ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.113.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2012/211/UE |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
2012/213/UE |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
25.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 354/2012
tat-23 ta' April 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/212/PESK ta’ 23 April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 (2) jipprevedi l-iffriżar tal-assi tal-President Lukashenko u ta’ ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, kif ukoll ta’ persuni responsabbli għall-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, u ta’ persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li jappoġġjaw lir-reġim ta’ Lukashenko. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2012/212/PESK, il-Kunsill iddeċieda li għandha tingħata deroga mill-iffriżar tal-assi, sabiex tiżgura li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu jistgħu jsiru disponibbli għall-finijiet uffiċjali ta’ missjonijiet diplomatiċi jew postijiet konsulari jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mal-liġi internazzjonali. |
(3) |
Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tidħol fis-seħħ, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Ir-Regolment (KE) Nru 765/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (KE) Nru 765/2006, jiżdied l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 4b
B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għall-finijiet uffiċjali ta’ missjonijiet diplomatiċi jew postijiet konsulari jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mal-liġi internazzjonali.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fil-Lussemburgu, it-23 ta’ April 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Ara paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.
25.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 355/2012
tal-24 ta’ April 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,
Billi:
(1) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (2) ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ ċerti organiżmi ta’ ħsara. F’ċerti każijiet ingħata rikonoxximent għal perjodu ta’ żmien limitat biex jippermetti lill-Istat Membru kkonċernat jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex juri li l-organiżmi ta’ ħsara inkwistjoni ma kinux jeżistu fl-Istat Membru jew fiż-żona kkonċernata jew biex itemm l-isforzi biex jeqred l-organiżmu inkwistjoni. |
(2) |
It-territorju kollu ta’ Spanja, ħlief għall-komunità awtonoma ta’ Castilla y León, ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward ta’ Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Spanja ressqet l-informazzjoni li tindika li l-komunità awtonoma ta’ Extremadura m’għandhiex tibqa’ rikonoxxuta bħala żona protetta għal dan l-organiżmu. Għaldaqstant, il-komunità awtonoma ta’ Extremadura m’għandhiex tibqa’ żona protetta fir-rigward ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara. |
(3) |
L-Irlanda u l-Litwanja, u ċerti reġjuni u partijiet ta’ reġjuni fl-Italja, is-Slovakkja u s-Slovenja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sal-31 ta’ Marzu 2012. |
(4) |
Mill-informazzjoni li taw l-Irlanda, il-Litwanja, l-Italja u s-Slovenja dwar ir-riżultati ta’ stħarriġiet li saru fl-2010 u fl-2011, jidher li dawk iż-żoni protetti għandhom jiġu rikonoxxuti għal sentejn oħra biex dawk l-Istati Membri jingħataw iż-żmien meħtieġ biex iressqu l-informazzjoni li turi li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mhix preżenti jew, fejn meħtieġ, biex jikkonkludu l-isforzi tagħhom ħalli jinqered dak l-organiżmu. |
(5) |
Mill-informazzjoni li tat is-Slovakkja dwar ir-riżultati ta’ stħarriġiet li saru fl-2010 u fl-2011, jidher li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. bħalissa hija stabbilita fid-distrett ta’ Dvory nad Žitavou (fil-kontea ta’ Nové Zámky), li huwa parti miż-żona protetta. Għalhekk dak id-distrett m’għandux jibqa’ jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara. Skont ir-riżultati ta’ dawk l-istħarriġiet, huwa xieraq li l-partijiet l-oħra tas-Slovakkja li qabel ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara, jibqgħu jkunu rikonoxxuti għal sentejn oħra sabiex is-Slovakkja tingħata ż-żmien meħtieġ biex tressaq l-informazzjoni li turi li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mhix preżenti jew, fejn meħtieġ, biex jikkonkludu l-isforzi tagħhom ħalli jinqered dak l-organiżmu. |
(6) |
It-territorju kollu tal-Portugall, ħlief għal Madeira, ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-vajrus tas-Citrus tristeza (varjanti Ewropej). Il-Portugall ressaq l-informazzjoni li turi li l-vajrus tas-Citrus tristeza (varjanti Ewropej) infirex b’mod sinifikanti fir-reġjun ta’ Algarve fejn il-qerda tiegħu ma tistax tinkiseb iżjed, u talab it-tneħħija tal-istatus ta’ żona protetta għal din il-parti tat-territorju tiegħu. Għalhekk, ir-reġjun ta’ Algarve m’għandux jibqa’ jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 690/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Ir-rikonoxximent attwali ta’ wħud minn dawn iż-żoni protetti jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2012. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ April 2012 sabiex jippermetti rikonoxximent mhux interrott taż-żoni protetti kollha. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 690/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Punt 2 tal-intestatura (b) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fit-tieni kolonna tal-Punt 3 tal-intestatura (d), il-kelmiet “il-Portugall (ħlief Madeira)” jinbidlu bi “il-Portugall (ħlief Algarve u Madeira)”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ April 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1.
