ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.120.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 120

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
5 ta' Mejju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) ( 1 )

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/241/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Mejju 2012 li taħtar membru supplenti Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

14

 

 

2012/242/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Mejju 2012 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

15

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/638/UE tas-26 ta’ Settembru 2011 dwar il-punti ta’ referenza biex jiġu allokati lill-operaturi tal-ajruplani kwoti mingħajr ħlas ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 252, 28.9.2011 )

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 383/2012

tal-4 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/126/KE tipprovdi għal mudell komuni għal-liċenzji tas-sewqan li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri, u li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) fakultattiva.

(2)

L-introduzzjoni ta’ tali mikroċipp fil-liċenzja tas-sewqan tkun tippermetti lill-Istati Membri sabiex itejbu b’mod ulterjuri l-livell ta’ protezzjoni kontra l-frodi. Ipproċessar bħal dan ta’ dejta personali jrid jitwettaq skont ir-regoli tal-Unjoni, kif stabbilit, inter alia, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta] (2).

(3)

Sabiex ikunu żgurati l-interoperabilità u r-reżistenza adegwati kontra l-frodi, l-implimentazzjoni teknika tal-mikroċipp għandha tissodisfa ċerti rekwiżiti u standards, jekk l-Istati Membri jagħżlu li jintroduċuha fil-liċenzja tas-sewqan.

(4)

Il-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE xierqa sabiex jiġi vverifikat li jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti. Il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ma għandhiex tapplika għal liċenzji tas-sewqan li ma jinkludux mikroċipp.

(5)

Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp għandhom ikunu bbażati fuq standards tekniċi li jkun sar qbil fuqhom fuq livell internazzjonali, b’mod partikolari l-istandardISO/IEC 18013 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardazzjoni/Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (ISO/IEC — International Standardization Organization/International Electrotechnical Commission), li jistabbilixxi qafas għall-format tad-disinn u l-kontenut tad-dejta ta’ liċenzja tas-sewqan konformi mal-ISO.

(6)

Il-miżuri speċifikati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-liċenzji tas-sewqan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp maħruġa b’konformità mad-Direttiva 2006/126/KE.

Artikolu 2

Rekwiżiti ġenerali

1.   Il-mikroċipp u d-dejta li tkun fil-mikroċipp, inkluża kull informazzjoni fakultattiva jew addizzjonali, għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   Il-mikroċipp għandha taħżen id-dejta armonizzata tal-liċenzja tas-sewqan imsemmija fl-Anness I, Paragrafu I.2.1.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni qabel ma jaħżnu fuq il-mikroċipp ta’ liċenzja tas-sewqan kwalunkwe tip ta’ dejta addizzjonali msemmija fl-Anness I, Paragrafu I.2.2.

Artikolu 3

Standards applikabbli

Il-lista ta’ standards applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp hija stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Proċedura għal approvazzjoni tat-tip tal-UE

Liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp għandhom ikunu soġġetti għal Proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Meta d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jkunu ġew sodisfatti fir-rigward ta’ liċenzja tas-sewqan li tinkludi mikroċipp skont l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu.

2.   Fejn dan ikun neċessarju, b’mod partikolari sabiex tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jista’ jirtira approvazzjoni tat-tip tal-UE li jkun ħareġ.

3.   Iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE u n-notifika tal-irtirar tagħhom għandhom jikkonformaw mal-mudell stabbilit fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiġi informata biċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE maħruġin jew irtirati. F’każ ta’ rtirar, trid tingħata raġuni dettaljata.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bi kwalunkwe rtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE.

5.   Ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE maħruġin mill-Istati Membri għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod reċiproku.

Artikolu 6

Punti ta’ kuntatt waħdanin

1.   Kull Stat Membru għandu jagħżel awtorità jew korp sabiex jaġixxu bħala punt ta’ kuntatt waħdieni għal informazzjoni relatata mal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp. Il-punt ta’ kuntatt waħdieni għandu jieħu miżuri adegwati rigward il-protezzjoni tad-dejta.

2.   Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt waħdieni magħżul skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla dwar dan.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri lista ta’ punti ta’ kuntatt waħdanin maħturin u tibqa’ taġġorna l-lista.

