ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.109.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 109

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
21 ta' April 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2012 tal-20 ta’ April 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/201/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 98/213/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar kittijiet ta’ diviżjoni interna (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1866)  ( 1 )

20

 

 

2012/202/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 1999/94/KE dwar il-proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1977)  ( 1 )

22

 

 

2012/203/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2012 li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-annotazzjoni dwar iċ-Ċilì fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi marini ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2446)  ( 1 )

24

 

 

2012/204/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2012 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Latvja bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi u ta’ ċerti reġjuni tal-Italja, il-Polonja u l-Portugall bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, ħielsa mill-bruċellożi u ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2451)  ( 1 )

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 347/2012

tas-16 ta’ April 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u partikolarment l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 14(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip prevista bid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2)

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi r-rekwiiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tipi ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 fir-rigward tal-installazzjoni ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza (AEBS). Huwa neċessarju li wieħed jistabbilixxi l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi obbligu ġenerali għal vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li jkunu mgħammra b’AEBS.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula li l-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jeżentaw lil ċerti vetturi jew klassijiet ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 mill-obbligu li jinstallaw AEBS taħt ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Analiżi tal-ispiża/benefiċċji u tal-aspetti tekniċi u ta’ sikurezza wriet li ser ikun meħtieġ aktar żmien qabel ma jiġu applikati rekwiżiti ta’ firxa wiesgħa għal AEBS għat-tipi kollha ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 . Partikolarment, għandha tingħata attenzjoni għat-teknoloġija tal-ibbrejkjar u s-sistema ta’ sospensjoni tal-fus ta’ wara użati fuq dawk il-vetturi meta jiġu speċifikati regoli dettaljati li jikkonċernaw ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ittestjar u tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk il-vetturi fir-rigward tal-AEBS tagħhom. Għaldaqstant huwa xieraq li wieħed jimplimenta dawk ir-rekwiżiti f’żewġ stadji, li jibdew b’approvazzjoni ta’ livell 1, li jkun jinkludi rekwiżiti adattati għal twissija ta’ ħabta u bbrejkjar ta’ emerġenza għal tipi ta’ vetturi tal-kategoriji M3 u N3 kif ukoll tipi ta’ vetturi tal-kategorija N2 b’massa massima li taqbeż it-8 tunellati, sakemm dawn it-tipi ta’ vetturi jkunu mgħammra b’sistemi ta' bbrejkjar pnewmatiċi jew air-over-hydraulic u b’sistemi ta’ sospensjoni tal-fus ta’ wara pnewmatiċi. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu estiżi wkoll u kkumplimentati f’tieni stadju, permezz ta’ approvazzjoni ta’ livell 2, biex japplikaw ukoll għal tipi ta’ vetturi b’sistemi ta’ bbrejkjar idrawliċi u sistemi ta’ sospensjoni tal-fus ta’ wara mhux pnewmatiċi u biex jinkludu tipi ta’ vetturi tal-kategorija M2 u tal-kategorija N2 b’massa massima li ma taqbiżx it-8 tunellati. Il-perjodu għall-implimentazzjoni tal-approvazzjoni ta’ livell 2 għandu jagħti żmien biżżejjed għall-kisba ta’ aktar esperjenza b'dawk is-sistemi u biex jippermetti aktar żviluppi tekniċi f’dan il-qasam, kif ukoll għall-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) biex tadotta rekwiżiti internazzjonali armonizzati ta’ prestazzjoni u tal-ittestjar għat-tipi ta’ vetturi tal-kategoriji kkonċernati. Għalhekk, mhux aktar tard minn sentejn qabel id-data tal-implimentazzjoni tal-approvazzjoni ta’ livell 2, il-Kummissjoni għandha tadotta l-kriterji tal-ittestjar tat-twissija u l-attivazzjoni tal-ibbrejkjar għal tipi ta’ vetturi tal-kategorija M2 u tal-kategorija N2 b’massa massima li ma taqbiżx it-8 tunnellati, b’kunsiderazzjoni għal aktar żviluppi fil-livell tal-UNECE dwar din il-kwistjoni.

(6)

L-analiżi tal-ispiża/benefiċċju wriet ukoll li l-applikazzjoni obbligatorja tal-AEBS tiġġenera aktar spejjeż milli benefiċċji u għalhekk tidher li mhix adattata għall-klassijiet ta’ vetturi li ġejjin: il-kategorija N2 vetturi semitrejler tal-irmonk b’massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati iżda li ma taqbiżx it-8 tunnellati, il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II, u karozzi tal-linja artikulati tal-kategorija M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II. Barra minn dan, restrizzjonijiet tekniċi u fiżiċi jagħmluha impossibbli li jiġi installat it-tagħmir ta’ detezzjoni ta’ ħabta b’tali mod li jiżgura l-funzjonament affidabbli ta’ dan fuq ċerti vetturi għal skop speċjali, vetturi off-road u vetturi b’aktar minn tliet fusien. Vetturi ta’ dawk il-kategoriji għalhekk għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jinstallaw AEBS.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 , kif definit fl-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE, bl-eċċezjoni ta’ dawn li ġejjin:

(1)

vetturi semitrejler tal-irmonk tal-kategoriji N2 b’massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati iżda li ma taqbiżx it-8 tunellati;

(2)

il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II;

(3)

il-karozzi tal-linja artikulati tal-kategorija M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II;

(4)

veturi off-road tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 kif hemm referenza għalihom fil-punti 4.2 u 4.3 tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE;

(5)

vetturi għal skop speċjali tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 kif hemm referenza għalihom fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE;

(6)

vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 b’aktar minn tliet fusien

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonjiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandhom japplikaw.

Barra minn dan, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema avvanzata ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza” (AEBS) tfisser kategorija ta’ vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali, inkluż għal:

(a)

l-isem kummerċjali jew il-marka tal-fabbrika tal-manifattur;

(b)

karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinjifikanti l-prestazzjoni tal-AEBS;

(c)

it-tip u d-disinn tal-AEBS;

(2)

“vettura inkwistjoni” tfisser il-vettura li qed tiġi testjata’

(3)

“mira” tfisser karozza tal-passiġġieri bi produzzjoni ta’ serje ta’ volum għoli tal-kategorija M1 AA saloon kif definit fil-punt 1 tat-Taqsima C tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE jew, fil-każ ta’ mira dgħajfa, oġġett li huwa rappreżentattiv ta’ vettura bħal din f’termini tal-karatteristiċi tad-detezzjoni tagħha applikabbli għas-sistema tas-sensur tal-AEBS li qed ikun ittestjat;

(4)

“soft target” tfisser mira li ser ikollha dannu minimu u tikkawża dannu minimu lill-vettura inkwistjoni fil-każ ta’ ħabta’

(5)

“mira li tiċċaqlaq” tfisser mira li tivvjaġġa b’veloċità kostanti fl-istess direzzjoni u fiċ-ċentru tal-istess karreġġata li fiha tkun qed tivvjaġġa l-vettura inkwistjoni;

(6)

“mira stazzjonarja” tfisser mira wieqfa li tħares fl-istess direzzjoni u li tinsab fiċ-ċentru tal-istess karreġġata tal-ivvjaġġar tat-test bħall-vettura inkwistjoni;

(7)

“fażi ta’ twissija ta’ ħabta” tfisser il-fażi li tippreċedi direttament il-fażi ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza, li matulha l-AEBS tavża lis-sewwieq dwar ħabta minn quddiem potenzjali;

(8)

“fażi ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza” tfisser il-fażi li tibda meta l-AEBS tagħti talba għal ibbrejkjar mill-anqas deċellerazzjoni ta’ 4 m/s2 lis-sistema ta’ bbrejkjar tas-servizz tal-vettura;

(9)

“spazju komuni” jfisser żona fejn żewġ funzjonijiet ta’ informazzjoni jew aktar jistgħu jintwerew, imma mhux b’mod simultanju;

(10)

“awtokontroll” ifisser funzjoni integrata li tikkontrolla għal xi ħsara fis-sistema fuq bażi semikontinwa mill-anqas sakemm is-sistema tkun attiva;

(11)

“ħin sal-ħabta (TTC - time to collision)” ifisser il-valur tal-ħin miksub billi tinqasam id-distanza bejn il-vettura inkwistjoni u l-mira bil-veloċità relattiva tal-vettura inkwistjoni u l-mira, f’mument wieħed fil-ħin.

Artikolu 3

Obbligi tal-Istati Membri

1.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2013, awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, fuq bażijiet relatati mal-AEBS, milli jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi II u III, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni ta’ livell 2 fl-Anness II u l-kriterji ta’ suċċess/falliment stabbiliti fl-Appendiċi 2 ma’ dak l-Anness u bl-eċċezzjoni tal-vetturi mhux mgħammra b’sospensjoni pnewmatika tal-fus ta’ wara.

2.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2015, awtoritajiet nazzjonali għandhom, fuq bażijiet relatati mal-AEBS, jikkunsidraw li ċertifikati ta’ konformità fir-rigward ta’ vetturi ġodda m’għadhomx aktar validi għall-iskopijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ dawn il-vetturi, fejn dawn il-vetturi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi II u III, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni ta’ livell 2 fl-Anness II u l-kriterji suċċess/falliment stabbiliti fl-Appendiċi 2 ma’ dak l-Anness u bl-eċċezzjoni ta’ vetturi mhux mgħammra b’sospensjoni pnewmatika tal-fus ta’ wara.

3.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016 awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, fuq bażijiet relatati mal-AEBS, milli tingħata l-approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi II u III, inkluż ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni ta’ livell 2 fl-Anness II u l-kriterji suċċess/falliment stabbiliti fl-Appendiċi 2 ma’ dak l-Anness.

4.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2018, awtoritajiet nazzjonali għandhom, fuq bażijiet relatati mal-AEBS, jikkunsidraw li ċertifikati ta’ konformità fir-rigward ta’ vetturi ġodda ma jibqgħux validi għall-iskopijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ dawn il-vetturi, meta dawn il-vetturi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi II u III, inkluż ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni ta’ livell 2 fl-Anness II u l-kriterji suċċess/falliment stabbiliti fl-Appendiċi 2 ma’ dak l-Anness.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 4, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, fuq bażijiet relatati mal-AEBS:

(a)

jirrifjutaw milli jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura fejn dik il-vettura tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u ma’ dan ir-Regolament;

(b)

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida fejn dik il-vettura tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u ma’ dan ir-Regolament.

(c)

jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali skont l-approvazzjoni ta’ livell 2 għal tip ġdid ta’ vettura tal-kategorija M2 u tal-kategorija N2 b’massa massima li ma taqbiżx it-8 tunnellati, sakemm il-valuri ta’ suċċess/falliment għar-rekwiżiti tat-test ta’ twissija u ta’ attivazzjoni jkunu ġew speċifikati skont l-Artikolu 5.

