|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.092.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad-29 ta’ Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 ( 1 ) |
|
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2012/181/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2012/182/UE |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/1 |
DEĊIŻJONI Nru 281/2012/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni”
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2)(g) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Fid-dawl tat-twaqqif ta’ Programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni mmirat biex iżid l-impatt tal-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni fil-provvediment ta’ protezzjoni għal refuġjati, u fil-massimizzar tal-impatt strateġiku ta’ risistemazzjoni permezz ta’ indirizzar iktar iffokat ta’ dawk il-persuni li għandhom ħtieġa ikbar għal risistemazzjoni, għandhom jiġu fformulati prijoritajiet komuni fir-rigward tar-risistemazzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi, li l-linji ta’ politika tal-Unjoni mniżżlin fil-Kapitolu dwar il-verifiki fuq il-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iridu jkunu rregolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, u li, meta hu meħtieġ, l-atti tal-Unjoni skont dan il-Kapitolu iridu jinkludu l-miżuri xierqa biex jagħtu effett lil dan il-prinċipju. |
|
(3) |
Għal dan il-għan, il-prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni għall- 2013 kif elenkati fl-Anness miżjuda mad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) b’din id-Deċiżjoni huma stabbiliti abbażi ta’ żewġ kategoriji: l-ewwel waħda għandha tinkludi persuni li jappartjenu għal kategorija speċifika li taqa’ fil-kriterji ta’ risistemazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), u t-tieni waħda għandha tinkludi persuni minn pajjiż jew reġjun li jkun ġie identifikat mit-tbassir ta’ risistemazzjoni annwali tal-UNHCR u fejn azzjoni komuni tal-Unjoni jkollha impatt sinifikanti fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni. |
|
(4) |
Filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ risistemazzjoni stabbiliti fl-Anness miżjud mad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE minn din id-Deċiżjoni li jelenkaw il-prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni, huwa wkoll meħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni ta’ persuni fir-rigward tar-reġjuni ġeografiċi speċifiċi u nazzjonalitajiet, kif ukoll għal kategoriji speċifiċi ta’ refuġjati li għandhom jiġu risistemati, fejn ir-risistemazzjoni hija determinata li tkun is-soluzzjoni l-iktar xierqa għall-bżonnijiet speċjali tagħhom. |
|
(5) |
Minħabba l-importanza tal-użu strateġiku tar-risistemazzjoni minn pajjiżi jew reġjuni magħżula għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali, jeħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni ta’ persuni mit-Tanzanija, l-Ewropa tal-Lvant (il-Bjelorussja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina), il-Qarn tal-Afrika (iġ-Ġibuti, il-Kenja u l-Jemen) u l-Afrika ta’ Fuq (l-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija), u minn kwalunkwe pajjiż jew reġjun ieħor li jintgħażel fil-futur. |
|
(6) |
Sabiex jiġu inkoraġġiti aktar Stati Membri sabiex jimpenjaw ruħhom f’azzjonijiet ta’ risistemazzjoni, huwa ugwalment neċessarju li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali lil dawk l-Istati membri li jiddeċiedu li jirrisistemaw persuni għall-ewwel darba. |
|
(7) |
Huwa wkoll neċessarju li jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ nefqa għall-appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
F’konformità mal-Artikoli 1, u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, annessa għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE hija b’din emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 35, iddaħħal il-paragrafu li ġej: “5. L-ammont stabbilit għal kull persuna risistemata allokat għall-Istati Membri għandu jingħata bħala somma sħiħa għal kull persuna effettivament risistemata.”. |
|
(3) |
It-test imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala Anness għad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 (ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 161) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-8 ta’ Marzu 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta’ prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni għall-2013
|
(1) |
Refuġjati Kongoliżi fir-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar (Burundi, Malawi, Rwanda, Żambja); |
|
(2) |
Refuġjati mill-Iraq fit-Turkija, is-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan; |
|
(3) |
Refuġjati Afgani fit-Turkija, il-Pakistan u l-Iran; |
|
(4) |
Refuġjati Somali fl-Etjopja; |
|
(5) |
Refuġjati minn Burma fil-Bangladexx, il-Malażja u t-Tajlandja; |
|
(6) |
Refuġjati Eritrej fil-Lvant tas-Sudan.”. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 282/2012
tat-28 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u partikolarment l-Artikolu 43(a), (d), (f) u (j), l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 134, l-Artikolu 143(b), l-Artikolu 148, l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 171 u l-Artikolu 172(2),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura (2), u partikolarment Artikolu 37 u 38 tiegħu,
Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (3), u partikolarment l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(3), u l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jitabilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (4) u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (7) ġie emendat kemm-il darba (8) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Id-disposizzjonijiet numerużi fir-Regolamenti agrikoli tal-Unjoni jinħtieġu li jingħataw garanzija sabiex jiġi żgurat il-ħlas tas-somma li jkollha tingħata jekk ma jkunx inżamm obbligu. Madankollu, l-esperjenza uriet illi din il-ħtieġa fil-prattika ġiet interpretata b’ħafna modi differenti. Għaldaqstant, sabiex jiġu evitati kondizzjonijiet kompetittivi mhux ugwali, ħtieġa għandha tkun definita. |
|
(3) |
B’mod partikolari, għandha tiġi ddefinita l-għamla tal-garanzija. |
|
(4) |
Ħafna disposizzjonijiet fir-Regolamenti agrikoli tal-Unjoni jipprovdu li l-garanzija mogħtija tintilef bi dritt jekk jiġi miksur obbligu tal-garanzija, bla ma ssir ebda distinzjoni bejn il-ksur tal-obbligi fondamentali, dawk sekondarji jew dawk ta’ importanza subordinata. Fl-interess tal-ekwità għandha ssir distinzjoni bejn il-konsegwenzi tal-ksur ta’ obbligu fondamentali u l-konsegwenzi tal-ksur ta’ wieħed sekondarju jew subordinat. B’mod partikolari għandha ssir disposizzjoni, fejn hu possibbli, sabiex jintilef id-dritt fuq parti biss mill-garanzija fejn l-obbligu l-aktar importanti huwa fil-fatt milħuq imma jkun inqabeż bi ftit iż-żmien tat-temma stabbilit sabiex jintlaħaq, jew meta ma jintlaħqux obbligu sekondarju jew subordinat. |
|
(5) |
L-ebda distinzjoni bejn il-konsegwenzi ta’ nuqqas fiż-żamma ta’ obbligu ma għandha tkun imsejsa fuq jekk ikunx ġie rċevut ħlas bil-quddiem jew le. Għaldaqstant, il-garanziji mogħtija sabiex jagħmlu tajjeb għall-ħlas bil-quddiem għandhom ikunu koperti b’regoli separati. |
|
(6) |
L-ispejjeż sabiex wieħed jiddepożita garanzija miġbura kemm mill-parti li tagħti l-garanzija u kemm mill-awtoritajiet kompetenti, jistgħu ma jkunux ipproporzjonati mas-somma li l-ħlas tagħha tiggarantixxi l-garanziji jekk din is-somma tkun taħt ċertu limiti. Għaldaqstant l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jirrinunzjaw għall-ħtieġa ta’ garanzija għall-ħlas tas-somma taħt dan il-limitu. Barra minn hekk, awtorità kompetenti għandha tingħata l-poter li tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija fejn in-natura tal-persuna teħtieġ li tilħaq l-obbligi tagħmel din il-ħtieġa mhux neċessarja. |
|
(7) |
Awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta garanzija offruta meta tqis li din mhix sodisfaċenti. |
|
(8) |
Għandu jiġi stabbilit limitu taż-żmien sabiex tingħata x-xhieda meħtieġa għar-rilaxx ta’ somma assikurata fejn ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda limitu taż-żmien bħal dan x’imkien ieħor. |
|
(9) |
Rigward ir-rata rappreżentattiva li trid tintuża għall-konverżjoni ta’ somma assigurata espressa fl-euro għall-munita korrenti nazzjonali, għandu jiġi miżmum l-avveniment operattiv imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98, għandu jiġi definitskont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (9). |
|
(10) |
Għandha tiġi stabbilita l-proċedura li trid tiġi segwita ġaladarba l-garanzija tintilef bi dritt. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter illi ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar il-garanziji. |
|
(12) |
Dan ir-Regolament jistabilixxi r-regoli li jridu japplikaw b’mod ġenerali għas-setturi kollha u għall-prodotti kollha, għajr jekk il-leġislazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur tistabilixxi regoli differenti. Ir-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull settur iridu jibqgħu japplikaw sakemm jiġu mħassra jew emendati. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjini tal-Kumitat Amministrattiv għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq tal-Agrikultura u ġew ippreżentati għal finijiet ta’ informazzjoni lill-Kumitati l-oħra kompetenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
L-ISKOP U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jiddisponi regoli li jirregolaw il-garanziji li għandhom jingħataw, jew taħt dawn ir-Regolamenti jew taħt kwalunkwe regolamenti adottati skont dawk ir-Regolamenti, jekk kemm-il darba ma jkunx hemm regoli oħrajn stabbiliti b’dawn l-istess Regolamenti:
|
(a) |
Ir-Regolamenti li jiddisponu dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ ċerti prodotti agrikoli:
|
|
(b) |
Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 (skemi ta’ appoġġ dirett); |
|
(ċ) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1216/2009 (arranġamenti għas-snajja applikabbli għal ċerti prodotti riżultanti mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli). |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-każi kollha fejn ir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 jipprovdu garanzija kif imfisser fl-Artikolu 3, sewwa jekk tintuża l-kelma partikolari “garanzija” u sewwa jekk le.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-garanziji mogħtija sabiex jassiguraw il-ħlas tad-dazji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni li hemm referenza dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (10).
