|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.084.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) 1883/2006 ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2012/163/UE |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
23.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 252/2012
tal-21 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) 1883/2006
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2), jistipula livelli massimi għall-PCB mhux simili għad-diossini, id-diossini u l-furani u għas-somma tad-diossini, il-furani u l-PCB simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel. |
|
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/516/UE tat-23 ta’ Awwissu 2011 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCB fl-għalf u fl-ikel (3) tistabbilixxi livelli ta’ azzjoni sabiex tħeġġeġ approċċ proattiv biex titnaqqas il-preżenza ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati u dibenżofurani poliklorinati (PCDD/F) u PCB simili għad-diossini fl-ikel. Dawn il-livelli ta’ azzjoni huma għodda għall-awtoritajiet u l-operaturi kompetenti biex jenfasizzaw dawk il-każijiet fejn jixraq li jidentifikaw is-sors ta’ kontaminazzjoni u jieħdu miżuri biex inaqqsuh jew jeliminawh. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1883/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistipola metodi ta’ ksib tal-kampjuni u l-analiżi għal-livelli uffiċjali ta’ kontroll tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini f’ċerti oġġetti tal-ikel (4), jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi li għandhom jiġu applikati għall-kontroll uffiċjali. |
|
(4) |
L-applikazzjoni ta’ livelli massimi ġodda għall-PCB mhux simili għad-diossini, stabbiliti wara li tqieset l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-PCB mhux simili għad-diossini u wkoll biex tinkiseb armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni u l-aġġornament tal-kriterji għall-metodi ta’ skrining jeħtieġu emendi konsiderevoli. Għaldaqstant, għal raġunijiet ta’ ċarezza, ikun xieraq li r-Regolament (KE) 1883/2006 jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonċernaw biss it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1883/2006 Dawn ma jaffettwawx l-istrateġija tat-teħid ta’ kampjuni, il-livelli u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni kif speċifikat fl-Annessi III u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 83/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (5). Dawn ma jaffettwawx il-kriterji mmirati għat-teħid ta’ kampjuni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/179/KE tat-23 ta’ Frar 1998 li tistabilixxi regoli dettaljati dwar it-teħid uffiċjali ta’ kampjuni għas-sorveljanza ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (6). |
|
(6) |
Il-metodu analitiku ta’ skrining li l-validità tiegħu hija aċċettata b’mod estensiv u li huwa ta’ volum kbir, jista’ jintuża biex jiġu identifikati l-kampjuni b’livelli konsiderevoli ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini (preferibbilment billi jintgħażlu kampjuni li jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni u tkun assigurata l-għażla ta’ kampjuni li jaqbżu l-livelli massimi). Il-livelli ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini f’dawn il-kampjuni jeħtieġ li jkunu determinati b’metodu konfermatorju ta’ analiżi. Għaldaqstant, ikun xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti adattati għall-metodu ta’ skrining filwaqt li jiġi assigurat li r-rata ta’ konformità falza fir-rigward tal-livelli massimi hija inqas minn 5 %, kif ukoll rekwiżiti stretti għall-metodi ta’ analiżi konfermatorji. Barra minn hekk, permezz tal-metodi konfermatorji jiġu determinati l-livelli fil-medda ta’ sfond inferjuri wkoll. Dan huwa importanti biex jiġu segwiti x-xejriet matul iż-żminijiet, l-istima tal-espożizzjoni u għar-rivalutazzjoni tal-livelli massimi u ta’ azzjoni. |
|
(7) |
Għat-teħid ta’ kampjuni ta’ ħut kbir ħafna, jeħtieġ li t-teħid ta’ kampjuni jkun speċifikat sabiex ikun assigurat approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha. |
|
(8) |
Fil-ħut tal-istess speċi li joriġina mill-istess reġjun, il-livell tad-diossini, tal-PCB simili għad-diossini u tal-PCB mhux simili għad-diossini, jista’ jkun differenti skont id-daqs u/jew l-età tal-ħuta. Barra minn hekk, il-livell tad-diossini, tal-PCB simili għad-diossini u tal-PCB mhux simili għad-diossini mhuwiex neċessarjament l-istess fil-partijiet kollha tal-ħuta. Għaldaqstant, jinħtieġ li t-teħid ta’ kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjuni jkunu speċifikati biex ikun assigurat approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha. |
|
(9) |
Hu importanti li r-riżultati analitiċi jkunu rrapportati u interpretati b’mod uniformi sabiex ikun assigurat approċċ ta’ nfurzar armonizzat fl-Unjoni kollha. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet u l-abbrevjazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
It-teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, furani, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel elenkati fit-Taqsima 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jsir skont il-metodi stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Il-preparazzjoni u l-analiżi tal-kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, furani u PCB simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel elenkati fit-Taqsima 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom isiru skont il-metodi stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
L-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ PCB mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel elenkati fit-Taqsima 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom isiru skont ir-rekwiżiti għall-proċeduri analitiċi stipulati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1883/2006 huwa b’dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(3) ĠU L 218, 24.8.2011, p. 23.
(4) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 32.
ANNESS I
Definizzjonijiet u abbrevjazzjonijiet
I. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tal-14 ta’ Awwissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta’ metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (1).
Flimkien ma’ dawn id-definizzjonijiet, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
1.1. |
“Livell ta’ azzjoni” tfisser il-livell ta’ sustanza partikolari, kif stabbilit fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2011/516/UE, li teżiġi investigazzjonijiet biex jiġi identifikat is-sors ta’ dik is-sustanza f’każijiet fejn jiġu individwati livelli miżjuda tas-sustanza. |
|
1.2. |
“Metodi bijoanalitiċi” tfisser metodi msejsa fuq l-użu ta’ prinċipji bijoloġiċi bħal testijiet ibbażati fuq iċ-ċelloli, testijiet fuq ir-riċevituri jew immunoanaliżi. Dawn ma jagħtux riżultati fil-livell tal-konġeneri iżda sempliċiment indikazzjoni (2) tal-livell TEQ, espress f’Ekwivalenti Bijoanalitiċi (BEQ) biex jitqies il-fatt li l-komposti preżenti f’estratt tal-kampjun li jipproduċu reazzjoni fit-test, mhux kollha jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-prinċipju TEQ. |
|
1.3. |
“Irkupru apparenti tat-test bijoloġiku” tfisser il-livell BEQ ikkalkolat mit-TCDD jew mill-kurva ta’ kalibrazzjoni tal-PCB 126 ikkoreġuta in bjank u mbagħad maqsuma bil-livell TEQ determinat mill-GC/HRMS. Dan jipprova jikkoreġi fatturi bħat-telf tal-PCDD/PCDF u komposti simili għad-diossini matul il-fażijiet ta’ estrazzjoni u ta’ tindif, il-komposti koestratti li jżidu jew inaqqsu r-reazzjoni (l-effetti agonistiċi u antagonistiċi), il-kwalità tal-aġġustament tal-kurva, jew id-differenzi bejn il-valuri TEF u REP. L-irkupru apparenti tat-test bijoloġiku hu kkalkolat minn kampjuni ta’ referenza xierqa bi profili ta’ konġeneri rappreżentattivi qrib il-livell ta’ interess. |
|
1.4. |
“Metodi semikwantitattivi” tfisser il-metodi li jagħtu indikazzjoni approssimattiva tal-konċentrazzjoni tal-analit putattiv, filwaqt li r-riżultat numeriku ma jissodisfax ir-rekwiżiti għall-metodi kwantitattivi. |
|
1.5. |
“Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni speċifiku aċċettat ta’ konġeneru individwali” jfisser il-konċentrazzjoni ta’ analit fl-estratt ta’ kampjun li jipproduċi reazzjoni kruċjali f’żewġ joni differenti li jridu jiġu mmonitorjati bi proporzjon S/Ħ (sinjal/ħoss) ta’ 3:1 għas-sinjal inqas intensiv u jissodisfa l-kriterji kif deskritt, pereżempju, fl-istandard prEN 16215 (L-għalf tal-annimali – Id-determinazzjoni ta’ diossini u PCB simili għad-diossini b’GC/HRMS u ta’ PCB indikaturi b’GC/HRMS) u/jew fil-metodu EPA 1613 reviżjoni B. |
|
1.6. |
“Livell superjuri” tfisser il-kunċett li jeħtieġ l-użu tal-limitu ta’ kwantifikazzjoni għall-kontribuzzjoni ta’ kull konġeneru mhux kwantifikat. |
|
1.7. |
“Livell inferjuri” tfisser il-kunċett li jeħtieġ l-użu ta’ żero għall-kontribuzzjoni ta’ kull konġeneru mhux kwantifikat. |
|
1.8. |
“Livell medju” tfisser il-kunċett li jeħtieġ l-użu tal-limitu ta’ kwantifikazzjoni abbażi tal-kontribuzzjoni ta’ kull konġeneru mhux kwantifikat. |
|
1.9. |
“Lott” tfisser kwantità identifikabbli ta’ ikel ikkunsinnat f’darba u ddeterminat mill-uffiċjal li għandu karatteristiċi komuni, bħall-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ imballaġġ, min jippakkja, l-ispeditur jew l-immarkar. Fil-każ ta’ ħut u prodotti tas-sajd, id-daqs tal-ħut ukoll għandu jkun komparabbli. F’każ li d-daqs u/jew il-piż tal-ħut ma jkunx komparabbli f’kunsinna, il-kunsinna tista’ titqies bħala lott iżda għandha tiġi applikata proċedura speċifka ta’ teħid ta’ kampjuni. |
|
1.10. |
“Sublott” tfisser parti deżinjata ta’ lott kbir sabiex jiġi applikat il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni fuq dik il-parti deżinjata. Kull sublott għandu jkun separat fiżikament u jista’ jiġi identifikat. |
|
1.11. |
“Kampjun inkrementali” tfisser kwantità ta’materjal meħuda minn post wieħed fil-lott jew fis-sublott. |
|
1.12. |
“Kampjun aggregat” tfisser it-total sħiħ tal-kampjuni inkrementali kollha meħuda mil-lott jew mis-sublott. |
|
1.13. |
“Kampjun tal-laboratorju” tfisser parti/kwantità rappreżentattiva tal-kampjun aggregat maħsub għal-laboratorju. |
II. ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI
|
BEQ |
Ekwivalenti Bijoanalitiċi |
|
GC |
Kromatografija tal-gass |
|
HRMS |
Spettrometrija ta’ massa b’riżoluzzjoni għolja |
|
LRMS |
Spettrometrija ta’ massa b’riżoluzzjoni baxxa |
|
PCB |
Poliklorobifenili |
|
PCDD |
Dibenżo-p-diossini poliklorinati |
|
PCDF |
Dibenżofurani poliklorinati |
|
QC |
Kontroll tal-kwalità |
|
REP |
Potenza relattiva |
|
TEF |
Fatturi ta’ Tossiċità Ekwivalenti |
|
TEQ |
Ekwivalenti ta’ Tossiċità |
|
TCDD |
Tetraklorodibenżodiossina |
|
U |
Inċertezza tal-kejl estiża |
(1) ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8.
(2) Il-metodi bijoanalitiċi mhumiex speċifiċi għal dawk il-konġeneri inklużi fl-iskema TEF. Komposti oħra strutturalment relatati li jattivaw l-AhR jistgħu jkunu preżenti fl-estratt tal-kampjun u jikkontribwixxu għar-reazzjoni ġenerali. Għaldaqstant, ir-riżultati bijoanalitiċi ma jistgħux ikunu stima iżda pjuttost indikazzjoni tal-livell TEQ fil-kampjun.
ANNESS II
Metodi ta’ teħid tal-kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini (PCDD/PCDF), pcb simili għad-diossini u pcb mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel
I. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Il-kampjuni maħsuba għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini (PCDD/PCDF), PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini, minn issa ‘l quddiem imsejħa diossini u PCB, f’oġġetti tal-ikel għandhom jittieħdu skont il-metodi deskritti f’dan l-Anness. Il-kampjuni aggregati miksuba b’dan il-mod għandhom jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-lottijiet jew sublottijiet li minnhom huma jittieħdu. Il-konformità mal-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel għandha tkun stabbilita abbażi tal-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.
II. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Il-persunal
It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir minn persuna awtorizzata kif nominata mill-Istat Membru.
2. Il-materjal li minnu għandu jittieħed kampjun
Kull lott jew sublott, li għandu jiġi eżaminat, għandu jittieħed kampjun minnu separatament.
3. Prekawzjonijiet li jridu jittieħdu
Matul it-teħid tal-kampjun u l-preparazzjoni tal-kampjuni, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet sabiex ikun evitat kull tibdil, li jaffettwa l-kontenut ta’ diossini u PCB, li jaffettwa b’mod negattiv id-determinazzjoni analitika jew li jwassal biex il-kampjuni aggregati ma jkunux rappreżentattivi.
4. Kampjuni inkrementali
Safejn huwa possibbli għandhom jittieħdu kampjuni inkrementali minn postijiet differenti mqassma mal-lott jew mas-sublott kollu. Kull devjazzjoni minn din il-proċedura għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru previst skont il-punt II.8 ta’ dan l-Anness.
5. Il-preparazzjoni tal-kampjun aggregat
Il-kampjun aggregat għandu jkun magħmul billi jingħaqdu flimkien il-kampjuni inkrementali. Dan għandu jkun jiżen mill-inqas 1 kg sakemm dan ma jkunx prattiku, eż. meta jittieħed kampjun minn pakkett wieħed biss jew meta l-prodott ikollu valur kummerċjali għoli ħafna.
6. Il-kampjuni replikati
Il-kampjuni replikati għal raġunijiet ta’ infurzar, difiża u referenza, għandhom jittieħdu mill-kampjun aggregat omoġenizzat, sakemm tali proċedura ma tmurx kontra r-regoli tal-Istati Membru fir-rigward tad-drittijiet tal-operatur tan-negozju alimentari. Id-daqs tal-kampjuni tal-laboratorju għall-infurzar għandu jkun biżżejjed biex jippermetti li ssir mill-inqas analiżi doppja.
7. L-imballaġġ u t-trażmissjoni tal-kampjuni
Kull kampjun għandu jitpoġġa f’kontenitur nadif u inert li joffri protezzjoni xierqa mill-kontaminazzjoni, minn telf ta’ analiti minħabba adsorbiment mal-ħitan interni tal-kontenitur u kontra l-ħsara li tista’ tirriżulta waqt it-trasport. Għandhom jittieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex ikun evitat kwalunkwe tibdil fil-kompożizzjoni tal-kampjun, li jista’ jseħħ waqt il-ġarr jew il-ħżin.
8. L-issiġillar u t-tikkettar tal-kampjuni
Kull kampjun meħud għall-użu uffiċjali għandu jiġi ssiġillat fil-post tat-teħid ta’ kampjuni u identifikat skont ir-regoli tal-Istati Membri.
Għandu jinżamm rekord ta’ kull darba li jittieħed kampjun, sabiex kull lott ikun jista’ jiġi identifikat mingħajr ambigwità u għandhom jingħataw id-data u l-post fejn ittieħdu l-kampjuni flimkien ma’ kull tagħrif addizzjonali li jista’ jkun ta’ għajnuna għall-analista.
