|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.117.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2012/231/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2012/232/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2012/233/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2012/234/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2012/235/UE |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ April 2012
dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994
(2012/231/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 bil-għan li jiġu nnegozjati mill-ġdid il-konċessjonijiet dwar il-linji tariffarji għal-laħam tat-tjur taħt il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) (minn hawn ’il quddiem “NM”). |
|
(2) |
Dawk in-negozjati wasslu għal Ftehimiet fil-forma ta’ skambji ta’ ittri inizjalati mat-Tajlandja fit-22 ta’ Novembru 2011 u mal-Brażil fis-7 ta’ Diċembru 2011 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehimiet”). |
|
(3) |
Il-Ftehimiet għandhom jiġu ffirmati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw f’isem l-Unjoni Ewropea l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994 (2).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ April 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) It-testi tal-Ftehimiet se jiġu ppubblikati flimkien mad-Deċiżjonijiet dwar il-konklużjoni tagħhom.
REGOLAMENTI
|
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 372/2012
tat-30 ta’ April 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
JO |
98,8 |
|
MA |
61,9 |
|
|
TN |
124,7 |
|
|
TR |
115,6 |
|
|
ZZ |
100,3 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
225,1 |
|
TR |
129,4 |
|
|
ZZ |
177,3 |
|
|
0709 93 10 |
JO |
225,1 |
|
MA |
29,9 |
|
|
TR |
144,1 |
|
|
ZZ |
133,0 |
|
|
0805 10 20 |
CL |
48,2 |
|
EG |
61,3 |
|
|
IL |
70,4 |
|
|
MA |
59,1 |
|
|
TN |
116,7 |
|
|
ZA |
40,1 |
|
|
ZZ |
66,0 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
58,4 |
|
ZA |
91,9 |
|
|
ZZ |
75,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
87,0 |
|
BR |
80,8 |
|
|
CL |
93,9 |
|
|
CN |
82,3 |
|
|
MK |
31,8 |
|
|
NZ |
128,7 |
|
|
US |
158,7 |
|
|
ZA |
89,7 |
|
|
ZZ |
94,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 373/2012
tat-30 ta’ April 2012
li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Mejju 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda. |
|
(5) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Mejju 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS I
Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2012
|
Kodiċi NM |
Isem tal-merkanzija |
Dazju għall-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 19 00 1001 11 00 |
QAMĦ durum ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
ex 1001 91 20 |
QAMĦ komuni, għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 99 00 |
QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ |
0,00 |
|
1002 10 00 1002 90 00 |
SEGALA |
0,00 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi |
0,00 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2) |
0,00 |
|
1007 10 90 1007 90 00 |
SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ |
0,00 |
(1) L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:
|
— |
3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez, |
|
— |
2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.
ANNESS II
Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I
16.4.2012-27.4.2012
|
(1) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(1) Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(2) Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(3) Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
DEĊIŻJONIJIET
|
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/7 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta' April 2012
li tawtorizza lir-Rumanija biex tapplika miżuri ta' deroga mill-Artikolu 26(1)(a) u l-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
(2012/232/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-27 ta’ Settembru 2011 ir-Rumanija talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżuri speċjali li jirrigwardaw xi vetturi tat-triq bil-magna b’deroga minn dawk id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw id-dritt ta’ persuna taxxabbli li tnaqqas il-VAT mħallsa fuq ix-xiri ta’ prodotti u servizzi u minn dawk id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu li t-taxxa tiġi ddikjarata fir-rigward tal-assi tan-negozju li jintużaw għal skopijiet personali. |
|
(2) |
B’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, permezz ta' ittra datata l-1 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn bit-talba tar-Rumanija. Permezz ta' ittra datata l-5 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Rumanija li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba. |
|
(3) |
L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE jistabbilixxi d-dritt ta' persuna taxxabbli li tnaqqas il-VAT imħallsa fuq il-prodotti u s-servizzi li tkun irċeviet għall-iskop tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha. Il-punt (a) tal-Artikolu 26(1) ta’ dik id-Direttiva fih rekwiżit li l-VAT tiġi ddikjarata meta xi assi ta’ negozju jintuża għal skopijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-impjegati tagħha jew, b’mod iktar ġenerali, għal skopijiet oħrajn mhux relatati man-negozju. |
|
(4) |
Huwa diffiċli li jiġi identifikat preċiżament l-użu privat ta' vetturi, u anki meta dan ikun possibbli, il-mekkaniżmu meħtieġ spiss joħloq piż kbir. Skont il-miżuri mitluba, l-ammont ta' VAT fuq in-nefqa eliġibbli għat-tnaqqis fir-rigward ta’ vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx esklużivament għal skopijiet kummerċjali għandu jkun stabbilit f'rata perċentwali fissa, b'xi eċċezzjonijiet. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, ir-Rumanija temmen li rata ta' 50 % hija ġustifikabbli. Fl-istess ħin, biex ikun evitat l-intaxxar doppju, għandu jkun sospiż l-obbligu li tiġi ddikjarata l-VAT fuq l-użu privat ta' vetturi tat-triq bil-magna, meta din tkun soġġetta għal din ir-restrizzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jkunu ġġustifikati mill-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-proċedura ta' ħlas tal-VAT u li titwaqqaf l-evażjoni tat-taxxa li ssir permezz ta' kontabilità ħażina u dikjarazzjonijiet fiskali foloz. |
|
(5) |
Ir-restrizzjoni għad-dritt ta’ tnaqqis permezz ta’ miżuri speċjali għandha tapplika għall-VAT imħallsa fuq ix-xiri, l-akkwisti intra-Komunitarji, l-importazzjoni, il-kiri jew leasing ta' vetturi tat-triq bil-magna speċifikati u fuq in-nefqa marbuta magħhom, inkluż ix-xiri ta' fjuwil. |
|
(6) |
Ċerti tipi ta’ vetturi tat-triq bil-magna għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri speċjali, peress li minħabba n-natura tagħhom jew it-tip ta' negozju li għalih jintużaw, kwalunke użu privat tagħhom jitqies negliġibbli. Għaldaqstant, il-miżuri speċjali m’għandhomx japplikaw għal vetturi li jkollhom iktar minn disa' postijiet (inkluż is-sewwieq) jew b’piż massimu meta mgħobbija ta’ iktar minn 3 500 kilogramma. Barra minn hekk, trid tiġi pprovduta lista dettaljata tat-tipi speċifiċi ta’ vetturi esklużi minn dik ir-restrizzjoni, skont l-użu partikolari tagħhom. |
|
(7) |
Dawn il-miżuri ta' deroga għandu jkollhom limitu ta' żmien biex ikun possibbli li ssir valutazzjoni tal-effettività tagħhom u tal-perċentwali xierqa, u dan peress li l-perċentwali proposta hija msejsa fuq it-tagħrif inizjali dwar l-użu kummerċjali. |
|
(8) |
Fejn ir-Rumanija tqis li tkun meħtieġa estensjoni tal-miżuri ta' deroga, għandu jitressaq rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, li jkun jinkludi reviżjoni tal-perċentwali applikata flimkien mat-talba għal estensjoni f'waqtha. |
|
(9) |
Fid-29 ta' Ottubru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta (2) għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE, issa d-Direttiva 2006/112/KE, li tinkludi l-armonizzazzjoni tal-kategoriji ta’ infiq li għalihom jistgħu japplikaw l-esklużjonijiet mid-dritt tat-tnaqqis. Skont dik il-proposta, l-esklużjonijiet mid-dritt tat-tnaqqis jistgħu jiġu applikati għal vetturi tat-triq bil-magna. Il-miżuri ta’ deroga previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiskadu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ tali Direttiva li temenda, jekk dik id-data tasal qabel id-data ta’ skadenza prevista f’din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Id-deroga se jkollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta’ dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha effett fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mit-taxxa fuq il-valur miżjud, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, b'dan ir-Rumanija qed tingħata l-awtorizzazzjoni biex tillimita sa 50 % d-dritt ta' tnaqqis tal-VAT fuq ix-xiri, l-akkwisti intra-Komunitarji, l-importazzjoni, il-kiri jew il-leasing ta' vetturi tat-triq bil-magna kif ukoll tal-VAT imħallsa fuq in-nefqa marbuta magħhom, meta dawn il-vetturi ma jintużawx esklużivament għal skop kummerċjali.
Ir-restrizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu ma tapplikax għal vetturi tat-triq bil-magna li jkollhom piż massimu, meta mgħobbija, ta’ iktar minn 3 500 kilogramma jew li jkollhom iktar minn disa’ postijiet inkluż il-post tas-sewwieq.
Artikolu 2
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 m’għandux japplika għall-kategoriji ta’ vetturi tat-triq bil-magna li ġejjin:
|
(a) |
vetturi użati esklużivament għal servizzi ta’ emerġenza, għas-sigurtà, għas-servizzi ta' protezzjoni u tal-kurjer; |
|
(b) |
vetturi użati mill-aġenti inkarigati mill-bejgħ jew mill-aġenti inkarigati mix-xiri; |
|
(c) |
vetturi użati għat-trasport ta’ passiġġieri bi ħlas, inklużi s-servizzi tat-taxi; |
|
(d) |
vetturi użati għall-provvista ta' servizzi bi ħlas, inklużi l-kiri jew il-lezzjonijiet tas-sewqan mogħtija minn skejjel tas-sewqan; |
|
(e) |
vetturi użati għall-kiri jew leasing; |
|
(f) |
vetturi użati bħala prodotti tal-konsum għal skopijiet kummerċjali. |
Artikolu 3
B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Rumanija hija awtorizzata li ma tittrattax bħala għoti ta' servizzi bi ħlas l-użu privat ta' vettura li għaliha tapplika r-restrizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni minn persuna taxxabbli jew mill-impjegati tagħha, jew b'mod iktar ġenerali għal skopijiet li jmorru lil hinn minn dawk tan-negozju.
