ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.107.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2012/199/UE |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
19.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 330/2012
tat-18 ta’ April 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
45,3 |
TN |
105,7 |
|
TR |
112,4 |
|
ZZ |
87,8 |
|
0707 00 05 |
TR |
144,8 |
ZZ |
144,8 |
|
0709 93 10 |
MA |
91,2 |
TR |
92,5 |
|
ZZ |
91,9 |
|
0805 10 20 |
EG |
47,9 |
IL |
74,1 |
|
MA |
50,4 |
|
TN |
54,8 |
|
TR |
61,6 |
|
ZZ |
57,8 |
|
0805 50 10 |
EG |
34,3 |
TR |
59,4 |
|
ZZ |
46,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
78,0 |
BR |
84,5 |
|
CA |
128,3 |
|
CL |
101,1 |
|
CN |
74,8 |
|
MK |
31,8 |
|
NZ |
117,9 |
|
US |
158,1 |
|
UY |
72,9 |
|
ZA |
98,1 |
|
ZZ |
94,6 |
|
0808 30 90 |
AR |
109,1 |
CL |
122,4 |
|
CN |
88,4 |
|
US |
107,0 |
|
ZA |
118,8 |
|
ZZ |
109,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
19.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 331/2012
tat-18 ta’ April 2012
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Ġunju 2012 sal-31 ta' Awwissu 2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' April 2012, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina u l-Arġentina. |
(3) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ April 2012 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' April 2012 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ April 2012 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.
ANNESS
Oriġini |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
||
L-Arġentina |
||||
|
09.4104 |
X |
||
|
09.4099 |
X |
||
Iċ-Ċina |
||||
|
09.4105 |
41,562751 % |
||
|
09.4100 |
0,378843 % |
||
Pajjiżi terzi oħra |
||||
|
09.4106 |
100 % |
||
|
09.4102 |
35,403672 % |
||
“X” Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż. |
DEĊIŻJONIJIET
19.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/5 |
DEĊIŻJONI TAL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA
tad-29 ta’ Frar 2012
dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri kummerċjali
(2012/199/UE)
IL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tagħhom,
Billi:
(1) |
Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jikkostitwixxi prinċipju stabbilit tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, li jinkludi d-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati involuti fil-proċeduri amministrattivi, li r-riżultat tagħhom jista’ jaffettwa l-interessi tagħhom. |
(2) |
Dan il-prinċipju tal-liġi tal-Unjoni Ewropea hu stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropa (2). Id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 41(1) u fl-Artikolu 41(2) tal-Karta, ta’ persuna li l-interessi tagħha huma milquta minn proċedura kummerċjali huma wkoll, jew stabbiliti b’mod espliċitu jew, billi huma prinċipji ġenerali tal-liġi, għandhom jiġu applikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (3), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (4), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (5), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (6), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (7), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta’ Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti (8), fir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (9), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (10), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u antisussidji (11) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta’ Marzu 2003 dwar mekkaniżmu transitorju ta’ salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (12). |
(3) |
Mill-1 ta’ Jannar 2007, il-kompitu biex jiġi salvagwardjat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati u jiġi żgurat li l-proċeduri kummerċjali previsti fir-Regolamenti elenkati hawn fuq jiġu indirizzati b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli, ġie fdat lil uffiċjal tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ b’esperjenza fi kwistjonijiet ta’ difiża kummerċjali, bit-titlu ta’ “Uffiċjal tas-Seduta”. |
(4) |
Sabiex jissaħħaħ dan ir-rwol u jiġu rinfurzati t-trasparenza u l-korrettezza proċedurali tal-proċeduri rilevanti, issa huwa xieraq li tissaħħaħ din il-funzjoni tal-uffiċjal tas-seduta fil-Kummissjoni u li jiġu stabbiliti l-attribuzzjonijiet tiegħu. |
(5) |
Din il-funzjoni għandha tiġi attribwita lil persuna indipendenti b’esperjenza fil-proċeduri kummerċjali. L-uffiċjal tas-seduta għandu jinħatar mill-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-uffiċjal tas-seduta, dan għandu jkun marbut, għal għanijiet amministrattivi, mal-membru tal-Kummissjoni li jkun responsabbli għall-politika kummerċjali. |
(7) |
