|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.115.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
|
27.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/1 |
DIRETTIVA 2012/12/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ April 2012
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu protetti l-interessi tal-konsumaturi u biex jittejjeb il-moviment ħieles tal-meraq tal-frott u ta’ ċerti prodotti simili fi ħdan l-Unjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE (3) stabbiliet dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti kkonċernati. Dawk ir-regoli għandhom jiġu adattati skont il-progress tekniku u għandhom, sa fejn hu possibbli, jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, partikolarment l-Istandard Ġenerali tal-Codex għall-meraq tal-frott u għan-nektars (Standard Ġenerali tal-Codex 247-2005) li ġie adottat mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius waqt it-28 sessjoni tagħha tal-4 sad-9 ta’ Lulju 2005“Standard tal-Codex”. L-Istandard tal-Codex jistabbilixxi, b'mod partikolari, il-fatturi ta’ kwalità u r-rekwiżiti għat-tikettar tal-meraq tal-frott u ta’ prodotti simili. |
|
(2) |
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (4), jeħtieġ li jkunu emendati d-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva 2001/112/KE dwar it-tikkettar tal-meraq tal-frott u prodotti simili biex jirriflettu r-regoli l-ġodda dwar l-ingredjenti awtorizzati, bħalma huma dawk li għandhom x'jaqsmu maż-żieda taz-zokkor, li mhumiex awtorizzati aktar fil-meraq tal-frott. Għal prodotti oħrajn, iz-zokkor miżjud għandu jibqa' jiġi ttikkettat skont id-Direttiva 2000/13/KE. |
|
(3) |
L-indikazzjoni nutrizzjonali “bla zokkor miżjud”, kif elenkata fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq prodotti tal-ikel (5), ilha tintuża għal ħafna żmien fir-rigward tal-meraq tal-frott. Fid-dawl tar-rekwiżiti l-ġodda tal-kompożizzjoni għall-meraq tal-frott li tiddisponi din id-Direttiva, it-tneħħija minnufih ta’ din l-indikazzjoni wara perjodu ta’ tranżizzjoni tista' ma tħallix li ssir distinzjoni ċara bejn il-meraq tal-frott u xarbiet oħrajn f'termini ta’ żieda ta’ zokkor fi prodotti, li hi ta’ ħsara għas-settur tal-meraq tal-frott. Sabiex l-industrija tkun tista' tinforma lill-konsumaturi kif suppost, għandu jkun possibbli li tintuża, għal żmien limitat, dikjarazzjoni li tindika li l-ebda meraq tal-frott ma fih zokkor miżjud. |
|
(4) |
Sabiex l-Annessi tad-Direttiva 2001/112/KE jinġiebu f'konformità mal-iżvilupp fl-istandards internazzjonali rilevanti u biex jitqies il-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tkun iddelegata s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar ta’ dawk l-Annessi, bl-eċċezzjoni tal-Parti I tal-Anness I u tal-Anness II. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(5) |
Sabiex l-Istati Membri jitħallew jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet nazzjonali meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ 18-il xahar. Waqt dan il-perjodu r-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/112/KE għandhom jibqgħu applikabbli, bl-esklużjoni tal-emendi mdaħħla b'din id-Direttiva. |
|
(6) |
Sabiex jitqiesu l-interessi tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq jew li jittikkettaw il-prodotti tagħhom bi qbil mar-rekwiżiti applikabbli qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, hu meħtieġ li jkunu stabbiliti miżuri tranżitorji adegwati. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tistipula li dawk il-prodotti jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq għal żmien limitat wara l-perjodu ta’ traspożizzjoni. |
|
(7) |
Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-adattament tad-Direttiva 2001/112/KE għall-progress tekniku b'kunsiderazzjoni tal-istandard tal-Codex, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista' għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(8) |
Id-Direttiva 2001/112/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2001/112/KE
Id-Direttiva 2001/112/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-prodotti definiti fl-Anness I huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għal prodotti tal-ikel, bħar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistipula proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà tal-ikel (*1), sakemm din id-Direttiva ma tipprovdix mod ieħor. |
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa mħassar; |
|
(3) |
l-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 It-tikkettar tal-meraq tal-frott ikkonċentrat imsemmi fil-punt 2 tal-Parti I tal-Anness I li mhuwiex maħsub li jitwassal għand il-konsumatur finali, għandu jkollu fuqu referenza li tindika l-preżenza u l-kwantità tal-meraq tal-lumi miżjud, tal-meraq tal-lajm miżjud jew tal-aġenti aċidifikanti miżjuda permessi mir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (*2). Din ir-referenza għandha tidher fuq wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti definiti fl-Anness I għal prodotti mqiegħda fis-suq fl-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”; |
|
(6) |
l-Artikolu 7 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Sabiex l-Annessi f'din id-Direttiva jinġiebu f'konformità mal-iżviluppi.fl-istandards internazzjonali rilevanti u biex jitqies il-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 7a, biex temenda l-Annessi għal din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Parti I tal-Anness I u tal-Anness II.”; |
|
(7) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 7a 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-28 ta’ Ottubru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; |
|
(8) |
l-Artikolu 8 huwa mħassar. |
|
(9) |
l-Annessi huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-28 ta’ Ottubru 2013. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-28 ta’ Ottubru 2013.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
1. Il-prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettati qabel it-28 ta’ Ottubru 2013 f'konformità mad-Direttiva 2001/112/KE jistgħu jiibqgħu jiġu kkumerċjalizzati sat-28 ta’ April 2015.
2. Id-dikjarazzjoni “mit-28 ta’ Ottubru 2015 l-ebda meraq tal-frott ma fih iz-zokkor” tista' tidher fuq it-tikketta fl-istess post bħall-isem tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 4 tal-Parti I tal-Anness I sat-28 ta’ Ottubru 2016.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ April 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
M. BØDSKOV
(1) ĠU C 84, 17.3.2011, p. 45.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(3) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.
ANNESS
“ANNESS I
ISMIJIET TA’ PRODOTTI, DEFINIZZJONIJIET TA’ PRODOTTI U KARATTERISTIĊI
I. DEFINIZZJONIJIET
(a) Meraq tal-frott
Il-prodott fermentabbli iżda mhux iffermentat miksub mill-parti li tittiekel ta’ frott li ma jkunx imħassar u li jkun misjur, frisk jew ippreservat bit-tkessiħ jew bl-iffriżar, ta’ tip wieħed jew aktar imħallta flimkien, li jkollu l-kulur, il-palat u t-togħma karatteristiċi tipiċi tal-meraq tal-frott li ġej minnu.
Palat, polpa u ċelloli miksuba b’mezzi fiżiċi adattati mill-istess speċi ta’ frott jistgħu jiġu rikostitwiti fil-meraq.
Fil-każ tal-frott taċ-ċitru, il-meraq tal-frott għandu jiġi mill-endokarpu. Il-meraq tal-lajm, madankollu, jista’ jinkiseb mill-frotta sħiħa.
Meta meraq jiġi pproċessat minn frott b’żerriergħa rqiqa, b’żerriegħa u bil-qoxra, ma għandhomx jiġu inkorporati fil-meraq.partijiet jew komponenti miż-żerriegħa rqiqa, miż-żerriegħa u mill-qoxra. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal każijiet fejn partijiet jew komponenti miż-żerriegħa rqiqa, miż-żerriegħa u mill-qoxra ma jistgħux jitneħħew bi prattiki tajba tal-manifattura.
It-taħlit tal-meraq tal-frott mal-puré tal-frott għandu jiġi awtorizzat fil-produzzjoni tal-meraq tal-frott.
(b) Meraq tal-frott minn konċentrat
Il-prodott miksub bir-rikostituzzjoni tal-meraq tal-frott ikkonċentrat iddefinit fil-punt 2 b’ilma tajjeb għax-xorb li jissodisfa l-kriterji stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (1).
Il-kontenut ta’ solidi solubbli tal-prodott lest għandu jissodisfa l-livell minimu Brix għall-meraq rikostitwit speċifikat fl-Anness V.
Jekk meraq minn konċentrat jiġi manifatturat minn frotta li ma tissemmiex fl-Anness V, il-livell Brix minimu tal-meraq rikostitwit għandu jkun il-livell Brix tal-meraq kif estratt mill-frotta li ntużat sabiex isir il-konċentrat.