Artikolu 4
1. Din id-Deċiżjoni tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' regoli tal-Unjoni li jiddeterminaw in-nefqa marbuta mal-vetturi tat-triq bil-magna li ma tikkwalifikax għal tnaqqis sħiħ tal-VAT, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014, skont liema data tiġi l-ewwel.
2. Kwalunkwe talba għal estensjoni tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2014.
Tali talba għandha tkun akkumpanjata minn rapport li jinkludi reviżjoni tar-restrizzjoni tal-perċentwali applikata fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT fuq il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fil-Luxembourg, is-26 ta’ April 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. GJERSKOV
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) COM(2004) 728 finali.
|
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/9 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ April 2012
deċiżjoni dwar id-data minn meta s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fit-tieni reġjun
(2012/233/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament dwar il-VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 48(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/49/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tiddetermina l-ewwel reġjuni għall-bidu tal-attivitajiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (2), it-tieni reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha għandha tibda tinkludi l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu u s-Sirja. |
|
(2) |
L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u ġuridiċi meħtieġa biex jiġbru u jitrażmettu d-dejta li għaliha qed issir referenza fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-VIS lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f’dak ir-reġjun, inklużi arranġamenti għall-ġbir u/jew it-trażmissjoni tad-dejta f’isem Stat Membru ieħor. |
|
(3) |
Il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament tal-VIS għalhekk hija sodisfatta, huwa għalhekk neċessarju li tkun iddeterminata d-data meta l-VIS għandha tibda topera fit-tieni reġjun. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-ħtieġa sabiex tiġi stipulata data għall-bidu tal-VIS fil-futur qrib qrib, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar stess li tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Ġaladarba r-Regolament dwar il-VIS jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-VIS fil-liġi nazzjonali tagħha skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-Danimarka, hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali biex timplimenta din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). Għaldaqstant ir-Renju Unit mhux marbut biha u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim . |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
|
(10) |
Fir-rigward ta’ Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (9). |
|
(11) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew hu reletat miegħu fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li għandu jinbena, jew inkella huwa relatat, mal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sistema ta’ Informzzjoni dwar il-Viża għandha tibda topera fit-tieni reġjun skont id-Deċiżjoni 2010/49/KE tal-10 ta’ Mejju 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b’mod konformi mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(2) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 62.
(3) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
|
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/11 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ April 2012
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2011
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2883)
(2012/234/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 33 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integralità, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u tad-dħul u l-kundizzjonijiet għar-rimborż tal-infiq skont il-FAEG u l-FAEŻR (2), is-sena finanzjarja għall-kontijiet tal-FAEG tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet, sabiex jiġi allinjat il-perjodu ta’ referenza għall-infiq tal-FAEŻR ma’ dak tal-FAEG, għandha titqies is-sena finanzjarja 2011 tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2010 u l-15 ta’ Ottubru 2011. |
|
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata mill-infiq rikonoxxut għall-istess sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss jew iżżidu miegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif li ressqu l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Marzu 2012, flimkien mal-emendi meħtieġa. |
|
(5) |
Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu li l-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati mill-Istati Membri u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lill-Istati Membri. |
|
(6) |
It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra jesiġi li jsir aktar stħarriġ u l-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-pagamenti kkonċernati. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji li joħorġu min-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar qabel l-għeluq tal-programm ta’ żvilupp rurali fi żmien erba’ snin mis-sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, jew meta jagħlaq il-programm jekk dawk l-iskadenzi jagħlqu qabel jagħlaq il-programm stess. L-Artikolu 33(4) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex flimkien mal-kontijiet annwali jissottomettu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet. Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella li kellha tingħata mill-Istati Membri fl-2012. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 33(7) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, wara l-għeluq tal-programm ta’ żvilupp rurali l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u li x’aktarx jiġġarrbu jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 33(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti mhumiex iddebitati lill-Istati Membri konċernati u konsegwentement għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament imsemmi. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri, għajr ta’ dawk l-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għas-sena finanzjarja 2011, huma b’dan approvati.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew imħallsa lil, kull Stat Membru taħt kull programm ta’ żvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 2
Għas-sena finanzjarja 2011, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għall-infiq għal kull programm ta’ Żvilupp Rurali ffinanzjat mill-FAEŻR, stabbiliti fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet fil-ġejjieni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
|
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/13 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Marzu 2012
dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2009/6
(BĊE/2012/6)
(2012/235/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikli 3.1, 12.1 u 12.3 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2010/2 tal-21 ta’ April 2010 dwar TARGET2-Securities (1),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2009/6 tad-19 ta’ Marzu 2009 fuq it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (2),
Billi:
|
(1) |
Fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Lulju, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jesplora, f’kooperazzjoni mad-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u parteċipanti oħrajn fis-suq, il-possibbiltà li jitwaqqaf servizz ġdid tal-Eurosistema għas-saldu tat-titoli msejjaħ TARGET2-Securities (T2S). Bħala parti mill-kompiti tagħha skont l-Artikoli 17, 18 u 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), l-Eurosistema ser twaqqaf it-T2S bħala servizz ibbażat fuq pjattaforma waħda li tippermetti s-saldu pan-Ewropew bażiku, newtrali u mingħajr fruntieri ta’ flus kontanti u titoli, li ser jiġi offrut lil CSDs biex ikunu jistgħu jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’servizzi ta’ saldu abbażi ta’ kunsinna mal-ħlas li jkunu armonizzati u mhux iddifferenzjati fi flus ta’ bank ċentrali fi ħdan ambjent tekniku integrat. |
|
(2) |
Fis-17 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill Governattiv iddecieda li jniedi t-T2S u jipprovdi r-riżorsi meħtiega sakemm jitlesta. Abbażi ta’ offerta magħmula mid-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d’Italia (minn hawn ’il quddiem il-“4CB”), il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li t-T2S ser ikun żviluppat u mħaddem minn dawn il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi). |
|
(3) |
Il-Bord tal-Programm T2S twaqqaf bħal korp ta’ mmaniġġar effiċjenti biex jiżviluppa proposti għall-Kunsill Governattiv dwar kwistjonijiet strateġiċi ewlenin u jeżegwixxi kompiti ta’ natura purament teknika u biex jipprovdi organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tat-T2S li tinvolvi partijiet interessati kemm interni kif ukoll esterni. |
|
(4) |
Taħt il-prinċipju taċ-deċentralizzazzjoni stipulat fl-Artikolu 12.1 tal-Istatut tal-SEBC, sa fejn huwa meqjus possibbli u xieraq, il-BCNi jwettqu operazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-kompiti tal-Eurosistema. Għaldaqstant il-banek ċentrali tal-Eurosistema ser jafdaw lill-Bord T2S b’ċerti kompiti sabiex ikun kompletament operattiv u jaġixxi f’isem l-Eurosistema kollha. |
|
(5) |
Skont il-qafas tal-Governanza T2S il-Bord T2S ser jieħu post il-Bord tal-Programm T2S. |
|
(6) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2009/6 għandha tiġi revokata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Termini użati f’din id-Deċiżjoni għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal fil-Linja Gwida BĊE/2010/2 u fil-Ftehim dwar il-Qafas tat-T2S approvat mill-Kunsill Governattiv fis-17 ta’ Novembru 2011.
Artikolu 2
Il-Bord T2S
1. Il-Bord T2S għandu jiġi stabbilit bħala korp ta’ mmaniġġar effiċjenti tal-Eurosistema bil-kompitu li jiżviluppa proposti għall-Kunsill Governattiv fuq kwistjonijiet strateġiċi ewlenin u jeżegwixxi kompiti assenjati lilu mill-Kunsill Governattiv.
2. Il-mandat tal-Bord T2S, inkluż l-għanijiet, ir-responsabbilitajiet, il-kompiti, il-komposizzjoni, il-proċeduri tal-ħidma u l-baġit tiegħu, għandhom ikunu kif stipulat f’Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Bord T2S għandhom ikunu stipulati f’Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
4. Il-Kodiċi tal-Bord T2S għall-membri tal-Bord T2S għandu jkun stipulat f’Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.
5. Il-proċeduri u r-rekwiżiti għall-għażla, il-ħatra u s-sostituzzjoni tal-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali għandhom ikunu stipulati f’Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni.
6. Il-Bord T2S għandu jibda l-ħidma f’Lulju 2012.
Artikolu 3
Revoka
Id-Deċiżjoni BĊE/2009/6 hija revokata.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Il-membri tal-Bord tal-Programm T2S għandhom ikomplu jwettqu r-responsabbiltajiet u l-kompiti tagħhom sakemm ikunu nħatru l-membri kollha tal-Bord T2S li jivvotaw.
Artikolu 5
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2012.
Maghmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Marzu 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
ANNESS I
IL-BORD T2S
MANDAT
INTRODUZZJONI
B’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-Eurosistema ser toffri servizzi T2S lil depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) fl-Ewropa. L-għan ġenerali tat-T2S huwa li jiffaċilita l-integrazzjoni wara n-negozju billi jappoġġa s-saldu pan-Ewropew bażiku, mingħajr konfini u newtrali ta’ flus kontanti u titoli fi flus ta’ bank ċentrali sabiex is-CSDs ikunu jistgħu jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’servizzi ta’ saldu armonizzati u mhux iddifferenzjati f’ambjent tekniku integrat b’kapaċitajiet transkonfinali.
RESPONSABBILTAJIET TAL-BORD T2S
Mingħajr preġudizzju għas-setgħa aħħarija tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jieħu d-deċiżjonijiet, il-Kunsill Governattiv inkariga lill-Bord T2S bit-twettiq ta’ kompiti definiti b’mod ċar fir-rigward tal-Programm T2S u l-provvista ta’ servizzi T2S. Jekk u meta jinqalgħu kwistjonijiet ġodda fir-rigward tat-T2S, il-Kunsill Governattiv jista’ jassenja lill-Bord T2S aktar kompiti definiti b’mod ċar li normalment ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Governattiv. Fid-dawl tal-kompetenza aħħarija tal-Kunsill Governattiv fi kwistjonijiet T2S, kull wieħed mill-kompiti fdati lil u mwettqa mill-Bord T2S jista' xorta jitwettaq mill-Kunsill Governattiv. Il-Bord T2S huwa wkoll ibbażat fuq Protokoll T2S iffirmat mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-Bord T2S jaġixxi fl-ambitu tal-qafas legali tat-T2S (b’mod partikolari l-Ftehim Qafas, il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tal-Munita, il-Ftehim Level2 – Level3 adottat fl-20 ta’ April 2011 u l-Linja Gwida BĊE/2010/2.
Il-Bord T2S jiżgura illi l-Programm T2S jiġi implimentat:
|
(a) |
skont l-aspettattivi tas-suq, kif riflessi fid-Dokument dwar ir-Rekwiżiti tal-Utent (URD); |
|
(b) |
fi ħdan ir-reġim finanzjarju tat-T2S; |
|
(c) |
fil-qafas ta’ żmien deċiż mill-Kunsill Governattiv. |
Il-Bord T2S huwa skedat li jassumi r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-Bord tal-Programm T2S minn Lulju 2012. Dan il-mandat huwa validu sat-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni għat-T2S, u wara dan huwa ser ikun revedut.
Wara l-implimentazzjoni tal-Programm T2S, il-Bord T2S jiżgura l-operat bla xkiel tas-sistema T2S skont id-dokumenti tekniċi u legali relevanti. Huwa jiffaċilita wkoll l-adattament kontinwu tas-Servizzi T2S skont il-ħtiġijiet futuri tas-suq.
KOMPITI
Il-Bord T2S ġie fdat bil-kompiti li ġejjin mill-Kunsill Governattiv:
|
1. |
Elaborazzjoni ta’ proposti għal deċiżjoni mill-Kunsill Governattiv dwar:
|
|
2. |
Ġestjoni/tmexxija tat-T2S u r-relazzjonijiet mal-4BĊ Il-Bord T2S.
|
|
3. |
Relazzjonijiet ma’ partijiet interessati esterni Il-Bord T2S
|
|
4. |
Ir-reġim finanzjarju tat-T2S Il-Bord T2S jimmaniġġa r-reġim finanzjarju T2S kif stipulat fil-Linja Gwida BĊE/2010/2. Sa mill-bidu tal-fażi operattiva, fuq bażi regolari il-Bord T2S jipprovdi lis-CSDs kontraenti u lill-BĊNi kontraenti li mhumiex fiż-żona tal-euro b'rapporti finanzjarji li jirrappreżentaw b’mod ġust il-kundizzjonijiet finanzjarji u tan-negozju, ir-riżultati tal-operat u l-istat tal-irkupru tal-ispejjeż fir-rigward tat-T2S. Il-Grupp ta’ Tmexxija tas-CSD, il-Grupp ta’ Tmexxija tal-Muniti li Mhumiex l-Euro, il-Grupp Konsultattiv tat-T2S, kumitati relevanti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali huma kkonsultati qabel ma jsiru proposti dwar ir-reġim finanzjarju li jirriżultaw f’bidliet għall-Ipprezzar tat-T2S lill-Kunsill Governattiv. Sa fejn huwa meħtieġ, il-BĊE jipprovdi appoġġ xieraq lill-Bord T2S. L-ispejjeż kollha skattati minn dan l-appoġġ huma rrimborżati lill-BĊE. Barra minn dan, il-Bord T2S:
|
KOMPOŻIZZJONI
Il-membri kollha tal-Bord T2S jinħatru mill-Kunsill Governattiv. Il-membri jirrapportaw kollettivament u esklussivament lill-korpi tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ membri tal-Bord T2S u jikkonformaw mal-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord T2S stipulat f’Anness III. F’din il-kapaċità, il-membri mill-banek ċentrali tal-Eurosistema u minn banek ċentrali li mhumiex fiż-żona tal-euro jistgħu jieħdu parir mingħand impjegati oħra tal-istituzzjoni minn fejn joriġinaw. Fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjoni li joriġinaw minnha, jew jintrabtu li jieħdu pożizzjoni speċifika matul id-deliberazzjoni u l-vot tal-Bord T2S.
Il-Bord T2S huwa magħmul minn:
|
(a) |
iċ-Chairperson, li huwa maniġer anzjan fil-BĊE; |
|
(b) |
disa’ membri minn BĊNi oħra tal-Eurosistema, inkluż wieħed minn kull wieħed minn dawn li ġejjin: id-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d'Italia; |
|
(c) |
membru wieħed minn bank ċentrali li mhuwiex fiż-żona euro li jkun iffirma l-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tal-Munita (jew żewġ membri bħal dawn jekk il-volum ta’ saldu f’muniti li mhumiex l-euro huwa ta’ mill-anqas 20 % tal-volum taż-żona tal-euro); |
|
(d) |
żewġ membri tal-bord li mhumiex minn bank ċentrali (mingħajr id-dritt tal-vot) li ma joriġinawx minn banek ċentrali b’esperjenza kbira bħala uffiċjali anzjani fl-industrija tas-saldu ta’ titoli u, possibbilment, b’esperjenza fil-ġestjoni ta’ proġetti, li m’għandhom ebda kunflitt ta’ interess; |
Iċ-Chairperson huwa appoġġat minn Deputat Chairperson li jinħatar mill-Kunsill Governattiv. Id-Deputat Chairperson huwa membru li jkun lest jieħu post iċ-Chairperson f’każ ta’ assenza. Jekk il-volum Kunsinna kontra Ħlas (DVP) li jsir saldu tiegħu f’muniti li mhumiex l-euro fit-T2S jirrappreżenta mill-anqas 40 % tal-volum DvP li jkun sar saldu tiegħu f’euro, banek ċentrali parteċipanti li mhumiex fiż-żona tal-euro jistgħu jipproponu d-Deputat Chairperson.
Il-mandat ta’ membru tal-Bord TS idum 24 xahar u jista’ jiġġedded.
Il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-Bord T2S fuq bażi ta’ proposta mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. Għal kategoriji (a) sa (c), l-applikazzjonijiet huma ppreżentati mill-Gvernatur/President tal-Bank Ċentrali rispettiv. Il-Bord Eżekuttiv jagħti preferenza lil kandidati li jirrapportaw direttament lill-ogħla korp ta’ governanza fil-bank ċentrali tagħhom. Fil-proposta tiegħu l-Bord Eżekuttiv jiżgura li jinżamm bilanċ xieraq bejn il-membri b’esperjenza fl-IT, bl-esperjenza fil-ġestjoni ta’ proġetti, u l-esperjenza fin-negozju tas-saldu ta’ titoli (jew bħala fornitur ta’ servizzi jew bħala utent ta’ dawk is-servizzi).
PROĊEDURI OPERATTIVI
1. Teħid ta’ deċizjonijiet
Jekk possibbli, il-Bord T2S jiddeċiedi b’konsensus. Madankollu, jekk il-konsensus ma jistax jintlaħaq f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, iċ-Chairperson jista’ jiddeċiedi li jsejjaħ vot ibbażat fuq proċedura ta’ votazzjoni b’maġġoranza sempliċi.