Artikolu 7

Klawsola ta’ salvagwardja

1.   Fejn Stat Membru jiskopri b’ċertezza li numru sinifikanti ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp jinstabu b’mod ripetut li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jikkomunika din l-informazzjoni lill-punti ta’ kuntatt waħdanin kollha, lill-Awtorità Superviżorja kif speċifikat fid-Direttiva 95/46/KE u lill-Kummissjoni. Għandu jiġi indikat kemm in-numru rilevanti ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE marbut ma’ dawn il-liċenzji tas-sewqan kif ukoll deskrizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità.

2.   L-Istat Membru li ħareġ dawn il-liċenzji tas-sewqan għandu jinvestiga l-problema minnufih u jieħu l-azzjoni korrettiva xierqa, inkluż l-irtirar taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE, fejn dan ikun neċessarju.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.

(2)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


ANNESS I

Rekwiżiti ġenerali għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp

Ir-rekwiżiti ġenerali għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp deskritti f’dan l-Anness huma bbażati fuq standards internazzjonali, b’mod partikolari fuq l-istandards tas-serje ISO/IEC 18013. Dawn ikopru:

l-ispeċifikazzjonijiet għall-mikroċipp u l-istruttura tad-dejta loġika fuq il-mikroċipp,

l-ispeċifikazzjonijiet għal dejta armonizzata u addizzjonali li trid tinħażen, u

l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-mekkaniżmi ta’ protezzjoni tad-dejta għal dejta maħżuna b’mod diġitali fuq il-mikroċipp.

I.1.   ABBREVJAZZJONIJIET

Abbrevjazzjoni

Tifsira

AID

Identifikatur tal-Applikazzjoni (“Application Identifier”)

BAP

Protezzjoni tal-Aċċess Bażiku (“Basic Access Protection”)

DG

Grupp ta’ Dejta (“Data Group”)

EAL 4+

Livell 4 Miżjud tal-Garanzija tal-Evalwazzjoni (“Evaluation Assurance Level 4 Augmented”)

EF

Fajl Elementari (“Elementary File”)

EFID

Identifikatur tal-Fajls Elementari (“Elementary File Identifier”)

eMRTD

Dokumenti tal-Ivjaġġar li Jistgħu Jinqraw mill-Magni (“Machine Readable Travel Documents”)

ICC

Karta ta’ Ċirkwit Integrat (“Integrated Circuit Card”)

ISO

Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali (“International Standard Organisation”)

LDS

Struttura tad-Dejta Loġika

PICC

Karta taċ-Ċirkwit Integrat tal-Prossimità (“Proximity Integrated Circuit Card”)

PIX

Estensjoni tal-Identifikatur tal-Applikazzjoni Proprjetarja (“Proprietary Application Identifier Extension”)

RID

Identifikatur tal-Applikazzjonijiet Reġistrati (“Registered Application Identifier”)

SOd

Oġġett tas-Sigurtà tad-Dokumenti (“Document Security Object”)

I.2.   DEJTA MAĦŻUNA FUQ IL-MIKROĊIPP

I.2.1.   Dejta mandatorja u fakultattiva arominizzata tal-liċenzja tas-sewqan

Il-mikroċipp għandha taħżen id-dejta armonizzata tal-liċenzja tas-sewqan speċifikata fl-Anness I, Paragrafu 3, għad-Direttiva 2006/126/KE. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li fil-liċenzja tas-sewqan jinkludi elementi tad-dejta mmarkati bħala fakultattivi fl-Anness I, Paragrafu 3, tad-Direttiva 2006/126/KE, dawn l-elementi għandhom jinħażnu fil-mikroċipp.

I.2.2.   Dejta addizzjonali

Wara li jikkonsultaw mal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jaħżnu dejta addizzjonali, diment li din ma xxekkel bl-ebda mod l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/126/KE.

L-Istati Membri li għandhom il-ħsieb li jintroduċu dejta addizzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar it-tip ta’ dejta addizzjonali u r-raġunijiet għall-ħżin ta’ dejta bħal din fuq il-mikroċipp. Il-Kummissjoni għandha teżamina din l-informazzjoni u, fejn xieraq, tipprovdi opinjoni fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE. Fl-opinjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tindika wkoll l-opinjoni tagħha, fejn xieraq, dwar jekk id-dejta addizzjonali għandhiex tinħażen fl-applikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE jew inkella f’applikazzjoni oħra.