L-attribuzzjonijiet ewlenin tal-uffiċjal tas-seduta previsti f’din id-Deċiżjoni huma li jagħti pariri lill-Kummissarju responsabbli għall-politika kummerċjali u lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ Kummerċ; li jiggarantixxi d-drittijiet proċedurali; li jipprovdi aċċess għall-fajl; li jieħu deċiżjoni dwar in-natura kunfidenzjali ta’ dokument; li jirrevedi l-pożizzjoni tal-amministrazzjoni rigward l-estensjoni tal-iskadenzi. L-uffiċjal tas-seduta għandu jfittex li jiżgura li fil-preparazzjoni tal-abbozz tal-atti legali jew tal-proposti tal-Kummissjoni, tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta għall-fatti kollha rilevanti, kemm dawk favorevoli kif ukoll dawk li mhumiex għall-partijiet ikkonċernati. |
(8) |
Sabiex jissaħħu l-garanziji proċedurali għall-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati, jeħtieġ li jiġu ddeterminati t-tipi ta’ seduti ta’ smigħ u li jiġu ffissati r-regoli għall-organizzazzjoni, it-tmexxija u s-segwitu tas-seduti ta’ smigħ mal-uffiċjal tas-seduta. |
(9) |
Is-setgħa tal-uffiċjal tas-seduta li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità u l-iskadenzi, għandha tipprovdi lill-partijiet involuti fil-proċedura kummerċjali b’garanzija proċedurali addizzjonali bla ħsara għal-limiti ta’ żmien tal-proċedura. |
(10) |
Ir-rapporti għandhom jiżguraw li l-kwistjonijiet ewlenin trattati mill-uffiċjal tas-seduta u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tiegħu jinġiebu għall-attenzjoni ta’ dawk li jfasslu d-deċiżjonijiet u b’hekk jipprovdu garanzija addizzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-partijiet milquta minn proċedura kummerċjali. Ir-rapporti annwali għandhom jgħarrfu wkoll lill-Istati Membri tal-UE, lill-Parlament Ewropew u lill-pubbliku dwar l-attivitajiet tal-uffiċjal tas-seduta. |
(11) |
Meta jingħata tagħrif dwar persuni fiżiċi, għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (13). |
(12) |
Din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għar-regoli ġenerali li jipprovdu jew jeskludu l-aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Uffiċjal tas-seduta
(1) Fil-Kummissjoni qed tinħoloq funzjoni speċifika ta’ uffiċjal tas-seduta fil-proċeduri kummerċjali.
(2) Il-kompitu tal-uffiċjal tas-seduta huwa li jissalvagwardja l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati previsti fir-Regolamenti elenkati hawn taħt (minn issa ‘l quddiem “ir-Regolamenti bażiċi”) u jiżgura li l-proċeduri kummerċjali skont dawk ir-Regolamenti jiġu trattati b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli. Dawk ir-Regolamenti bażiċi huma dawn li ġejjin:
(a) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u b’mod partikolari l-Artikoli 5 (10 u 11), 6 (5, 6, 7 u 8), 8 (3, 4 u 9), 18, 19, 20 u 21; |
(b) |
Ir-Regolament (KE) Nru 597/2009, u b’mod partikolari l-Artikoli 10(12 u 13), 11 (5, 6, 7, 8 u 10), 13 (3, 4 u 9), 28, 29, 30 u 31; |
(c) |
Ir-Regolament (KE) Nru 260/2009 u b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 9; |
(d) |
Ir-Regolament (KE) Nru 625/2009 u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 7; |
(e) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3286/94, u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9; |
(f) |
Ir-Regolament (KE) Nru 385/96 u b’mod partikolari l-Artikoli 5(12) u (13), 6(5, 6, 7 u 8), 12, 13 u 14; |
(g) |
Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8; |
(h) |
Ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 u b’mod partikolari l-Artikoli 18, 19 u 20; |
(i) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 u b’mod partikolari l-Artikoli 1(2) u 2(2); |
(j) |
Ir-Regolament (KE) Nru 427/2003 u b’mod partikolari l-Artikoli 5(5), 6(4, 5 u 6), 17 (2 u 3) u 18. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“proċedura kummerċjali” tfisser kull investigazzjoni jew proċedura amministrattiva mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni skont kwalunkwe wieħed mir-Regolamenti bażiċi. |
(b) |
“parti interessata” tfisser kull persuna li l-interessi tagħha huma milquta minn proċedura kummerċjali, kif definit fir-Regolament bażiku applikabbli |
(c) |
“drittijiet tal-partijiet interessati” tfisser id-drittijiet proċedurali u d-dritt ta’ kull persuna li jkollha l-affarijiet tagħha trattati b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli fil-proċeduri kummerċjali. |
Artikolu 3
Ħatra – It-terminazzjoni ta’ ħatra u l-ħatra ta’ deputat
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu jinħatar mill-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
2. Il-ħatra tal-uffiċjal tas-seduta għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Kull interruzzjoni, terminazzjoni tal-ħatra jew trasferiment tal-uffiċjal tas-seduta, tkun xi tkun il-proċedura, għandu jkun soġġett għal deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni. Dik id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun marbut, għal finijiet amministrattivi, mal-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali.