III. PJAN TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI
Il-metodu applikat ta’ teħid ta’ kampjuni għandu jiżgura li l-kampjun aggregat ikun rappreżentattiv għal-lott(sublott) li għandu jiġi kkontrollat.
1. Tqassim ta’ lottijiet f’sublottijiet
Il-lottijiet kbar għandhom jitqassmu f’sublottijiet bil-kundizzjoni li s-sublott ikun jista’ jiġi sseparat fiżikament. Għal prodotti nnegozjati f’kunsinni bl-ingrossa kbar (eż. żjut veġetali), għandha tapplika t-Tabella 1. Għall-prodotti oħrajn għandha tapplika t-Tabella 2. Meta jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem multiplu eżatt tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %.
Tabella 1
Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti nnegozjati f’kunsinni bl-ingrossa
|
Piż tal-lott (f’tunnellati) |
Piż jew numru ta’ sublottijiet |
|
≥ 1 500 |
500 tunnellata |
|
> 300 u < 1 500 |
3 sublottijiet |
|
≥ 50 u ≤ 300 |
100 tunnellata |
|
< 50 |
— |
Tabella 2
Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti oħrajn
|
Piż tal-lott (f’tunnellati) |
Piż jew numru ta’ sublottijiet |
|
≥ 15 |
15–30 tunnellata |
|
< 15 |
— |
2. Numru ta’ kampjuni inkrementali
Il-kampjun aggregat li jgħaqqad il-kampjuni inkrementali kollha għandu jkun jiżen mill-inqas 1 kg (ara l-punt II.5 ta’ dan l-Anness).
In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott jew mis-sublott għandu jkun indikat fit-Tabelli 3 u 4.
Fil-każ ta’ prodotti likwidi bl-ingrossa, il-lott jew is-sublott għandu jitħallat sew sakemm huwa possibbli u sakemm ma tiġix affettwata l-kwalità tal-prodott, permezz ta’ mezzi manwali jew mekkaniċi eżatt qabel it-teħid tal-kampjuni. F’dan il-każ, wieħed jassumi li t-tqassim tal-kontaminanti f’lott jew sublott partikolari huwa omoġenju. Għaldaqstant, huwa biżżejjed li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott jew sublott sabiex jifformaw il-kampjun aggregat.
Il-kampjuni inkrementali għandhom ikunu simili fil-piż. Il-piż ta’ kampjun inkrementali għandu jkun mill-inqas 100 gramma.
Kull devjazzjoni minn din il-proċedura għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru previst skont il-punt II.8 ta’ dan l-Anness. Skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE tas-27 ta’ Ottubru 1997 li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f’ċerti prodotti mill-annimali (1), id-daqs tal-kampjun aggregat tal-bajd tat-tiġieġ huwa mill-inqas 12-il bajda (għal-lottijiet bl-ingrossa kif ukoll għal-lottijiet li jikkonsistu f’pakketti individwali, għandhom japplikaw it-Tabelli 3 u 4).
Tabella 3
Numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott jew mis-sublott
|
Piż jew volum tal-lott/sublott (f’kilogrammi jew litri) |
Numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed |
|
< 50 |
3 |
|
minn 50 sa 500 |
5 |
|
> 500 |
10 |
Jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali, in-numru ta’ pakketti jew unitajiet li jrid jittieħed biex jifforma l-kampjun aggregat, huwa mogħti fit-Tabella 4.
Tabella 4
In-numru ta’ pakketti jew unitajiet (kampjuni inkrementali) li għandu jittieħed biex jifforma l-kampjun aggregat jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali
|
Numru ta’ pakketti jew unitajiet fil-lott/fis-sublott |
Numru ta’ pakketti jew unitajiet li għandu jittieħed |
|
minn 1 sa 25 |
mill-inqas pakkett wieħed jew unità waħda |
|
minn 26 sa 100 |
madwar 5 %, mill-inqas żewġ pakketti jew unitajiet |
|
> 100 |
madwar 5 %, massimu ta’ 10 pakketti jew unitajiet |
3. Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid ta’ kampjuni tal-lottijiet li fihom ħut sħiħ ta’ daqs u piż komparabbli
Il-ħut jitqies li jkun ta’ daqs u piż komparabbli f’każ li d-differenza fid-daqs u fil-piż ma tkunx taqbeż madwar 50 %.
In-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott huma definiti fit-Tabella 3. Il-kampjun aggregat li jgħaqqad il-kampjuni inkrementali kollha għandu jkun jiżen mill-inqas 1 kg (ara l-punt II.5).
|
— |
F’każ li l-lott li minnu għandu jittieħed il-kampjun ikollu fih ħut żgħir (ħut individwali li jiżen inqas minn madwar 1 kg), il-ħuta sħiħa tittieħed bħala kampjun inkrementali biex tifforma l-kampjun aggregat. F’każ li l-kampjun aggregat li jirriżulta jiżen aktar minn 3 kg, il-kampjuni inkrementali jistgħu jikkonsistu mill-parti tan-nofs, li kull waħda tiżen mill-inqas 100 gramma, tal-ħut li jifforma l-kampjun aggregat. Il-parti sħiħa li għaliha japplika l-livell massimu, tintuża għall-omoġenizzazzjoni tal-kampjun. Il-parti tan-nofs tal-ħuta hija fejn jinsab iċ-ċentru ta’ gravità. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dan jinsab fix-xewka tad-dahar (f’każ li l-ħuta jkollha xewka tad-dahar) jew fin-nofs bejn il-fetħa tal-garġi u l-anus. |
|
— |
F’każ li l-lott li minnu għandu jittieħed il-kampjun ikollu fih ħut ikbar (ħut inidividwali li jiżen aktar minn madwar 1 kg), il-kampjun inkrementali jikkonsisti mill-parti tan-nofs tal-ħuta. Kull kampjun inkrementali jiżen mill-inqas 100 gramma. Għall-ħut ta’ daqs intermedju (madwar 1–6 kg) il-kampjun inkrementali jittieħed bħala biċċa ħuta maqtugħa mis-sinsla saż-żaqq fil-parti tan-nofs tal-ħuta. Għal ħut kbir ħafna (eż. > madwar 6 kg), il-parti inkrementali tittieħed mil-laħam mill-muskolu dorsolaterali tal-lemin (id-dehra minn quddiem). Meta t-teħid ta’ din il-biċċa mill-parti tan-nofs tal-ħuta jirriżulta fi ħsara ekonomika konsiderevoli, it-teħid ta’ tliet kampjuni inkrementali ta’ mill-inqas 350 gramma kull wieħed, jista’ jitiqies bħala suffiċjenti, indipendentement mid-daqs tal-lott jew alternattivament tista’ tittieħed parti ugwali tal-laħam tal-muskoli li tinsab qrib il-parti tad-denb u tal-laħam bil-muskoli qrib il-parti tar-ras ta’ ħuta waħda biex tifforma l-kampjun inkrementali li jkun rappreżentattiv għal-livell ta’ diossini fil-ħuta kollha. |
4. Teħid ta’ kampjuni tal-lottijiet ta’ ħut li fihom ħut sħiħ ta’ daqs u/jew piż differenti
|
— |
Fir-rigward tal-kostituzzjoni tal-kampjun għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt III.3. |
|
— |
F’każ li klassi/kategorija tad-daqs jew tal-piż tkun predominanti (madwar 80 % jew aktar tal-lott), il-kampjun jittieħed minn ħut li għandu daqs jew piż predominanti. Dan il-kampjun għandu jitqies bħala rappreżentattiv għal-lott kollu. |
|
— |
F’każ li l-ebda klassi/kategorija partikolari tad-daqs jew tal-piż ma tkun predominanti, għandu jiġi żgurat li l-ħut magħżul għall-kampjun ikun rappreżentattiv għall-lott. Għal każijiet bħal dawn hi pprovduta gwida speċifika fil-“Guidance on sampling of whole fishes of different size and/or weight (2).” |
5. Teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut
It-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir, meta jkun possibbli, skont id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stipulati fil-punt III.2 ta’ dan l-Anness.
Meta dan ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, bil-kundizzjoni li dan jiżgura rappreżentanza suffiċjenti għal-lott jew is-sublott li minnu ttieħed il-kampjun.
IV. KONFORMITÀ TAL-LOTT JEW TAS-SUBLOTT MAL-ISPEĊIFIKAZZJONI
1. Fir-rigward ta’ PCB mhux simili għad-diossini
Il-lott hu aċċettat jekk ir-riżultat analitiku ma jaqbiżx il-livell massimu ta’ PCB mhux simili għad-diossini kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl.
Il-lott jitqies mhux konformi mal-livell massimu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jekk ir-riżultat analitiku tal-livell superjuri kkonfermat mill-analiżi doppja (3), ikun jaqbeż mingħajr ebda dubju l-livell massimu, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl.
L-inċertezza tal-kejl tista’ titqies skont wieħed mill-approċċi li ġejjin:
|
— |
billi tiġi kkalkolata l-inċertezza estiża, bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %. Lot jew sublott jitqies mhux konformi jekk il-valur imkejjel nieqes U jkun ogħla mil-livell permess stabbilit. |
|
— |
billi jiġi stabbilit il-limitu tad-deċiżjoni (CCα) skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tal-14 ta’ Awwissu 2002 (il-punt 3.1.2.5 tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni — il-każ tas-sustanzi b’livell permess stabbilit). Lot jew sublott jitqies mhux konformi jekk il-valur imkejjel ikun ugwali għal CCα jew ogħla. |
Ir-regoli msemmija hawn fuq għandhom japplikaw għar-riżultat analitiku miksub fuq il-kampjun għall-kontroll uffiċjali. Fil-każ ta’ analiżi għal finijiet ta’ difiża jew ta’ referenza, japplikaw ir-regoli nazzjonali.
2. Fir-rigward ta’ diossini (PCDD/PCDF) u PCB simili għad-diossini
Il-lott hu aċċettat, jekk ir-riżultat ta’ analiżi waħda
|
— |
li saret permezz ta’ metodu ta’ skrining b’rata ta’ konformità falza inqas minn 5 %, jindika li l-livell ma jaqbiżx il-livell massimu rispettiv ta’ PCDD/F u s-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006; |
|
— |
li saret permezz ta’ metodu konfermatorju, ma jaqbiżx il-livell massimu rispettiv ta’ PCDD/F u s-somma ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl. |
Għal testijiet ta’ skrining għandu jiġi stabbilit valur ta’ limitu għad-deċiżjoni dwar il-konformità mal-livelli rispettivi ta’ interess stabbiliti għall-PCDD/F jew għas-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini.
Il-lott jitqies mhux konformi mal-livell massimu kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jekk ir-riżultat analitiku tal-livell superjuri miksub permezz ta’ metodu konfermatorju u kkonfermat b’analiżi doppja (3), ikun jaqbeż mingħajr ebda dubju l-livell massimu, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl.
L-inċertezza tal-kejl tista’ titqies skont wieħed mill-approċċi li ġejjin:
|
— |
billi tiġi kkalkolata l-inċertezza estiża, bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %. Lot jew sublott jitqies mhux konformi jekk il-valur imkejjel nieqes U jkun ogħla mil-livell permess stabbilit. Fil-każ ta’ determinazzjoni separata ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini, is-somma tal-istima tal-inċertezza estiża tar-riżultati analitiċi separati tal-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini għandha tintuża għall-istima tal-inċertezza estiża għas-somma tal-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini, |
|
— |
billi jiġi stabbilit il-limitu tad-deċiżjoni (CCα) skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2002/657/KE (il-punt 3.1.2.5 tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni — il-każ tas-sustanzi b’livell permess stabbilit) lott jew sublott mhuwiex konformi jekk il-valur imkejjel ikun ugwali għal CCα jew ogħla. |
Ir-regoli msemmija hawn fuq għandhom japplikaw għar-riżultat analitiku miksub fuq il-kampjun għall-kontroll uffiċjali. Fil-każ ta’ analiżi għal finijiet ta’ difiża jew ta’ referenza, japplikaw ir-regoli nazzjonali.
V. EĊĊESS TAL-LIVELLI TA’ AZZJONI
Il-livelli ta’ azzjoni jservu ta’ għodda biex jintgħażlu l-kampjuni f’dawk il-każijiet fejn hu xieraq li jiġi identifikat is-sors ta’ kontaminazzjoni u li jittieħdu miżuri biex din titnaqqas jew titneħħa. Il-metodi ta’ skrining għandhom jistabbilixxu valuri ta’ limitu xierqa għall-għażla ta’ dawn il-kampjuni. L-isforzi meħtieġa biex jiġi identifikat is-sors u biex titnaqqas u titneħħa l-kontaminazzjoni għandhom jitwettqu biss jekk l-eċċess tal-livell ta’ azzjoni jiġi kkonfermat b’analiżi doppja bl-użu ta’ metodu konfermatorju u billi titqies l-inċertezza tal-kejl (4).
(1) ĠU L 303, 6.11.1997, p. 12.
(2) http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/dioxins_en.htm
(3) L-analiżi doppja hija neċessarja biex tiġi eskluża l-possibbiltà ta' kontaminazzjoni inkroċata interna jew ta' taħlit aċċidentali tal-kampjuni. L-ewwel analiżi, meta titqies l-inċertezza tal-kejl, tintuża għall-verifika tal-konformità. Fil-każ li l-analiżi ssir fil-qafas ta’ inċident ta’ kontaminazzjoni, il-konferma b’analiżi doppja tista’ tiġi eliminata f'każ li l-kampjuni magħżulin għall-analiżi huma konnessi, permezz tat-traċċabbiltà, mal-inċident ta’ kontaminazzjoni.
(4) L-ispjegazzjoni u r-rekwiżiti rigward l-analiżi doppja huma identiċi għall-kontroll tal-livelli ta' azzjoni kif imsemmi fin-nota 3 f'qiegħ il-paġna.
ANNESS III
Preparazzjoni tal-kampjuni u rekwiżiti għall-metodi tal-analiżi użati fil-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini (PCDD/PCDF) u PCBS simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għandhom jiġu applikati meta l-oġġetti tal-ikel jiġu analizzati għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ dibenżo-p-diossini poliklorinati u dibenżofurani poliklorinati (PCDD/F) sostitwiti għal 2,3,7,8 u ta’ poliklorobifenili simili għad-diossini (PCB simili għad-diossini) u għal finijiet regolatorji oħra.