I.3.   MIKROĊIPP

I.3.1.   Tip ta’ mezzi għall-ħażna

Il-mezzi għall-ħażna għad-dejta tal-liċenzja tas-sewqan għandha tkun mikroċipp b’interface b’kuntatt, mingħajr kuntatt, jew inkella b’kuntatt kombinat u mingħajr kuntatt (doppju), kif speċifikat fl-Anness II, il-punt 1 ta’ dan ir-Regolament.

I.3.2.   Applikazzjonijiet

Id-dejta kollha fuq il-mikroċipp għandha tinħażen f’applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet kollha fuq il-mikroċipp għandhom jiġu identifikati minn kodiċi uniku msejjaħ Identifikatur tal-Applikazzjoni (AID) kif speċifikat fl-Anness II, il-punt 2.

I.3.2.1.   Applikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE

Dejta mandatorja u fakultattiva tal-liċenzja tas-sewqan għandha tinħażen fl-applikazzjoni ddedikata tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE. L-AID għall-applikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE għandu jkun:

A0 00 00 04 56 45 44 4C 2D 30 31 ’,

li huwa magħmul minn:

l-Identifikatur tal-Applikazzjonijiet Reġistrati (RID) għall-Kummissjoni Ewropea: ‘ A0 00 00 04 56 ’,

l-Estensjoni tal-Identifikatur tal-Applikazzjoni Proprjetarja (PIX) għall-applikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE: ‘ 45 44 4C 2D 30 31 ’ (“EDL-01”).

Id-dejta għandha tinqasam fi Gruppi ta’ Dejta (DGs) bħala parti minn Struttura tad-Dejta Loġika (LDS).

Id-DGs għandhom jinħażnu bħala Fajls Elementari (EFs) fl-applikazzjoni tal-liċenzja tas-Sewqan tal-UE, u għandhom ikunu protetti skont l-Anness II, punt 3.

I.3.2.2.   Applikazzjonijiet Oħra

Dejta addizzjonali oħra għandha tinħażen f’applikazzjoni ddedikata waħda jew aktar, apparti fl-applikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE. Kull applikazzjoni bħal din għandha tiġi identifikata b’AID uniku.

I.4.   STRUTTURA TAD-DEJTA LOĠIKA TAL-APPLIKAZZJONI TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-UE

I.4.1.   Struttura tad-Dejta Loġika

Id-dejta tal-liċenzja tas-sewqan għandha tinħażen fuq il-mikroċipp fi Struttura tad-Dejta Loġika (LDS) speċifikata fl-Anness II, punt 4. Dan il-paragrafu jispeċifika rekwiżiti addizzjonali għad-DGs mandatorji, fakultattivi u addizzjonali.

Kull DG għandu jinħażen f’EF wieħed. L-EFs li għandhom jintużaw għall-applikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE għandhom jiġu identifikati bl-Identifikaturi tal-Fajls Elementari (EFIDs) u b’identifikaturi tal-EFs Qosra kif speċifikat fl-Anness II, punt 5.

I.4.2.   Gruppi ta’ Dejta Mandatorja

L-elementi ta’ dejta mandatorja u fakultattiva għandhom jinħażnu fid-DGs li ġejjin:

DG 1: l-elementi ta’ dejta mandatorja u fakultattiva kollha kif stampati fuq id-dokument, għajr l-istampa tal-wiċċ u l-istampa tal-firma,

DG 5: stampa tal-firma tad-detentur tal-liċenzja,

DG 6: stampa ta’ wiċċ id-detentur tal-liċenzja,

Id-dejta tad-DG 1 għandha tkun strutturata kif speċifikat fil-paragrafu I.6 ta’ dan l-Anness u kif speċifikat fl-Anness II, punt 6. Id-dejta li tinstab f’DGs oħrajn għandha tinħażen skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness II kif speċifikat fl-Anness II, punt 7.

I.4.3.   Gruppi ta’ Dejta Addizzjonali

L-elementi ta’ dejta addizzjonali għandhom jinħażnu fid-DGs li ġejjin:

DG 2: dettalji dwar id-detentur tal-liċenzja, minbarra d-dejta bijometrika,

DG 3: dettalji dwar l-awtorità emittenti,

DG 4: stampa tar-ritratt,

DG 7: dejta bijometrika rigward il-marki tas-swaba’ tad-detentur tal-liċenzja,

DG 8: dejta bijometrika rigward l-iris tad-detentur tal-liċenzja,

DG 11: dettalji oħrajn, bħall-isem sħiħ tad-detentur bil-karattri nazzjonali.