Artikolu 3
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“garanzija” tfisser assigurazzjoni illi somma flus titħallas jew titlef id-dritt lil awtorità kompetenti jekk ma jitwettaqx obbligu partikolari; |
|
(b) |
“garanzija fi blokk wieħed” hija garanzija disponibbli għall-awtorità kompetenti bl-iskop li tiżgura illi jintlaħaq aktar minn obbligu wieħed; |
|
(ċ) |
“obbligu” huwa ħtieġa jew sett ta’ ħtiġiet, imposti minn Regolament, sabiex jitwettaq/jitwettqu jew iżomm/u lura milli jwettaq att; |
|
(d) |
“awtorità kompetenti” hija jew parti awtorizzata li taċċetta l-garanzija jew parti awtorizzata li tiddeċiedi skond ir-Regolament rilevanti jekk garanzija għandhiex tiġi rrilaxxjata jew tintilef bi dritt. |
KAPITOLU II
IL-ĦTIEĠA TA’ GARANZIJA
Artikolu 4
Garanzija għandha tingħata minn jew f’isem il-parti responsabbli sabiex tħallas is-somma ta’ flus li għandha tingħata jekk obbligu ma jiġix onorat.
Artikolu 5
1. L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija meta l-valur tas-somma assigurata hija ta’ anqas minn 500 EUR.
2. Meta tintuża l-faċilità fil-paragrafu 1, il-parti interessata għandha tindaħal għal garanzija bil-miktub li tħallas is-somma daqs dik li kien ikun meħtieġ li tħallas li kieku tat garanzija u li din il-garanzija tkun wara intilfet bi dritt f’parti jew fl-intier tagħha.
Artikolu 6
L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija fejn il-parti responsabbli milli tonora obbligu tkun jew:
|
(a) |
korp pubbliku responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet ta’ awtorità pubblika, jew |
|
(b) |
korp privat illi jwettaq id-dmirijiet imsemmija fil-punt (a) taħt is-sorveljanza tal-Istat. |
KAPITOLU III
IL-GĦAMLA TAL-GARANZIJI
Artikolu 7
1. Garanziji tista’ tingħata billi:
|
(a) |
jsir depożitu ta’ flus kif riferit fl-Artikoli 12 u 13 u/jew |
|
(b) |
jiġi pprovdut garanti kif iddefinit fl-Artikolu 15(1). |
2. Fid-deskrizzjoni tal-awtorita kompetenti, garanzija tista’ tingħata billi:
|
(a) |
issir ipoteka, u/jew |
|
(b) |
issir kapparra fi flus kontanti ddepożitati f’bank, u/jew |
|
(ċ) |
isir pleġġ ta’ pretensjonijiet ikkonoxxuti kontra korp pubbliku jew fondi pubbliċi, li jkunu għalqu u li jridu jitħallsu u li fuqhom l-ebda pretensjoni oħra ma jkollha preċedenza, u/jew |
|
(d) |
isir pleġġ ta’ garanziji negozzjabbli fl-Istati Membri interessati sakemm ikunu maħruġa u ggarantiti minn dan l-Istat Membru, u/jew |
|
(e) |
isir pleġġ ta’ bonds, maħruġa minn assoċjazzjonijiet ta’ kreditu tal-ipoteki, ikkwotati f’Borża pubblika u għall-bejgħ fis-suq miftuħ, sakemm l-istima tal-kredtu tagħhom tidħol fil-faxxa tal-egwaljanza tal-bonds tal-gvern. |
3. L-awtorità kompetenti jistgħu jimponu kondizzjonijiet addizzjonali sabiex jaċċettaw il-garanziji tat-tip msemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 8
L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li taċċetta jew għandha teħtieġ il-bdil ta’ kull garanzija li tqis mhux adegwata jew mhux sodisfaċenti jew li ma tkoprix perjodu suffiċjenti taż-żmien.
Artikolu 9
1. Il-beni ipotekati skond l-Artikolu 7(2)(a) jew il-garanziji jew il-bonds offruti bi pleġġ skond l-Artikolu 7(2)(d) u (e) għandhom, meta tingħata l-garanzija, ikollhom il-valur disponibbli ta’ mill-inqas 115 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa.
Awtorità kompetenti tista’ taċċetta garanzija tat-tip imniżżel fil-lista fl-Artikolu 7(2)(a), (d) jew (e) biss jekk il-parti li toffriha timpenja ruħha, bil-miktub, jew li tagħti garanzija addizzjonali jew li tibdel il-garanzija oriġinali jekk il-valur disponibbli tal-beni, tal-garanziji jew tal-bonds fil-kwistjoni jkunu għal perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur taħt il-105 % tal-valur tas-garanzija meħtieġa. Dan l-impenn bil-miktub ma għandux jinħtieġ fejn il-liġijiet nazzjonali jipprovdu għal dan. L-awtorità kompetenti għandha tirrivedi regolarment il-valur ta’ dawn il-beni, garanziji jew bonds.
2. Il-valur disponibbli tal-garanzija kif riferit fl-Artikolu 7(2)(a), (d) u (e) għandu jiġi stmat mill-awtorità kompetenti, billi tqis l-ispejjeż tad-disponiment minnhom.
Il-valur disponibbli tal-garanziji jew tal-bonds għandu jiġi stmat fuq l-aħħar kwotazzjoni disponibbli.
Il-parti li tagħmel il-garanzija għandha, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, tipprovdi prova tal-valur disponibbli tagħha.
Artikolu 10
1. Kull garanzija tista’ tiġi mibdula b’oħra.
Madankollu, għandu jkun meħieġ il-qbil tal-awtorità kompetenti fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-garanzija oriġinali tkun intilfet bi dritt iżda tkun għadha mhux realizzata, jew |
|
(b) |
fejn il-garanzija mibdula hija tat-tip imniżżel fil-lista fl-Artikolu 7(2). |
2. Garanzija fi blokk wieħed tista’ tiġi mibdula b’garanzija oħra fi blokk wieħed bil-kondizzjoni illi l-garanzija fi blokk wieħed ġdida tkopri mill-anqas dik il-parti tal-garanzija fi blokk wieħed oriġinali assenjata fiż-żmien tal-bdil sabiex tiżgura t-twettiq ta’ obbligu wieħed jew iżjed li jkunu għadhom mhux imwettqa.
