|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.087.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 263/2012
tat-23 ta’ Marzu 2012
li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 753/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011. |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Novembru 2011, fis-6 ta’ Jannar 2012, fit-13 ta’ Frar 2012, fl-1 ta’ Marzu 2012 u fis-16 ta’ Marzu 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, GRUPPI, IMPRIŻI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 4
|
A. |
Individwi assoċjati mat-Taliban
|
|
B. |
Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban” |
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/26 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 264/2012
tat-23 ta’ Marzu 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2) jipprojbixxi l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni mill-Unjoni lejn l-Iran ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna. |
|
(2) |
Il-miżuri adottati fir-Regolament (UE) Nru 961/2010 jirriflettu t-tħassib tal-Kunsill fuq in-natura tal-programm nukleari tal-Iran, filwaqt li l-miżuri adottati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (3) jirriflettu t-tħassib tiegħu dwar id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
|
(3) |
Il-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna hija miżura meħuda primarjament minħabba t-tħassib tal-Kunsill fir-rigward tad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u, bħala tali, għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) Nru 359/2011. Ir-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Fl-istess ħin, ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 se jiġi sostitwit b’Regolament ġdid u kkonsolidat li ma jinkludix il-miżura msemmija għall-prevenzjoni tar-repressjoni interna. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, id-Deċiżjoni 2012/168/PESK 23 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (4) tipprovdi miżura addizzjonali, jiġifieri projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tat-tagħmir li jissorvelja t-telekomunikazzjoni użat mir-reġim Iranjan. |
|
(6) |
Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tagħha. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran u f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, aktar persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011. |
|
(8) |
L-Anness II ta’ mar-Regolament (KE) Nru 359/2011, li jelenka l-awtoritajiet kompetenti li jiġu attribwiti lilhom funzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament, għandu jiġi aġġornat ukoll fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġiet ipprovduta reċentament mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa b'dan emendat kif ġej:
|
(1) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 1a Għandu jiġi pprojbit:
"Artikolu 1b 1. Huwa pprojbit li wieħed ibigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta, b'mod dirett jew b'mod indirett, tagħmir, teknoloġija jew softwer identifikata fl-Anness IV, kemm jekk joriġina jew le mill-Unjoni, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikat fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel. 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk dawn ikollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-softwer inkwistjoni se jintużaw għas-sorveljanza jew għall-interċettazzjoni, mill-gvern Iranjan, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji jew kwalunkwe persuna jew entità li topera jew f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, tal-komunikazzjoni tat-telefon jew tal-internet fl-Iran. 3. L-Anness IV għandu jinkludi tagħmir, teknoloġija jew softwer li jistgħu jintużaw għas-sorveljanza jew għall-interċettazzjoni tal-komunikazzjoni tal-internet jew tat-telefon. 4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba' ġimgħat wara l-awtorizzazzjoni.” “Artikolu 1c 1. Għandu jiġi pprojbit:
sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikata fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel, fuq il-bażi kif stabbilit fl-Artikolu 1b(2). 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c), “servizzi ta' sorveljanza jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet” tfisser dawk is-servizzi li jipprovdu, b'mod partikolari bl-użu ta' tagħmir, teknoloġija jew softwer kif identifikat fl-Anness IV, aċċess għal u twassil tad-dejta assoċjata ma' telekomunikazzjoni dieħla jew ħierġa u dejta assoċjata mat-telefonati għall-finijiet tal-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-ħżin tagħha jew kwalunkwe attività relatata oħra.” |
|
(2) |
Il-persuni elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness I. |
|
(3) |
It-test stabbilit fl-Anness II ta’ mar-Regolament jiżdied bħala Anness III. |
|
(4) |
It-test stabbilit fl-Anness III ta’ mar-Regolament jiżdied bħala Anness IV. |
|
(5) |
L-Anness II għandu jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness IV ta’ mar-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 195, 27.7.2010,p. 39.
(2) ĠU L 281, 27.10.2010, p. 1 -
(3) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1 -
(4) Ara paġna 85 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
Lista ta' persuni msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 1
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
ZARGHAMI Ezzatollah |
|
Bħala Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), huwa responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ipprogrammar. IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta' priġunieri u serje ta' "simulazzjonijiet ta' proċessi" f'Awwissu 2009 u f'Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess ġust u d-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
|
2. |
TAGHIPOUR Reza |
Post tat-Twelid: Maragheh (Iran) Data tat-Twelid: 1957 |
Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni. Bħala Ministru tal-informazzjoni, huwa wieħed mill-ogħla uffiċjali responsabbli miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-internet u anke kwalunkwe tip ta' komunikazzjoni (partikolarment it-telefons ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta' priġunieri politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tagħhom. F'diversi okkażjonijiet mill-aħħar elezzjoni presidenzjali u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefons ċellulari u s-servizzi tal-sms inqatgħu, il-kanali tat-televiżjoni satellitari ġew iġġamjati, l-internet ġie sospiż lokalment jew mill-anqas, tnaqqsitlu r-rapidità tiegħu. |
23.3.2012 |
|
3. |
KAZEMI Toraj |
|
Kurunell tal-pulizija tat-teknoloġija u l-komunikazzjoni, dan l-aħħar nieda kampanja ta' reklutaġġ ta' hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-internet u jkun ta' preġudizzju għal siti elettroniċi "li jagħmlu ħsara". |
23.3.2012 |
|
4. |
LARIJANI Sadeq |
Post tat-Twelid: Najaf (Iraq) Data tat-Twelid: 1960 jew Awwissu 1961 |
Kap tal-Ġudikatura. Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (retribut), hodoud (reat kontra Alla) u ta'zirat (reat kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjonijiet. F'dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta' piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir (attwalment 16-il persuna qegħdin taħt sentenza ta' tħaġġir), eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta' minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta' eluf ta' nies. Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta' kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċtu f'għajnejn l-ikkundanati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta' priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. L-eżekuzzjonijiet żdiedu ferm mill-2009. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan għar-rispett tad-dritt għal proċess ġust. |
23.3.2012 |
|
5. |
MIRHEJAZI Ali |
|
Viċi Kap tal-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem u Kap tas-Sigurtà. Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem responsabbli mit-tfassil tas-supressjoni tal-protesti li ilha tkun implimentata mill-2009. |
23.3.2012 |
|
6. |
SAEEDI Ali |
|
Rappreżentant tal-Mexxej fost il-Pasdaran mill-1995 wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta' din il-funzjoni uffiċjali huwa ċ-ċinga ta' trasmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej u l-apparat ta' repressjoni tal-Pasdaran. |
23.3.2012 |
|
7. |
RAMIN Mohammad-Ali |
Post tat-Twelid: Dezful (Iran) Data tat-Twelid: 1954 |
Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2010, kien direttament responsabbli mill-għeluq ta' bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, etc), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni u l-arrest tal-ġurnalisti. |
23.3.2012 |
|
8. |
MORTAZAVI Seyyed Solat |
Post tat-Twelid: Meibod (Iran) Data tat-Twelid: 1967 |
Viċi Ministru tal-Intern għall-Affarijiet Politiċi. Responsabbli mill-istruzzjoni ta' ripressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni. |
23.3.2012 |
|
9. |
REZVANI Gholomani |
|
Viċi Gvernatur ta' Rasht. Responsabbli minn ksur gravi tad-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
|
10. |
SHARIFI Malek Ajdar |
|
Kap tal-ġudikatura fil-Lvant tal-Ażerbajġan. Responsabbli minn ksur gravi tad-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
|
11. |
ELAHI Mousa Khalil |
|
Prosekutur ta' Tabriz. Responsabbli mill-istruzzjoni ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem tad-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
|
12. |
FAHRADI Ali |
|
Prosekutur ta' Karaj. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem billi talab il-piena tal-mewt għal minuri. |
23.3.2012 |
|
13. |
REZVANMANESH Ali |
|
Prosekutur. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem billi talab il-piena tal-mewt għal minuri. |
23.3.2012 |
|
14. |
RAMEZANI Gholamhosein |
|
Kmandant tal-IRGC Intelligence. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fuq persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni. Imexxi d-Dipartiment responsabbli għall-arrest u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti. |
23.3.2012 |
|
15. |
SADEGHI Mohamed |
|
Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti. |
23.3.2012 |
|
16. |
JAFARI Reza |
|
Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità. Responsabbli mill-arresti, id-detenzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta' bloggers u ġurnalisti. |
23.3.2012 |
|
17. |
RESHTE-AHMADI Bahram |
|
Viċi Prosekutur f'Tehran. Imexxi ċ-ċentru ta' prosekuzzjoni ta' Evin. Responsabbli miċ-ċaħda ta' drittijiet, inklużi drittijiet ta' żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn. |
23.3.2012 |
ANNESS II
It-test li ġej għandu jiġi inkluż bħala l-Anness III mar-Regolament (UE) Nru 359/2011.
"ANNESS III
Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 1a
|
1. |
Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
|
|
2. |
Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni. |
|
3. |
Vetturi kif ġej:
|
|
4. |
Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:
|
|
5. |
Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-LM 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:
|
|
6. |
Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mil-LM 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u softwer imfassal speċifikament għalihom. |
|
7. |
Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni. |
|
8. |
Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’. |
|
9. |
Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm. |
|
10. |
Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista. |
|
11. |
Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.” |
ANNESS III
It-test li ġej għandu jiġi inkluż bħala l-Anness IV mar-Regolament (UE) Nru 359/2011.
"ANNESS IV
It-tagħmir, it-teknoloġija u s-softwer imsemmija fl-Artikoli 1b u 1c
Nota Ġenerali
Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa mhux ser japplika għal:
|
(a) |
tagħmir, teknoloġija jew softwer li huma speċifikati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 428/2009 (1) jew il-Lista Militari Komuni; jew |
|
(b) |
softwer li huwa mfassal għall-installazzjoni mill-utent mingħajr aktar appoġġ sostanzjali mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħu mill-ħażniet f'postijiet ta' bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':
|
|
(c) |
softwer li huwa fid-dominju pubbliku. |
Il-kategoriji A, B, C, D u E jirreferu għall-kategoriji li jirriferi għalihom ir-Regolament (KE) Nru 428/2009.
It-“tagħmir, teknoloġija u softwer” imsemmija fl-Artikolu 1b huwa:
|
A. |
Lista ta' tagħmir
|
|
B. |
Mhux użati |
|
C. |
Mhux użati |
|
D. |
"Softwer" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq. |
|
E. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp", "il-produzzjoni" jew l"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq. |
Tagħmir, teknoloġija u softwer li jaqgħu f'dawn il-kategoriji huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u sorveljanza tal-komunikazzjonijiet bl-internet, bit-telefon u bis-satellita”.
Għall-fini ta' dan l-Anness, is-“sorveljanza” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-dejta tan-netwerk."
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
(2) IMSI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Huwa kodiċi uniku ta' identifikazzjoni għal kull tagħmir ta' telefonija mobbli, integrat fis-SIM card u li jippermetti l-identifikar ta' tali SIM permezz ta' netwerks ta' GSM u UMTS.
(3) MSISDN tirreferi għal Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Huwa numru li jidentifika b'mod uniku abbonament f'netwerk ta' telefonija mobbli GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefon għas-SIM card fit-telefon mobbli u għalhekk jidentifika lill-abbonat tat-telefon mobbli kif ukoll l-IMSI, iżda sabiex is-sejħiet jiġu trażmessi mingħandu.