Id-dejta li tinstab f’dawn id-DGs għandha tinħażen skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness II, punt 8.

I.5.   MEKKANIŻMI TA’ PROTEZZJONI TAD-DEJTA

Għandhom jintużaw mekkaniżmi xierqa għall-validazzjoni tal-awtentiċità u l-integrità tal-mikroċipp u tad-dejta li jkun fiha u għal-limitazzjoni tal-aċċess għad-dejta tal-liċenzja tas-sewqan.

Id-dejta fuq il-mikroċipp għandha tiġi protetta skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, punt 3. Dan il-paragrafu jispeċifika rekwiżiti addizzjonali li jrid ikun hemm konformità magħhom.

I.5.1.   Verifika tal-Awtentiċità

I.5.1.1.   Awtentikazzjoni Passiva Mandatorja

Id-DGs kollha maħżuna fl-applikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE għandhom jiġu protetti b’awtentikazzjoni passiva.

Dejta relatata mal-awtentikazzjoni passiva għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Anness II, punt 9.

I.5.1.2.   Awtentikazzjoni Attiva Fakultattiva

Il-mekkaniżmi ta’ Awtentikazzjoni Attiva Fakultattiva għandhom jiġu applikati sabiex ikun żgurat li l-mikroċipp oriġinali ma ġietx sostitwita.

I.5.2.   Restrizzjoni tal-Aċċess

I.5.2.1.   Protezzjoni Mandatorja tal-Aċċess Bażiku

Il-mekkaniżmu ta’ Protezzjoni tal-Aċċess Bażiku (BAP) għandu jiġi applikat għad-dejta kollha fl-applikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE. Fl-interess tal-interoperabilità ma’ sistemi eżistenti bħal dik li tuża Dokumenti tal-Ivjaġġar li Jistgħu Jinqraw mill-Magni (eMRTD), l-użu tal-Qasam li jista’ Jinqara mill-Magni b’linja waħda (MRZ — “Machine Readable Zone”) huwa mandatorju, kif speċifikat fl-Anness II, punt 10.

Iċ-ċavetta tad-dokument Kdoc użata sabiex ikun jista’ jsir aċċess għaċ-ċippa huwa ġġenerat mill-MRZ b’linja waħda, li jista’ jiddaħħal jew b’mod manwali jew inkella billi jintuża apparat b’funzjoni ta’ Rikonoxximent Ottiku tal-Karattri (OCR reader — “Optical Character Recognition”). Għandha tiġi applikata l-konfigurazzjoni tal-BAP 1 definita għal MRZ b’linja waħda kif speċifikat fl-Anness II, punt 10.

I.5.2.2.   Kontroll tal-Aċċess Estiż Kundizzjonali

Meta dejta aktar sensittiva tinħażen fuq il-mikroċipp, l-aċċess għal dejta bħal din għandu jiġi limitat permezz ta’ miżuri addizzjonali.

Il-mekkaniżmi ta’ Kontroll tal-Aċċess Estiż għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness II, punt 11.

I.5.3.   Infrastruttura taċ-Ċavetta Pubblika (PKI – “Public Key Infrastructure”) għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp

Il-punt ta’ kuntatt waħdieni definit fl-Artikolu 6 għandu jistabbilixxi l-arranġamenti nazzjonali neċessarji għall-ġestjoni taċ-Ċavetta Pubblika, skont l-Anness A tal-istandard 18013_3 tal-ISO.

I.6.   PREŻENTAZZJONI TAD-DEJTA

I.6.1.   Ifformattjar tad-dejta f’DG 1

Tag

L

Valur

Kodifikazzjoni

M/O

61

V

Elementi tad-dejta tad-DG1 (inkapsulati)

 

 

 

 

Tag

L

Valur

 

 

 

 

5F 01

V

Numru ta’ approvazzjoni tat-tip

ans

M

 

 

5F 02

V

Oġġett tad-dejta mibni ta’ elementi tad-dejta demografika

 

M

 

 

 

 

Tag

L

Valur

 

 

 

 

 

 

5F 03

3

Stat Membru emittenti

a3

M

 

 

 

 

5F 04

V

Kunjom(ijiet) id-detentur

as

M

 

 

 

 

5F 05

V

Isem/Ismijiet ieħor/oħrajn tad-detentur

as

M

 