25.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 356/2012
tal-24 ta’ April 2012
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 fir-rigward tal-perjodi li matulhom jistgħu jiġu sottomessi offerti għat-tieni sejħa għall-offerti għas-sena tas-suq 2011/2012 għal importazzjonijiet ta' zokkor b’dazju doganali mnaqqas u għal sejħiet parzjali sussegwenti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012. |
(2) |
Peress li d-disponibbiltà tal-provvista fis-suq taz-zokkor tal-Unjoni tjiebet, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 57/2012 (3) issospenda s-sottomissjoni tal-offerti għas-sejħiet tal-offerti parzjali li ntemmet fil-25 ta' Jannar 2012, fl-1 ta’ Frar 2012 u fil-15 ta' Frar 2012. |
(3) |
Monitoraġġ kostanti tas-suq żvela li d-disponibbiltà tal-provvista taz-zokkor fl-Unjoni tjiebet biss moderatament. Minkejja ż-żieda tal-importazzjonijiet f'Jannar 2012, sa nofs Frar 2012 ir-rata tal-importazzjonijiet mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku kif ukoll mill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati kienet naqset konsiderevolment. Din l-analiżi ġiet ikkonfermata mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fil-Kumitat ta' Ġestjoni tat-8 ta' Marzu 2012 li qiesu li kien għad hemm problemi fil-provvista li se jmorru għall-agħar matul is-sena tas-suq. Dan jista' jaffettwa b'mod speċjali lill-Intrapriżi żgħar u medji u lill-konsumaturi b’kwantitajiet fissi b’kuntratti fit-tul. |
(4) |
Għalhekk huwa xieraq li l-perjodi tas-sottomissjoni tal-offerti u d-dati tal-għeluq tagħhom jitressqu 'l quddiem, liema dati r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 kien skeda għas-6 ta’ Ġunju 2012, is-27 ta' Ġunju 2012 u l-11 ta’ Lulju 2012. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1239/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1239/2011, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:
"2. Il-perjodi li fihom jistgħu jiġu sottomessi l-offerti għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għall-offerti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jintemm il-perjodu preċedenti. Għandhom jintemmu f'nofsinhar, ħin ta' Brussell, fit-2 ta' Mejju 2012, fit-23 ta' Mejju 2012 u fis-6 ta’ Ġunju 2012."
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 318, 1.12.2011, p. 4.
(3) ĠU L 19, 24.1.2012, p. 12.
25.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 357/2012
tal-24 ta’ April 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 29/2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 113(1)(a) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 121, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 tat-13 ta’ Jannar 2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa (2), li huwa kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002 (3), ir-referenzi għall-Komunità li jidhru fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 għad-denominazzjonijiet tal-oriġini ġew sostitwiti b’referenzi għall-Unjoni. L-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 jipprevedi perjodu tranżitorju sabiex il-prodotti mmanifatturati legalment u tikkettati fl-Unjoni jew importati legalment fl-Unjoni u li jkunu tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa [libera] qabel l-1 ta’ Lulju 2012 jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm il-ħażniet jintużaw kollha. Minn naħa, dan il-perjodu tranżitorju jitqies qasir wisq, u min-naħa l-oħra, it-terminu “legalment” użat f’din id-dispożizzjoni jwassal għal konfużjoni fir-rigward tat-tranżizzjoni bejn ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012. |
(2) |
Sabiex ikun permess l-użu tat-tikketti li jagħmlu referenza għat-terminu “Komunità” matul perjodu ta’ żmien itwal, huwa xieraq li jkun stipulat li l-prodotti li huma mmanifatturati u ttikkettjati fl-Unjoni jew importati fl-Unjoni u li jkunu tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa [libera] skont ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 qabel l-1 ta’ Jannar 2013 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet kollha. |
(3) |
B’konsegwenza ta’ dan, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 għandu jiġi emendat. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 29/2012 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Il-prodotti li ġew manifatturati u ttikkettjati legalment fl-Unjoni, jew importati legalment fl-Unjoni u mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa [libera] skont ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 qabel l-1 ta’ Jannar 2013, jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet kollha.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 12, 14.1.2012, p. 14.
