħala gwida, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-interessi ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 4

Il-Kumitat għandu jiltaqa’ taħt il-presidenza tal-President f’żewġ konfigurazzjonijiet: jew mal-membri magħżula mill-amministrazzjonijiet, il-banek ċentrali nazzjonali, il-Kummissjoni u l-BĊE, jew mal-membri mill-amministrazzjonijiet, il-Kummissjoni u l-BĊE. Il-Kumitat fil-kompożizzjoni sħiħa tiegħu għandu jirrieżamina regolarment il-lista tal-kwistjonijiet li dwarhom il-membri tal-banek ċentrali nazzjonali jkunu mistennija jattendu l-laqgħat.

Artikolu 5

L-opinjonijiet, ir-rapporti u l-komunikazzjonijiet, għandhom jkunu adottati minn maġġoranza tal-membri jekk tiġi mitluba votazzjoni. Kull membru tal-Kumitat għandu jkollu vot wieħed. Madankollu, meta jingħata parir jew opinjoni dwar kwistjonijiet li dwarhom il-Kunsill jista’ jieħu deċiżjonijiet sussegwentement, meta jkunu preżenti l-membri mill-banek ċentrali u mill-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fid-diskussjonijiet iżda ma għandhomx jipparteċipaw fil-votazzjoni. Il-Kumitat għandu jirrapporta wkoll dwar il-fhemiet tal-minoranza jew ftehimiet kontra espressi matul id-diskussjoni.

Artikolu 6

Il-Kumitat għandu jeleġġi, b’maġġoranza tal-membri tiegħu, President għal mandat ta’ sentejn liema mandat għandu jkun jista’ jiġġedded. Dawk eleġibbli għall-elezzjoni bħala President għandhom ikunu membri tal-Kumitat li huma uffiċjali għolja fl-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-President tal-korp preparatorju msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 14 dwar il-Grupp tal-euro, magħmul minn rappreżentanti tal-Ministri b’responsabbiltà għall-finanzi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u tal-Kummissjoni (‘il-Grupp ta’ Ħidma tal-Grupp tal-euro’).

Jekk il-President tal-Kumitat ikun membru tal-Kumitat minn amministrazzjoni nazzjonali, huwa għandu jiddelega d-dritt tal-vot tiegħu lill-membru supplenti tiegħu.

Artikolu 7

Fil-każ li ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu, il-President tal-Kumitat għandu jkun sostitwit mill-Viċi-President tal-Kumitat. Il-Viċi President għandu jkun elett għal mandat ta’ sentejn, minn maġġoranza tal-Membri tal-Kumitat. Dawk eliġibbli għal elezzjoni bħala Viċi-President għandhom ikunu membri tal-Kumitat li huma uffiċjali għolja fl-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Grupp tal-euro, dment li dan tal-aħħar ma jinħatarx president tal-Kumitat.

Artikolu 8

Jekk il-President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Grupp tal-Euro jkunx il-President tal-Kumitat, huwa jista’ jattendi l-laqgħat tal-Kumitat u jieħu sehem fid-diskussjonijiet, sakemm il-Kumitat ma jiddeċidix mod ieħor.

Dment li l-Kumitat ma jiddeċidix mod ieħor, il-membri supplenti jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat. Il-membri supplenti ma għandhomx jivvutaw. Dment li l-Kumitat ma jiddecidix mod ieħor, huma ma għandhomx jieħdu sehem fid-diskussjonijiet.

Membru li ma jkunx jista’ jattendi laqgħa tal-Kumitat jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil xi wieħed mill-membri supplenti. Huwa jista’ wkoll jiddelegahom lil membru ieħor. Il-President u s-Segretarju tal-Kumitat għandhom ikunu infurmati bil-miktub qabel il-laqgħa. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-President jista’ jaqbel dwar arranġamenti alternattivi.

Artikolu 9

Il-Kumitat jista’ jafda l-istudju ta’ kwistjonijiet speċifiċi lil membri supplenti tiegħu, lil sottokumitati jew gruppi ta’ ħidma. F’dawn il-każijiet, il-membru jew membru supplenti tal-Kumitat, maħtur mill-Kumitat, għandu jassumi l-Presidenza. Il-membri tal-Kumitat, il-membri supplenti tiegħu u s-sottokumitati jew il-gruppi ta’ ħidma tiegħu jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-esperti.

Artikolu 10

Il-Kumitat għandu jitlaqqa’ mill-President fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jew fuq it-talba tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, jew ta’ mill-inqas erba’ membri tal-Kumitat.

Artikolu 11

Bħala regola, il-President jirrappreżenta lill-Kumitat; b’mod partikolari, il-President jista’ jkun awtorizzat mill-Kumitat biex jirraporta dwar diskussjonijiet u jippreżenta kummenti bil-fomm dwar l-opinjonijiet u l-komunikazzjonijiet ippreparati mill-Kumitat. Il-President għandu jkollu r-responsabbiltà għaż-żamma tar-relazzjonijiet tal-Kumitat mal-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Il-proċediment tal-Kumitat għandhom ikun kunfidenzjali. L-istess regola għandha tapplika għall-proċedimenti tal-membri supplenti, is-sottokomitati jew il-gruppi ta’ ħidma tiegħu.

Artikolu 13

Il-Kumitat għandu jkun megħjun minn Segretarjat taħt id-direzzjoni ta’ Segretarju. Is-Segretarju u l-persunal tas-Segretarjat għandhom ikunu forniti mill-Kummissjoni. Is-Segretarju għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat. Is-Segretarju u l-persunal tiegħu għandhom jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitat meta jkunu qegħdin iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom lejn il-Kumitat.

L-infiq tal-Kumitat għandu jkun inkluż fl-estimi tal-Kummissjoni.

Artikolu 14

Il-Kumitat għandu jadotta l-arranġamenti proċedurali tiegħu stess.”.


8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/25


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Mejju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/207/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2800)

(2012/246/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli ta’ Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 adottat pjan multiannwali ta’ rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. L-ICCAT emendat il-pjan multiannwali ta’ rkupru matul il-Laqgħa Annwali tal-2008. Il-pjan emendat kien traspost fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (2). Il-pjan kien emendat aktar u approvat uffiċjalment fil-Laqgħa Annwali tal-ICCAT tal-2010 permezz tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT (3).

