ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.095.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 95

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
31 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness I biex jinkludi isem ġdid ta’ fibra tat-tessuti, u bl-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessuti ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 287/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva triflusulfuron ( 1 )

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 289/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ April 2012

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 286/2012

tas-27 ta’ Jannar 2012

li jemenda l-Anness I biex jinkludi isem ġdid ta’ fibra tat-tessuti, u bl-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessuti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jistabbilixxi r-regoli dwar l-ittikkettjar jew l-immarkar tal-prodotti fir-rigward tal-kontenut tagħhom ta’ fibri tessili, biex b’hekk ikun żgurat li l-interessi tal-konsumatur ikunu mħarsa. Il-prodotti tat-tessuti jistgħu jinstabu fis-suq fl-Unjoni biss jekk ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jirrikjedi li l-ittikkettjar jindika l-kompożizzjoni tal-fibra tal-prodotti tat-tessuti, b’verifiki li janalizzaw il-konformità ta’ dawn il-prodotti bl-indikazzjonijiet mogħtija fuq it-tabella.

(3)

Huwa meħtieġ, bl-għan li jiġi adattat ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 għall-progress tekniku, li l-fibra polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti tiżdied mal-listi tal-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti stipulati fl-Annessi I u IX ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Metodi uniformi għal analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut huma previsti fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011.

(5)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu mfissra metodi uniformi ta’ ttestjar għall-polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti.

(6)

Id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/74/UE (3), u d-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/73/UE (5), jinkludu l-isem tal-fibra tat-tessut polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti. Billi d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE huma mħassra bir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 b’effett mit-8 ta’ Mejju 2012, huwa meħtieġ li l-isem ta’ din il-fibra tat-tessut jiġi inkluż fir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 b’effett minn din id-data.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, VIII, u IX mar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 qed jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-8 ta’ Mejju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1.

(2)   ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.

(3)   ĠU L 198, 30.7.2011, p. 32.

(4)   ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29.

(5)   ĠU L 198, 30.7.2011, p. 30.


ANNESS

L-Annessi I, VIII u IX mar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I tiżdied ir-ringiela 49 li ġejja:

“49.

Polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti

fibra b’żewġ komponenti li tikkonsisti minn 10 % sa 25 % bil-massa ta’ fibrilli tal-poliammid inkorporati fil-matriċi tal-polipropilen”.

(2)

Il-Kapitolu 2 tal-Anness VIII hu emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella Sommarja qed tinbidel b’din li ġejja:

Tabella sommarja

Metodu

Qasam ta’ applikazzjoni (*1)

Reaġent

Komponent li jinħall

Komponent li ma jinħallx

1.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Aċetun

2.

Ċerti fibri ta’ proteina

Ċerti fibri oħra

Ipoklorit

3.

Viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku u klorur taż-żingu

4.

Poliammid jew najlon

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku, 80 % m/m

5.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Alkoħol tal-benżil

6.

Triaċetat jew polilaktid

Ċerti fibri oħra

Diklorometan

7.

Ċerti fibri taċ-ċelluloża

Ċerti fibri oħra

Aċidu sulfuriku, 75 % m/m

8.

Akriliki, ċerti modakriliki jew ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Dimetilformammid

9.

Ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 v/v

10.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Aċidu aċetiku glaċjali

11.

Ħarir, poliammid jew najlon

Ċerti fibri oħra

Aċidu sulfuriku, 75 % m/m

12.

Ġuta

Ċerti fibri tal-annimali

Metodu bil-kontenut ta’ nitroġenu

13.

Polipropilen

Ċerti fibri oħra

Ksilin

14.

Ċerti fibri

Ċerti fibri oħra

Metodu ta’ aċidu sulfuriku konċentrat

15.

Klorofibri, ċerti modakriliki, ċerti elastani, aċetati, triaċetati

Ċerti fibri oħra

Ċikloesanun

16.