Artikolu 4

Approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ AEBS

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tal-manifattur għandhom jissottomettu lill-awtorità tal-approvazzjoni l-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-AEBS.

2.   L-applikazzjoni għandha tkun ippreparata skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament huma sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE u toħroġ numru tal-approvazzjoi tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII mad-Direttiva 2007/46/KE.

Awtorità tal-approvazzjoni ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

4.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 mal-Anness I.

Artikolu 5

Emenda għall-Appendiċi 2 tal-Anness II

Sal-31 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha temenda l-Appendiċi 2 tal-Anness II sabiex din tinkludi l-valuri ta’ suċċess/falliment għar-rekwiżiti tat-twissija u tal-attivazzjoni li ser ikollhom jikkonformaw magħhom tipi ta' vetturi tal-kategorija M2 u tal-kategorija N2 b’massa massima li ma taqbiżx it-8 tunellati sabiex dawn jingħataw l-approvazzjoni ta’ livell 2.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.


ANNESS I

Dokument ta' informazzjoni standard u ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għall-approvazzjoni tat-tipi ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ AEBS

PARTI 1

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrelata mal-approvazzjoni tat-tip KE ta' vettura fir-rigward ta' sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza (AEBS).

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinn irid jiġi provdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew unitajiet tekniċi oħra msemmija fl-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 347/2012 ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.0.1.   Chassis: …

0.2.0.2.   Karozzerija/vettura kompluta: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura (b): …

0.3.0.1.   Chassis: …

0.3.0.2.   Karozzerija/vettura kompluta: …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.3.1.1.   Chassis: …

0.3.1.2.   Karozzerija/vettura kompluta: …

0.4.   Kategorija ta' vettura (c): …

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.6.   Fejn jitqiegħdu l-pjanċi statutorji u l-metodu ta' twaħħil tagħhom u fejn jitqiegħed in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura: …

0.6.1.   Fuq ix-chassis: …

0.6.2.   Fuq il-karozzerija: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti): …

1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta' eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …

1.2.   Disinn dimensjonali tal-vettura sħiħa: …

1.3.   L-għadd tal-fusien u roti: …

1.3.1.   L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien b'roti doppji: …

1.3.2.   L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien bi steering: …

1.3.3.   Fusien powered (għadd, pożizzjoni, interkonnessjoni): …

2.   MASES U DIMENSJONIJIET (f)  (g)

(f'kg u mm) (Irreferi għad-disinn fejn applikabbli)

2.1.   Tul(ijiet) ta' bejn ir-roti (b'tagħbija sħiħa) (1)

2.1.1.   Vetturi b'żewġ fusien: …

2.1.1.1.   Vetturi bi tliet fusien jew aktar

2.3.   Tul(ijiet) u wisa'(wisgħat) tal-fus

2.3.1.   Tul ta' kull fus li huwa steered (2): …

2.3.2.   Tul tal-fusien l-oħra kollha (2): …

2.3.4.   Il-wisa' tal-fus ta' quddiem nett (imkejla fuq it-tarf ta' barra tat-tajers għajr għall-bużżieqa mbuzzata 'l barra tat-tajers qrib l-art): …

2.4.   Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (b'kollox)

2.4.1.   Għal chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.1.   Tul (3): …

2.4.1.1.1.   Tul massimu permissibbli: …

2.4.1.1.2.   Tul minimu permissibbli: …

2.4.1.2.   Wisa’ (4): …

2.4.1.2.1.   Wisa’ massima permissibbli: …

2.4.1.2.2.   Wisa’ minima permissibbli: …

2.4.2.   Għal chassis bil-karozzerija

2.4.2.1.   Tul (3): …

2.4.2.1.1.   Tul tal-parti tat-tagħbija: …

2.4.2.2.   Wisa’ (4): …

2.4.3.   Għal karozzerija approvata mingħajr chassis (vetturi M2 u M3)

2.4.3.1.   Tul (3): …

2.4.3.2.   Wisa’ (4): …

2.6.   Massa f'kundizzjoni ta' sewqan

Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta' vettura tal-irmonk ta' kategorija għajr għal M1, b'tagħmir ta' gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta' gganċjar jekk il-manifattur ma jqigħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta' gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (h) (massimu u minimu għal kull varjant): …

4.7.   Veloċità ddisinjata massima tal-vettura (f'km/s) (q): …

8.   BREJKIJIET

(Għandhom jingħataw id-dettalji li ġejjin, inkluż il-mezz ta’ identifikazzjoni, fejn japplika)

8.1.   It-tip u l-karatteristiċi tal-brejkijiet kif definit fil-punt 1.6 tal-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE (1) inklużi dettalji u disinji tal-għamla tat-tnabar, diski u pajpijiet u t-tip ta’ muntaturi tan-nagħla/pedd u/jew firrodu, il-partijiet effettivi tal-ibbrejkjar, ir-raġġ tat-tnabar, nagħal jew diski, il-massa tat-tnabar, tagħmir ta' aġġustament, partijiet rilevanti tal-fus(ien) u s-sospensjoni: …

8.2.   Dijagramma tat-tħaddim, deskrizzjoni u/jew disinn tas-sistema tal-ibbrejkjar deskritta fil-punt 1.2 tal-Anness I mad-Direttiva 71/320/KEE inklużi dettalji u disinji tat-trażmissjoni u l-kontrolli: …

8.2.1.   Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz: …

8.2.2.   Sistema sekondarja tal-ibbrejkjar: …

8.2.4.   Kull sistema oħra addizzjonali ta' bbrejkjar: …

8.3.   Kontroll u trażmissjoni tas-sistemi ta’ bbrejkjar ta’ karrijiet f’vetturi mfassla biex jirmunkaw karru: ……

8.4.   Il-vettura hija mgħammra biex tirmonka karru bi brejkijiet ta’ servizz elettriċi/pnewmatiċi/idrawliċi (*) service brakes: yes/no (*)

8.5.   Sistema tal-ibbrejkjar anti-lock

8.5.1.   Deskrizzjoni tal-operazzjoni tas-sistema (inklużi kwalunkwe partijiet elettroniċi), dijagramma tal-blokka elettrika, pjan taċ-ċirkwit idrawliku jew pnewmatiku: …

8.6.   Kalkolu u kurvi skont l-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 tal-Appendiċi mal-Anness II għad-Direttiva 71/320/KEE jew l-Appendiċi għall-Anness XI ta’ dan, jekk applikabbli: …

8.7.   Deskrizzjoni u/jew tpinġija tal-provvista ta’ enerġija, li trid tiġi speċifikata wkoll għal sistemi ta’ bbrejkjar assistiti bl-enerġija: …

8.7.1.   Fil-każ ta’ sistemi ta’ bbrejkjar bl-arja kumpressata, pressjoni ta’ ħidma p2 fir-riżerva(i) tal-pressjoni: ……

8.7.2.   Fil-każ ta’ sistemi ta’ bbrejkjar ta’ vakum, il-livell ta’ enerġija inizjali fir-riżerva(i): …

13.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAL KAROZZI TAL-LINJA U KOWĊIS

13.1.   Klassi tal-vettura: Klassi III/Klassi B (*)

Noti ta’ spjegazzjoni

PARTI 2

MUDELL

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni li tikkonċerna:

Approvazzjoni tat-tip KE (2)

Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (2)

Rifjut tal-approvazzjoni tat-tip KE (2)

Irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (2)

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ sistemi avvanzati ta’ bbrejkjar tal-emerġenza (AEBS)

fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 347/2012 kif emendat u li tikkonforma mal-approvazzjoni ta’ livell 1 (2) / approvazzjoni ta’ livell 2 (2)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE _

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

0.2.   Tip:

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk dan huwa disponibbli)

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk dan huwa mmarkat fuq il-vettura (3)

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka:

0.4.   Il-kategorija tal-vettura (4):

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur:

0.8.   L-ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

0.9.   Ir-rappreżentant tal-manifattur

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (fejn tapplika): Ara l-Addendum

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3.   Id-data tar-rapport tat-test:

4.   In-numru tar-rapport tat-test:

5.   Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6.   Post:

7.   Data:

8.   Firma:

Dokumenti mehmużin

:

Pakkett ta’ tagħrif:

Rapport tat-test.


(b)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?" (pereżempju ABC??123??).

(c)  Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(f)  Meta hemm verżjoni waħda b'kabina normali u oħra b'kabina tal-irqad, iż-żewġ gruppi ta' mases u dimensjonijiet għandhom jiġu ddikjarati

(g)  Standard ISO 612: 1978 – Vetturi tat-triq – Dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u vetturi rmunkati – kundizzjonijiet u definizzjonijiet

(1)  

(g1)

Vetturi bil-mutur u trejler bi drawbar: terminu Nru 6.4.1.

Semitrejler u trejler ta’ fus ċentrali: terminu Nru 6.4.2.

Nota:

Fil-każ ta’ trejler ta’ fus ċentrali, il-fus tal-kapling għandu jitqies bħala l-fus ta' quddiem nett.

(2)  

(g4)

Terminu Nru 6.5.

(3)  

(g5)

Terminu Nru 6.1 u għal vetturi oħra apparti dawk tal-kategorija M1: il-Punt 2.4.1. tal-Anness I mad-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 233, 25.8.1997, p.1).

Fil-każ ta’ trejlers, it-tulijiet għandhom ikunu speċifikati kif imsemmi fit-terminu Nru 6.1.2. tal-Istandard ISO 612: 1978.

(4)  

(g7)

It-terminu Nru 6.2 u għal vetturi apparti dawk tal-kategorija M1: il-punt 2.4.2. tal-Anness I mad-Direttiva 97/27/KE.

(h)  Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija valutata 75 kg (sottodiviża f’68 kg massa tal-okkupanti u 7 kg massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 – 1992), it-tank tal-karburant ikun mimli sa 90 % u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għal ilma użat) ikunu mimlija sa 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.

(q)  Fir-rigward ta’ trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur.

(1)  ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37.

(*)  Ħassar fejn mhux applikabbli (jeżistu każijiet fejn xejn ma jkun jeħtieġ jitħassar fejn tkun applikabbli aktar minn annotazzjoni waħda)

(2)  Ħassar fejn ma japplikax

(3)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?" (pereżempju ABC??123??)

(4)  Kif definit fit-Taqsima A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE.

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.   Deskrizzjoni qasira tas-sistema avvanzata ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza (AEBS) mwaħħla mal-vettura:

4.   Ir-riżultati tat-test skont l-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 347/2012.

4.1.   Dettalji li jippermettu l-identifikazzjoni u r-riproduzzjoni tal-miri użati għall-ittestjar

4.2.   Lista ta’ azzjonijiet pożittivi li jirriżultaw fl-interruzzjoni tal-fażi ta' twissija ta' ħabta

4.3.   Lista ta’ azzjonijiet pożittivi li jirriżultaw fl-interruzzjoni tal-fażi ta' bbrejkjar ta’ emerġenza

4.4.   Deskrizzjoni tal-indikazzjoni tat-twissija u s-sekwenza li fiha jiġu ppreżentati s-sinjali ta’ twissija ta’ ħabta lis-sewwieq.