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjan multiannwali ta’ rkupru emendat, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/296/KE (4) stabbiliet programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni li jkopri perjodu ta’ sentejn, mill-15 ta’ Marzu 2009 sal-15 ta’ Marzu 2011.

(3)

Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni relatat mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran, kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/207/UE (5), kien adottat bil-ħsieb li tkun żgurata l-kontinwità tal-programm stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/296/KE u li jiġu implimentati b’mod immedjat ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT, b’mod partikolari dawk dwar il-preżentazzjoni bikrija ta’ pjanijiet meħtieġa ta’ sajd u spezzjoni. Id-Deċiżjoni 2011/207/UE tkopri l-perjodu mill-15 ta’ Marzu 2011 sal-15 ta’ Marzu 2014.

(4)

Fid-dawl tad-diskussjonijiet fl-ICCAT fil-Laqgħa Annwali tal-2011 u bil-ħsieb li jiġu implimentati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa mill-ICCAT, huwa xieraq li jiġu implimentati r-rekwiżiti dwar it-teħid ta’ kampjuni u l-operazzjonijiet pilota stipulati fil-paragrafu 87 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT li jistabblixxu pjan multiannwali ta’ rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran.

(5)

Huwa xieraq ukoll li ċerti referenzi li kienu jeżistu fid-Deċiżjoni 2011/207/UE li ma għadhomx jgħoddu jew li mhumiex korretti jiġu aġġornati u korretti.

(6)

Id-Deċiżjoni 2011/207/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/207/UE hija emendata kif ġej:

1.

It-Titolu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2011 li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran”

2.

Fl-Artikolu 3, il-punt 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.

l-operazzjonijiet kollha tal-qbid, il-ħatt l-art, it-trasferimenti, it-trażbordi u t-tqegħid fil-gaġeġ, inklużi l-programmi tat-teħid tal-kampjuni u l-istudji pilota;”

3.

Fl-Artikolu 4, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 9 u 10 li ġejjin:

“9.

l-implimentazzjoni ta’ studji pilota dwar kif jista’ jkun hemm stima aħjar tal-għadd u l-piż tat-tonn fil-mument tal-qabda;

10.

l-implimentazzjoni ta’ programmi tat-teħid tal-kampjuni u/jew programmi alternattivi fil-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ sabiex jitjiebu l-istimi tal-għadd u tal-piż tal-ħut fil-gaġeġ.”

4.

Fl-Artikolu 9 il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Stat Membru li jkun beħsiebu jwettaq sorveljanza u jispezzjona bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor fil-qafas ta’ Pjan ta’ Użu Konġunt, għandu jinnotifika l-intenzjonijiet tiegħu lill-punt ta’ kuntatt tal-Istat Membru kostali kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 80, il-punt 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2009 u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA).”

5.

L-Artikolu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Informazzjoni dwar ksur

L-Istati Membri li l-uffiċjali tagħhom jindividwaw kwalunkwe ksur waqt spezzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 3, għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bid-data tal-ispezzjoni u d-dettalji tal-ksur.”

6.

Fl-Artikolu 14, il-kliem “Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA)” għandu jinbidel bil-kliem “l-ECFA”.

7.

L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “lis-CFCA” għandu jinbidel bil-kliem “lill-ECFA”.

(b)

fil-paragrafu 3, is-sentenza tal-introduzzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(3)   Dan ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja, skont it-tabella stabbilita fl-Anness IV:”

8.

L-Annessi I u II għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1.

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT biex tistabbilixxi pjan multiannwali ta’ rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran.

(4)   ĠU L 80, 26.3.2009, p. 18.

(5)   ĠU L 87, 2.4.2011, p. 9.


ANNESS

“ANNESS I

PUNTI TA’ REFERENZA

Il-punti ta’ referenza stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu implimentati sabiex b’mod partikolari jkun żgurat:

(a)

il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ li jsir fl-ilmijiet tal-Unjoni;

(b)

il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet ta’ trasferiment;

(c)

il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet konġunti tas-sajd;

(d)

il-kontroll tad-dokumenti kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tonn, b’mod partikolari li tkun ivverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata;

Post tal-ispezzjoni

Punt ta’ referenza

L-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ

Kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ġewwa razzett għandha tkun awtorizzata mill-Istat(i) Membru/i tal-bandiera tal-bastiment(i) tal-qbid u/jew tan-nases għat-tonn fejn hu xieraq fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ;

It-tqegħid kollu fil-gaġeġ għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata kif meħtieġ mill-ICCAT (inkluż kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ għandha tiġi spezzjonata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-razzett. L-ispezzjoni għandha tkopri l-operazzjoni sħiħa tat-tqegħid fil-gaġeġ;

Il-programmi tat-teħid tal-kampjuni dwar kif jista’ jkun hemm stima aħjar tal-għadd u l-piż tat-tonn għandhom jiġu implimentati fil-mument tat-tqegħid fil-gaġeġ.

L-operazzjonijiet kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ għandhom jiġu mmonitorjati b’vidjokamera fl-ilma (kif previst fil-paragrafu 86 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Il-ħut għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel il-31 ta’ Lulju sakemm l-Istat Membru tar-razzett ma jipprovdix raġunijiet validi inkluża dik ta’ force majeure, li għandhom jakkumpanjaw ir-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ meta dan jiġi ppreżentat.

L-operazzjonijiet tal-ħsad

L-operazzjonijiet tal-ħsad kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata (inkluż kif previst fid-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Matul kull operazzjoni tal-ħsad minn gaġġa, għandu jkun preżenti osservatur reġjonali tal-ICCAT.

L-ispezzjoni fuq il-baħar

Punt ta’ referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f’kull żona;

Il-punti ta’ referenza fuq il-baħar għandhom jirreferu għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa fuq il-baħar kif ukoll għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa b’indikazzjoni tal-istaġun tas-sajd u t-tip ta’ attività tas-sajd fil-mira.

