ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.085.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2012/10/UE tat-22 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża ( 1 ) |
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2012/165/UE |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 262/2012
tat-23 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
CR |
49,7 |
IL |
97,8 |
|
MA |
45,1 |
|
TN |
68,9 |
|
TR |
88,3 |
|
ZZ |
70,0 |
|
0707 00 05 |
JO |
107,2 |
TR |
165,9 |
|
ZZ |
136,6 |
|
0709 91 00 |
EG |
76,0 |
ZZ |
76,0 |
|
0709 93 10 |
JO |
225,1 |
MA |
52,8 |
|
TR |
136,0 |
|
ZZ |
138,0 |
|
0805 10 20 |
BR |
35,0 |
EG |
43,6 |
|
IL |
79,1 |
|
MA |
49,5 |
|
TN |
79,6 |
|
TR |
67,2 |
|
ZZ |
59,0 |
|
0805 50 10 |
EG |
43,8 |
TR |
64,4 |
|
ZZ |
54,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
89,5 |
BR |
81,6 |
|
CA |
121,1 |
|
CL |
87,0 |
|
CN |
71,6 |
|
MK |
31,8 |
|
US |
159,4 |
|
UY |
74,9 |
|
ZA |
119,9 |
|
ZZ |
93,0 |
|
0808 30 90 |
AR |
99,9 |
CL |
108,3 |
|
CN |
51,3 |
|
ZA |
94,4 |
|
ZZ |
88,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DIRETTIVI
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/3 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/10/UE
tat-22 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/43/KE tkopri l-prodotti kollha marbuta mad-difiża li jikkorrispondu ma’ dawk elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, adottata mill-Kunsill fid-19 ta’ Marzu 2007. |
(2) |
Fil-21 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta Lista Militari Komuni Aġġornata tal-Unjoni Ewropea (2). |
(3) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/43/KE għandha tkun emendata kif xieraq. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ koerenza, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mill-istess ġurnata bħal dawk id-dispożizzjonijiet neċessarji biex ikunu konformi mad-Direttiva 2009/43/KE. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Drettiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasferimenti fl-UE ta’ prodotti marbuta mad-Difiża, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-24 ta’ Ġunju 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-30 ta’ Ġunju 2012.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.
ANNESS
L-Anness mad-Direttiva 2009/43/KE jitbiddel b’li ġej:
“ANNESS
LISTA TA’ PRODOTTI RELATATI MAD-DIFIŻA
Nota 1: |
Termini fil-‘virgoletti’ huma termini definiti. Irreferi għad-‘Definizzjonijiet tat-Termini użati f’dawn il-listi’ annessi ma’ din il-Lista. |
Nota 2: |
F’xi każijiet il-kimiki huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS huma pprovduti sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta’ kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista’ jkollhom ukoll numri CAS differenti. |
ML1
Armi biċ-ċilindru lixx ta’ kalibru inqas minn 20 mm, armi oħrajn u armi awtomatiċi ta’ kalibru ta’ 12,7 mm (kalibru ta’ 0,50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
a. |
Rajfils, karabini, rivolvers, pistoli, pistoli li jaħdmu bħal maxin gans u maxin gans;
|
b. |
Armi b’kanna lixxa, kif ġej:
|
c. |
Armi li jużaw munizzjon bla qoxra (caseless ammunition); |
d. |
Silenzjaturi, muntaturi speċjali tal-ixkubetti, klips, weapons sights u suppressuri tal-flaxx għal armamenti speċifikati minn ML1.a., ML1.b. or ML1.c. |
Nota 1 |
ML1 ma japplikax għal armi b’kanna lixxa użati għal finijiet ta’ kaċċa jew sports. Dawn l-armi ma jridux ikunu mfassla apposta għall-użu militari jew tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku. |
Nota 2 |
ML1 ma japplikax għal armamenti tan-nar maħsuba apposta għal munizzjon inerti ta’ istruzzjoni u li mhumiex kapaċi jisparaw kwalunkwe munizzjon speċifikat minn ML3. |
Nota 3 |
ML1 ma japplikax għal armi li jużaw munizzjon tan-nar fil-qoxra mhux taċ-ċentru u li mhumiex tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku. |
Nota 4 |
ML1.d. ma japplikax għal weapon sights ottiċi mingħajr ipproċessar tal-immaġni elettroniku, b’manjetizzazzjoni ta’ 4 darbiet jew inqas, dment li mhumiex maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari. |
ML2
Armi b’kanna lixxa b’kalibru ta’ inqas minn 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b’kalibru akbar minn 12,7 mm (0,50 pulzier), projetturi u aċċessorji, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. |
Xkubetti, ħowitzers, kanuni, murtali, armi anti-tank, lanċaturi projettili, teffieħa militari tal-fjamma, rajfils, rajfils mingħajr recoil, armi b’kanna lixxa u apparati għat-tnaqqis tal-vampa għalihom;
|
b. |
Duħħan, gass u projetturi jew ġeneraturi pirotekniċi, imfassla jew immodifikati apposta għall-użu militari;
|
c. |
Apparat ta’ mira u muntaturi għall-apparat ta’ mira, li għandhom dan kollu li ġej:
|
d. |
Muntaturi mfassla apposta għall-armi speċifikati fi ML2.a |
ML3
Munizzjon u apparati tal-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. |
Munizzjon għall-armi speċifikati minn ML1, ML2 jew ML12; |
b. |
Apparati tal-issettjar tal-fjus maħsuba apposta għal munizzjon speċifikati minn ML3.a. |
Nota 1 |
Komponenti maħsuba apposta speċifikati minn ML3 jinkludu:
|
Nota 2 |
ML3.a. ma japplikax għal munizzjon mitnija mingħajr projettur (blankstar) munizzjon inerti ta’ istruzzjoni b’pierced powder chamber. |
Nota 3 |
ML3.a ma japplikax għal kartriġis maħsuba apposta għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:
|
ML4
Bombi, torpidows, rokits, missili, apparati u ċarġis splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
N.B.1: |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ nagivazzjoni, ara ML11. |
N.B.2: |
Għal Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Missili tal-Ajruplani (AMPS), ara ML4.c. |
a. |
Bombi, torpidows, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, ċarġis tal-fond, ċarġis tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni, kits tad-dimolizzjoni, apparati “pirotekniċi”, kartriġis u simulaturi (jiġifieri, tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti), maħsub apposta għal użu militari;
|
b. |
Tagħmir li għandu dan kollu li ġej:
Nota teknika: Għall-iskop ta’ ML4.b.2. “attivitajiet” japplikaw għall-ġestjoni, it-tnedija, il-pożizzjonament, il-kontroll, id-diżinneskament, id-detonazzjoni, l-attivazzjoni, il-motorizzazzjoni b’output operattiv ta’ darba waħda, l-ingann, l-imblukkar, il-ġbid, is-sejbien, it-tfixkil jew l-użu.