(4) IMEI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Huwa numru, normalment uniku li jidentifika t-telefon mobbli GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll ċerti telefons satellitari. Normalment ikun ipprintjat ġol-kompartiment tal-batterija tat-telefon. L-interċettar (interċettar tal-linji telefoniċi) jista' jiġi speċifikat min-numru IMEI tiegħu kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN.
(5) TMSI tirreferi għal Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat mobbli). Hija l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn l-apparat mobbli u n-netwerk.
(6) SMS tirreferi għal Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).
(7) GSM tirreferi għal Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).
(8) GPS tirreferi għal Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).
(9) GPRS tirreferi għal General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).
(10) UMTS tirreferi għal Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).
(11) CDMA tirreferi għal Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).
(12) PSTN tirreferi għal Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).
(13) DHCP tirreferi għal Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).
(14) SMTP tirreferi għal Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).
(15) GTP tirreferi għal GPRS Tunneling Protocol.
ANNESS IV
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandu jiġi sostiwit bit-test li jmiss:
"ANNESS II
Siti tal-internet għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
Il-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
Il-BULGARIJA
http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
L-ITALJA
http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
IL-PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) |
|
Uffiċċju EEAS 02/309 |
|
B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju) |
|
L-indirizz tal-email: relex-sanctions@ec.europa.eu". |
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/37 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 265/2012
tat-23 ta’ Marzu 2012
li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(2) |
Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet addizzjonali fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif imniżżel fl-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(3) |
L-informazzjoni relatata ma' persuna waħda fuq il-lista fl-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandha tiġi aġġornata. |
|
(4) |
L-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jiġi emendat kif adatt, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS I
L-entrata għall-persuna msemmija hawn taħt għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
Ismijiet Traskrizzjonijiet tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Post u data tat-twelid |
Pożizzjoni |
||||||||||||||||
|
1. |
Mazouka Anzhalika Mikhailauna Mazovko, Anzhelika Mikhailovna (Mazovka Anzhelika Mikhailovna) |
Мазоўка Анжалiка Мiхайлаўна |
Мазовкo Анжелика Михайловна (Мазовкa Анжелика Михайловна) |
|
Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Sovetski ta' Minsk. Fl-2010-2011 hija mmultata jew ikkundannata lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għall-protesti paċifiċi tagħhom għal sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:
Ripetutament imponiet sentenzi ta' priġunerija kontra dawk involuti fi protesti paċifiċi u konsegwentement hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja. |
ANNESS II
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2
Persuni
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Post u data tat-twelid |
Pożizzjoni |
|
1. |
Chyzh, Iury Aliaksandravich (Chyzh, Yury Aliaksandravich) Chizh, Iuri Aleksandrovich (Chizh, Yuri Aleksandrovich) |
ЧЫЖ, Юрый Аляксандравiч |
ЧИЖ, Юрий Александрович |
Post tat-twelid: Soboli, Bierezowskij Rajon, Brestkaja Oblast (Соболи, Березовский район, Брестская область) Data tat-twelid 28.03.1963 Nru tal-passaport: SP 0008543 (il-validità attwali hija dubjuża). |
Iury Chyzh jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim ta' Lukashenko permezz tal-kumpannija holding tiegħu LLC Triple li hija attiva f'għadd ta' setturi tal-ekonomija tal-Bjelorussja, inklużi attivitajiet li jirriżultaw minn għotjiet pubbliċi u konċessjonijiet mir-reġim. Il-pożizzjonijiet li huwa għandu fil-qasam sportiv, speċjalment bħala President tal-Bord tal-Klabb tal-Futbol FC Dynamo Minsk u President tal-Federazzjoni tal-Bjelorussja tal-Lotta, jikkonfermaw l-assoċjazzjoni tiegħu mar-reġim. |
|
2. |
Anatoly Ternavsky |
Анатолий Тернавский |
|
Twieled fl-1950 |
Persuna qrib membri tal-familja tal-President Lukashenko; sponsor tal-Klabb tal-Isports tal-President. L-attivitajiet kummerċjali ta' Ternavsky fiż-żejt u prodotti taż-żejt juru r-relazzjoni mill-qrib tiegħu mar-reġim, b'kont meħud tal-monopolju tal-Istat fuq is-settur tal-irfinar taż-żejt u l-fatt li ftit individwi huma intitolati li joperaw fis-settur taż-żejt. Il-kumpannija tiegħu Univest-M hija waħda mill-akbar żewġ kumpanniji privati tal-esportazzjoni taż-żejt fil-Bjelorussja. |
|
3. |
Zhuk Alena Siamionauna (Zhuk Alena Syamionauna) Zhuk Elena Semenovna (Zhuk Yelena Semyonovna) |
Жук Алена Сямёнаўна |
Жук Елена Семеновна |
|
Imħallef tal-qorti distrettwali ta' Pervomayskij f'Vitsebsk. Fl-24 ta' Frar 2012, hija kkundannat lil Syarhei Kavalenka, li ilu jitqies bħala priġunier politiku mill-bidu ta' Frar 2012, għal sentejn u xahar il-ħabs talli kiser il-probation. Hija kienet responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuna għaliex hija ċaħdet lil Syarhei Kavalenka mid-dritt ta' proċess ġust. Preċedentement Syarhei Kavalenka kien ingħata sentenza sospiża talli dendel barra f'Vitsebsk bandiera bajda-ħamra-bajda storika li kienet ġiet ipprojbita. Is-sentenzasussegwenti mogħtija minn Alena Zhuk kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta mqabbla man-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet tagħha jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
4. |
Lutau Dzmitry Mikhailavich Lutov Dmitri Mikhailovich (Lutov Dmitry Mikhailovich) |
Лутаў Дзмiтрый Мiхайлавiч |
Лутов Дмитрий Михайлович |
|
Prosekutur fil-proċess ta' Syarhei Kavalenka li ngħata sentenza ta' sentejn u xahar il-ħabs talli kiser il-probation. Preċedentement Syarhei Kavalenka kien ingħata sentenza sospiża li dendel barra bandiera bajda-ħamra-bajda, simbolu tal-moviment tal-oppożizzjoni, fuq siġra tal-Milied f'Vitsebsk. Is-sentenza sussegwenti mogħtija mill-imħallef li ppresjeda l-kawża kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta mqabbla man-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet ta' Lutau jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
5. |
Atabekau Khazalbek Bakhtibekavich Atabekov Khazalbek Bakhtibekovich |
Атабекаў Хазалбек Бактiбекавiч |
Атабеков Хазалбек Баxтибекович (Атабеков Кхазалбек Баxтибекович) |
|
Kurunell, kmandant ta' brigata speċjali tat-Truppi Interni fis-subborg ta' Uruchie f'Minsk. Huwa kkmanda l-unità tiegħu matul ir-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010 fejn intużat forza eċċessiva. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
6. |
Charnyshou Aleh Chernyshev Oleg A. |
Чарнышоў Алег |
Черышев Олег А |
|
Kurunell, kap tal-unità ta' kontra t-terroriżmu tal-KGB - unità "Alpha". Huwa pparteċipa personalment fi trattament inuman u degradanti tal-attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienujikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
7. |
Arlau Aliaksey (Arlau Aliaksei) Arlau Aliaksandr Uladzimiravich Orlov Aleksei (Orlov Alexey) Orlov Aleksandr Vladimirovich (Orlov Alexandr Vladimirovich) |
Apлaў Аляксей Apлaў Аляксандр Уладзiмiравiч |
Opлов Алексей Opлов Александр Владимирович |
|
Kurunell, kap taċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk. Huwa kien personalment responsabbli għal trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti ta' dawk li kienu miżmuma matul il-ġimgħat u x-xhur wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
8. |
Sanko Ivan Ivanavich Sanko Ivan Ivanovich |
Санько Iван Iванавiч |
Санько Иван Иванович |
|
Maġġur, investigatur anzjan tal-KGB. Huwa wettaq investigazzjonijiet li inkludew l-użu ta' provi ffalsifikati kontra l-attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem billi ċaħħad id-dritt ta' proċess ġust u l-ksur tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
9. |
Traulka Pavel Traulko Pavel |
Траулька Павел |
Траулько Павел |
|
Tenent Kurunell, ex operattiv tal-counter-intelligence militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja li għadu kif ġie ffurmat). Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti u ċaħħad id-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxuksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
10. |
Sukhau Dzmitri Viachaslavavich (Sukhau Dzimitry Vyachyaslavavich) Sukhov Dmitri Vyacheslavovich (Sukhov Dmitry Viacheslavovich) |
Сухаў Дзмiтрi Вячаслававiч |
Сухов Дмитрий Вячеславович |
|
Tenent Kurunell, operattiv tal-counter-intelligence militari tal-KGB. Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
11. |
Alinikau Siarhei Aliaksandravich (Alinikau Siarhey Alyaksandravich) Aleinikov Sergei Aleksandrovich |
Алиникаў Сяргей Аляксандравич |
Алeйникoв Сергей Aлександрович |
|
Maġġur, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov, tefa' pressjoni fuq priġunieri politiċi billi ċaħħadhom mid-drittijiet tagħhom ta' korrispondenza u żjarat, ħareġ ordnijiet biex jiġu soġġetti għal reġim penali aktar strett, tiftix u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
12. |
Shamionau Vadzim Iharavich Shamenov Vadim Igorevich (Shamyonov Vadim Igorevich) |
Шамёнаў Вадзiм Iгаравiч |
Шамёнов Вадим Игоревич |
|
Kaptan, kap tal-unità operattiva tal-Kolonja Penali IK-17 fi Shklov. Huwa tefa' pressjoni fuq il-priġunieri politiċi, ċaħħadhom mid-drittijiet tagħhom ta' korrispondenza u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti. L-azzjonijiet tiegħu kienujikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
Entitajiet
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
1. |
LLC Delovaya Set |
ООО Деловая сеть |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
2. |
CJSC Sistema investicii i inovacii |
ЗАО Системы инвестиций и инноваций |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
3. |
PUC Sen-Ko |
ЧУП Сен-Ко |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
4. |
PUC BT Invest |
ЧУП БТ Инвест |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
5. |
The Spirit and Vodka Company Aquadiv |
Малиновщизненский спиртоводочный завод Аквадив |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
6. |
Beltekh Holding |
Белтех Холдинг |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
7. |
Spetspriborservice |
Спецприборсервис |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
8. |
Tekhnosoyuzpribor |
Техносоюзприбор |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
9. |
LLC Triple |
ООО ТРАЙПЛ |
|
Pobediteley Vjal 51/2, Kamra 15 220035 Minsk Республика Беларусь, 220035 Минск, проспект Победителей, дом 51, корпус 2, помещение 15 |
Kumpannija holding ta' Iury Chyzh. Iury Chyzh jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim ta' Lukashenko speċjalment permezz tal-kumpannija holding tiegħu LLC Triple. |
|
10. |
JLLC Neftekhimtrading |
СООО НефтеХимТрейдинг |
|
Irreġistrata fl- 2002, Minsk |
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
11. |
CJSC Askargoterminal |
ЗАО Аскарготерминал |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
12. |
LLC Triple Metal Trade |
ООО Трайплметаллтрейд |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
13. |
JSC Berezovsky KSI |
ОАО Березовский комбинат силикатных изделий |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
14. |
JV LLC Triple-Techno |
СП ООО Трайпл-Техно |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
15. |
JLLC Variant |
СООО Вариант |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
16. |
JLLC Triple-Dekor |
СООО Трайпл-Декор |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
17. |
JCJSC QuartzMelProm |
СЗАО Кварцмелпром |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
18. |
JCJSC Altersolutions |
СЗАО Альтерсолюшнс |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
19. |
JCJSC Prostoremarket |
СЗАО Простомаркет |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
20. |
JLLC AquaTriple |
СП ООО Акватрайпл |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
21. |
LLC Rakowski browar |
ООО Ракаўскi бровар |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
22. |
MSSFC Logoysk |
ГСОК Логойск |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
23. |
Triple-Agro ACC |
Трайпл-Агро |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
24. |
CJCS Dinamo-Minsk |
ЗАО ФК Динамо-Минск |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
25. |
JLLC Triplepharm |
СООО Трайплфарм |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
26. |
LLC Triple-Veles |
ООО Трайплфарм |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
27. |
Univest-M |
Юнивест |
|
|
Entità kkontrollata minn Anatoly Ternavsky |
|
28. |
FLLC Unis Oil |
ИООО Юнис Ойл |
|
|
Sussidjarja ta' Univest-M. |
|
29. |
JLLC UnivestStroyInvest |
СООО ЮнивестСтройИнвест |
|
|
Sussidjarja ta' Univest-M. |
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/45 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 266/2012
tat-23 ta’ Marzu 2012
li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK (2) li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (3) dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet oħra fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entità inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 36/2012 għandhom jiġu emendati, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 36/2012.