Palat, polpa u ċelloli miksuba b’mezzi fiżiċi adattati mill-istess speċi ta’ frott jistgħu jiġu rikostitwiti fil-meraq tal-frott mill-konċentrat.
Il-meraq tal-frott minn konċentrat jiġi ppreparat bi proċessi adattati, li jżommu l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, organolettiċi u nutrizzjonali essenzjali ta’ tip medju ta’ meraq tal-frotta li jkun ġej minnha.
It-taħlit ta’ meraq tal-frott u/jew ta’ meraq tal-frott ikkonċentrat ma’ puré tal-frott u/jew ma’ puré tal-frott ikkonċentrat għandu jkun awtorizzat fil-produzzjoni tal-meraq tal-frott minn konċentrat.
2. Meraq ta’ frott ikkonċentrat
Il-prodott miksub mill-meraq tal-frott ta’ speċi waħda jew aktar ta’ frott bit-tneħħija fiżika ta’ proporzjon speċifiku tal-kontenut tal-ilma. Fejn il-prodott huwa maħsub għall-konsum dirett, it-tneħħija għandha tkun ta’ mill-inqas 50 % tal-kontenut tal-ilma.
Palat, polpa u ċelloli miksuba b’mezzi fiżiċi adattati mill-istess speċi ta’ frott jistgħu jiġu rikostitwiti fil-meraq tal-frott konċentrat.
3. Meraq tal-frott estratt bl-ilma
Il-prodott miksub bid-diffużjoni bl-ilma ta’:
|
— |
frotta sħiħa mimlija polpa li l-meraq tagħha ma jista’ jiġi estratt bl-ebda mezz fiżiku, jew |
|
— |
frotta sħiħa deidrata. |
4. Meraq tal-frott deidrat/fi trab
Il-prodott miksub mill-meraq tal-frott ta’ speċi waħda jew aktar ta’ frott bit-tneħħija fiżika ta’ kważi l-kontenut kollu tal-ilma.
5. Nektar tal-frott
Il-prodott fermentabbli iżda mhux iffermentat li:
|
— |
jinkiseb biż-żieda ta’ ilma u biż-żieda/jew mingħajr iż-żieda ta’ zokkor u/jew ta’ għasel mal-prodotti ddefiniti fil-punti 1 sa 4, ma’ puré tal-frott u/jew ma’ puré tal-frott ikkonċentrat u/jew ma’ taħlita ta’ dawk il-prodotti, u |
|
— |
jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness IV. |
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (2), fejn in-nektars ta’ frott jiġu manifatturati mingħajr zokkor miżjud jew b’valur imnaqqas ta’ enerġija, iz-zokkor jista’ jiġi sostitwit b’mod sħiħ jew parzjali b’sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.
Palat, polpa u ċelloli miksuba b’mezzi fiżiċi adattati mill-istess speċi ta’ frott jistgħu jiġu rikostitwiti fin-nektar tal-frott.
II. INGREDJENTI, TRATTAMENTI U SUSTANZI AWTORIZZATI
1. Kompożizzjoni
L-ispeċi li tikkorrispondi għall-isem botaniku fl-Anness V għandha tintuża fil-preparazzjoni tal-meraq tal-frott, tal-purejiet tal-frott u tan-nektars tal-frott li jkollhom l-isem tal-prodott għall-frotta applikabbli jew l-isem komuni tal-prodott. Għall-ispeċijiet tal-frott li mhumiex inklużi fl-Anness V, għandu japplika l-isem botaniku jew l-isem komuni korrett.
Għall-meraq tal-frott, il-livell Brix għandu jkun dak tal-meraq kif ġie estratt mill-frott u ma għandux ikun immodifikat, ħlief bit-taħlit mal-meraq tal-istess speċi ta’ frott.
Il-livell Brix minimu huwa stabbilit fl-Anness V għal meraq tal-frott rikostitwit u puré tal-frott rikostitwit u jeskludi solidi solubbli ta’ kwalunkwe ingredjent u addittivi fakultattivi miżjuda.
2. Ingredjenti awtorizzati
L-ingredjenti li ġejjin biss jistgħu jiġu miżjuda mal-prodotti msemmija fil-Parti I:
|
— |
Vitamini u minerali awtorizzati fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (3); |
|
— |
Addittivi tal-ikel awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008; |
u addizzjonalment:
|
— |
Għall-meraq tal-frott, meraq tal-frott minn ikkonċentrat u meraq tal-frott ikkonċentrat: palat rikostitwit, polpa u ċelloli; |
|
— |
Għall-meraq tal-għeneb: imluħa rikostitwita tal-aċidi tartariċi; |
|
— |
Għan-nektars tal-frott: palat rikostitwit, polpa u ċelloli; zokkor u/jew għasel sa 20 % tal-piż totali tal-prodotti lesti u/jew ta’ dolċifikanti; Indikazzjoni li ma ġie miżjud l-ebda zokkor fil-meraq tal-frott, u kwalunkwe indikazzjoni li x’aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista’ ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih l-ebda monosakkaridi jew disakkaridi miżjuda jew kwalunkwe ikel ieħor użat għall-karatteristiċi ta’ ħlewwa tiegħu kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Jekk il-meraq tal-frott ikun fih zokkor naturali, l-indikazzjoni li ġejja għandha tidher ukoll fuq it-tikketta ‘fih zokkor naturali’; |
|
— |
Għall-prodotti msemmija fil-punt (a), l-ewwel inċiż tal-punt (b), punt (c), it-tieni inċiż tal-punt (e) u l-punt (h) tal-Anness III: zokkor u/jew għasel; |
|
— |
Għall-prodotti ddefiniti fil-punti 1 sa 5 tal-Parti I, sabiex tiġi rregolata t-togħma aċiduża: meraq tal-lumi u/jew meraq tal-lajm u/jew meraq tal-lumi kkonċentrat u/jew meraq tal-lajm ikkonċentrat, sa 3gm għal kull litru ta’ meraq, espress bħala aċidu ċitriku anidru; |
|
— |
Għall-meraq tat-tadam u għall-meraq tat-tadam minn konċentrat: melħ, ħwawar u ħwawar aromatiċi. |
3. Trattamenti u sustanzi awtorizzati
Jistgħu jiġu applikati biss it-trattamenti li ġejjin u jistgħu jiżdiedu biss is-sustanzi li ġejjin fil-prodotti msemmija fil-Parti I:
|
— |
Proċessi ta’ estrazzjoni mekkanika; |
|
— |
Il-proċessi fiżiċi tas-soltu, inkluża l-estrazzjoni bl-ilma f’linja (in-line water extraction — diffużjoni) tal-parti li tittiekel tal-frott għajr l-għeneb għall-manifattura ta’ meraq tal-frott ikkonċentrat, sakemm il-meraq tal-frott li jinkiseb b’dan il-mod ikun konformi mal-punt 1 tal-Parti I; |
|
— |
Għall-meraq tal-għeneb, fejn tkun intużat is-sulfitazzjoni bid-diossidu tal-kubrit tal-għeneb, hija awtorizzata d-desulfitazzjoni b’mezzi fiżiċi, sakemm il-kwantità totali ta’ SO2 preżenti fil-prodott finali ma taqbiżx l-10 mg/l; |
|
— |
Preparazzjonjiet bl-enżimi: pektinażijiet (għat-tkissir tal-pektin), proteinażijiet (għat-tkissir tal-proteini) u amilażijiet (għat-tkissir tal-lamtu) li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel (4); |
|
— |
Ġelatina li tittiekel; |
|
— |
Tannini; |
|
— |
Silica sol; |
|
— |
Faħam tal-kannol; |
|
— |
Nitroġenu; |
|
— |
Bentonit bħala tafal assorbenti; |
|
— |
Mezzi ta’ filtrazzjoni u aġenti ta’ preċipitazzjoni kimikament inerti (inklużi perlite, diatomite maħsula, ċelluloża, poliammid insolubbli, polivinilpolipirrolidon, polisterin), li jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (5); |
|
— |
Mezzi ta’ assorbiment kimikament inerti li jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, u li jintużaw biex inaqqsu l-kontenut ta’ limonojd u ta’ naringin tal-meraq tal-frott taċ-ċitru mingħajr ma jaffettwaw b’mod sinifikanti il-kontenut ta’ glukosid tal-limonojd, ta’ aċidu, ta’ zokkor (inklużi l-oligosakkaridi) jew ta’ minerali. |
“ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET TAL-MATERJA PRIMA
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) Frott
Il-frott kollu. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-tadam huma wkoll ikkunsidrati bħala frott.