|
c. |
Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Missili tal-Ajruplani (AMPS).
|
ML5
Il-kontroll tan-nar, u tagħmir ta’ allert u avviż relatat, u sistemi relatati, tagħmir ta’ ittestjar u allinjament u kontramiżura, kif ġej, maħsub apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji maħsuba apposta għalihom:
a. |
Apparat ta’ mira, kompjuters għall-ibbumbardjar, tagħmir ta’ puntament u sistemi għall-kontroll tal-armi; |
b. |
Sistemi ta’ akkwist, desinjazzjoni, telemetrija, sorveljanza jew insegwiment tal-bersall; tagħmir ta’ kxif, ta’ fużjoni tad-data, ta’ rikonoxximent jew ta’ identifikazzjoni; u tagħmir għall-integrazzjoni tas-sensur; |
c. |
Tagħmir ta’ kontramiżura għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a. jew ML5.b.;
|
d. |
Tagħmir ta’ test fuq il-post jew ta’ allinjament, maħsub apposta għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a., ML5.b. jew ML5.c. |
ML6
Vetturi tal-art u komponenti, kif ġej:
N.B |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ nagivazzjoni, ara ML11. |
a. |
Vetturi tal-art u l-komponenti tagħhom, imfassla jew modifikati apposta għall-użu militari; Nota Teknika Għall-finijiet ta’ ML6.a. it-terminu vetturi tal-art jinkludi t-trejlers. |
b. |
Vetturi tal-art oħrajn u komponenti, kif ġej:
|
N.B |
Ara wkoll ML13.a |
Nota 1 |
ML6.a. jinkludi:
|
Nota 2 |
Modifika ta’ vettura tal-art għall-użu militari speċifikat minn ML6.a. teħtieġ bidla strutturali, elettrika jew mekkanika li tkun tinvolvi komponent wieħed jew aktar maħsuba apposta għal użu militari. Tali komponenti jinkludu:
|
Nota 3 |
ML6 ma jikkontrollax karozzi ċivili, jew trakkijiet imfassla jew modifikati għat-trasportazzjoni ta’ flus jew affarijiet prezzjużi, bi protezzjoni blindata jew ballistika. |
ML7
Aġenti tossiċi kimiċi jew bijoloġiċi, “aġenti ta’ kontroll ta’ rvellijiet”, materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:
a. |
Aġenti bijoloġiċi jew materjali radjoattivi “adattati għall-użu fi gwerra” biex idarrbu l-bnedmin jew l-annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuħ tar-raba’ jew l-ambjent; |
b. |
Aġenti kimiċi tal-gwerra (CW) inklużi:
|
c. |
Prekursuri binarji u prekursuri prinċipali tas-CW, kif ġej:
|
d. |
‘Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet’, kimiki kostitwenti attivi u taħlitiet tagħhom, inklużi:
|
e. |
Tagħmir maħsub jew modifikat apposta għall-użu militari, maħsub jew modifikat għad-disseminazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
|
f. |
Tagħmir protettiv u ta’ dekontaminazzjoni, maħsuba jew modifikati apposta għal użu militari, komponenti u taħlitiet ta’ kimiki kif ġej:
|
g. |
Tagħmir maħsub jew modifikat apposta għall-użu militari, maħsub jew modifikat għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta’ materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti maħsuba apposta għal dan;
|
h. |
‘Bijopolimers’ imaħsuba jew ipproċessati apposta għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta’ aġenti tas-CW speċifikati minn ML7.b., u l-kulturi ta’ ċelluli speċifiċi użati biex dawn jiġu prodotti; |
i. |
‘Bijokatalizzaturi’ għad-dikontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta’ aġenti tal-gwerra kimika, u sistemi bijoloġiċi għalihom, kif ġej:
|
Nota 1 |
ML7.b. u ML7.d. ma japplikawx għal dan li ġej:
|
Nota 2 |
Il-kulturi taċ-ċelluli u s-sistemi bijoloġiċi speċifikati minn ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-sub-punti ma japplikawx għal ċelluli jew sistemi bijoloġiċi għal finijiet ċivili, bħal dawk agrikoli, farmaċewtiċi, mediċinali, veterinarji, ambjentali, ġestjoni tal-iskart, jew fl-industrija tal-ikel. |
ML8
‘Materjali enerġetiċi’, u sustanzi relatati, kif ġej:
N.B.1. |
Ara wkoll 1C011 fil-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
N.B.2. |
Għal ċarġis u tagħmir, ara ML4 u 1A008 dwar il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
Noti Tekniċi
1. |
Għall-finijiet ta’ ML8, taħlita tirreferi għal kompożizzjoni ta’ żewġ sustanzi jew aktar b’minn tal-inqas sustanza waħda elenkata fis-sub-punti ML8. |
2. |
Kwalunkwe sustanza elenkata fis-subpunti ta’ ML8 hija soġġetta għal din il-lista, anki meta użata f’applikazzjoni minbarra dik indikata. (pereżempju, TAGN hija fil-biċċa l-kbira użata bħala splussiv iżda tista’ tintuża wkoll bħala karburant jew bħala ossidizzant.) |