Il-monitoraġġ għall-preżenza ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel jista’ jsir b’żewġ għanijiet differenti:
|
(a) |
l-għażla ta’ dawk il-kampjuni bil-livelli ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini li jaqbżu l-livelli massimi, jew il-livelli ta’ azzjoni. Dan l-approċċ jista’ jinvolvi metodu ta’ skrining li jippermetti volum kbir ta’ kampjuni kosteffikaċi, u b’hekk iżid il-possibbiltà li jiġu skoperti każijiet ġodda ta’ espożizzjoni għolja tal-konsumaturi u ta’ riskji għal saħħithom. Il-metodi ta’ skrining jistgħu jinkludu metodi bijoanalitiċi u metodi GC/MS. L-applikazzjoni tagħhom għandha timmira li tevita riżultati ta’ konformità falza. Il-konċentrazzjoni ta’ PCDD/F u s-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini f’dawk il-kampjuni b’livelli sinifikanti jeħtieġ li tiġi ddeterminata/ikkonfermata b’metodu konfermatorju. |
|
(b) |
id-determinazzjoni tal-livelli ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini fil-kampjuni tal-ikel fil-medda ta’ livelli ta’ sfond inferjuri. Dan huwa importanti għas-segwitu tax-xejriet matul iż-żminijiet, l-istima tal-espożizzjoni tal-popolazzjoni u biex tinħoloq bażi ta’ dejta għar-rivalutazzjoni tal-livelli massimi u ta’ azzjoni. Dan l-għan jintlaħaq permezz ta’ metodi konfermatorji li jippermettu l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini bl-aktar mod ċar fil-livell ta’ interess. Dawn il-metodi jistgħu jintużaw biex jiġu kkonfermati r-riżultati miksuba permezz tal-metodi ta’ skrining u biex jiġu determinati l-livelli ta’ sfond inferjuri fil-monitoraġġ tal-ikel. Dawn huma importanti wkoll biex jiġu stabbiliti profili ta’ konġeneri sabiex jiġi identifikat is-sors ta’ kontaminazzjoni potenzjali. Bħalissa dawn il-metodi jużaw kromatografija tal-gass ta’ riżoluzzjoni għolja/spettrometrija ta’ massa ta’ riżoluzzjoni għolja (HRGC/HRMS). |
2. KLASSIFIKAZZJONI TAL-METODI SKONT IL-GRAD TA’ KWANTIFIKAZZJONI TAGĦHOM (1)
Il-metodi kwalitattivi jiddeterminaw jekk hemmx preżenza jew le ta’ analiti ta’ interess, mingħajr ebda indikazzjoni kwantifikata tal-konċentrazzjoni tal-analit putattiv. Dawn il-metodi jista’ jkollhom il-potenzjal li jipprovdu riżultati semikwantitattivi iżda jintużaw biss biex jirrapportaw il-preżenza jew in-nuqqas ta’ analiti u jindikaw il-possibbiltà ta’ livelli ogħla jew aktar baxxi minn ċerti meded, eż. il-limitu ta’ detezzjoni, il-limitu ta’ kwantifikazzjoni jew il-valuri ta’ limitu.
Għall-kontroll tal-livelli massimi u ta’ azzjoni għal PCDD/F u komposti simili għad-diossini fl-ikel, jistgħu jiġu applikati metodi ta’ skrining li huma msejsa fuq it-tqabbil tar-riżultat analitiku mal-valur ta’ limitu u jiddeterminaw jekk hemmx preżenza jew le ta’ analiti u jindikaw il-possibbiltà ta’ eċċess tal-livell ta’ interess. Għal dan il-għan, ġew introdotti metodi bijoanalitiċi. Ġeneralment, jistgħu jiġu żviluppati wkoll metodi fiżikokimiċi; Madankollu, fir-rigward tal-livelli massimi u ta’ azzjoni abbażi tat-TEQ u tal-analiżi kumplessa bid-determinazzjoni meħtieġa tal-konġeneri individwali rilevanti, ma hemmx eżempji prattiċi.
“ Il-metodi semikwantitattivi ” jagħtu indikazzjoni approssimattiva tal-konċentrazzjoni li tista’ tkun utli bħala tagħrif dwar il-medda tal-konċentrazzjoni tal-analit u ta’ għajnuna għall-analista biex jiddeċiedi dwar il-medda ta’ kalibrazzjoni għat-test konfermatorju li jrid jitwettaq sussegwentement u għal finijiet ta’ kontroll tal-kwalità. Eżempji jinkludu:
|
— |
il-metodi bijoanalitiċi li jistgħu jindividwaw l-analiti ta’ interess, jinkludu kurva ta’ kalibrazzjoni, jiddeterminaw jekk hemmx preżenza jew le ta’ analiti u jindikaw il-possibbiltà ta’ eċċess tal-livell ta’ interess u jippermettu li jiġi rrapportat ir-riżultat bħala Ekwivalenti Bijoanalitiċi (BEQ), li jagħtu indikazzjoni tal-valur TEQ fil-kampjun, |
|
— |
it-test fiżikokimiku (eż. il-GC-MS/MS jew il-GC/LRMS) fejn il-karatteristiċi tal-metodu ta’ preċiżjoni mkejla ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għat-testijiet kwantitattivi. |
“ Il-metodi kwantitattivi ” jissodisfaw l-istess rekwiżiti għall-akkuratezza, il-medda dinamika u l-preċiżjoni bħala testijiet konfermatorji. Meta tkun meħtieġa l-kwantifikazzjoni, dawn il-metodi għandhom jiġu vvalidati bħala metodi konfermatorji, kif imfisser f’dan id-dokument għall-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini.
3. SFOND
Sabiex jiġu kkalkolati l-konċentrazzjonijiet tal-Ekwivalenti ta’ Tossiċità (TEQ), il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi individwali f’kampjun partikolari għandhom jiġu multiplikati mal-Fattur ta’ Tossiċità Ekwivalenti (TEF) rispettiv tagħhom, kif ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u elenkati fl-Appendiċi ma’ dan l-Anness, u sussegwentement magħduda biex jinkiseb it-total ta’ konċentrazzjoni tal-komposti simili għad-diossini espressi bħala TEQs.
Il-metodi konfermatorji u ta’ skrining jistgħu jiġu applikati biss għall-kontroll ta’ ċerta matriċi jekk il-metodi jkunu sensittivi biżżejjed li jindividwaw il-livelli b’mod affidabbli fil-livell ta’ interess (livell massimu jew ta’ azzjoni).
4. REKWIŻITI TA’ GARANZIJA TAL-KWALITÀ
|
— |
Għandhom jittieħdu miżuri sabiex tkun evitata l-kontaminazzjoni inkroċata f’kull stadju tal-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżi. |
|
— |
Il-kampjuni għandhom jinħażnu u jinġarru f’kontenituri tal-ħġieġ, aluminju, polipropilen jew polietilen adattati għall-ħżin mingħajr ma jaffettwaw il-livelli ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini fil-kampjuni. Għandhom jitneħħew it-traċċi ta’ trab tal-karti mill-kontenitur tal-kampjuni. |
|
— |
Il-ħażna u l-ġarr tal-kampjuni għandhom jitwettqu b’mod li jżomm l-integrità tal-kampjun tal-oġġett tal-ikel. |
|
— |
Sa fejn huwa rilevanti, kull kampjun tal-laboratorju għandu jkun mitħun fin u mħallat bl-użu ta’ proċess li ntwera biex tinkiseb omoġenizzazzjoni kompluta (eż. tħin sabiex jgħaddi minn ġo għarbiel ta’ 1 mm); il-kampjuni għandhom jitnixxfu qabel it-tħin jekk il-kontenut ta’ umdu jkun għoli wisq. |
|
— |
Il-kontroll tar-reaġenti, tal-oġġetti tal-ħġieġ u tat-tagħmir għall-influwenza possibbli tar-riżultati msejsa fuq TEQ jew BEQ, huwa ta’ importanza ġenerali. |
|
— |
għandha ssir analiżi in bjank billi titwettaq il-proċedura analitika kollha filwaqt li jitħalla barra l-kampjun biss. |
|
— |
Għall-metodi bijoanalitiċi, huwa ferm importanti li l-oġġetti tal-ħġieġ u s-solventi kollha użati fl-analiżi jiġu ttestjati biex ikunu ħielsa minn komposti li jinterferixxu mad-detezzjoni tal-komposti fil-mira fil-medda ta’ ħidma. L-oġġetti tal-ħġieġ għandhom jitlaħalħu bis-solventi jew/u jissaħħnu f’temperaturi adattati għat-tneħħija mis-superfiċje tagħhom tat-traċċi ta’ PCDD/F, komposti simili għad-diossini u komposti li jinterferixxu. |
|
— |
Il-kwantità tal-kampjun użata għall-estrazzjoni għandha tkun biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-medda ta’ ħidma baxxa biżżejjed inklużi l-konċentrazzjonijiet ta’ interess. |
|
— |
Il-proċeduri speċifiċi ta’ preparazzjoni tal-kampjun użati għall-prodotti meqjusa għandhom isegwu l-linji gwida aċċettati internazzjonalment. |
|
— |
Fil-każ tal-ħut, il-ġilda għandha titneħħa billi l-livell massimu japplika għal-laħam tal-muskoli mingħajr ġilda. Madankollu, jinħtieġ li l-fdalijiet kollha tal-laħam tal-muskoli u tat-tessut tax-xaħam li jinsabu fuq il-parti ta’ ġewwa tal-ġilda jitneħħew bil-galbu u kompletament mill-ġilda u miżjuda mal-kampjun li jrid jiġi analizzat. |
5. REKWIŻITI GĦAL-LABORATORJI
|
— |
B’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorji għandhom ikunu akkreditati minn korp rikonoxxut li jopera skont il-Gwida ISO 58 biex jiżgura li dawn qegħdin japplikaw assigurazzjoni ta’ kwalità analitika. Il-laboratorji għandhom jiġu akkreditati billi jiġi segwit l-istandard EN ISO/IEC 17025. |
|
— |
Il-profiċjenza tal-laboratorju għandha tiġi ppruvata permezz tal-parteċipazzjoni kontinwa b’suċċess fi studji interlaboratorji għad-determinazzjoni tal-PCDD/F u tal-PCB simili għad-diossini fil-matriċijiet tal-ikel u l-meded ta’ konċentrazzjoni rilevanti. |
|
— |
Il-laboratorji li japplikaw il-metodi ta’ skrining għall-kontroll ta’ rutina tal-kampjuni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib mal-laboratorji li japplikaw il-metodu konfermatorju, kemm għall-kontrol tal-kwalità kif ukoll għall-konferma tar-riżultat analitiku tal-kampjuni suspettati. |
6. REKWIŻITI BAŻIĊI LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI MILL-PROĊEDURA ANALITIKA GĦAD-DIOSSINI (PCDD/F) U PCB SIMILI GĦAD-DIOSSINI
6.1. Medda ta’ ħidma baxxa u limiti ta’ kwantifikazzjoni
|
— |
Fir-rigward tal-PCDD/F, il-kwanitiajiet li jistgħu jiġu individwati għandhom ikunu fil-medda tal-femtogramm superjuri (10–15 g) minħabba t-tossiċità estrema ta’ wħud minn dawn il-komposti. Għall-biċċa l-kbira tal-konġeneri tal-PCB, il-limitu ta’ kwantifikazzjoni fil-medda tan-nanogramm (10–9 g) diġà huwa biżżejjed. Madankollu, għall-kejl tal-konġeneri tal-PCB simili għad-diossini l-aktar tossiċi, (b’mod partikolari l-konġeneri sostitwiti mhux orto), il-limitu inferjuri tal-medda ta’ ħidma jrid jilħaq il-livelli tal-pikogramm inferjuri (10–12 g). |
6.2. Selettività għolja (speċifiċità)
|
— |
Jinħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini u għadd kbir ta’ komposti oħra koestratti, li possibbilment jinterferixxu u li huma preżenti f’konċentrazzjonijiet ta’ daqs ferm akbar minn dawk tal-analiti ta’ interess. Għall-metodi ta’ kromatografija tal-gass/spettrometrija ta’ massa (GC/MS), jinħtieġ li ssir differenzjazzjoni fost diversi konġeneri, pereżempju bejn il-konġeneri tossiċi (eż. is-sbatax PCDD/F sostitwiti għal 2,3,7,8 u t-tnax PCB simili għad-diossini) u konġeneri oħra. |
|
— |
Il-metodi bijoanalitiċi għandhom jindividwaw il-komposti fil-mira bħalma hi s-somma ta’ PCDD/F u/jew PCB simili għad-diossini. It-tindif tal-kampjun għandu jimmira li jneħħi l-komposti li jikkawżaw riżultati ta’ nuqqas ta’ konformità falza jew il-komposti li jistgħu jnaqqsu r-rispons u jikkawżaw riżultati ta’ konformità falza. |
6.3. L-akkuratezza kbira (eżattezza u preċiżjoni, irkupru apparenti tat-test bijoloġiku)
|
— |
Għall-metodi GC/MS, id-determinazzjoni għandha tipprovdi stima valida tal-konċentrazzjoni effettiva f’kampjun. Akkuratezza kbira (akkuratezza tal-kejl: il-grad ta’ konkordanza bejn ir-riżultat tal-kejl mal-valur reali jew assenjat tal-kwantità li trid titkejjel) hi meħtieġa biex jiġi evitat li r-riżultat ta’ analiżi tal-kampjun jiġi rifjutat abbażi ta’ dipendenza mhux rakkomandabbli tal-livell TEQ determinat. L-akkuratezza hija mfissra bħala “eżattezza” (id-differenza bejn il-valur medju mkejjel għal analit f’materjal iċċertifikat u l-valur iċċertifikat tiegħu, li huwa espress bħala perċentwal ta’ dan il-valur) u “preċiżjoni” (id-devjazzjoni standard relattiva RSDR ikkalkolata mir-riżultati ġġenerati f’kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità). |
|
— |
Għall-metodi bijoanalitiċi, għandu jiġi ddeterminat l-irkupru apparenti tat-test bijoloġiku. |
6.4. Il-validazzjoni fil-medda tal-livell ta’ interess u l-miżuri ġenerali tal-kontroll tal-kwalità
|
— |
Il-laboratorji għandhom juru r-rendiment ta’ metodu fil-medda tal-livell ta’ interess, eż. 0,5 ×, 1 × u 2 × il-livell ta’ interess b’koeffiċjenti aċċettabbli ta’ varjazzjoni għall-analiżi ripetuta, matul il-proċedura ta’ validazzjoni u/jew matul l-analiżi ta’ rutina. |
|
— |
Għandhom jitwettqu regolarment kontrolli in bjank u esperimenti miżjuda jew analiżi tal-kampjuni ta’ kontroll (preferibbilment, jekk ikun possibbli, materjal ta’ referenza ċċertifikat) bħala miżuri interni ta’ kontroll tal-kwalità. It-tabelli tal-kontroll tal-kwalità (QC) għal kontrolli in bjank, esperimenti miżjuda jew analiżi tal-kampjuni ta’ kontroll għandhom jiġu rreġistrati u ċċekkjati biex ikun żgurat li r-rendiment analitiku huwa konformi mar-rekwiżiti. |
6.5. Limitu ta’ kwantifikazzjoni
|
— |
Għall-metodu ta’ skrining bijoanalitiku, mhuwiex indispensabbli li jiġi stabbilit LOQ iżda l-metodu għandu juri li jista’ jiddifferenzja bejn il-valur in bjank u dak ta’ limitu. Meta jiġi pprovdut livell BEQ, għandu jiġi stabbilit livell ta’ rappurtar biex jiġu trattati l-kampjuni li juru rispons taħt dan il-livell. Il-livell ta’ rappurtar għandu jintwera li hu differenti mill-kampjuni in bjank tal-proċedura mill-inqas b’fattur ta’ tlieta, b’rispons taħt il-medda ta’ ħidma. Għaldaqstant, dan għandu jiġi kkalkolat minn kampjuni li fihom il-komposti fil-mira madwar il-livell minimu meħtieġ, u mhux minn proporzjon S/N jew test in bjank. |
|
— |
Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ) għall-metodu konfermatorju għandu jkun ta’ madwar għoxrin fil-mija tal-livell ta’ interess. |
6.6. Kriterji analitici
|
— |
Għal riżultati ta’ min jorbot fuqhom minn metodi konfermatorji jew ta’ skrining, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti rispettivament għall-valur TEQ u l-valur BEQ, kemm jekk determinat bħala TEQ totali (bħala somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini) jew separatament għal PCDD/F u PCB simili għad-diossini.