Melamina

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku jaħraq 90 % m/m

(b)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 1 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (7), qanneb veru (8), ġuta (9), abaka (10), alfa (11), kajjar (12), broom (13), ramie (14), sisal (15), kupru (21), modal (22), proteina (23), viskuż (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47) u polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).

Dan il-metodu fl-ebda ċirkustanza ma hu applikabbli għal fibri aċetati li ġew deaċetilati fil-wiċċ.”

(c)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

qoton (5), kupru (21), viskuż (25), akrilik (26), klorofibri (27), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastan (43), fibri tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47) u polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).

F’każ li jkun hemm preżenti fibri ta’ proteini differenti, il-metodu jagħti t-total tal-ammonti tagħhom iżda mhux il-kwantitajiet individwali tagħhom.”

(d)

Il-metodu Nru 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu huwa sostitwit b’ dan li ġej:

VISKUŻ, KUPRU JEW ĊERTI TIPI TA’ MODAL U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu formiku u l-klorur taż-żingu)”

(ii)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

qoton (5), polipropilen (37), elastolefin (46) u melamina (47).

Jekk jinstab li tkun preżenti fibra tal-modal, għandu jsir test preliminari biex jivverifika jekk din iddubx fir-reaġent.

Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet li fihom, il-qoton ikun ġarrab degradazzjoni kimika eċċessiva, u lanqas meta l-viskuż jew il-kupru jiġi mdewweb għalkollox bil-preżenza ta’ ċerti żebgħat jew tirqim li ma jistgħux jitneħħew għalkollox.”

(iii)

Il-punt 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ “d” huwa ta’ 1,00, ħlief għall-qoton, li għalih “d” = 1,02 u għall-melamina, li għaliha “d” = 1,01.”

(e)

Il-metodu Nru 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu huwa sostitwit b’li ġej:

AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-alkoħol tal-benżil)”

(ii)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

triaċetat (24), polipropilen (37), elastolefin (46) melamina (47) u polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).”

(f)

Il-metodu Nru 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu huwa sostitwit b’li ġej:

TRIAĊETATI JEW POLILAKTID U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża d-diklorometan)”

(ii)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47) u polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).

Nota

Il-fibri tat-triaċetat li jkunu għaddew minn fażi finali li twassal għall-idroliżi parzjali ma jibqgħux idubu għalkollox fir-reaġent. F’każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli”.

(g)

Il-metodu Nru 7 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu huwa sostitwit b’li ġej:

ĊERTI FIBRI TAĊ-ĊELLULOŻA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 75 % m/m aċidu sulfuriku)”

(ii)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (45), elastolefin (46) u polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).”

(iii)

Il-punt 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ “d” huwa ta’ 1,00, ħlief għall-polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti, li għalih il-valur ta’ “d” huwa ta’ 1,01.”

(h)

Il-punt 1.2 tal-Metodu Nru 8 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47) u polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).

Huwa applikabbli bl-istess mod għall-akriliki, u ċerti modakriliki, ittrattati b’żebgħat premetallizzati, iżda mhux għal dawk miżbugħin b’żebgħat afterchrome.”

(i)

Il-punt 1.2 tal-Metodu Nru 9 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), melamina (47) u polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).

Meta l-kontenut tas-suf jew tal-ħarir tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 2.

Meta l-kontenut tal-poliammid jew tan-najlon tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 4.”

(j)

Il-metodu Nru 10 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu huwa sostitwit b’li ġej:

AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu aċetiku glaċjali)”

(ii)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

ċerti klorofibri (27), primarjament il-fibri tal-klorur tal-polivinill, kemm jekk wara li jkunu ġew ikklorinati kif ukoll jekk le, polipropilen (37), elastolefin (46), melamina (47) u polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).”

(k)

Il-metodu Nru 11 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu huwa sostitwit b’li ġej:

ĦARIR JEW POLIAMMID U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 75 % m/m aċidu sulfuriku)”

(ii)

Il-punt 1 qed jinbidel b’dan li ġej:

“1.   IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

ħarir (4) jew poliammid jew najlon (30)

ma’

2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), polipropilen (37), elastolefin (46) melamina (47) u polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).”