Il-frott ma għandux ikun imħassar, irid ikun sar biżżejjed u frisk jew ippreservat b’mezzi fiżiċi jew bi trattamenti, inklużi t-trattamenti wara l-ġbir applikati skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni.
(2) Puré tal-frott
Il-prodott fermentabbli iżda mhux iffermentat li jinkiseb bi proċessi fiżiċi adattati bħall-mogħdija minn passatur, it-tisħiq, it-tħin tal-parti li tittiekel ta’ frotta sħiħa jew imqaxxra mingħajr ma jitneħħa l-meraq.
(3) Puré tal-frott ikkonċentrat
Il-prodott miksub mill-puré tal-frott bit-tneħħija fiżika ta’ proporzjon speċifiku mill-kontenut tal-ilma tiegħu.
Il-puré tal-frott ikkonċentrat jista’ jkollu palat rikostitwit b’mezzi fiżiċi adattati, kif ġie ddefinit fil-punt 3 tal-Parti II tal-Anness I, u li kollu għandu jkun irkuprat mill-istess speċi ta’ frott.
(4) Palat
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (6), il-palati għar-rikostituzzjoni għandhom jinkisbu matul l-ipproċessar tal-frotta billi jiġu applikati proċessi fiżiċi adattati. Dawk il-proċessi fiżiċi jistgħu jiġu applikati sabiex iżommu, jippreservaw jew jistabbilizzaw il-kwalità tal-palat u għandhom jinkludu b’mod partikolari t-tagħsir, l-estrazzjoni, id-distillazzjoni, il-filtrazzjoni, l-assorbiment, l-evaporazzjoni, il-frazzjonament u l-konċentrazzjoni.
Il-palat jinkiseb mill-partijiet li jittieklu tal-frott; madankollu, jista’ jinkiseb ukoll minn żejt magħsur kiesaħ mill-qoxra tal-frott taċ-ċitru u minn komposti taż-żerriegħa.
(5) Zokkor
|
— |
iz-zokkor kif iddefinit mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam ma’ ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem (7), |
|
— |
il-ġulepp tal-fruttożju, |
|
— |
iz-zokkor derivat mill-frott. |
(6) Għasel
Il-prodott iddefinit mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (8).
(7) Polpa jew ċelloli
Il-prodotti miksuba mill-partijiet li jittieklu tal-frott tal-istess speċi mingħajr ma jitneħħa l-meraq. Barra minn hekk, għall-frott taċ-ċitru, il-polpa jew iċ-ċelloli huma l-boroż tal-meraq miksuba mill-endokarpu.
“ANNESS III
DENOMINAZZJONIJIET PARTIKOLARI GĦAL ĊERTI PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I
|
(a) |
‘vruchtendrank’, għal nektars tal-frott; |
|
(b) |
‘Süßmost’; Id-denominazzjoni ‘Süßmost’ tista’ tintuża biss flimkien mal-ismijiet tal-prodotti ‘Fruchtsaft’ jew ‘Fruchtnektar’;
|
|
(ċ) |
‘succo e polpa’ jew ‘sumo e polpa’, għal nektars tal-frott miksuba esklussivament minn puré tal-frott u/jew minn puré tal-frott ikkonċentrat; |
|
(d) |
‘æblemost’, għal meraq tat-tuffieħ mingħajr zokkor miżjud; |
|
(e) |
|
|
(f) |
‘äppelmust/äpplemust’, għal meraq tat-tuffieħ mingħajr zokkor miżjud; |
|
(g) |
‘mosto’, sinonimu għal meraq tal-għeneb; |
|
(h) |
‘smiltsērkšķu sula ar cukuru’ jew ‘astelpaju mahl suhkruga’ jew ‘słodzony sok z rokitnika’ għall-meraq tal-frott miksub mill-frott taz-ziju tal-bħar (seabuckthorn berries) b’mhux aktar minn 140 g ta’ zokkor miżjud għal kull litru. |
“ANNESS IV
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI RELATATI MAN-NEKTARS TAL-FROTT
|
Nektars tal-frott magħmula minn |
Kontenut minimu ta’ meraq u/jew ta’ puré (% skont il-volum tal-prodott lest) |
|
I. Frott b’meraq aċiduż li ma għandux togħma tajba fl-istat naturali |
|
|
Il-frotta tal-fjura tal-Passjoni |
25 |
|
Quito naranjillos |
25 |
|
Ribes/passolina sewda |
25 |
|
Passolina bajda |
25 |
|
Passolina ħamra |
25 |
|
Ribes/rużberri (gooseberries) |
30 |
|
Frott taz-ziju tal-bħar (seabuckthorn berries) |
25 |
|
Pruna selvaġġa (sloes) |
30 |
|
Għanbaqar |
30 |
|
Quetsches (xorta ta’ għanbaqra) |
30 |
|
Rowanberries |
30 |
|
Warda Skoċċiża |
40 |
|
Ċirasa qarsa |
35 |
|
Ċirasa oħra |
40 |
|
Mirtilli |
40 |
|
Frott tas-sebuqa |
50 |
|
Lampun |
40 |
|
Berquq |
40 |
|
Frawli |
40 |
|
Ċawsli/tut |
40 |
|
Cranberries |
30 |
|
Sfarġel |
50 |
|
Lumi u lajm |
25 |
|
Frott ieħor ta’ din il-kategorija |
25 |
|
II. Frott b’livell baxx ta’ aċidità, b’ħafna polpa jew b’palat qawwi b’meraq li ma’ għandux togħma tajba fl-istat naturali |
|
|
Mango |
25 |
|
Banana |
25 |
|
Gwava |
25 |
|
Papaja |
25 |
|
Liċċi (lychee/litchi) |
25 |
|
Azeroles (naspli Naplitani) |
25 |
|
Soursop (frotta tal-annona) |
25 |
|
Bulloock’s heart jew anona li tikber fl-Indi tal-Lvant (custard apple) |
25 |
|
Puma kannella (sugar apples jew sweetsop) |
25 |
|
Rummien |
25 |
|
Frott tal-anakardju |
25 |
|
Għanbaqar Spanjol (Spanish plums) |
25 |
|
Umbu (Għanbaqar Brażiljan) |
25 |
|
Frott ieħor ta’ din il-kategorija |
25 |
|
III. Frott b’meraq ta’ togħma tajba fl-istat naturali |
|
|
Tuffieħ |
50 |
|
Lanġas |
50 |
|
Ħawħ |
50 |
|
Frott taċ-ċitru ħlief il-lumi u l-lajm |
50 |
|
Ananas |
50 |
|
Tadam |
50 |
|
Frott ieħor ta’ din il-kategorija |
50 |
“ANNESS V
LIVELLI MINIMI BRIX GĦAL MERAQ TAL-FROTT RIKOSTITWIT U GĦAL PURÉ TAL-FROTT RIKOSTITWIT
|
Isem Komuni tal-Frott |
Isem Botaniku |
Livelli minimi tal-Brix. |
|
Tuffieħa (*) |
Malus domestica Borkh. |
11,2 |
|
Berquqa (**) |
Prunus armeniaca L. |
11,2 |
|
Banana (**) |
Musa x paradisiaca L. (esklużi l-pjantaġġini) |
21,0 |
|
Ribes/passolina sewda (*) |
Ribes nigrum L. |
11,0 |
|
Għenba (*) |
Vitis vinifera L. jew ibridi tagħha Vitis labrusca L. jew ibridi tagħha |
15,9 |
|
Grejpfrut (*) |
Citrus x paradis Macfad. |
10,0 |
|
Gwava (**) |
Psidium guajava L. |
8,5 |
|
Lumija (*) |
Citrus limon (L.) Burm.f. |
8,0 |
|
Mango (**) |
Mangifera indica L. |
13,5 |
|
Larinġa (*) |
Citrus sinensis (L.) Osbeck |
11,2 |
|
Il-frotta tal-fjura tal-Passjoni (*) |
Passiflora edulis Sims |
12,0 |
|
Ħawħa (**) |
Prunus persica (L.) Batsch var. persica |
10,0 |
|
Lanġasa (**) |
Pyrus communis L. |
11,9 |
|
Ananas (*) |
Ananas comosus (L.) Merr. |
12,8 |
|
Lampun (*) |
Rubus idaeus L. |
7,0 |
|
Ċirasa Qarsa (*) |
Prunus cerasus L. |
13,5 |
|
Frawla (*) |
Fragaria x ananassa Duch. |
7,0 |
|
Tadama (*) |
Lycopersicon esculentum, Mill. |
5,0 |
|
Mandolina (*) |
Citrus reticulata Blanco |
11,2 |
|
Għal dawk il-prodotti mmarkati b’asterisk (*), li jiġu prodotti bħala meraq, id-densità relattiva minima tiġi ddeterminata bħala tali relattivament għall-ilma f’20/20 °C. Għal dawk il-prodotti mmarkati b’żewġ asteriski (**), li jiġu prodotti bħala puré, għandu jiġi ddeterminat biss qari minimu Brix li ma jkunx ikkorreġut (mingħajr korrezzjoni tal-aċidu). |
||
(1) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.