Ir-regoli li gejjin japplikaw:
|
(a) |
fil-prinċipju, għandu jkun hemm kworum ta’ mill-anqas seba’ membri biex il-Bord T2S jiddelibera b’mod validu: |
|
(b) |
il-membri tal-Bord T2S mill-kategoriji fuq imsemmija (a) sa (c) biss għandhom dritt għal vot; |
|
(c) |
f’każ ta’ assenza, membru li jivvota jista’ jiddelega l-vot tiegħu lil membru ieħor; ebda membru ma jista’ jwettaq aktar minn żewġ votazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni; |
|
(d) |
f’każ ta’ numru ugwali ta’ voti, iċ-Chairperson għandu vot deċisiv; |
|
(e) |
membri tal-Bord T2S ma jipparteċipawx fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u ma jivvutawx meta jkunu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess; |
|
(f) |
il-membri jikkonformaw mal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Bord T2S. |
2. Volum ta’ xogħol u appoġġ
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ governanza tajba stipulati f’Artikolu 8 tal-Linja Gwida BĊE/2012/2:
|
(a) |
il-President jaħdem full time fuq il-kwistjonijiet T2S; il-membri l-oħra huma mistennija li jaħdmu fuq bażi ta’ 30%; |
|
(b) |
il-Bord T2S huwa appoġġat minn Uffiċċju tal-Programm T2S fil-BĊE; |
|
(c) |
il-Bord T2S jirċievi input mingħand kontrollur tal-programm; |
|
(d) |
il-Bord T2S huwa appoġġat minn Kumitat Tekniku li jfittex il-konsensus fuq kwistjonijiet tekniċi; jekk il-konsensus ma jistax jintlaħaq, il-kwistjonijiet jinġiebu lill-Bord T2S; |
|
(e) |
il-Bord T2S jista’ joħloq kumitati oħra. |
3. Rapportar u rappreżentazzjoni
Il-Bord T2S jirrapporta direttament lill-korpi tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet, fuq bażi regolari u strutturata. F’dan ir-rigward, huwa jħejji r-rapporti għall-korpi tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet kif meħtieġ. Dawn ir-rapporti jintbagħtu wkoll lill-Kumitat tat-Tmexxija tal-IT tal-Eurosistema (EISC), li jista’ jagħti parir lill-korpi tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-Kumitat tas-Sistemi tal-Ħlas u Saldu (PSSC) jirċievi r-rapporti għal finijiet ta’ informazzjoni.
Iċ-Chairperson imexxi l-Grupp Konsultattiv tat-T2S u jirrappreżenta l-Bord T2S esternament, sakemm il-Bord T2S ma jiddeċidix mod ieħor.
4. Regoli tal-Proċedura
Id-dettalji tal-proċeduri tal-ħidma għandhom ikunu indirizzati fir-Regoli tal-Proċedura tal-Bord T2S stipulati f'Anness II.
ANNESS II
IL-BORD T2S
REGOLI TAL-PROĊEDURA
KAPITOLU I
IL-BORD T2S
Artikolu 1
Il-membri
1. Il-membri tal-Bord T2S (minn hawn ’il quddiem il-“membri”) jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom u fl-aħjar interess tal-Programm T2S, skont il-Prinċipji Ġenerali tat-T2S. Il-membri jieħdu l-pożizzjonijiet kompletament indipendenti tagħhom matul il-laqgħat tal-Bord T2S.
2. Il-membri minn bank ċentrali jridu jingħataw ħin biżżejjed mill-banek ċentrali tagħhom, u l-membri tal-bord li mhumiex minn bank ċentrali għandhom jiżguraw illi għandhom ħin biżżejjed, sabiex ikunu involuti b’mod attiv fil-ħidma tal-Bord T2S (fil-prinċipju 30 % tal-ħin tax-xogħol tagħhom għall-membri kollha minbarra l-President).
3. Il-membri m’għandhomx ikunu involuti direttament fis-sorveljanza tat-T2S jew ta’ depożitarji ċentrali tat-titoli li jesternalizzaw l-operazzjonijiet ta’ saldu lit-T2S. Il-membri ma jistgħux ikunu parti minn kumitat tal-Eurosistema/tas-SEBĊ li jkollu kwalunkwe mill-fuq imsemmija responsabbiltajiet ta’ sorveljanza. Il-membri m’għandhomx ikunu parti mill-Kumitat tat-Tmexxija IT tal-Eurosistema (EISC) jew tal-Kumitat tal-Awdituri Interni (IAC). Huma m'għandhomx ikunu involuti f'attivitajiet ta' Livell 3 fuq bażi ta’ kuljum.
4. Il-membri għandhom jikkonformaw mal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord T2S (minn hawn ’il quddiem il-“Kodiċi”), stipulat f’Anness III.
Artikolu 2
Iċ-Chairperson u d-Deputat Chairperson
1. Iċ-Chairperson huwa membru full time tal-Bord T2S.
2. Iċ-Chairperson, b’kooperazzjoni mal-membri l-oħra, jiżgura l-funzjonament tal-Bord T2S, it-twettiq tal-mandat tal-Bord T2S, il-konformità mar-regoli tal-proċedura, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod effiċjenti. B’mod partikolari, iċ-Chairperson:
|
(a) |
jipproponi l-aġendi tal-laqgħat tal-Bord T2S u jippresedihom; |
|
(b) |
jipproponi l-iskeda annwali tal-laqgħat; |
|
(c) |
jittratta d-deċiżjonijiet amministrattivi kollha li jikkonċernaw l-Uffiċċju tal-Programm T2S. |
3. Iċ-Chairperson huwa appoġġat minn Deputat Chairperson li jieħu post iċ-Chairperson f’każ ta’ assenza. Iċ-Chairperson għandu jinnotifika lid-Deputat Chairperson b’din l-assenza mill-aktar fis possibbli.
Artikolu 3
Is-Segretarjat
1. Iċ-Chairperson għandu jaħtar membru mill-istaff tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b’esperjenza kbira bħala Segretarju tal-Bord T2S. Iċ-Chairperson jista’ jaħtar ukoll Segretarju alternattiv.
2. Is-Segretarju għandu jassisti liċ-Chairperson u jaħdem taħt it-tmexxija tiegħu/tagħha. Is-Segretarju jiġġestixxi l-fluss ta’ informazzjoni, b’mod f’waqtu: (a) bejn il-membri; u (b) bejn il-Bord T2S u partijiet interessati oħra, inkluż b’mod partikolari kumitati oħra tal-Eurosistema jew tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.
KAPITOLU II
LAQGĦAT TAL-BORD T2S
Artikolu 4
Data u Post tal-laqgħat tal-Bord T2S
1. Il-Bord T2S jiddeċiedi dwar id-dati tal-laqgħat tiegħu fuq proposta tal-President. Il-Bord T2S għandu jiltaqa’ regolarment abbażi ta’ skeda li huwa jħejji fi żmien biżżejjed qabel il-bidu ta’ kull sena. Il-frekwenza tal-laqgħat hija determinata mill-ħtiġijiet tal-Pjan tal-Programm T2S.
2. Iċ-Chairperson jista' jsejjaħ laqgħat straordinarji tal-Bord T2S kull meta jidhirlu li jkun meħtieġ. Iċ-Chairperson għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja jekk talba għal laqgħa bħal din tiġi ppreżentata minn tal-anqas tliet membri.
3. Il-laqgħat tal-Bord T2S ġeneralment jinżammu fil-bini tal-BĊE.
4. Il-laqgħat jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ telekonferenza, sakemm ma joġġezzjonawx tliet membri jew aktar.
Artikolu 5
Parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord T2S
1. Skont il-prinċipji ta' governanza tajba, il-membri għandhom jipparteċipaw regolarment fil-laqgħat tal-Bord T2S. Il-parteċipazzjoni hija strettament fuq bażi personali; il-membri ma jistgħux jinbidlu.
2. L-attendenza fil-laqgħat tal-Bord T2S hija limitata għal membri u persuni oħra mistednin miċ-Chairperson.
Artikolu 6
Tmexxija tal-laqgħat tal-Bord T2S
1. Il-lingwa li jaħdem biha l-Bord T2S hija l-Ingliż.
2. Il-Bord T2S jaddotta aġenda ghal kull laqgħa. Bħala regola, is-Segretarju jħejji aġenda provviżorja, taħt ir-responsabbiltà taċ-Chairperson, u jibgħatha lill-membri tal-anqas ħamest ijiem qabel laqgħa. Il-Bord T2S jista' jiddeċiedi li jneħħi punti minn, jew li jżid punti ma’, l-aġenda provviżorja fuq proposta taċ-Chairperson jew ta’ xi membru ieħor. Punt għandu jitneħħa mill-aġenda fuq talba ta’ mill-anqas tliet membri jew aktar jekk id-dokumenti relatati ma jkunux ġew ippreżentati lill-membri fil-ħin dovut.
3. Bħala regola, is-Segretarju jibgħat dokumenti għad-diskussjoni lill-membri ħamest ijiem tax-xogħol qabel laqgħa. Madankollu, dokumenti qosra jistgħu jintbagħtu jum tax-xogħol bil-quddiem. Dokumenti mibgħuta anqas minn jumejn tax-xogħol qabel huma meqjusa “table documents” li ma jistgħux iwasslu għal deċiżjoni tal-Bord T2S, sakemm il-membri kollha ma jaqblux mod ieħor.
4. Wara kull laqgħa tal-Bord T2S, is-Segretarju jħejji abbozz tal-minuti li jirreġistra t-temi li kienu kkunsidrati u r-riżultati tad-diskussjoni. L-abbozz tal-minuti jinkludi pożizzjonijiet espressi matul il-laqgħa minn membri individwali meta mitluba. L-abbozz tal-minuti jiġi ċċirkolat lill-membri fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mil-laqgħa.
5. Ukoll wara kull laqgħa tal-Bord T2S, is-Segretarju jħejji abbozz ta’ lista ta’ azzjonijiet li jridu jittieħdu li jkun fiha l-kompiti u l-iskadenzi li jkunu ġew allokati u miftiehma matul dik il-laqgħa, li jiġi ċċirkolat lill-membri fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mil-laqgħa.