L-operazzjonijiet ta’ trasferiment

Kull operazzjoni ta’ trasferiment għandha tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istati tal-bandiera abbażi ta’ notifika minn qabel ta’ trasferiment (kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Kull operazzjoni ta’ trasferiment għandha tkun assenjata numru ta’ awtorizzazzjoni (kif previst fil-paragrafu 76 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Trasferiment għandu jkun awtorizzat fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tan-notifika minn qabel ta’ trasferiment (kif previst fil-paragrafu 76 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera fit-tmiem tal-operazzjoni ta’ trasferiment (kif previst fil-paragrafu 77 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

L-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment għandhom jiġu rreġistrati fuq vidjokamera fl-ilma (kif previst fil-paragrafu 79 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT).

L-istudji pilota dwar kif tista’ ssir stima aħjar kemm tal-għadd kif ukoll tal-piż tat-tonn għandhom jiġu implimentati fil-mument tal-qabda inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi sterjoskopiċi.

It-trażbordi

Il-bastimenti kollha għandhom ikunu spezzjonati mal-wasla qabel jibdew l-operazzjonijiet ta’ trażbord, kif ukoll qabel it-tluq wara l-operazzjonijiet ta’ trażbord. Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux magħżula;

Dikjarazzjoni ta’ trażbord għandha tintbagħat lill-Istati tal-bandiera mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trażbord fil-port (kif previst fil-paragrafu 69 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT).

L-operazzjonijiet konġunti tas-sajd

L-operazzjonijiet konġunti tas-sajd (JFO) kollha jridu jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri tal-bandiera u mill-Kummissjoni li għandhom jibagħtu l-JFOs awtorizzati lill-ICCAT. Lista tal-JFOs awtorizzati se tiġi pubblikata fil-websajt tal-ICCAT.

Is-sorveljanza mill-ajru

Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd imwettqa f’kull żona, filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-użu mill-Istati Membri.

Il-ħatt l-art

Il-bastimenti kollha li jidħlu f’port magħżul bil-għan li jħottu t-tonn l-art għandhom jiġu spezzjonati; għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux magħżula;

L-awtorità kompetenti għandha tibgħat reġistrazzjoni tal-attivitajiet tal-ħatt l-art lill-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm il-ħatt l-art (kif previst fil-paragrafu 68 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT).

Il-kummerċjalizzazzjoni

Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività ta’ kummerċjalizzazzjoni li twettqet.

Is-sajd sportiv u rikreattiv

Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd sportiv u rikreattiv li twettqu.

In-nases

L-operazzjonijiet kollha bin-nases, inklużi t-trasferimenti u l-ħsad, għandhom ikunu spezzjonati u koperti minn osservaturi nazzjonali.

“ANNESS II

PROĊEDURI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI MILL-UFFIĊJALI

1.   Kompiti ta’ spezzjoni

1.1.   Kompiti ġenerali ta’ spezzjoni

Għandu jitħejja rapport ta’ spezzjoni għal kull kontroll u spezzjoni, fil-format stabbilit fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness. L-uffiċjali għandhom, fi kwalunkwe każ, jivverifikaw u jniżżlu l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tagħhom:

(1)

id-dettalji tal-identità tal-persuni responsabbli, kif ukoll dawk tal-bastiment, tal-persunal tar-razzett, eċċ. involuti fl-attivitajiet spezzjonati;

(2)

l-awtorizzazzjonijiet, il-liċenzji u l-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(3)

id-dokumentazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti, bħall-ġurnali ta’ abbord, id-dikjarazzjonijiet ta’ trasferiment u ta’ trażbord, id-dokumenti dwar il-qbid tat-tonn tal-ICCAT, iċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni u dokumentazzjoni oħra eżaminati għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;

(4)

osservazzjoni dettaljata tad-daqsijiet ta’ tonn maqbud, magħluq b’nases, ittrasferit, ittrażbordat, li jinħatt l-art, ittrasportat, imqiegħed f’gaġeġ, imrobbi, ipproċessat jew ikkummerċjalizzat fil-kuntest tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-pjan ta’ rkupru. Fil-każ tat-tqegħid fil-gaġeġ, dan jinkludi l-kontroverifika bejn id-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo u r-riżultati tal-programmi tat-teħid tal-kampjuni u tal-istudji pilota.

(5)

il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali tat-tonn li jinżammu abbord il-bastimenti li ma jkunux qegħdin jistadu b’mod attiv għat-tonn.

L-informazzjoni dwar is-sejbiet rilevanti kollha mill-ispezzjoni fuq il-baħar, mis-sorveljanza mill-ajru, f’portijiet, nases, irziezet jew fi kwalunkwe impriza oħra kkonċernata għandha titniżżel fir-rapporti tal-ispezzjoni. Fil-każ ta’ spezzjoni fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, l-uffiċjal għandu jirreġistra l-ispezzjonijiet imwettqa u kwalunkwe ksur li jinduna bih fuq il-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment.

Dawk is-sejbiet għandhom jitqabblu mal-informazzjoni li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali minn awtoritajiet kompetenti oħra, inkluża informazzjoni mis-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS), il-listi tal-bastimenti awtorizzati, ir-rapporti tal-osservaturi, ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo u d-dokumenti kollha relatati mal-attivitajiet tas-sajd.

1.2.   Kompiti ta’ spezzjoni għas-sorveljanza mill-ajru

L-uffiċjali għandhom jirrappurtaw dwar id-dejta ta’ sorveljanza għal finijiet ta’ kontroverifika, u b’mod partikolari għandhom jivverifikaw ilmiħ ta’ bastimenti tas-sajd mal-VMS u l-listi tal-bastimenti awtorizzati.

L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar l-attivitajiet ta’ sajd Illegali, mhux Rapportati u mhux Regolati (IUU) u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters tat-tiftix.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal żoni magħluqa, għall-perjodi tal-istaġuni tas-sajd u għall-attivitajiet tal-flotot li għalihom japplikaw xi derogi.