(2) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(3) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
(4) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.
(5) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(6) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
27.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/12 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 363/2012
tat-23 ta’ Frar 2012
dwar ir-regoli proċedurali għar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif previst fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 għandu l-għan, b’mod partikolari, li jimminimizza r-riskju ta’ tqegħid ta’ njam illegali u prodotti ġejjin minn injam bħal dan fis-suq intern. Organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ għandhom jassistu lil operaturi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament. Għal dik il-fini, huma għandhom jiżviluppaw sistema ta’ diliġenza, jagħtu lill-operaturi d-dritt li jużawha, u jivverifkaw l-użu sewwa tagħha. |
|
(2) |
Il-proċedura li biha l-Kummissjoni tirrikonoxxi organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ għandha tkun ġusta, trasparenti u indipendenti. Għalhekk, applikanti għandhom ikunu vvalutati wara li jkunu kkonsultati l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u wara li tkun inġabret informazzjoni suffiċjenti dwar applikant. Fejn ikun meħtieġ, il-ġbir ta’ informazzjoni għandu jinkludi żjajjar fil-post tan-negozju tal-applikant. |
|
(3) |
Jeħtieġ li tkun speċifikata l-kompetenza u l-kapaċità xierqa li organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ għandu jkollhom biex jiddeterminaw il-konformità tal-injam ma’ leġiżlazzjoni rilevanti fil-pajjiż ta’ ħsad tiegħu u li jipproponu miżuri għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ tqegħid ta’ njam illegali u ta’ prodotti li ġejjin minn injam bħal dan fis-suq. Fejn ir-riskju identifikat ma jkunx negliġibbli, organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandhom ukoll ikunu jistgħu jipproponu miżuri adegwati biex jimminimizzawh b’mod effikaċi. |
|
(4) |
Għandu jkun żgurat li organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’mod trasparenti u indipendenti, jevitaw kull konflitt ta’ interess li joħroġ mill-funzjonijiet tagħhom u li jagħtu s-servizzi tagħhom lil operaturi b’mod mhux diskriminatorju. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar irtirar ta’ rikonoxximent wara proċedura, li tkun ġusta, trasparenti u indipendenti. Qabel ma tieħu deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti konċernati tal-Istati Membri u għandha tiġbor informazzjoni suffiċjenti, inklużi żjajjar fuq il-post fejn ikun meħtieġ. L-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ konċernata għandha tingħata l-opportunità li tissottometti kummenti qabel ma tittieħed deċiżjoni. |
|
(6) |
B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirtira rikonoxximent jew fuq bażi temporanja u/jew kundizzjonali, jew b’mod permanenti, skont kif jidhrilha li jkun meħtieġ mil-livell ta’ nuqqasijiet misjuba, fejn organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ma tkunx għadha twettaq aktar il-funzjonijiet jew tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 995/2010. |
|
(7) |
Jeħtieġ li jkun żgurat li l-livell ta’ protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ pproċessar ta’ dejta personali fl-applikazzjonijiet għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ, ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta] (2) u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data [dejta] (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“awtoritajiet kompetenti konċernati” tfisser awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom organizzazzjoni ta’ monitoraġġ jew applikant għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ikunu stabbiliti legalment jew li fihom jipprovdu servizzi jew ikunu biħsiebhom jipprovdu servizzi skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(2) |
“evidenza ta’ kwalifiki formali” tfisser diplomi, ċertifikati u evidenza oħra maħruġa minn awtorità fi Stat, maħtura skont dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi ta’ dak l-Istat u li tiċċertifika li jkun tlesta b’suċċess taħriġ professjonali; |
|
(3) |
“esperjenza professjonali” tfisser li wieħed ikun qed jeżerċita fil-fatt u b’mod leċitu l-professjoni konċernata. |
Artikolu 2
Applikazzjoni għal rikonoxximent
1. Kwalunkwe entità, pubblika jew privata, kemm jekk kumpannija, korporazzjoni, ditta, impriża, istituzzjoni jew awtorità, stabbilita legalment fl-Unjoni, tista’ tissottometti lill-Kummissjoni applikazzjoni biex tkun rikonoxxuta bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ.
L-entità għandha tissottometti l-applikazzjoni fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni flimkien mad-dokumenti elenkati fl-Anness.
2. Biex ikun rikonoxxut bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ, applikant għandu juri li jissodisfa r-rekwiżiti kollha msemmijin fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 u fl-Artikoli 5 sa 8 ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkonferma l-wasla ta’ applikazzjoni u tipprovdi lill-applikant b’numru ta’ referenza fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla.
Hija għandha tipprovdi wkoll lill-applikant b’terminu ta’ żmien indikattiv li matulu hija tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-applikant kull darba li hija tirrevedi t-terminu ta’ żmien indikattiv minħabba l-ħtieġa li tikseb informazzjoni jew dokumenti addizzjonali għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni.
4. Fejn ikunu għaddew tliet xhur mill-wasla ta’ applikazzjoni jew mill-aħħar komunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni lil applikant, skont liema minnhom tkun l-aħħar, u l-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni ta’ rikonoxximent jew ċaħdet l-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-applikant bil-miktub dwar il-progress fil-valutazzjoni tal-applikazzjoni.
L-ewwel subparagrafu jista’ japplika aktar minn darba għat-trattament ta’ applikazzjoni waħda.
5. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tal-applikazzjoni u ta’ dokumenti ta’ prova lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, li jistgħu jipprovdu kummenti dwar l-applikazzjoni fi żmien xahar mid-data ta’ trażmissjoni.
Artikolu 3
Dokumenti addizzjonali u aċċess għall-post tan-negozju
1. Fuq talba tal-Kummissjoni, applikant jew l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jissottomettu kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti addizzjonali meħtieġa mill-Kummissjoni f’terminu ta’ żmien speċifikat.
2. L-applikant għandu jagħti lill-Kummissjoni aċċess għall-post tan-negozju tiegħu biex tivverifika li r-rekwiżiti kollha msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 u fl-Artikoli 5 sa 8 jkunu ssodisfati. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf bil-quddiem lill-applikant dwar żjara. L-awtoritajiet kompetenti konċernati jistgħu jipparteċipaw fiż-żjara.
L-applikant għandu joffri l-assistenza kollha meħtieġa biex żjajjar bħal dawn ikunu ffaċilitati.
Artikolu 4
Deċiżjoni ta’ rikonoxximent
Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta’ rikonoxximent skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, għandha tinnotifika lill-applikant konċernat fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll lill-applikant b’ċertifikat ta’ rikonoxximent mingħajr dewmien u għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 fit-terminu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 5
Personalità ġuridika u stabbiliment legali fl-Unjoni
1. Fejn applikant ikun stabbilit legalment f’aktar minn Stat Membru wieħed, huwa għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fl-Unjoni, kif ukoll dwar l-aġenziji, fergħat jew sussidjarji kollha tiegħu stabbiliti fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru. L-applikant għandu jiddikjara wkoll f’liema Stati Membri huwa jkun biħsiebu jipprovdi servizzi.
2. Applikant li jkun, jew li jifforma parti minn awtorità ta’ Stat Membru ma jkunx meħtieġ li jġib prova tal-personalità ġuridika jew tal-istabbiliment legali tiegħu fl-Unjoni.