|
6.7. Rekwiżiti speċifiċi għal metodi ta’ skrining
|
— |
Għall-iskrining jistgħu jintużaw kemm il-metodi GC/MS kif ukoll dawk bijoanalitiċi. Għall-metodi GC/MS, għandhom jintużaw ir-rekwiżiti kif stabbiliti fil-punt 7 ta’ dan l-Anness. Għall-metodi bijoanalitiċi bbażati fuq iċ-ċelloli, hemm rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-punt 8 ta’ dan l-Anness. |
|
— |
Il-laboratorji li japplikaw metodi ta’ skrining għall-kontroll ta’ rutina tal-kampjuni, għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib mal-laboratorji li japplikaw il-metodu konfermatorju. |
|
— |
Ir-rendiment tal-metodu ta’ skrining irid jiġi vverifikat matul l-analiżi ta’ rutina, mill-kontroll tal-kwalità tal-analiżi u mill-validazzjoni kontinwa tal-metodu. Għandu jkun hemm programm kontinwu għall-kontroll ta’ riżultati konformi. |
|
— |
Kontroll tas-soppressjoni potenzjali tar-rispons ċellulari u ċ-ċitossiċità Għoxrin fil-mija tal-estratti tal-kampjun għandhom jitkejlu fi skrining ta’ rutina biż-żieda ta’ 2,3,7,8-TCDD jew mingħajrha, b’konformità mal-livell ta’ interess, biex jiġi ċċekkjat jekk ir-rispons huwiex imħassar minn sustanzi li jinterferixxu, li jinsabu fl-estratt tal-kampjun. Il-konċentrazzjoni mkejla tal-kampjun miżjud titqabbel mas-somma tal-konċentrazzjoni tal-estratt mhux miżjud flimkien mal-konċentrazzjoni miżjuda. Jekk din il-konċentrazzjoni mkejla tkun aktar minn 25 % aktar baxxa tal-konċentrazzjoni (is-somma) kkalkolata, dan jindika li s-sinjal seta’ tħassar u l-kampjun rispettiv għandu jintbagħat għall-analiżi konfermatorja GC/HRMS. Ir-riżultati għandhom jiġu mmonitorjati f’tabelli ta’ kontroll tal-kwalità. |
|
— |
Il-kontroll tal-kwalità fuq kampjuni konformi Madwar 2 sa 10 % tal-kampjuni konformi, skont il-matriċi tal-kampjun u l-esperjenza tal-laboratorju, għandhom jiġu kkonfermati permezz tal-GC/HRMS. |
|
— |
Determinazzjoni tar-rati ta’ konformità falza mid-dejta tal-QC Ir-rata tar-riżultati ta’ konformità falza mill-iskrining tal-kampjuni inqas u ogħla mil-livell massimu jew mil-livell ta’ azzjoni, għandha tiġi determinata. Ir-rati attwali ta’ konformità falza għandhom ikunu inqas minn 5 %. Wara li l-kontroll tal-kwalità tal-kampjuni konformi juri minimu ta’ 20 riżultat ikkonfermat għal kull matriċi jew grupp ta’ matriċi, jistgħu jitfasslu minn din il-bażi ta’ dejta l-konklużjonijiet dwar ir-rata ta’ konformità falza. Ir-riżultati mill-kampjuni analizzati fir-ringtests jew waqt inċidenti ta’ kontaminazzjoni li jkopru sa medda ta’ konċentrazzjoni ta’ eż. 2 × il-livell massimu (ML), jistgħu wkoll jiġu inklużi fil-minimu ta’ 20 riżultat għall-evalwazzjoni tar-rata ta’ konformità falza. Il-kampjuni għandhom ikopru l-profili ta’ konġeneri l-aktar frekwenti, li jirrappreżentaw diversi sorsi. Għalkemm it-testijiet ta’ skrining huma maħsuba biex qabel kollox jindividwaw il-kampjuni li jaqbżu l-livell ta’ azzjoni, il-kriterju għad-determinazzjoni tar-rati ta’ konformità falza huwa l-livell massimu, meta titqies l-inċertezza tal-kejl tal-metodu konfermatorju. |
|
— |
Ir-riżultati tal-iskrining potenzjalment mhux konformi għandhom dejjem jiġu vverifikati permezz ta’ metodu konfermatorju ta’ analiżi (GC/HRMS). Dawn il-kampjuni jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi evalwata r-rata ta’ riżultati ta’ nuqqas ta’ konformità falza. Għal metodi ta’ skrining, ir-rata ta’ “riżultati ta’ nuqqas ta’ konformità falza” hija l-frazzjoni ta’ riżultati li l-konformità tagħhom ġiet ikkonfermata permezz tal-ananliżi konfermatorja GC/HRMS filwaqt li fi skrining preċedenti l-kampjun kien ġie ddikjarat li hu suspettat li ma jikkonformax. Madankollu, l-evalwazzjoni tal-utilità tal-metodu ta’ skrining għandha tkun imsejsa fuq it-tqabbil tal-kampjuni ta’ nuqqas ta’ konformità falza man-numru totali ta’ kampjuni ċċekkjati. Din ir-rata għandha tkun baxxa biżżejjed sabiex l-użu ta’ għodda ta’ skrining jibqa’ wieħed vantaġġjuż. |
|
— |
Il-metodi bijoanalitiċi għandhom jipprovdu, għall-inqas f’kundizzjonijiet ta’ validazzjoni, indikazzjoni valida tal-livell TEQ, ikkalkolat u espress bħala BEQ. |
|
— |
Għall-metodi bijoanalitiċi mwettqa f’kundizzjonijiet ta’ ripetibilità wkoll, l-RSDr bejn laboratorju u ieħor tkun tipikament iżgħar mir-riproduċibilità RSDR. |
7. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAL METODI GC/HRMS LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI GĦAL RAĠUNIJIET KONFERMATORJI JEW TA’ SKRINING
7.1. Rekwiżiti ġenerali
|
— |
Id-differenza bejn il-livell superjuri u l-livell inferjuri ma għandhiex taqbeż l-20 % għall-oġġetti tal-ikel b’kontaminazzjoni ta’ madwar 1 pg WHO-TEQ/g ta’ xaħam (abbażi tas-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini). Għall-oġġetti tal-ikel b’kontenut baxx ta’ xaħam, għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti għal-livelli ta’ kontaminazzjoni ta’ madwar 1 pg WHO-TEQ/g tal-prodott. Għal livelli aktar baxxi ta’ kontaminazzjoni, pereżempju 0,5 pg WHO-TEQ/g tal-prodott, id-differenza bejn livell superjuri u dak inferjuri tista’ tkun fil-medda ta’ minn 25 % sa 40 %. |
7.2. Kontroll tal-irkupri
|
— |
L-istandards interni ta’ PCDD/F sostitwiti għal 2,3,7,8-koru ttikkettati bi 13C u l-istandards interni ta’ PCB simili għad-diossini ttikkettati bi 13C għandhom jiżdiedu fil-bidu nett tal-metodu analitiku eż. qabel l-estrazzjoni sabiex tkun ivvalidata l-proċedura analitika. Għall-inqas konġeneru wieħed għal kull wieħed mill-gruppi omologi tetra jew oktaklorinati għall-PCDD/F u għall-inqas konġeneru wieħed għal kull wieħed mill-gruppi omologi għall-PCB simili għad-diossini għandhom jiġu miżjuda (alternattivament, għall-inqas konġeneru wieħed għal kull funzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ jonu magħżula għal kull spettrometrija ta’ massa użata għall-monitoraġġ ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini). Fil-każ ta’ metodi konfermatorji, għandhom jintużaw is-17-il standard intern kollha ta’ PCDD/F sostitwiti għal 2,3,7,8 ttikkettati bi 13C u t-12-il standard intern kollha ta’ PCB simili għad-diossini ttikkettati bi 13C. |
|
— |
Għandhom jiġu determinati wkoll fatturi ta’ rispons relattivi għal dawk il-konġeneri li għalihom mhu miżjud l-ebda analogu ttikkettat bi 13C, bl-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ kalibrazzjoni xierqa. |
|
— |
Għall-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-pjanti u għall-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali li jkun fihom inqas minn 10 % ta’ xaħam, iż-żieda ta’ standards interni hija obbligatorja qabel l-estrazzjoni. Għall-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali li jkun fihom aktar minn 10 % ta’ xaħam, l-istandards interni jistgħu jiżdiedu qabel jew wara l-estrazzjoni tax-xaħam. Għandha titwettaq validazzjoni xierqa tal-effiċjenza tal-estrazzjoni, skont l-istadju li fih huma introdotti l-istandards interni u skont jekk ir-riżultati humiex irrapportati abbażi tal-prodott jew tax-xaħam. |
|
— |
Qabel l-analiżi GC/MS, għandhom jiżdiedu wieħed jew żewġ standards ta’ rkupru (sostituzzjoni). |
|
— |
Il-kontroll tal-irkupru huwa neċessarju. Għal metodi konfermatorji, l-irkupri tal-istandards interni individwali għandhom ikunu fil-medda ta’ minn 60 % sa 120 %. L-irkupri ogħla jew aktar baxxi għal konġeneri individwali, b’mod partikolari għal ċerti dibenżo-p-diossini u dibenżofurani etta u ottaklorinati huma aċċettabbli b’kundizzjoni li l-kontribuzzjoni tagħhom lill-valur TEQ ma taqbiżx l-10 % tal-valur TEQ totali (ibbażat fuq is-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini). Għal metodi ta’ skrining GC/MS, l-irkupri għandhom ikunu fil-medda ta’ minn 30 sa 140 %. |
7.3. Tneħħija ta’ sustanzi li jinterferixxu
|
— |
Is-separazzjoni ta’ PCDD/F minn komposti klorinati li jinterferixxu bħal PCB mhux simili għad-diossini u eteri tad-difenil klorinati għandha ssir permezz ta’ tekniki kromatografiċi adattati (preferebbilment b’kolonna ta’ florisil, alumina u/jew karbonju). |
|
— |
Is-separazzjoni permezz ta’ kromatografija b’fażi gassuża ta’ isomeri għandha tkun biżżejjed (< 25 % quċċata ma’ quċċata bejn 1,2,3,4,7,8-HxCDF u 1,2,3,6,7,8-HxCDF). |
7.4. Kalibrazzjoni b’kurva standard
|
— |
Il-medda tal-kurva ta’ kalibrazzjoni għandha tkopri l-medda rilevanti tal-livelli ta’ interess. |
8. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-METODI BIJOANALITIĊI
Il-metodi bijoanalitiċi huma metodi msejsa fuq l-użu ta’ prinċipji bijoloġiċi bħal testijiet ibbażati fuq iċ-ċelloli, testijiet fuq ir-riċevituri jew immunoanaliżi. Il-punt 8 preżenti jistabbilixxi rekwiżiti għall-metodi bijoanalitiċi b’mod ġenerali.
Il-metodu ta’ skrining bħala prinċipju jikklassifika kampjun bħala konformi jew suspettat li ma jikkonformax. Għal dan il-għan, il-livell BEQ ikkalkolat jitqabbel mal-valur ta’ limitu (ara l-punt 8.3.). Il-kampjuni taħt il-valur ta’ limitu huma ddikjarati konformi, filwaqt li l-kampjuni ugwali jew ogħla mill-valur ta’ limitu huma ddikjarati li ma jikkonformawx, u jirrikjedu analiżi permezz ta’ metodu konfermatorju. Fil-prattika, il-livell BEQ li jikkorrispondi għal żewġ terzi tal-livell massimu jista’ jservi bħala l-aktar valur ta’ limitu adattat, u jiżgura rata ta’ konformità falza taħt il-5 % u rata aċċettabbli għal riżultati ta’ nuqqas ta’ konformità falza. B’livelli massimi separati għal PCDD/F u għas-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini, l-iċċekkjar tal-konformità tal-kampjuni mingħajr frazzjonament jirrikjedi valuri ta’ limitu ta’ testijiet bijoloġiċi adattati għall-PCDD/F. Għall-iċċekkjar tal-kampjuni li jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni, il-valur ta’ limitu jista’ jkun perċentwal adattat tal-livell ta’ interess rispettiv.
Barra minn hekk, fil-każ ta’ ċerti metodi bijoanalitiċi, jista’ jingħata livell indikattiv espress f’BEQ għal kampjuni fil-medda ta’ ħidma u li jaqbeż il-limitu ta’ rappurtar (ara l-punti 8.1.1. u 8.1.6.).