6. Il-membri jipprovdu lis-Segretarju b’kummenti dwar l-abbozz tal-minuti u l-lista ta’ azzjonijiet li jridu jittieħdu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċevuha. L-abbozz tal-minuti u l-lista ta’ azzjonijiet li jridu jittieħdu jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni lill-Bord T2S fil-laqgha ta’ wara (jew, jekk meħtieġ, qabel permezz ta’ proċedura bil-miktub) u jiġi ffirmat miċ-Chairperson.
Artikolu 7
Teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Bord T2S
1. Sa fejn huwa possibbli, id-deċiżjonijiet tal-Bord T2S jittieħdu permezz ta’ konsensus.
2. Biex il-Bord T2S ikun jista’ jiddelibera b’mod validu, għandu jkun hemm kworum ta’ mill-anqas seba’ membri. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, iċ-Chairperson jista' jsejjaħ laqgħa straordinarja li fiha d-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu mingħajr l-osservanza tal-kworum.
3. Jekk meħtieġ, il-Bord T2S jipproċedi għall-vot fuq talba taċ-Chairperson. Iċ-Chairperson iniedi wkoll proċedura ta’ votazzjoni fuq talba ta’ kwalunkwe membru bid-dritt li jivvota. B-konformità mal-Kodiċi, membru m’għandux jivvota jekk ikollu kunflitt ta’ interess, kif deskritt fil-Kodiċi. F’każ ta’ assenza, membru li jivvota jista’ jiddelega l-vot tiegħu lil membru ieħor li jivvota; ebda membru ma jista’ jeżerċita aktar minn żewġ voti dwar kwalunkwe kwistjoni.
4. Iċ-Chairperson jista' jaghti bidu ghal votazzjoni sigrieta jekk mitlub jaghmel dan minn tal-anqas tliet membri.
5. Id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll permezz ta’ proċedura bil-miktub, sakemm ma joġġezzjonawx tliet membri jew aktar. Proċedura bil-miktub għandha teħtieġ: (i) normalment mhux anqas minn jumejn tax-xogħol għall-kunsiderazzjoni minn kull Membru, u (ii) nota ta' kwalunkwe deċiżjoni bħal din fil-konklużjonijiet tal-laqgħa ta' wara tal-Bord T2S.
6. Proposta li tirċievi maġġoranza sempliċi ta’ voti hija meqjusa bħala approvata. F’każ ta’ numru ugwali ta’ voti, iċ-Chairperson għandu vot deċisiv. Fl-assenza taċ-Chairperson, id-Deputat Chairperson m’għandux vot deċisiv.
KAPITOLU III
KOMUNIKAZZJONI U TRASPARENZA
Artikolu 8
Komunikazzjoni esterna
1. Iċ-Chairperson regolarment jinforma lill-partijiet interessati relevanti dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Programm T2S. Bl-għajnuna tas-Segretarju, iċ-Chairperson jiżgura t-trasparenza permezz tal-pubblikazzjoni f’waqtha u konsistenti tad-dokumentazzjoni relevanti fuq il-websajt tat-T2S, mingħajr ħsara għall-obbligi tal-kunfidenzjalità stipulati fil-Kodiċi.
2. Il-membri għandhom jinformaw liċ-Chairperson bil-quddiem qabel ma jassumu kwalunkwe rappreżentazzjoni esterna relevanti u sostanzjali fir-rigward tar-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-Bord T2S, bħal ma huma li jitkellmu fuq it-T2S f’konferenzi jew laqgħat ma’ partijiet interessati tat-T2S, u għandhom jipprovdu lill-Bord T2S b’sommarju bil-miktub fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-okkażjoni. Kwalunkwe komunikazzjoni esterna sostanzjali għandha tkun fl-interess tal-Eurosistema u tal-Programm T2S u għandha tirrispetta kwalunkwe deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord T2S.
3. Il-Bord T2S jindika membru/membri u/jew staff tal-BĊE/ta’ bank ċentrali nazzjonali (BĊN) li jappoġġa t-T2S biex jipparteċipaw f’inizjattivi pubbliċi u privati fir-rigward tal-ikklerjar u s-saldu ta’ titoli u biex possibbilment jirrappreżentaw lit-T2S f’kumitati jew gruppi ta’ ħidma relevanti. Membru tal-istaff tal-BĊE jew ta’ BĊN jista’ jkun indikat b’dan il-mod biss jekk jiġi stabbilit illi huwa jikkonforma mal-obbligi fir-rigward tal-kunfidenzjalità u l-kunflitt ta’ interess li huma tal-anqas ekwivalenti għall-obbligi tal-Kodiċi.
Artikolu 9
Komunikazzjoni interna
1. Membri tal-Bord T2S li mhumiex parti mill-Eurosistema jirċievu, taħt kundizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità, id-dokumentazzjoni kollha dwar it-T2S ippreżentata lill-Kunsill Governattiv wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv, kif ukoll il-punti deċiżi dwar it-T2S tal-minuti tal-Kunsill Governattiv.
2. BĊNi tal-Eurosistema li m’għandhomx membru mill-persunal fuq il-Bord T2S għandhom aċċess awtomatiku għad-dokumentazzjoni kollha tal-Bord T2S. Huma jistgħu wkoll jagħmlu talba liċ-Chairperson biex jipparteċipaw f’kumitat tal-Bord T2S jekk ikollhom interess partikolari f’suġġett. Membru wieħed ser ikun responsabbli biex jinforma lil dawn il-BĊNi tal-Eurosistema jekk ikun ikkunsidrat li jistgħu jkollhom interess partikolari. Dan il-membru jista’ jressaq ukoll kwalunkwe punt imqajjem minn BĊN tal-Eurosistema bħal dan quddiem il-Bord T2S.
KAPITOLU IV
REĠIM FINANZJARJU
Artikolu 10
Funzjonament tal-kont tal-proġett T2S
1. Il-Bord T2S iħaddem kont tal-proġett T2S f’isem l-Eurosistema, li jinżamm fil-kotba tal-BĊE u li għandu l-istatus ta’ kont ta’ tranżitu. Il-kont tal-proġett T2S jintuża biex: (a) jiġu ġestiti flussi finanzjarji (b’mod partikolari l-ġbir ta' fondi u l-ħlas ta’ pagamenti akkont) bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema li jirriżultaw mill-baġit T2S; u (b) jiġu ġestiti flussi finanzjarji fir-rigward tat-tariffi tas-servizz T2S. Il-Bord T2S jiżgura illi l-bilanċ tal-kont tal-proġett huwa “nil” jew “pożittiv” f’kull ħin.
2. Il-President jistieden b'mod tempestiv lill-BĊNi tal-Eurosistema biex jibbaġitjaw għall-ishma tagħhom fil-kost (skont l-iskema tal-allokazzjoni tal-kost T2S) u biex iħallsu l-ishma tagħhom fil-kost lill-kont tal-proġett T2S skont l-iskeda għall-ħlas approvata mill-Kunsill Governattiv.
3. Il-President jordna l-ħlas tal-pagamenti akkont mill-kont tal-proġett T2S, mingħajr ħsara għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bord T2S. Il-ħlas ta’ pagament akkont lill-4BĊ huwa meqjus bħala approvat formalment mill-Bord T2S la darba huwa jkun ivvalida u aċċetta prodott finali tal-4BĊ u din il-validazzjoni u aċċettazzjoni hija formalment approvata fil-minuti tal-laqgħa tal-Bord T2S. Il-ħlas ta’ pagament akkont lill-BĊE iseħħ fil-bidu ta’ kull sena skont il-ftehim stabbilit fl-allokazzjoni finanzjarja.
KAPITOLU V
VERIFIKA
Artikolu 11
Verifika
L-attivitajiet tal-Bord T2S huma soġġetti għar-rieżami tal-IAC.
ANNESS III
BORD T2S
KODIĊI TA’ KONDOTTA
Introduzzjoni
Il-Bord T2S huwa kompost minn membri maħtura mill-Kunsill Governattiv. Il-membri għandhom jaġixxu biss fl-aqwa interess tal-Programm T2S, skont il-Prinċipji Ġenerali tat-T2S, u għandhom jallokaw ħin biżżejjed għax-xogħol marbut mal-Programm T2S.
Il-Bord T2S jassisti lill-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biex jiżguraw it-tlestija b’suċċess u f’waqtha tal-Programm T2S u jirrapporta lill-Kunsill Governattiv. Huwa essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet informati u indipendenti tal-Kunsill Governattiv illi x-xogħol tal-Bord T2S ma jkunx effettwat minn kwalunkwe ċirkostanzi li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess ta’ xi membru.
Huwa wkoll essenzjali għar-reputazzjoni tajba u l-kredibbiltà tal-Eurosistema/Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u għas-sodizza legali tal-Programm T2S illi l-membri huma ggwidati u jidhru bħala li jkunu ggwidati mill-interess ġenerali tal-Eurosistema, u mill-interess tal-Programm T2S b’mod partikolari. Għaldaqstant il-membri għandhom bżonn: (a) jevitaw sitwazzjonijiet fejn jeżistu jew jidhru li jeżistu kunflitti ta’ interess; (b) jaġixxu biss fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-Eurosistema u tat-T2S fit-trattattivi tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi, banek ċentrali, rappreżentanti tal-industrija u partijiet oħra interessati esterni involuti fid-disinn, l-iżvilupp u t-tħaddim tat-T2S; u (c) jiżguraw l-oġġettività, in-newtralità u l-kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri potenzjali b’interess fil-programm T2S.