Artikolu 11
1. Garanziji kif imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu denominati f’Euro.
2. Minkejja dak li jingħad fil-paragrafu 1, fejn il-garanzija tiġui aċċettata fi Stat Membru barra miż-żona Euro, fil-munita nazzjonali, l-ammont tal-garanzija f’Euro għandu jiġi konvertit f’dik il-munita skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006. L-impenn li jikkorispondi għall-garanzija u kwalunkwe ammont miżmum fil-każ ta’ irregolaritajiet jew ksur għandu jibqa’ ffissat f’Euro.
Artikolu 12
Fejn il-flus kontanti jiġu ddepożitati bi trasferiment ma għandhomx jitqiesu bħala li tkun ġiet stabbilita l-garanzija sakemm l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi għandha l-ammont għad-disposizzjoni tagħha.
Artikolu 13
1. Ċekk għal somma li l-ħlas tagħha jkun garantit minn istituzzjoni finanzjarja rrikonoxxuta għall-iskop mill-Istat Membru tal-awtorità kompetenti interessata għandu jiġi ttrattat bħala depożitu ta’ flus kontanti. L-awtorità kompetenti ma teħtieġx li tippreżenta ċekk bħal dan għall-ħlas sakemm il-perjodu taż-żmien li għalih huwa garantit ikun sejjer jiskadi.
2. Ċekk, barra minn dak riferit fil-paragrafu 1, jikkostitwixxi garanzija biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi għandha l-ammont għad-disposizzjoni tagħha.
3. Kull impost magħmul minn istituzzjoni finanzjarja għandhu jitħallas mill-parti li tagħti l-garanzija.
Artikolu 14
Ma għandu jitħallas l-ebda mgħax lill-parti li tagħmel il-garanzija fil-għamla ta’ depożitu ta’ flus kontanti.
Artikolu 15
1. Il-garanti għandu jkollu r-residenza normali tiegħu jew stabiliment fl-Unjoni u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ikun approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tingħata l-garanzija. Il-garanti għandu jkun marbut b’garanzija bil-miktub.
2. Il-garanzija bil-miktub trid mill-inqas tiddikjara:
|
(a) |
l-obbligu jew, fil-każ ta’ garanzija fi blokk wieħed, it-tip/i ta’ obbligu li, li kontra twettiq tiegħu/tagħhom, tiggarantixxi l-ħlas ta’ somma flus; |
|
(b) |
l-ogħla lijabilità għall-ħlas li l-garanti jaċċetta; |
|
(ċ) |
li l-garanti jimpenja ruħu konġuntement jew separatament mal-parti responsabbli li jħallas/iħallsu, fi żmien 30 jum mid-domanda tal-awtoritajiet kompetenti, kull somma, fil-limiti tal-garanzija, li għandha titħallas ġaladarba garanzija tiġi ddikjarata mitlufa bi dritt. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ taċċetta telekomunikazzjoni bil-miktub mibgħuta mill-garanti bħala li tikkostitwixxi garanzija bil-miktub. Jekk l-awtorità kompetenti taċċetta dan, hija għandha tieħu kull pass li tqis meħtieġ sabiex tissodisfa ruħha illi t-telekomunikazzjoni hija ġenwina.
4. Fejn garanzija fi blokk wieħed bil-miktub tkun diġà ngħatat, l-awtorità kompetenti għandha tistabilixxi l-proċedura li trid tiġi segwita sabiex biha tiġi allokata l-garanzija fi blokk wieħed kollha jew parti minnha għal obbligu partikolari.
Artikolu 16
Malli parti minn garanzija fi blokk wieħed tiġi assenjata għal xi obbligu partikolari, il-bilanċ tal-garanzija fi blokk wieħed li jifidal għandu jiġi nnotat.
KAPITOLU IV
IL-ĦLAS BIL-QUDDIEM
Artikolu 17
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal kull każ fejn regoli speċifiċi tal-Unjoni jipprovdu illi somma tista’ titħallas bil-quddiem qabel jitwettaq l-obbligu.
Artikolu 18
1. Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata meta:
|
(a) |
jkun ġie stabbilit l-intitolament finali għas-somma mogħtija bħala ħlas bil-quddiem, jew |
|
(b) |
tkun reġgħet tħallset is-somma mogħtija, biż-żieda ta’ kull addizzjoni oħra mitluba skond ir-Regolament speċifiku. |
2. La darba d-data tal-għeluq biex ikun muri l-intitolament finali għas-somma mogħtija jkun skada mingħajr il-produzzjoni ta’ evidenza tal-intitolament, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament issegwi mal-proċedura fl-Artikolu 28.
Id-data tal-għeluq tista’ tkun posposta f’każ ta’ force majeure.
B’dana kollu, meta l-leġislazzjoni tal-Unjoni hekk tipprovdi, evidenza tista’ xorta tkun ipproduċuta wara dik id-data permezz ta’ pagament parzjali mill-ġdid tal-garanzija.
3. Jekk id-disposizzjonijiet ta’ forza maġġuri fil-leġislazzjoni tal-Unjoni jippermettu l-ħlas lura tas-somma mħallsa bil-quddiem biss, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
|
(a) |
iċ-ċirkostanzi miġjuba bħala pretensjonijiet ta’ forza maġġuri għandhom jiġu innotifikati lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn 30 jum minn li fih ikun wasal it-tagħrif għand il-parti interessata li jindikaw li kien każ possibbli ta’ forza maġġuri, u |
|
(b) |
il-parti interessata għandha tagħti lura s-somma mħallsa bil-quddiem jew il-parti rilevanti minnha fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-awtorità komptenti toħroġ it-talba għall-ħlas lura. |
Jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ma jiġux irrispettati, il-mod tal-ħlas lura għandu jkun l-istess daqs li kieku ma ġrawx iċ-ċirkostanzi ta’ forza maġġuri.
KAPITOLU V
IR-RILAXX JEW IT-TELF TAD-DRITT TA’ GARANZIJI OĦRA GĦAJR BARRA DAWK RIFERITI FIL-KAPITOLU IV
Artikolu 19
1. Obbligu jista’ jinkludi ħtiġiet primarji, sekondarji jew subordinati.
2. Ħtieġa primarja hija ħtieġa, bażika għall-iskopijiet tar-regoli tal-Unjoni li jimponiha, li jitwetaq jew jibqa’ lura milli jintgħamel att.
3. Ħtieġa sekondarja hija ħtieġa li jiġi rrispettat il-limitu taż-żmien biex titwettaq ħtieġa primarja.
4. Ħtieġa subordinata żgħira hija kull ħtieġa oħra imposta minn Regolament.
5. Dan il-Kapitolu ma japplikax fejn ir-Regolament speċifiku rilevanti ma jiddefinixxix il-ħtiġiet primarji.
6. Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu “il-parti relevanti tas-somma ggarantita” tfisser li parti tas-somma garantita li tikkorrispondi għall-kwantità li dwarha il-ħtieġa tkun tkun ġiet miksura.
Artikolu 20
Ġaladarba tkun ġiet mogħtija x-xhieda stabbilita bir-regoli speċifiċi tal-Unjoni li twettqu l-ħtiġiet kollha primarji, sekondarji u subordinarji, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata.
Artikolu 21
1. Il-Garanzija għandha tintilef kollha kemm hi għall-kwantità li dwarha l-ħtieġa primarja ma tkunx twettqet, sa kemm dan in-nuqqas ta’ twettiq ma jkunx minħabba forza maġġuri.