Artikolu 2
Fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, l-entrati għall-persuni u entità elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati kif jinsabu fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) Ara paġna 103 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' meta nżdiedu mal-lista |
|
1. |
Anisa Al Assad (a.k.a. Anisah Al Assad) |
Data tat-twelid: 1934 Kunjom tax-xbubija: Makhlouf |
Omm il-President Al-Assad. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan, Bashar Al Assad, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu. |
23.3.2012 |
|
2. |
Bushra Al Assad (magħrufa wkoll bħala Bushra Shawkat) |
Data tat-twelid: 24.10.1960 |
Oħt Bashar al Assad, u mart Asif Shawkat, Deputat Kap tal-Persunal għas-Sigurtà u t-Tkixxif. Minħabba r-relazzjoni mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan Bashar Al Assad u persuni oħra fil-qalba tar-reġim Sirjan, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu. |
23.3.2012 |
|
3. |
Asma Al Assad (magħrufa wkoll bħala Asma Fawaz Al Akhras) |
Data tat-twelid: 11.08.1975 Post tat-twelid: Londra, Renju Unit Numru tal-passaport: 707512830 jiskadi fit- 22/9/2020 Kunjom tax-xbubija: Al Akhras |
Mart Bashar Al Assad. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan Bashar Al Assad, hija tibbenefika mir-Reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu. |
23.3.2012 |
|
4. |
Manal Al Assad (magħrufa wkoll bħala Manal Al Ahmad) |
Data tat-twelid: 02.02.1970 Post tat-twelid: Damasku Numru tal-passaport (Sirjan): 0000000914 Kunjom tax-xbubija: Al Akhras |
Mart Maher Al Assad, u bħala tali tibbenefika mir-reġim u hija assoċjata mill-qrib miegħu. |
23.3.2012 |
|
5. |
Imad Mohammad Deeb Khamis |
Data tat-twelid: 1 ta' Awwissu 1961 Post tat-twelid: viċin Damasku |
Minister of Electricity. Responsabbli għall-użu tal-qtugħ tad-dawl bħala metodu ta' repressjoni. |
23.3.2012 |
|
6. |
Omar Ibrahim Ghalawanji |
Data tat-twelid: 1954 Post tat-twelid: Tartus |
Ministru tal-Amministrazzjoni Lokali. Responsabbli għall-awtoritajiet tal-gvern lokali u għalhekk responsabbli għar-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili mill-gvernijiet lokali. |
23.3.2012 |
|
7. |
Joseph Suwaid |
Data tat-twelid: 1958 Post tat-twelid: Damasku |
Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim. |
23.3.2012 |
|
8. |
Ghiath Jeraatli |
Data tat-twelid: 1950 Post tat-twelid: Salamiya |
Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim. |
23.3.2012 |
|
9. |
Hussein Mahmoud Farzat |
Data tat-twelid: 1957 Post tat-twelid: Hama |
Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim. |
23.3.2012 |
|
10. |
Yousef Suleiman Al-Ahmad |
Data tat-twelid: 1956 Post tat-twelid: Hasaka |
Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim. |
23.3.2012 |
|
11. |
Hassan al-Sari |
Data tat-twelid: 1953 Post tat-twelid: Hama |
Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim. |
23.3.2012 |
|
12. |
Mazen al-Tabba |
Data tat-twelid: 01.01.1958 Post tat-twelid: Damasku Numru tal-Passaport (Sirjan): 004415063 jiskadi fis- 06.05.2015 |
Sħab fin-negozju ma' Ihab Makhlouf u Nizar al-Assad (sanzjonati fit-23/08/2011); kopropjetarju, ma' Rami Makhlouf, tas-soċjetà ta' kambju Al-Diyar lil Saraafa li jappoġġa l-politika tal-Bank Ċentrali tas-Sirja. |
23.3.2012 |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' meta nżdiedu mal-lista |
||||||||
|
1. |
Syrian Petroleum company |
|
Kumpannija taż-żejt statali. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. |
23.3.2012 |
||||||||
|
2. |
Mahrukat Company (Il-Kumpannija Sirjana għall-Ħażna u d-Distribuzzjoni ta' Prodotti ta' Żejt mhux maħdum) |
|
Kumpannija taż-żejt statali. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. |
23.3.2012 |
ANNESS II
Persuni u entità msemmija fl-Artikolu 2
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||
|
1. |
Tarif Akhras |
Twieled fit-02 ta' Ġunju 1951 f'Homs, is-Sirja Passaport Sirjan nru 0000092405 |
Negozjant prominenti li jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim. Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u ex President għall-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs. Relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib mal-familja tal-President Al-Assad. Membru tal-Bord tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Sirjana. Ipprovda bini industrijali u residenzjali għal kampijiet ta' detenzjoni improviżati, kif ukoll appoġġ loġistiku għar-reġim (xarabanks u tankijiet tat-tagħbija) |
2.9.2011 |
|||||
|
2. |
Issam Anbouba |
Twieled fl-1952 f'Homs, is-Sirja |
President ta' Anbouba għal Agricultural Industries Co. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. |
2.9.2011 |
|||||
|
3. |
Ra'if Al-Quwatly (magħruf ukoll bħala Ri’af Al-Quwatli magħruf ukoll bħala Raeef Al-Kouatly) |
|
Assoċjat fin-negozju ma' Maher Al-Assad u responsabbli għall-ġestjoni ta' xi wħud mill-interessi tan-negozju tiegħu; jipprovdi finanzjament lir-reġim |
23.6.2011 |
|||||
|
4. |
Bassam Sabbagh |
Twieled fl-24 ta' Awwissu fl-1959 f'Damasku. Indirizz: Kasaa, Anwar al Attar Street, al Midani building, Damascus. Passaport Sirjan nru 004326765 maħruġ fit-2 ta' Novembru 2008, validu sa Novembru 2014. |
Kunsillier legali u finanzjarju u jiġġestixxi l-affarijiet ta' Rami Makhlouf u ta' Khaldoun Makhlouf. Involut ma' Bashar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f' Latakia. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
14.11.2011 |
|||||
|
5. |
Mohamed Hamcho |
Twieled fl-20 ta' Mejju 1966; Nru tal-passaport 002954347 |
Negozjant Sirjan u aġent lokali għal diversi kumpanniji barranin; assoċjat ta' Maher al-Assad, jiġġestixxi parti mill-interessi finanzjarji u ekonomiċi tiegħu u jipprovdi finanzjament lir-reġim. |
23.5.2011 |
|||||
|
6. |
El-Tel Co. (El-Tel Middle East Company) |
|
Manifattura u forniment ta' torrijiet ta' komunikazzjoni u trasmissjoni u tagħmir ieħor għall-armata Sirjana. |
23.9.2011 |
|||||
|
7. |
Rami Makhlouf |
Twieled fl-10 ta' Lulju 1969 f'Damasku, Nru tal-passaport 454224 |
Negozjant Sirjan; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; jikkontrolla l-fondi ta' investiment Al Mahreq, Bena Properties, Cham Holding Syriatel, Souruh Company u jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim. |
9.5.2011 |
|||||
|
8. |
Ihab (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf |
Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N002848852 |
President ta' Syriatel, li jħallas 50 % tal-profitti tiegħu lill-gvern Sirjan permezz tal-kuntratt ta' liċenzja tiegħu. |
23.5.2011 |
DEĊIŻJONIJIET
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/166/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 26(2),
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (minn hawn ’il quddiem l-“Istrateġija tal-UE”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri sabiex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni. |
|
(2) |
L-Istrateġija tal-UE tissottolinja r-rwol kruċjali tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem “CWC”) u tal-OPCW fil-ħolqien ta’ dinja ħielsa minn armi kimiċi. Bħala parti mill-Istrateġija tal-UE, l-Unjoni impenjat ruħha li taħdem lejn l-aderenza universali għal trattati u ftehimiet ewlenin ta’ diżarm u non-proliferazzjoni, inkluża s-CWC. L-objettivi tal-Istrateġija tal-UE huma komplementari għall-objettivi segwiti mill-OPCW, fil-kuntest tar-responsabbiltà ta’ din tal-aħħar għall-implimentazzjoni tas-CWC. |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/797/PESK dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (1), li mal-iskadenza tagħha ġiet sussegwita mill-Azzjoni Konġunta 2005/913/PESK (2), li min-naħa tagħha ġiet sussegwita mill-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK (3). L-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK ġiet sussegwita mid-Deċiżjoni 2009/569/PESK (4) li skadiet fit-3 ta’ Diċembru 2011. |
|
(4) |
Il-kontinwazzjoni ta’ tali assistenza intensiva u mmirata mill-Unjoni għall-OPCW hija meħtieġa fil-kuntest tal-implimentazzjoni attiva tal-Kapitolu III tal-Istrateġija tal-UE. Hemm ħtieġa għal aktar attivitajiet li jippromwovu l-implimentazzjoni sħiħa tas-CWC kif ukoll attivitajiet li jtejbu t-tħejjija tal-Istati Partijiet għas-CWC (minn hawn ’il quddiem l-“Istati Partijiet”) għall-prevenzjoni ta’ u r-rispons għal attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi tossiċi, kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-attivitajiet kimiċi, u l-abbiltà tal-OPCW li tadatta għall-iżviluppi fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija. Il-miżuri relatati mal-universalizzazzjoni tas-CWC għandhom jitkomplew u jiġu adattati u mmirati għan-numru li qed jonqos ta’ Stati mhux Partijiet għas-CWC, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Bil-fini li tingħata applikazzjoni immedjata u prattika lil xi elementi tal-Istrateġija tal-UE, l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW, bl-objettivi li ġejjin:
|
— |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Partijiet biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt is-CWC, u |
|
— |
it-tisħiħ tat-tħejjija tal-Istati Partijiet għall-prevenzjoni ta’ u r-rispons għal attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi tossiċi, |
|
— |
it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam ta’ attivitajiet kimiċi, |
|
— |
l-appoġġ għall-abbiltà tal-OCPW li tadatta għall-iżviluppi fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, |
|
— |
il-promozzjoni tal-universalità billi Stati mhux Partijiet jiġu mħeġġa jaderixxu mas-CWC. |
2. F’dan il-kuntest, l-attivitajiet appoġġati mill-UE tal-proġetti tal-OPCW, li jikkonformaw mal-miżuri tal-Istrateġija tal-UE għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
Proġett I: Implimentazzjoni Nazzjonali, Verifika u Universalità Attivitajiet:
|
|
|
Proġett II: Kooperazzjoni Internazzjonali Attivitajiet:
|
|
|
Proġett III: Żjarat mir-rappreżentanti tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW u minn osservaturi fil-faċilitajiet tal-qerda ta’ armi kimiċi (CWDFs) Attivitajiet:
|
|
|
Proġett IV: Xjenza u Teknoloġija Attivitajiet:
|
|
|
Proġett V: Tħejjija tal-Istati Partijiet għall-prevenzjoni ta’ u r-rispons għal attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi Attivitajiet:
|
|
|
Proġett VI: Programm tal-Afrika Attivitajiet:
Deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet appoġġati mill-Unjoni tal-OPCW imsemmija hawn fuq tinsab fl-Anness. |
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mis-Segretarjat Tekniku tal-OPCW (minn hawn ’il quddiem is-“Segretarjat Tekniku”). Huwa għandu jwettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll tar-RGħ. Għal dan il-fini, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mas-Segretarjat Tekniku.