Artikolu 6
Kompetenza xierqa
1. Għall-fini li jkun żgurat eżerċitar xieraq tal-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ kif previst mill-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, il-persunal teknikament kompetenti ta’ applikant għandu jissodisfa l-kriterji minimi li ġejjin, ikkonfermati minn evidenza ta’ kwalifiki formali u esperjenza professjonali:
|
(a) |
taħriġ professjonali formali f’dixxiplina rilevanti għall-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ; |
|
(b) |
għal pożizzjonijiet tekniċi ogħla, mill-inqas ħames snin ta’ esperjenza professjonali f’funzjoni relatata mal-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ. |
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, dixxiplini relatati ma’ forestrija, ambjent, liġi, ġestjoni ta’ negozju, ġestjoni ta’ riskju, kummerċ, awditjar, kontroll finanzjarju jew ġestjoni ta’ katina ta’ provvista għandhom jitqiesu dixxiplini relatati.
2. Applikant għandu jżomm rekords li jiddokumentaw id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-persunal tiegħu. L-applikant għandu jkollu lesti proċeduri għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kompetenza teknika tal-persunal tiegħu.
Artikolu 7
Kapaċità ta’ eżerċitar ta’ funzjonijiet bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ
1. Applikant għandu juri li jkollu stabbilit dan kollu li ġej:
|
(a) |
struttura organizzattiva li tiżgura eżerċitar xieraq tal-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ; |
|
(b) |
sistema ta’ diliġenza li għandha tkun disponibbli għall-operaturi u użata minnhom; |
|
(c) |
politiki u proċeduri li jippermettu l-evalwazzjoni u t-titjib tas-sistema ta’ diliġenza; |
|
(d) |
proċeduri u proċessi għall-verifika tal-użu xieraq tas-sistema ta’ diliġenza tiegħu minn operaturi; |
|
(e) |
proċeduri għal azzjonijiet korrettivi li jkollhom jittieħdu f’każ ta’ nuqqas minn operatur li juża b’mod xieraq is-sistema ta’ diliġenza tiegħu. |
2. Flimkien mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, applikant għandu juri li jkollu kapaċità finanzjarja u teknika biex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ.
Artikolu 8
Nuqqas ta’ konflitt ta’ interess
1. Applikant għandu jkun organizzat biex jissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tiegħu.
2. Applikant għandu jidentifika, janalizza u jżomm rekords li jiddokumentaw riskji ta’ konflitt ta’ interess li jinqalgħu b’riżultat tal-eżerċitar tiegħu ta’ funzjonijiet bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ, inkluż kull konflitt li joħroġ mir-relazzjonijiet tiegħu ma’ korpi jew sottokuntratturi relatati.
3. Fejn riskju ta’ konflitt ta’ interess ikun identifikat l-applikant għandu jkollu lesti politiki u proċeduri miktubin biex jevita konflitti ta’ interess f’livell organizzattiv u individwali. Il-politiki u l-proċeduri miktubin għandhom ikunu miżmuma u jkunu implimentati. Dawk il-politiki u proċeduri jistgħu jinkludu awditjar minn partijiet terzi.
Artikolu 9
Informazzjoni dwar bidliet sussegwenti
1. Organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandha tgħarraf lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin li jseħħu wara r-rikonoxximent tagħha:
|
(a) |
bidla li tista’ taffettwa l-ħila ta’ dik l-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ biex tkun konformi mar-rekwiżiti fl-Artikoli 5 sa 8, li tkun seħħet wara r-rikonoxximent tagħha; |
|
(b) |
l-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tistabbilixxi aġenziji, fergħat jew sussidjarji fl-Unjoni, minbarra dawk iddikjarati fl-applikazzjoni tagħha; |
|
(c) |
l-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tiddeċiedi li tipprovdi servizzi fi Stat Membru barra minn kif iddikjarat fl-applikazzjoni tagħha jew fi Stat Membru fejn tkun iddikjarat li tkun waqfet tipprovdi s-servizzi tagħha skont il-punt (d); |
|
(d) |
l-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tieqaf tipprovdi servizzi f’xi Stat Membru. |
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha miksuba skont il-paragrafu 1 lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.
Artikolu 10
Reviżjoni tad-deċiżjoni ta’ rikonoxximent
1. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi, fi kwalunkwe ħin, deċiżjoni li tirrikonoxxi organizzazzjoni ta’ monitoraġġ.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni bħal din f’kull waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
awtorità kompetenti konċernata tgħarraf lill-Kummissjoni li hija tkun qieset li organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ma tkunx għadha twettaq il-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 jew li ma tkunx għadha konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 kif speċifikat fl-Artikoli 5 sa 8 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
il-Kummissjoni jkollha informazzjoni rilevanti, inkluż tħassib sostnut minn partijiet terzi, li organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ma tkunx għadha konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 u fl-Artikoli 5 sa 8 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tkun għarrfet lill-Kummissjoni dwar bidliet imsemmija fl-Artikolu 9(1)(a) ta’ dan ir-Regolament. |
2. Fejn tkun inbdiet reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn tim ta’ reviżjoni biex tmexxi reviżjoni u twettaq kontrolli.
3. Applikant għandu jagħti lit-tim ta’ reviżjoni aċċess għall-post tan-negozju tiegħu biex jivverifika li r-rekwiżiti kollha msemmijin fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 u fl-Artikoli 5 sa 8 ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati. L-awtoritajiet kompetenti konċernati jistgħu jipparteċipaw fiż-żjara.
L-applikant għandu joffri l-assistenza kollha meħtieġa biex żjajjar bħal dawn ikunu ffaċilitati.
4. It-tim ta’ reviżjoni għandu jagħmel abbozz ta’ rapport li fih jiddikjara x’ikun sab. Evidenza ta’ prova għandha tinhemeż mar-rapport ta’ reviżjoni.
Ir-rapport ta’ reviżjoni għandu jinkludi rakkomandazzjoni dwar jekk ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandux ikun irtirat.
It-tim ta’ reviżjoni għandu jibgħat ir-rapport ta’ reviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti konċernati. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jipprovdu kummenti fi żmien tliet ġimgħat mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport.
It-tim ta’ reviżjoni għandu jipprovdi lill-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ konċernata b’sommarju tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tar-rapport. L-organizzazzjoni tista’ tipprovdi kummenti lit-tim ta’ reviżjoni fi żmien tliet ġimgħat mid-data tat-trażmissjoni tas-sommarju.
5. It-tim ta’ reviżjoni għandu jirrakkomanda fir-rapport ta’ reviżjoni tiegħu l-irtirar tar-rikonoxximent fuq bażi temporanja u/jew kundizzjonali, jew b’mod permanenti, skont kif jidhirlu li jkun meħtieġ mil-livel ta’ nuqqasijiet misjuba, fejn iqis li organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ma tkunx għadha qed twettaq il-funzjonijiet jew tħares ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 995/2010.
It-tim ta’ reviżjoni jista’ minflok jirrakkomanda li l-Kummissjoni toħroġ avviż ta’ azzjonijiet rimedjali jew twissija uffiċjali, jew li l-Kummissjoni ma tieħu ebda azzjoni ulterjuri.
Artikolu 11
Deċiżjoni biex rikonoxximent ikun irtirat
1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tirtirax rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ fuq bażi temporanja u/jew kundizzjonali, jew b’mod permanenti, wara li tqis ir-rapport ta’ reviżjoni msemmi fl-Artikolu 10.
2. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ avviż ta’ azzjonijiet rimedjali jew twissija uffiċjali fejn il-livell ta’ nuqqasijiet misjuba ma jwassalx għal determinazzjoni, skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, li l-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ma tkunx aktar qed twettaq il-funzjonijiet jew tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament.
3. Deċiżjoni ta’ rtirar ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ, kif ukoll avviż jew twissija skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu nnotifikati lill-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ konċernata u kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-adozzjoni tagħha.