4.5.   Massa u kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura matul it-test

4.6.   Dettalji li jippermettu li jkunu identifikati speċifikament il-miri tat-test

4.7.   Riżultat tat-twissija u t-test tal-attivazzjoni b’mira stazzjonarja

4.8.   Riżultati tat-twissija u t-test tal-attivazzjoni b’mira li tiċċaqlaq

4.9.   Riżultati tat-test tad-detezzjoni ta’ ħsara

4.10.   Ir-riżultati tat-test tad-diżattivazzjoni (isir biss jekk il-vettura hija mgħammra b’mezzi ta’ diżattivazzjoni tas-sistema ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza)

4.11.   Riżultati tat-test ta’ reazzjoni falsa

4.12.   It-tip ta’ vettura bis-sistema avvanzata ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza (AEBS) tagħha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni ta' livell 1 stabbiliti fl-Appendiċi 1 mal-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 347/2012: iva/le (1)

4.13.   It-tip ta’ vettura bis-sistema avvanzata ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza (AEBS) tagħha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni ta' livell 2 stabbiliti fl-Appendiċi 2 mal-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 347/2012: iva/le (1)

5.   Rimarki (jekk hemm):


(1)  Ħasar fejn ma japplikax.


ANNESS II

Rekwiżiti u testijiet għall-approvazzjoni tat-tipi ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ AEBS

1.   Rekwiżiti

1.1.   Rekwiżiti ġenerali

1.1.1.   Kull vettura koperta bl-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu, fir-rigward tal-AEBS imwaħħla, tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fil-punti 1.1. sa 1.6.2. ta’ dan l-Anness u għandha tkun mgħammra b’funzjoni ta’ bbrejkjar anti-lock skont ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-Anness 13 tar-Regolament UNECE Nru 13 (1).

1.1.2.   L-effikaċja tal-AEBS m’għandhiex tkun affettwata b’mod negattiv minn kampijiet manjetiċi jew tal-elettriku. Dan għandu jintwera mill-konformità mar-Regolament UNECE Nru 10, serje ta’ emendi 03.

1.1.3.   Konformità mal-aspetti ta’ sikurezza ta’ sistemi kunplessi ta’ kontroll elettroniku għandha tintwera billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Anness III.

1.2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

1.2.1.   Is-sistema għandha tipprovdi lis-sewwieq bi twissijiet xierqa kif deskritt fil-punti 1.2.1.1 sa 1.2.1.3:

1.2.1.1.

Twissija ta’ ħabta meta l-AEBS tkun innutat possibbiltà ta’ ħabta ma’ vettura li tkun qiegħda quddiem tal-kategorija M, N jew O fl-istess karreġġata li tkun qed tivjaġġa b’veloċità aktar bil-mod, tkun waqfet kompletament jew tkun stazzjonarja li ma tkunx ġiet identifikata li qed tiċċaqlaq. It-twissija għandha tkun kif speċifikat fil-punt 1.5.1.

1.2.1.2.

Twissija ta’ ħsara meta jkun hemm ħsara fl-AEBS li tipprevjeni li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. It-twissija għandha tkun kif speċifikat fil-punt 1.5.4.

1.2.1.2.1

M’għandux ikun hemm intervall ta’ ħin biżżejjed bejn kull awtokontroll mill-AEBS, u sussegwentement, m’għandux ikun hemm dewmien biżżejjed biex jinxtegħel is-sinjal ta’ twissija, fil-każ ta' ħsara li tista’ tkun innutata permezz tal-elettriku.

1.2.1.3.

Għandha tingħata twissija ta’ diżattivazzjoni, jekk il-vettura hija mgħammra b’mezzi sabiex l-AEBS tkun diżattivata b’mod manwali, meta s-sistema tkun diżattivata. Dan ser ikun speċifikat fil-punt 1.4.2.

1.2.2.   Wara t-twissija(twissijiet) li hemm referenza għalihom fil-punt 1.2.1.1., u skont id-dispożizzjonijiet tal-punti 1.3.1., 1.3.2 u 1.3.3., għandu jkun hemm fażi ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza bl-iskop li titnaqqas b’mod sinjifikanti l-veloċità tal-vettura inkwistjoni. Dan għandu jkun ittestjat skont il-punti 2.4. u 2.5.

1.2.3.   L-AEBS għandha tkun attiva mill-anqas fil-firxa tal-veloċità tal-vettura ta’ 15 km/s sal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, u għal kull tagħbija tal-vettura, sakemm din ma tkunx diżattivata manwalment skont il-punt 1.4.

1.2.4.   L-AEBS għandha tkun iddisinjata biex timminimizza l-ħolqien ta' sinjali ta’ twissija ta’ ħabta u biex jevita bbrejkjar awtonomu f’sitwazzjonijiet fejn is-sewwieq ma jagħrafx ħabta bil-quddiem imminenti. Dan għandu jintwera skont il-punt 2.8.

1.3.   Interruzzjoni mis-sewwieq

1.3.1.   L-AEBS tista’ tipprovdi l-mezzi lis-sewwieq biex jinterrompi l-fażi tat-twissija ta’ ħabta. Madankollu, meta tintuża sistema ta’ bbrejkjar tal-vettura sabiex tingħata twissija tattili, is-sistema għandha tipprovdi lis-sewwieq b’mezz biex ikun jista’ jinterrompi t-twissija tal-ibbrejkjar.

1.3.2.   L-AEBS għandha tipprovdi l-mezz għas-sewwieq biex jinterrompi l-fażi ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza.

1.3.3.   Fil-każijiet li hemm referenza għalihom fil-punti 1.3.1 u 1.3.2., l-interruzzjoni tista’ tinbeda minn kull azzjoni pożittiva (pereżempju kick-down, bl-operazzjoni tal-kontroll tal-indikatur tad-direzzjoni) li tindika li s-sewwieq huwa konxju mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lista ta' dawn l-azzjonijiet pożittivi lis-servizz tekniku fi kwalunkwe ħin tal-approvazzjoni tat-tip u din għandha tinhemeż mar-rapport tat-test li hemm referenza għalih fit-Taqsima II tal-Parti 2 tal-Anness I.

1.4.   Meta vettura hija mgħammra b’mezz biex tkun diżattivata l-funzjoni tal-AEBS, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin kif suppost:

1.4.1.

Il-funzjoni AEBS għandha terġa’ tkun installata awtomatikament mal-bidu ta’ kull ċiklu ta’ ignixin ġdid.

1.4.2.

Sinjal ottiku kostanti ta’ twissija għandu jinforma lis-sewwieq li l-funzjoni AEBS tkun ġiet diżattivata. Is-sinjal ta’ twissija isfar speċifikat fil-punt 1.5.4 jista’ jintuża għal dan l-għan.

1.5.   Indikazzjoni ta’ twissija

1.5.1.   It-twissija ta’ ħabta li hemm referenza għaliha fil-punt 1.2.1.1 għandha tingħata b’mill-anqas żewġ modalitajiet magħżula bejn dik akustika, tattili jew ottika.

Il-ħin tas-sinjali ta’ twissija għandu jkun tali li dawn għandhom jipprovdu l-possibbiltà lis-sewwieq biex jirreaġixxi għar-riskju ta’ ħabta u jieħu kontroll tas-sitwazzjoni, u għandu jevita wkoll li jkun ta’ xkiel għas-sewwieq minħabba twissijiet li jingħataw kmieni ż-żejjed jew spiss wisq. Dan għandu jkun ittestjat skont il-punti 2.4.2 u 2.5.2.

1.5.2.   Deskrizzjoni tal-indikazzjoni tat-twissija u s-sekwenza li fiha jiġu ppreżentati s-sinjali tat-twissija tal-ħabta lis-sewwieq għandhom jingħataw mill-manifattur tal-vettura fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip u jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.

1.5.3.   Fejn jintuża mezz ottiku bħala parti mit-twissija tal-ħabta, is-sinjal ottiku jista' jkun it-teptip tas-sinjal ta' twissija ta' ħsara kif speċifikat fil-punt 1.2.1.2.

1.5.4.   It-twissija ta’ ħsara li hemm referenza għaliha fil-punt 1.2.1.2 għandha tkun sinjal ta' twissija ottiku isfar kostanti.

1.5.5.   Kull sinjal ta’ twissija ottiku tal-AEBS għandha tkun attivata jew meta jinxtegħel is-swiċċ tal-ignixin (start) għall-pożizzjoni 'on' (ħidma) jew meta s-swiċċ tal-ignixin (start) ikun f’pożizzjoni bejn 'on' (ħidma) u 'start' li hija deżinjata mill-manifattur bħala pożizzjoni ta’ kontroll (sistema inizjali (power-on)). Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal sinjali ta’ twissija li jintwerew fi spazju komuni.

1.5.6.   Is-sinjali ottiċi ta’ twissija għandhom ikunu viżibbli anke matul il-jum, il-kundizzjoni sodisfaċenti tas-sinjali għandha tkun tista' tiġi verifikata b'mod faċli mis-sewwieq minn fuq is-sit tas-sewwieq.

1.5.7.   Meta s-sewwieq jingħata sinjal ottiku ta’ twissija li jindika li l-AEBS temporanjament mhijiex disponibbli, pereżempju minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, is-sinjal għandu jkun kostanti u ta' kulur isfar. Is-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara speċifikat fil-punt 1.5.4. jista’ jintuża għal dan.

1.6.   Dispożizzjonijiet għall-ispezzjoni teknika perjodika

1.6.1.   Waqt spezzjoni teknika perjodika għandu jkun possibbli li wieħed jikkonferma l-istatus ta’ tħaddim korrett tal-AEBS permezz ta’ osservazzjoni viżiva tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara, wara 'power-ON' u kwalunkwe kontroll tal-bozza.

Fil-każ li s-sinjal tat-twissija ta' ħsara jkun fi spazju komuni, dan l-ispzju komuni għandu jkun osservat li jkun funzjonali qabel ma jsir il-kontroll tal-istatus tas-sinjal tat-twissija ta’ ħsara.

1.6.2.   Fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jkun muri b’mod kunfidenzjali l-mezz ta’ protezzjoni kontra modifika sempliċi mhux awtorizzata tat-tħaddim tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara magħżul mill-manifattur.

Min-naħa l-oħra, dan ir-rekwiżit ta' protezzjoni huwa sodisfatt meta jkun disponibbli mezz sekondarju għall-kontroll tal-istatus ta' tħaddim korrett tal-AEBS.