2. Ħtieġa primarja għandha titqies li ma tkunx inkisret jekk l-evidenza relevanti ma tkunx prodotta fiż-żmien stipulat għall-produzzjoni ta’ dik l-evidenza apparti milli fil-każ ta’ forza maġġuri ma tkunx ħalliet il-produzzjoni ta’ dik l-evidenza li ssir fiż-żmien stipulat. Il-proċedura fl-Artikolu 28 għall-irkupru tas-somma mitlufa għandha tkun segwita minnufih.
3. Fejn tiġi prodotta x-xhieda illi l-ħtiġiet primarji kollha jkunu ntlaħqu fi żmien 18-il xahar mit-temma taż-żmien fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandha titħallas lura 85 % tas-somma mitlufa bi dritt.
Fejn tiġi prodotta x-xhieda illi l-ħtiġiet primarji jkunu ntlaħqu kollha fi żmien 18-il xahar mit-temma taż-żmien f’ċirkostanzi fejn ma jkunux ġew imwettqa l-ħtiġiet sekondarji rilevanti, is-somma li trid titħallas lura għandha tkun is-somma li kienet trid titħallas lura skond l-Artikolu 22(2), nieqsa 15 % tal-parti rilevanti tas-somma garantita.
4. Ma għandu jerġa’ jsir l-ebda ħlas fejn tiġi prodotta x-xhieda turi illi ma ġewx imwettqa l-ħtiġiet primarji kollha wara li jkun skada l-perjodu taż-żmien ta’ 18-il xahar riferit fil-paragrafu 3, apparti milli fil-każ ta’ force majeure li ma jkunx ħalla li sseħħ il-preżentazzjoni ta’ din l-evidenza f’dak il-perjodu.
Artikolu 22
1. Jekk matul il-perjodu speċifikat tiġi prodotta l-prova stabbilita bir-regoli tal-Unjoni speċifiku illi l-ħtiġiet primarji kollha ġew imwettqa, f’ċirkostanzi fejn ħtieġa sekondarja ma tkunx twettqet, isir ir-rilaxx parzjali tal-garanzija u l-bqija tas-somma garantita tintilef bi dritt. Għandha tiġi segwita l-proċedura fl-Artikolu 28 sabiex tiġi rkuprata s-somma mitlufa bi dritt.
2. Il-proporzjon tal-garanzija rrilaxxjata għandu jkun: il-garanzija li tkopri l-parti relevanti tas-somma garantita bit-tnaqqis ta’ 15 %, u
|
(a) |
10 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:
|
|
(b) |
5 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:
|
|
(ċ) |
2 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:
|
3. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-perjodi taż-żmien sabiex wieħed japplika għal, jew juża, l-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u l-attestati li jiffisaw l-avvanzi, jew għall-perjodi taż-żmien li għandhom x’jaqsmu mal-iffissar tal-imposti fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u r-rifondi bl-offerti għall-esportazzjoni.
Artikolu 23
1. Nuqqas li jitwettqu wieħed jew aktar ħtiġiet subordinati għandu jwassal għas-sekwestru ta’ 15 % tal-parti relevanti tas-somma ggarantita sa kemm it-twettiq ma jkunx seħħ kawża ta’ force majeure.
2. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28 għall-irkupru tas-somma mitlufa bi dritt għandha tidħol minnufih fis-seħħ.
3. Dan l-Artikolu ma japplikax f’ċirkostanzi fejn japplika l-Artikolu 21(3).
Artikolu 24
Jekk tkun prodotta evidenza li l-ħtiġiet primarji kollha kienu osservati imma li ż-żewġ ħtiġiet sekondarji u wkoll subordinati ikunu nkisru, l-Artikoli 22 u 23 għandhom japplikaw u s-somma totali li tkun issekwestrata għandha tkun is-somma isekwestrata bi qbil mal-Artikolu 22 flimkien mal-15 % tal-parti relevanti tas-somma ggarantita.
Artikolu 25
Is-somma totali li tintilef bi dritt ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-parti rilevanti tas-somma ggarantita.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 26
1. Għandha tiġi rrilaxxjata parti mill-garanzija fuq talba fejn tkun ingħatat ix-xhieda rilevanti li għandha x’taqsam ma’ parti minn kwantità tal-prodott, sakemm din il-parti ma tkunx inqas mill-kwantità minima speċifikata fir-Regolament li teħtieġ din il-garanzija.
Fejn ir-regoli speċifiċi tal-Unjoni ma jispeċifikawx kwantità minima, l-awtorità kompetenti tista’ hija stess tirrestrinġi n-numru tar-rilaxxamenti parzjali ta’ kull waħda mill-garanziji, u tista’ tispeċifika somma minima għal kull rilaxx minn dan.
2. Qabel ma tirrilaxxja l-garanzija kollha jew parti minnha l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ illi tingħata talba bil-miktub għar-rilaxx.
3. Fil-każ tal-garanziji li jkopru, skond l-Artikolu 9(1), aktar minn 100 % tas-somma meħtieġa li tkun iggarantita, dik il-parti tal-garanzija li taqbeż il-100 % għandha tiġi rrilaxxjata meta l-bqija tas-somma garantita tkun fl-aħħarnett irrilaxxjata jew mitlufa bi dritt.
Artikolu 27
1. Fejn ma hu stabbilit l-ebda perjodu taż-żmien sabiex tinġieb ix-xhieda meħtieġa sabiex tiġi rrilaxxjata somma garantita, dan il-perjodu taż-żmien għandu jkun ta’:
|
(a) |
12-il xahar mil-limitu taż-żmien speċifikat sabiex jiġu rrispettati l-ħtiġiet primarji kollha, jew |
|
(b) |
fejn ma jkun speċifikat l-ebda limitu ta’ dan iż-żmien kif imsemmi fil-punt (a), 12-il xahar mid-data li fiha l-ħtiġiet primarji kollha jkunu twettqu. |
2. Il-perjodu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż it-tliet snin minn meta l-garanzija kienet assenjata għal xi obbligu partikolari, barra minn f’każi ta’ forza maġġuri.
Artikolu 28
1. Ladarba l-awtorità kompetenti tkun konxja miċ-ċirkustanzi li qed iwasslu għas-sekwestru tal-garanzija, kollha kemm hi jew parti minnha, għandha mingħajr dewmien tinsisti mal-parti li tkun meħtieġa li jilħaq l-obbligazzjoni li tħallas is-somma ssekwestrata, bi tħollija ta’ 30 ġurnata mill-ġurnata tal-wasla tat-talba għall-ħlas.
Meta l-ħlas ma jkunx sar fl-aħħar ta’ dan il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha:
|
(a) |
mingħajr dewmien twarrab kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fl-Artikolu 7(1)(a) għall-kont xieraq; |
|
(b) |
mingħajr dewmien teħtieġ li min jagħmel il-garanzija kif deskritt fl-Artikolu 7(1)(b) li jħallas, billi jitħallew 30 ġurnata mill-ġurnata tal-wasla tat-talba għall-ħlas; |
|
(ċ) |
mingħajr dewmien tieħu l-passi biex:
|
L-awtorità kompetenti tista’ mingħajr dewmien twarrab kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fl-Artikolu 7(1)(a) lejn il-kont xieraq mingħajr mal-ewwel tkun teħtieġ li l-persuna kkonċernata li teffettwa l-ħlas.
2. L-awtorità kompetenti tista twarrab is-sekwestru ta’ ammont anqas minn 60 EUR, basta li disposizzjonijiet nazzjonali simili għal każijiet kumparabbli jkunu stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta d-deċiżjoni għal sekwestru ta’ garanzija tkun meħuda imma wara, fuq appell, tkun ipposponuta bi qbil mal-liġi nazzjonali, il-parti kkonċernata għandha tħallas l-imgħax fuq is-somma attwalment issekwestrata matul il-perjodu li jibda 30 ġurnata mill-jum tal-wasla tat-talba għall-ħlas kif hemm referenza dwar dan fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u li jispiċċa fil-jum ta’ qabel il-ħlas tas-somma attwalment issekwestrata.