L-obbligu tas-segretezza professjonali ddikjarat f’Artikolu 37.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) japplika kemm għall-istaff tal-BĊE kif ukoll għal staff ta’ bank ċentrali nazzjonali (BĊN) li jwettaq kompiti tas-SEBĊ, u jkopri informazzjoni kunfidenzjali li tirrigwarda s-sigrieti tan-negozju jew informazzjoni li għandha valur kummerċjali. Obbligu ekwivalenti japplika għall-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali. Membri tal-bord li mhumiex minn bank ċentrali għandhom jikkonformaw ukoll ma’ kwalunkwe regoli ta’ kondotta addizzjonali li għalihom jista’ jkun hemm provvediment fl-ittra tal-ħatra tagħhom u fil-kuntratt tagħhom mal-BĊE.
Huwa xieraq u skont il-prattiċi ta’ amministrazzjoni tajba li jiġu stabbiliti standards ta’ etika li jikkonċernaw l-integrità professjonali, il-prinċipju tal-kompetizzjoni ġusta, l-iskansament ta' kunflitti ta' interess u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali prodotta mill-Eurosistema jew ipprovduta minn partijiet terzi, filwaqt illi jiġu ppreservati l-kompetenza u l-esperjenza fl-oqsma relevanti tal-Programm T2S fi ħdan il-Bord T2S għall-benefiċċju ġenerali tal-Eurosistema/tas-SEBĊ. Barra minn dan, huwa xieraq u skont il-prattiċi ta’ amministrazzjoni tajba illi l-Kundizzjonijiet tal-Impieg applikabbli għall-membri li huma membri tal-istaff tal-BĊE, u d-dispożizzjonijiet ekwivalenti applikabbli għal membri li huma membri tal-istaff ta’ BĊN, għandhom jipprovdu għal kumpens legali għal ksur ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta (minn hawn ’il quddiem il-“Kodiċi”). Dispożizzjoni ekwivalenti tapplika għall-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali.
Dan il-Kodiċi huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżiti li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ta’ etika oħrajn li jistgħu jkunu applikabbli għall-membri tal-Bord T2S fil-funzjoni tagħhom bħala membri tal-istaff tal-BĊE jew ta' BĊN.
1. Definizzjonijiet
Ghall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi:
|
(a) |
‘Chairperson’ tfisser il-persuna maħtura mill-Kunsill Governattiv biex tippresiedi l-Bord T2S; |
|
(b) |
‘Deputat Chairperson’ tfisser il-persuna maħtura mill-Kunsill Governattiv biex tieħu post iċ-Chairperson f’każ ta’ assenza; |
|
(c) |
‘informazzjoni kunfidenzjali’ tfisser, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tas-segretezza professjonali fl-Artikolu 37.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jew ta’ dokumenti kklassifikati skont ir-reġim tal-kunfidenzjalità li huma pprovduti lil kull membru tal-Bord T2S: (c) sigrieti tan-negozju tal-Eurosistema jew ta’ partijiet terzi u kull informazzjoni li għandha valur kummerċjali ħlief għall-finijiet tax-xogħol tal-Bord T2S; (ii) kull informazzjoni li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħha jista’ jagħmel ħsara lill-interessi essenzjali tal-Eurosistema; u (iii) kwalunkwe informazzjoni illi persuna raġonevoli tqis bħala kunfidenzjali; 'informazzjoni kunfidenzjali' ma tinkludix informazzjoni li: (i) hija jew issir ġeneralment disponibbli għall-pubbliku, minbarra permezz ta' ksur ta' dan il-Kodiċi; jew (ii) hija żviluppata indipendentement minn parti terza mingħajr ebda aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali; jew (iii) billi hija soġġetta għal Taqsima 3, tenħtieġ li tiġi żvelata mil-liġi; |
|
(d) |
‘membru tal-bord li mhuwiex minn bank ċentrali’ tfisser membru tal-Bord T2S li mhuwiex membru tal-istaff tal-BĊE jew ta’ BĊN; |
|
(e) |
‘mandat’ tfisser il-mandat stipulat f’Anness I; |
|
(f) |
‘membru’ tfisser membru tal-Bord T2S, inkluż iċ-Chairperson; |
|
(g) |
‘fornituri potenzjali’ tfisser entitajiet kummerċjali li għandhom interess fil-provvista ta’ merkanzija u/jew servizzi relatati mat-T2S lil bank ċentrali taż-żona tal-euro jew li mhuwiex fiż-żona tal-euro li intrabat li jagħmel saldu tal-munita nazzjonali permezz tat-T2S. |
2. Evitar ta' kunflitti ta’ interess
|
2.1 |
Kunflitt ta’ interess jirriżulta fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija u/jew servizzi relevanti għall-mandat tal-Bord T2S fejn membru għandu interess kummerċjali jew professjonali, jew sehem, f’fornitur potenzjali, kemm permezz ta’ proprjetà, kontroll, investiment jew mod ieħor, li jinfluwenza jew jista’ jinfluwenza t-twettiq imparzjali u oġġettiv tad-dmirijiet tiegħu bħala membru. |
|
2.2 |
Il-membri jaġixxu fl-interess ġenerali tal-Eurosistema u tal-Programm T2S. Huma jevitaw kwalunkwe sitwazzjonijiet li x’aktarx twassal għal kunflitt ta’ interess. |
|
2.3 |
Jekk jirriżulta jew x’aktarx jirriżulta kunflitt ta’ interess b’konnessjoni mal-kompiti tal-Bord T2S, il-membru kkonċernat għandu jgħarraf b’dan il-kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali lill-awtorità għall-konformità tal-bank ċentrali tiegħu (jew, f’każ ta’ membru li mhuwiex minn bank ċentrali, lill-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE) permezz tal-formola stipulata f’Appendiċi 2 u fl-istess ħin jinforma liċ-Chairperson b’dan. Jekk l-awtorità għall-konformità (jew, f’każ ta’ membru li mhuwiex minn bank ċentrali, l-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE) tikkonkludi illi jeżisti kunflitt ta’ interess, hija tagħti r-rakkomandazzjoni tagħha lill-Gvernatur tal-bank ċentrali kkonċernat (jew f’każ ta’ membru li mhuwiex minn bank ċentrali, lill-President tal-BĊE) fir-rigward tal-ġestjoni xierqa tal-kunflitt ta’ interess, u l-Gvernatur/President jinforma liċ-Chairperson b’dan mingħajr dewmien żejjed. Il-Gvernatur/President jipprovdi d-dettalji neċessarji sabiex iċ-Chairperson ikun jista’ jkollu opinjoni informata dwar il-ġestjoni xierqa tal-kunflitt ta interess. |
|
2.4 |
Jekk, matul laqgħa tal-Bord T2S, membru jkollu raġuni biex jemmen illi l-parteċipazzjoni ta membru ieħor fid-diskussjoni, votazzjoni jew proċedura bil-miktub tal-Bord T2S tista’ toħloq kunflitt ta' interess, huwa għandu jinforma liċ-Chairperson immedjatament. |
|
2.5 |
Iċ-Chairperson jistieden lill-membru li jkun identifika kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali skont it-Taqsima 2.3 jew li dwaru jkun tqajjem tħassib dwar kunflitt ta’ interess skont it-Taqsima 2.4 biex jiddikjara jekk jeżistix kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali. Jekk iċ-Chairperson ma jkunx kuntent bid-dikjarazzjoni tal-membru, kull punt relevanti jiġi rtirat mill-aġenda. Iċ-Chairperson jinforma lill-awtorità għall-konformità tal-bank ċentrali kkonċernat (jew f'każ ta' membru tal-bord li mhuwiex minn bank ċentrali, lill-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE) dwar kull każ bħal dan mingħajr dewmien żejjed u, jekk meqjus neċessarju, lill-Kunsill Governattiv. |
|
2.6 |
Jekk iċ-Chairperson huwa mħasseb dwar Taqsimiet 2.3, 2.4 jew 2.5, iċ-Chairperson għandu jinforma lid-Deputat Chairperson. |
|
2.7 |
Membru m’għandux jivvota dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha għandu kunflitt ta interess. Dan japplika wkoll għal membru li huwa membru tal-istaff tal-4BĊ jekk il-Bord T2S qed jiddeċiedi dwar il-validazzjoni tal-prodotti tal-4BĊ. |
3. Użu tajjeb ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
|
3.1 |
Il-membri jużaw l-informazzjoni kunfidenzjali għall-finijiet ta’ u fl-interessi tal-Eurosistema u l-Programm T2S biss u skont il-mandat tal-Bord T2S. |
|
3.2 |
Il-membri m’għandhomx jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali lil partijiet terzi u, f’dak li jirrigwarda membri li huma membri tal-istaff tal-BĊE jew ta’ BĊN, huma jistgħu jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali lil membri biss. Informazzjoni kunfidenzjali mmarkata “membri biss” tista’ fil-prinċipju ma tiġix żvelata minn membri lil membri tal-istaff tal-bank ċentrali tagħhom jew lil banek ċentrali oħrajn sakemm ma jkun ġie miftiehem mod ieħor mill-Bord T2S. |
|
3.3 |
Il-membri kollha jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jipprevjenu l-iżvelar aċċidentali ta’ jew l-aċċess mhux awtorizzat għall-informazzjoni kunfidenzjali. |
|
3.4 |
Il-membri m’għandhomx jużaw l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni kunfidenzjali għall-benefiċċju ta’ entità barra l-Eurosistema jew mingħajr ġustifikazzjoni adegwata għall-benefiċċju tal-bank ċentrali tagħhom. |
|
3.5 |
Sa fejn membru huwa ordnat minn qorti jew awtorità regolatorja, superviżorja jew kompetenti oħra li għandha ġurisdizzjoni fuq dak il-membru sabiex jiżvela jew jagħmel disponibbli informazzjoni kunfidenzjali, huwa għandu:
Jekk iċ-Chairperson huwa mħasseb minn din it-Taqsima, huwa jinforma lill-Viċi Chairperson. |
4. Trasparenza u onestà
|
4.1 |
Bla ħsara għar-rekwiżiti li jirrigwardaw l-informazzjoni kunfidenzjali, fil-kuntatti tagħhom ma’ fornituri potenzjali jew għaqdiet tan-negozju li jirrappreżentaw fornituri potenzjali, il-membri jħabirku biex tinżamm kompetizzjoni ġusta u jipprovdu informazzjoni oġġettiva u pertinenti lil dawn il-fornituri potenzjali jew rappreżentanti b’mod ikkoordinat u mhux diskriminatorju. Skont l-informazzjoni li għandha tingħata, dan il-għan jista’ jinkiseb billi huma jiġu involuti fi djalogu kostruttiv u billi tinqasam id-dokumentazzjoni magħhom fi gruppi konsultattivi. |
|
4.2 |
Membru jagħti l-kunsiderazzjoni xierqa lil kull komunikazzjoni bil-miktub indirizzata lilu minn fornituri potenzjali jew organizzazzjonijiet tan-negozju li jirrappreżentaw lil fornituri potenzjali. Il-membri jittrattaw dawn il-komunikazzjonijiet bħala kunfidenzjali, sakemm ma jiġix espressament iddikjarat il-kuntrarju mill-fornitur potenzjali jew ir-rappreżentant. |
|
4.3 |
It-Taqsimiet 4.1 u 4.2 m’għandhomx ikunu miftehma bħala li jimpedixxu kuntatti bejn il-Bord T2S u fornituri potenzjali jew għaqdiet tan-negozju li jirrappreżentaw fornituri potenzjali. Madankollu, il-membri jwettqu skambji regolari ta' informazzjoni fi ħdan l-Eurosistema fir-rigward tal-kuntatti tagħhom ma’ dawn il-fornituri potenzjali jew rappreżentanti. |
5. Parir fuq mistoqsijiet ta’ etika
Jekk membru jkollu xi mistoqsija dwar l-applikazzjoni tal-Kodiċi, huwa għandu jitlob parir mingħand l-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE.