2.   Il-proġeduri tat-test

2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test

2.1.1.   It-test għandu jitwettaq fuq superfiċje lixxa u xotta tal-asfalt jew tal-konkrit li tagħti adeżjoni tajba.

2.1.2.   It-temperatura tal-ambjent għandha tkun bejn 0 °C u 45 °C.

2.1.3.   Il-firxa ta’ viżibbiltà orizzontali għandha tippermetti li l-mira tkun osservata matul it-test kollu.

2.1.4.   It-testijiet għandhom jitwettqu meta ma jkunx hemm riħ li jista’ jaffettwa r-riżultati.

2.2.   Il-kundizzjonijiet tal-vettura

2.2.1.   Il-piż tat-test

Il-vettura għandha tkun ittestjata f’kundizzjoni ta' tagħbija kif miftiehem bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku. M’għandha ssir l-ebda alterazzjoni ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test.

2.3.   Il-miri tat-test

2.3.1.   Il-mira użata għat-testijiet għandha tkun karozza tal-passiġġieri regolari ta’ produzzjoni ta’ serje ta’ volum għoli tal-kategorija M1 AA saloon, jew inkella rappreżentazzjoni 'soft target' ta’ din il-vettura f’termini tal-karatteristiċi tal-identifikazzjoni tagħha applikabbli għas-sistema tas-sensur tal-AEBS li qed jiġi ttestjat (2).

2.3.2.   Dettalji li jippermettu li l-mira(miri) jkunu identifikati u riprodotti speċifikament għandhom ikunu rreġistrati fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, kif hemm referenza għalihom fil-punt 4.6 tal-Addendum mat-Taqsima II tal-Parti 2 tal-Anness I.

2.4.   Test tat-twissija u attivazzjoni b’mira stazzjonarja

2.4.1.   Il-vettura inkwistjoni għandha tersaq lejn il-mira stazzjonarja f’linja dritta għal mill-anqas żewġ sekondi qabel il-parti funzjonali tat-test, b’vettura inkwistjoni li jkollha mira ’l barra mil-linja ċentrali ta’ mhux aktar minn 0,5 m.

Il-parti funzjonali tat-test għandha tibda meta l-vettura inkwistjoni tkun qed tivjaġġa b’veloċità ta’ 80 ± 2 km/s u tkun mill-anqas f’distanza ta’ 120 m mill-mira.

Mill-bidu tal-parti funzjonali sal-punt tal-ħabta m’għandu jkun hemm l-ebda aġġustament lil kwalunkwe kontroll tal-vettura inkwistjoni mis-sewwieq minbarra aġġustamenti żgħar fil-kontroll tal-istering bħala kontroll kontra xi ċaqliq.

2.4.2.   Il-ħin għall modalitajiet tat-twissija ta’ ħabta li hemm referenza għalihom fil-punt 1.5.1. għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

2.4.2.1.

Mill-anqas modulu wieħed ta’ twissija tattili jew akustiku għandu jingħata mhux aktar tard mill-valuri speċifikati fi:

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 1 Il-kolonna B tat-Tabella fl-Appendiċi 1

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 2: Il-kolonna B tat-Tabella fl-Appendiċi 2

Dawn il-valuri għandhom jintlaħqu qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza.

2.4.2.2.

Mill-anqas żewġ modalitajiet ta’ twissija għandhom jingħataw mhux aktar tard mill-valuri speċifikati fi:

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 1: Il-kolonna C tat-Tabella fl-Appendiċi 1

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 2: Il-kolonna C tat-Tabella fl-Appendiċi 2

Dawn il-valuri għandhom jintlaħqu qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza.

2.4.2.3.

Kull tnaqqis fil-veloċità matul il-fażi ta’ twissija m’għandux jeċċedi jew il-15-il km/s jew 30 % tat-tnaqqis totali fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni, skont dak li huwa l-ogħla.

2.4.3.   Il-fażi ta’ twissija ta’ ħabta għandha tkun segwita mill-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza.

2.4.4.   Il-fażi ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza m’għandhiex tibda qabel TTC ugwali għal jew anqas minn 3,0 sekondi.

Il-konformità għandha tkun verifikata jew permezz tal-kejl attwali matul it-test jew bl-użu ta’ dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur tal-vettura, kif miftiehem bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur tal-vettura.

2.4.5.   It-tnaqqis totali fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni fil-ħin tal-impatt mal-mira stazzjonarja għandha tkun mhux anqas mill-valur speċifikat fi:

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 1 Il-kolonna D tat-Tabella fl-Appendiċi 1

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 2: Il-kolonna D tat-Tabella fl-Appendiċi 2

2.5.   Test ta’ twissija u attivazzjoni b’mira li tiċċaqlaq

2.5.1.   Il-vettura inkwistjoni u l-mira li tiċċaqlaq għandhom jivjaġġaw f’linja dritta, fl-istess direzzjoni, għal mill-anqas żewġ sekondi qabel il-parti funzjonali tat-test, b’vettura inkwistjoni li jkollha mira ’l barra mil-linja ċentrali ta’ mhux aktar minn 0,5 m.

Il-parti funzjonali tat-test għandha tibda meta l-vettura inkwistjoni tkun qed tivjaġġa b’veloċità ta’ 80 ± 2 km/s u l-mira li tiċċaqlaq b’veloċità tal-valur speċifikat fi:

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 1: Il-kolonna H tat-Tabella fl-Appendiċi 1

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 2: Il-kolonna H tat-Tabella fl-Appendiċi 2

Id-distanza ta’ separazzjoni bejn il-vettura inkwistjoni u l-mira li tiċċaqlaq għandha tkun mill-anqas ta’ 120 m.

Mill-bidu tal-parti funzjonali tat-test sakemm il-vettura inkwistjoni tilħaq veloċità uġwali għal dik tal-mira m’għandu jkun hemm l-ebda aġġustament lil kwalunkwe kontroll tal-vettura inkwistjoni mis-sewwieq minbarra aġġustamenti żgħar fil-kontroll tal-istering bħala kontroll kontra xi ċaqliq

2.5.2.   Il-ħin għall-modalitajiet tat-twissija tal-ħabta li hemm referenza għalih fil-punt 1.5.1 għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:

2.5.2.1.

Mill-anqas modalità waħda ta’ twissija tattili jew akustika għandha tingħata mhux aktar tard mill-valur speċifikat fi:

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 1: Il-kolonna E tat-Tabella fl-Appendiċi 1

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 2: Il-kolonna E tat-Tabella fl-Appendiċi 2

Dawn il-valuri għandhom jintlaħqu qabel ma tibda l-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza.

2.5.2.2.

Mill-anqas żewġ modalitajiet ta’ twissija għandhom jingħataw mhux aktar tard mill-valuri speċifikati fi:

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 1: Il-kolonna F tat-Tabella fl-Appendiċi 1

 

Għall-approvazzjoni ta’ livell 2: Il-kolonna F tat-Tabella fl-Appendiċi 2

Dawn il-valuri għandhom jintlaħqu qabel ma tibda l-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza.

2.5.2.3.

Kull tnaqqis fil-veloċità matul il-fażi ta’ twissija m’għandux jeċċedi jew il-15-il km/s jew 30 % tat-tnaqqis totali fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni, skont dak li huwa l-ogħla.

2.5.3.   Il-fażi ta’ twissija ta’ ħabta għandha tkun segwita mill-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza, u r-riżultat ta' dan għandu jkun li l-vettura inkwistjoni ma tolqotx mal-mira li tiċċaqlaq.

2.5.4.   Il-fażi ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza m’għandhiex tibda qabel TTC ugwali għal jew anqas minn 3,0 sekondi.

Il-konformità għandha tkun verifikata jew permezz tal-kejl attwali matul it-test jew bl-użu ta’ dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur tal-vettura, kif miftiehem bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur tal-vettura.

2.6.   It-test ta’ detezzjoni tal-ħsara

2.6.1.   Agħmel simulazzjoni tal-ħsara elettrika, pereżempju billi tneħħi s-sors tal-enerġija lil kull komponent tal-AEBS jew billi tneħħi kull konnessjoni elettrika bejn il-komponenti tal-AEBS. Meta ssir simulazzjoni ta’ ħsara tal-AEBS, la l-konnessjonijiet elettriċi għas-sinjal ta’ twissija tas-sewwieq li hemm referenza għalihom fil-punt 1.5.4 u lanqas il-kontroll ta’ diżattivazzjoni manwali fakultattiv tal-AEBS li hemm referenza għalih fil-punt 1.4. m’għandhom ikunu skonnettjati.

2.6.2.   Is-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara li hemm referenza għalih fil-punt 1.5.4. għandu jkun attivat u jibqa’ attivat mhux aktar tard minn 10 sekondi wara li l-vettura tkun instaqet f’veloċità akbar minn 15 km/s u jerġa’ jiġi attivat mill-ġdid immedjatament wara ċiklu ta’ ignition 'off' ignition 'on' bil-vettura stazzjonarja sakemm tibqa’ teżisti l-ħsara simulata.

2.7.   It-test tad-diżattivazzjoni

2.7.1.   Għal vetturi mgħammra b’mezzi ta’ diżattivazzjoni tal-AEBS, dawwar is-swiċċ tal-ignixin (start) lejn il-pożizzjoni ’on’ (ħidma) u ddiżattiva l-AEBS. Is-sinjal ta’ twissija li hemm referenza għalih fil-punt 1.4.2. għandu jkun attivat. Dawwar is-swiċċ tal-ignixin (start) lejn il-pożizzjoni ’off’. Għal darb’oħra, dawwar is-swiċċ tal-ignixin (start) lejn il-pożizzjoni ’on’ (ħidma) u vverifika li s-sinjal ta’ twissija li kien attivat qabel mhux attivat mill-ġdid, li jindika li l-AEBS jkun rega’ ġie installat kif speċifikat fil-punt 1.4.1. Jekk is-sistema tal-ignixin hija attivata permezz ta’ ‘ċavetta’, dak ir-rekwiżit għandu jkun sodisfatt mingħajr ma titneħħa ċ-ċavetta.

2.8.   It-test ta’ reazzjoni falza

2.8.1.   Żewġ vetturi stazzjonarji, tal-kategorija M1 AA saloon, għandhom jitpoġġew:

(a)

b’tali mod li jħarsu fl-istess direzzjoni ta’ vjaġġar bħall-vettura inkwistjoni,

(b)

b’distanza ta’ 4,5 m bejniethom (3),

(c)

bil-parti ta’ wara ta’ kull vettura allinjata mal-oħra.

2.8.2.   Il-vettura inkwistjoni għandha tivjaġġa għal distanza ta’ mill-anqas 60 m, b’veoċità kostanti ta’ 50 ± 2 km/s biex tgħaddi ċentralment bejn iż-żewġ vetturi stazzjonarji.