(iii)

Il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-ħarir jew tal-poliammid jew tan-najlon tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku (*2).

Ir-residwu jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, korrett jekk meħtieġ, jitfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-ħarir jew tal-poliammid jew tan-najlon xott jinstab permezz tad-differenza.

(*2)  Il-ħarir selvaġġ, bħall-ħarir tussah, ma jdubx għal kollox f’75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku.” "

(iv)

Il-punt 4 qed jinbidel b’dan li ġej:

“4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta’ 75 % m/m aċidu sulfuriku għal kull gramma tal-kampjuni u poġġi t-tapp. Ħawwad b’mod vigoruż u ħallih għal 30 minuta f’temperatura tal-kamra. Ħawwad mill-ġdid u ħallih joqgħod għal 30 minuta. Ħawwad għall-aħħar darba u ffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Aħsel kwalunkwe fibri li jkun fadal mill-flask bir-reaġent ta’ 75 % ta’ aċidu sulfuriku. Aħsel ir-residwu fuq il-griġjol suċċessivament b’50 ml ta’ reaġent ta’ aċidu sulfuriku dilwit, 50 ml ilma u 50 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja dilwita. Kull darba ħalli li l-fibri jibqgħu f’kuntatt mal-likwidu għal madwar 10 minuti qabel ma tapplika l-ġbid tal-arja. Fl-aħħar laħlaħ bl-ilma, waqt li tħalli l-fibri f’kuntatt mal-ilma għal madwar 30 minuta. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u r-residwu, berridhom u iżinhom.

Fil-każ tat-taħlitiet b’żewġ fibri ta’ poliammid flimkien mal-polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti, wara li tkun iffiltrajt il-fibri minn ġewwa l-griġjol filtru miżun u qabel ma tapplika l-proċedura tal-ħasil deskritta, aħsel ir-residwu darbtejn fuq il-griġjol filtru b’50 ml ta’ reaġent ta’ 75 % ta’ aċidu sulfuriku kull darba.”

(v)

Il-punti 5 u 6 qed jinbidlu b’dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ “d” huwa ta’ 1,00, ħlief għas-suf, li għalih “d” = 0,985, għall-polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti, li għalih “d” = 1,005 u għall-melamina, li għaliha “d” = 1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Għal taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-gradi ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex akbar minn ± 1 għal grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, ħlief għal taħlitiet b’żewġ fibri ta’ polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti li għalihom il-gradi ta’ fiduċja tar-riżultati mhumiex aktar minn ± 2.”

(l)

Il-metodu Nru 14 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu huwa sostitwit b’li ġej:

ĊERTI FIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu sulfuriku kkonċentrat)”

(ii)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

klorofibri (27) ibbażati fuq l-omopolimeri tal-klorur tal-vinil, kemm jekk wara li ġew ikklorinati kif ukoll jekk le, polipropilen (37), elastolefin (46), melamina (47) u l-polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (49).

Il-modakriliki konċernati huma dawk li jagħtu soluzzjoni limpida meta mgħaddsa fl-aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva ta’ 1,84 f’20 °C).

Dan il-metodu jista’ jintuża minflok il-metodi Nri 8 u 9.”

(iii)

Il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   IL-PRINĊIPJU

Il-kostitwent għajr il-klorofibra, il-polipropilen, l-elastolefin, il-melamina jew il-polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti (jiġifieri l-fibri msemmija fil-paragrafu 1.1) jiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita b’aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva ta’ 1,84 f’20 °C). Ir-residwu li jikkonsisti mill-klorofibra, polipropilen, elastolefin, melamina jew mill-polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu, korrett jekk meħtieġ, jitfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwent jinkiseb permezz tad-differenza.”

(iv)

Il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ “d” huwa ta’ 1,00, ħlief għall-melamina u għall-polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti, li għalihom il-valur ta’ “d” huwa ta’ 1,01.”