 

 

 

5F 06

4

Data tat-twelid (jjxxssss)

n8

M

 

 

 

 

5F 07

V

Post tat-twelid

ans

M

 

 

 

 

5F 08

3

Nazzjonalità

a3

O

 

 

 

 

5F 09

1

Sess

M/F/U

O

 

 

 

 

5F 0 A

4

Data tal-ħruġ tal-liċenzja (jjxxssss)

n8

M

 

 

 

 

5F 0B

4

Data ta’ skadenza tal-liċenzja (jjxxssss)

n8

M

 

 

 

 

5F 0C

V

Awtorità emittenti

ans

M

 

 

 

 

5F 0D

V

Numru amministrattiv (minbarra n-numru tad-dokument)

ans

O

 

 

 

 

5F 0E

V

In-numru tad-dokument

an

M

 

 

 

 

5F 0F

V

Post ta’ residenza, jew indirizz postali permanenti

ans

O

 

 

7F 63

V

Oġġett tad-dejta mibni ta’ kategoriji ta’ vetturi/restrizzjonijiet/kundizzjonijiet

 

M

 

 

 

 

Tag

L

Valur (kodifikat kif definit hawn taħt)

 

 

 

 

 

 

02

1

Numru ta’ kategoriji/restrizzjonijiet/kundizzjonijiet

N

M

 

 

 

 

87

V

Kategorija/restrizzjoni/kundizzjoni

ans

M

 

 

 

 

87

V

Kategorija/restrizzjoni/kundizzjoni

ans

O

 

 

 

 

 

 

 

 

87

V

Kategorija/restrizzjoni/kundizzjoni

ans

O

I.6.2.   Format tar-rekord loġiku

Il-kategoriji rigward vetturi, restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet għandhom jiġu kkompilati f’oġġett tad-dejta li jsegwi l-istruttura speċifikata fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tal-kategorija tal-vettura

Data ta’ ħruġ

Data ta’ skadenza

Kodiċi

Sinjal

Valur

fejn:

il-kodiċi tal-kategorija tal-vettura għandu jiġi ppreżentat kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/126/KE (pereżempju, AM, A1, A2, A, B1, B, eċċ.),

id-data ta’ ħruġ għandha tiġi ppreżentata fil-format JJXXSSSS (il-jum f’żewġ ċifri segwit mix-xahar b’żewġ ċifri segwit mis-sena b’erba’ ċifri) għall-kategorija tal-vettura,

id-data ta’ skadenza għandha tiġi ppreżentata fil-format JJXXSSSS (il-jum f’żewġ ċifri segwit mix-xahar b’żewġ ċifri segwit mis-sena b’erba’ ċifri) għall-kategorija tal-vettura,

il-kodiċi, is-sinjal u l-valur jirreferu għal informazzjoni addizzjonali jew restrizzjonijiet relatati mal-kategorija tal-vettura jew mas-sewwieq.


ANNESS II

Lista ta’ standards applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna

Punt

Suġġett

Rekwiżit

Applikabbli għal

1

Interface, organizzazzjoni u kmandi tal-mezzi għall-ħażna

Serje 7816 tal-ISO/IEC (kuntatt), serje 14443 tal-ISO/IEC (mingħajr kuntatt) kif imsemmi fl-ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C

Anness I, paragrafu I.3.1

2

Identifikatur tal-Applikazzjonijiet

ISO/IEC 7816-5:2004

Anness I, paragrafu I.3.2

3

Mekkaniżmi ta’ protezzjoni tad-dejta

ISO/IEC 18013-3:2009

Anness I, paragrafu I.3.2.1

Anness I, paragrafu I.5

4

Struttura tad-Dejta Loġika

ISO/IEC 18013-2:2008

Anness I, paragrafu I.4.1

5

Identifikaturi ta’ Fajls Elementari

ISO/IEC 18013-2:2008 Tabella C.2

Anness I, paragrafu I.4.1

6

Preżentazzjoni tad-dejta għad-DG 1

ISO 18013-2:2008, Anness C.3.8

Anness I, paragrafu I.4.2

Anness I, paragrafu I.6.1

7

Preżentazzjoni tad-dejta mandatorja għad-DG 5 u d-DG 6

ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C.6.6 and Annex C.6.7, l-istampa tal-wiċċ u l-istampa tal-firma li jridu jinħażnu fil-format JPEG jew JPEG2000