(3) ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27.
25.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 358/2012
tal-24 ta’ April 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
98,8 |
MA |
57,2 |
|
TN |
124,7 |
|
TR |
110,1 |
|
ZZ |
97,7 |
|
0707 00 05 |
JO |
216,8 |
TR |
135,8 |
|
ZZ |
176,3 |
|
0709 93 10 |
TR |
109,5 |
ZZ |
109,5 |
|
0805 10 20 |
EG |
51,8 |
IL |
73,4 |
|
MA |
52,3 |
|
TR |
50,5 |
|
ZZ |
57,0 |
|
0805 50 10 |
TR |
57,1 |
ZZ |
57,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
94,2 |
BR |
79,9 |
|
CA |
117,0 |
|
CL |
93,0 |
|
CN |
102,0 |
|
MK |
31,8 |
|
NZ |
124,2 |
|
US |
156,8 |
|
ZA |
85,8 |
|
ZZ |
98,3 |
|
0808 30 90 |
AR |
101,9 |
CL |
129,5 |
|
CN |
65,6 |
|
US |
107,0 |
|
ZA |
126,0 |
|
ZZ |
106,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
25.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tinnotifika lill-Greċja sabiex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv
(2012/211/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 126(9) u l-Artikolu 136 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1)(a) tat-TFUE jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bil-ħsieb li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tagħhom. |
(2) |
L-Artikolu 126 tat-TFUE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits tal-gvern eċċessivi u għal dan il-għan jistabbilixxi l-proċedura dwar defiċit eċċessiv. Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li fil-parti korrettiva tiegħu jimplimenta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern biex jerġgħu lura minnufih għal pożizzjonijiet baġitarji sodi filwaqt li jqisu l-qagħda ekonomika. |
(3) |
Fis-27 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-TKE), li fil-Greċja kien hemm defiċit eċċessiv. |
(4) |
Fl-10 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/320/UE (1) indirizzata lill-Greċja skont l-Artikolu 126(9) u l-Artikolu 136 tat-TFUE bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv mhux aktar tard mill-2014. Il-Kunsill stabbilixxa l-2014 bħala l-iskadenza għall-korrezzjoni tas-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv, u miri annwali għad-defiċit tal-gvern. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/320/UE ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi. Minħabba li kien meħtieġ li jsiru aktar emendi, fl-interessi taċ-ċarezza ġiet irriformulata, fit-12 ta’ Lulju 2011, mid-Deċiżjoni 2011/734/UE (2). |
(6) |
L-attività ekonomika fl-2011-2014 attwalment hija stmata u pprojettata li se tkun ħafna iktar dgħajfa minn dak li kien mistenni meta ġew adottati d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/320/UE u 2011/734/UE. L-attività ekonomika hija stmata li fl-2011 naqset b’6,9 %. Attwalment, il-Kummissjoni tipprevedi li l-PDG reali Grieg se jonqos b’4,7 % fl-2012, u se jistaġna fl-2013, qabel ma jerġa’ jibda jikber b’2,5 % fl-2014. F’termini nominali, il-PDG naqas b’5,2 % fl-2011, u huwa mistenni li jonqos b’5,4 % u 0,4 % fl-2012 u l-2013, rispettivament, qabel ma jespandi b’2,5 % fl-2014. |
(7) |
Fi Frar 2012, il-gvern Grieg ħabbar miżuri li kellhom l-għan li jnaqqsu d-defiċit primarju fl-2012, inkluża l-adozzjoni ta’ baġit supplementari. Saru diskussjonijiet estensivi dwar dawn il-miżuri bejn l-awtoritajiet Griegi u s-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn id-diskussjonijiet ma qisux biss il-miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali, iżda wkoll il-ħtieġa li tissaħħaħ il-karatterisitika favur it-tkabbir ta’ dawn il-miżuri u li jiġi mminimizzat kwalunkwe impatt soċjali. |