Artikolu 3
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 2 140 000.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mas-Segretarjat Tekniku. Il-ftehim għandu jistipula li s-Segretarjat Tekniku għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara it-23 ta’ Marzu 2012. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikulta f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.
Artikolu 4
Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjijin mis-Segretarjat Tekniku. Ir-rapporti tar-RGħ għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta’ finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dakinhar.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 63.
(2) ĠU L 331, 17.12.2005, p. 34.
ANNESS
Appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva
Proġett I: Implimentazzjoni Nazzjonali, Verifika u Universalità
Objettiv:
Tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Partijiet biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt is-CWC u biex Stati mhux Partijiet għas-CWC jiġu mħeġġa jifhmu aħjar il-benefiċċji jekk jaderixxu mas-CWC u jkunu involuti aktar fl-attivitajiet tal-OPCW.
Fini:
|
— |
Fini 1 — L-Istati Partijiet jagħmlu progress lejn:
|
|
— |
Fini 2 — Stati mhux Partijiet għas-CWC jiġu aktar involuti f’attivitajiet tal-OPCW u jsiru jifhmu aktar is-CWC u l-benefiċċji tagħha. |
Riżultati:
|
— |
Riżultat 1
|
|
— |
Riżultat 2
|
Attivitajiet:
|
|
Żjarat bilaterali ta' assistenza teknika: Ser jingħata appoġġ lil Stati Partijiet permezz ta’ żjarat ta’ assistenza teknika li ser jitfasslu fuq bażi ta’ każ b’każ u jsiru biex tingħata assistenza ffukata biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-talbiet magħmulin mill-Istati Partijiet. In-natura ta’ dan l-appoġġ ser tinkludi sforzi ta’ sensitizzazzjoni u komunikazzjoni permezz ta’ workshops ta’ sensibilizzazzjoni nazzjonali, korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzati, assistenza għall-abbozzar ta’ leġislazzjoni implimentattiva nazzjonali u miżuri relatati, u s-suġġetti relatati mal-industrija fl-Artikolu VI għas-CWC. Skont l-objettiv tagħhom, dawn iż-żjarat ser jinkludu ħidma kkoordinata li tinvolvi, kif adatt, il-Fergħa ta' Appoġġ għall-Implimentazzjoni tas-Segretarjat Tekniku, l-Uffiċċju tal-Konsulent Legali, il-Fergħa tad-Dikjarazzjonijiet u l-Fergħa tal-Verifika tal-Industrija. |
|
|
Taħriġ ta’ uffiċjali tad-dwana dwar l-aspetti tekniċi tar-reġim ta’ trasferimenti tas-CWC: Ġie pprovdut appoġġ għall-uffiċjali tad-dwana taħt l-Azzjoni Konġunta 2005/913/PESK, l-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK u d-Deċiżjoni 2009/569/PESK. Abbażi ta’ esperjenza miksuba, ser issir komunikazzjoni ma’ uffiċjali tad-dwana permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ bil-ħsieb li jittejbu l-ġbir u t-trasmissjoni ta’ data dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi skedati lill-awtoritajiet nazzjonali. Il-korsijiet ta’ taħriġ reġjonali u subreġjonali li se jsiru ser joffru dimostrazzjonijiet u eżerċizzji prattiċi u b’involviment dirett. Ser isir kors reġjonali wieħed fir-reġjun tal-Amerika Latina u l-Karibew u ser isir kors subreġjonali wieħed fir-reġjun Asjatiku. Il-korsijiet ser isiru mill-Fergħa ta' Appoġġ għall-Implimentazzjoni tas-Segretarjat Tekniku bil-ħila esperta teknika mill-Fergħa tad-Dikjarazzjonijiet. |
|
|
Għotjiet lill-awtoritajiet nazzjonali: L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Partijiet li qed jiżviluppaw ta' spiss jiġu mxekkla fl-abbiltà tagħhom li jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi taħt is-CWC minħabba nuqqas ta' tagħmir bażiku (kompjuters, printers, software, magni tal-ikkuppjar eċċ). Jekk l-awtoritajiet nazzjonali jingħataw tagħmir bażiku tal-uffiċċju, huma jkollhom l-opportunità li jiżviluppaw livell ogħla ta' effiċjenza u professjonaliżmu fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw is-CWC. Id-disponibbiltà ta' tali tagħmir ser tintuża wkoll bħala inċentiva għall-awtoritajiet nazzjonali biex jimpenjaw ruħhom b'mod aktar attiv fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw is-CWC, b'mod partikolari jekk id-disponibbiltà ta' dan it-tagħmir issir tiddependi fuq il-kisba ta' ċerti miri ddefiniti minn qabel. Dawn il-miri ser jiġu ddefiniti fuq bażi ta' każ b'każ u f'konsultazzjoni mal-Istati Partijiet ikkonċernati. |
|
|
Għodda ta' tagħlim elettroniku għall-awtoritajiet nazzjonali/ partijiet interessati assoċjati: Sabiex jiġu massimizzati opportunitajiet ta' taħriġ wiċċ imb' wiċċ, l-elementi bażiċi u ġeneriċi tat-taħriġ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-OPCW ser isiru disponibbli f'format elettroniku, u ser jiġu tradotti għal-lingwi uffiċjali kollha tal-OPCW (l-Għarbi, iċ-Ċiniż, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Ispanjol u r-Russu). F'konformità ma' dan, ħames moduli ta' tagħlim elettroniku, ibbażati fuq materjali eżistenti fis-Segretarjat Tekniku, ser jiġu żviluppati bl-użu tas-servizzi ta' fornitur kummerċjali. Il-preżentazzjonijiet li qed jintużaw attwalment li jkunu konvertiti f'għodod ta' tagħlim elettroniku huma dawn li ġejjin:
|
|
|
Komunikazzjoni ma’ Stati mhux Partijiet għas-CWC: Ir-rappreżentanti ta’ Stati mhux Partijiet għas-CWC li huma f’pożizzjoni li jinfluwenzaw azzjonijiet nazzjonali relatati mal-adeżjoni/ir-ratifika u dawk involuti direttament fi kwistjonijiet ta’ rilevanza għas-CWC ser jiġu sponsorjati biex jattendu programmi differenti organizzati mid-Diviżjoni Internazzjonali ta’ Koperazzjoni u Assistenza (ICA). Dawn il-programmi ser jinkludu workshops reġjonali għall-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Partijiet u workshops reġjonali għall-awtoritajiet tad-dwana. Fejn meħtieġ, il-membri tal-persunal tad-Diviżjoni tar-Relazzjonijiet Esterni tas-Segretarjat Tekniku ser jiġu sponsorjati wkoll biex jattendu dawn il-laqgħat sabiex iwettqu l-kuntatti u l-interazzjoni meħtieġa mal-parteċipanti sponsorjati mill-Istati mhux Partijiet għas-CWC. Barra minn hekk, u kif ikun meħtieġ, f’din l-iskema ta’ appoġġ għall-Istati mhux Partijiet għas-CWC, huma previsti wkoll żjarat u arranġamenti mfasslin apposta biex jinvolvu l-Istati mhux Partijiet għas-CWC. |
|
|
Investigazzjoni ta' eżerċizzji ta' użu allegat: Mid-dħul fis-seħħ tas-CWC, is-Segretarjat Tekniku, ħafna drabi f'kooperazzjoni mal-Istati Partijiet, wettaq għadd ta' eżerċizzji marbuta mal-Artikoli IX u X tas-CWC, inklużi ż-żewġ investigazzjonijiet ta' użu allegat (IAU) u ispezzjonijiet ta' sfida (CI). Għalkemm ħafna lezzjonijiet meħuda f'rabta ma' eżerċizzji ta' CI japplikaw għall-IAU, u viċi versa, qatt ma saret reviżjoni komprensiva. F’tali reviżjoni komprensiva ser jiġu analizzati l-lezzjonijiet miksuba u rapporti ta' evalwazzjoni preċedenti minn eżerċizzji ta' IAU u CI (kemm ta' simulazzjoni kif ukoll fil-post), u ser jiġi organizzat workshop biex jitlaqqgħu esperti involuti f'tali eżerċizzji sabiex jaqsmu l-aħjar prassi, u biex jagħtu informazzjoni utli għal eżerċizzji futuri, speċjalment f'rabta ma' investigazzjonijiet ta' użu allegat. |
Proġett II: Kooperazzjoni Internazzjonali
Objettiv:
|
— |
Biex jissaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku u teknoloġiku permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-kimika għal attivitajiet li l-finijiet tagħhom mhumiex projbiti taħt is-CWC |
|
— |
Biex jiġu promossi l-missjoni tal-OPCW u l-objettivi tas-CWC permezz ta' impenn aktar b'saħħtu tal-Istati Partijiet f'inizjattivi ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-użu paċifiku tal-kimika |
Fini:
|
— |
Fini 1 — Biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-laboratorji li huma ffinanzjati pubblikament fi Stati Partijiet b’ekonomiji li qed jiżviluppaw jew ekonomiji fi transizzjoni biex jimplimentaw is-CWC fil-qasam tal-użu paċifiku tal-kimika |
|
— |
Fini 2 — Biex Stati Partijiet b'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew ekonomiji fi transizzjoni jiġu megħjuna jsaħħu l-approċċi għall-ġestjoni tas-sikurezza kimika f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju tal-industrija kimika |
Riżultati:
|
— |
Riżultat 1 — Livell ogħla ta’ kompetenza teknika f’laboratorji ffinanzjati pubblikament fi Stati Partijiet b’ekonomiji li qed jiżviluppaw jew ekonomiji fi transizzjoni biex jiġu analizzati sustanzi kimiċi relatati mal-implimentazzjoni nazzjonali tas-CWC u fl-applikazzjoni paċifika ta’ kimika li tuża metodi analitiċi moderni speċjalment Kromatografija tal-Gass (GC) u Kromatografija tal-Gass / Spettrometrija tal-Massa (GC-MS). |
|
— |
Riżultat 2 — Livelli mtejba ta’ kompetenza u fehim mill-persunal ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet industrijali u l-awtoritajiet nazzjonali/istituzzjonijiet governattivi ta’ Stati Partijiet li l-ekonomiji tagħhom qed jiżviluppaw jew qegħdin fi transizzjoni rigward prattiki ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-proċessi |
Attivitajiet:
|
|
Kors għall-iżvilupp ta’ ħiliet analitiċi: Il-kors ser isir fuq perijodu ta' ġimagħtejn, li matulhom il-parteċipanti ser jirċievu taħriġ teoretiku u esperjenza b'involviment dirett fil-GC u GC-MS. Is-suġġetti koperti jinkludu: hardware; validazzjoni u ottimizzazzjoni tas-sistemi; soluzzjoni ta' problemi; tħejjija ta' kampjuni ambjentali; u analiżi GC/GC-MS ta' tali kampjuni għal sustanzi kimiċi b'rabta mas-CWC. Il-parteċipanti ser jirċievu wkoll taħriġ intensiv b'involviment dirett fit-tħejjija ta' matriċi kampjuni differenti li għandhom jiġu analizzati bil-GC b'detetturi selettivi skont l-element u b'GC MS f''modi ta' impatt ta' elektrons u ijonizzazzjoni kimika. Finalment, il-parteċipanti ser issirilhom introduzzjoni għal firxa ta' proċeduri ta' estrazzjoni, tindif u derivatizzazzjoni. Il-kors ser jiġi implimentat bl-appoġġ ta' VERIFIN, istituzzjoni magħrufa magħżula permezz ta' proċess ta' għoti tal-offerti trasparenti, u li l-OPCW daħlet magħha fi ftehim ta' 5 snin. |
|
|
Komunikazzjoni mal-Industrija — Workshop dwar is-CWC u s-Sikurezza tal-Proċess Kimiku: Dan il-workshop ser jitqassam fuq jumejn u nofs. Hu ser ikopri, fost l-oħrajn, kwistjonijiet ta' sigurtà u sikurezza fl-industrija kimika; strateġiji ta' ġestjoni kimika; ġestjoni tas-sikurezza tal-proċess kimiku; l-aħjar prattiki fl-industrija; u introduzzjoni għal Responsible Care®. Ser tiġi ppreżentata wkoll ħarsa ġenerali tas-CWC u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali fl-ewwel laqgħa. Ser jiġi organizzat seminar reġjonali wieħed fir-reġjun tal-Amerika Latina u l-Karibew u jekk ikun meħtieġ, ser tiġi pprovduta traduzzjoni għall-Ispanjol. |
Proġett III: Żjarat mir-rappreżentanti tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW u minn osservaturi fis-CWDFs
Objettiv:
Tiġi avvanzata u żgurata t-tneħħija tal-istokkijiet ta’ armi kimiċi u l-faċilitajiet ta' produzzjoni soġġett għall-miżuri ta’ verifika previsti fis-CWC.