a. |
‘Splussivi’, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:
|
b. |
“Propellanti”, kif ġej:
|
c. |
‘Pirotekniċi’, fjuwils u sustanzi relatati, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:
|
d. |
Ossidizzaturi, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:
|
e. |
Bajnders, plastikizzaturi, monomers u polimers, kif ġej:
|
f. |
“Teknoloġija”, kif ġej:
|
g. |
‘Prekursuri’, kif ġej:
|
Nota 5 |
Ma baqax jintuża wara l-2009 |
Nota 6 |
ML8 ma japplikax għal sustanzi li ġejjin dment li mhumiex magħquda jew imħallta mal-‘materjal enerġetiku’ speċifikat f’ML8.a. jew metalli fi trab f’ML8.c.:
|
ML9
Bastimenti tal-gwerra (fil-wiċċ jew ta’ taħt l-ilma) tagħmir navali speċjali, aċċessorji, komponenti u bastimenti tal-wiċċ oħra, kif ġej:
N.B |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ nagivazzjoni, ara ML11. |
a. |
Bastimenti u komponenti, kif ġej:
|
b. |
Magni u sistemi ta’ propulsjoni, kif ġej, maħsuba apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji tagħhom maħsuba apposta għall-użu militari:
|
c. |
Apparat ta’ kxif ta’ taħt l-ilma, maħsub apposta għall-użu militari, u l-kontrolli u l-komponenti tiegħu maħsuba apposta għall-użu militari; |
d. |
Xbieki kontra s-sottomarini u xbieki kontra t-torpedos, maħsuba apposta għall-użu militari; |
e. |
Ma ntużax mill-2003; |
f. |
Penetraturi u konnetturi tal-buq, maħsuba apposta għall-użu militari, li jippermettu l-interazzjoni ma’ tagħmir estern għal bastiment, u l-komponenti tagħhom maħsuba apposta għall-użu militari;
|
g. |
Bearings silenzjużi li għandhom kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom li ġejjin, maħsuba apposta għall-użu militari:
|
ML10
‘Ajruplan’, ‘vetturi eħfef mill-arja’, vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, aero-magni u tagħmir għall-“ajruplani”, tagħmir u komponenti relatati, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:
N.B |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ nagivazzjoni, ara ML11. |
a. |
a. ‘Ajruplani’ tal-ġlied u komponenti mfassla apposta għalihom; |
b. |
b. ‘Ajruplani’ u ‘vetturi eħfef mill-arja’ oħra, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, inklużi r-reconnaissance militari, l-assalt, it-taħriġ militari, it-trasport u t-tfiegħ mill-ajru ta’ truppi jew tagħmir militari, appoġġ għal-loġistika, u komponenti maħsuba apposta għalihom; |
c. |
Vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tagħmir relatat, imfassla jew immodifikati apposta għall-użu militari, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:
|
d. |
Magni-aero mfassla jew immodifikati apposta għall-użu militari, u komponenti mfassla apposta għalihom; |
e. |
Tagħmir tal-ajru, inkluż tagħmir għall-għoti tal-karburant fl-ajru, maħsub apposta għall-użu mal-“ajruplani” speċifikati minn ML10.a. jew ML10.b. jew l-aero-magni speċifikati minn ML10.d., u komponenti maħsuba apposta għalihom; |
f. |
Apparat għall-għoti mill-ġdid tal-karburant bi pressjoni, tagħmir għall-għoti mill-ġdid tal-karburant bi pressjoni, tagħmir maħsub apposta sabiex jiffaċilita operazzjonijiet f’żoni konfinati u tagħmir tal-art, żviluppati apposta għall-‘ajruplan’ speċifikati minn ML10.a. jew ML10.b., jew għal aero-magni speċifikati minn ML10.d.; |
g. |
Elmi militari u maskli protettivi u komponenti mfassla apposta għalihom, tagħmir taħt pressjoni għan-nifs u lbies bi pressjoni parzjali għall-użu f’‘ajruplani’, ilbies kontra l-gravità, konvertituri tal-ossiġenu likwidu użati għall-‘ajruplani’ jew il-missili, u katapulti u mezzi attivati permezz ta’ kariga splussiva għall-ħarba tal-persunal mill-‘ajruplan’ f’każ ta’ emerġenza; |
h. |
Paraxutijiet, paragliders u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:
|
i. |
Sistemi ta’ pilotaġġ awtomatiku għal tagħbija mitfugħa bil-paraxut; tagħmir maħsub jew modifikat apposta għall-użu militari għal qbiż bi ftuħ ikkontrollat fi kwalunkwe għoli, inkluż tagħmir tal-ossiġnu. |
Nota 1 |
ML10.b. ma japplikax għal ‘ajruplani’ jew varjanti ta’ dawk ‘l-ajruplani’ maħsuba apposta għall-użu militari u li jkunu dan kollu li ġej:
|
Nota 2 |
ML10.d. ma japplikax għal:
|
Nota 3 |
ML10.b. u ML10.d. dwar komponenti maħsuba apposta u tagħmir relatat għal ‘ajruplani’ mhux militari jew aero-magni mmodifikati għall-użu militari japplikaw biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir relatat militari meħtieġ għall-immodifikar għal użu militari. |
ML11
Tagħmir elettroniku mhux speċifikat x’imkien ieħor fuq il-Lista Militari Komuni tal-UE, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. |
Tagħmir elettroniku mfassal apposta għall-użu militari;
|
b. |
Tagħmir għall-ibblukkjar ta’ Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS). |
ML12
Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika b’veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. |
Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika mfassla apposta għall-qerda jew l-abbort ta’ xi bersall; |
b. |
Faċilitajiet ta’ ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta’ ttestjar maħsuba apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijagnostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta’ projetturi u sistemi tal-enerġija kinetika. |
N.B |
Għal sistemi tal-armi li jużaw munizzjon sub-kalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjoni għalihom, ara ML1 sa ML4. |
Nota 1 |
ML12 jinkludi li ġej meta hu l-każ ta’ sistemi mfassla apposta għal armi b’enerġija kinetika:
|
Nota 2 |
ML12 japplika għal sistema ta’ armi bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta’ propulsjoni:
|
ML13
Tagħmir blindat jew protettiv, kostruzzjonijiet u komponenti, kif ġej:
a. |
Pjanċa blindata, li għandha xi wieħed minn dan li ġej:
|
b. |
Kostruzzjonijiet ta’ materjali metalliċi jew non-metalliċi, jew taħlitiet tagħhom, maħsuba apposta biex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti maħsuba apposta għalihom; |
c. |
Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew standards nazzjonali komparabbli, u komponenti tagħhom maħsuba apposta, (jiġifieri struttura esterna, inforra u kuxxinett għal konfort); |
d. |
Korazza tal-ġisem u indumenti protettivi, manifatturati f’konformità ma’ standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti, u komponenti maħsuba apposta għalihom. |
Nota 1 |
ML13.b. jinkludi materjali mfassla apposta sabiex jiffurmaw armatura reattiva għall-isplussivi jew sabiex jiġu mibnija xelters militari. |
Nota 2 |
ML13.c. ma japplikax għal elmi tal-azzar konvenzjonali, la mmodifikati u lanqas maħsuba biex jaċċettaw, u lanqas mgħammra bi kwalunkwe tip ta’ apparat aċċessorju. |
Nota 3 |
ML13.c. u d. ma japplikax għal elmi, korazzatura tal-ġisem jew indumenti protettivi meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess. |
Nota 4 |
L-uniċi elmi maħsuba apposta għal persunal responsabbli għar-rimi tal-bombi li huma speċifikati mill-ML13. huma dawk maħsuba apposta għall-użu militari. |
N.B. 1 |
Ara wkoll l-iskrizzjoni 1A005 fuq il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
N.B. 2 |
Għal ‘materjali fibrużi jew filamentari’ użati fil-manifattura ta’ korazza tal-ġisem u elmi, ara l-iskrizzjoni 1C010 fil-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
ML14
‘Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari’, jew għas-simulazzjoni ta’ xenarji militari, simulaturi maħsuba apposta għal taħriġ fl-użu ta’ kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji maħsuba apposta għalihom.
Nota Teknika
It-terminu ‘tagħmir speċjalizzat għat-taħriġ militari’ jinkludi tipi militari ta’ trejners ta’ attakk, ta’ trejners ta’ titjir operattiv, ta’ trejners għall-bersall radar, ta’ ġeneraturi ta’ bersall radar, ta’ apparati ta’ taħriġ fl-isparar, ta’ trejners għall-gwerra anti-sottomarini, ta’ simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifuġi previsti għall-bniedem, iddestinati għat-taħriġ ta’ piloti/astronawti), ta’ trejners radar, ta’ simulaturi ta’ titjir strumentali, ta’ simulaturi ta’ navigazzjoni, ta’ simulaturi ta’ tfiegħ ta’ missili, ta’ tagħmir għall-bersall, ta’ ‘ajruplani’ telegwidati, ta’ trejners tal-armamenti, ta’ trejners għall-gwida ta’ ‘ajruplani’ mingħajr pilota, ta’ unitajiet ta’ taħriġ mobbli u ta’ tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari tal-art..