(8) |
F’Marzu 2012, il-Greċja niedet u wettqet operazzjoni ta’ skambju ta’ dejn li tnaqqas sostanzjalment il-livell tad-dejn u l-infiq fuq l-imgħax fl-2012 u fis-snin ta’ wara, u tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-dejn tal-gvern. |
(9) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jidher xieraq li d-Deċiżjoni 2011/734/UE tiġi emendata f’għadd ta’ aspetti, inkluż il-perkors għall-aġġustament fiskali, filwaqt li l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv titħalla kif inhi, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/734/UE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafi (2) u (3) għandhom jinbidlu b’dan li ġej: “2. Il-perkors ta’ aġġustament li jwassal għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv għandu jkollu l-għan li jikseb defiċit primarju tal-amministrazzjoni pubblika (id-defiċit li jeskludi n-nefqa fuq l-imgħax) li ma jaqbiżx EUR 2 037 miljun (1,0 % tal-PDG) fl-2012, u surpluses primarji ta’ mill-anqas EUR 3 652 miljun (1,8 % tal-PDG) fl-2013 u EUR 9 352 miljun (4,5 % tal-PDG) fl-2014. B’segwitu għall-iskambju ta’ dejn, dawn il-miri għad-defiċit/surplus primarju huma konsistenti ma’ defiċit kumplessiv ta’ EUR 14 811 miljun (7,3 % tal-PDG) fl-2012, EUR 9 462 miljun (4,7 % tal-PDG) fl-2013 u EUR 4 499 miljun (2,2 % tal-PDG) fl-2014. Għal dan il-għan, tul il-perjodu 2009-2014, ikun inkiseb titjib fil-bilanċ strutturali ta’ mill-inqas 10 % tal-PDG. Ir-rikavat mill-privatizzazzjoni tal-assi (assi finanzjarji u mhux finanzjarji), kif ukoll it-trasferimenti kollha relatati mad-deċiżjoni tal-Eurogroup tal-21 ta’ Frar 2012 fir-rigward ta’ introjtu tal-banek ċentrali nazzjonal taż-żona tal-euro, inkluż il-Bank tal-Greċja, li jirriżultaw mill-parteċipazzjonijiet tagħhom fil-portafolli ta’ investiment ta’ bonds tal-gvern Grieg ma għandhomx inaqqsu l-isforz tal-konsolidazzjoni fiskali meħtieġ u ma għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ dawn il-miri. 3. Il-perkors ta’ aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 huwa konsistenti ma’ bidla annwali fid-dejn ikkonsolidat tal-amministrazzjoni pubblika ta’ EUR -26 954 miljun fl-2012, ta’ EUR 6 775 miljun fl-2013 u ta’ EUR 1 492 miljun fl-2014.”. |
(2) |
Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu li gej: “7a. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin mingħajr dewmien:
|
(3) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 2(9) il-punt (a) jinbidel bi:
|
(5) |
Fl-Artikolu 2, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “10. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Settembru 2012:
11. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Diċembru 2012:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.
(2) ĠU L 296, 15.11.2011, p. 38.
25.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/212/PESK
tat-23 ta' April 2012
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK (1). |
(2) |
Jeħtieġ li tiġi inkluża deroga għall-iffriżar ta' assi fid-Deċiżjoni 2010/639/PESK sabiex jiġi żgurat li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu jistgħu jiġu rilaxxati jew isiru disponibbli għall-finijiet uffiċjali ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet skont il-liġi internazzjonali. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3(1) tad-Deċizjoni 2010/639/PESK, jiżdied il-punt li ġej:
“(e) |
biex jitħallsu fi jew jinħargu minn, kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ April 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.