Meta b’segwiment tar-riżultat tal-proċedura tal-appell il-parti kkonċernata tkun mitluba li tħallas fi żmien 30 ġurnata s-somma ssekwestrata, għall-iskopijiet biex ikun ikkalkolat l-imgħax, l-Istat Membru jista jikkonsidra li jagħmel ħlas nhar l-għoxrin ġurnata wara d-data ta’ dik it-talba.
Ir-rata tal-imgħax applikabbli hija kkalkulata bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, imma m’għandha fl-ebda każ tkun anqas mir-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ rkupru tal-ammonti nazzjonali.
L-aġenziji ta’ ħlas għandhom inaqqsu l-imgħax imħallas mill-ispiża tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEIR), bi qbil mad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 (11).
L-Istati Membri jistgħu perjodikalment jitolbu supplimentazzjoni tal-garanzija fir-rigward tal-imgħax involut.
Meta l-garanzija tkun ġiet issekwestrata u l-ammont diġa kkreditat lill-FAEIR u, b’segwiment tar-riżultat tal-proċedura tal-appell, is-somma ssekwestrata kollha kemm hi jew parti minha, inklużi l-imgħax fir-rata bi qbil mal-liġi nazzjonali, għandha tiġi mħallsa lura, is-somma li għandha titħallas lura għandha tkun merfuha mill-FAEIRsakemm il-ħlas mill-ġdid tal-garanzija ma jkunx attribwit għan-negliġenza jew żball serju tal-awtoritajiet amministrattivi jew ta’ korpi oħra tal-Istat Membru.
Artikolu 29
Il-Kummissjoni tista’ skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra rilevanti, tipprovdi għal deroga mid-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq.
KAPITOLU VII
INFORMAZZJONI
Artikolu 30
1. L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni, għal kull sena, in-numru totali u s-somma ta’ garanziji ssekwestrati, tkun xi tkun il-fażi li tkun intlaħqet tal-proċedura fl-Artikolu 28, issir distinzjoni fiż-żewġ każijiet bejn dawk ikkreditati fuq il-budgets nazzjonali u dawk ikkreditati fuq il-budget tal-Unjoni.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinżamm għal dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji kollha ssekwestrati għal ammont ta’ aktar minn EUR 1 000 u għal kull disposizzjoni tal-Unjoni li teħtieġ li garanzija tkun ippreżentata.
3. L-informazzjoni għandha tkopri kemm somom imħallsa direttament mill-parti interessata u somom irkuprati bir-rilaxx tal-garanzija.
Artikolu 31
L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni segwenti disponibbli għall-Kummissjoni:
|
(a) |
it-tipi tal-istituzzjonijiet awtorizzati li jaġixxu bħala dawk li jagħmlu pleġġ u l-kondizzjonijiet stabbiliti; |
|
(b) |
it-tipi tal-garanziji aċċettati permezz tal-Artikolu 7(2) u tal-kondizzjonijiet stabbiliti. |
Artikolu 32
Ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 33
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttamenti fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(3) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.
(5) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(6) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.
(8) Ara l-Anness I.
(9) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1181/87 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3745/89 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3403/93 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1932/1999 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 673/2004 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006 |
l-Artikolu 3 biss |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 |
l-Artikolu 12 biss |
ANNESS II
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
|
Regolament (KEE) Nru 2220/85 |
Dan ir-Regolament |
|
Titolu I |
Kapitolu I |
|
Artikolu 1, parti introduttiva |
Artikolu 1, parti introduttiva |
|
Artikolu 1(a) |
Artikolu 1(a) |
|
Artikolu 1(b) |
Artikolu 1(b) |
|
Artikolu 1(ċ) |
— |
|
Artikolu 1(d) |
— |
|
Artikolu 1(e) |
— |
|
Artikolu 1(f) |
Artikolu 1(c) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 3, kliem tal-bidu |
Artikolu 3, kliem tal-bidu |
|
Artikolu 3(a) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(a) |
|
Artikolu 3(a) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2 l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 3(b), (ċ) u (d) |
Artikolu 3(b), (ċ) u (d) |
|
Titolu II |
Kapitolu II |
|
Artikoli 4, 5 u 6 |
Artikoli 4, 5 u 6 |
|
Titolu III |
Kapitolu III |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 10(1)(a) |
Artikolu 9(1) l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 10(1)(b) |
Artikolu 9(2) it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 10(1)(ċ) |
Artikolu 9(1) it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 10(2)(a) |
Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 10(2)(b) |
Artikolu 9(2) it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
|
Titolu IV |
Kapitolu IV |
|
Artikolu 18, kliem tal-bidu u inċiż |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 18 |
|
Titolu V |
Kapitolu V |
|
Artikoli 20 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 23(1) |
Artikolu 22(1) |
|
Artikolu 23(2), kliem tal-bidu |
Artikolu 22(2), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 23(2)(a) |
Artikolu 22(2), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 23(2)(b), l-ewwel inċiż, kliem tal-bidu |
Artikolu 22(2)(a), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 23(2)(b), l-ewwel inċiż, l-ewwel subinċiż |
Artikolu 22(2)(a)(i) |
|
Artikolu 23(2)(b), l-ewwel inċiż, it-tieni subinċiż |
Artikolu 22(2)(a)(ii) |
|
Artikolu 23(2)(b), it-tieni inċiż, kliem tal-bidu |
Artikolu 22(2)(b), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 23(2)(b), it-tieni inċiż, l-ewwel subinċiż |
Artikolu 22(2)(b)(i) |
|
Artikolu 23(2)(b), it-tieni inċiż, it-tieni subinċiż |
Artikolu 22(2)(b)(ii) |
|
Artikolu 23(2)(b), it-tielet inċiż, kliem tal-bidu |
Artikolu 22(2)(c), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 23(2)(b), it-tielet inċiż, l-ewwel subinċiż |
Artikolu 22(2)(c)(i) |
|
Artikolu 23(2)(b), it-tielet inċiż, it-tieni subinċiż |
Artikolu 22(2)(c)(ii) |
|
Artikolu 23(3) |
Artikolu 22(3) |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 25 |
|
Titolu VI |
Kapitolu VI |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 29 |
|
Titolu VII |
Kapitolu VII |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 31 |
|
— |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 33 |
|
— |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 283/2012
tad-29 ta’ Marzu 2012
li jiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2012 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta' Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ azjendi agrikoli (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 jipprovdi illi għandu jitħallas ħlas fiss mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għal kull prospett tal-biedja debitament mimli u li jkun mibgħut lilha fil-perjodu preskritt fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 224/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 li jiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2011 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola (3), iffissa l-ammont tal-ħlas standard għas-sena ta’ kontabilità 2011 għal EUR 157 għal kull prospett tal-biedja. Ix-xejra fl-ispejjeż u l-effetti tagħha fuq kemm iqum biex jitlesta l-prospett tal-biedja jiġġustifikaw reviżjoni tal-ħlas. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità għan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-ħlas standard provdut fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 għandu jkun iffissat għal EUR 160.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.