4. Meta l-uffiċjal tas-seduta ma jkunx jista’ jaġixxi, il-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali, meta jkun possibbli wara konsultazzjoni mal-uffiċjal tas-seduta, għandu jaħtar uffiċjal ieħor, li ma jkunx involut fil-każ ikkonċernat u jkollu esperjenza biżżejjed fil-proċeduri kummerċjali, biex iwettaq id-dmirijiet tal-uffiċjal tas-seduta.
Artikolu 4
Prinċipji ta’ intervent tal-uffiċjal tas-seduta
1. Fit-twettiq ta’ dmirijietu, l-uffiċjal tas-seduta għandu jaġixxi b’mod indipendenti. L-uffiċjal tas-seduta ma għandux jieħu struzzjonijiet fit-twettiq tal-ħidma tiegħu.
2. Fit-twettiq ta’ dmirijietu, l-uffiċjal tas-seduta għandu jqis il-ħtieġa ta’ tħaddim effettiv tar-Regolamenti bażiċi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tkun fis-seħħ u l-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
3. Fl-eżerċizzju tal-funzjoni tiegħu, l-uffiċjal tas-seduta għandu jkollu aċċess mingħajr restrizzjoni u dewmien bla bżonn, għal kull fajl li jikkonċerna proċedura kummerċjali f’kull waqt tal-proċedura.
4. L-uffiċjal tas-seduta għandu jieħu d-deċiżjonijiet kif stipulat f’din id-Deċiżjoni u jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni dwar kull kwistjoni li tikkonċerna d-drittijiet tal-partijiet interessati li jkunu talbu l-intervent tiegħu. L-uffiċjal tas-seduta għandu jfittex li jiżgura li fil-preparazzjoni tal-abbozz tal-atti legali jew tal-proposti tal-Kummissjoni, tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta għall-fatti kollha rilevanti, kemm dawk favorevoli kif ukoll dawk li mhumiex, lill-partijiet ikkonċernati.
5. L-uffiċjal tas-seduta għandu jinżamm mgħarraf mid-Direttur responsabbli jew mid-delegat tiegħu, dwar l-iżvilupp tal-proċedura li fiha jkun intervjena l-uffiċjal tas-seduta sakemm jiġi adottat att legali aħħari mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill, kif applikabbli. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiġi mgħarraf mingħajr dewmien dwar kull tibdil sostanzjali tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fl-istadju definittiv tal-proċeduri kummerċjali sabiex jiġi vvalutat kull impatt potenzjali fuq id-drittijiet tal-partijiet interessati.
6. L-uffiċjal tas-seduta għandu jgħarraf lill-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali u fejn xieraq lid-Direttur Ġenerali, dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, u, fejn meħtieġ, dwar ir-rimedji possibbli.
7. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiġi kkonsultat mid-Direttur responsabbli dwar it-tibdil jew l-aġġornamenti tal-politika rigward kwistjonijiet proċedurali u dawk sostantivi li jkollhom impatt fuq id-drittijiet tal-partijiet interessati kif definit fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jiġi kkonsultat dwar kull kwistjoni oħra li toriġina minn proċedura kummerċjali.
8. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jippreżenta lill-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali u fejn meħtieġ lid-Direttur Ġenerali għall-Kummerċ, l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar kull kwistjoni li toriġina minn proċedura kummerċjali.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet ta’ intervent tal-uffiċjal tas-seduta — Għażla taż-żmien — Tagħrif
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu jaġixxi jekk jintalab jagħmel hekk mill-partijiet interessati, il-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali, id-Direttur Ġenerali, id-Direttur responsabbli għall-proċedura kummerċjali jew id-delegat tiegħu, jew id-Direttur ta’ servizzi oħra kkonsultat dwar proċedura kummerċjali.
2. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jintervjeni f’kull waqt tal-proċedura kummerċjali b’konsiderazzjoni xierqa għal-limiti ta’ żmien ta’ proċedura bħal din.
3. L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun marbut bl-iskadenzi applikati fil-proċeduri kummerċjali skont ir-Regolamenti bażiċi.
4. Kull att legali aħħari jew proposta tal-Kummissjoni għandha tkun akkumpanjata b’nota mill-uffiċjal tas-seduta fejn jiddikjara jekk intervjeniex jew le fil-proċedura kkonċernata u x’kienet in-natura tal-intervent tiegħu.
Artikolu 6
Seduti ta’ smigħ
1. L-uffiċjal tas-seduta jista’, jekk jintalab jagħmel hekk jew fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti bażiċi, jorganizza u jmexxi żewġ tipi ta’ seduti tas-smigħ: is-seduti ta’ smigħ bejn parti interessata individwali jew grupp ta’ partijiet interessati b’interessi simili u s-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni, u s-seduti ta’ smigħ bejn il-partijiet interessati b’interessi differenti.
2. Seduta ta’ smigħ tista’ tkopri kull kwistjoni li titqajjem f’kull waqt tal-proċedura kummerċjali u li tista’ taffettwa d-drittijiet tal-partijiet interessati.
3. Il-persuni fiżiċi li jkunu mistiedna jattendu s-seduta ta’ smigħ għandhom jew jattendu personalment jew ikunu rappreżentati minn rappreżentant legali. Il-persuni legali li jkunu mistiedna jattendu s-seduta ta’ smigħ għandhom ikunu rappreżentati minn aġent awtorizzat kif xieraq maħtur minn fost il-persunal permanenti.
4. Il-persuni fiżiċi jew legali li jkunu mistiedna jattendu seduta ta’ smigħ organizzata mill-uffiċjal tas-seduta jistgħu jiġu megħjuna minn konsulent legali jew persuna kwalifikata oħra barra mill-persunal permanenti tagħhom ammessa mill-uffiċjal tas-seduta.
5. Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għad-dritt ta’ seduta ta’ smigħ skont ir-Regolamenti bażiċi.
Artikolu 7
Seduti ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali jew grupp ta’ partijiet interessati b’interessi simili
1. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jorganizza u jmexxi seduta ta’ smigħ bejn parti interessata individwali jew grupp ta’ partijiet interessati b’interessi simili u s-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni, u fejn meħtieġ servizzi oħra, meta jintalab jagħmel hekk minn dik il-parti interessata jew mill-grupp ta’ partijiet interessati b’interessi simili.
2. Parti interessata individwali tista’ titlob biex issir seduta ta’ smigħ ma’ grupp ta’ partijiet interessati b’interessi simili dwar kwistjoni speċifika u din għandha ssir b’kundizzjoni li mill-inqas parti interessata individwali oħra b’interess simili taqbel li tipparteċipa.
Artikolu 8
Seduti ta’ smigħ bejn il-partijiet interessati b’interessi differenti
1. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jorganizza u jippresjedi seduta ta’ smigħ bejn partijiet interessati b’interessi differenti biex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati opinjonijiet differenti u jitressqu argumenti kuntrarji. Il-perjodu li fih għandha ssir din is-seduta ta’ smigħ għandu jkun speċifikat fin-Notifika tal-Inizjazzjoni tal-proċedura kummerċjali.