Finijiet:
|
— |
Fini 1 — L-Istati Partijiet ikunu jistgħu jissorveljaw il-progress li jsir lejn it-twettiq tal-qerda kompleta tal-istokkijiet ta’ armi kimiċi u jkunu jistgħu jidentifikaw u jindirizzaw problemi fit-twettiq tal-qerda fi stadju bikri. |
|
— |
Fini 2 — L-Istati Partijiet ikunu aktar fiduċjużi li jkunu qed isiru passi tanġibbli u konkreti għall-qerda kompleta tal-istokkijiet ta’ armi kimiċi minn dawk li jipposseduhom. |
Riżultati:
|
— |
Riżultat 1 — L-Istati Partijiet jifhmu aħjar il-problemi u d-diffikultajiet tekniċi relatati mal-qerda ta’ armi kimiċi. |
|
— |
Riżultat 2 — L-Istati Partijiet ikunu aktar fiduċjużi li jkunu qed isiru passi tanġibbli u konkreti għall-qerda kompleta tal-istokkijiet ta’ armi kimiċi. |
Attività:
Żjarat fis-CWDFs: Sa issa, saru ħames żjarat - tlieta fl-Istati Uniti tal-Amerika fis-CWDFs li jinsabu f'Anniston, Alabama (Ottubru 2007); Pueblo, Colorado, u Umatilla, Oregon (Mejju/Ġunju 2009), u Tooele u Pueblo (Frar-Marzu 2011) u żewġ żjarat fil-Federazzjoni Russa fi Shchuchye, fir-reġjun ta' Kurgansk (Settembru 2008) u Pochep, Bryanskaya Oblast (Settembru 2010). Iż-żjarat li saru s’issa taw prova tal-valur tagħhom bħala mezz biex jiġu indirizzati mistoqsijiet jew tħassib dwar programm ta’ Stat Parti pussessur għar-rispett tal-obbligi tiegħu dwar il-qerda tal-armi kimiċi tiegħu sal-iskadenza estiża approvata. Jekk l-iskadenza estiża finali ma tiġix rispettata, huwa mistenni li, b'segwitu għal deċiżjoni ġdida tal-Konferenza tal-Istati Partijiet, l-Istati Partijiet ikkonċernati ser ikomplu jilqgħu tali żjarat fis-CWDFs operattivi tagħhom u f'faċilitajiet li attwalment qed jinbnew sakemm il-qerda tkun tlestiet.
Proġett IV: Xjenza u Teknoloġija
Objettiv:
Biex id-Direttur Ġenerali tal-OPCW jkun jista' jagħti parir u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Istati Partijiet, lill-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW u l-Istati Partijiet dwar oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija li huma rilevanti għas-CWC.
Finijiet:
|
— |
Fini tal-Laqgħat tal-gruppi ta' ħidma temporanji tas-SAB: Sabiex id-Direttur Ġenerali jkun jista’ jagħti parir speċjali lill-organi li jfasslu l-politika tal-OPCW u lill-Istati Partijiet dwar l-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija rilevanti għas-CWC. |
|
— |
Fini tal-Workshop Internazzjonali dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija tal-OPCW / IUPAC: Sabiex is-SAB jiġi megħjun fit-tħejjija tal-abbozzar tar-rapport tiegħu għat-Tielet Konferenza ta' Reviżjoni. |
Riżultati:
|
— |
Riżultat 1 — Pariri u rakkomandazzjonijiet dwar oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija rilevanti għas-CWC mogħtija mis-SAB u riċevuti mill-Istati Partijiet. |
|
— |
Riżultat 2 — L-Istati Partijiet ikunu aġġornati u aktar informati dwar oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija rilevanti għas-CWC. |
|
— |
Riżultat 3 — L-Istati Partijiet jiġu megħjuna jivvalutaw l-impatt potenzjali ta' avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija dwar l-implimentazzjoni tas-CWC. |
Attivitajiet:
|
|
SAB laqgħat tal-grupp ta' ħidma: Fl-2012-13 ser isiru żewġ laqgħat tal-grupp ta' ħidma temporanju dwar il-konverġenza tal-kimika u l-bijoloġija u żewġ laqgħat ta' grupp ta' ħidma temporanju dwar l-edukazzjoni u l-komunikazzjoni. L-objettiv tal-grupp ta' ħidma temporanju dwar il-konverġenza tal-kimika u l-bijoloġija għandu jesplora aktar il-konverġenza tal-kimika u l-bijoloġija, u l-implikazzjonijiet potenzjali tagħha għas-CWC, kif irrakkomandat mis-SAB waqt is-Sittax-il Sessjoni tagħha. Il-grupp ta' ħidma temporanju ser jivvaluta dawn l-implikazzjonijiet u ser jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-SAB. Il-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma temporanju ser jintużaw mis-SAB fir-rapport tiegħu lit-Tielet Konferenza ta' Reviżjoni. L-objettiv tal-laqgħat tal-grupp ta' ħidma temporanju dwar l-edukazzjoni u l-komunikazzjoni, li għandu jiġi stabbilit, ser jiffoka fuq kif għandha ssir komunikazzjoni mal-komunità xjentifika u dwar kif għandha tiġi żviluppata u msaħħa r-relazzjoni bejn l-OPCW u l-komunità xjentifika. |
|
|
Kofinanzjament tal-Workshop Internazzjonali dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija tal-OPCW - IUPAC: L-objettiv tal-workshop hu li jiġu riveduti x-xejriet u l-avvanzi fil-kimika, l-inġinerija kimika, ix-xjenzi tal-ħajja u d-dixxiplini relatati bil-ħsieb li jiġi vvalutat kif jaffettwaw l-implimentazzjoni tas-CWC. Ir-rapport li għandu jiġi prodott mill-workshop ser jassisti lis-SAB fit-tħejjija tar-rapport tiegħu stess li jinkludi l-valutazzjoni tiegħu tal-impatt tal-iżviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija fuq il-funzjonament tas-CWC. Dan ir-rapport ser jiġi pprovdut, bħala kontribut tad-Direttur Ġenerali, għat-Tielet Konferenza ta' Reviżjoni tas-CWC li għandha ssir fl-2013. Il-Workshop Internazzjonali dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija tal-OPCW - IUPAC ser jipprovdi kontribut siewi għat-tħejjija tar-rapport tas-SAB bil-ħsieb tat-Tielet Konferenza ta' Reviżjoni. |
Proġett V: Tħejjija tal-Istati Partijiet għall-prevenzjoni ta’ u r-rispons għal attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi
Objettiv:
Kontribut għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-Istati Partijiet fil-prevenzjoni ta', it-tħejjija għal u r-rispons għal attakk terroristiku bl-użu ta' armi kimiċi u għat-titjib tar-rispons tagħhom għat-talbiet għal assistenza fil-każ li jintużaw jew li jkun hemm theddida li jintużaw sustanzi kimiċi.