Nota 1 |
ML14 jinkludi sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-immaġni u ta’ ambjent interattiv għal simulaturi, meta maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari. |
Nota 2 |
ML14 ma japplikax għal tagħmir maħsub apposta għal taħriġ fl-użu ta’ armi tal-kaċċa jew għall-isports. |
ML15
Tagħmir ta’ immaġni jew kontramiżura, kif ġej, maħsub apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji maħsuba apposta għalihom:
a. |
Rekorders u tagħmir ta’ pproċessar tal-immaġni; |
b. |
Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-films; |
c. |
Tagħmir għall-intensifikazzjoni tal-immaġni; |
d. |
Tagħmir għall-viżjoni bl-infra-aħmar jew termali; |
e. |
Tagħmir għall-elaborazzjoni tal-immaġni radar; |
f. |
Tagħmir ta’ kontramiżura jew ta’ kontra-kontramiżura, għat-tagħmir speċifikat minn ML15.a. sa ML15.e.
|
Nota 1 |
F’ML15, it-terminu ‘komponenti maħsuba apposta’ jinkludi dan li ġej meta maħsuba apposta għall-użu militari:
|
Nota 2 |
ML15 ma japplikax għal ‘tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni’ jew tagħmir maħsub apposta sabiex jinkorpora ‘tubu intensifikatur tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni’.
|
N.B |
Ara wkoll 6A002.a.2. u 6A002.b. fuq il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
ML16
Foroġ, forom u prodotti oħra mhux kompluti, maħsuba apposta għal oġġetti speċifikat minn ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.
Nota |
ML16. japplika għal prodotti mhux kompluti meta jkunu identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni. |
ML17
Tagħmir, materjali u ‘libreriji’ mixxellanji, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. |
Awtorespiraturi għall-għadis u apparat għall-għawm ta’ taħt l-ilma, kif ġej:
|
b. |
Tagħmir tal-kostruzzjoni mfassal apposta għall-użu militari; |
c. |
Aċċessorji, passati u trattamenti, għas-soppressjoni tal-senjatura, maħsuba apposta għall-użu militari; |
d. |
Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post imfassal apposta għall-użu f’żona ta’ ġlied; |
e. |
‘Robots’, unitajiet ta’ kontroll tar-‘robot’ u t-‘tarf ta’ tagħmir ddisinjat għal interazzjoni mal-ambjent’ tar-‘robot’, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
f. |
“Libreriji” (databases tekniċi parametriċi) maħsuba apposta għall-użu militari ma’ tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE; |
g. |
Enerġija nukleari li tiġġenera tagħmir jew tagħmir ta’ propulsjoni, inklużi “reatturi nukleari”, maħsuba apposta għall-użu militari u komponenti għalihom maħsuba jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari; |
h. |
Tagħmir jew materjal, mogħti passata jew ittrattat għas-soppressjoni tas-senjatura, maħsub apposta għall-użu militari, minbarra dawk speċifikati x’imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE; |
i. |
Simulaturi ddisinjati apposta għal ‘reatturi nukleari’ militari; |
j. |
Ħwienet tat-tiswija mobbli maħsuba jew ‘modifikati’ apposta għall-manutenzjoni ta’ tagħmir militari; |
k. |
Ġeneraturi ta’ fuq il-post maħsuba jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari; |
l. |
Containers maħsuba jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari; |
m. |
Laneċ, minbarra dawk speċifikati x’imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, pontijiet u puntuni, maħsuba apposta għall-użu militari; |
n. |
Mudelli ta’ ttestjar maħsuba apposta għall-“iżvilupp” ta’ oġġetti speċifikati minn ML4, ML6, ML9 jew ML10; |
o. |
Tagħmir ta’ protezzjoni mil-laser (per eżempju, protezzjoni tal-għajnejn u protezzjoni sensorjali) maħsub apposta għall-użu militari. |
p. |
“Ċelloli tal-karburant” minbarra dawk speċifikati x’imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE ddisinjati apposta jew “immodifikati” għall-użu militari. |
Noti Tekniċi
1. |
Għall-fini ta’ ML17, it-terminu ‘librerija’ (database teknika parametrika) jfisser kollezzjoni ta’ informazzjoni teknika ta’ natura militari, li r-referenza għaliha tista’ ttejjeb il-prestazzjoni ta’ tagħmir jew sistemi militari. |
2. |
Għall-fini ta’ ML17, ‘immodifikat’ tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta’ tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b’kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa ddisinjat apposta għal użu militari. |
ML18
Tagħmir u komponenti ta’ produzzjoni, kif ġej:
a. |
Tagħmir ta’ ‘produzzjoni’ maħsub jew modifikat apposta għall-‘produzzjoni’ ta’ prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, u komponenti maħsuba apposta għalih; |
b. |
Faċilitajiet ta’ ttestjar ambjentali maħsuba apposta jew tagħmir maħsub apposta għalihom, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta’ prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
Nota Teknika
Għall-finijiet ta’ ML18, it-terminu ‘produzzjoni’ jinkludi tfassil, eżaminazzjoni, manifattura, ittestjar u verifika.