8.1. Evalwazzjoni tar-rispons għat-test
8.1.1. Rekwiżiti ġenerali
|
— |
Meta jiġu kkalkolati l-konċentrazzjonijiet minn kurva ta’ kalibrazzjoni TCDD, il-valuri fil-limitu inferjuri u superjuri tal-kurva juru varjazzjoni kbira (koeffiċjent għoli ta’ varjazzjoni (CV)). Il-medda ta’ ħidma hija l-erja fejn din is-CV tkun iżgħar minn 15 %. Il-limitu inferjuri tal-medda ta’ ħidma (limitu ta’ rappurtar) għandu wkoll jiġi stabbilit f’livell konsiderevolment ogħla (mill-inqas b’fattur ta’ tlieta) mill-bjanki tal-proċedura. Il-limitu superjuri tal-medda ta’ ħidma normalment huwa rrappreżentat bil-valur EC70 (70 % tal-konċentrazzjoni effettiva massima), iżda huwa inferjuri jekk is-CV tkun ogħla minn 15 % f’din il-medda. Il-medda ta’ ħidma għandha tiġi stabbilita waqt il-validazzjoni. Il-valuri ta’ limitu (il-punt 8.3) għandhom ikunu sew fil-medda ta’ ħidma. |
|
— |
Is-soluzzjonijiet standard u l-estratti tal-kampjun għandhom jiġu ttestjati għall-inqas b’mod duplikat. Meta jintużaw id-duplikati, soluzzjoni standard jew estratt ta’ kontroll ittestjat f’minn erba’ sa sitt kontenituri mqassma fuq il-platt għandu jipproduċi rispons jew konċentrazzjoni (possibbli biss fil-medda ta’ ħidma) msejsa fuq CV < 15 %. |
8.1.2. Kalibrazzjoni
8.1.2.1.
|
— |
Il-livelli fil-kampjuni jistgħu jiġu stmati billi jitqabbel ir-rispons tat-test mal-kurva ta’ kalibrazzjoni ta’ TCDD (jew PCB 126 jew taħlita standard ta’ PCDD/F/PCB simili għad-diossini) biex jiġi kkalkolat il-livell BEQ fl-estratt u sussegwentement fil-kampjun. |
|
— |
Il-kurvi ta’ kalibrazzjoni għandhom jinkludu minn 8 sa 12-il konċentrazzjoni (għall-inqas f’duplikati), b’konċentrazzjonijiet biżżejjed fil-parti t’isfel tal-kurva (il-medda ta’ ħidma). Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-kwalità tal-aġġustament tal-kurva fil-medda ta’ ħidma. Bħala tali, il-valur R2 għandu ftit jew l-ebda valur fl-istima tal-adegwatezza tal-aġġustament fir-rigressjoni nonlineari. It-tnaqqis tad-differenza bejn il-livelli kkalkolati u dawk osservati fil-medda ta’ ħidma tal-kurva se jtejjeb l-aġġustament (eż. billi tiġi mminimizzata s-somma ta’ residwi kwadrati). |
|
— |
Il-livell stmat fl-estratt tal-kampjun huwa sussegwentement ikkorreġut għal-livell BEQ ikkalkolat għall-kampjun in bjank ta’ matriċi/solvent (sabiex ikopri l-impuritajiet minn solventi u kimiċi użati), u l-irkupru apparenti (ikkalkolat mil-livell BEQ ta’ kampjuni ta’ referenza adattati bi profili ta’ konġeneri rappreżentattivi qrib il-livell ta’ interess). Sabiex jiġi kkoreġut l-irkupru, l-irkupru apparenti għandu dejjem ikun fil-medda meħtieġa (ara l-punt 8.1.4.). Il-kampjuni ta’ referenza użati għall-korrezzjoni tal-irkupru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 8.2. |
8.1.2.2.
Alternattivament, kurva ta’ kalibrazzjoni ppreparata minn mill-inqas erba’ kampjuni ta’ referenza (ara l-punt 8.2: jistgħu jintużaw bjank tal-matriċi wieħed, flimkien ma’ tliet kampjuni ta’ referenza b’0,5 ×, 1,0 × u 2,0 × il-livell ta’ interess) qrib il-livell ta’ interess, filwaqt li titneħħa l-ħtieġa ta’ korrezzjoni tal-bjank u tal-irkupru. F’dan il-każ, ir-rispons tat-test li jikkorrispondi għal żewġ terzi tal-livell massimu (ara l-punt 8.3) jista’ jiġi kkalkolat direttament minn dawn il-kampjuni u użat bħala valur ta’ limitu. Għall-iċċekkjar tal-kampjuni li jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni, il-valur ta’ limitu jista’ jkun perċentwal adattat ta’ dawn il-livelli ta’ azzjoni.
8.1.3. Determinazzjoni separata ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini
L-estratti jistgħu jinqasmu fi frazzjonijiet li jkun fihom PCDD/F u PCB simili għad-diossini, u jippermettu indikazzjoni separata tal-livelli TEQ tal-PCDD/F u tal-PCB simili għad-diossini (f’BEQ). Għandha tintuża preferibbilment kurva ta’ kalibrazzjoni standard tal-PCB 126 biex jiġu evalwati r-riżultati għall-frazzjoni li fiha l-PCB simili għad-diossini.
8.1.4. Irkupri apparenti tat-test bijoloġiku
L-“irkupru apparenti tat-test bijoloġiku” għandu jiġi kkalkolat minn kampjuni ta’ referenza adattati bi profili ta’ konġeneri rappreżentattivi qrib il-livell ta’ interess u espress bħala perċentwal tal-livell BEQ meta mqabbel mal-livell TEQ. Skont it-tip ta’ test u TEFs (2) użati, id-differenzi bejn il-fatturi TEF u REP għal PCB simili għad-diossini jistgħu jwasslu biex il-PCB simili għad-diossini jkollhom irkupri apparenti baxxi meta mqabbla mal-PCDD/F. Għaldaqstant, jekk titwettaq determinazzjoni separata ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini, l-irkupri apparenti tat-test bijoloġiku għandhom ikunu: minn 25 % sa 60 % għall-PCB simili għad-diossini, minn 50 % sa 130 % għall-PCDD/F (il-meded japplikaw għall-kurva ta’ kalibrazzjoni TCDD). Billi l-kontribuzzjoni ta’ PCB simili għad-diossini għas-somma tal-PCDD/F u tal-PCB simili għad diossini tista’ tvarja bejn il-matriċijiet u l-kampjuni differenti, l-irkupri apparenti tat-test bijoloġiku għall-parametru tas-somma jirriflettu dawk il-meded u għandhom ikunu bejn 30 % sa 130 %.
8.1.5. Kontroll tal-irkupri għat-tindif
|
— |
It-telf ta’ komposti waqt it-tindif għandu jiġi ċċekkjat matul il-validazzjoni. Il-kampjun in bjank miżjud b’taħlita ta’ konġeneri differenti għandu jiġi ppreżentat għat-tindif (mill-inqas n = 3) u l-irkupru u l-varjabbiltà għandhom jiġu ċċekkjati permezz ta’ analiżi GC/HRMS. L-irkupru għandu jkun bejn 60 % u 120 % speċjalment għall-konġeneri li jikkontribwixxu aktar minn 10 % għal-livell TEQ f’taħlitiet varji. |
8.1.6. Limitu ta’ Rappurtar
|
— |
Meta jiġu rrappurtati l-livelli BEQ, għandu jiġi ddeterminat il-limitu ta’ rappurtar minn kampjuni ta’ matriċi rilevanti li jinvolvu profili ta’ konġeneri tipiċi iżda mhux mill-kurva ta’ kalibrazzjoni tal-istandards minħabba l-preċiżjoni baxxa fil-medda inferjuri tal-kurva. Għandhom jitqiesu l-effetti mill-estrazzjoni u t-tindif. Il-limitu ta’ rappurtar għandu jiġi stabbilit f’livell konsiderevolment ogħla (mill-inqas b’fattur ta’ tlieta) mill-bjanki tal-proċedura. |
8.2. Użu ta’ kampjuni ta’ referenza
|
— |
Il-kampjuni ta’ referenza għandhom jirrappreżentaw il-matriċi tal-kampjuni, il-profili tal-konġeneri u l-meded ta’ konċentrazzjoni għall-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini qrib il-livell ta’ interess (livelli massimi jew ta’ azzjoni). |
|
— |
F’kull serje ta’ testijiet għandhom jiġu inklużi bjank tal-proċedura jew preferibbilment bjank tal-matriċi, u kampjun ta’ referenza fil-livell ta’ interess. Dawn il-kampjuni għandhom jiġu estratti u ttestjati fl-istess waqt f’kundizzjonijiet identiċi. Il-kampjun ta’ referenza għandu juri biċ-ċar rispons elevat meta mqabbel mal-kampjun in bjank, u b’hekk jiżgura l-adegwatezza tat-test. Dawn il-kampjuni għandhom jintużaw għall-korrezzjonijiet tal-bjank u tal-irkupru. |
|
— |
Il-kampjuni ta’ referenza magħżula biex titwettaq il-korrezzjoni tal-irkupru għandhom ikunu rappreżentattivi għall-kampjuni tat-test, u dan ifisser li l-profili tal-konġeneri ma għandhomx iwasslu biex il-livelli jiġu ssottovalutati. |
|
— |
Il-kampjuni żejda ta’ referenza, eż. b’0,5 × u 2 × il-livell ta’ interess għandhom jiġu inklużi sabiex juru r-rendiment korrett tat-test fil-medda ta’ interess għall-kontroll tal-livell ta’ interess. Meta jingħaqdu flimkien, dawn il-kampjuni jistgħu jintużaw biex jiġu kkalkolati l-livelli BEQ fil-kampjuni tat-test (il-punt 8.1.2.2). |
8.3. Determinazzjoni tal-valuri ta’ limitu
Ir-relazzjoni bejn ir-riżultati bijoanalitiċi fir-riżultati BEQ u GC/HRMS fit-TEQ għandha tiġi stabbilita (eż. permezz ta’ esperimenti ta’ kalibrazzjoni adattata għall-matriċi, li jinvolvu kampjuni ta’ referenza miżjuda b’0, 0,5 ×, 1 × u 2 × il-livell massimu (ML), b’sitt ripetizzjonijiet fuq kull livell (n = 24)). Il-fatturi ta’ korrezzjoni (tal-bjank u tal-irkupru) jistgħu jiġu stmati permezz ta’ din ir-relazzjoni iżda għandhom jiġu ċċekkjati f’kull serje ta’ testijiet billi jiġu inklużi bjanki tal-proċedura jew tal-matriċi u kampjuni tal-irkupru (il-punt 8.2).
Il-valuri ta’ limitu għandhom jiġu stabbiliti għad-deċiżjoni dwar il-konformità tal-kampjun mal-livelli massimi jew għall-kontroll tal-livelli ta’ azzjoni, jekk ikun ta’ interess, mal-livelli ta’ interess rispettivi stabbiliti jew għall-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini waħidhom, jew għas-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini. Dawn huma rrappreżentati mill-punt tat-tmiem inferjuri tad-distribuzzjoni tar-riżultati bijoanalitiċi (ikkoreġuti għall-irkupru u in bjank) li jikkorrispondu għal-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS imsejjes fuq livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, li jimplika rata ta’ konformità falza ta’ < 5 %, u fuq RSDR ta’ < 25 %. Il-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS huwa l-livell massimu, meta titqies l-inċertezza tal-kejl.
Fil-prattika, il-valur ta’ limitu (f’BEQ) jista’ jiġi kkalkolat permezz tal-approċċi li ġejjin (ara l-Figura 1):
8.3.1. L-użu tal-marġini inferjuri tal-intervall ta’ previżjoni ta’ 95 % fil-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS
ma’:
|
BEQDL |
BEQ li jikkorrispondu għal-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS, li huwa l-ML inkluża l-inċertezza tal-kejl |
|
sy,x |
devjazzjoni standard residwa |
|
t α,f=m-2 |
Fattur student (α = 5 %, f = gradi ta’ libertà, b’naħa waħda) |
|
m |
numru totali ta’ punti ta’ kalibrazzjoni (indiċi j) |
|
n |
numru ta’ ripetizzjonijiet f’kull livell |
|
xi |
konċentrazzjoni fil-kampjun tal-GC/HRMS (f’TEQ) tal-punt ta’ kalibrazzjoni i |
|
|
medja tal-konċentrazzjonijiet (f’TEQ) tal-kampjuni kollha ta’ kalibrazzjoni |
8.3.2. Il-kalkolu mir-riżultati bijoanalitiċi (kkoreġuti għall-irkupru u in bjank) ta’ analiżi multipla tal-kampjuni (n ≥ 6) ikkontaminati fil-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS, bħala l-punt tat-tmiem inferjuri tad-distribuzzjoni tad-dejta fil-valur BEQ medju korrispondenti:
Valur ta’ limitu = BEQDL – 1,64 × SDR
fejn:
|
SDR |
devjazzjoni standard tar-riżultati tat-test bijoloġiku f’BEQDL, imkejla f’kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità fil-laboratorju |
8.3.3. Il-kalkolu bħala l-valur medju tar-riżultati bijoanalitiċi (f’BEQ, ikkoreġuti għall-irkupru u in bjank) mill-analiżi multipla tal-kampjuni (n > 6) ikkontaminati f’żewġ terzi tal-livell ta’ interess. Dan hu msejjes fuq l-osservazzjoni li dan il-livell se jkun qrib il-valur ta’ limitu ddeterminat fil-punti 8.3.1 jew 8.3.2.
Figura 1
Il-kalkolu tal-valuri ta’ limitu msejjes fuq livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li jimplika rata ta’ konformità falza < 5 %, u RSDR< 25 %: 1. mill-marġini inferjuri tal-intervall ta’ previżjoni ta’ 95 % fil-limitu ta’ deċiżjoni HRGC/HRMS, 2. mill-analiżi multipla tal-kampjuni (n > 6) ikkontaminati fil-limitu ta’ deċiżjoni HRGC/HRMS bħala l-punt tat-tmiem inferjuri tad-distribuzzjoni tad-dejta (irrappreżentat fil-grafika b’kurva b’forma ta’ qanpiena) fil-valur BEQ medju korrispondenti.
8.3.4. Restrizzjonijiet għall-valuri ta’ limitu:
Il-valuri ta’ limitu msejsa fuq il-BEQ ikkalkolati minn RSDR miksuba waqt il-validazzjoni bl-użu ta’ numru limitat ta’ kampjuni bi profili ta’ konġeneri/matriċi differenti jistgħu jkunu ogħla mil-livelli ta’ interess imsejsa fuq it-TEQ minħabba preċiżjoni aħjar minn dik miksuba f’analiżi ta’ rutina fejn irid jiġi kkontrollat spettru mhux magħruf ta’ profili ta’ konġeneri potenzjali. F’dawn il-każijiet, il-valuri ta’ limitu għandhom jiġu kkalkolati b’RSDR = 25 %, jew preferibbilment, b’żewġ terzi tal-livell ta’ interess.