|
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 284/2012
tad-29 ta’ Marzu 2012
li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex titħares is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment. |
|
(2) |
Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta’ radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Tali kontaminazzjoni tista’ tikkostitwixxi theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (2). Dan ir-Regolament aktar tard ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3). |
|
(3) |
L-awtoritajiet Ġappuniżi pprovdew informazzjoni lill-Kummissjoni li fil-bosta kampjuni li ttieħdu tas-sake u xorb alkoħoliku ieħor (whiskey u shochu) ma nstabet l-ebda radjoattività fil-kampjuni kollha. Il-proċess tal-illustrar, il-fermentazzjoni u d-distillazzjoni jneħħi kważi kompletament ir-radjoattività mix-xorb alkoħoliku nnifsu. Il-kwistjoni se tiġi segwita mill-awtoritajiet Ġappuniżi fuq il-bażi tal-monitoraġġ kontinwu tas-sake, il-whiskey u x-shochu. Għalhekk huwa xieraq li jiġu esklużi s-sake, il-whiskey u x-shochu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet Ġappuniżi u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li qed jimpurtaw. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Frar 2012, l-awtoritajiet Ġappuniżi adottaw livelli massimi ġodda għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137, biex jiġu applikati mill-1 ta’ April 2012, b’miżuri tranżitorji previsti għar-ross, iċ-ċanga u l-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom, li huma aktar baxxi mil-livelli massimi stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987, li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (4). Il-miżuri tranżitorji għaċ-ċanga ma għandhom l-ebda rilevanza għall-importazzjoni fl-Unjoni billi l-importazzjoni taċ-ċanga mill-Ġappun fl-Unjoni mhijiex permessa għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika għajr ir-radjoattività. L-awtoritajiet Ġappuniżi għarrfu wkoll lill-Kummissjoni li l-prodotti li ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq Ġappuniż lanqas ma jitħallew li jiġu esportati. Għalhekk, għalkemm mhux meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurezza, sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-kontrolli ta’ qabel l-esportazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet Ġappuniżi u l-kontrolli fuq il-livell tar-radjonuklidi mwettqa fuq l-għalf u l-ikel li joriġinaw jew ġejjin mill-Ġappun fid-dħul tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġu applikati l-istess livelli massimi fl-Unjoni għar-radjonuklidi fl-għalf u fl-ikel mill-Ġappun bħal-livelli massimi applikabbli fil-Ġappun sakemm dawn ikunu aktar baxxi mill-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87. |
|
(5) |
Ftit wara l-aċċident nukleari, kienu meħtieġa kontrolli għall-preżenza tal-jodju-131 u t-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 fl-għalf u l-ikel li joriġina mill-Ġappun, billi kien hemm evidenza li r-rilaxx tar-radjoattività fl-ambjent kien relatat l-aktar mal-jodju-131, iċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137, u kien hemm emissjoni limitata ħafna jew l-ebda emissjoni tar-radjonuklidi stronzju (Sr-90), plutonju (Pu-239) u ameriċju (Am-241). Il-jodju-131 għandu half-life qasira ta’ tmint ijiem u minħabba li ma kien hemm l-ebda rilaxx ta’ radjoattività fl-ambjent mill-impjant nukleari affettwat fix-xhur reċenti u r-reattur nukleari affettwat issa qiegħed f’sitwazzjoni stabbli u mhumiex mistennija aktar rilaxxi fl-ambjent, il-jodju-131 ma għadux preżenti fl-ambjent u għalhekk lanqas fl-għalf u l-ikel mill-Ġappun. Għalhekk il-kontroll tal-preżenza tal-jodju-131 ma kienx għadu meħtieġ mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1371/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (5). Għalhekk ma hemmx bżonn li jinżammu l-livelli massimi għall-jodju-131 f’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 ippreveda wkoll livelli massimi għall-istronzju, il-plutonju u l-ameriċju fil-każ li kien ikun hemm rilaxxi ġodda fl-ambjent ta’ radjoattività li tinkludi dawn ir-radjonuklidi. Minħabba li r-reattur nukleari affettwat issa qiegħed f’sitwazzjoni stabbli, il-possibbiltà ta’ rilaxxi ġodda ta’ radjoattività fl-ambjent hija eskluża jew hija minima ħafna u ma kien hemm l-ebda rilaxx sinifikanti fl-ambjent ta’ stronzju, plutonju u ameriċju wara l-aċċident tal-impjant nukleari, huwa evidenti li l-kontroll għall-preżenza ta’ dawn ir-radjonuklidi fl-ikel jew fl-għalf mill-Ġappun mhuwiex meħtieġ. Għalhekk ma hemmx bżonn li jinżammu l-livelli massimi għal dawn ir-radjonuklidi f’dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 ġie emendat darbtejn sabiex iqis l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Minħabba li dan ir-Regolament jipprevedi għal aktar emendi li jeħtieġu bidliet f’ħafna dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 jiġi sostitwit b’Regolament ġdid. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għalf u l-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 li joriġina jew li ġej mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta’:
|
(a) |
il-prodotti li ħarġu mill-Ġappun qabel it-28 ta’ Marzu 2011; |
|
(b) |
il-prodotti li nħasdu u/jew li ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011; |
|
(c) |
is-sake li jaqa’ fil-kodiċijiet NM ex 2206 00 39 (bil-gass), ex 2206 00 59 (bla gass, f’kontenituri li jesgħu żewġ litri jew inqas) jew ex 2206 00 89 (bla gass, f’kontenituri li jesgħu aktar minn żewġ litri); |
|
(d) |
il-whiskey li jaqa’ fil-kodiċi NM 2208 30 ; |
|
(e) |
ix-shochu li jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2208 90 56 , ex 2208 90 69 , ex 2208 90 77 jew ex 2208 90 78 . |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, “miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża” tfisser il-miżuri tranżitorji adottati mill-awtoritajiet Ġappuniżi fl-24 ta’ Frar 2012 fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulati fl-Anness III.
Artikolu 3
Importazzjoni fl-Unjoni
L-għalf u l-ikel (minn hawn ’il quddiem: “il-prodotti”) imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu biss jiġu impurtati fl-Unjoni Ewropea jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Livelli massimi taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137
1. Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, għajr ir-ross, il-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom, għandhom jikkonformaw mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulat fl-Anness II.
2. Ir-ross u l-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom għandhom jikkonformaw mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulat fl-Anness III.
Artikolu 5
Dikjarazzjoni
1. Kull kunsinna ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida mfassla u ffirmata skont l-Artikolu 6.
2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
|
(a) |
tiċċertifika li l-prodotti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun u |
|
(b) |
tispeċifika jekk il-prodotti jaqawx jew le fil-miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża. |
3. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll tiċċertifika li:
|
(a) |
il-prodotti nħasdu u/jew ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011; jew |
|
(b) |
il-prodotti joriġinaw u ġejjin minn prefettura għajr dawk ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka; jew |
|
(c) |
il-prodotti ġejjin mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, iżda ma joriġinax minn waħda minn dawn il-prefetturi u ma ġiex espost għar-radjoattività matul it-tranżitu; jew |
|
(d) |
meta l-prodotti joriġinaw mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, il-prodotti huma akkumpanjat minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi. |
4. Il-punt (d) tal-paragrafu 3 għandu japplika wkoll għall-prodotti li nqabdu jew inħasdu mill-ibħra tal-kosta tal-prefetturi msemmija hemmhekk, irrispettivament minn fejn jaslu dawn il-prodotti.
Artikolu 6
Tfassil u ffirmar tad-dikjarazzjoni
1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 għandha titfassal skont il-mudell stipulat fl-Anness I.
2. Għall-prodotti msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità Ġappuniża kompetenti jew minn rappreżentant awtorizzat ta’ entità awtorizzata mill-awtorità Ġappuniża kompetenti taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.
3. Għall-prodotti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompententi Ġappuniża u għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi.
Artikolu 7
Identifikazzjoni
Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun identifikata permezz ta’ kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), fuq ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 6(3), fuq iċ-ċertifikat sanitarju u fuq kwalunkwe dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-kunsinna.
Artikolu 8
Postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u punt tad-dħul magħżul
Il-kunsinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, għajr dawk li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (6), għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni permezz ta’ punt tad-dħul magħżul skont it-tifsira tal-Artikolu 3(b) tar-Regoalament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (7) (minn hawn ’il quddiem “il-punt tad-dħul magħżul”).
Artikolu 9
Notifika minn qabel
L-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika minn qabel tal-wasla ta’ kull kunsinna ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1, minn tal-inqas jumejn ta’ xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna, lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fuq il-punt tad-dħul magħżul.