Finijiet:
|
— |
Fini tal-workshops reġjonali:
|
|
— |
Finijiet tat-TTEs u l-modulu tal-eżerċizzji:
|
|
— |
Fini tal-OPCW bħala pjattaforma għat-tisħiħ tas-sikurezza f'impjanti kimiċi:
|
Riżultati:
|
— |
Riżultati tal-workshops reġjonali:
|
|
— |
Riżultati tat-TTEs u l-moduli tal-eżerċizzji:
|
|
— |
Riżultati tal-OPCW bħala pjattaforma għat-tisħiħ tas-sikurezza f'impjanti kimiċi:
|
Attivitajiet:
|
|
Workshops Reġjonali — l-Artikolu X tas-CWC u kwistjonijiet ta' kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tar-rispons ta' assistenza u emerġenza: Il-Workshops Reġjonali huma maħsubin biex irawmu d-diskussjoni u l-analiżi ta' diversi kwistjonijiet ta’ assistenza u dawk relatati mal-protezzjoni b'fokus speċjali fuq oqsma bħad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Partijiet taħt l-Artikolu X tas-CWC, il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ programmi protettivi, l-importanza tal-offerti ta' assistenza mill-Istati Partijiet, l-analiżi tad-dgħufijiet u d-diffikultajiet tal-Artikolu X tas-CWC, u ħarsa ġenerali tal-attivitajiet ta’ assistenza u protezzjoni fir-reġjun. L-Istati Partijiet ser jagħmlu preżentazzjonijiet sabiex jikkondividu l-esperjenzi u l-lezzjonijiet miksuba. Ser isiru żewġ workshops fuq perijodu qasir fir-reġjun Asjatiku u f'dak Latin Amerikan u tal-Karibew u ser jiġu organizzati mill-Fergħa tal-Assistenza u l-Protezzjoni. |
|
|
It-TTE u l-modulu tal-eżerċizzji: Din l-attività għandha l-għan li tiżviluppa l-kapaċitajiet tal-Istati Partijiet fil-prevenzjoni ta', it-tħejjija għal u r-rispons għal attakk terroristiku bl-użu ta' armi kimiċi. Xenarju bażiku tal-eżerċizzji ser ikun attakk terroristiku f’impjant / istallazzjoni / trasport kimiku b'rilaxx ta' sustanzi kimiċi tossiċi. L-ispeċifiċitajiet tax-xenarju li għandu jintuża matul it-TTE ser jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet tal-Istat Parti li jospita t-TTE. Dan ser jinkludi inventarju ta' responsabbiltajiet nazzjonali u reviżjoni tal-proċeduri eżistenti u eżerċizzju ta' gwida u ta' diskussjoni tal-faċilità / istallazzjoni tal-eżerċizzju magħżula fil-livell nazzjonali qabel ma jsir it-twettiq tat-TTE b'parteċipazzjoni reġjonali u internazzjonali. L-eżerċizzju ser jeżamina t-teħid ta' deċiżjonijiet intergovernattivi, l-iskambju ta' informazzjoni u l-għoti ta' assistenza bejn organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali rilevanti. Ser isiru żewġ TTEs f'żewġ reġjuni differenti. Ser jiġi żviluppat ukoll modulu għat-tħejjija u t-twettiq tat-TTEs dwar l-attakki b'sustanzi kimiċi tossiċi li jinvolvu entitajiet nazzjonali, reġjonali u internazzjonali. L-attività ser tiġi organizzata u koordinata mill-Uffiċċju ta' Proġetti Speċjali. |
|
|
L-OPCW bħala pjattaforma għat-tisħiħ tas-sikurezza fl-impjanti kimiċi: Fl-ewwel fażi tal-attività, ser tiġi żviluppata analiżi dwar ir-rwoli u l-funzjonijiet possibbli tal-OPCW u s-sinerġiji tagħha mal-partijiet interessati fil-qasam tas-sikurezza kimika. Ser isir avveniment biex jiġu diskussi u mxerrda l-aħjar prattiki fis-sigurtà u s-sikurezza kimika. L-avveniment huwa maħsub biex irawwem id-diskussjoni u l-analiżi tal-kwistjonijiet prattiċi u l-esperjenzi relatati mat-tisħiħ tas-sikurezza tal-faċilitajiet kimiċi. L-esperjenza tas-sħab internazzjonali l-oħrajn fil-promozzjoni tas-sikurezza kimika, u f'sens usa' d-diskussjoni biex l-Istati jingħataw għajnuna fit-titjib tal-kapaċità tagħhom fir-rigward tal-prevenzjoni u t-tħejjija għat-theddidiet relatati mal-armi ta' qerda massiva u l-materjali relatati, ser isiru disponibbli għall-benefiċjarji. L-avveniment ser jidentifika wkoll l-opportunitajiet u r-rekwiżiti għal miżuri ta' segwitu biex isir progress fil-proċess tat-tisħiħ tas-sikurezza kimika, u għall-iżvilupp tal-OPCW bħala pjattaforma għall-iskambji dwar din il-kwistjoni. Riżultat tal-proġett ser ikun serje ta' proposti prattiċi dwar kif l-OPCW tista' tiġi żviluppata aktar bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-qasam tas-sikurezza kimika. L-attività ser tiġi organizzata u koordinata mill-Uffiċċju ta' Proġetti Speċjali. |
Proġett VI: Programm tal-Afrika
Objettiv:
It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Partijiet Afrikani biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt is-CWC.
Fini:
|
|
Fini 1 — L-Istati Partijiet Afrikani jagħmlu progress lejn:
|
|
|
Fini 2
|
|
|
Fini 3
|
Riżultati:
|
— |
Riżultat 1 L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Partijiet Afrikani saħħew il-kapaċità tagħhom li jabbozzaw leġislazzjoni nazzjonali ta' implimentazzjoni u huma f'pożizzjoni li jippreżentaw leġislazzjoni għall-adozzjoni.
|
|
— |
Riżultat 2
|
|
— |
Riżultat 3
|
Attivitajiet:
|
|
Żjarat bilaterali ta' assistenza teknika: Ser jingħata appoġġ lil Stati Partijiet Afrikani permezz ta’ żjarat ta’ assistenza teknika li ser jitfasslu fuq bażi ta’ każ b’każ u jsiru biex tingħata assistenza ffukata fuq biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-talbiet magħmulin mill-Istati Partijiet Afrikani. In-natura ta’ dan l-appoġġ ser tinkludi sforzi ta’ sensitizzazzjoni u komunikazzjoni permezz ta’ workshops ta’ sensibilizzazzjoni nazzjonali, korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzati, assistenza għall-abbozzar ta’ leġislazzjoni implimentattiva nazzjonali u miżuri relatati, u s-suġġetti relatati mal-industrija fl-Artikolu VI tas-CWC. Skont l-objettiv tagħhom, dawn iż-żjarat ser jinkludu ħidma kkoordinata li tinvolvi, kif adatt, il-Fergħa ta' Appoġġ għall-Implimentazzjoni tas-Segretarjat Tekniku, l-Uffiċċju tal-Konsulent Legali, il-Fergħa tad-Dikjarazzjonijiet u l-Fergħa tal-Verifika tal-Industrija. |
|
|
Taħriġ ta' uffiċjali tad-dwana dwar l-aspetti tekniċi tar-reġim ta’ trasferimenti tas-CWC: Ġie pprovdut appoġġ għall-uffiċjali tad-dwana taħt l-Azzjoni Konġunta 2005/913/PESK, l-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK u d-Deċiżjoni 2009/569/PESK. Abbażi ta’ esperjenza miksuba, ser issir komunikazzjoni ma’ uffiċjali tad-dwana permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ bil-ħsieb li jittejbu l-ġbir u t-trasmissjoni ta’ data dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi skedati lill-awtoritajiet nazzjonali. Il-korsijiet ta’ taħriġ subreġjonali li ser isiru fl-Istati Partijiet Afrikani ser joffru dimostrazzjonijiet u eżerċizzji prattiċi u b’involviment dirett. Dawn il-korsijiet ser isiru mill-Fergħa ta' Appoġġ għall-Implimentazzjoni bil-ħila esperta teknika tal-Fergħa tad-Dikjarazzjonijiet. |
|
|
Komunikazzjoni tal-Industriji — Workshop dwar is-Sikurezza tal-Proċess Kimiku u s-CWC: Dan il-workshop ser isir fuq jumejn u nofs. Dan ser ikopri, fost l-oħrajn, il-kwistjonijiet dwar is-sigurtà u s-sikurezza fl-industrija kimika; strateġiji ta' ġestjoni kimika; il-ġestjoni tas-sikurezza tal-proċess kimiku; l-aħjar prattiki fl-industrija; u l-introduzzjoni għal Responsible Care®. Ser tiġi ppreżentata wkoll ħarsa ġenerali tas-CWC u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-laqgħa tal-ftuħ. Ser tiġi pprovduta traduzzjoni bil-Franċiż. |
|
|
Kors għall-iżvilupp ta' kompetenzi analitiċi: Il-kors ser isir fuq ġimagħtejn, li matulhom il-parteċipanti mill-Istati Partijiet Afrikani ser jirċievu taħriġ teoretiku u esperjenza b'involviment dirett fil-GC u GC-MS. Is-suġġetti koperti jinkludu: hardware; validazzjoni u ottimizzazzjoni tas-sistemi; trouble-shooting; tħejjija ta' kampjuni ambjentali; u l-analiżi GC /GC-MS ta' tali kampjuni għas-sustanzi kimiċi relatati mas-CWC. Il-parteċipanti ser jirċievu wkoll taħriġ intensiv b'involviment dirett fit-tħejjija ta' matriċijiet ta' kampjuni differenti li għandhom jiġu analizzati bil-GC b'detetturi selettivi skont l-element u b'GC-MS f'impatt ta' elettroni u f'modi ta' jonizzazzjoni kimika. Finalment, il-parteċipanti ser issirilhom introduzzjoni għal firxa ta' proċeduri ta' estrazzjoni, tindif u derivatizzazzjoni. Il-kors ser jiġi implimentat bl-appoġġ ta' VERIFIN, istituzzjonijiet magħrufa simili magħżula permezz ta' proċess ta' għoti tal-offerti trasparenti, u li l-OPCW daħlet magħhom fi ftehim ta' ħames snin. Il-korsijiet ser isiru bl-Ingliż. |
|
|
Workshop Reġjonali — L-Artikolu X tas-CWC u kwistjonijiet ta' kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tar-rispons ta' assistenza u emerġenza: Il-Workshop Reġjonali għall-Istati Partijiet Afrikani huwa maħsub biex irawwem id-diskussjoni u l-analiżi ta' diversi kwistjonijiet ta’ assistenza u dawk relatati mal-protezzjoni b’attenzjoni speċjali fuq oqsma bħad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Partijiet taħt l-Artikolu X tas-CWC, il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ programmi protettivi, l-importanza tal-offerti ta' assistenza mill-Istati Partijiet, l-analiżi tad-dgħufijiet u d-diffikultajiet tal-Artikolu X tas-CWC, u ħarsa ġenerali tal-attivitajiet ta’ assistenza u protezzjoni fir-reġjun. L-Istati Partijiet ser jagħmlu preżentazzjonijiet sabiex jikkondividu l-esperjenzi u l-lezzjonijiet miksuba. L-attività ser tiġi organizzata mill-Fergħa tal-Assistenza u l-Protezzjoni. |
|
|
Proġett reġjonali ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fit-tul fil-qasam tal-assistenza u l-protezzjoni: L-objettiv ewlieni ta' din l-attività ser ikun li tiġi żviluppata sistema ta' rispons għall-emerġenzi nazzjonali/reġjonali kontra l-armi kimiċi, it-taħriġ tal-istrutturi ta' dawk li jagħtu l-ewwel rispons u l-ispeċjalisti involuti f'dan il-qasam u li jingħataw għajnuna biex jistabbilixxu l-grupp ta' rispons nazzjonali/reġjonali tagħhom. Dan il-grupp ta' rispons ser ikun parti minn netwerk reġjonali li jista' jagħti l-ewwel rispons għal xenarju ta' emerġenza. Ser jiġi implimentat proġett wieħed tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fuq perijodu twil għall-Istati Partijiet Afrikani fis-subreġjuni Afrikani tan-Nofsinhar u Ċentrali (bil-Franċiż għall-Afrika Ċentrali; bl-Ingliż għall-Afrika tan-Nofsinhar). |
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/60 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/167/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/486/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK. |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Novembru 2011, fis-6 ta’ Jannar 2012, fit-13 ta’ Frar 2012, fl-1 ta’ Marzu 2012 u fis-16 ta’ Marzu 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti aġġorna l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu b’hekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b’dan sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, GRUPPI, IMPRIŻI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1
|
A. |
Individwi assoċjati mat-Taliban
|
|
B. |
Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban” |
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/85 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/168/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK (1). |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-13 ta' April 2013. |
|