Matul it-test m’għandu jkun hemm l-ebda aġġustament ta xi kontroll tal-vettura inkwistjoni, ħlief xi aġġustamenti żgħar tal-istering bħala azzjoni kontra ċ-ċaqliq

2.8.3.   L-AEBS m’għandhiex tipprovdi twissija ta’ ħabta u m’għandhiex tibda l-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza..


(1)  L-Unjoni aderixxiet ma’ dak ir-Regolament UNECE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Il-karatteristiċi tal-identifikazzjoni tas-soft target għandhom ikunu maqbula bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur tal-vettura bħala ekwivalenti għal karozza tal-passiġġieri tal-kategorija M1 AA saloon

(3)  Il-punt ta’ referenza ta’ kull vettura stazzjonarja biex tkun stabbilita d-distanza bejn żewġ vetturi stazzjonarji, għandu jkun determinat skont ISO 612-1978.

Appendiċi 1

Approvazzjoni ta’ livell 1: rekwiżiti għat-test tat-twissija u tal-attivazzjoni - valuri suċċess/falliment

A

B

C

D

E

F

G

H

Kategorija tal-vettura

Mira stazzjonarja

Mira li tiċċaqlaq

Il-ħin tal-modalitajiet ta’ twissija

Tnaqqis fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni

Il-ħin tal-modalitajiet ta’ twissija

Tnaqqis fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni

Veloċità tal-mira

Mill-anqas 1 tattili jew akustiku

Mill-anqas 2

Mill-anqas 1 tattili jew akustiku

Mill-anqas 2

(punt ta’ referenza 2.4.2.1)

(punt ta’ referenza 2.4.2.2)

(punt ta’ referenza 2.4.5)

(punt ta’ referenza 2.5.2.1)

(punt ta’ referenza 2.5.2.2)

(punt ta’ referenza 2.5.3)

(punt ta’ referenza 2.5.1)

M3, N3 u N2 > 8 t (mgħammra b‘sistemi ta’ bbrejkjar pnewmatiċi jew air over hydraulic u b’sistemi ta’ sospensjoni tal-fus ta’ wara pnewmatiċi)

Mhux aktar tard minn 1,4 s qabel ma tibda l-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza

Mhux aktar tard minn 0,8 s qabel ma tibda l-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza

Mhux anqas minn 10 km/s

Mhux aktar tard minn 1,4 s qabel ma tibda l-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza

Mhux aktar tard minn 0,8 s qabel ma tibda l-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza

Il-vettura inkwistjoni m’għandhiex ikollha impatt mal-mira li tiċċaqlaq

32 ± 2 km/s

Appendiċi 2

Approvazzjoni ta’ livell 2: rekwiżiti għat-test tat-twissija u tal-attivazzjoni - valuri suċċess/falliment

A

B

C

D

E

F

G

H

Kategorija tal-vettura

Mira stazzjonarja

Mira li tiċċaqlaq

Il-ħin tal-modalitajiet ta’ twissija

Tnaqqis fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni

Il-ħin tal-modalitajiet ta’ twissija

Tnaqqis fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni

Il-veloċità tal-mira

Mill-anqas wieħed tattili jew akustiku

Mill-anqas 2

Mill-anqas wieħed tattili jew akustiku

Mill-anqas 2

(punt ta’ referenza 2.4.2.1)

(punt ta’ referenza 2.4.2.2)

(punt ta’ referenza 2.4.5)

(punt ta’ referenza 2.5.2.1)

(punt ta’ referenza 2.5.2.2)

(punt ta’ referenza 2.5.3)

(punt ta' referenza 2.5.1)

M3, N3 u N2 > 8 t (1)

Mhux anqas minn 1,4 s qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza

Mhux aktar tard minn 0,8 s qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza

Mhux anqas minn 20 km/s

Mhux aktar tard minn 1,4 s qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza

Mhux aktar tard minn 0,8 s qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza

Il-vettua suġġett m’għandhiex ikollha impatt mal-mira li tiċċaqlaq

12 ± 2 km/s

N2 ≤ 8 t u M2  (2)

 (3)

 (3)

 (3)

 (3)

 (3)

 (3)

 (3)


(1)  Vetturi tal-kategorija M3 b’sistema ta’ bbrejkjar idrawlika huma suġġetti għar-rekwiżiti tat-tieni ringiela.

(2)  Vetturi b’sistema ta’ bbrejkjar pnewmatika huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-ewwel ringiela.

(3)  Il-valuri għandhom ikunu speċifikati skont l-Artikolu 5.


ANNESS III

Rekwiżiti speċjali li għandhom ikunu applikati għall-aspetti ta’ sikurezza ta’ sistemi kumplessi ta’ kontroll elettroniku tal-vettura

1.   Ġenerali

Dan l-Anness jiddefinixxi r-rekwiżiti speċjali għad-dokumentazzjoni, l-istrateġija f'każ ta' ħsara u l-verifika fir-rigward tal-aspetti ta' sikurezza ta' sistemi kumplessi ta’ kontroll elettroniku tal-vettura għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

Dan l-Anness jista’ jkun applikat ukoll għal funzjonijiet relatati ma’ sikurezza li huma kkontrolati permezz ta’ sistema(sistemi) elettronika(eletroniċi).

Dan l-Anness ma jispeċifikax il-kriterji tal-prestazzjoni għal sistemi kumplessi elettroniċi għall-kontroll ta' vetturi imma jkopri l-metodoloġija applikata għall-proċess tad-disinn u l-informazzjoni li għandha tingħata lis-servizz tekniku għal skopijiet ta' approvazzjoni tat-tip.

Dik l-informazzjoni għandha turi li sistema kumplessa elettronika għall-kontroll ta' vetturi tirrispetta, taħt kundizzjonijiet normali u ta’ ħsara, ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni kollha xierqa stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.   Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

2.1.

Kunċett tas-sikurezza” huwa deskrizzjoni tal-miżuri mfasslin fis-sistema, pereżempju fl-unitajiet elettroniċi, sabiex tiġi indirizzata l-integrità tas-sistema u b’hekk ikun żgurat tħaddim sikur anki fil-każ ta’ ħsara elettrika.

Il-possibbiltà li l-vettura taqa’ għal ħidma parzjali jew saħansitra għal sistema ta’ appoġġ għall-funzjonijiet vitali tal-vettura tista’ tkun parti mill-kunċett tas-sikurezza.

2.2.

Sistema ta’ kontroll elettroniku” tfisser kombinazzjoni ta’ unitajiet, iddisinjati biex jikkooperaw fil-produzzjoni tal-funzjoni ddikjarata tal-kontroll tal-vettura permezz tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta.

Sistemi bħal dawn, ta’ spiss ikkontrollati minn softwer, jinbnew minn komponenti funzjonali distinti bħal sensuri, unitajiet ta’ kontroll elettroniku u attwaturi u jkunu mqabbdin b’konnessjonijiet tat-trażmissjoni. Jistgħu jinkludu elementi mekkaniċi, elettropnewmatiċi jew elettroidrawliċi.

2.3.

Sistemi kumplessi ta’ kontroll elettroniku tal-vettura” huma dawk is-sistemi ta’ kontroll elettroniku li huma suġġetti għal ġerarkija ta’ kontroll li fihom, funzjoni kkontrollata tista’ tinqabeż minn sistema/funzjoni ta’ livell ogħla ta’ kontroll elettroniku.

2.4.

Sistemi/funzjonijiet ta’ kontroll ta’ livell ogħla” huma dawk is-sistemi/funzjonijiet li jużaw dispożizzjonijiet addizzjonali ta’ pproċessar u/jew ta’ sensing biex jimmodifikaw l-imġiba tal-vettura billi jeħtieġu varjazzjonijiet fil-funzjoni(jiet) normali tas-sistema ta’ kontroll tal-vettura.

Dan jippermetti li s-sistemi kumplessi awtomatikament ibiddlu l-għanijiet tagħhom bi prijorità li tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi pperċeputi.

2.5.

Unitajiet” huma l-iżgħar diviżjonijiet tal-komponenti ta’ sistema koperti f’dan l-Anness: dawk il-kombinazzjonijiet ta’ komponenti ser jiġu ttrattati bħala entitajiet singoli għal skopijiet ta’ identifikazzjoni, analiżi jew sostituzzjoni.

2.6.

Konnessjonijiet ta’ trażmissjoni” huma l-mezzi li jintużaw biex jiġu interkonnessi l-unitajiet distribwiti sabiex jitwasslu sinjali, dejta operattiva jew provvista tal-enerġija.

Ġeneralment, dan it-tagħmir ikun tal-elettriku iżda, f’xi parti minnu, jista’ jkun mekkaniku, pnewmatiku, idrawliku jew ottiku.

2.7.

Firxa ta’ kontroll” tirreferi għall-varjabbli tal-output li jikkorrispondi għall-medda li fuqha s-sistema x’aktarx li teżerċita kontroll.

2.8.

Konfini ta’ ħidma funzjonali” tirreferi għall-konfini tal-limiti fiżiċi esterni li fihom is-sistema tista’ żżomm kontroll.

3.   Dokumentazzjoni

3.1.   Rekwiżiti

Il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn bażiku tas-sistema kumplessa ta’ kontroll elettroniku tal-vettura li għaliha qed issir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip (minn hawn ’il quddiem “is-Sistema”) u l-mezzi li bihom hija mqabbda ma’ sistemi oħrajn tal-vettura jew li permezz tagħhom tikkontrolla direttament lill-varjabbli tal-output.

Għandhom jiġu spjegati l-funzjoni(jiet) tas-"Sistema" u l-kunċett tas-sikurezza, kif stabbiliti mill-manifattur.

Id-dokumentazzjoni għandha tkun qasira, iżda għandha tipprovdi evidenza li d-disinn u l-iżvilupp kellhom il-benefiċċju ta’ kompetenza mill-oqsma kollha tas-sistema li huma involuti.

Għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi, id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-istatus operattiv kurrenti tas-"Sistema" jista’ jiġi kkontrollat.

3.1.1.   Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli f’żewġ partijiet:

(a)

Il-pakkett tad-dokumentazzjoni formali għall-approvazzjoni, li fih il-materjal elenkat fit-Taqsima 3 (ħlief dak tal-punt 3.4.4) li għandu jiġi pprovdut lis-servizz tekniku fil-ħin tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. Dan se jitqies bħala r-referenza bażika għall-proċess ta’ verifika stabbilit fil-punt 4.

(b)

Materjal addizzjonali u dejta ta’ analiżi li hemm referenza għalihom fil-punt 3.4.4, li għandhom jinżammu mill-manifattur, iżda għandhom ikunu disponibbli għal spezzjoni fi żmien l-approvazzjoni tat-tip.