8.4. Karatteristiċi tar-rendiment
|
— |
Billi ma jista’ jintuża l-ebda standard intern fil-metodi bijoanalitiċi, għandhom isiru testijiet fuq ir-ripetibilità sabiex tinkiseb informazzjoni dwar id-devjazzjoni standard f’serje ta’ testijiet u bejniethom. Ir-ripetibilità għandha tkun inqas minn 20 %, u r-riproduċibilità bejn laboratorju u ieħor għandha tkun inqas minn 25 %. Dan il-kalkolu għandu jkun imsejjes fuq il-livelli kkalkolati f’BEQ wara l-korrezzjoni tal-bjank u tal-irkupru. |
|
— |
Bħala parti mill-proċess ta’ validazzjoni, it-test għandu juri distinzjoni bejn kampjun in bjank u livell fil-valur ta’ limitu, kif ukoll jippermetti l-identifikazzjoni ta’ kampjuni ogħla mill-valur ta’ limitu korrispondenti (ara l-punt 8.1.2). |
|
— |
Għandhom jiġu definiti l-komposti fil-mira, l-interferenzi potenzjali u l-livelli massimi tollerabbli in bjank. |
|
— |
Il-perċentwal tad-devjazzjoni standard fir-rispons jew fil-konċentrazzjoni kkalkolata mir-rispons (possibbli biss fil-medda ta’ ħidma) ta’ determinazzjoni tripla ta’ estratt tal-kampjun, ma għandux ikun ogħla minn 15 %. |
|
— |
Ir-riżultati mhux ikkoreġuti tal-kampjun(i) ta’ referenza espressi f’BEQs (bjank u livell ta’ interess) għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni tar-rendiment tal-metodu bijoanalitiku tul perjodu ta’ żmien kostanti. |
|
— |
It-tabelli tal-kontroll tal-kwalità (QC) għal proċeduri in bjank, u kull tip ta’ kampjun ta’ referenza għandhom jiġu rreġistrati u ċċekkjati biex ikun żgurat li r-rendiment analitiku huwa konformi mar-rekwiżiti, b’mod partikolari għall-bjanki tal-proċedura fir-rigward tad-differenza minima mitluba għal-limitu inferjuri tal-medda ta’ ħidma u għall-kampjuni ta’ referenza fir-rigward tar-ripoduċibilità fil-laboratorju. Il-bjanki tal-proċedura għandhom jiġu kkontrollati sew biex meta jitnaqqsu jiġu evitati riżultati ta’ konformità falza. |
|
— |
- Ir-riżultati mill-analiżi GC/HRMS tal-kampjuni ssuspettati u minn 2 sa 10 % tal-kampjuni negattivi (minimu ta’ 20 kampjun għal kull matriċi) għandhom jinġabru u jintużaw biex jiġi evalwat ir-rendiment tal-metodu ta’ skrining u r-relazzjoni bejn il-BEQ u t-TEQ. Din il-bażi ta’ dejta tista’ tintuża għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-valuri ta’ limitu applikabbli għall-kampjuni ta’ rutina għall-matriċijiet ivvalidati. |
|
— |
Ir-rendiment b’suċċess tal-metodu jista’ jintwera wkoll permezz ta’ parteċipazzjoni fir-ringtests. Ir-riżultati mill-kampjuni analizzati fir-ringtests, li jkopru sa medda ta’ konċentrazzjoni ta’ eż. 2 × ML, jistgħu jiġu inklużi wkoll fl-evalwazzjoni tar-rata ta’ konformità falza, jekk laboratorju jkun jista’ juri r-rendiment b’suċċess tiegħu. Il-kampjuni għandhom ikopru l-profili ta’ konġeneri l-aktar frekwenti, li jirrappreżentaw diversi sorsi. |
|
— |
Matul inċidenti ta’ kontaminazzjoni, il-valuri ta’ limitu jistgħu jiġu evalwati mill-ġdid, filwaqt li jirriflettu l-matriċi u l-profili ta’ konġeneri ta’ dan l-inċident uniku. |
9. RAPPURTAR TAR-RIŻULTAT
Metodi konfermatorji
|
— |
Safejn tippermetti l-proċedura analitika użata, ir-riżultati analitiċi għandhom jinkludu l-livelli tal-konġeneri individwali tal-PCDD/F u tal-PCB simili għad-diossini u jiġu rrapportati bħala livell inferjuri, livell superjuri u livell medju sabiex ikun inkluż il-massimu tal-informazzjoni fir-rappurtar tar-riżultati u tkun tista’ ssir l-interpretazzjoni tar-riżultati skont rekwiżiti speċifiċi. |
|
— |
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-PCDD/F, tal-PCB simili għad-diossini u tal-lipidi. Il-kontenut ta’ lipidi tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat u rrapportat għall-kampjuni tal-ikel b’livelli massimi jew ta’ azzjoni espressi abbażi ta’ xaħam u konċentrazzjoni ta’ xaħam mistennija fil-medda ta’ 0–2 % (skont il-leġiżlazzjoni eżistenti), filwaqt li għal kampjuni oħra d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ lipidi hija fakultattiva. |
|
— |
L-irkupri tal-istandards interni individwali għandhom ikunu disponibbli f’każ li l-irkupri jinsabu barra mill-medda msemmija fil-punt 7.2, f’każ li l-livell massimu jinqabeż u f’każijiet oħra fuq talba. |
|
— |
Billi għandha titqies l-inċertezza tal-kejl meta tittieħed deċiżjoni dwar il-konformità tal-kampjun, dan il-parametru għandu jkun disponibbli wkoll. Għaldaqstant, ir-riżultati analitiċi għandhom jiġu rrapportati bħala x +/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl estiża bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %. Fil-każ ta’ determinazzjoni separata ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini, is-somma tal-istima tal-inċertezza estiża tar-riżultati analitiċi separati tal-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini għandha tintuża għas-somma tal-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini. |
|
— |
Jekk titqies l-inċertezza tal-kejl billi jiġi applikat CCα (kif deskritt fl-Anness II, il-punt IV. 2), dan il-parametru għandu jiġi rrapportat. |
|
— |
Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fl-istess unitajiet u (għall-inqas) bl-istess għadd ta’ ċifri sinifikanti bħalma huma l-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. |
Metodi ta’ skrining bijoanalitiċi
|
— |
Ir-riżultat tal-iskrining għandu jiġi espress bħala konformi jew suspettat li ma jikkonformax (“suspettat”). |
|
— |
Barra minn hekk, jista’ jingħata riżultat għal PCDD/F u/jew PCB simili għad-diossini f’Ekwivalenti Bijoanalitiċi (BEQ) (mhux TEQ) (ara l-Anness III, il-punt 2). |
|
— |
Jekk tingħata l-inċertezza tal-kejl fuq il-livell BEQ ikkalkolat, eż. bħal devjazzjoni standard, din għandha tkun imsejsa fuq mill-inqas analiżi tripla (inklużi l-estrazzjoni, it-tindif u d-determinazzjoni tar-rispons tat-test) tal-kampjun. |
|
— |
Il-kampjuni b’rispons taħt il-limitu ta’ rappurtar għandhom jiġu indikati bħala taħt il-limitu ta’ rappurtar. |
|
— |
Għal kull tip ta’ matriċi tal-kampjun, ir-rapport għandu jsemmi l-livell ta’ interess (il-livell massimu, il-livell ta’ azzjoni) li fuqu hija msejsa l-evalwazzjoni. |
|
— |
Ir-rapport għandu jsemmi t-tip ta’ test applikat, il-prinċipju tat-test bażiku u t-tip ta’ kalibrazzjoni. |
|
— |
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-PCDD/F, tal-PCB simili għad-diossini u tal-lipidi. Il-kontenut ta’ lipidi tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat u rrapportat għall-kampjuni tal-ikel b’livelli massimi jew ta’ azzjoni espressi abbażi ta’ xaħam u konċentrazzjoni ta’ xaħam mistennija fil-medda ta’ 0–2 % (skont il-leġiżlazzjoni eżistenti), filwaqt li għal kampjuni oħra d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ lipidi hija fakultattiva. |
(1) Adattat għal PCDD/F u komposti simili għad-diossini mill-“Guidelines for the validation of screening methods for residues of veterinary medicines”, Laboratorji Komunitarji ta' Referenza tal-UE (EURLs) għal residwi ta' mediċini veterinarji u kontaminanti fl-ikel li ġej mill-annimali f'Fougeres, Berlin u Bilthoven, 20/1/2010, http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/residues/lab_analysis_en.htm
(*1) fir-rigward tal-livelli massimi
(2) Ir-rekwiżiti attwali huma msejsa fuq it-TEFs ippubblikati fi: M. Van den Berg et al, Toxicol. Sci 93. (2), 223–241 (2006).
Appendiċi għall-ANNESS III
It-TEFs tad-WHO għall-valutazzjoni tar-riskju għall-bnedmin imsejsa fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa ta’ esperti tal-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi (IPCS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), li saret f’Ġinevra f’Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological Sciences 93(2), 223–241 (2006))
|
Konġeneru |
Valur TEF |
|
Dibenżo-p-diossini(“PCDD”) |
|
|
2,3,7,8-TCDD |
1 |
|
1,2,3,7,8-PeCDD |
1 |
|
1,2,3,4,7,8-HxCDD |
0,1 |
|
1,2,3,6,7,8-HxCDD |
0,1 |
|
1,2,3,7,8,9-HxCDD |
0,1 |
|
1,2,3,4,6,7,8-HpCDD |
0,01 |
|
OCDD |
0,0003 |
|
Dibenżofurani ("PCDFs") |
|
|
2,3,7,8-TCDF |
0,1 |
|
1,2,3,7,8-PeCDF |
0,03 |
|
2,3,4,7,8-PeCDF |
0,3 |
|
1,2,3,4,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
1,2,3,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
1,2,3,7,8,9-HxCDF |
0,1 |
|
2,3,4,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
1,2,3,4,6,7,8-HpCDF |
0,01 |
|
1,2,3,4,7,8,9-HpCDF |
0,01 |
|
OCDF |
0,0003 |
|
PCB "simili għad-diossini", PCB Mhux orto u PCB Mono orto |
|
|
PCB Mhux orto |
|
|
PCB 77 |
0,0001 |
|
PCB 81 |
0,0003 |
|
PCB 126 |
0,1 |
|
PCB 169 |
0,03 |
|
PCB Mono orto |
|
|
PCB 105 |
0,00003 |
|
PCB 114 |
0,00003 |
|
PCB 118 |
0,00003 |
|
PCB 123 |
0,00003 |
|
PCB 156 |
0,00003 |
|
PCB 157 |
0,00003 |
|
PCB 167 |
0,00003 |
|
PCB 189 |
0,00003 |
|
Abbrevjazzjonijiet użati: “T” = tetra; “Pe” = penta; “Hx” = eża; “Hp” = etta; “O” = otta; “CDD” = klorodibenżodiossina; “CDF” = klorodibenżofuran; “CB” = klorobifenil. |
|
ANNESS IV
Preparazzjoni tal-kampjun u rekwiżiti għall-metodi ta’ analiżi użati fil-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ PCB mhux simili għad-diossini (PCB # 28, 52, 101, 138, 153, 180) f’ċerti oġġetti tal-ikel
1. Metodi ta’ detezzjoni applikabbli
Kromatografija b’fażi gassuża / Detezzjoni tal-Qabda tal-Elettron (GC/ECD), GC/LRMS, GC/MS-MS, GC/HRMS jew metodi ekwivalenti.
2. Identifikazzjoni u konferma tal-analiti ta’ interess
|
— |
Ħin ta’ żamma relattiv b’rabta mal-istandards interni jew standards ta’ referenza (devjazzjoni aċċettabbli ta’ +/- 0,25 %). |
|
— |
Għandha tkun ikkonfermata s-separazzjoni permezz ta’ kromatografija b’fażi gassuża tas-sitt PCB indikaturi kollha (PCB 28, PCB 52, PCB 101, PCB 138, PCB 153 u PCB 180) minn sustanzi li jinterferixxu, speċjalment PCB ta’ koelużjoni, b’mod partikolari jekk il-livelli tal-kampjuni jkunu fil-medda tal-limiti legali u n-nonkonformità trid tiġi kkonfermata. [Il-konġeneri li ħafna drabi jkunu f’koelużjoni huma eż. PCB 28/31, PCB 52/69 u PCB 138/163/164. Fir-rigward tal-GC/MS għandhom jitqiesu wkoll interferenzi potenzjali minn frammenti ta’ konġeneri aktar klorinati.] |
|
— |
Għal tekniki GC/MS
|
|
— |
Għal GC/ECD: Konferma tar-riżultati li jaqbżu t-tolleranza b’żewġ kolonni GC b’fażijiet stazzjonarji ta’ polarità differenti. |
3. Dimostrazzjoni tar-rendiment tal-metodu
Il-validazzjoni fil-medda tal-livell ta’ interess (0,5 sa darbtejn il-livell ta’ interess) b’koeffiċjent ta’ varjazzjoni aċċettabbli għal analiżi ripetuta (ara r-rekwiżiti għall-preċiżjoni intermedja fil-punt 8).
4. Limitu ta’ kwantifikazzjoni
Il-valuri in bjank ma għandhomx ikunu ogħla minn 30 % tal-livell ta’ kontaminazzjoni li jikkorrispondu għal-livell massimu (1).
5. Kontroll tal-kwalità
Il-kontrolli in bjank regolari, l-analiżi ta’ kampjuni miżjuda, il-kampjuni ta’ kontroll tal-kwalità, il-parteċipazzjoni fi studji interlaboratorji dwar matriċijiet rilevanti.
6. Kontroll tal-irkupri
|
— |
L-użu ta’ standards interni xierqa bi proprjetajiet fiżikokimiċi komparabbli mal-analiti ta’ interess. |
|
— |
Iż-żieda ta’ standards interni:
|
|
— |
Ir-rekwiżiti għall-metodi bl-użu tal-konġeneri tas-sitt PCB indikaturi kollha ttikkettati b’isotopu:
|
|
— |
Ir-rekwiżiti għall-metodi fejn ma jintużawx is-sitt standards interni kollha ttikkettati b’isotopu jew standards interni oħra:
|
|
— |
L-irkupri tal-konġeneri mhux ittikkettati għandhom jiġu ċċekkjati permezz ta’ kampjuni miżjuda jew kampjuni ta’ kontroll tal-kwalità b’konċentrazzjonijiet fil-medda tal-livell ta’ interess. L-irkupri aċċettabbli għal dawn il-konġeneri huma bejn 70 u 120 %. |
7. Rekwiżiti għal-laboratorji
B’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorji għandhom ikunu akkreditati minn korp rikonoxxut li jopera skont il-Gwida ISO 58 biex jiżgura li dawn qegħdin japplikaw assigurazzjoni ta’ kwalità analitika. Il-laboratorji għandhom jiġu akkreditati billi jiġi segwit l-istandard EN ISO/IEC 17025.
8. Karatteristiċi tar-rendiment: Kriterji għas-somma tas-sitt PCB indikaturi fil-livell ta’ interess
|
Eżattezza |
– 30 sa + 30 % |
|
Preċiżjoni intermedja (RSD %) |
≤ 20 % |
|
Differenza bejn il-kalkolu tal-livell superjuri u dak tal-livell inferjuri |
≤ 20 % |
9. Rapportar tar-riżultati
|
— |
Safejn tippermetti l-proċedura analitika użata, ir-riżultati analitiċi għandhom jinkludu l-livelli tal-konġeneri individwali tal-PCB u jiġu rrapportati bħala livell inferjuri, livell superjuri u livell medju sabiex ikun inkluż il-massimu tal-informazzjoni fir-rappurtar tar-riżultati u tkun tista’ ssir l-interpretazzjoni tar-riżultati skont rekwiżiti speċifiċi. |
|
— |
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-PCB u tal-lipidi. Il-kontenut ta’ lipidi tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat u rrapportat għall-kampjuni tal-ikel b’livelli massimi espressi abbażi ta’ xaħam u konċentrazzjoni ta’ xaħam mistennija fil-medda ta’ 0–2 % (skont il-leġiżlazzjoni eżistenti), filwaqt li għal kampjuni oħra d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ lipidi hija fakultattiva. |
|
— |
L-irkupri tal-istandards interni individwali għandhom ikunu disponibbli f’każ li l-irkupri jinsabu barra mill-medda msemmija fil-punt 6, f’każ li l-livell massimu jinqabeż u f’każijiet oħra fuq talba. |
|
— |
Billi għandha titqies l-inċertezza tal-kejl meta tittieħed deċiżjoni dwar il-konformità tal-kampjun, dan il-parametru għandu jkun disponibbli wkoll. Għaldaqstant, ir-riżultati analitiċi għandhom jiġu rrapportati bħala x +/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl estiża bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %. |
|
— |
Jekk titqies l-inċertezza tal-kejl billi jiġi applikat CCα (kif deskritt fl-Anness II, il-punt IV.1), dan il-parametru għandu jiġi rrapportat. |
|
— |
Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fl-istess unitajiet u (għall-inqas) bl-istess għadd ta’ ċifri sinifikanti bħalma huma l-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. |
(*1) Numru suffiċjenti ta’ frammenti ta’ massa b’intensità relattiva > 10 % disponibbli, u għalhekk mhuwiex rakkomandat l-użu ta’ jonu jew joni kwalifikaturi b’intensità relattiva ta’ inqas minn 19 % meta mqabbla mal-jonu fil-mira.