1.3.   Kompiti ta’ spezzjoni fuq il-baħar

1.3.1.   Kompiti ġenerali ta’ spezzjoni

Meta jittella’ ħut mejjet abbord il-bastiment tal-qbid, inkella jkun preżenti fuq bastiment tal-ipproċessar jew tat-trasport, l-uffiċjali għandhom dejjem jivverifikaw il-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord u jqabbluhom mal-kwantitajiet irreġistrati fid-dokumentazzjoni rilevanti.

Meta jkun qed jiġi ttrasferit ħut ħaj, l-uffiċjali għandhom jaraw li jidentifikaw il-mezzi użati mill-partijiet involuti biex jistmaw il-kwantitajiet ta’ tonn ħaj ittrasferit fir-rigward tar-riżultati ta’ studji pilota. L-uffiċjali għandhom jingħataw aċċess għall-kwantitajiet ittrasferiti u jivverifikawhom, kif osservat fir-reġistrazzjoni bil-vidjo.

Se jsiru għadd ta’ spezzjonijiet ‘fuq il-post’ ġewwa l-gaġeġ tal-irmunkar minn spetturi bugħaddasa ta’ Stati Membru li se jivverifikaw li l-għadd u l-piż stmat maqbud u ttrasferiet jikkorrispondi ma’ dawk fid-dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT abbord il-bastimenti tal-irmonk. L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (l-immarkar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT),

(2)

il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment,

(3)

li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) li tkun operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni VMS,

(4)

li l-bastimenti tas-sajd mhumiex joperaw f’żoni magħluqa u qed jirrispettaw l-għeluq tal-istaġun tas-sajd,

(5)

il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-qbid,

(6)

ir-rispett tal-limitazzjonijiet tal-kwoti u/jew tal-qabdiet inċidentali,

(7)

Id-daqs tal-kompożizzjoni tal-qabdiet abbord li għalihom huwa applikat id-daqs minimu,

(8)

il-kwantitajiet fiżiċi tal-ispeċijiet kollha abbord u l-preżentazzjoni tagħhom,

(9)

l-irkaptu tas-sajd abbord,

(10)

il-preżenza ta’ osservatur fejn rilevanti.

L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar attivitajiet ta’ sajd IUU, u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters ta’ tiftix.

1.3.2.   Kompiti ta’ spezzjoni waqt operazzjonijiet ta’ trasferiment

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

il-konformità mar-rekwiżiti tan-notifika minn qabel ta’ trasferiment;

(2)

li l-Istat tal-bandiera jkun assenja u kkomunika lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd, jew nassa jew razzett kif xieraq, numru ta’ awtorizzazzjoni għal kull operazzjoni ta’ trasferiment fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni ta’ notifika minn qabel ta’ trasferiment;

(3)

il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT;

(4)

li d-dikjarazzjoni ta’ trasferiment ġiet iffirmata mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord u trażmessa lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk;

(5)

il-konformità mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni bil-vidjo;

(6)

kif saret l-istima tal-għadd u l-piż tat-tonn fil-waqt tal-qabda permezz ta’ studji pilota inkluż permezz tal-użu ta’ kameras sterjoskopiċi.

1.3.3.   Kompiti ta’ spezzjoni waqt operazzjonijiet konġunti tas-sajd

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

il-konformità mar-rekwiżiti għall-operazzjonijiet konġunti tas-sajd rigward l-informazzjoni li għandha tkun irrappurtata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd;

(2)

li l-awtorizzazzjoni għal operazzjoni konġunta tas-sajd tkun twasslet lill-bastimenti tas-sajd mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;

(3)

il-preżenza ta’ osservatur matul l-operazzjoni konġunta tas-sajd.

1.4.   Il-kompiti ta’ spezzjoni waqt il-ħatt l-art

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

li l-bastimenti tas-sajd ikunu awtorizzati joperaw (il-markar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT, jekk rilevanti);

(2)

li n-notifika minn qabel tal-wasla għall-ħatt l-art tkun intbagħtet mill-awtoritajiet kompetenti;

(3)

li l-awtorità kompetenti tkun bagħtet reġistrazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm il-ħatt l-art;

(4)

li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni VMS;

(5)

il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment;

(6)

il-kwantitajiet fiżiċi ta’ ħut maqbud, u l-preżentazzjoni tiegħu;

(7)

il-kompożizzjoni totali tal-qabdiet abbord sabiex ikunu vverifikati r-regoli dwar il-qbid inċidentali;

(8)

il-kompożizzjoni tad-daqs abbord sabiex ikunu vverifikati r-regoli dwar id-daqs minimu;

(9)

l-irkaptu tas-sajd abbord;

(10)

fil-każ ta’ ħatt l-art ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat;

(11)

li t-tonn li jinħatt l-art mid-dgħajjes tas-sajd tal-lixka, bastimenti li jistadu bil-konz, dgħajjes bil-qasba jew għat-trejjix fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran jkun immarkat b’mod korrett minn denbu.

1.5.   Il-kompiti ta’ spezzjoni waqt it-trażbord

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (il-markar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT);

(2)

li n-notifika minn qabel tal-wasla fil-port tkun intbagħtet u kien fiha l-informazzjoni korretta dwar it-trażbord;

(3)

li l-bastimenti tas-sajd tat-trażbord li jixtiequ jittrażbordaw ikunu rċevew awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat tal-bandiera tagħhom;

(4)

li l-kwantitajiet notifikati minn qabel għat-trażbord huma vverifikati;

(5)

li ntbagħtet dikjarazzjoni tat-trażbord lill-Istati tal-bandiera sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trażbord fil-port;

(6)

li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun abbord u mimlija kif suppost, fosthom id-dikjarazzjoni tat-trażbord, id-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn tal-ICCAT u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni;

(7)

fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat.