6. Sanzjonijiet u dispożizzjonijiet finali
|
6.1 |
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-proċeduri dixxiplinari inklużi fil-kundizzjonijiet tal-impieg tagħhom jew għal kull penali kriminali, dixxiplinari, amministrattiva jew kuntrattwali applikabbli, membru li jikser dan il-Kodiċi għandu jitkeċċa immedjatament mill-Bord T2S u mibdul skont il-proċeduri stabbiliti f’Anness I. |
|
6.2 |
Meta membru jkun waqaf minn dmirijietu, huwa għandu jkompli jkun marbut minn Taqsima 3. |
|
6.3 |
Min kien membru ma għandux juża informazzjoni kunfidenzjali sabiex jikseb impieg ma’ fornitur potenzjali, jew jiżvela jew juża informazzjoni kunfidenzjali miksuba permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-Bord T2S bħala impjegat ta’ fornitur potenzjali. |
|
6.4 |
Matul l-ewwel sena wara li jkunu waqfu minn dmirijiethom, il-membri jkomplu jevitaw kull kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’ minħabba attività professjonali ġdida jew ħatra. B’mod partikolari, huma għandhom jinformaw bil-miktub lill-Bord T2S dwar jekk għandhomx il-ħsieb jinvolvu ruħhom f'xi attività professjonali jew jaċċettaw ħatra, u għandhom jitolbu l-parir tal-Bord T2S qabel ma jintrabtu. |
|
6.5 |
Jekk ex membru ma jirrispettax ir-rekwiżiti stipulati f’Taqsimiet 6.3 u 6.4, il-Bord T2S jista’ jinforma lil min iħaddmu illi jirriżulta kunflitt ta’ interess bejn il-pożizzjoni l-ġdida tiegħu u dik li kellu qabel. |
7. Indirizzati u distribuzzjoni
Dan il-Kodiċi huwa indirizzat lill-membri tal-Bord T2S. Titqassam kopja lil kull membru eżistenti u lil membri ġodda mal-ħatra. Il-Membri huma mitluba jiffirmaw l-Appendiċijiet 1 u 2 qabel ma jipparteċipaw f’laqgħat tal-Bord T2S
Appendiċi 1
DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ MAL-KODIĊI TA’ KONDOTTA
B’din id-Dikjarazzjoni, jiena naċċetta l-Kodiċi anness u nirrikonoxxi l-obbligi tiegħi hawn taħt, b’mod partikolari l-obbligu tiegħi biex (a) inżomm il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kunfidenzjali miksuba minni; u (b) nevita u niddikjara sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu kunflitt ta’ interess fit-twettiq ta’ dmirijieti bħala membru tal-Bord T2S fir-rigward tal-Programm T2S.
…
(Firma u data)
…
(Isem sħiħ)
…
(Indirizz)
…
…
…
Appendiċi 2
DIKJARAZZJONI TAL-INTERESSI (1)
…
(Isem sħiħ)
…
(Indirizz)
…
(Xogħol)
Il-Programm T2S huwa effettwat direttament jew indirettament (eż. fir-rigward ta’ membru tal-familja) mill-interessi ta’ flus u/jew mhux ta’ flus, li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess fi ħdan it-tifsira ta’ dan il-Kodiċi (2):
Investiment (eż. dirett jew indirett f’entità kummerċjali, inkluż sussidjarji jew entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp korporattiv, li għandu interess bħala fornitur potenzjali lill-Programm T2S, sakemm ma jkunx miżmum permezz ta’ fondi ta’ investiment jew tal-pensjonijiet jew xi ħaġa simili):
…
…
…
Pożizzjoni (eż. kurrenti jew preċedenti, imħallsa jew mhux imħallsa, ma’ entità kummerċjali illi għandha interess bħala fornitur potenzjali lill-Programm T2S):
…
…
…
Introjtu jew rigali (eż. remunerazzjoni kurrenti, preċedenti jew mistennija, inkluż benefiċċji differiti, għażliet li għandhom jiġu eżerċitati fi stadju aktar tard u trasferimenti ta’ drittijiet tal-pensjoni, jew rigali, riċevuti mingħand entità kummerċjali li għandha interess bħala fornitur potenzjali lill-Programm T2S):
…
…
…
Oħrajn:
…
…
…
Jien b’dan niddikjara, fuq l-unur tiegħi, illi sa fejn naf jien l-informazzjoni żvelata hija vera u kompleta.
…
(Firma u data)
…
(Isem sħiħ)
(1) Jekk membru m’għandu ebda interess relevanti, dan għandu jkun indikat billi jiddikjara “l-ebda” fil-parti(jiet) relevanti.
(2) Membru b’interess relevanti għandu jiddeskrivi l-fatti u ċ-ċirkostanzi relevanti kollha, billi juża wkoll spazju addizzjonali jekk meħtieġ.