3.2.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet tas-“Sistema”

Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni li tagħti spjegazzjoni sempliċi tal-funzjonijiet kollha ta’ kontroll tas-"Sistema" u tal-metodi li ntużaw sabiex jintlaħqu l-għanijiet, inkluża dikjarazzjoni tal-mekkaniżmu(i) li permezz tiegħu(tagħhom) jiġi eżerċitat il-kontroll.

3.2.1.   Għandha tkun ipprovduta lista tal-varjabbli tal-input u dawk ipperċepiti kollha u għandha tiġi ddefinita l-firxa ta’ ħidma tagħhom.

3.2.2.   Għandha tkun ipprovduta lista tal-varjabbli tal-output kollha li jiġu kkontrollati mis-"Sistema" u, f’kull każ, għandha tingħata indikazzjoni ta’ jekk il-kontroll huwiex dirett jew permezz ta’ sistema oħra tal-vettura. Għandha tiġi definita l-firxa ta’ kontroll eżerċitata fuq kull varjabbli bħal dawn.

3.2.3.   Fejn ikun xieraq għall-prestazzjoni tas-sistema, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti li jiddefinixxu l-konfini tal-ħidma funzjonali.

3.3.   L-arranġament u l-iskematika tas-sistema

3.3.1.   Inventarju tal-komponenti

Għandha tkun ipprovduta lista li tiġbor flimkien l-unitajiet kollha tas-"Sistema" u li ssemmi s-sistemi l-oħrajn tal-vettura li huma meħtieġa sabiex tintlaħaq il-funzjoni ta’ kontroll in kwistjoni.

Għandha tkun ipprovduta dijagramma skematika ġenerali li turi dawn l-unitajiet f’kombinazzjoni fejn kemm id-distribuzzjoni tat-tagħmir kif ukoll l-interkonnessjonijiet jiġu ċċarati.

3.3.2.   Il-funzjonijiet tal-unitajiet

Il-funzjoni ta’ kull unità tas-"Sistema" għandha tkun deskritta fil-qosor u għandhom jintwerew is-sinjali li jikkonnettjawha ma’ unitajiet oħrajn jew ma’ sistemi oħrajn tal-vettura. Dan jista’ jkun ipprovdut permezz ta’ dijagramma blokka dettaljata jew dijagramma skematika oħra, jew b’deskrizzjoni megħjuna minn dijagramma bħal din.

3.3.3.   L-interkonnessjonijiet

L-interkonnessjonijiet fis-"Sistema" għandhom jintwerew permezz ta’ dijagramma taċ-ċirkwiti għall-konnessjonijiet tat-trażmissjoni tal-elettriku, permezz ta’ dijagramma tal-optical-fibre għal konnessjonijiet ottiċi, permezz ta’ dijagramma tal-pajpijiet għal apparat tat-trażmissjoni pnewmatika jew idrawlika u permezz ta’ arranġament dijagrammatiku ssimplifikat għall-konnessjonijiet mekkaniċi.

3.3.4.   Il-fluss tas-sinjali u l-prijoritajiet

Għandu jkun hemm korrispondenza ċara bejn dawn il-konnessjonijiet tat-trażmissjoni u s-sinjali ttrasportati bejn l-unitajiet.

Il-prijoritajiet tas-sinjali fuq mogħdijiet tad-dejta multiplexed għandhom jiġu ddikjarati kulfejn il-prijorità tista’ tkun kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni jew is-sikurezza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.3.5.   L-identifikazzjoni tal-unitajiet

Kull unità għandha tkun identifikabbli b’mod ċar u b’mod mhux ambigwu (eż. bi mmarkar għall-ħardwer u bi mmarkar jew b’output tas-softwer għall-kontenut tas-softwer) biex tkun ipprovduta assoċjazzjoni korrispondenti tal-ħardwer u tad-dokumentazzjoni.

Fejn il-funzjonijiet jiġu kkombinati f’unità waħda jew f’kompjuter wieħed, iżda jintwerew fi blokki multipli fid-dijagramma blokka għal skopijiet ta’ ċarezza u ta’ faċilità ta’ spjegazzjoni, għandha tintuża biss marka waħda għall-identifikazzjoni tal-ħardwer.

Bl-użu ta’ din l-identifikazzjoni, il-manifattur għandu jafferma li t-tagħmir ipprovdut huwa konformi mad-dokument korrispondenti.

3.3.5.1.

L-identifikazzjoni tiddefinixxi l-verżjoni tal-ħardwer u tas-softwer u, fejn tal-aħħar jinbidel b’tali mod li jbiddel il-funzjoni tal-unità għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, din l-identifikazzjoni għandha titbiddel ukoll.

3.4.   Il-kunċett tas-sikurezza tal-manifattur

3.4.1.   Il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tafferma li l-istrateġija magħżula biex jintlaħqu l-għanijiet tas-"Sistema", f’kundizzjonijiet mhux ta’ ħsara, mhux se tippreġudika l-ħidma sikura tas-sistemi li huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.4.2.   Fir-rigward tas-softwer użat fis-"Sistema", għandha tiġi spjegata l-arkittettura ġenerali u għandhom jiġu identifikati l-metodi u l-għodod tad-disinn li ntużaw. Il-manifattur għandu jkun ippreparat, jekk ikun meħtieġ, li juri xi evidenza tal-mezzi li bihom tkun ġiet iddetermina r-realizzazzjoni tal-loġika tas-sistema matul il-proċess tad-disinn u tal-iżvilupp.

3.4.3.   Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet tekniċi bi spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-disinn mibnija fis-"Sistema" sabiex tiġi ġġenerata ħidma sikura f’kundizzjonijiet ta’ ħsara. Dispożizzjonijiet possibbli tad-disinn għal ħsara fis-"Sistema" pereżempju huma:

(a)

il-vettura taqleb għal ħidma fejn tintuża sistema parzjali;

(b)

bidla għal sistema separata ta’ appoġġ;

(c)

it-tneħħija tal-funzjoni ta’ livell għoli.

Fil-każ ta’ ħsara, is-sewwieq għandu jiġi mwissi, pereżempju b’sinjal ta’ twissija jew b’wirja ta’ messaġġ. Meta s-sistema ma tkunx diżattivata mis-sewwieq, eż. billi jdawwar l-iswiċċ tal-ignixin (ħidma) għal "mitfi", jew billi tintefa dik il-funzjoni partikolari jekk ikun ipprovdut swiċċ speċjali għal dak l-iskop, it-twissija għandha tkun preżenti sakemm tippersisti l-kundizzjoni ta’ ħsara.

3.4.3.1.

Jekk, f’ċerti kundizzjonijiet ta’ ħsara, il-provvista magħżula tagħżel modalità ta’ rendiment parzjali, allura dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati u l-limiti tal-effikaċja li jirriżultaw għandhom jiġu ddefiniti.

3.4.3.2.

Jekk il-provvista magħżula tagħżel mezz sekondarju (ta’ appoġġ) biex twettaq l-għan tas-sistema ta’ kontroll tal-vettura, il-prinċipji tal-mekkaniżmu tal-bidla, il-loġika u l-livell tat-tagħmir addizzjonali li jaħdem f’każ ta’ ħsara u kwalunkwe karatteristika ta’ kontroll interna ta’ appoġġ għandhom jiġu spjegati u l-limiti tal-effikaċja ta’ appoġġ li jirriżultaw għandhom jiġu ddefiniti.

3.4.3.3.

Jekk il-provvista magħżula tagħżel it-tneħħija tal-funzjoni ta’ livell ogħla, is-sinjali ta’ kontroll tal-output korrispondenti assoċjati ma’ din il-funzjoni għandhom jiġu inibiti, u b’tali mod li jiġi limitat l-ixkiel ta’ tranżizzjoni.

3.4.4.   Id-dokumentazzjoni għandha tkun appoġġjata minn analiżi li turi, f’termini ġenerali, kif se ġġib ruħha s-sistema meta sseħħ kwalunkwe waħda mill-ħsarat speċifikati li se jkollha effett fuq ir-rendiment jew fuq is-sikurezza tal-kontroll tal-vettura.

Dan jista’ jkun ibbażat fuq Analiżi tal-Modalità u tal-Effett tal-Ħsara (FMEA - Failure Mode and Effect Analysis), Analiżi tal-Oriġini tal-Ħsara (FTA - Fault Tree Analysis) jew kwalunkwe proċess simili adattat għal konsiderazzjonijiet tas-sikurezza tas-sistema.

Il-metodu(i) analitiku(ċi) magħżul(a) għandu(hom) jiġi(u) stabbilit(i) u miżmum(a) mill-manifattur u għandu(hom) jkun(u) disponibbli għal spezzjoni mis-servizz tekniku fi żmien l-approvazzjoni tat-tip.

3.4.4.1.

Din id-dokumentazzjoni għandha telenka l-parametri li qegħdin jiġu mmonitorjati u għandha tistabbilixxi, għal kull kundizzjoni ta’ ħsara tat-tip imsemmi fil-punt 3.4.4, is-sinjal ta’ twissija li għandu jingħata lis-sewwieq u/jew lill-persunal tas-servizz/tal-ispezzjoni teknika.

4.   Verifika u Test

4.1.   Il-ħidma funzjonali tas-"Sistema", kif ġiet stabbilita fid-dokumenti meħtieġa fil-punt 3, għandha tiġi ttestjata kif ġej:

4.1.1.   Il-verifika tal-funzjoni tas-“Sistema”

Bħala l-mezz biex ikunu stabbiliti l-livelli operattivi normali, il-verifika tar-rendiment tas-sistema tal-vettura f’kundizzjonijiet mhux ta’ ħsara għandha titwettaq skont l-ispeċifikazzjoni tal-livell ta’ referenza bażiku tal-manifattur sakemm dan ma jkunx suġġett għal test ta’ rendiment speċifikat bħala parti mill-proċedura tal-approvazzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament.

4.1.2.   Il-verifika tal-kunċett tas-sikurezza li hemm referenza għalih fil-punt 3.4

Ir-reazzjoni tas-"Sistema" għandha, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, tiġi kkontrollata taħt l-influwenza ta’ ħsara fi kwalunkwe unità individwali bl-applikazzjoni ta’ sinjali ta’ output korrispondenti għal unitajiet tal-elettriku jew għal elementi mekkaniċi sabiex jiġu simulati l-effetti ta’ ħsarat interni fl-unità.

Ir-riżultati tal-verifika għandhom jikkorrispondu mas-sommarju ddokumentat tal-analiżi tal-ħsarat, sa livell ta’ effett globali b’mod li jiġi kkonfermat li l-kunċett u l-eżekuzzjoni tas-sikurezza jkunu adegwati.