(1) Hu rakkomandat ferm li jkun hemm kontribuzzjoni aktar baxxa tal-livell in bjank tar-reaġent għal-livell ta' kontaminant f'kampjun. Hija r-responsabbiltà tal-laboratorju li jikkontrolla l-varjazzjoni tal-livelli in bjank, b'mod partikolari, jekk il-livelli in bjank jitnaqqsu.
|
23.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 253/2012
tat-22 ta’ Marzu 2012
li jemenda għall-167 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Marzu 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni fiżiċi u entità waħda mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Fl-14 ta’ Marzu 2012 ddeċieda li jżid erba’ persuni naturali oħra mal-lista u li jemenda annotazzjoni waħda fil-lista. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”: “Jemmah Anshorut Tauhid (JAT) (alias (a) Jemaah Anshorut Tauhid, (b) Jemmah Ansharut Tauhid, (c) Jem’mah Ansharut Tauhid, (d) Jamaah Ansharut Tauhid, (e) Jama’ah Ansharut Tauhid, (f) Laskar 99). Indirizz: Jl. Semenromo number 58, 04/XV Ngruki, Cemani, Grogol, Sukoharjo, Jawa Tengah, L-Indonesja, Telefown: 0271-2167285, Posta elettronika: info@ansharuttauhid.com. Tagħrif ieħor: (a) Imwaqqfa u mmexxija minn Abu Bakar Ba'asyir; (b) Stabbilita fis-27 ta’ Lulju. 2008 f’Solo, l-Indonesja; (a) Assoċjata ma' Jemaah Islamiyah (JI); (d) Websajt: http:/ansharuttauhid.com/. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.3.2012.” |
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
|
(3) |
L-annotazzjoni “Lashkar e-Tayyiba (alias (a) Lashkar-e-Toiba, (b) Lashkar-i-Taiba, (c) al Mansoorian, (d) al Mansooreen, (e) Army of the Pure, (f) Army of the Righteous, (g) Army of the Pure and Righteous, (h) Paasban-e-Kashmir (i) Paasban-i-Ahle- Hadith, (j) Pasban-e-Kashmir, (k) Pasban-e-Ahle-Hadith, (l) Paasban-e-Ahle-Hadis, (m) Pashan-e-ahle Hadis, (n) Lashkar e Tayyaba, (o) LET, (p) Jamaat-ud-Dawa, (q) JUD (r) Jama'at al-Dawa, (s) Jamaat ud-Daawa, (t) Jamaat ul-Dawah, (u) Jamaat-ul-Dawa, (v) Jama'at-i-Dawat, (w) Jamaiat-ud-Dawa, (x) Jama'at-ud-Da'awah, (y) Jama'at-ud- Da'awa, (z) Jamaati-ud-Dawa. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 2.5.2005.” taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Lashkar e-Tayyiba (alias (a) Lashkar-e-Toiba, (b) Lashkar-i-Taiba, (c) al Mansoorian, (d) al Mansooreen, (e) Army of the Pure, (f) Army of the Righteous, (g) Army of the Pure and Righteous, (h) Paasban-e-Kashmir (i) Paasban-i-Ahle- Hadith, (j) Pasban-e-Kashmir, (k) Pasban-e-Ahle-Hadith, (l) Paasban-e-Ahle-Hadis, (m) Pashan-e-ahle Hadis, (n) Lashkar e Tayyaba, (o) LET, (p) Jamaat-ud-Dawa, (q) JUD (r) Jama'at al-Dawa, (s) Jamaat ud-Daawa, (t) Jamaat ul-Dawah, (u) Jamaat-ul-Dawa, (v) Jama'at-i-Dawat, (w) Jamaiat-ud-Dawa, (x) Jama'at-ud-Da'awah, (y) Jama'at-ud- Da'awa, (z) Jamaati-ud-Dawa, (aa) Falah-i-Insaniat Foundation (FIF). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 2.5.2005.” |
|
23.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 254/2012
tat-22 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
CR |
52,7 |
|
IL |
188,6 |
|
|
JO |
64,0 |
|
|
MA |
45,8 |
|
|
TN |
68,9 |
|
|
TR |
90,6 |
|
|
ZZ |
85,1 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
107,2 |
|
TR |
206,0 |
|
|
ZZ |
156,6 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
79,1 |
|
ZZ |
79,1 |
|
|
0709 93 10 |
JO |
225,1 |
|
MA |
59,1 |
|
|
TR |
128,8 |
|
|
ZZ |
137,7 |
|
|
0805 10 20 |
BR |
35,0 |
|
EG |
47,2 |
|
|
IL |
80,8 |
|
|
MA |
51,2 |
|
|
TN |
58,4 |
|
|
TR |
67,2 |
|
|
ZZ |
56,6 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
43,8 |
|
TR |
46,7 |
|
|
ZZ |
45,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
89,5 |
|
BR |
86,3 |
|
|
CA |
125,0 |
|
|
CL |
90,8 |
|
|
CN |
112,4 |
|
|
MK |
31,8 |
|
|
US |
159,9 |
|
|
UY |
74,9 |
|
|
ZA |
119,9 |
|
|
ZZ |
98,9 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
92,2 |
|
CL |
112,3 |
|
|
CN |
63,0 |
|
|
ZA |
92,7 |
|
|
ZZ |
90,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
23.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 255/2012
tat-22 ta’ Marzu 2012
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 235/2012 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
|
(3) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-23 ta’ Marzu 2012
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 12 10 (1) |
44,97 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
44,97 |
1,12 |
|
1701 13 10 (1) |
44,97 |
0,00 |
|
1701 13 90 (1) |
44,97 |
1,41 |
|
1701 14 10 (1) |
44,97 |
0,00 |
|
1701 14 90 (1) |
44,97 |
1,41 |
|
1701 91 00 (2) |
49,59 |
2,59 |
|
1701 99 10 (2) |
49,59 |
0,00 |
|
1701 99 90 (2) |
49,59 |
0,00 |
|
1702 90 95 (3) |
0,50 |
0,22 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
|
23.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 256/2012
tat-22 ta’ Marzu 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina]. |
|
(2) |
Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
|
(3) |
B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat. |
|
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
“ANNESS I
|
Kodiċi tan-NM |
Isem il-merkanzija |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
|
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
131,3 |
0 |
AR |
|
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
137,8 |
0 |
AR |
|
129,0 |
0 |
BR |
||
|
0207 14 10 |
Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
288,1 |
4 |
AR |
|
228,1 |
22 |
BR |
||
|
325,0 |
0 |
CL |
||
|
0207 27 10 |
Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati |
325,1 |
0 |
BR |
|
415,6 |
0 |
CL |
||
|
0408 11 80 |
Isfra tal-bajd imnixxfin |
335,6 |
0 |
AR |
|
0408 91 80 |
Bajd imnixxfin mhux fil-qoxra |
345,0 |
0 |
AR |
|
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ |
291,6 |
0 |
BR |
|
353,2 |
0 |
CL |
||
|
3502 11 90 |
Albumini tal-bajd imnixxfin |
522,3 |
0 |
AR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”
|
23.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 257/2012
tat-22 ta’ Marzu 2012
li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti elenkati fit-Taqsima XV tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni, tista’ tkun koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji stipulati fl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 168 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(3) |
L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-ammont tar-rifużjoni jista’ jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
|
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju hekk kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4). |
|
(5) |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċertu qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5) jipprovdi għal tnaqqis fir-rifużjoni speċjali jekk il-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni ikun inqas minn 95 % tal-kwantità totali f’piż tal-qatgħat li ġejjin mid-dissussar, iżda mhux inqas minn 85 % tal-istess kwantità. |
|
(6) |
Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2011 (6). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant ikun imħassar. |
|
(7) |
Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom jiġu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità stipulati fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2
Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata ta’ rifużjoni fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 għandha titnaqqas b’EUR 3,5/100 kg.
Artikolu 3
Ir-Regolament (UE) Nru 1318/2011 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
ANNESS
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq il-laħam taċ-ċanga applikabbli mit-23 ta’ Marzu 2012
|
Kodiċi tal-prodott |
Destinazzjoni |
Unità ta’ kejl |
Rifużjonijiet |
||||||||||||||
|
0102 21 10 9140 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
12,9 |
||||||||||||||
|
0102 21 30 9140 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
12,9 |
||||||||||||||
|
0102 31 00 9100 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
12,9 |
||||||||||||||
|
0102 31 00 9200 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
12,9 |
||||||||||||||
|
0102 90 20 9100 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
12,9 |
||||||||||||||
|
0102 90 20 9200 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
12,9 |
||||||||||||||
|
0201 10 00 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
18,3 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
10,8 |
|||||||||||||||
|
0201 10 00 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
24,4 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
14,4 |
|||||||||||||||
|
0201 20 20 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
24,4 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
14,4 |
|||||||||||||||
|
0201 20 30 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
18,3 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
10,8 |
|||||||||||||||
|
0201 20 50 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
30,5 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
17,9 |
|||||||||||||||
|
0201 20 50 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
18,3 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
10,8 |
|||||||||||||||
|
0201 30 00 9050 |
US (3) |
EUR/100 kg piż nett |
3,3 |
||||||||||||||
|
CA (4) |
EUR/100 kg piż nett |
3,3 |
|||||||||||||||
|
0201 30 00 9060 (6) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
11,3 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
3,8 |
|||||||||||||||
|
B04 |
EUR/100 kg piż nett |
42,4 |
|||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
24,9 |
|||||||||||||||
|
EG |
EUR/100 kg piż nett |
51,7 |
|||||||||||||||
|
B04 |
EUR/100 kg piż nett |
25,4 |
|||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
15,0 |
|||||||||||||||
|
EG |
EUR/100 kg piż nett |
31,0 |
|||||||||||||||
|
0202 10 00 9100 |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
8,1 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
2,7 |
|||||||||||||||
|
0202 20 30 9000 |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
8,1 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
2,7 |
|||||||||||||||
|
0202 20 50 9900 |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
8,1 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
2,7 |
|||||||||||||||
|
0202 20 90 9100 |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
8,1 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
2,7 |
|||||||||||||||
|
0202 30 90 9100 |
US (3) |
EUR/100 kg piż nett |
3,3 |
||||||||||||||
|
CA (4) |
EUR/100 kg piż nett |
3,3 |
|||||||||||||||
|
0202 30 90 9200 (6) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
11,3 |
||||||||||||||
|
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
3,8 |
|||||||||||||||
|
1602 50 31 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg piż nett |
11,6 |
||||||||||||||
|
1602 50 31 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg piż nett |
10,3 |
||||||||||||||
|
1602 50 95 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg piż nett |
11,6 |
||||||||||||||
|
1602 50 95 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg piż nett |
10,3 |
||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
(*1) Hekk kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.
(1) L-entrata taħt dan is-sottotitolu hija suġġetta għas-sottomissjoni taċ-ċertifikat li jidher fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).
(2) Ir-refużjoni hija garantita, bir-riserva tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21), u jekk applikabbli, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p. 7).
(3) Imwettqa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006. p. 7).
(4) Imwettqa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008. p. 3).
(5) Ir-refużjoni hija garantita bir-riserva tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).
(6) L-ammont ta’ laħam dgħif taċ-ċanga mingħajr xaħam huwa determinat skont il-proċedura deskritta fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).
It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun hekk kif definita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun għandu jittieħed minn dik il-biċċa tal-kunsinna li tippreżenta l-akbar riskju.