Anness I, paragrafu I.4.2

8

Preżentazzjoni tad-dejta fakultattiva u addizzjonali

ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C

Anness I, paragrafu I.4.3

9

Awtentikazzjoni passiva

ISO/IEC 18013-3:2009, paragrafu 8.1, dejta trid tinħażen fl-EF.L-SOd (“Document Security Object” — Oġġett tas-Sigurtà tad-Dokumenti) fl-LDS

Anness I, paragrafu I.5.1.1

10

Restrizzjoni tal-aċċess bażiku

ISO/IEC 18013-3:2009 u l-Emenda 1 tiegħu

Anness I, paragrafu I.5.2.1

Konfigurazzjoni tar-restrizzjoni tal-aċċess bażiku

ISO/IEC 18013-3:2009, Anness B.8

11

Restrizzjoni tal-aċċess estiż

Linja Gwida Teknika TR-03110, Mekkaniżmi Avvanzati ta’ Sigurtà għal Dokumenti tal-Ivjaġġar li Jistgħu Jinqraw mill-Magni – Kontroll tal-Aċċess Estiż (EAC – “Extended Access Control”), Verżjoni 1.11

Anness I, paragrafu I.5.2.2

12

Metodi ta’ ttestjar

ISO 18013-4:2011

Anness III, Paragrafu III.1

13

Ċertifikat tas-sigurtà

Livell 4 Miżjud tal-Garanzija tal-Evalwazzjoni (EAL 4+) jew ekwivalenti

Anness III, paragrafu III.2

14

Ċertifikat funzjonali

Ittestjar tal-ismart card skont is-serje 10373 tal-ISO

Anness III, paragrafu III.3


ANNESS III

Proċedura għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp

III.1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Il-manifatturi li japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp għandhom jippreżentaw ċertifikat tas-sigurtà u ċertifikat funzjonali.

Kull modifika maħsuba għall-proċess ta’ produzzjoni, inkluż fis-softwer, għandha tkun soġġetta għal notifika minn qabel lill-awtorità li approvat l-approvazzjoni tat-tip. L-awtorità tista’ teħtieġ informazzjoni u testijiet ulterjuri qabel ma taċċetta l-modifika.

It-testijiet għandhom isegwu l-metodi stabbiliti fil-punt 12 tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

III.2.   ĊERTIFIKAT TAS-SIGURTÀ

Għall-evalwazzjoni tas-sigurtà, il-mikroċipps tal-liċenzja tas-sewqan għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji speċifikati fl-Anness II, punt 13.

Ċertifikat tas-sigurtà għandu jingħata biss wara evalwazzjoni li tipprova l-abbiltà tal-mikroċipp sabiex tiflaħ għal tentattivi ta’ tbagħbis jew modifikar tad-dejta.

III.3.   ĊERTIFIKAT FUNZJONALI

L-evalwazzjoni funzjonali tal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp għandha tiġi ttestjata fil-laboratorju skont il-kriterji speċifikati fl-Anness II, punt 14.

L-Istati Membri li jintegraw mikroċipp fuq il-liċenzji tas-sewqan għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-istandards funzjonali rilevanti u mar-rekwiżiti tal-Anness I.

Ċertifikat funzjonali għandu jingħata lill-manifattur ladarba:

ikun hemm ċertifikat validu tas-sigurtà għall-mikroċipp,

tintwera l-konformità mar-rekwiżiti tal-Anness II, u

jgħaddi b’suċċess mit-testijiet funzjonali.

L-awtorità rilevanti tal-Istat Membru hija responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikat funzjonali. Iċ-ċertifikat funzjonali għandu jindika l-identità tal-awtorità emittenti, l-identità tal-applikant, l-identifikazzjoni tal-mikroċipp u lista dettaljata tat-testijiet u r-riżultati tagħhom.

III.4.   ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

III.4.1.   Ċertifikat tal-mudell

L-Istati Membri għandhom jagħtu ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE wara l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tas-sigurtà u ċ-ċertifikat funzjonali kif speċifikat f’dan l-Anness. Ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jikkonformaw mal-mudell fl-Anness IV.