1.6.   Kompiti ta’ spezzjoni fuq stallazzjonijiet tal-irziezet

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

li d-dokumentazzjoni rilevanti hija preżenti u mimlija u rrappurtata kif suppost (id-dokumenti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni, id-dikjarazzjoni ta’ trasferiment, id-dikjarazzjoni ta’ trażbord);

(2)

li l-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ġiet awtorizzata mill-bastimenti tal-qbid u/jew tan-nassa u mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-razzett;

(3)

li osservatur reġjonali tal-ICCAT kien preżenti matul it-tqegħid fil-gaġeġ u l-attivitajiet ta’ ħsad tat-tonn kollha, u vvalida d-dikjarazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ;

(4)

li l-attivitajiet kollha tat-trasferimenti mill-gaġeġ għar-razzett ġew immonitorati minn vidjokamera fl-ilma;

(5)

li l-Istat Membru tar-razzett mhux se jaċċetta t-tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn fejn il-kwantità bil-għadd u/jew piż hija aktar minn dik awtoritzzata biex titqiegħed fil-gaġġa mill-Istat Membru tal-bandiera;

(6)

li ttieħed kampjun minn kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ inkluż meta l-ħut huwa ttrasferit minn kamra ta’ nassa għat-tonn għal gaġġa tat-tismin.

Se jsiru għadd ta’ spezzjonijiet ‘fuq il-post’ minn spetturi bugħaddasa ta’ Stati Membri fil-gaġeġ tar-razzett biex jikkonfermaw il-kwantitajiet ta’ ħut fil-gaġeġ. Dan għandu jsir minn bugħaddasa li fi Stat Membru wieħed ikunu qed jagħmlu użu wkoll minn kamera sterjoskopika.

1.7.   Kompiti ta’ spezzjoni marbuta mat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

fir-rigward tat-trasport, b’mod partikolari d-dokumenti ta’ akkumpanjament rilevanti u jivverifikawhom mal-kwantitajiet fiżiċi ttrasportati;

(2)

fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun preżenti u mimlija kif suppost, inklużi d-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni.

2.   Rapport tal-ispezzjoni

(1)

Għall-ispezzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, l-uffiċjali għandhom jużaw il-mudell fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

(2)

Għall-ispezzjonijiet l-oħra, l-uffiċjali għandhom jużaw il-mudell tar-rapporti nazzjonali tagħhom mimlija skont l-Artikolu 100 u l-Anness XXVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1).

“Appendiċi 1

RAPPORT TA’ SPEZZJONI TAL-ICCAT Nru …

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

INFRAZZJONI SERJA OSSERVATA

Image 3

Test ta 'immaġni

(1)   ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.


8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' Mejju 2012

li ġġib fi tmiemu l-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, esklużi l-pajpijiet u t-tubi, mingħajr saldaturi, ta’ azzar li ma jissaddadx, u li joriġinaw mill-Belarus

(2012/247/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fis-16 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) waslilha ilment dwar id-dumping, allegatament ta’ ħsara, ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, esklużi l-pajpijiet u t-tubi, mingħajr saldaturi, ta’ azzar li ma jissaddadx, u li joriġinaw mill-Belarus (“il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

L-ilment tressaq mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi.

(3)

L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment ta’ antidumping.

(4)

Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) bdiet proċediment ta’ antidumping dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar u li joriġinaw mill-Belarus.

(5)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni, lill-produttur esportatur fil-Belarus, lill-importaturi, u lill-awtoritajiet tal-Belarus. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jistqarru fehmiethom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(6)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li ppreżentaw raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw seduta ta’ smigħ.

B.   L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TMIEM TAL-PROĊEDIMENT

(7)

Il-kwerelant irtira formalment l-ilment tiegħu permezz ta’ ittra datata s-26 ta’ Jannar 2012 u indirizzata lill-Kummissjoni.

(8)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, meta ilment jiġi rtirat, il-proċediment jista’ jinġieb fi tmiemu, u dan kemm-il darba t-tali tmiem ta’ proċediment ikun imur kontra l-interessi tal-Unjoni.

(9)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jinġieb fi tmiemu peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda konsiderazzjonijiet li juru li dan it-tmiem imur kontra l-interessi tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu ebda kummenti li jindikaw li dan it-tmiem imur kontra l-interessi tal-Unjoni.

(10)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar u li joriġinaw mill-Belarus, għandu jintemm,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, esklużi l-pajpijiet u t-tubi, mingħajr saldaturi, ta’ azzar li ma jissaddadx, bi profil trasversali ċirkulari, ta’ dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b’Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (CEV) li ma jaqbiżx iż-0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW) (3), li joriġinaw mill-Belarus, u li bħalissa huma kklassifikati mal-kodiċi tan-NM ex 7304 19 10 , ex 7304 19 30 , ex 7304 23 00 , ex 7304 29 10 , ex 7304 29 30 , ex 7304 31 80 , ex 7304 39 58 , ex 7304 39 92 , ex 7304 39 93 , ex 7304 51 89 , ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 , huwa b’dan miġjub fi tmiemu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU C 187, 28.6.2011, p. 22.

(3)  Is-CEV għandu jiġi determinat b’konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-535-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).


Rettifika

8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/38


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/234/UE tas-27 ta' April 2012 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2011

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 117 tal-1 ta' Mejju 2012 )

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/234/UE għandha tinqarha kif ġej:

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' April 2012

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2011

(notifikata bid-dokument C(2012) 2883)

(2012/234/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 33 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integralità, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u tad-dħul u l-kundizzjonijiet għar-rimborż tal-infiq skont il-FAEG u l-FAEŻR (2), is-sena finanzjarja għall-kontijiet tal-FAEG tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet, sabiex jiġi allinjat il-perjodu ta’ referenza għall-infiq tal-FAEŻR ma’ dak tal-FAEG, għandha titqies is-sena finanzjarja 2011 tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2010 u l-15 ta’ Ottubru 2011.

(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata mill-infiq rikonoxxut għall-istess sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummisjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss jew iżżidu miegħu.

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif li ressqu l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Marzu 2012, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(5)

Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu li l-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati mill-Istati Membri u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lill-Istati Membri.

(6)

It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra jesiġi li jsir aktar stħarriġ u l-kontjiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-pagamenti konċernati.