2. F’kull proċedura ta’ difiża kummerċjali tista’ tiġi organizzata seduta ta’ smigħ bejn il-partijiet interessati b’interessi differenti wara li jkunu nstemgħu s-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni.
3. Parti interessata individwali tista’ titlob ukoll biex issir seduta ta’ smigħ bejn il-partijiet interessati b’interessi differenti dwar kwistjoni speċifika u din għandha ssir b’kundizzjoni li mill-inqas parti interessata individwali oħra b’interessi differenti taqbel li tipparteċipa.
4. Is-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni u fejn meħtieġ servizzi oħra għandhom jattendu s-seduta ta’ smigħ.
5. Ir-rappreżentanti kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jattendu kull seduta ta’ smigħ bejn il-partijiet interessati b’interessi differenti bħala osservaturi.
Artikolu 9
Preparazzjoni tas-seduti ta’ smigħ
1. Wara li jikkonsulta mad-Direttur responsabbli jew mad-delegat tiegħu, l-uffiċjal tas-seduta għandu jiddetermina d-data, it-tul ta’ żmien u l-post tas-seduta ta’ smigħ. Meta l-partijiet interessati jew is-servizzi tal-Kummissjoni jitolbu posponiment, l-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi jekk jippermettihx jew le.
2. Fejn xieraq, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jorganizza laqgħa preparatorja mal-partijiet interessati jew mas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni u servizzi oħra, sabiex jidentifikaw u jiċċaraw, kemm jista’ jkun, kull kwistjoni ta’ fatt jew liġi li trid tiġi indirizzata matul is-seduta ta’ smigħ. Għal dan l-għan, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jitlob lill-parteċipanti fis-seduta ta’ smigħ biex jipprovdu kull tagħrif meħtieġ għall-preparazzjoni tas-seduta ta’ smigħ.
3. L-uffiċjal tas-seduta għandu jħejji l-aġenda ta’ kull seduta ta’ smigħ li għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti kollha qabel is-seduta ta’ smigħ.
4. L-uffiċjal tas-seduta jista’, fi żmien raġonevoli wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-kummenti dwar l-iżvelar u qabel is-seduta ta’ smigħ bejn il-partijiet, jistieden lill-partċipanti biex iressqu mistoqsijiet dwar it-tagħrif pprovdut minn partijiet interessati oħra.
5. Fejn ikun xieraq, bl-għan li jiġi żgurat li s-seduta ta’ smigħ bejn il-partijiet tkun preparata kif jixraq u b’mod partikolari li l-kwistjonijiet ta’ fatt jiġu ċċarati kemm jista’ jkun, l-uffiċjal tas-seduta jista’, wara li jikkonsulta mad-Direttur responsabbli jew mad-delegat tiegħu, jagħti bil-quddiem lill-partijiet mistiedna għas-seduta ta’ smigħ lista tal-mistoqsijiet li dwarhom jixtieqhom jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom.
6. L-uffiċjal tas-seduta jista’ wkoll jitlob għal notifika bil-miktub minn qabel tal-kontenut essenzjali tad-dikjarazzjoni maħsuba tal-parteċipanti f’kull seduta ta’ smigħ.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jistieden l-esperti esterni għas-seduti ta’ smigħ. Il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jitolbu lill-uffiċjal tas-seduta biex ikunu ammessi l-esperti esterni għas-seduti ta’ smigħ. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi dwar dawn it-talbiet. L-esperti esterni mistiedna għal seduta ta’ smigħ għandhom jintalbu biex jiffirmaw ftehim ta’ kunfidenzjalità.
8. L-esperti esterni jistgħu jintalbu biex jipprovdu kull analiżi, rapport jew pubblikazzjoni rilevanti li għandhom jiġu inklużi fil-fajl u jkunu disponibbli għall-parteċipanti kollha, fejn ikun possibbli, qabel is-seduta ta’ smigħ.
Artikolu 10
Tmexxija tas-seduti ta’ smigħ
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun responsabbli b’mod sħiħ għal mod kif titmexxa s-seduta ta’ smigħ. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiżgura li s-seduta ta’ smigħ titmexxa b’mod xieraq sabiex jikkontribwixxi għall-korrettezza tas-seduta ta’ smigħ innfisha u ta’ kull deċiżjoni li tittieħed sussegwentement.