(3) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, aktar persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK. |
|
(4) |
F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnutat li, f'konformità mal-premessa (4) tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, il-persuni fil-mira tal-miżuri restrittivi jistgħu jinkludu wkoll membri tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan (IRGC), il-Basij u l-Ansar-e Hezbollah. |
|
(5) |
B'żieda, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew software intenzjonat primarjament biex jintuża mir-reġim Iranjan fil-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni tal-Internet u tal-komunikazzjoni bit-telefon fuq networks mobbli jew fissi fl-Iran għandhom jiġu pprojbiti. |
|
(6) |
Barra minn hekk, b'konsiderazzjoni tal-objettivi tagħha, il-projbizzjoni fuq il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna għandhom jiġu inklużi fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK. Fl-istess waqt, id-Deċiżjoni 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi diretti kontra l-Iran (2) għandha tiġi emendata sabiex ma tinkludix aktar dik il-projbizzjoni. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 2a Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew software intenzjonati primarjament biex jintuża fil-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni mir-Reġim Iranjan, jew għan-nom tiegħu, tal-Internet u tal-komunikazzjoni bit-telefon fuq networks mobbli jew fissi fl-Iran u l-provvediment ta' assistenza għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta' tali tagħmir jew software għandhom jiġu pprojbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu. Artikolu 2b 1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna lill-Iran minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tagħhom. 2. Huwa wkoll ipprojbit:
|
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 4a Il-parteċipazzjoni, konxjament u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri mesmmija fl-Artikoli 2a u 2b għandha tiġi pprojbita.”. |
|
(3) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 6 1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-13 ta' April 2013. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.” |
Artikolu 2
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 2
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
ZARGHAMI Ezzatollah |
|
Bħala Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), huwa responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ipprogrammar. IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta' priġunieri u serje ta' "simulazzjonijiet ta' proċessi" f'Awwissu 2009 u f'Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess ġust u d-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
|
2. |
TAGHIPOUR Reza |
Post tat-Twelid: Maragheh (Iran) Data tat-Twelid: 1957 |
Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni. Bħala Ministru tal-informazzjoni, huwa wieħed mill-ogħla uffiċjali responsabbli miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-internet u anke kwalunkwe tip ta' komunikazzjoni (partikolarment it-telefons ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta' priġunieri politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tagħhom. F'diversi okkażjonijiet mill-aħħar elezzjoni presidenzjali u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefons ċellulari u s-servizzi tal-sms inqatgħu, il-kanali tat-televiżjoni satellitari ġew iġġamjati, l-internet ġie sospiż lokalment jew mill-anqas, tnaqqsitlu r-rapidità tiegħu. |
23.3.2012 |
|
3. |
KAZEMI Toraj |
|
Kurunell tal-pulizija tat-teknoloġija u l-komunikazzjoni, dan l-aħħar nieda kampanja ta' reklutaġġ ta' hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-internet u jkun ta' preġudizzju għal siti elettroniċi "li jagħmlu ħsara". |
23.3.2012 |
|
4. |
LARIJANI Sadeq |
Post tat-Twelid: Najaf (Iraq) Data tat-Twelid: 1960 jew Awwissu 1961 |
Kap tal-Ġudikatura. Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (retribut), hodoud (reat kontra Alla) u ta'zirat (reat kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjonijiet. F'dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta' piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir (attwalment 16-il persuna qegħdin taħt sentenza ta' tħaġġir), eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta' minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta' eluf ta' nies. Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta' kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċtu f'għajnejn l-ikkundanati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta' priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. L-eżekuzzjonijiet żdiedu ferm mill-2009. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan għar-rispett tad-dritt għal proċess ġust. |
23.3.2012 |
|
5. |
MIRHEJAZI Ali |
|
Viċi Kap tal-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem u Kap tas-Sigurtà. Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem responsabbli mit-tfassil tas-supressjoni tal-protesti li ilha tkun implimentata mill-2009. |
23.3.2012 |
|
6. |
SAEEDI Ali |
|
Rappreżentant tal-Mexxej fost il-Pasdaran mill-1995 wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta' din il-funzjoni uffiċjali huwa ċ-ċinga ta' trasmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej u l-apparat ta' repressjoni tal-Pasdaran. |
23.3.2012 |
|
7. |
RAMIN Mohammad-Ali |
Post tat-Twelid: Dezful (Iran) Data tat-Twelid: 1954 |
Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2010, kien direttament responsabbli mill-għeluq ta' bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, etc), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni u l-arrest tal-ġurnalisti. |
23.3.2012 |
|
8. |
MORTAZAVI Seyyed Solat |
Post tat-Twelid: Meibod (Iran) Data tat-Twelid: 1967 |
Viċi Ministru tal-Intern għall-Affarijiet Politiċi. Responsabbli mill-istruzzjoni ta' ripressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni. |
23.3.2012 |
|
9. |
REZVANI Gholomani |
|
Viċi Gvernatur ta' Rasht. Responsabbli minn ksur gravi tad-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
|
10. |
SHARIFI Malek Ajdar |
|
Kap tal-ġudikatura fil-Lvant tal-Ażerbajġan. Responsabbli minn ksur gravi tad-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
|
11. |
ELAHI Mousa Khalil |
|
Prosekutur ta' Tabriz. Responsabbli mill-istruzzjoni ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem tad-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
|
12. |
FAHRADI Ali |
|
Prosekutur ta' Karaj. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem billi talab il-piena tal-mewt għal minuri. |
23.3.2012 |
|
13. |
REZVANMANESH Ali |
|
Prosekutur. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem billi talab il-piena tal-mewt għal minuri. |
23.3.2012 |
|
14. |
RAMEZANI Gholamhosein |
|
Kmandant tal-IRGC Intelligence. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fuq persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni. Imexxi d-Dipartiment responsabbli għall-arrest u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti. |
23.3.2012 |
|
15. |
SADEGHI Mohamed |
|
Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti. |
23.3.2012 |
|
16. |
JAFARI Reza |
|
Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità. Responsabbli mill-arresti, id-detenzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta' bloggers u ġurnalisti. |
23.3.2012 |
|
17. |
RESHTE-AHMADI Bahram |
|
Viċi Prosekutur f'Tehran. Imexxi ċ-ċentru ta' prosekuzzjoni ta' Evin. Responsabbli miċ-ċaħda ta' drittijiet, inklużi drittijiet ta' żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn. |
23.3.2012 |
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/169/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1). |
|
(2) |
Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (2). |
|
(3) |
Il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK jirriflettu t-tħassib tal-Kunsill dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran, filwaqt li l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK jirriflettu t-tħassib tal-Kunsill rigward id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
|
(4) |
B'konsiderazzjoni tal-objettivi tagħha, il-projbizzjoni dwar il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna ser tkun inkluża fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK. Dik id-Deċiżjoni, għalhekk, ser tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(5) |
Fl-istess ħin, id-Deċiżjoni 2011/235/PESK ma għandhiex tkompli tinkludi l-projbizzjoni dwar il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna u għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(6) |
Barra minn hekk, għandu jiġi speċifikat li r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi japplikaw għal persuni li jaġixxu f'iseml-IRGC jew l-IRSL, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċizjoni 2010/413/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1(1), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 19(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 20(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/92 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/170/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1). |
|
(2) |
Sabiex jitħeġġeġ il-progress fil-kisba ta' ftehim politiku għall-konflitt Transnistrijan u r-restawr tal-libertà ta' moviment tal-persuni matul il-konfini amministrattivi tar-reġjun Transnistrijan, il-miżuri restrittivi li japplikaw fir-rigward tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandhom jibqgħu sospiżi sat-30 ta' Settembru 2012. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi dawk il-miżuri restrittivi fid-dawl tal-iżviluppi fiż-żewġ oqsma msemmija hawn fuq. |
|
(3) |
Sabiex jitħeġġeġ il-progress fl-indirizzar tal-problemi pendenti tal-iskejjel li jgħallmu bl-alfabett Latin, il-miżuri restrittivi li japplikaw fir-rigward tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandhom jibqgħu sospiżi sat-30 ta' Settembru 2012. Fit-tmien dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi dawk il-miżuri restrittivi bil-ħsieb li jiġi żgurat l-issodisfar tal-kondizzjonijiet għal ritorn effettiv u sostenibbli tal-funzjonament normali tal-iskejjel li jgħallmu bl-alfabett Latin fir-reġjun Transnistrijan, jiġifieri permezz tat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni tagħhom mill-amministrazzjoni de facto Transnistrijana, id-dispożizzjoni għall-kondizzjonijiet ta' funzjonament deċenti għalihom kollha, u s-sostenibbiltà ta' tali kondizzjonijiet ta' funzjonament matul iż-żmien. |
|
(4) |
L-informazzjoni marbuta ma' ċerti persuni inklużi fil-listi fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha tiġi aġġornata. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-miżuri restrittivi previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu sospiżi sat-30 ta' Settembru 2012. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi dawk il-miżuri restrittivi."