Nota |
ML18.a. u ML18.b. jinkludu t-tagħmir li ġej:
|
ML19
Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta’ kontromiżura u mudelli ta’ ttestjar, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. |
Sistemi ‘lejżer’ imaħsuba apposta għall-qerda jew biex jeffettwaw l-missjoni-abort ta’ mira; |
b. |
Sistemi b’raġġi tal-partiċelli kapaċi li jeqirdu jew li jeffettwaw l-missjoni-abort ta’ mira; |
c. |
Sistemi b’qawwa għolja ta’ Frekwenza-Radju (RF) kapaċi li jeqirdu l-bersall tagħhom jew li kapaċi jimplimentaw il-falliment tal-missjoni ta’ dan il-bersall; |
d. |
Tagħmir maħsub apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi speċifikati minn ML19.a. sa ML19.c.; e. |
e. |
Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti speċifikati minn dan ML19. |
f. |
Sistemi ‘lejżer’ iddisinjati apposta biex jikkawżaw agħma permanenti għal viżjoni mhux modifikata, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b’tagħmir li jikkoreġi l-vista. |
Nota 1 |
Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta speċifikati f’ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom toriġina mill-applikazzjoni kontrollata ta’:
|
Nota 2 |
ML19 jinkludi li ġej meta ddisinjat apposta għal sistemi ta’ armi b’enerġija diretta:
|
ML20
Tagħmir krijoġeniku u “superkonduttiv”, kif ġej, u komponenti u aċċessorji maħsuba apposta għalih:
a. |
Tagħmir imfassal apposta jew konfigurat biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f’ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K (- 170 °C);
|
b. |
Tagħmir elettriku ‘superkonduttiv’ (makkinarju rotanti u trasformaturi) maħsub apposta jew konfigurat biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, u kapaċi li jopera waqt li jkunu f’ċaqliq.
|
ML21
‘Software’, kif ġej:
a. |
“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-‘iżvilupp’, ‘produzzjoni’ jew ‘użu’ ta’ tagħmir, materjali jew ‘software’, speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE; |
b. |
‘Software’ speċifiku, minbarra dak speċifikat minn ML21.a., kif ġej:
|
c. |
‘Software’, mhux speċifikat minn ML21.a., jew b., iddisinjat apposta jew modifikat biex jippermetti li tagħmir mhux speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE biex jaqdi l-funzjonijiet militari ta’ tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
ML22
‘Teknoloġija’ kif ġej:
a. |
“Teknoloġija” barra minn dik speċifikata f’ML22.b., li hija “meħtieġa” għall-“iżvilupp” il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
b. |
‘Teknoloġija’ kif ġej:
|
DEFINIZZJONIJIET TA’ TERMINI UŻATI F’DIN IL-LISTA
Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta’ termini użati f’din il-Lista, f’ordni alfabetiku.
Nota 1 |
Id-definizzjonijiet japplikaw matul il-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta’ termini definiti matul il-Lista kollha. |
Nota 2 |
Il-kliem u t-termini li jinsabu f’din il-Lista ta’ Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu ‘bejn virgoletti doppji’. Definizzjonijiet ta’ termini bejn ‘virgoletti uniċi’ huma mogħtija f’nota Teknika għall-punt rilevanti. F’istanzi oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet aċċettati komunement (dizzjunarju). |
ML7 “Adattat għall-użu fi gwerra”
Kull modifika jew selezzjoni (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) disinjati biex iżidu l-effettività fil-produzzjoni ta’ bnedmin jew annimali mweġġgħin jew maqtulin, tagħmir degradanti jew li jagħmel ħsara lil għelejjel jew lill-ambjent.
ML8 “Addittivi”
Sustanzi użati f’formulazzjonijiet esplussivi biex itejbu l-proprjetajiet tagħhom.
ML8, ML9 u ML10 “Inġenji tal-ajru”
Ġewnaħ fiss, ġewnaħ b’ġometrija varjabbli, ġewnaħ rotanti (ħelikopter), rotor li jista’ jinklina jew vettura għat-tajran b’ġewnaħ li jista’ jinklina.
ML11 “Sistemi Awtomatizzati ta’ Kmand u Kontroll”
Sistemi elettroniċi, li permezz tagħhom informazzjoni li hija essenzjali għall-operat effettiv tar-raggruppament, il-formazzjoni maġġuri, il-formazzjoni tattika, l-unità, il-bastiment, is-sotto-unità jew l-armi kkmandati tiddaħħal, tiġi pproċessata jew tiġi trasmessa. Dan jinkiseb permezz tal-użu ta’ hardware tal-kompjuter u hardware ieħor iddisinjat biex jappoġġa l-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni militari ta’ kmand u kontroll. Il-funzjonijiet ewlenin ta’ sistema awtomatizzata ta’ kmand u kontroll huma: il-ġbir awtomatizzat, il-kumulazzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar effiċjenti ta’ informazzjoni; il-preżentazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw it-tħejjija u t-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ ġlied; kalkoli operazzjonali u tattiċi għall-allokazzjoni ta’ riżorsi fost ir-raggruppamenti tal-forza jew l-elementi tal-ordni operazzjonali tal-battalja jew l-iskjerament fil-battalja skont il-missjoni jew il-fażi tal-operazzjoni; it-tħejjija ta’ data għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju matul l-operazzjoni jew il-battalja; is-simulazzjoni ta’ operazzjonijiet permezz tal-kompjuter.
ML22 “Riċerka xjentifika bażika”
Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta’ fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku.
ML7 u 22 “Bijokatalizzaturi”
Enzimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma’ u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta’ aġenti CW.
Nota Teknika
‘Enzimi’ tfisser ‘bijokatalisti’ għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi.