2. Is-seduti ta’ smigħ ma għandhomx ikunu pubbliċi. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi liema persuni għandhom jinstemgħu f’isem il-parti interessata u jekk il-persuni kkonċernati għandhomx jinstemgħu separatament jew fil-preżenza tal-persuni l-oħra li jkunu mistiedna jattendu. F’dan l-aħħar każ, għandu jitqies l-interess leġittimu tal-partijiet interessati fil-ħarsien tas-sigrieti tan-negozju tagħhom u ta’ tagħrif kunfidenzjali ieħor.
3. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jippermetti lill-parteċipanti jqajmu u jwieġbu mistoqsijiet matul is-seduta ta’ smigħ.
4. Jekk l-uffiċjal tas-seduta jaċċetta l-esperti esterni, dan għandu jiżgura li dawn l-esperti jkollhom l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jwieġbu għall-mistoqsijiet ta’ parteċipanti oħra fis-seduta ta’ smigħ.
5. Fejn ikun xieraq wara seduta ta’ smigħ, sabiex jiġi żgurat id-dritt ta’ smigħ, l-uffiċjal tas-seduta, wara li jikkonsulta mad-Direttur responsabbli jew mad-delegat tiegħu, jista’ joffri lill-partijiet interessati l-opportunità li jippreżentaw aktar kummenti bil-miktub. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiffissa data sa meta għandhom isiru s-sottomissjonijiet. Il-kummenti bil-miktub li jaslu wara dik id-data ma jistgħux jiġu kkunsidrati.
Artikolu 11
Segwitu tas-seduti ta’ smigħ
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu jipproduċi traskrizzjoni jew sommarju informattiv tas-seduti ta’ smigħ;
(a) |
meta jiġu organizzati seduti ta’ smigħ bejn il-partijiet interessati b’interessi differenti, għandu jkun hemm traskrizzjoni jew sommarju informattiv għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti kollha fis-seduta ta’ smigħ u għandu jiġi inkluż fil-fajl miftuħ għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. |
(b) |
meta jiġu organizzati seduti ta’ smigħ bejn parti interessata individwali jew grupp ta’ partijiet interessati b’interessi simili u s-servizzi tal-Kummissjoni, għandu jkun hemm traskrizzjoni jew sommarju informattiv għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti kollha fis-seduta ta’ smigħ. Dawn il-parteċipanti jistgħu jippreżentaw talba motivata għall-kunfidenzjalità ta’ ċertu tagħrif inkluż fit-traskrizzjoni jew fis-sommarju. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi dwar dawn it-talbiet wara li jikkonsulta mas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni u fejn meħtieġ servizzi oħra. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-traskrizzjoni jew tas-sommarju tas-seduta ta’ smigħ għandha tiġi inkluża fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. |
2. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jipprovdi rakkomandazzjonijiet lis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni skont l-Artikolu 4.4 ta’ din id-Deċiżjoni. Is-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni għandhom jgħarrfu lill-uffiċjal tas-seduta f’perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel l-adozzjoni tal-att legali aħħari, jekk qisux dawn ir-rakkomandazzjonijiet u b’liema mod, u għandhom jipprovdu lill-uffiċjal tas-seduta b’kopja tal-abbozz tal-att legali.
3. L-uffiċjal tas-seduta għandu jippreżenta rapporti regolari lill-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali b’kopja lid-Direttur Ġenerali dwar is-seduti ta’ smigħ mal-partijiet individwali jew grupp ta’ partijiet interessati b’interessi simili, kif stipulat fl-Artikolu 18 ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm il-każ ma jkunx jeħtieġ rakkomandazzjoni immedjata lill-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali jew lid-Direttur Ġenerali.
4. Kull rakkomandazzjoni li tingħata lis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni u r-rapporti u l-osservazzjonijiet lill-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali u lid-Direttur Ġenerali pprovduti mill-uffiċjal tas-seduta, għandhom jitqiesu bħala dokumenti interni kunfidenzjali.