(7)

Skont l-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji li joħorġu min-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar qabel l-għeluq tal-programm ta’ żvilupp rurali fi żmien erba’ snin mis-sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, jew meta jagħlaq il-programm jekk dawk l-iskadenzi jagħlqu qabel jagħlaq il-programm stess. L-Artikolu 33(4) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex flimkien mal-kontijiet annwali jissottomettu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet. Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella li kellha tingħata mill-Istati Membri fl-2012. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Skont l-Artikolu 33(7) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, wara l-għeluq tal-programm ta’ żvilupp rurali l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u li x’aktarx jiġġarbu jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 33(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti mhumiex iddebitati lill-Istati Membri konċernati u konsegwentement għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament imsemmi.

(9)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri, għajr ta’ dawk l-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għas-sena finanzjarja 2011, huma b’dan approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew imħallsa lil, kull Stat Membru taħt kull programm ta’ żvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2011, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għall-infiq għal kull programm ta’ Żvilupp Rurali ffinanzjat mill-FAEŻR, stabbiliti fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2012.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

INFIQ TAL-FAEŻR APPROVAT MILL-PROGRAMM TAL-IŻVILUPP RURALI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2011

AMMONT LI JRID JIĠI RKUPRAT JEW IMĦALLAS LILL-ISTAT MEMBRU GĦAL KULL PROGRAMM

Programmi approvati b'infiq iddikjarat għall-FAEŻR

(F'EUR)

SM

CCI

Infiq 2011

Korrezzjonijiet

Total

Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw

Ammonti aċċettati approvati għas-sena finanzjarja 2011

Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru

 

 