Artikolu 2
1. L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
2. L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandhu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS I
L-entrati għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jidhru hawn taħt:
|
1. |
SMIRNOV, Igor Nikolayevich, dak li qabel kien “President”, imwieled fit-23 ta’ Ottubru 1941 f’Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50No0337530. |
|
2. |
SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u dak li qabel kien “President tal-Kumitat Doganali tal-Istat”, imwieled fit-3 ta’ April 1961 f’Kupiansk, Kharkovskaya oblast jew Novaya Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 50No00337016. |
|
3. |
KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, dak li qabel kien “Ministru tad-Difiża”, imwieled fit-28 ta’ Diċembru 1941 f’Chelyabinsk, il-Federazzjoni Russa. |
|
4. |
ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, dak li qabel kien “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat”, imwieled fl-1951 f’Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu. |
|
5. |
KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, dak li qabel kien “Viċi-President”, imwieled fl-24 ta' Ottubru 1958 f' Wroclaw, il-Polonja, passaport Russu. |
|
6. |
KRASNOSELSKY, Vadim Nikolayevich, dak li qabel kien “Ministru tal-Affarijiet Interni”, imwieled fl-14 ta' April 1970, f'Dauriya, Zabaykalskyi rayon, Chitinskaya oblast, il-Federazzjoni Russa. |
|
7. |
ATAMANIUK, Vladimir, dak li qabel kien “Viċi Ministru tad-Difiża”. |
ANNESS II
L-entrati għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jidhru hawn taħt:
|
1. |
MAZUR, Igor Leonidovich, dak li qabel kien “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Dubossary Rayon”, imwieled fid-29 ta’ Jannar 1967 f’Dubossary, ir-Repubblika tal-Moldova. |
|
2. |
PLATONOV, Yuri Mikhailovich, magħruf bħala Yury PLATONOV, dak li qabel kien “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat fi Rybnitsa Rayon u Rybnitsa City” imwieled fis-16 ta’ Jannar 1948 fi Klimkovo, Poddorsky rayon, Novgorodskaya oblast, passaport Russu Nru 51No0527002, maħruġ mill-Ambaxxata Russa f’Chisinau fl-4 ta’ Mejju 2001. |
|
3. |
KOGUT, Vecheslav Vasyilevich, dak li qabel kien “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Bender”, imwieled fis-16 ta’ Frar 1950 f’Taraclia, Chadir-Lunga rayon, Repubblika tal-Moldova. |
|
4. |
KOSTIRKO, Viktor Ivanovich, dak li qabel kien “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Tiraspol”, imwieled fl-24 ta’ Mejju 1948, Komsomolsk na Amure, Habarovsky kray, il-Federazzjoni Russa. |
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/95 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/171/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2010/639/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, persuni u entitajiet oħra għandhom jiġu inklużi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK. |
|
(3) |
L-informazzjoni marbuta ma' persuna waħda fuq il-lista fl-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandha tiġi aġġornata. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandu jiġi emendat kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS I
L-entrata għall-persuna msemmija hawn taħt għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tidher hawn taħt:
|
|
Ismijiet Traskrizzjonijiet tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Post u data tat-twelid |
Pożizzjoni |
||||||||||||||||
|
1. |
Mazouka Anzhalika Mikhailauna Mazovko, Anzhelika Mikhailovna (Mazovka Anzhelika Mikhailovna) |
Мазоўка Анжалiка Мiхайлаўна |
Мазовкo Анжелика Михайловна (Мазовкa Анжелика Михайловна) |
|
Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Sovetski ta' Minsk. Fl-2010-2011 hija mmultata jew ikkundannata lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għall-protesti paċifiċi tagħhom għal sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:
Ripetutament imponiet sentenzi ta' priġunerija kontra dawk involuti fi protesti paċifiċi u konsegwentement hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja. |
ANNESS II
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2
Persuni
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Post u data tat-twelid |
Pożizzjoni |
|
1. |
Chyzh, Iury Aliaksandravich (Chyzh, Yury Aliaksandravich) Chizh, Iuri Aleksandrovich (Chizh, Yuri Aleksandrovich) |
ЧЫЖ, Юрый Аляксандравiч |
ЧИЖ, Юрий Александрович |
Post tat-twelid: Soboli, Bierezowskij Rajon, Brestkaja Oblast (Соболи, Березовский район, Брестская область) Data tat-twelid 28.03.1963 Nru tal-passaport: SP 0008543 (il-validità attwali hija dubjuża). |
Iury Chyzh jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim ta' Lukashenko permezz tal-kumpannija holding tiegħu LLC Triple li hija attiva f'għadd ta' setturi tal-ekonomija tal-Bjelorussja, inklużi attivitajiet li jirriżultaw minn għotjiet pubbliċi u konċessjonijiet mir-reġim. Il-pożizzjonijiet li huwa għandu fil-qasam sportiv, speċjalment bħala President tal-Bord tal-Klabb tal-Futbol FC Dynamo Minsk u President tal-Federazzjoni tal-Bjelorussja tal-Lotta, jikkonfermaw l-assoċjazzjoni tiegħu mar-reġim. |
|
2. |
Anatoly Ternavsky |
Анатолий Тернавский |
|
Twieled fl-1950 |
Persuna qrib membri tal-familja tal-President Lukashenko; sponsor tal-Klabb tal-Isports tal-President. L-attivitajiet kummerċjali ta' Ternavsky fiż-żejt u prodotti taż-żejt juru r-relazzjoni mill-qrib tiegħu mar-reġim, b'kont meħud tal-monopolju tal-Istat fuq is-settur tal-irfinar taż-żejt u l-fatt li ftit individwi huma intitolati li joperaw fis-settur taż-żejt. Il-kumpannija tiegħu Univest-M hija waħda mill-akbar żewġ kumpanniji privati tal-esportazzjoni taż-żejt fil-Bjelorussja. |
|
3. |
Zhuk Alena Siamionauna (Zhuk Alena Syamionauna) Zhuk Elena Semenovna (Zhuk Yelena Semyonovna) |
Жук Алена Сямёнаўна |
Жук Елена Семеновна |
|
Imħallef tal-qorti distrettwali ta' Pervomayskij f'Vitsebsk. Fl-24 ta' Frar 2012, hija kkundannat lil Syarhei Kavalenka, li ilu jitqies bħala priġunier politiku mill-bidu ta' Frar 2012, għal sentejn u xahar il-ħabs talli kiser il-probation. Hija kienet responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuna għaliex hija ċaħdet lil Syarhei Kavalenka mid-dritt ta' proċess ġust. Preċedentement Syarhei Kavalenka kien ingħata sentenza sospiża talli dendel barra f'Vitsebsk bandiera bajda-ħamra-bajda storika li kienet ġiet ipprojbita. Is-sentenzasussegwenti mogħtija minn Alena Zhuk kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta mqabbla man-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet tagħha jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
4. |
Lutau Dzmitry Mikhailavich Lutov Dmitri Mikhailovich (Lutov Dmitry Mikhailovich) |
Лутаў Дзмiтрый Мiхайлавiч |
Лутов Дмитрий Михайлович |
|
Prosekutur fil-proċess ta' Syarhei Kavalenka li ngħata sentenza ta' sentejn u xahar il-ħabs talli kiser il-probation. Preċedentement Syarhei Kavalenka kien ingħata sentenza sospiża li dendel barra bandiera bajda-ħamra-bajda, simbolu tal-moviment tal-oppożizzjoni, fuq siġra tal-Milied f'Vitsebsk. Is-sentenza sussegwenti mogħtija mill-imħallef li ppresjeda l-kawża kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta mqabbla man-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet ta' Lutau jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
5. |
Atabekau Khazalbek Bakhtibekavich Atabekov Khazalbek Bakhtibekovich |
Атабекаў Хазалбек Бактiбекавiч |
Атабеков Хазалбек Баxтибекович (Атабеков Кхазалбек Баxтибекович) |
|
Kurunell, kmandant ta' brigata speċjali tat-Truppi Interni fis-subborg ta' Uruchie f'Minsk. Huwa kkmanda l-unità tiegħu matul ir-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010 fejn intużat forza eċċessiva. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
6. |
Charnyshou Aleh Chernyshev Oleg A. |
Чарнышоў Алег |
Черышев Олег А |
|
Kurunell, kap tal-unità ta' kontra t-terroriżmu tal-KGB - unità "Alpha". Huwa pparteċipa personalment fi trattament inuman u degradanti tal-attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienujikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
7. |
Arlau Aliaksey (Arlau Aliaksei) Arlau Aliaksandr Uladzimiravich Orlov Aleksei (Orlov Alexey) Orlov Aleksandr Vladimirovich (Orlov Alexandr Vladimirovich) |
Apлaў Аляксей Apлaў Аляксандр Уладзiмiравiч |
Opлов Алексей Opлов Александр Владимирович |
|
Kurunell, kap taċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk. Huwa kien personalment responsabbli għal trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti ta' dawk li kienu miżmuma matul il-ġimgħat u x-xhur wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
8. |
Sanko Ivan Ivanavich Sanko Ivan Ivanovich |
Санько Iван Iванавiч |
Санько Иван Иванович |
|
Maġġur, investigatur anzjan tal-KGB. Huwa wettaq investigazzjonijiet li inkludew l-użu ta' provi ffalsifikati kontra l-attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem billi ċaħħad id-dritt ta' proċess ġust u l-ksur tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
9. |
Traulka Pavel Traulko Pavel |
Траулька Павел |
Траулько Павел |
|
Tenent Kurunell, ex operattiv tal-counter-intelligence militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja li għadu kif ġie ffurmat). Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti u ċaħħad id-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxuksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
10. |
Sukhau Dzmitri Viachaslavavich (Sukhau Dzimitry Vyachyaslavavich) Sukhov Dmitri Vyacheslavovich (Sukhov Dmitry Viacheslavovich) |
Сухаў Дзмiтрi Вячаслававiч |
Сухов Дмитрий Вячеславович |
|
Tenent Kurunell, operattiv tal-counter-intelligence militari tal-KGB. Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
11. |
Alinikau Siarhei Aliaksandravich (Alinikau Siarhey Alyaksandravich) Aleinikov Sergei Aleksandrovich |
Алиникаў Сяргей Аляксандравич |
Алeйникoв Сергей Aлександрович |
|
Maġġur, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov, tefa' pressjoni fuq priġunieri politiċi billi ċaħħadhom mid-drittijiet tagħhom ta' korrispondenza u żjarat, ħareġ ordnijiet biex jiġu soġġetti għal reġim penali aktar strett, tiftix u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
12. |
Shamionau Vadzim Iharavich Shamenov Vadim Igorevich (Shamyonov Vadim Igorevich) |
Шамёнаў Вадзiм Iгаравiч |
Шамёнов Вадим Игоревич |
|
Kaptan, kap tal-unità operattiva tal-Kolonja Penali IK-17 fi Shklov. Huwa tefa' pressjoni fuq il-priġunieri politiċi, ċaħħadhom mid-drittijiet tagħhom ta' korrispondenza u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti. L-azzjonijiet tiegħu kienujikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
Entitajiet
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
1. |
LLC Delovaya Set |
ООО Деловая сеть |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
2. |
CJSC Sistema investicii i inovacii |
ЗАО Системы инвестиций и инноваций |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
3. |
PUC Sen-Ko |
ЧУП Сен-Ко |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
4. |
PUC BT Invest |
ЧУП БТ Инвест |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
5. |
The Spirit and Vodka Company Aquadiv |
Малиновщизненский спиртоводочный завод Аквадив |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
6. |
Beltekh Holding |
Белтех Холдинг |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
7. |
Spetspriborservice |
Спецприборсервис |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
8. |
Tekhnosoyuzpribor |
Техносоюзприбор |
|
|
Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev. |
|
9. |
LLC Triple |
ООО ТРАЙПЛ |
|
Pobediteley Vjal 51/2, Kamra 15 220035 Minsk Республика Беларусь, 220035 Минск, проспект Победителей, дом 51, корпус 2, помещение 15 |
Kumpannija holding ta' Iury Chyzh. Iury Chyzh jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim ta' Lukashenko speċjalment permezz tal-kumpannija holding tiegħu LLC Triple. |
|
10. |
JLLC Neftekhimtrading |
СООО НефтеХимТрейдинг |
|
Irreġistrata fl- 2002, Minsk |
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
11. |
CJSC Askargoterminal |
ЗАО Аскарготерминал |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
12. |
LLC Triple Metal Trade |
ООО Трайплметаллтрейд |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
13. |
JSC Berezovsky KSI |
ОАО Березовский комбинат силикатных изделий |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
14. |
JV LLC Triple-Techno |
СП ООО Трайпл-Техно |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
15. |
JLLC Variant |
СООО Вариант |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
16. |
JLLC Triple-Dekor |
СООО Трайпл-Декор |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
17. |
JCJSC QuartzMelProm |
СЗАО Кварцмелпром |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
18. |
JCJSC Altersolutions |
СЗАО Альтерсолюшнс |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
19. |
JCJSC Prostoremarket |
СЗАО Простомаркет |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
20. |
JLLC AquaTriple |
СП ООО Акватрайпл |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
21. |
LLC Rakowski browar |
ООО Ракаўскi бровар |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
22. |
MSSFC Logoysk |
ГСОК Логойск |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
23. |
Triple-Agro ACC |
Трайпл-Агро |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
24. |
CJCS Dinamo-Minsk |
ЗАО ФК Динамо-Минск |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
25. |
JLLC Triplepharm |
СООО Трайплфарм |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
26. |
LLC Triple-Veles |
ООО Трайплфарм |
|
|
Sussidjarja ta' LLC Triple. |
|
27. |
Univest-M |
Юнивест |
|
|
Entità kkontrollata minn Anatoly Ternavsky |
|
28. |
FLLC Unis Oil |
ИООО Юнис Ойл |
|
|
Sussidjarja ta' Univest-M. |
|
29. |
JLLC UnivestStroyInvest |
СООО ЮнивестСтройИнвест |
|
|
Sussidjarja ta' Univest-M. |
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/103 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/172/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, għandhom jiġu inklużi aktar persuni u entitajiet fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK. |
|
(3) |
L-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entità inklużi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandhom jiġu emendati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.
Artikolu 2
Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK, l-entrati għall-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati kif jinsabu fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.