Artikolu 10
Kontrolli uffiċjali
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew tal-punt tad-dħul magħżul għandhom iwettqu:
|
(a) |
kontrolli tad-dokumenti fuq il-kunsinni kollha ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1; |
|
(b) |
kontrolli fiżiċi u tal-identità, inkluża analiżi tal-laboratorju għall-preżenza ta’ ċesju-134 u ċesju-137, fuq minn tal-anqas:
|
2. Il-kunsinni għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali, għal massimu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol, sakemm ikunu disponibbli r-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.
3. Jekk ir-riżultat tal-analiżi tal-laboratorju jipprovdi evidenza li l-garanziji pprovduti fid-dikjarazzjoni huma foloz, id-dikjarazzjoni titqies bħala mhux valida u l-kunsinna tal-għalf u tal-ikel ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Spejjeż
L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 u kwalunkwe miżura li tittieħed wara li jkun hemm nuqqas ta’ konformità, għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel.
Artikolu 12
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
Il-kunsinni jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss jekk l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew ir-rappreżentant tagħhom iressqu dikjarazzjoni lill-awtoritajiet doganali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), li:
|
(a) |
tkun ġiet approvata kif dovut mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fil-punt tad-dħul magħżul; u |
|
(b) |
tagħti evidenza li l-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 ikunu twettqu u li r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli kienu favorevoli. |
Artikolu 13
Prodotti li mhumiex konformi
Il-prodotti li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. Tali prodotti għandhom jintremew b’mod sigur jew jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini.
Artikolu 14
Rapporti
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull xahar permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) bir-riżultati analitiċi kollha miksuba.
Artikolu 15
Revoka
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 huwa revokat.
Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Miżura tranżitorja
B’deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011, fejn:
|
(a) |
il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jew |
|
(b) |
il-prodotti jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni b’mod konformi ma’ dak ir-Regolament li tkun inħarġet qabel l-1 ta’ April 2012 u l-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel il-15 ta’ April 2012 |
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ sal-31 ta’ Ottubru 2012. Ir-Regolament se jiġi rivedut b’mod regolari sabiex iqis l-iżvilupp tas-sitwazzjoni ta’ kontaminazzjoni.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(3) ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10.
(4) ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11.
ANNESS II
Livelli massimi għall-ikel (1) (Bq/kg) kif previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
|
Ikel għat-trabi u t-tfal żgħar |
Ħalib u prodotti tal-ħalib |
Ikel ieħor, għajr
|
Ilma minerali u xorb simili u t-te magħmul minn weraq mhux fermentati |
||||||
|
Total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 |
50 (2) |
50 (2) |
10 (2) |
Livelli massimi għall-għalf (5) (Bq/kg) kif previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
|
Għalf maħsub għall-baqar u ż-żwiemel |
Għalf maħsub għall-ħnieżer |
Għalf maħsub għat-tjur |
Għalf għall-ħut (7) |
|
Total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 |
100 (6) |
80 (6) |
160 (6) |
40 (6) |
(1) Għall-prodotti mnixxfa li huma maħsuba għall-konsum fi stat rikostitwit, japplika l-livell massimu għall-prodott rikostitwit bħala prodott lest għall-konsum.
Għall-faqqiegħ imnixxef japplika fattur ta’ rikostituzzjoni ta’ ħamsa.
Għat-te, il-livell massimu japplika għall-infużjoni magħmula mill-weraq tat-te. Il-fattur tal-ipproċessar għat-te imnixxef huwa 50, u għalhekk livell massimu ta’ 500 Bq/kg għall-weraq tat-te jiżgura li l-livell fit-te lest għax-xorb ma jaqbiżx il-livell massimu ta’ 10 Bq/kg.
(2) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu fuq bażi provviżorja, il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 3954/87.
(3) Għar-ross u l-prodotti tar-ross, il-livell massimu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2012. Qabel din id-data japplika l-livell massimu ta’ 500 Bq/kg.
(4) Għall-fażola tas-sojja u l-prodotti tal-fażola tas-sojja japplika l-livell massimu ta’ 500 Bq/kg.
(5) Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf li għandu kontenut ta’ umdità ta’ 12 %.
(6) Sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-livelli massimi li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dan il-valur jissostitwixxi fuq bażi provviżorja, il-valur stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).
(7) Bl-eżenzjoni tal-għalf għall-ħut tat-tiżjin.
ANNESS III
Miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża u ta’ applikazzjoni għal dan ir-Regolament
|
(a) |
Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, l-ilma minerali u xorb simili li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel il-31 ta’ Marzu 2012 ma għandux ikun fihom aktar minn 200 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. Ikel ieħor, għajr ir-ross, il-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel il-31 ta’ Marzu 2012 ma għandux ikun fihom aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |
|
(b) |
Ir-ross maħsud qabel it-30 ta’ Settembru 2012 ma għandux ikun fih aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |
|
(c) |
Il-prodotti magħmula mir-ross li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel it-30 ta’ Settembru 2012 ma għandux ikun fihom aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |
|
(d) |
Il-fażola tas-sojja ma għandux ikun fiha aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |
|
(e) |
Il-prodotti magħmula mill-fażola tas-sojja ma għandux ikun fihom aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |
|
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 285/2012
tad-29 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
CR |
48,1 |
|
IL |
73,5 |
|
|
MA |
53,4 |
|
|
TN |
56,0 |
|
|
TR |
90,6 |
|
|
ZZ |
64,3 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
225,1 |
|
TR |
149,1 |
|
|
ZZ |
187,1 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
76,0 |
|
ZZ |
76,0 |
|
|
0709 93 10 |
JO |
225,1 |
|
MA |
49,6 |
|
|
TR |
127,5 |
|
|
ZZ |
134,1 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
53,1 |
|
IL |
85,4 |
|
|
MA |
51,0 |
|
|
TN |
56,9 |
|
|
TR |
64,8 |
|
|
ZA |
45,1 |
|
|
ZZ |
59,4 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
69,3 |
|
MX |
39,8 |
|
|
TR |
54,9 |
|
|
ZZ |
54,7 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
87,2 |
|
BR |
86,6 |
|
|
CA |
121,1 |
|
|
CL |
102,1 |
|
|
CN |
87,8 |
|
|
MK |
31,8 |
|
|
US |
171,1 |
|
|
UY |
71,6 |
|
|
ZA |
74,7 |
|
|
ZZ |
92,7 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
88,7 |
|
CL |
116,8 |
|
|
CN |
54,7 |
|
|
ZA |
93,9 |
|
|
ZZ |
88,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/26 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Marzu 2012
li tawtorizza lir-Rumanija biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2012/181/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Peremezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni tat-30 ta' Awwissu 2011, ir-Rumanija talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżura speċjali ta' deroga minn punt (18) tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex teżenta persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta' EUR 65 000 bir-rata ta' konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea. Il-miżura se teħles lil dawk il-persuni taxxabbli minn ċerti obbligazzjonijiet jew minn kollha kemm huma relatati mat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE. |
|
(2) |
B’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra datata t-8 ta’ Novembru 2011 bit-talba tar-Rumanija. Permezz ta' ittra datata d-9 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Rumanija li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba. |
|
(3) |
Diġà hemm skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar bħala għażla disponibbli għall-Istati Membri taħt it-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. Din il-miżura tidderoga mit-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE sakemm il-limitu għall-iskema tal-fatturat annwali tal-persuna taxxabbli huwa ogħla minn dak permess għar-Rumanija taħt il-punt 18 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, li huwa EUR 35 000. |
|
(4) |
Limitu ogħla għall-iskema speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar hu miżura ta’ simplifikazzjoni peress li dan jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT tal-iżgħar negozji, filwaqt li dik l-iskema speċjali mhix obbligatorja għall-persuni taxxabbli u tippermetti lin-negozji li jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT. B'mod ġenerali, hu mistenni li l-miżura ta' simplifikazzjoni se ttejjeb il-livell ġenerali tal-konformità mal-VAT. |
|
(5) |
Fil-proposta tagħha tad-29 ta' Ottubru 2004 għal-Direttiva li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE biex tissimplifika l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjonijiet maħsuba biex jippermettu lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-limitu tal-fatturat annwali għall-iskema ta' eżenzjoni mill-VAT sa ammont massimu ta' EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali, bil-possibbiltà li dan l-ammont ikun aġġornat kull sena. It-talba magħmula mir-Rumanija hi konformi ma' dik il-proposta. |
|
(6) |
Il-miżura m'għandhiex impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT u se jkollha biss effett żgħir fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa tar-Rumanija miġbur fl-istadju tal-konsum finali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-punt 18 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Rumanija hi awtorizzata li teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom m’huwiex ogħla mill-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali ta’ EUR 65 000 bir-rata ta’ konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.