ANNESS IV
PROĊEDURI U REKWIŻITI GĦALL-GĦAŻLA, IL-ĦATRA U L-BIDLA TAL-MEMBRI TAL-BORD T2S LI MHUMIEX MINN BANK ĊENTRALI
1. Avviż ta’ Kompetizzjoni
|
1.1 |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jippubblika avviż ta’ kompetizzjoni sabiex jinħatru esperti bħala membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali u għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva. L-avviż ta' kompetizzjoni għandu jsir skont id-Deċiżjoni BĊE/2007/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (1) u kif implimentata aktar f’Kapitolu 8 tal-Business Practice Handbook tal-BĊE. Madankollu, sa ċertu punt huwa jiddevja, b’mod partikolari, minn Artikolu 16a tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5 u għandu jirrispetta tal-anqas il-prinċipji ewlenin tal-akkwist pubbliku u jiżgura kompetizzjoni xierqa u trasparenti. |
|
1.2 |
L-avviż ta’ kompetizzjoni jistabbilixxi, inter alia: (a) l-irwol tal-Bord T2S; (b) l-irwol tal-membri li mhumiex minn bank ċentrali fi ħdan il-Bord T2S; (c) il-kriterji tal-għażla; (d) l-aspetti ekonomiċi tal-mandat; u (e) il-proċedura tal-applikazzjoni, inkluż skadenza għar-riċevuta tal-applikazzjonijiet. |
|
1.3 |
L-avviż ta’ kompetizzjoni tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-BĊE fl-istess ħin. Fejn xieraq, il-BĊE jista’ juża mezzi addizzjonali biex jirriklama l-avviż ta’ kompetizzjoni. F’każ ta’ diskrepanzi, il-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew għandha tieħu l-preċedenza fuq verżjonijiet oħra. |
|
1.4 |
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tal-kandidati għandha tkun tal-anqas 21 jum kalendarju wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kompetizzjoni f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea. |
2. Il-proċedura tal-għażla
|
2.1 |
Il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Bord T2S abbażi ta’ proposta tal-Bord Eżekuttiv u jaħtar il-membri kollha tal-Bord T2S |
|
2.2 |
F’dak li jirrigwarda l-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali, il-Kunsill Governattiv jevalwa l-kandidati skont il-kriterji tal-għażla f’Taqsima 3. |
|
2.3 |
Iċ-Chairperson tal-Bord T2S, rappreżentanti mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema, u staff tal-BĊE jistgħu jagħtu appoġġ lill-Bord Eżekuttiv fil-mili tal-formoli għall-evalwazzjoni tal-kandidati, li jinkludu sommarju tal-merti u n-nuqqasijiet fir-rigward tal-kriterji tal-għażla u rakkomandazzjoni dwar jekk kandidat huwiex adatt biex jinħatar. |
|
2.4 |
Bil-kontra tal-Artikolu 16a(6) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5, żewġ kandidati għandhom jinħatru immedjatament u għandha tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għal kandidati potenzjali għal postijiet fil-futur. |
3. Il-kriterji tal-għażla
Il-kriterji tal-għażla huma:
|
(a) |
kompetenza fin-negozju tas-saldu ta’ titoli, jew bħala fornitur ta’ servizz jew bħala utent ta’ servizzi f’dan il-qasam, kif ukoll kompetenza fir-rigward tas-settur finanzjarju aktar wiesgħa tal-Unjoni; |
|
(b) |
mill-anqas 10 snin esperjenza ta’ interazzjoni mal-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji tal-Unjoni; |
|
(c) |
preferibbilment esperjenza fil-ġestjoni ta’ proġett; |
|
(d) |
Il-lingwa li biha jaħdem il-Bord T2S hija l-Ingliż; għalhekk, il-membri li mhumiex minn bank ċentrali għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw bl-Ingliż b’mod effettiv. |
4. Lista ta’ riżerva
|
4.1 |
Il-BĊE ser iżomm lista ta’ riżerva ta’ kandidati potenzjali. |
|
4.2 |
F’każ ta’ post battal fil-Bord T2S, il-Bord Eżekuttiv jista’ jagħżel kandidat mil-lista ta’ riżerva skont il-klassifikazzjoni tagħhom f’din il-lista ta’ riżerva u jipproponihom lill-Kunsill Governattiv bħala membru tal-Bord T2S għal mandat ta’ sentejn, li jista’ jiġġedded darba. |
|
4.3 |
Il-lista ta’ riżerva tibqa’ valida għal perjodu ta' sentejn la darba tkun ġiet approvata mill-Kunsill Governattiv. Il-validità tal-lista ta’ riżerva tista’ tiġġedded jekk meħtieġ, għal perijodu ieħor ta’ sentejn. |
|
4.4 |
Bil-kontra tal-Artikolu 16a(7) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5, il-lista ta’ riżerva mhijiex miftuħa għal applikanti ġodda. |
|
4.5 |
B’devjazzjoni minn Artikolu 16a(8) ta’ Deċiżjoni BĊE/2007/5, il-kandidati jistgħu jaċċessaw, jaġġornaw jew jikkoreġu d-dejta tagħhom iżda ma jistgħux jaġġornaw jew jikkoreġu l-kriterji tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla tagħhom wara d-data tal-għeluq tal-avviż ta’ kompetizzjoni. |
5. Ħatra
|
5.1 |
Il-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali jinħatru f’kapaċità personali. Huma ma jistgħux jiddelegaw ir-responsabbiltajiet tagħhom lil membru ieħor jew parti terza. |
|
5.2 |
Il-ħatriet kollha huma soġġetti għall-firma minn min jinħatar ta’ kuntratt tal-ħatra mingħand iċ-Chairperson tal-Bord T2S, ta’ kuntratt mal-BĊE dwar l-indennizz u r-rimborż tal-ispejjeż, u tad-dikjarazzjonijiet imsemmija f’Taqsima 6.1. |
|
5.3 |
Il-Kunsill Governattiv jaħtar membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali bħala membri mingħajr vot tal-Bord T2S għal mandat ta’ sentejn, li jiġġedded darba. |
6. Dikjarazzjonijiet
|
6.1 |
Il-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali jintrabtu li jimxu mal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord T2S. Għal dan il-għan, huma mitlubin jiffirmaw id-‘Dikjarazzjoni ta’ konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta’ f’Appendiċi 1 ta’ Anness III u li jimlew u jiffirmaw id-‘Dikjarazzjoni tal-interessi’ f’Appendiċi 2 ta’ Anness III. |
|
6.2 |
Il-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali huma mitlubin ukoll jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet ipprovduti mal-avviż. |
7. Terminazzjoni u bidla
|
7.1 |
Il-Kunsill Governattiv jista’ jittermina l-mandat ta’ membru tal-Bord T2S li mhuwiex minn bank ċentrali f’każ ta’ kunflitt ta’ interess, ksur ta’ dmir, l-inabbiltà li jwettaq dmirijietu, ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta jew nuqqas serju fl-imġieba. |
|
7.2 |
Il-mandat jitqies bħala itterminat meta l-membru li mhuwiex minn bank ċentrali jirriżenja jew jiskadilu l-mandat mingħajr ma jiġi mġedded. |
|
7.3 |
Jekk mandat jiġi tterminat qabel ma jintemm perjodu ta’ sentejn, japplikaw it-Taqsimiet 4.2 u 4.3. |
Rettifika
|
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/30 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUTM Somalia/1/2011 tas-6 ta’ Diċembru 2011 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)
(2011/815/PESK)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 324 tas-7 ta' Diċembru 2011 )
F'paġna 36, premessa (1):
minflok:
|
“(1) |
Il-Kmandant tal-EUTM Somalia laqqa' l-Konferenzi dwar il-Ġenerazzjoni tal-Forzi u l-Forniment tal-Persunal fis-17 ta' Novembru 2008, fis-16 ta' Diċembru 2008 u fid-19 ta' Marzu 2009.” |
aqra:
|
“(1) |
Il-Kmandant tal-EUTM Somalia laqqa' Konferenza dwar il-Ġenerazzjoni tal-Forzi u l-Forniment tal-Persunal fit-23 ta' Awwissu 2011.” |
F'paġna 36, Artikolu 1:
minflok:
“B'kont meħud tas-sejbiet tal-Konferenzi dwar il-Ġenerazzjoni tal-Forzi u l-Forniment tal-Persunal tas-17 ta' Novembru 2008, is-16 ta' Diċembru 2008 u d-19 ta' Marzu 2009 u …”
aqra:
“B'kont meħud tal-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Ġenerazzjoni tal-Forzi u l-Forniment tal-Persunal tat-23 ta' Awwissu 2011 u …”
|
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/31 |
Procès–verbal ta' rettifika tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, ir-Repubblika tas-Serbja fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta' April 2008
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 28 tat-30 ta' Jannar 2010 , Rettifika ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 58 tad-9 ta' Marzu 2010 )
Din ir-rettifika saret permezz ta' Procès-verbal ta' Rettifika li ġie ffirmat fi Brussell fit-2 ta’ Marzu 2012 bil-Kunsill bħala depożitarju.
|
1. |
F'paġna 139, Anness IIIa, "Konċessjonijiet tariffarji tas-Serbja għal prodotti agrikoli tal-Komunità", "Imsemmija fl-Artikolu 12(2)(a)":
il-kodiċi tan-NM li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-kodiċi tan-NM 5003 00 00 : |
|
“51 |
SUF, PIL FIN JEW AĦRAX TA’ ANNIMALI; ĦJUT MILL-PIL TAŻ-ŻWIEMEL U TESSUT MAĦDUM |
|
52 |
QOTON |
|
5301 |
Għażel, mhux maħdum jew ipproċessat iżda mhux mibrum; frak u rmixk ta’ għażel (inkluż skart tal-ħjut u materjal “garnetted”) |
|
5302 |
Qanneb veru (Cannabis sativa L.) mhux maħdum jew ipproċessat iżda mhux mibrum; frak u rmixk ta’ qanneb (inkluż skart tal-ħjut u materjal “garnetted”)”. |
|
2. |
F'paġna 165, subtitolu ta' Anness IIId, "Konċessjonijiet tariffarji tas-Serbja għal prodotti agrikoli tal-Komunità" |
minflok:
"Imsemmija fl-Artikolu 12(2)(b)";
aqra:
"Imsemmija fl-Artikolu 12(2)(c)".
|
3. |
F'paġna 174, Anness IIId, "Konċessjonijiet tariffarji tas-Serbja għal prodotti agrikoli tal-Komunità", "Imsemmija fl-Artikolu 12(2)(c)" |
minflok:
|
“1507 |
Żejt tas-soja u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk irfinut kemm jekk le, iżda mhux modifikat kimikament: |
|
|
|
|
|
|
||
|
1507 10 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
1507 10 90 |
– – Oħrajn |
80 % |
70 % |
60 % |
50 % |
40 % |
20 %”; |
aqra:
|
“1517 |
Marġerina, taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-kapitlu, minbarra xaħmijiet u żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom taħt l-intestatura 1516 : |
|
|
|
|
|
|
||
|
1517 10 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
1517 10 90 |
– – Oħrajn |
80 % |
70 % |
60 % |
50 % |
40 % |
20 %”. |