(m)

Il-metodu Nru 16 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu huwa sostitwit b’li ġej:

MELAMINA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu formiku jaħraq)”

(ii)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

qoton (5), aramid (31) u polipropilen (37).”

(3)

Fl-Anness IX qed tiddaħħal l-annotazzjoni 49:

“49.

Polipropilen/poliammid b’żewġ komponenti

1,00”.


(*2)  Il-ħarir selvaġġ, bħall-ħarir tussah, ma jdubx għal kollox f’75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku.” ”


(*1)  Lista dettaljata tal-fibri taħt kull metodu.”


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 287/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva triflusulfuron

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2) it-triflusulfuron ġiet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) għall-użu bħala erbiċida fuq il-pitravi zokkrija u l-pitravi tal-għalf b’rata massima ta’ applikazzjoni ta’ 60 g/ha kull tielet sena biss fl-istess għalqa. Din l-inklużjoni ġiet iżjed ristretta bil-projbizzjoni tat-tagħlif tal-weraq ta’ uċuħ ittrattati lill-bhejjem. Rigward il-purità tas-sustanza attiva, ġie ffissat limitu massimu ta’ 6 g/kg għall-impurità N,N-dimetil-6-(2,2,2-trifluworuetossi)-1,3,5-triażina-2,4-diammina.

(2)

Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza titqies bħala approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (4).

(3)

Fil-25 ta’ Ġunju 2010 n-notifikatur li fuq talba tiegħu ġiet inkluża t-triflusulfuron fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, ressaq applikazzjoni għal emenda tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-triflusulfuron. Din l-applikazzjoni talbet li jitwarrbu r-restrizzjonijiet fuq l-użu bħala erbiċida u jitwarrab il-limitu fuq il-kontenut tal-impurità msemmija fil-Premessa 1. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali. L-applikazzjoni tressqet lil Franza, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (5).

(4)

L-Istat Membru relatur ivvaluta l-informazzjoni addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejja addendum mal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Huwa ressaq dan l-addendum quddiem il-Kummissjoni fis-17 ta’ Diċembru 2010, u din ikkomunikatu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-osservazzjonijiet tagħhom. L-addendum mal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-9 ta’ Marzu 2012 fil-format ta’ addendum mar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar it-triflusulfuron.

(5)

Mill-eżamijiet diversi li twettqu, jidher li l-emenda tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni mitluba ma tikkawżax riskji barra dawk li huma diġà meqjusa fl-approvazzjoni tat-triflusulfuron u fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar din is-sustanza.

(6)

L-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Ir-ringiela numru 289, triflusulfuron, tal-Parti A tal-Anness hija emendata kif ġej:

(1)

Il-kolonna tal-purità hija ssostitwita b’dan li ġej:

“≥ 960 g/kg”

(2)

Fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” il-Parti A hija sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI A

L-użu bħala erbiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 172, 2.7.2009, p. 86.

(3)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(4)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(5)   ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 288/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

CR

48,1

IL

73,5

MA

62,8

TN

60,1

TR

93,3

ZZ

67,6

0707 00 05

JO

225,1

TR

160,4

ZZ

192,8

0709 91 00

EG

76,0

ZZ

76,0

0709 93 10

JO

225,1

MA

50,1

TR

125,1

ZZ

133,4

0805 10 20

EG

41,8

IL

78,1

MA

53,5

TN

57,1

TR

64,7

ZA

45,1

ZZ

56,7

0805 50 10

EG

69,3

MX

39,8

TR

57,4

ZZ

55,5

0808 10 80

AR

87,2

BR

91,1

CA

137,4

CL

95,9

CN

87,8

MA

49,8

MK

31,8

US

173,8

UY

74,3

ZA

82,8

ZZ

91,2

0808 30 90

AR

101,2

CL

128,6

CN

52,9

ZA

103,7

ZZ

96,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 289/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ April 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ April 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ April 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ April 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

16.3.2012-29.3.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

238,02

190,74

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

307,97

297,97

277,97

Primjum tal-Golf

88,08

19,23

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

15,95  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).