i

ii

iii = i + ii

iv

v = iii – iv

vi

vii = v – vi

AT

2007AT06RPO001

568 371 065,48

0,00

568 371 065,48

0,00

568 371 065,48

568 492 590,50

– 121 525,02

BE

2007BE06RPO001

49 043 187,74

0,00

49 043 187,74

0,00

49 043 187,74

49 043 146,73

41,01

BE

2007BE06RPO002

38 975 523,72

0,00

38 975 523,72

0,00

38 975 523,72

39 042 852,34

–67 328,62

BG

2007BG06RPO001

125 583 073,85

0,00

125 583 073,85

0,00

125 583 073,85

125 583 081,14

–7,29

CY

2007CY06RPO001

18 105 143,82

0,00

18 105 143,82

0,00

18 105 143,82

18 105 210,45

–66,63

CZ

2007CZ06RPO001

452 176 814,39

0,00

452 176 814,39

0,00

452 176 814,39

452 175 852,96

961,43

DE

2007DE06RAT001

380 706,28

0,00

380 706,28

0,00

380 706,28

380 706,27

0,01

DE

2007DE06RPO007

154 596 719,36

0,00

154 596 719,36

0,00

154 596 719,36

154 596 764,57

–45,21

DE

2007DE06RPO009

2 057 706,04

0,00

2 057 706,04

0,00

2 057 706,04

2 057 710,98

–4,94

DE

2007DE06RPO010

33 497 396,62

0,00

33 497 396,62

0,00

33 497 396,62

33 497 396,62

0,00

DE

2007DE06RPO011

120 313 256,91

0,00

120 313 256,91

0,00

120 313 256,91

120 313 256,89

0,02

DE

2007DE06RPO012

131 923 617,77

0,00

131 923 617,77

0,00

131 923 617,77

131 923 617,60

0,17

DE

2007DE06RPO015

49 400 293,24

0,00

49 400 293,24

0,00

49 400 293,24

49 400 293,25

–0,01

DE

2007DE06RPO018

4 064 779,94

0,00

4 064 779,94

0,00

4 064 779,94

4 064 779,92

0,02

DE

2007DE06RPO019

136 381 853,86

0,00

136 381 853,86

0,00

136 381 853,86

135 820 306,62

561 547,24

DE

2007DE06RPO020

107 723 750,25

0,00

107 723 750,25

0,00

107 723 750,25

107 723 753,01

–2,76

DE

2007DE06RPO021

31 719 478,31

0,00

31 719 478,31

0,00

31 719 478,31

31 719 501,89

–23,58

DK

2007DK06RPO001

59 322 213,45

0,00

59 322 213,45

0,00

59 322 213,45

59 322 213,89

–0,44

EE

2007EE06RPO001

107 537 615,49

0,00

107 537 615,49

0,00

107 537 615,49

107 535 994,46

1 621,03

ES

2007ES06RAT001

16 910 618,80

0,00

16 910 618,80

0,00

16 910 618,80

16 910 618,81

–0,01

ES

2007ES06RPO002

58 382 626,14

0,00

58 382 626,14

0,00

58 382 626,14

58 383 411,39

– 785,25

ES

2007ES06RPO003

76 150 420,29

0,00

76 150 420,29

0,00

76 150 420,29

76 150 387,33

32,96

ES

2007ES06RPO004

1 063 443,02

0,00

1 063 443,02

0,00

1 063 443,02

1 063 442,51

0,51

ES

2007ES06RPO005

32 793 048,88

0,00

32 793 048,88

0,00

32 793 048,88

32 793 048,80

0,08

ES

2007ES06RPO006

10 025 608,32

0,00

10 025 608,32

0,00

10 025 608,32

10 025 608,32

0,00

ES

2007ES06RPO007

132 357 134,50

0,00

132 357 134,50

0,00

132 357 134,50

132 357 126,53

7,97

ES

2007ES06RPO008

113 252 298,05

0,00

113 252 298,05

0,00

113 252 298,05

113 252 326,87

–28,82

ES

2007ES06RPO009

38 148 161,06

0,00

38 148 161,06

0,00

38 148 161,06

38 148 154,95

6,11

ES

2007ES06RPO010

90 743 626,89

0,00

90 743 626,89

0,00

90 743 626,89

90 743 660,79

–33,90

ES

2007ES06RPO011

108 161 508,68

0,00

108 161 508,68

0,00

108 161 508,68

108 080 354,50

81 154,18

ES

2007ES06RPO012

4 019 848,16

0,00

4 019 848,16

0,00

4 019 848,16

4 019 847,79

0,37

ES

2007ES06RPO013

19 303 528,68

0,00

19 303 528,68

0,00

19 303 528,68

19 303 528,65

0,03

ES

2007ES06RPO014

17 046 503,13

0,00

17 046 503,13

0,00

17 046 503,13

17 046 504,87

–1,74

ES

2007ES06RPO015

6 208 400,60

0,00

6 208 400,60

0,00

6 208 400,60

6 208 503,74

– 103,14

ES

2007ES06RPO016

6 873 121,78

0,00

6 873 121,78

0,00

6 873 121,78

6 873 120,69

1,09

ES

2007ES06RPO017

27 945 806,53

0,00

27 945 806,53

0,00

27 945 806,53

27 947 627,17

–1 820,64

FI

2007FI06RPO001

285 038 558,56

0,00

285 038 558,56

0,00

285 038 558,56

285 219 710,66

– 181 152,10

FI

2007FI06RPO002

2 520 084,17

0,00

2 520 084,17

0,00

2 520 084,17

2 520 084,15

0,02

GR

2007GR06RPO001

428 256 734,13

0,00

428 256 734,13

0,00

428 256 734,13

428 256 734,10

0,03

HU

2007HU06RPO001

436 616 823,23

0,00

436 616 823,23

0,00

436 616 823,23

436 452 585,86

164 237,37

IE

2007IE06RPO001

330 182 561,16

0,00

330 182 561,16

0,00

330 182 561,16

330 192 438,00

–9 876,84

IT

2007IT06RAT001

4 997 724,80

0,00

4 997 724,80

0,00

4 997 724,80

4 997 724,80

0,00

IT

2007IT06RPO001

26 181 740,58

0,00

26 181 740,58

0,00

26 181 740,58

26 090 496,57

91 244,01

IT

2007IT06RPO002

20 451 641,41

0,00

20 451 641,41

0,00

20 451 641,41

20 451 641,20

0,21

IT

2007IT06RPO003

76 453 681,64

0,00

76 453 681,64

0,00

76 453 681,64

76 453 681,32

0,32

IT

2007IT06RPO004

8 988 817,77

0,00

8 988 817,77

0,00

8 988 817,77

8 986 383,77

2 434,00

IT

2007IT06RPO005

39 681 394,71

0,00

39 681 394,71

0,00

39 681 394,71

39 682 215,54

– 820,83

IT

2007IT06RPO006

12 183 753,95

0,00

12 183 753,95

0,00

12 183 753,95

12 193 729,46

–9 975,51

IT

2007IT06RPO007

55 225 786,83

0,00

55 225 786,83

0,00

55 225 786,83

55 225 774,08

12,75

IT

2007IT06RPO008

14 875 831,63

0,00

14 875 831,63

0,00

14 875 831,63

14 892 251,54

–16 419,91

IT

2007IT06RPO009

60 723 392,33

0,00

60 723 392,33

0,00

60 723 392,33

60 723 392,32

0,01

IT

2007IT06RPO010

40 016 993,06

0,00

40 016 993,06

0,00

40 016 993,06

40 035 720,94

–18 727,88

IT

2007IT06RPO011

19 222 234,61

0,00

19 222 234,61

0,00

19 222 234,61

19 222 234,62

–0,01

IT

2007IT06RPO012

32 613 536,84

0,00

32 613 536,84

0,00

32 613 536,84

32 602 739,92

10 796,92

IT

2007IT06RPO013

11 109 497,71

0,00

11 109 497,71

0,00

11 109 497,71

11 119 712,94

–10 215,23

IT

2007IT06RPO014

75 991 925,10

0,00

75 991 925,10

0,00

75 991 925,10

75 991 929,04

–3,94

IT

2007IT06RPO015

5 204 470,01

0,00

5 204 470,01

0,00

5 204 470,01

5 204 785,07

– 315,06

IT

2007IT06RPO016

45 743 305,76

0,00

45 743 305,76

0,00

45 743 305,76

45 716 691,21

26 614,55

IT

2007IT06RPO017

36 465 237,59

0,00

36 465 237,59

0,00

36 465 237,59

36 471 789,20

–6 551,61

IT

2007IT06RPO018

108 454 120,77

0,00

108 454 120,77

0,00

108 454 120,77

108 454 118,88

1,89