Artikolu 12
Protezzjoni ta’ dejta
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għar-regoli li jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ dejta personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament Delegat għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
ANNESS
Lista ta’ dokumenti ta’ prova
|
|
Personalità ġuridika; stabbiliment legali; għoti ta’ servizzi:
|
|
|
Kompetenza xierqa:
|
|
|
Kapaċità ta’ eżerċitar ta’ funzjonijiet bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ: Deskrizzjoni dettaljata ta’ dan li ġej:
|
|
|
Kapaċità finanzjarja:
|
|
|
Nuqqas ta’ konflitt ta’ interess:
|
|
|
Sottokuntrattar:
|
|
27.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 364/2012
tas-26 ta’ April 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
JO |
98,8 |
|
MA |
60,4 |
|
|
TN |
124,7 |
|
|
TR |
115,6 |
|
|
ZZ |
99,9 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
216,8 |
|
TR |
133,3 |
|
|
ZZ |
175,1 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
29,9 |
|
TR |
107,1 |
|
|
ZZ |
68,5 |
|
|
0805 10 20 |
CL |
48,2 |
|
EG |
58,6 |
|
|
IL |
73,9 |
|
|
MA |
50,7 |
|
|
TR |
50,5 |
|
|
ZZ |
56,4 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
55,4 |
|
ZA |
63,9 |
|
|
ZZ |
59,7 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
94,2 |
|
BR |
79,9 |
|
|
CA |
117,0 |
|
|
CL |
96,0 |
|
|
CN |
117,5 |
|
|
MK |
31,8 |
|
|
NZ |
126,1 |
|
|
US |
151,5 |
|
|
ZA |
85,6 |
|
|
ZZ |
100,0 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
110,3 |
|
CL |
108,7 |
|
|
CN |
88,0 |
|
|
US |
107,0 |
|
|
ZA |
115,4 |
|
|
ZZ |
105,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
27.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 365/2012
tas-26 ta' April 2012
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta' April 2012 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [ir-Regolament dwar l-OKS unika] (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi [kwoti tariffarji] fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi [kwoti tariffarji] għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (3), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I għal dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. |
|
(2) |
April huwa t-tieni subperjodu għall-kwota prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
|
(3) |
In-notifiki mibgħuta skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2012 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li l-punt sa fejn jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni jiġi ddeterminat billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantità mitluba taħt il-kwota kkonċernati. |
|
(4) |
Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2012, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli. |
|
(5) |
Jeħtieġ ukoll li għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 tiġi stabbilita l-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130 imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2012, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikati bil-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ wara li taqa’ taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130, imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stipulata fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' April 2012 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
Kwota ta' ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif previst fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
Oriġini |
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' April 2012 |
Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Lulju 2012 (kg) |
|
L-Istati Uniti |
09.4127 |
27 865 684 |
|
|
It-Tajlandja |
09.4128 |
8 627 076 |
|
|
L-Awstralja |
09.4129 |
916 000 |
|
|
Oriġini oħra |
09.4130 |
0,988521 % |
0 |
(1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew ugwali għall-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli
DEĊIŻJONIJIET
|
27.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/21 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
(2012/224/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 3(9) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE (2), il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali u f'kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew, wettqet it-tielet analiżi tal-progress tal-awtoritajiet Portugiżi dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma taħt il-programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju (Programm) kif ukoll dwar l-effettività u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. |
|
(2) |
Permezz tal-analiżi nstab li l-konformità tal-Portugall mal-kundizzjonalità għar-raba' kwart tas-sena 2011 kienet waħda sodisfaċenti. Fl-2011, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika niżel għal taħt il-mira ta' 5,9 % tal-PDG u bħalissa huwa stmat li hu madwar 4 % tal-PDG, anke jekk dan huwa r-riżultat tat-trasferiment eċċezzjonali ta' madwar EUR 6 biljun (madwar 3,5 % tal-PDG) tal-fondi tal-pensjonijiet tal-bank fis-sistema ta' sigurtà soċjali tal-Istat. Il-baġit tal-2012 huwa konsistenti mal-issodisfar tal-mira tad-defiċit ta' 4,5 % tal-PDG, f'konformità mal-Programm. Jissoktaw l-isforzi tal-politika sabiex tkun appoġġjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Il-banek Portugiżi qed jaħdmu sabiex jilħqu r-rekwiżiti kapitali ogħla kif meħtieġ mill-Programm, filwaqt li jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tar-rekwiżit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għal buffer kapitali temporanju ġdid għall-espożizzjonijiet sovrani, il-programm speċjali ta’ spezzjoni fuq il-post u t-trasferiment tal-fondi tal-pensjonijiet tal-banek fis-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat. Ir-riformi tas-suq tax-xogħol u tal-prodotti mixjin ukoll 'il quddiem: intlaħaq ftehim mal-imsieħba soċjali dwar riforma wiesgħa u ambizzjuża tas-suq tax-xogħol filwaqt li tressqet quddiem il-Parlament reviżjoni sinifikanti tal-qafas legali dwar il-kompetizzjoni li se toħloq il-kundizzjonijiet għal sistema effettiva ta' infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni. Il-programm ta’ privatizzazzjoni qed jiġi implimentat fil-kuntest ta' liġi qafas ġdida. Il-kumpanija tal-enerġija EDP u l-kumpanija tan-netwerk tal-enerġija REN inbiegħhu. Ġiet stabbilita strateġija għar-ristrutturar tal-impriżi tal-Istat (SOEs). Il-qafas legali li jikkonċerna l-akkwist pubbliku qed jitjieb u qed isir proċess ta' modernizzazzjoni tal-qafas legali tas-suq tad-djar. Ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja qed tagħmel progress tajjeb. |
|
(3) |
Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE huwa b'dan emendat kif ġej:
|
(1) |
il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej: "6. Il-Portugall għandu jadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2012, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta’ Qbil:
|
|
(2) |
il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
|
27.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/225/PESK
tas-26 ta’ April 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/232/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/232/PESK (1). |
|
(2) |
L-Unjoni segwiet b’rispett u apprezzament il-bidliet storiċi fil-Burma/il-Mjanmar matul l-aħħar sena u ħeġġet ir-riformi estensivi biex tkompli fi sħubija li qed tiżviluppa ma’ atturi politiċi u tas-soċjetà ċivili. L-Unjoni laqgħet il-passi konkreti li ttieħdu lejn dawn l-għanijiet. |
|
(3) |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi u bħala mezz biex tilqa’ u tinkoraġġixxi l-proċess ta’ riforma, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu sospiżi bl-eċċezzjoni tal-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna li għandhom jinżammu. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/232/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 15
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ April 2013.
3. Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 3 sa 13a għandhom jiġu sospiżi sat-30 ta’ April 2013.”.