Hija għandha tapplika sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Direttiva li temenda l-ammonti tal-limiti massimi ta’ fatturat annwali li taħthom il-persuni taxxabbli jistgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-VAT jew sal-31 ta’ Diċembru 2014, skont liema data sseħħ l-ewwel.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
|
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/28 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Marzu 2012
dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programm għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi għall-2012
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1954)
(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)
(2012/182/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni (1) u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 17(3),
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Novembru 2011, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw programm lill-Kummissjoni għall-2012 li jistipula l-miżuri tas-saħħa tal-pjanti fid-dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi. Dan il-programm jispeċifika l-għanijiet li jridu jinkisbu, ir-riżultati mistennija, il-miżuri li jridu jittieħdu, kemm idumu u l-ispiża fuqhom bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
|
(2) |
Il-miżuri stipulati f’dak il-programm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/609/KE tal-10 ta’ Settembru 2007 dwar it-tifsira tal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi, fl-Azores u f’Madeira (2). |
|
(3) |
Il-miżuri stabbiliti fil-programm kienu vvalutati mill-Kummissjoni u diskussi fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti tal-24 u l-25 ta’ Novembru 2011. Bħala riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-programm jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, għandu jiġi stabbilit massimu adegwat għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, u l-ħlas ghandu jsir abbażi tad-dokumenti ppreżentati minn Franza. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (3), il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għall-miżuri tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-fini tal-kontroll finanzjarju ta’ dawk il-miżuri, l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jsegwi deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ngħataw il-poteri, filwaqt li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa. |
|
(7) |
Il-programm ippreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi fit-8 ta’ Novembru 2011 u l-miżuri stipulati jirrigwardaw is-sena kalendarja 2012. L-Artikolu 112 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jistipula li l-għotja għal azzjoni diġà mibdija tista’ tingħata biss meta l-applikant jista’ juri l-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel ma tingħata l-għotja. Franza wriet il-ħtieġa li tibda dan il-programm mill-bidu tas-sena 2012 biex tippermetti finanzjar xieraq u bidu tal-eżekuzzjoni ta’ dawn il-miżuri qabel ma tingħata l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fid-Deċiżjoni attwali. |
|
(8) |
Din id-deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju għall-ammonti massimi awtorizzati ta’ nfiq, provduta fit-talba għal kofinanzjament, kif inhu stabbilit fil-programm imressaq minn Franza. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Qed tingħata kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lil Franza għall-implimentazzjoni tal-programm uffiċjali għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi għall-2012, kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness.
Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun limitata għall-massimu ta’ 60 % tan-nefqa eliġibbli totali, kif speċifikat fil-Parti B tal-Anness, b’massimu ta’ EUR 180 000 (mingħajr VAT).
Artikolu 2
1. Għandhom jitħallsu EUR 100 000 bil-quddiem fi żmien 60 jum mill-wasla ta’ talba għal ħlas minn Franza.
2. Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jitħallas sakemm ikun intbagħat rapport finali ta’ implimentazzjoni dwar il-programm lill-Kummissjoni f’forma elettronika sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2013, wara li dak ir-rapport ikun approvat mill-Kummissjoni.
Dak ir-rapport għandu jkun fih mill-inqas:
|
(a) |
valutazzjoni teknika konċiża tal-programm kollu, inkluż il-grad tal-kisba tal-għanijiet fiżiċi u kwalitattivi. Dik il-valutazzjoni għandha tgħaqqad l-għanijiet stabbiliti fil-programm inizjali ppreżentati minn Franza mar-riżultati miksuba, espressi f’termini tal-kisbiet mistennija u l-passi tat-tlestija tax-xogħol. Din għandha tispjega l-progress li sar, u tevalwa l-impatt immedjat fitosanitarju u ekonomiku tal-miżuri miksuba; kif ukoll |
|
(b) |
dikjarazzjoni tal-ispiża finanzjarja li tindika n-nefqa ppjanata u proprja mqassma skont is-sottoprogramm u l-miżura. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi prova jew evidenza ta’ ħlas tan-nefqa permezz ta’ dokumentazzjoni xierqa bħalma huma fatturi jew irċevuti. |
3. Fir-rigward tat-tqassim indikattiv tal-baġit speċifikat fil-Parti B tal-Anness, Franza tista’ taġġusta l-finanzjament bejn il-miżuri differenti fl-istess sottoprogramm f’limitu ta’ 15 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal dan is-sottoprogramm, sakemm l-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli skedati fil-programm ma jinqabiżx u l-għanijiet ewlenin tal-programm ma jiġux kompromessi b’dan.
Hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe aġġustament li jsir.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 242, 15.9.2007, p. 20.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
ANNESS
PROGRAMM U TQASSIM INDIKATTIV TAL-BAĠIT GĦALL-2012
PARTI A
Programm
Il-programm għandu jikkonsisti minn tliet sottoprogrammi:
|
(1) |
sottoprogramm interdipartimentali: — Miżura 1.1: għodda li tiddefinixxi l-prijorità tal-parassiti u l-mard soġġetti għall-kwarantina għad-Dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi (DOM) — Miżura 1.2: metodi innovattivi ta’ detezzjoni tal-organiżmi li jagħmlu l-ħsara |
|
(2) |
sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Martinique: — Miżura 2: netwerks ta’ sorveljanza ta’ parassiti u mard |
|
(3) |
sottoprogramm għad-dipartiment tal-Gwadelup: — Miżura 3.1: netwerks ta’ stħarriġ għall-ferminelli — Miżura 3.2: ġestjoni tar-riskju tal-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara mill-attività turistika |
PARTI B
Tqassim indikattiv tal-baġit, b’indikazzjoni tar-riżultati varji mistennija
|
(f’Euro) |
||||
|
Sottoprogrammi |
Riżultati (S: forniment ta’ servizzi, R: riċerka jew xogħol ta’ studju) |
Nefqa eliġibbli |
Kontribuzzjoni finanzjarja nazzjonali |
Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni |
|
Is-sottoprogramm inter-DOM |
||||
|
Miżura 1.1 |
Għodda li tiddefinixxi l-prijorità tal-parassiti u l-mard soġġetti għall-kwarantina għad-Dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi (DOM) (R) |
63 000 |
25 200 |
37 800 |
|
Miżura 1.2 |
Metodi innovattivi ta’ detezzjoni tal-organiżmi li jagħmlu l-ħsara (R) |
120 000 |
48 000 |
72 000 |
|
Sub-total |
|
183 000 |
73 200 |
109 800 |
|
Martinique |
||||
|
Miżura 2 |
Netwerks ta’ sorveljanza ta’ parassiti u mard (S) |
93 500 |
37 400 |
56 100 |
|
Sub-total |
|
93 500 |
37 400 |
56 100 |
|
Il-Gwadelup |
||||
|
Miżura 3.1 |
Netwerks ta’ stħarriġ għall-ferminelli |
13 500 |
5 400 |
8 100 |
|
Miżura 3.2 |
Tmexxija tar-riskju tal-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara mill-attività turistika (S) |
10 000 |
4 000 |
6 000 |
|
Sub-total |
|
23 500 |
9 400 |
14 100 |
|
Ammont totali |
|
300 000 |
120 000 |
180 000 |