25.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ April 2012
dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Sważiland fir-rigward tal-ħawħ, lanġas u ananas
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2511)
(2012/213/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li jagħmlu parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2011, is-Sważiland talbet, f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, deroga mir-regoli tal-oriġini stabbiliti f’dak l-Anness għas-sena 2012. Fil-11 ta’ Jannar 2012, is-Sważiland issottomettiet tagħrif addizzjonali għat-talba li għamlet. It-talba tkopri kwantità totali ta’ 800 tunnellata ta’ ħawħ u/jew lanġas f’ġèli tal-frott b’kodiċijiet NM ex 2007 99 97 u taħlitiet ta’ ħawħ u/jew lanġas u/jew ananas f’sugu tal-frott taħt kodiċi NM ex 2008 97 98. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet minn Sważiland, hija mhix kapaċi tissodisfa r-regoli tal-kumulu tal-orġini stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007. Minħabba li hija ma tipproduċix il-ħawħ u l-lanġas, is-Sważiland tikseb ħawħ imqatta’ mingħajr oriġini f’sugu tal-frott li ma fihx zokkor taħt kodiċijiet NM ex 2008 70 92 u 2008 70 98, u lanġas imqatta’ mingħajr oriġini f’sugu tal-frott li ma fihx zokkor taħt kodiċijiet NM ex 2008 40 90 mill-Afrika t’Isfel. Madankollu, skont l-Artikolu 6 (7) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-prodotti finali huma esklużi mill-kumulazzjoni mal-Afrika t’Isfel. Għalhekk għandha tingħata deroga temporanja. Sabiex is-Sważiland titħalla tuża l-kwantitajiet sħaħ mogħtija, deroga temporanja għandha jkollha effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(3) |
Deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 m’għandhiex tikkawża ħsara serja fl-industrija tal-Unjoni stabbilita, sakemm jitħarsu ċerti kundizzjonijiet relatati ma’ kwantitajiet, superviżjoni u tul ta’ żmien. |
(4) |
Għalhekk huwa ġġustifikat li tingħata deroga temporanja skont l-Artikolu 36(1)(b) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007. |
(5) |
Għalhekk, għandha tingħata deroga lil Sważiland fir-rigward ta’ 800 tunnellata ta’ ħawħ u/jew lanġas f’ġèli tal-frott b’kodiċijiet NM ex 2007 99 97 u taħlitiet ta’ ħawħ u/jew lanġas u/jew ananas f’sugu tal-frott taħt kodiċi NM ex 2008 97 98 għal sena. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), jistipula r-regoli marbuta mal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti mwettqa b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tas-Sważiland, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija b’din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tas-Sważiland għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni b’mod regolari d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ moviment tal-EUR.1 maħruġin. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(b) ta’ dak l-Anness, ħawħ u/jew lanġas f’ġèli tal-frott b’kodiċijiet NM ex 2007 99 97 u taħlitiet ta’ ħawħ u/jew lanġas u/jew ananas f’sugu tal-frott taħt kodiċi NM ex 2008 97 98 li biex jiġi manifatturat jintuża ħawħ imqatta’ mingħajr oriġini f’sugu tal-frott li ma fihx zokkor taħt kodiċijiet NM ex 2008 70 92 u ex 2008 70 98, u lanġas imqatta’ mingħajr oriġini f’sugu tal-frott li ma fihx zokkor taħt kodiċijiet NM ex 2008 40 90, għandu jitqies li joriġina mis-Sważiland skont it-termini stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness li huma dikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn l-Unjoni mis-Sważiland matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu amministrati skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
L-awtoritajiet doganali tas-Sważiland għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jitwettqu l-kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
Iċ-ċertifikati kollha ta’ moviment EUR.1 li joħorġu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni.
Qabel it-tmiem tal-aħħar tax-xahar ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tas-Sważiland għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta’ moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.
Artikolu 5
Il-kaxxa Nru 7 taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 li nħarġu skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi dan li ġej:
“Derogation - Implementing Decision 2012/213/EU”.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
ANNESS
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deżinjazzjoni tal-merkanzija |
Perjodu |
Kwantitajiet |
09.1628 |
ex 2007 99 97 |
Ħawħ u/jew lanġas f’ġèli tal-frott |
1.1.2012 sal-31.12.2012 |
800 tunnellata |
ex 2008 97 98 |
Taħlita ta’ ħawħ u/jew lanġas u/jew ananas f’sugu tal-fritt |