Artikolu 2
Il-persuni elenkati fl-Anness għandhom jitneħħew mil-lista tal-persuni fil-parti J tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/232/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BØDSKOV
ANNESS
Persuni li jirreferi għalihom l-Anness 2
|
1. |
Thidar Zaw |
|
2. |
Pye Phyo Tay Za |
|
3. |
Ohn |
|
4. |
Shwe Shwe Lin |
|
5. |
Nan Than Htwe a.k.a Nan Than Htay |
|
6. |
Nang Lang Kham a.k.a. Nan Lan Khan |
|
7. |
Lo Hsing-han |
|
8. |
San San Kywe |
|
9. |
Nandar Hlaing |
|
10. |
Aye Aye Maw |
|
11. |
Nan Mauk Loung Sai a.k.a. Nang Mauk Lao Hsai |
|
12. |
Than Than Nwe |
|
13. |
Nay Soe |
|
14. |
Theint Theint Soe |
|
15. |
Sabai Myaing |
|
16. |
Htin Htut |
|
17. |
Htay Htay Khine (Khaing) |
|
18. |
Sandar Tun |
|
19. |
Aung Zaw Naing |
|
20. |
Mi Mi Khaing |
|
21. |
Moe Mya Mya |
|
22. |
Thurane Aung a.k.a. Christopher Aung, Thurein Aung |
|
23. |
Khin Phyone |
|
24. |
Nyunt Nyunt Oo |
|
25. |
Myint Myint Aye |
|
26. |
Min Thein a.k.a. Ko Pauk |
|
27. |
Tin Tin Latt |
|
28. |
Wut Yi Oo |
|
29. |
Capitain Htun Zaw Win |
|
30. |
Yin Thu Aye |
|
31. |
Yi Phone Zaw |
|
27.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ April 2012
dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2084)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/226/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà [is-sikurezza] tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà [tas-sikurezza] (id-Direttiva dwar is-Sigurtà [is-Sikurezza] tal-Ferroviji) (1), u partikolarment l-Artikolu 7(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (“l-Aġenzija”) skont id-Direttiva 2004/49/KE biex tfassal abbozz ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] (common safety targets — “CSTs”) u l-abbozz tal-metodi komuni relatati għall-perjodu mill-2011 sal-2015. L-Aġenzija ppreżentat ir-rakkomandazzjoni tagħha dwar it-tieni sett ta’ CSTs abbozzati lill-Kummissjoni. Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija. |
|
(2) |
Skont il-metodoloġija stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-miri tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u sabiex tistabbilixxi l-ewwel u t-tieni sett ta’ CSTs skont id-Direttiva 2004/49/KE, jeħtieġ li tkun identifikata b’mod kwantitattiv il-prestazzjoni attwali tas-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji fl-Istati Membri permezz ta’ valuri nazzjonali ta’ referenza (national reference values — “NRVs”). Id-Deċiżjoni 2009/460/KE tiddefinixxi NRV bħala kejl ta’ referenza li jindika l-livell massimu ttolerat [tollerabbli] għal kategorija ta’ riskju ferrovjarju, għall-Istat Membru konċernat. Madankollu, fil-każ li NRV ikun ogħla mis-CST korrispondenti kkalkolat abbażi tal-metodoloġija, il-livell massimu tollerabbli tar-riskju għal Stat Membru huwa s-CSR korrispondenti dderivat mill-NRVs, skont il-metodoloġija stabbilita fit-taqsima 2.2 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2009/460/KE. |
|
(3) |
Il-valuri għall-ewwel sett ta’ CSTs, ikkalkolati abbażi tad-dejta mill-2004 sal-2007, kienu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/409/UE tad-19 ta’ Lulju 2010 dwar il-Miri Komuni tas-Sigurtà [tas-Sikurezza] kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(4) |
Id-Direttiva 2004/49/KE tistipula t-tieni sett ta’ CSTs, li għandhom ikunu bbażati fuq l-esperjenza miksuba mill-ewwel sett ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] u l-implimentazzjoni tagħhom. Dan għandu jirrifletti kwalunkwe qasam prijoritarju fejn jeħtieġ li s-sigurtà tittejjeb aktar. Il-valuri għat-tieni sett ta’ CSTs ġew ikkalkolati abbażi tad-dejta mill-2004 sal-2009, li kienu mogħtija lill-Eurostat mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (4). Dawn kienu ikkalkolati bl-użu tal-metodoloġija stipulata fil-punti 2.1.1 u 2.3.1 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2009/460/KE. |
|
(5) |
Minn Lulju 2010, meta ġie ppubblikat l-ewwel sett ta’ CSTs, ma għaddiex żmien biżżejjed biex tinkiseb l-esperjenza meħtieġa biex jiġu emendati l-kategoriji tar-riskju. Il-kategoriji tar-riskju jibqgħu għalhekk l-istess bħal tal-ewwel sett ta’ CSTs. Madankollu, abbażi tal-għadd ta’ aċċidenti u ta’ fatalitajiet fit-traffiku ferrovjarju, l-ewwel żewġ kategoriji tar-riskju ewlenin huma l-persuni mhux awtorizzati fl-installazzjonijiet ferrovjarji (60 % tal-fatalitajiet) u l-utenti tal-passiġġi invell (29 % tal-fatalitajiet). |
|
(6) |
Il-valuri għat-tieni sett ta’ CSTs ikopru s-sistema ferrovjarja globali tal-Unjoni. Ma hemmx dejta disponibbli għall-kalkolu ta’ CSTs għall-partijiet differenti tas-sistema ferrovjarja kif stabbiliti fil-punt (e) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/49/KE. Dik id-dispożizzjoni tiddefinixxi s-CSTs bħala l-livelli tas-sigurtà [tas-sikurezza] li minn tal-anqas iridu jintlaħqu minn partijiet differenti tas-sistema tal-ferrovija (bħal ma hi s-sistema tal-ferrovija konvenzjonali, is-sistema tal-ferrovija tal-veloċità qawwija, il-mini twal tal-ferrovija jew linji li huma wżati biss għat-trasport) u mis-sistema kollha, espressi bħala kriterji tar-riskju aċċettat. L-iżvilupp ta’ CSTs għal dawk il-partijiet tas-sistema ferrovjarja bħalissa mhuwiex fattibbli minħabba n-nuqqas ta’ dejta armonizzata u affidabbli dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ partijiet mis-sistemi ferrovjarji li jitħaddmu bħalissa fl-Istati Membri. Madankollu, huwa xieraq li jiġi adottat it-tieni sett ta’ CSTs. |
|
(7) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/409/KE għandha tinbidel b’din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deciżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/49/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u definizzjonijiet
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi t-tieni sett ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] għas-sistema ferrovjarja skont id-Direttiva 2004/49/KE u d-Deċiżjoni 2009/460/KE.
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE, tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 u tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
Artikolu 2
Valuri nazzjonali ta’ referenza
Il-valuri nazzjonali ta referenza għall-Istati Membri u għall-kategoriji tar-riskju differenti li jintużaw għall-kalkolu tal-miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] huwa stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness.
Artikolu 3
Il-miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza]
Il-valuri, li jkopru s-sistema ferrovjarja globalment, tat-tieni sett ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] għall-kategoriji tar-riskju differenti huma stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness.
Artikolu 4
Revoka
Id-Deċiżjoni 2010/409/UE hija rrevokata.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.
(2) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 11.
ANNESS
1. Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs)
1.1. NRVs għar-riskji tal-passiġġieri (NRV 1.1 u NRV 1.2)
|
Stat Membru |
NRV 1.1 (× 10–9) (*1) |
NRV 1.2 (× 10–9) (*2) |
|
Il-Belġju (BE) |
37,30 |
0,318 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
170,00 |
1,65 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
46,50 |
0,817 |
|
Id-Danimarka (DK) |
9,04 |
0,11 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
8,13 |
0,081 |
|
L-Estonja (EE) |
78,20 |
0,665 |
|
L-Irlanda (IE) |
2,74 |
0,0276 |
|
Il-Greċja (EL) |
54,70 |
0,503 |
|
Spanja (ES) |
29,20 |
0,27 |
|
Franza (FR) |
22,50 |
0,11 |
|
L-Italja (IT) |
38,10 |
0,257 |
|
Il-Latvja (LV) |
78,20 |
0,665 |
|
Il-Litwanja (LT) |
97,20 |
0,757 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
23,80 |
0,176 |
|
L-Ungerija (HU) |
170,00 |
1,65 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
7,43 |
0,0889 |
|
L-Awstrija (AT) |
26,30 |
0,292 |
|
Il-Polonja (PL) |
116,10 |
0,849 |
|
il-Portugall (PT) |
41,80 |
0,309 |
|
ir-Rumanija (RO) |
170,00 |
1,65 |
|
is-Slovenja (SI) |
25,30 |
0,362 |
|
is-Slovakkja (SK) |
35,80 |
0,513 |
|
il-Finlandja (FI) |
9,04 |
0,11 |
|
l-Isvezja (SE) |
3,54 |
0,0329 |
|
ir-Renju Unit (UK) |
2,73 |
0,0276 |
|
Il-FWSIs f’(*) u (**) għandhom it-tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE. |
||
1.2. NRVs għar-riskji tal-impjegati (NRV 2)
|
Stat Membru |
NRV 2 (× 10–9) (*3) |
|
Il-Belġju (BE) |
24,60 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