ML7 u 22 “Bijopolimeri”
Makromolekuli bijoloġiċi kif ġej:
a. |
Enzimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi; |
b. |
Antikorpi, monoklonali, poliklonali jew anti-idjotipiċi; |
c. |
Riċetturi mfasslin apposta jew speċjalment ipproċessati; |
Noti Tekniċi
1. |
“Antikorpi antiidjotipiċi” tfisser antikorpi li jingħaqdu mas-siti ta’ għaqda ta’ antiġen speċifiku ta’ antikorpi oħrajn; |
2. |
“Antikorpi monoklonali” tfisser proteini li jingħaqdu ma’ sit antiġeniku wieħed u huma prodotti minn klonu singolu ta’ ċelloli; |
3. |
“Antikorpi poliklonali” tfisser taħlita ta’ proteini li jingħaqdu ma’ sit antiġeniku speċifiku u huma prodotti minn aktar minn klonu wieħed ta’ ċelloli; |
4. |
“Riċetturi” tfisser strutturi makromolekulari bijoloġiċi kapaċi li jgħaqqdu l-ligands, u din l-għaqda taffetwa funzjonijiet fiżjoloġiċi. |
ML10 “Inġenji tal-ajru ċivili”
Dawk l-“ajruplani” elenkati skont id-disinjazzjoni f’listi ppubbikati ta’ ċertfikazzjoni li turi li huma tajbin għat-titjir mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili biex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew ta’ negozju.
ML21 u 22 “Żvilupp”
Huwa relatat tal-istadji kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, l-immontar u l-ittestjar ta’ prototipi, skemi ta’ produzzjoni ta’ piloti, data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni ta’ data tad-disinn fi prodott, disinn ta’ konfigurazzjoni, disinn ta’ integrazzjoni, l-arranġamenti skont pjan.
ML17 “Effetturi-tat-tmiem” (“end-effectors”)
Ħattafa, unitajiet attivi ta’ għodda u kull għodda oħra li hija magħquda ma’ baseplate fit-tarf ta’ driegħ manipulatur “robot”.
Nota Teknika
‘Unitajiet attivi ta’ għodda’ huma apparat biex tkun applikata qawwa motiva, enerġija ta’ proċess jew issensjar ta’ entità li jsir xogħol fuqha.
ML4 u 8 “Materjali enerġetiċi”
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta’ materjali enerġetiċi.
ML8 u 18 “Splussivi”
Sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass jew taħlit ta’ sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala booster jew iċċarġjar ewlieni f’applikazzjoni ta’ testata, f’applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma rikjesti li jiddetonaw.
ML7 “Vektors ta’ espressjoni”
Ġarriera (eż. plasmid jew virus) użati biex ikun introdott materjal ġenetiku f’ċelloli li jilqgħu.
ML 17 “Ċellula tal-fjuwil”
Tagħmir elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament f’Elettriku ta’ Kurrent Dirett (DC) bil-konsum tal-karburant minn sors estern.
ML13 “Materjali fibrużi jew filamentari”
Jinkludu:
a. |
Monofilamenti kontinwi; |
b. |
Nisġiet u rovings kontinwi; |
c. |
Tapes, tessuti, tapiti żgħar random u malji tax-xagħar; |
d. |
Fibri mqattgħin, fibri staple u kutri koerenti tal-fibra; |
e. |
Whiskers, jew monokristallini jew polikristallini, ta’ kwalunkwe tul; |
f. |
Polpa poliamide aromatika. |
ML15 “Tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni”
Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw plates għad-dħul u l-ħruġ tal-fibre optic jew b’wiċċ tal-ħġieġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), imma mhux amplifikaturi ta’ plate mikrokanal.
ML22 “Fl-isfera pubblika”
Din tfisser “teknoloġija” jew “software” li huma disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni.
Nota: |
Restrizzjonijiet tal-copyright ma jneħħux lit-’teknoloġija’ jew ‘software’ milli jibqgħu ‘fl-isfera pubblika’. |
ML5 u 19 “Lejżer”
Għaqda ta’ komponenti li jipproduċu kemm spazjalment u temporanjament dawl koerenti li huwa amplifikat b’emissjoni stimolata ta’ radjazzjoni.
ML10 “Veikoli eħfef mill-arja”
Bżieżaq volanti u ajruplani (“airships”) li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef-mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu.
ML17 “Reatturi Nukleari”
Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma’ reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta’ qawwa fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f’kuntatt dirett ma’ jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.
ML8 “Prekursuri”
Kimiċi ta’ speċjalità użati fil-manifattura ta’ splussivi.
ML21 u 22 “Produzzjoni”
Tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal: l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-immuntar, l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-iżgurar tal-kwalità ta’ prodott.
ML8 “Propellanti”
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex jipproduċu volumi kbar ta’ gassijiet jaħarqu f’rati kontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku.
ML4 u 8 “Pirotekniku(iċi)”
Taħlit ta’ karburants solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b’rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta’ sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux issidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja.
ML22 “Rikjest”
Kif applikata għal “teknoloġija”, tirreferi biss għal dak il-porzjon ta’ “teknoloġija” li huwa pekuljarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta’ eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. “Teknoloġija”“rikjesta” bħal din tista’ tkun kondiviża bejn prodotti differenti.
ML7 “Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”
Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin tal-użu għal finijiet ta’ kontroll tal-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzzjoni tal-espożizzjoni. Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta’ “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”).
ML17 “Robot”
Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista’ jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa (“continuous path”) jew punt-għal-punt, jista’ juża sensorijiet, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Huwa multifunzjonali; |
b. |
Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew tagħmir speċjali permezz ta’ movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali; |
c. |
Jinkorpora tliet magħluqa jew miftuħa, jew iktar, li jistgħu jinkludu stepping motors; u |
d. |
Għandu “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” permezz tal-metodu għallem/irrepeti jew permezz ta’ kompjuter elettroniku li jista’ jkun kontrollur tal-loġika programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku. |
Nota |
Id-definizzjoni ta’ hawn fuq ma tinkludix it-tagħmir li ġej:
|
ML21 “Software”
Kollezzjoni ta’ wieħed jew aktar “programmi” jew “mikroprogrammi” delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta’ espressjoni.