21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 348/2012

tal-20 ta’ April 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

47,3

TN

124,7

TR

108,1

ZZ

93,4

0707 00 05

TR

139,2

ZZ

139,2

0709 93 10

MA

91,2

TR

108,3

ZZ

99,8

0805 10 20

EG

47,8

IL

72,9

MA

41,2

TN

54,8

TR

50,5

ZZ

53,4

0805 50 10

TR

58,3

ZZ

58,3

0808 10 80

AR

88,4

BR

83,6

CA

152,1

CL

99,1

CN

117,9

MK

29,3

NZ

122,4

US

164,3

UY

72,9

ZA

85,3

ZZ

101,5

0808 30 90

AR

109,5

CL

133,3

CN

65,6

US

107,0

ZA

125,0

ZZ

108,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 98/213/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar kittijiet ta’ diviżjoni interna

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1866)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/201/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/213/KE (2) ssemmi biss prodotti kif definiti fl-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, filwaqt li xi wħud minn dawk il-prodotti jafu jkunu koperti wkoll mill-istandards armonizzati Ewropej.

(2)

Billi l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) qiegħed jiżviluppa bħalissal-istandards armonizzati Ewropej għal xi wħud mill-prodotti msemmija fid-Deċiżjoni 98/213/KE.

(3)

id-Deċiżjoni 98/213/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 98/213/KE hija emendata kif ġej:

1.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità kif stabbilita fl-Anness IV għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati Ewropej.”

2.

Ġie miżjud Anness IV ġdid, it-test ta’ liema Anness huwa stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU L 80, 18.3.1998, p. 41.


ANNESS

“ANNESS IV

FAMILJA TAL-PRODOTT

KITTIJIET TAD-DIVIŻJONI TAL-BORD TAL-ĠIBSUM (1/2)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) hija mitluba li tispeċifika s-sistema ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja fl-istandards armonizzati relevanti Ewropej:

Prodott(i)

Użu/i intenzjonat(i)

Livell(i) jew klassi(jiet)

Attestazzjoni tas-sistema/i ta’ konformità

Kittijiet/sistemi ta’ diviżjoni interna

Għall-użi kollha mhux suġġetti għar-reazzjoni għar-rekwiżiti dwar in-nar

kwalunkwe

3

Sistema 3:

Ara Anness III.2.(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma jkollhiex għalfejn tkun determinata għal ċerta karatteristika, għaliex tal-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal din it-tip ta’ karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ karatteristika bħal din ma għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TAL-PRODOTT

KITTIJIET TAD-DIVIŻJONI TAL-BORD TAL-ĠIBSUM (2/2)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, is-CEN hija mitluba li tispeċifika s-sistema/sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fl-istandards armonizzati relevanti:

Prodott(i)

Użu/i intenzjonat(i)

Livell(i) jew klassi(jiet)

(reazzjoni għan-nar)

Attestazzjoni tas-sistema/i ta’ konformità

Kittijiet/sistemi ta’ diviżjoni interna

użi suġġetti għar-reazzjonji għar-rekwiżiti dwar in-nar

A1 (*), A2 (*), B (*), C (*)

1

A1 (**), A2 (**), B (**), C (**), D, E

3

(A1 sa E) (***), F

4

Sistema 1:

Ara l-Anness III.2.(i) tad-Direttiva 89/106/KEE mingħajr l-ittestjar permezz tal-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3:

Ara l-Anness III.2.(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, It-tieni possibbiltà.

Sistema 4:

Ara l-Anness III.(2).(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE It-tielet possibbiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma jkollhiex għalfejn tkun determinata għal ċerta karatteristika, għaliex tal-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal din it-tip ta’ karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ din it-tip ta’ karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.”


(*)  Prodotti/materjali li għalihom stadju li huwa identifikabbli biċ-ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta’ prodotti ta’ trażżin tan-nar jew limitu tal-materjal organiku).

(**)  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota f’qiegħ il-paġna (*).

(***)  Prodotti/materjali li mhux neċessarju li jsirilhom test għar-reazzjoni għan-nar (eż. prodotti/materjali tal-klassijiet A1 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE (ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23)).


21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 1999/94/KE dwar il-proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1977)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/202/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4)(a) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Jannar 1999, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 1999/94/KE dwar il proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja (2).

(2)

L-Anness III tad-Deċiżjoni 1999/94/KE għandu jiġi emendat, biex jadatta s-sistemi ta’ attestazzjoni tal-konformità għal travi/unitajiet ta’ sulari fi blokok u elementi li jinkorporaw materjal organiku fi progress tekniku biex jitqiesu l-użi suġġetti għar-regolamenti dwar reazzjoni għan-nar peress li għandu jiġi żgurat livell differenti ta’ intervent ta’ parti terza skont il-proċessi u l-materjali użati fil-produzzjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni 1999/94/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Deċiżjoni 1999/94/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU L 29, 3.2.1999, p. 55.


ANNESS

Fl-Annes III tad-Deċiżjoni 1999/94/KE, it-test li ġej huwa miżjud:

“GRUPP TA’ PRODOTTI

TRAVI/UNITAJIET TA’ SULARI FI BLOKOK U ELEMENTI LI JINKORPORAW MATERJAL ORGANIKU

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) hija mitluba li tispeċifika s-sistema ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja fl-istandards armonizzati relevanti Ewropej.

Prodott(i)

Użu/i intenzjonat(i)

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reazzjoni għan-nar)

L-attestazzjoni ta’ sistema/i ta’ konformità

Travi/unitajiet ta’ sulari fi blokok u elementi li jinkorporaw materjali organiċi

Għall-użi soġġetti għar-regolamentazzjonijiet tar-reazzjoni man-nar

(A1, A2, B, C) (*)

1

(A1, A2, B, C) (**), D, E

3

(A1 sa E) (***), F

4

Sistema 1:

Ara, l-Anness III 2 (i) għad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr l-ittestjar permezz tal-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3:

Ara, l-Anness III 2 (ii) għad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà.

Sistema 4:

Ara l-Anness III (2) (ii) għad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata saħansitra meta ma jinħtieġx it-twettiq tax-xogħol biex tiġi stabbilitat ċerta karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, jekk meħtieġ, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ din it-tip ta’ karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il manifattur jekk ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.”


(*)  Prodotti/materjali li għalihom huwa identifikabbli biċ-ċar stadju fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta’ prodotti ta’ trażżin tan-nar jew limitu tal-materjal organiku).

(**)  Prodotti jew materjali mhux koperti min-nota f’qiegħ il-paġna (*).

(***)  Prodotti jew materjali li ma jeħtiġux ittestjar għar-reazzjoni għan-nar, per eżempju prodotti jew materjali tal-Klassi A1 skont id-Deċiżjoni 96/603/KE (ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23).


21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/24


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ April 2012

li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-annotazzjoni dwar iċ-Ċilì fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi marini ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2446)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/203/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz li jidher jew tidher f’lista mfassla skont dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li, fit-tfassil u l-aġġornamenti ta’ dan it-tip ta’ listi, għandhom jitqiesu l-verifiki min-naħa tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u l-garanziji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi rigward il-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni dwar l-għalf u l-ikel u regoli dwar saħħet l-annimali kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali mwettqa biex jaċċertaw li tkun ġiet ivverifikata l-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, u mar-regoli dwar saħħet l-annimali u l-benessri tal-annimali (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (3), telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għaldaqstant huma f’pożizzjoni li jiggarantixxu li l-esportazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti lejn l-Unjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares saħħet il-konsumaturi. B’mod partikolari, l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem. Din il-lista tindika wkoll ir-restrizzjonijiet fuq dawn l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

(4)

Iċ-Ċilì bħalissa huwa inkluż fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/766/KE bħala pajjiż terz li minnu huma permessi l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini maħsuba għall-konsum mill-bniedem, iżda dawn l-importazzjonijiet huma ristretti għal molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ffriżati jew ipproċessati u għal ċerti Pectinidae mkessħin u mnaddfin mill-imsaren.

(5)

Twettqet spezzjoni mill-Kummissjoni fiċ-Ċilì bejn is-26 ta’ April u s-6 ta’ Mejju 2010, biex tivvaluta s-sistema ta’ kontrolli li jirregolaw il-produzzjoni tal-molluski bivalvi maħsubin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Ir-riżultat ta’ dik l-ispezzjoni, flimkien mal-garanziji mogħtija mill-awtorità kompetenti taċ-Ċilì, jindikaw li l-kundizzjonijiet f’dak il-pajjiż terz applikabbli għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini ħajjin maħsubin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Għaldaqstant, ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini miċ-Ċilì ma għandhomx jibqgħu japplikaw.

(6)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2006/766/KE, l-annotazzjoni għaċ-Ċilì tinbidel b’dan li ġej:

“CL

IĊ-ĊILÌ”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53.


21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ April 2012

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Latvja bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi u ta’ ċerti reġjuni tal-Italja, il-Polonja u l-Portugall bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, ħielsa mill-bruċellożi u ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2451)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/204/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4), l-Anness A(II)(7) u l-Anness D(I)(E) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi, uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi u uffiċjalment ħieles mill-lewkożi enżootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(2)

L-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2), jelenkaw l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati, rispettivament, bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, u uffiċjalment ħielsa mill-lewkożi enżootika bovina.

(3)

L-Italja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-provinċji ta’ Asti u Biella fir-reġjun tal-Piemonte fl-Italja mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi.

(4)

Barra minn hekk, il-provinċja ta’ Ascoli Piceno hija diġà elenkata fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun fl-Italja li huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi. Madankollu, id-diviżjoni amministrattiva tal-Italja taqsam il-provinċja ta’ Ascoli Piceno fir-reġjun ta’ Marche f’żewġ provinċji distinti: il-provinċja ta’ Ascoli Piceno u l-provinċja ta’ Fermo. L-intestaturi għall-Italja fil-lista stipulata fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-Portugall ressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tar-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) tal-Algarve fil-Portugall mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi.

(6)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja u mill-Portugall, il-provinċji ta’ Asti u Biella fir-reġjun tal-Piemonte fl-Italja u r-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) tal-Algarve fil-Portugall għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni fl-Italja u fil-Portugall, rispettivament, li huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi.

(7)

L-Italja ressqet ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-provinċji kollha fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fl-Italja mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(8)

Il-Latvja ressqet ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tat-territorju kollu tagħha mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(9)

Il-Portugall ressaq ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tar-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) tal-Algarve fil-Portugall mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(10)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja, mil-Latvja u mill-Portugall, il-Latvja għandha tiġi ddikjarata bħala Stat Membru li huwa uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi, il-provinċji kollha fir-Reġjun tal-Valle d’Aosta fl-Italja u r-reġjuni amministrattivi kollha fl-unità amministrattiva superjuri (região) tal-Algarve għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni fl-Italja u l-Portugall, rispettivament, li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(11)

L-Italja, il-Polonja u l-Portugall ressqu dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-provinċji ta’ Catania, Enna, Palermo u Ragusa fir-reġjun ta’ Sqallija fl-Italja, ta’ dsatax-il reġjun amministrattiv (powiaty) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodships) ta’ Kujawsko-Pomorskie, Pomorskie, Warmińsko-Mazurskie u Wielkopolskie fil-Polonja u tar-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (regiões) ta’ Centro u Lisboa e Vale do Tejo u erba’ reġjuni amministrattivi (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) ta’ Norte fil-Portugall mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina.