21,20 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
16,50 |
|
Id-Danimarka (DK) |
9,10 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
12,60 |
|
L-Estonja (EE) |
64,80 |
|
L-Irlanda (IE) |
5,22 |
|
Il-Greċja (EL) |
77,90 |
|
Spanja (ES) |
8,81 |
|
Franza (FR) |
6,06 |
|
L-Italja (IT) |
18,90 |
|
Il-Latvja (LV) |
64,80 |
|
Il-Litwanja (LT) |
41,00 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
12,00 |
|
L-Ungerija (HU) |
9,31 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
5,97 |
|
L-Awstrija (AT) |
20,30 |
|
Il-Polonja (PL) |
17,20 |
|
Il-Portugall (PT) |
53,10 |
|
Ir-Rumanija (RO) |
21,2 |
|
Is-Slovenja (SI) |
40,90 |
|
Is-Slovakkja (SK) |
1,36 |
|
Il-Finlandja (FI) |
9,21 |
|
l-Isvezja (SE) |
2,86 |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
5,17 |
|
Il-FWSIs hawnhekk għandhom it-tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE. |
|
1.3. NRVs għar-riskji għall-utenti tal-passaġġi invell (NRV 3.1 u NRV 3.2)
|
Stat Membru |
NRV 3.1 (× 10–9) (*4) |
NRV 3.2 (*5) |
|
Il-Belġju (BE) |
138,0 |
m.a. |
|
Il-Bulgarija (BG) |
341,0 |
m.a. |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
238,0 |
m.a. |
|
Id-Danimarka (DK) |
65,4 |
m.a. |
|
Il-Ġermanja (DE) |
67,8 |
m.a. |
|
L-Estonja (EE) |
400,0 |
m.a. |
|
L-Irlanda (IE) |
23,6 |
m.a. |
|
Il-Greċja (EL) |
710,0 |
m.a. |
|
Spanja (ES) |
109,0 |
m.a. |
|
Franza (FR) |
78,7 |
m.a. |
|
L-Italja (IT) |
42,9 |
m.a. |
|
Il-Latvja (LV) |
239,0 |
m.a. |
|
Il-Litwanja (LT) |
522,0 |
m.a. |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
95,9 |
m.a. |
|
L-Ungerija (HU) |
274,0 |
m.a. |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
127,0 |
m.a. |
|
L-Awstrija (AT) |
160,0 |
m.a. |
|
Il-Polonja (PL) |
277,0 |
m.a. |
|
Il-Portugall (PT) |
461,0 |
m.a. |
|
Ir-Rumanija (RO) |
341,0 |
m.a. |
|
Is-Slovenja (SI) |
364,0 |
m.a. |
|
Is-Slovakkja (SK) |
309,0 |
m.a. |
|
Il-Finlandja (FI) |
164,0 |
m.a. |
|
l-Isvezja (SE) |
64,0 |
m.a. |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
23,5 |
m.a. |
|
Il-FWSIs f’(*) u (**) għandhom it-tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE. |
||
1.4. NRVs għar-riskji ta’ persuni kklassifikati bħala “oħrajn” (NRV 4)
|
Stat Membru |
NRV 4 (× 10–9) (*6) |
|
Il-Belġju (BE) |
2,86 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
4,51 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
2,41 |
|
Id-Danimarka (DK) |
14,20 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
3,05 |
|
L-Estonja (EE) |
11,60 |
|
L-Irlanda (IE) |
7,00 |
|
Il-Greċja (EL) |
4,51 |
|
Spanja (ES) |
5,54 |
|
Franza (FR) |
7,71 |
|
L-Italja (IT) |
6,70 |
|
Il-Latvja (LV) |
11,60 |
|
Il-Litwanja (LT) |
11,60 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
5,47 |
|
L-Ungerija (HU) |
4,51 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
4,70 |
|
L-Awstrija (AT) |
11,10 |
|
Il-Polonja (PL) |
11,60 |
|
Il-Portugall (PT) |
5,54 |
|
Ir-Rumanija (RO) |
4,51 |
|
Is-Slovenja (SI) |
14,50 |
|
Is-Slovakkja (SK) |
2,41 |
|
Il-Finlandja (FI) |
14,20 |
|
L-Isvezja (SE) |
14,20 |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
7,00 |
|
Il-FWSIs hawnhekk għandhom it-tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE. |
|
1.5. NRVs għar-riskji ta’ persuni mhux awtorizzati fl-installazzjonijiet ferrovjarji (NRV 5)
|
Stat Membru |
NRV 5 (× 10–9) (*7) |
|
Il-Belġju (BE) |
72,6 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
829,0 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
301,0 |
|
Id-Danimarka (DK) |
116,0 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
113,0 |
|
L-Estonja (EE) |
1 550,0 |
|
L-Irlanda (IE) |
85,2 |
|
Il-Greċja (EL) |
723,0 |
|
Spanja (ES) |
168,0 |
|
Franza (FR) |
67,2 |
|
L-Italja (IT) |
119,0 |
|
Il-Latvja (LV) |
1 310,0 |
|
Il-Litwanja (LT) |
2 050,0 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
79,9 |
|
L-Ungerija (HU) |
588,0 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
15,9 |
|
L-Awstrija (AT) |
119,0 |
|
Il-Polonja (PL) |
1 210,0 |
|
il-Portugall (PT) |
834,0 |
|
Ir-Rumanija (RO) |
829,0 |
|
Is-Slovenja (SI) |
236,0 |
|
Is-Slovakkja (SK) |
779,0 |
|
Il-Finlandja (FI) |
249,0 |
|
L-Isvezja (SE) |
94,8 |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
84,5 |
|
Il-FWSIs hawnhekk għandhom it-tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE. |
|
1.6. NRVs għar-riskji għas-soċjetà (NRV 6)
|
Stat Membru |
NRV 6 (× 10–9) (*8) |
|
Il-Belġju (BE) |
275,0 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
1 240,0 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
519,0 |
|
Id-Danimarka (DK) |
218,0 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
203,0 |
|
L-Estonja (EE) |
2 110,0 |
|
L-Irlanda (IE) |
114,0 |
|
Il-Greċja (EL) |
1 540,0 |
|
Spanja (ES) |
323,0 |
|
Franza (FR) |
180,0 |
|
L-Italja (IT) |
231,0 |
|
Il-Latvja (LV) |
1 660,0 |
|
Il-Litwanja (LT) |
2 590,0 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
210,0 |
|
L-Ungerija (HU) |
1 020,0 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
148,0 |
|
L-Awstrija (AT) |
329,0 |
|
Il-Polonja (PL) |
1 590,0 |
|
Il-Portugall (PT) |
1 360,0 |
|
Ir-Rumanija (RO) |
1 240,0 |
|
Is-Slovenja (SI) |
698,0 |
|
Is-Slovakkja (SK) |
1 130,0 |
|
Il-Finlandja (FI) |
417,0 |
|
L-Isvezja (SE) |
169,0 |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
120,0 |
|
L-għadd totali ta’ FWSIs hawnhekk ifisser it-total tal-FWSIs kollha kkunsidrati fil-kalkolu tal-NRVs l-oħra kollha. |
|
2. Valuri assenjati għat-tieni sett ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza]
|
Kategorija tar-Riskju |
Valur tal-CST (× 10–6) |
Unitajiet tal-kejl |
|
|
Riskji għall-passiġġieri |
CST 1.1 |
0,17 |
L-għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija tal-passiġġieri fis-sena. |
|
CST 1.2 |
0,00165 |
L-għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena |
|
|
Riskji għall-impjegati |
CST 2 |
0,0779 |
L-għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
|
Riskji għall-utenti tal-passaġġi invell |
CST 3.1 |
0,710 |
L-għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell u li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
|
CST 3.2 |
m.a. (*9) |
L-għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena × L-għadd tal-passaġġi invell)/kilometri ta’ binarji] |
|
|
Riskji għall-“oħrajn” |
CST 4 |
0,0145 |
L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kategorija “oħrajn” li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena |
|
Riskji għal persuni mhux awtorizzati fl-installazzjonijiet ferrovjarji |
CST 5 |
2,05 |
L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fl-installazzjonijiet ferrovjarji li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
|
Ir-riskju għas-soċjeta inġenerali: |
CST 6 |
2,59 |
L-għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
(*1) NRV1.1 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs ta’ passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ km ta’ ferrovija tal-passiġġieri fis-sena Kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri hawnhekk tfisser l-unità tat-traffiku marbut mal-ferroviji tal-passiġġieri biss.
(*2) NRV1.2 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena.
(*3) NRV 2 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
(*4) NRV3.1 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
(*5) NRV3.2 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena tal-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena × L-għadd ta’ passaġġi invell)/kilometri ta’ binarji]. Id-dejta dwar l-għadd ta’ passaġġi invell u l-kilometri ta’ binarji ma kellhiex affidabbiltà xierqa meta ġiet estratta d-dejta (il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrapportaw dejta dwar kilometri ta’ linji minflok dwar kilometri ta’ binarji).
(*6) NRV 4 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kategorija “oħrajn” li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena.
(*7) NRV 5 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fl-installazzjonijiet ferrovjarji u li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
(*8) NRV 6 espress bħala: L-għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
(*9) Id-dejta dwar l-għadd ta’ passaġġi invell u l-kilometri ta’ binarji, li hija meħtieġa fil-kalkolu ta’ dan is-CST, ma kellhiex affidabbiltà xierqa meta ġiet estratta d-dejta (eż., il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrapportaw kilometri ta’ linji minflok kilometri ta’ binarji).