ML19 “Spazju kwalifikat”
Prodotti disinjati, immanifatturati u ttestjati biex jilħqu ħtiġiet elettriċi, mekkaniċi jew ambjentali speċjali għal użu fit-tlugħ u għar-regolamentazzjoni ta’ satelliti jew sistemi tat-tajran ta’ altitudni għolja li joperaw f’altitudnijiet ta’ 100 km jew aktar.
ML18 u 20 Superkonduttiv
Jirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, ligi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule).
Nota Teknika
L-istat ‘superkonduttiv’ ta’ materjal huwa karatterizzat individwalment b’’temperatura kritika’, għalqa manjetika kritika, li hija funzjoni ta’ temperatura, u densità ta’ kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm ta’ għalqa manjetika kif ukoll ta’ temperatura.
ML22 “Teknoloġija”
Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ prodott. L-informazzjoni tieħu l-forma ta’ data teknika jew assistenza teknika.
Noti Tekniċi
1. |
‘Data teknika’ tista’ tieħu forom bħal print blu, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formuli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-enġinjerija, manwali u istruzzjonijiet miktuba jew irrekordjato fuq medi oħra jew programmi bħal diska, tejp, memorji li jaqraw biss. |
2. |
‘Assistenza teknika’ tista’ tieħu l-forom bħal istruzzjoni, ħiliet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol, servizzi ta’ konsulenza. ‘Assistenza teknika’ tista’ tinvolvi t-ttrasferiment ta’ ‘data teknika’. |
ML21 u 22 “Użu”
Operazzjoni, installazzjoni (inkluża installazzjoni fuq is-sit), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, eżami bir-reqqa qabel tiswija u arranġament mill-ġdid.”
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/35 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA
tal-15 ta' Marzu 2012
li temenda t-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati
(2012/165/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972 (1) minn hawn ’il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (2) ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 ta’ dak il-Protokoll,
Billi:
(1) |
Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, ġew stabbiliti prezzijiet domestiċi ta’ referenza għall-Partijiet Konraenti. |
(2) |
Inbidlu l-prezzijiet reali fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li għaliha huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet. |
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet ta' referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2 jiġu aġġornati kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
(a) |
It-Tabella III tinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni; |
(b) |
Fit-Tabella IV, il-punt (b) jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' April 2012.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Jacques DE WATTEVILLE
(1) ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.
(2) ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.
ANNESS I
“TABELLA III
Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-UE u l-Isvizzera
Materja prima agrikola |
Il-prezz domestiku ta' referenza tal-Isvizzera |
Il-prezz domestiku ta' referenza tal-UE |
Artikolu 4(1) Applikat fuq in-naħa Svizzera id-Differenza fil-prezz ta' referenza Svizzera / UE |
Artikolu 3(3) Applikat fuq in-naħa tal-UE id-Differenza fil-prezz ta' referenza Svizzera / UE |
CHF għal kull 100 kg nett |
CHF għal kull 100 kg nett |
CHF għal kull 100 kg nett |
EUR għal kull 100 kg nett |
|
Qamħ komuni |
49,25 |
25,50 |
23,75 |
0,00 |
Qamħ durum |
— |
— |
1,20 |
0,00 |
Segala |
40,25 |
28,95 |
11,30 |
0,00 |
Xgħir |
— |
— |
— |
— |
Qamħirrum |
— |
— |
— |
— |
Dqiq tal-qamħ komuni |
98,30 |
48,75 |
49,55 |
0,00 |
Trab tal-ħalib sħiħ |
616,00 |
366,75 |
249,25 |
0,00 |
Trab tal-ħalib xkumat |
430,40 |
285,75 |
144,65 |
0,00 |
Butir |
1 090,10 |
485,55 |
604,55 |
0,00 |
Zokkor abjad |
— |
— |
— |
— |
Bajd |
— |
— |
38,00 |
0,00 |
Patata friska |
41,75 |
17,00 |
24,75 |
0,00 |
Xaħam veġetali |
— |
— |
170,00 |
0,00 ” |
ANNESS II
“TABELLA IV
(b) |
L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:
|
Rettifika
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/38 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/878/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 li tikkonferma l-kalkolu provviżorju tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tat-23 ta' Diċembru 2011 )
Minħabba żball klerikali fil-kolonna B tat-Tabella 1 tal-Anness, l-entrata “D” għal Jaguar Cars Ltd., Land Rover u Tata Motors Limited għandha tiġi sostitwita b’“ND”.
Minħabba żball klerikali fil-kolonni G, H u I tat-Tabella 2 tal-Anness, l-entrati Ford-Werke GMBH u Daimler AG fil-kolonni G u H u l-entrati kollha fil-kolonna I għandhom jiġu sostitwiti b’li ġej:
A |
B |
G |
H |
I |
Isem il-Konsorzju |
Konsorzju |
Distanza għall-mira aġġustata |
Medja tal-massa |
Medja ta’ CO2 (100 %) |
”FORD-WERKE GMBH |
P1 |
–5,598 |
1 289,52 |
136,601 |
DAIMLER AG |
P2 |
0,400 |
1 532,62 |
160,509 |
HONDA MOTOR EUROPE LTD |
P3 |
|
|
146,866 |
MITSUBISHI MOTORS |
P4 |
|
|
158,122 ” |