5. Jekk tiġi organizzata seduta ta’ smigħ bejn il-partijiet, l-uffiċjal tas-seduta għandu jħejji rapport aħħari bil-miktub dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-partijiet interessati. Ir-rapport jista’ jiġi modifikat mill-uffiċjal tas-seduta fid-dawl ta’ xi emendi għall-abbozz tal-att legali sal-mument tal-att legali aħħari.
Artikolu 12
Aċċess għall-fajl
1. Parti li tiddikjara li hi parti interessata tista’ titlob lill-uffiċjal tas-seduta biex jirrevedi kull rifjut tas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni u biex jipprovdiha fi żmien raġonevoli, bl-aċċess għall-fajl miftuħ għall-konsultazzjoni jew għal dokument partikolari fil-pussess tal-Kummissjoni. L-uffiċjal tas-seduta għandu jeżamina l-każ u għandu jieħu deċiżjoni dwar jekk jipprovdix aċċess parzjali jew sħiħ jew jirrifjutax l-aċċess għall-fajl jew għad-dokument mitlub.
2. L-uffiċjal tas-seduta għandu jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien li fihom għandu jiġi pprovdut dan l-aċċess mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni.
Artikolu 13
Kunfidenzjalità
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun marbut bir-regoli ġenerali dwar il-kunfidenzjalità tat-tagħrif imressaq mill-partijiet interessati fil-proċeduri amministrattivi quddiem il-Kummissjoni.
2. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jintalab minn parti interessata jew mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni biex jieħu deċiżjoni dwar in-natura kunfidenzjali ta’ dokument fil-pussess tas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni.
Artikolu 14
Sommarji mhux kunfidenzjali ta’ tagħrif kunfidenzjali
1. Parti interessata tista’ titlob lill-uffiċjal tas-seduta biex jirrevedi l-valutazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni dwar jekk is-sommarju mhux kunfidenzjali ta’ tagħrif kunfidenzjali ppreżentat matul investigazzjoni huwiex dettaljat biżżejjed biex jippermetti l-fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif ippreżentat b’mod kunfidenzjali.
2. Jekk is-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni beħsiebhom ma jqisux dokument jew tagħrif li għalih parti interessata tkun irrifjutat li tipprovdi sommarju informattiv mhux kunfidenzjali, din tal-aħħar tista’ titlob lill-uffiċjal tas-seduta biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni.
3. L-uffiċjal tas-seduta għandu jeżamina t-talba. Jekk iqis li s-sommarju mhux kunfidenzjali mhuwiex dettaljat biżżejjed, l-uffiċjal tas-seduta għandu jagħti lill-parti interessata li tkun pprovdiet is-sommarju, l-opportunità li tikkummenta u ttejjeb is-sommarju tagħha fi żmien raġonevoli.
4. Jekk il-parti interessata li ppreżentat it-tagħrif kunfidenzjali tipprovdi sommarju inadegwat, tipprovdi ġustifikazzjonijiet li ma jistgħux jintlaqgħu, jew ma taġixxix, l-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi jekk jinjorax jew le t-tagħrif kunfidenzjali li għalih ma ġie pprovdut l-ebda sommarju informattiv mhux kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti bażiċi.
Artikolu 15
Aċċess għat-tagħrif ta’ natura kunfidenzjali, mhux suxxettibbli għal tagħrif sommarju
Fuq talba ta’ parti interessata, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jeżamina t-tagħrif li huwa ta’ natura kunfidenzjali u mhux suxxettibbli għal sommarju, li għalih dik il-parti ma għandhiex aċċess, sabiex jivverifika kif dak it-tagħrif intuża mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni.