IT

2007IT06RPO019

148 593 605,92

0,00

148 593 605,92

0,00

148 593 605,92

148 590 812,57

2 793,35

IT

2007IT06RPO020

182 492 616,15

0,00

182 492 616,15

0,00

182 492 616,15

182 474 322,38

18 293,77

IT

2007IT06RPO021

125 338 229,03

0,00

125 338 229,03

0,00

125 338 229,03

125 351 008,26

–12 779,23

LT

2007LT06RPO001

250 331 958,10

0,00

250 331 958,10

0,00

250 331 958,10

250 331 089,15

868,95

LU

2007LU06RPO001

14 372 057,06

0,00

14 372 057,06

0,00

14 372 057,06

14 370 260,82

1 796,24

LV

2007LV06RPO001

160 773 606,11

0,00

160 773 606,11

0,00

160 773 606,11

160 773 606,12

–0,01

MT

2007MT06RPO001

7 443 399,97

0,00

7 443 399,97

0,00

7 443 399,97

7 443 399,98

–0,01

NL

2007NL06RPO001

71 431 715,51

0,00

71 431 715,51

0,00

71 431 715,51

66 459 914,92

4 971 800,59

PL

2007PL06RPO001

1 767 669 474,27

0,00

1 767 669 474,27

0,00

1 767 669 474,27

1 767 674 596,24

–5 121,97

PT

2007PT06RAT001

482 463,98

0,00

482 463,98

0,00

482 463,98

482 463,79

0,19

PT

2007PT06RPO001

49 350 365,35

0,00

49 350 365,35

0,00

49 350 365,35

49 345 365,05

5 000,30

PT

2007PT06RPO002

415 832 265,62

0,00

415 832 265,62

0,00

415 832 265,62

415 470 614,22

361 651,40

PT

2007PT06RPO003

32 360 632,63

0,00

32 360 632,63

0,00

32 360 632,63

32 357 795,70

2 836,93

SE

2007SE06RPO001

285 178 854,27

0,00

285 178 854,27

0,00

285 178 854,27

285 178 869,38

–15,11

SI

2007SI06RPO001

110 663 629,82

0,00

110 663 629,82

0,00

110 663 629,82

110 663 644,28

–14,46

SK

2007SK06RPO001

347 822 075,60

0,00

347 822 075,60

0,00

347 822 075,60

347 822 127,98

–52,38

UK

2007UK06RPO001

446 707 437,91

0,00

446 707 437,91

0,00

446 707 437,91

448 240 156,90

–1 532 718,99

UK

2007UK06RPO002

37 210 456,03

0,00

37 210 456,03

0,00

37 210 456,03

37 139 112,17

71 343,86

UK

2007UK06RPO004

44 893 681,07

0,00

44 893 681,07

0,00

44 893 681,07

44 935 618,27

–41 937,20

ANNESS II

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2011 - FAEŻR

Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti u l-Programmi li għalihom il-kontijiet ġew mifruda u li huma soġġetti għal deċiżjoni dwar l-approvazzjoni aktar tard

Stat Membru

Aġenzija tal-Pagamenti

Programm

il-Ġermanja

Baden-Württemberg

2007DE06RPO003

Bayern

2007DE06RPO004

Rheinland-Pfalz

2007DE06RPO017

Thüringen

2007DE06RPO023

Franza

ODARC

2007FR06RPO002

ASP

2007FR06RPO001

ASP

2007FR06RPO003

ASP

2007FR06RPO004

ASP

2007FR06RPO005

ASP

2007FR06RPO006

ir-Rumanija

PARDF

2007RO06RPO001

Spanja

Andalucia

2007ES06RPO001

ir-Renju Unit

SGRPID

2007UK06RPO003


(1)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


8.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/44


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta' April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 110 tal-24 ta' April 2012 )

F'paġna 27, l-Appendiċi tal-Anness II għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Appendiċi

Identifikazzjoni tal-marki tal-karreġġata viżibbli

1.

Għall-iskop tal-proċeduri tat-test imsemmija fil-punti 2.2. u 2.5. tal-Anness II, il-wisa’ tal-karreġġata tat-test għandha tkun ta’ aktar minn 3,5 m.

2.

Jiġi assunt li l-marki viżibbli tal-karreġġata li huma identifikati fit-Tabella 1 huma bojod, sakemm mhux indikat mod ieħor f’dan l-Appendiċi.

3.

It-Tabella 1 għandha tintuża għall-approvazzjoni skont il-punti 2.2. u 2.5. tal-Anness II ma’ dan ir-Regolament

Tabella 1

Marki viżibbli tal-karreġġata identifikati

Image 4

DISINN

PAJJIŻ

WISA’

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug

Linja tan-nofs

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug

Linja tan-nofs

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin

Wisa’ tal-karreġġata

Wisa’ tal-karreġġata

Definizzjoni ta’ wisa’ tal-karreġġata għall-iskop ta’ dan ir-Regolament

20 cm

10 cm

20 cm

5 m

20 m

12 m

4 m

SPANJA

3 m

20 cm

10 cm

20 cm

L-ISVEZJA

9 m

IL-BELĠJU

30 cm

20 cm

30 cm

2,5 m

10 m

20 cm

15-il cm

20 cm

2 m

IR-RENJU UNIT

Awtostrada (*)

7 m

IR-RENJU UNIT

Toroq b’karreġġata doppja

10 cm jew 15-il cm jew 20 cm

15-il cm

10 cm jew 15-il cm jew 20 cm

2 m

7 m

Image 5

DISINN

PAJJIŻ

WISA’

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug

Linja tan-nofs

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug

Linja tan-nofs

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin

IR-RENJU UNIT

Toroq b’karreġġata waħda

(limitu tal-veloċità > 40 mph)

10 cm jew 15-il cm jew 20 cm

10 jew 15-il cm

10 cm jew 15-il cm jew 20 cm

3 m

6 m

ID-DANIMARKA

30 cm

15-il cm

30 cm

5 m

10 m

Il-PAJJIŻI L-BAXXI

15-il cm

10 cm

15-il cm

3 m

9 m

L-ITALJA

Sekondarji u Lokali

12 jew 15-il cm

10 jew 12-il cm

12 jew 15-il cm

3 m

4,5 m

L-ITALJA

Awtostrada

25 cm

15-il cm

25 cm

4,5 m

7,5 m

L-ITALJA

Prinċipali

25 cm

15i-il cm

25 cm

3 m

4,5 m

L-IRLANDA

15-il cm

10 cm

15-il cm

4 m

8 m

Image 6

DISINN

PAJJIŻ

WISA’

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug

Linja taċ-ċentru

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug

Linja taċ-ċentru

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin

12-il cm

12-il cm

12-il cm

3 m

IL-GREĊJA

9 m

20 cm

15-il cm

20 cm

4 m

IL-PORTUGALL

10 m

20 cm

10 cm

20 cm

3 m

IL-FINLANDJA

9 m

12-il cm

12-il cm

12 jew 25 cm

4 m

IL-ĠERMANJA

Sekondarji

8 m

15-il cm

15-il cm

30 cm

6 m

IL-ĠERMANJA

Awtostrada

12 m

22,5 cm

15-il cm

22,5 cm

3 m

39 m

FRANZA

Awtostrada (*)

10 m

13 m

Image 7

DISINN

PAJJIŻ

WISA’

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug

Linja tan-nofs

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug

Linja tan-nofs

Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin

FRANZA

Awtostradi

(4 karreġġati jew karreġġati 2x2)

22,5 u 37,5 cm

15-il cm

22,5 cm

3 m

3 m

3,5 m

10 m

FRANZA

(toroq oħra)

10 jew 12-il cm

15 jew 18-il cm

3 m

3 m

3,5 m

10 m

(*) Ħlief ċerti żoni (pereżempju: slip road, karreġġata għal vetturi li jimxu bil-mod …)”