III.4.2.   Sistema ta’ enumerazzjoni

Is-sistema ta’ enumerazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tkun magħmula minn:

(a)

L-ittra ‘e’ segwita minn numru li jiddistingwi l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1

għall-Ġermanja

2

għal Franza

3

għall-Italja

4

għall-Pajjiżi l-Baxxi

5

għall-Isvezja

6

għall-Belġju

7

għall-Ungerija

8

għar-Repubblika Ċeka

9

għal Spanja

11

għar-Renju Unit

12

għall-Awstrija

13

għal-Lussemburgu

17

għall-Finlandja

18

għad-Danimarka

19

għar-Rumanija

20

għall-Polonja

21

għall-Portugall

23

għall-Greċja

24

għall-Irlanda

26

għas-Slovenja

27

għas-Slovakkja

29

għall-Estonja

32

għal-Latvja

34

għall-Bulgarija

36

għal-Litwanja

49

għal Ċipru

50

għal Malta;

(b)

L-ittri DL preċeduti minn sing u segwiti miż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament jew lill-aħħar emenda teknika kbira għal dan ir-Regolament. In-numru ta’ sekwenza għal dan ir-Regolament huwa 00;

(c)

Numru ta’ identifikazzjoni uniku għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE attribwit mill-Istat Membru emittenti.

Eżempju tas-sistema ta’ enumerazzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE: e50-DL00 12345

In-numru ta’ approvazzjoni għandu jinħażen fuq il-mikroċipp fid-DG 1 għal kull liċenzja tas-sewqan li jkun fiha mikroċipp bħal din.


ANNESS IV

Mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE li jikkonċerna l-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp

Isem l-awtorità kompetenti: …

Notifika li tikkonċerna (1):

l-approvazzjoni 

l-irtirar tal-approvazzjoni 

ta’ Liċenzja tas-Sewqan tal-UE li tinkludi mikroċipp

Approvazzjoni Nru: …

1.

Marka tal-fabbrika jew marka kummerċjali: …

2.

Isem il-mudell: …

3.

Isem il-manifattur jew tar-rappreżentat tiegħu, fejn applikabbli: …

4.

Indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentat tiegħu, fejn applikabbli: …

5.

Rapporti tat-testijiet fil-laboratorju:

5.1

Nru taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà: … Data: …

Maħruġ minn: …

5.2

Nru taċ-Ċertifikat Funzjonali: … Data: …

Maħruġ minn: …

6.

Data tal-approvazzjoni: …

7.

Data tal-irtirar tal-approvazzjoni: …

8.

Post: …

9.

Data: …

10.

Dokumenti deskrittivi fl-Anness: …

11.

Firma: …

(1)  Immarka l-kaxxa rilevanti.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 384/2012

tal-4 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

64,2

TN

124,7

TR

139,8

US

39,7

ZZ

92,1

0707 00 05

JO

225,1

TR

130,3

ZZ

177,7

0709 93 10

JO

225,1

MA

29,9

TR

123,3

ZZ

126,1

0805 10 20

EG

49,5

IL

69,7

MA

52,4

TN

116,7

ZZ

72,1

0805 50 10

TR

53,0

ZA

91,9

ZZ

72,5

0808 10 80

AR

95,0

BR

85,5

CA

148,4

CL

93,6

CN

82,4

MK

31,8

NZ

124,0

US

155,8

ZA

85,3

ZZ

100,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Mejju 2012

li taħtar membru supplenti Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/241/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u t-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Josef MARTINZ, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

is-Sur Achill RUMPOLD, Mitglied der Landesregierung des Bundeslandes Kärnten.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Mejju 2012

li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/242/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Timoteo MARTÍNEZ AGUADO sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura María del Mar ESPAÑA MARTÍ, Viceconsejera de la Consejería de Presidencia y Administraciones Públicas de la Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Rettifika

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/16


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/638/UE tas-26 ta’ Settembru 2011 dwar il-punti ta’ referenza biex jiġu allokati lill-operaturi tal-ajruplani kwoti mingħajr ħlas ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 252 tat-28 ta’ Settembru 2011 )

F’paġna 20, fl-Artikolu 1(1) u (2):

minflok:

“il-punt ta’ referenza”,

aqra:

“il-punt ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 3e(3)(e)”;

F’paġna 20, fl-Artikolu 1(2):

minflok:

“0,000642186914222035 kwota għal kull tunnellata kilometru”,

aqra:

“0,00513749531377628 kwota għal kull tunnellata-kilometru, ekwivalenti għal 0,000642186914222035 kwota għal kull tunnellata-kilometru fis-sena”.