L-uffiċjal tas-seduta għandu jgħarraf lill-parti interessata li tkun ressqet it-talba jekk, fl-opinjoni tiegħu:
(a) |
it-tagħrif miżmum mill-parti huwiex rilevanti għad-difiża ta’ dik il-parti, u |
(b) |
fejn rilevanti, is-servizzi tal-investigazzjoni rriflettewx b’mod korrett it-tagħrif fil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom huma bbażaw il-konklużjonijiet tagħhom. |
Artikolu 16
Estensjoni tal-iskadenzi
1. It-talba biex jiġu estiżi l-limiti ta’ żmien jew posposti d-dati għat-tweġibiet tal-kwestjonarji, għall-preżentazzjoni ta’ tagħrif addizzjonali, għaż-żjarat fuq il-post, jew għal kummenti dwar l-iżvelar, għandha l-ewwel tiġi indirizzat minn kwalunkwe parti interessata lis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni. Talba bħal din għandha ssir fiż-żmien dovut qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien oriġinali. Meta talba bħal din tiġi rifjutata jew fejn il-parti interessata tqis li l-estensjoni mogħtija hi qasira wisq, din tista’ tippreżenta, qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien oriġinali, talba motivata lill-uffiċjal tas-seduta biex jirrevedi l-kwistjoni. Wara li jikkonsulta mad-Direttur responsabbli jew mad-delegat tiegħu, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jestendi l-limiti ta’ żmien jew jirrifjuta t-talba.
2. Is-servizzi tal-Kummissjoni ma għandhomx jaġixxu fil-kwistjoni msemmija qabel ma jkun iddeċieda l-uffiċjal tas-seduta.
3. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi billi jqis b’mod xieraq iċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-talba kkonċernata u l-limiti ta’ żmien tal-proċedura.
Artikolu 17
Parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-kumitati
L-uffiċjal tas-seduta jista’ jattendi l-laqgħat tal-kumitat. Fejn xieraq, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Istati Membri sakemm dawn il-mistoqsijiet jikkonċernaw in-natura tal-intervent tiegħu fil-proċeduri.
Artikolu 18
Rapporti tal-uffiċjal tas-seduta
1. Fi tmiem kull sena, l-uffiċjal tas-seduta għandu jħejji Rapport Annwali. Ir-Rapport Annwali għandu jinkludi t-tagħrif dwar il-każijiet li fihom ikun intervjena l-uffiċjal tas-seduta, it-tip ta’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet magħmula minnu u kull rakkomandazzjoni għat-titjib tal-proċeduri kummerċjali. Ir-rapport għandu jkun indirizzat lill-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali. Id-Direttur Ġenerali għall-Kummerċ u d-Direttorati kkonċernati għandhom jirċievu kopja tar-Rapport.
2. Is-sommarji tar-Rapport Annwali għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u ppubblikati fuq il-websajt tal-uffiċjal tas-seduta.
3. L-uffiċjal tas-seduta għandu jħejji rapporti regolari għall-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali, billi jiġbor fil-qosor l-attivitajiet tiegħu u l-kwistjonijiet li tqajmu matul dawn l-attivitajiet. Ir-rapport għandu jispjega l-kwistjonijiet politiċi ewlenin, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-uffiċjal tas-seduta u kif dawn ir-rakkomandazzjonijiet tqiesu mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni. Kopja ta’ dan ir-rapport għandu jiġi indirizzat lid-Direttur Ġenerali għall-Kummerċ.
4. L-uffiċjal tas-seduta għandu jirrapporta dwar kull seduta ta’ smigħ bejn il-partijiet interessati b’interessi differenti u, fil-qadi tar-rwol konsultattiv tiegħu, jista’ jippreżenta rapport lill-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali u lid-Direttur Ġenerali dwar kull kwistjoni oħra li tirriżulta mill-proċedura kummerċjali jew inkella li tkun rilevanti għall-applikazzjoni effettiva tal-prinċipji tal-liġi tal-Unjoni Ewropea fil-proċeduri kummerċjali.
5. Ir-rapport finali tal-uffiċjal tas-seduta fis-seduti ta’ smigħ bejn il-partijiet għandu jiġi ppreżentat lill-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika kummerċjali, lid-Direttur Ġenerali għall-Kummerċ u lid-Direttur responsabbli. Dan għandu jiġi kkomunikat lir-rappreżentanti kompetenti tal-Istati Membri u lill-partijiet interessati.
Artikolu 19
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-proċeduri li jkunu għaddejjin waqt id-dħul fis-seħħ tagħha iżda li fihom ma saret l-ebda komunikazzjoni aħħarija.
Il-passi proċedurali meħuda qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni jibqgħu jkunu effettivi.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU C 83, 30.3.2010, p. 391.
(3) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(4) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(6) ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1.
(7) ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71.
(9) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 1.
(10) ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.
(11) ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.