(12)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja, il-Polonja u l-Portugall, il-provinċji ta’ Catania, Enna, Palermo u Ragusa fir-reġjun ta’ Sqallija fl-Italja, id-dsatax-il reġjun amministrattiv (powiaty) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodships) ta’ Kujawsko-Pomorskie, Pomorskie, Warmińsko-Mazurskie u Wielkopolskie fil-Polonja u r-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (regiões) ta’ Centro u Lisboa e Vale do Tejo u erba’ reġjuni amministrattivi (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) ta’ Norte għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni fl-Italja, il-Polonja u l-Portugall, rispettivament, li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina.

(13)

L-Annessi mad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.


ANNESS

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

KAPITOLU 2

Reġjuni ta’ Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi

 

Fl-Italja:

ir-Reġjun tal-Abruzzo: il-Provinċja ta’ Pescara,

il-Provinċja ta’ Bolzano,

ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

ir-Reġjun tal-Lazio: il-Provinċji ta’ Rieti, Viterbo,

ir-Reġjun tal-Lombardia,

ir-Reġjun tal-Marche: il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno, Fermo,

ir-Reġjun tal-Piemonte: il-Provinċji ta’ Asti, Biella, Novara, Verbania, Vercelli,

ir-Reġjun ta’ Sardinja: il-Provinċji ta’ Cagliari, Medio-Campidano, Ogliastra, Olbia-Tempio, Oristano,

ir-Reġjun tat-Toscana,

il-Provinċja ta’ Trento,

ir-Reġjun tal-Veneto.

 

Fil-Portugall:

Região Algarve: id-distritos kollha.

 

Fir-Renju Unit:

il-Gran Brittanja: l-Iskozja.”;

(2)

l-Anness II jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS II

KAPITOLU 1

L-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

FR

Franza

LV

Il-Latvja

LU

Il-Lussemburgu

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja

KAPITOLU 2

Ir-reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi

 

Fl-Italja:

ir-Reġjun tal-Abruzzo: il-Provinċja ta’ Pescara,

il-Provinċja ta’ Bolzano,

ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

ir-Reġjun tal-Lazio: il-Provinċja ta’ Frosinone, Latina, Rieti, Viterbo,

ir-Reġjun tal-Liguria: il-Provinċji ta’ Imperia, Savona,

ir-Reġjun tal-Lombardia,

ir-Reġjun tal-Marche,

ir-Reġjun tal-Molise: il-Provinċja ta’ Campobasso,

ir-Reġjun tal-Piemonte,

ir-Regjun tal-Puglia: il-Provinċja ta’ Brindisi,

ir-Reġjun ta’ Sardinja,

ir-Reġjun tat-Toscana,

il-Provinċja ta’ Trento,

ir-Reġjun tal-Umbria,

ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

ir-Reġjun tal-Veneto.

 

Fil-Portugall:

Região Algarve: id-distritos kollha,

Região Autónoma dos Açores: Ilhas de Corvo, Faial, Flores, Graciosa, Pico, Santa Maria.

 

Fi Spanja:

il-Provinċja ta’ Santa Cruz de Tenerife,

il-Provinċja ta’ Las Palmas.

 

Fir-Renju Unit:

il-Gran Brittanja: l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales,

l-Isle of Man.”

;

(3)

fl-Anness III, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

KAPITOLU 2

Reġjuni ta’ Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika

 

Fl-Italja:

ir-Reġjun tal-Abruzzo: il-Provinċja ta’ Pescara,

il-Provinċja ta’ Bolzano,

ir-Reġjun tal-Campania: il-Provinċja ta’ Napli,

ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

ir-Reġjun tal-Lazio: il-Provinċji ta’ Frosinone, Rieti, Viterbo,

ir-Reġjun tal-Liguria: il-Provinċji ta’ Imperia, Savona,

ir-Reġjun tal-Lombardia,

ir-Reġjun tal-Marche,

ir-Reġjun tal-Molise,

ir-Reġjun tal-Piemonte,

ir-Regjun tal-Puglia: il-Provinċja ta’ Brindisi,

ir-Reġjun ta’ Sardinja,

ir-Reġjun ta’ Sqallija: il-Provinċji ta’ Agrigento, Caltanissetta, Catania, Enna, Palermo, Ragusa, Siracuża, Trapani,

ir-Reġjun tat-Toscana,

il-Provinċja ta’ Trento,

ir-Reġjun tal-Umbria,

ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

ir-Reġjun tal-Veneto.

 

Fil-Polonja:

Voivodship dolnośląskie

Powiaty:

bolesławiecki, dzierżoniowski, głogowski, górowski, jaworski, jeleniogórski, Jelenia Góra, kamiennogórski, kłodzki, legnicki, Legnica, lubański, lubiński, lwówecki, milicki, oleśnicki, oławski, polkowicki, strzeliński, średzki, świdnicki, trzebnicki, wałbrzyski, Wałbrzych, wołowski, wrocławski, Wrocław, ząbkowicki, zgorzelecki, złotoryjski.

Voivodship lubelskie

Powiaty:

bialski, Biała Podlaska, biłgorajski, chełmski, Chełm, hrubieszowski, janowski, krasnostawski, kraśnicki, lubartowski, lubelski, Lublin, łęczyński, łukowski, opolski, parczewski, puławski, radzyński, rycki, świdnicki, tomaszowski, włodawski, zamojski, Zamość.

Voivodship lubuskie

Powiaty:

gorzowski, Gorzów Wielkopolski, krośnieńsko-odrzański, międzyrzecki, nowosolski, słubicki, strzelecko–drezdenecki, sulęciński, świebodziński, Zielona Góra, zielonogórski, żagański, żarski, wschowski.

Voivodship kujawsko-pomorskie

Powiaty:

aleksandrowski, brodnicki, bydgoski, Bydgoszcz, chełmiński, golubsko-dobrzyński, grudziądzki, inowrocławski, lipnowski, Grudziądz, mogileński, nakielski, radziejowski, rypiński, sępoleński, świecki, toruński, Toruń, tucholski, wąbrzeski, Włocławek, włocławski, żniński.

Voivodship łódzkie

Powiaty:

bełchatowski, brzeziński, kutnowski, łaski, łęczycki, łowicki, łódzki, Łódź, opoczyński, pabianicki, pajęczański, piotrkowski, Piotrków Trybunalski, poddębicki, radomszczański, rawski, sieradzki, skierniewicki, Skierniewice, tomaszowski, wieluński, wieruszowski, zduńskowolski, zgierski.

Voivodship małopolskie

Powiaty:

brzeski, bocheński, chrzanowski, dąbrowski, gorlicki, krakowski, Kraków, limanowski, miechowski, myślenicki, nowosądecki, nowotarski, Nowy Sącz, oświęcimski, olkuski, proszowicki, suski, tarnowski, Tarnów, tatrzański, wadowicki, wielicki.

Voivodship mazowieckie

Powiaty:

białobrzeski, ciechanowski, garwoliński, grójecki, gostyniński, grodziski, kozienicki, legionowski, lipski, łosicki, makowski, miński, mławski, nowodworski, ostrołęcki, Ostrołęka, ostrowski, otwocki, piaseczyński, Płock, płocki, płoński, pruszkowski, przasnyski, przysuski, pułtuski, Radom, radomski, Siedlce, siedlecki, sierpecki, sochaczewski, sokołowski, szydłowiecki, Warszawa, warszawski zachodni, węgrowski, wołomiński, wyszkowski, zwoleński, żuromiński, żyrardowski.

Voivodship opolskie

Powiaty:

brzeski, głubczycki, kędzierzyńsko-kozielski, kluczborski, krapkowicki, namysłowski, nyski, oleski, opolski, Opole, prudnicki, strzelecki.

Voivodship podkarpackie

Powiaty:

bieszczadzki, brzozowski, dębicki, jarosławski, jasielski, kolbuszowski, krośnieński, Krosno, leski, leżajski, lubaczowski, łańcucki, mielecki, niżański, przemyski, Przemyśl, przeworski, ropczycko-sędziszowski, rzeszowski, Rzeszów, sanocki, stalowowolski, strzyżowski, Tarnobrzeg, tarnobrzeski.

Voivodship podlaskie

Powiaty:

augustowski, białostocki, Białystok, bielski, grajewski, hajnowski, kolneński, łomżyński, Łomża, moniecki, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski, Suwałki, wysokomazowiecki, zambrowski.

Voivodship pomorskie

Powiaty:

Gdańsk, gdański, Gdynia, lęborski, pucki, nowodworski, Sopot, wejherowski.

Voivodship śląskie

Powiaty:

będziński, bielski, Bielsko-Biała, bieruńsko-lędziński, Bytom, Chorzów, cieszyński, częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa Górnicza, gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, kłobucki, lubliniecki, mikołowski, Mysłowice, myszkowski, Piekary Śląskie, pszczyński, raciborski, Ruda Śląska, rybnicki, Rybnik, Siemianowice Śląskie, Sosnowiec, Świętochłowice, tarnogórski, Tychy, wodzisławski, Zabrze, zawierciański, Żory, żywiecki.

Voivodship świętokrzyskie

Powiaty:

buski, jędrzejowski, kazimierski, kielecki, Kielce, konecki, opatowski, ostrowiecki, pińczowski, sandomierski, skarżyski, starachowicki, staszowski, włoszczowski.

Voivodship warmińsko-mazurskie

Powiaty:

bartoszycki, braniewski, działdowski Elbląg, elbląski, ełcki, giżycki, gołdapski, iławski, kętrzyński, lidzbarski, mrągowski, nidzicki, nowomiejski, olecki, olsztyński, ostródzki, Olsztyn, piski, szczycieński, węgorzewski.

Voivodship wielkopolskie

Powiaty:

gostyński, jarociński, kaliski, Kalisz, kępiński, kolski, koniński, Konin, krotoszyński, międzychodzki, nowotomyski, ostrowski, ostrzeszowski, pleszewski, rawicki, słupecki, szamotulski, średzki, śremski, turecki, wolsztyński, wrzesiński, złotowski.

 

Fil-Portugall:

Região Algarve: id-distritos kollha;

Região Alentejo: id-distritos kollha;

Região Centro: id-distritos kollha;

Região Lisboa e Vale do Tejo: id-distritos kollha;

Região Norte: districtos: Braga, Bragança, Viana do Castelo, Vila Real;

Região Autónoma dos Açores.

 

Fir-Renju Unit:

l-Isle of Man.”.