DEĊIŻJONIJIET
|
23.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Marzu 2012
li ttemm il-proċediment antidumping rigward l-importazzjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja
(2012/163/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku"), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1. L-Inizjazzjoni
|
(1) |
Fit-13 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") ħabbret, b'notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) ("notifika tal-inizjazzjoni"), li l-inizjazzjoni ta' proċediment antidumpling fir-rigward tal-importazzjoni fl-Unjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja ("il-prodott ikkonċernat"). |
|
(2) |
Fl-istess jum, il-Kummissjoni ħabbret, b'notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), l-inizjazzjoni ta' proċediment kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja u bdiet investigazzjoni separata. |
|
(3) |
Il-proċediment antidumping inbeda wara lment li tressaq fil-31 ta' Marzu 2011 mill-European Industrial Fasteners Institute (EiFi) ("il-kwerelant") f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw iżjed minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom. L-ilment inkluda evidenza prima facie ta' dumping tal-imsemmi prodott u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex jiġġustifika l-inizjazzjoni ta' investigazzjoni. |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
|
(4) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti magħrufa li kienu kkonċernati, u lill-awtoritajiet Indjani dwar l-inizjazzjoni tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni. |
|
(5) |
Il-partijiet kollha interessati, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta' smigħ. |
1.2.1. It-teħid tal-kampjuni għall-produtturi esportaturi fl-Indja
|
(6) |
Fid-dawl tal-għadd kbir apparenti ta' produtturi esportaturi fl-Indja, it-teħid tal-kampjuni kien stipulat fin-notifika tal-inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(7) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni jkunx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fl-Indja ntalbu jippreżentaw ruħhom sa 15-il ġurnata mid-data tal-inizjazzjoni tal-investigazzjoni u jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, l-attivitajiet preċiżi tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati tagħhom kollha involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' April 2010 sal-31 ta' Marzu 2011 ("il-perjodu tal-investigazzjoni" jew il-"PI"). |
|
(8) |
B'kollox, ħames produtturi esportaturi, inkluż grupp ta' kumpaniji relatati fl-Indja, taw l-informazzjoni mitluba lilhom u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun sat-terminu ta' skadenza stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni. Dawn il-kumpaniji li kkoperaw irraportaw esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. It-tqabbil bejn id-dejta tal-Eurostat dwar l-importazzjoni u l-volum tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrappurtat għall-perjodu tal-investigazzjoni mill-ħames kumpaniji li kkoperaw, juri li l-koperazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani kienet qrib il-100 %. Għalhekk, il-kampjun intgħażel abbażi tal-informazzjoni li taw dawn il-ħames produtturi esportaturi. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, intgħażel kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni li jista' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Abbażi tal-informazzjoni li taw il-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi li għandhom l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Abbażi tal-informazzjoni mit-teħid tal-kampjuni, il-kumpaniji jew il-gruppi magħżula ammontaw għal 99 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PI rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkoperaw. Għalhekk tqies li kampjun bħal dan jippermetti limitazzjoni tal-investigazzjoni għal numru raġonevoli ta' produtturi esportaturi li jistgħu jkunu investigati fiż-żmien disponibbli filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta' rappreżentanza. |
1.2.2. L-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi fl-Indja li kkoperaw
|
(10) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet Indjani ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Iż-żewġ produtturi esportaturi li ma ntgħażlux fil-kampjun insistew biex inkunu inklużi wkoll fil-kampjun. Madanakollu, fid-dawl ta' kemm huwa rappreżentattiv il-kampjun propost, kif inhu msemmi fil-premessa (8) hawn fuq, ġie konkluż li ma kienx meħtieġ li l-kampjun jiġi emendat jew imkabbar. |
1.2.3. Eżami individwali tal-kumpaniji li ma ntgħażlux fil-kampjun
|
(11) |
Żewġ produtturi esportaturi li kkoperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun, talbu eżami individwali u wieġbu għall-kwestjonarju tal-antidumping fil-limitu taż-żmien. |
|
(12) |
Minħabba l-konklużjonijiet li l-proċediment antidumping attwali għandu jintemm għar-raġunijiet imsemmija iżjed 'l isfel, it-talbiet għal eżami individwali ma ġewx ikkunsidrati iżjed. |
1.2.4. It-teħid tal-kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni
|
(13) |
Fid-dawl tal-għadd kbir apparenti ta' produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjun kien stabbilit fin-Notifika tal-inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(14) |
Fin-Notifika tal-inizjazzjoni, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun ikkonsista minn ħames kumpaniji, minn 15-il produttur tal-Unjoni li kienu magħrufa minn qabel l-inizjazzjoni tal-investigazzjoni, magħżula abbażi tal-volum tal-bejgħ tagħhom, il-qies u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. Huma rrappreżentaw 37 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkonsultaw il-fajl u biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-inizjazzjoni. L-ebda parti interessata ma opponiet il-kampjun propost li fih ħames kumpaniji. |
|
(15) |
Sussegwentement wieħed mill-ħames produtturi tal-Unjoni li ntgħażel fil-kampjun irtira l-koperazzjoni tiegħu. L-erba' kumpaniji li baqa' fil-kampjun irrappreżentaw 31 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI. Għaldaqstant il-kampjun tqies li jirrappreżenta l-industrija tal-Unjoni. |
1.2.5. It-teħid tal-kampjuni tal-importaturi mhux relatati
|
(16) |
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi involuti fil-proċediment, it-teħid tal-kampjuni kien maħsub għall-importaturi fin-notifika tal-inizjazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Żewġ importaturi taw l-informazzjoni mitluba lilhom u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun sat-terminu ta' skadenza stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni. Minħabba li kienu ftit l-importaturi li ppreżentaw ruħhom, ġie deċiż li ma jittiħdux kampjuni. |
1.3. It-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-verifiki
|
(17) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-partijiet l-oħra kollha li ppreżentaw ruħhom sat-terminu ta' skadenza stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni. Għaldaqstant il-kwestjonarji ntbagħtu lill-produtturi esportaturi fl-Indja li ntgħażlu fil-kampjun, lill-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun, lill-importaturi fl-Unjoni li kkoperaw u lill-utenti kollha magħrufa li huma kkonċernati mill-investigazzjoni. |
|
(18) |
It-tweġibiet waslu mingħand il-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun u mingħand l-erba' produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun. L-ebda importatur u l-ebda utent ma wieġeb il-kwestjonarju. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li taw il-partijiet interessati u li qisitha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-antidumping, id-dannu li rriżulta u l-interess tal-Unjoni. |
|
(20) |
Waħda mill-partijiet indikat li wieħed mill-produtturi esportaturi ressaq wisq indikazzjonijiet għall-kunfidenzjalità u ma tax verżjoni pubblika sinifikanti biżżejjed tat-tweġibiet tal-kwestjonarju tiegħu. Għaldaqstant l-informazzjoni mressqa minn din il-kumpanija m'għandhiex tiġi kkunsidrata u hija għandha titqies bħala parti li ma kkoperatx fl-investigazzjoni. |
|
(21) |
Madanakollu l-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġiba ta' dan il-produttur esportatur, li tikkonsisti fi tweġiba inizjali u f'verżjoni sħiħa msejsa fuq ittra ta' defiċjenza, ġiet ivvalutata mill-ġdid u nstab li hija sħiħa biżżejjed sabiex tikkwalifika bħala tweġiba pubblika sinifikanti. Għalhekk din l-indikazzjoni ma ntlaqgħetx. |
|
(22) |
Saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:
|
1.4. Il-perjodu tal-investigazzjoni
|
(23) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2010 sal-31 ta' Marzu 2011. L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2008 sal-aħħar tal-PI ("il-perjodu kkunsidrat"). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(24) |
Il-prodott ikkonċernat huwa qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom ("SSF") li joriġinaw mill-Indja, u li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċijiet CN 7318 12 10 , 7318 14 10 , 7318 15 30 , 7318 15 51 , 7318 15 61 u 7318 15 70 . |
2.2. Il-prodott simili
|
(25) |
Instab li l-prodott ikkonċernat u l-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Indja, kif ukoll il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Għalhekk dawn tqiesu li huma simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. ID-DUMPING
3.1. Il-valur normali
|
(26) |
Għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi Indjani li ntgħażlu fil-kampjun lil klijenti indipendenti sarx f'volumi rappreżentattivi, jiġifieri jekk il-volum totali ta' dan il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta' bejgħ mill-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PI. |
|
(27) |
Fil-każ ta' produttur esportatur wieħed li ntgħażel fil-kampjun instab li ma kellu l-ebda bejgħ rappreżentattiv tal-prodott simili fis-suq domestiku. Għal dan il-produttur esportatur, il-valur normali kellu jinbena abbażi tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
3.1.1. Il-produtturi esportaturi li kkoperaw fil-kampjun li għandhom volum ta' bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali
|
(28) |
Għall-produtturi esportaturi li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali, il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta' prodotti li jinbiegħu fis-suq domestiku mill-produttur esportatur, li kienu identiċi jew direttament kumparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(29) |
Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum ta' dak it-tip ta' prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI rrappreżenta 5 % jew iżjed tal-volum totali tat-tip ta' prodott kumparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-kumpaniji kkonċernati jistax ikun kkunsidrat li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi gћal kull tip ta' prodott ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
|
(31) |
Fejn il-volum tal-bejgħ ta' tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew iżjed mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dak it-tip, u fejn il-prezz medju differenzjat ta' dak it-tip kien daqs jew iżjed mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip li sar matul il-perjodi tal-investigazzjoni, irrispettivament jekk dan il-bejgħ għamilx qligħ jew le. |
|
(32) |
Fejn il-volum tal-bejgħ li jagħmel qligħ ta' tip ta' prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta' dak it-tip, jew fejn il-prezz medju differenzjat ta' dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-bejgħ li jagħmel qligħ ta' dak it-tip biss. |
|
(33) |
Għal tipi ta' prodotti li ma jinbigħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-valur normali kellu jinbena abbażi tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, in-nefqiet ġenerali u amministrattivi tal-bejgħ ("SG&A") u l-marġinu raġonevoli tal-qligħ żdiedu mal-ispiża medja tal-esportatur stess għall-manifattura ta' kull tip ta' prodott matul il-PI. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, il-persentaġġ għall-SG&A u l-marġinu tal-qligħ kienu bbażati fuq il-medja differenzjata tal-SG&A u l-marġinu tal-qligħ mill-bejgħ ta' kull tip ta' prodott fl-andament ordinarju tal-kummerċ tal-produttur esportatur rispettiv. |
3.1.2. Il-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ntgħażlu fil-kampjun, li m'għandhomx volum ta' bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali
|
(34) |
Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ma għandhomx bejgħ domestiku rappreżentattiv, il-valur normali nbena skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku billi mal-ispejjeż tal-kumpanija stess għall-manifattura tal-prodott simili żdiedu n-nefqiet tal-SG&A u marġinu raġonevoli tal-qligħ għal kull tip ta' prodott matul il-PI. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, il-persentaġġ għall-SG&A u l-marġinu tal-qligħ kienu bbażati fuq il-medja differenzjata tal-SG&A u l-marġinu tal-qligħ mill-bejgħ ta' kull tip ta' prodott fl-andament ordinarju tal-kummerċ tal-produttur esportatur. |
3.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(35) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.3. It-tqabbil
|
(36) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar skont kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(37) |
Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(38) |
Fuq din il-bażi, fejn applikabbli u ġustifikat, saru provvedimenti għal spejjeż tat-trasport, spejjeż tal-merkanzija fuq il-baħar u tal-assigurazzjoni, spejjeż tat-tqandil u t-tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, skontijiet li ma jissemmewx fil-fattura u kummissjonijiet. |
3.4. Il-marġini tad-dumping
3.4.1. Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ntgħażlu fil-kampjun
|
(39) |
Gћall-kumpaniji li ntgħażlu fil-kampjun, il-valur normali medju differenzjat ta' kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni tqabbel mal-prezz medju differenzjat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(40) |
Abbażi tal-metodoloġija ta' hawn fuq, il-marġini tad-dumping, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(41) |
Madanakollu għandu jiġu nnutat li l-produttur esportatur Indjan, li għalih ma nstab l-ebda dumping, irrappreżenta 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni. |
|
(42) |
Abbażi tal-analiżi tiegħu tad-dokument ta' informazzjoni tal-Kummissjoni, il-kwerelant ikkalkula differenza ta' 25 % bejn il-valur normali stabbilit għall-produtturi esportaturi li fil-kampjun instab li qed jagħmlu dumping u dak tal-kumpanija li ma nstabitx li kienet qed tagħmel dumping. Il-kwerelant argumenta li differenza bħal din ma għandhiex teżisti f'suq kompetittiv u li din mhix realistika għall-industrija ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx. Barra minn hekk, il-kwerelant allega li l-produttur esportatur li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping, akkwista skart tal-azzar li ma jissaddadx mingħand kumpaniji relatati fl-Unjoni u li konsegwenza ta' dan, wieħed ma setax jistrieħ fuq il-prezzijiet tax-xiri tal-materja prima biex jikkalkula l-ispiża tal-produzzjoni. |
|
(43) |
Il-valur normali tal-esportatur li kkopera u li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping issejjes fuq l-ispiża tal-produzzjoni tiegħu għal kull tip ta' prodott li hija irħas minn tal-produtturi esportaturi l-oħra li ttieħdu fil-kampjum. Dan ġara primarjament minħabba l-fatt li l-kumpanija li kkoperat u li ma nstabitx li kienet qed tagħmel dumping, tipproduċi hija stess azzar li ma jissaddadx minn skart tal-azzar li ma jissaddadx, u għalhekk hija integrata kollha kemm hi u tibbenefika mill-ekonomiji ta' skala, filwaqt li l-kumpaniji l-oħrajn jixtru vireg tal-wajer tal-azzar li ma jissaddadx bħala l-materja prima tagħhom għall-produzzjoni tal-qfieli tal-azzar li ma jissaddadx, fis-suq ħieles, inkluż mingħand l-esportatur li kkopera u li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping. |
|
(44) |
Il-valur normali tal-produtturi esportaturi li kkoperaw u li nstab li kienu qed jagħmlu dumping ġie ddeterminat l-iżjed abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku għal kull tip ta' prodott. Hemm kompetizzjoni limitata biss fis-suq domestiku tal-Indja u l-esportatur li kkopera u li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping biegħ biss kwantitajiet mhux rappreżentattivi matul il-PI b'mod domestiku. |
|
(45) |
Fejn jidħol l-akkwist tal-iskart tal-azzar li ma jissaddadx mill-produttur esportatur li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping, l-investigazzjoni wriet li din il-kumpanija kisbet skart kemm mingħand fornituri relatati u mhumiex relatati, dawn tal-aħħar jirrappreżentaw iżjed minn 70 % tal-kwantitajiet li nkisbu. Il-livelli tal-prezz tax-xiri għaż-żewġ tipi ta' akkwisti kienu komparabbli, anke meta jitqies it-tip ta' grad ta' skart. |
|
(46) |
Minħabba f'hekk, id-determinazzjoni tal-valur normali tal-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun hija kkonfermata u l-indikazzjonijiet li tressqu mill-kwerelant ma ntlaqgħux. |
3.4.2. Għall-produtturi esportaturi l-oħra li kkoperaw
|
(47) |
Il-marġni medju differenzjat tad-dumping tal-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ma ntgħażlux fil-kampjun ġie kkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-marġini stabbiliti għall-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun u li nstab li kienu qed jagħmlu dumping. Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping ikkalkulat għall-kumpaniji li kkoperaw u li ma ntgħażlux fil-kampjun kien stabbilit għal 24,6 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
|
(48) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi Indjan li kkopera, wara l-iżvelar li l-Kummissjoni biħsiebha ttemm il-proċediment, insista li t-talba tiegħu għal eżami individwali għandha tiġi aċċettata, billi argumenta li l-marġinu tad-dumping żvelat għall-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ma ntgħażlux fil-kampjun ma jirriflettix is-sitwazzjoni tiegħu. |
|
(49) |
It-talba għal eżami individwali ma ġietx ivvalutata mill-Kummissjoni minħabba li f'każ ta' terminazzjoni, id-determinazzjoni tal-marġinu ma jibqax kwistjoni. |
3.4.3. Għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx
|
(50) |
Fir-rigward tal-esportaturi l-oħra kollha fl-Indja, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta' koperazzjoni. Tqabblu l-kwantitajiet ta' esportazzjoni totali indikati fit-tweġibiet tat-teħid tal-kampjuni li waslu mingħand il-produtturi esportaturi kollha li kkoperaw, mal-importazzjonijiet totali mill-Indja kif jirriżulta mill-istatistiki tal-Eurostat. Instab li l-persentaġġ tal-koperazzjoni kien ta' 97 %. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ koperazzjoni tqies li huwa gћoli. Għalhekk kien ikkunsidrat xieraq li jiġi stabbilit marġinu tad-dumping għal produtturi esportaturi li ma kkoperawx fuq il-livell li jikkorrispondi mal-marġinu medju tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ntgħażlu fil-kampjun. Infatti, it-tagħrif disponibbli jissuġġerixxi li l-prezzijiet medja tal-esportazzjoni tal-esportaturi Indjani li ma kkoperawx, matul il-PI kienu jaqblu ma' dawk li nstabu għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni disponibbli li turi valuri normali differenti għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx. |
|
(51) |
Fuq din il-bażi, il-livell tad-dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit gћal 24,6 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
4. INDUSTRIJA TAL-UNJONI
4.1. Il-produzzjoni tal-Unjoni
|
(52) |
L-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni li ngħatat fl-ilment, id-dejta li nġabret mingħand il-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-inizjazzjoni tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
|
(53) |
Fuq din il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata li hija madwar it-52 000 tunnellata matul il-PI. Din iċ-ċifra tinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom u l-volum stmat tal-produzzjoni tal-produtturi li ma ppreżentawx ruħhom fil-proċediment. |
|
(54) |
Kif indikat fil-premessa (13) ta' hawn fuq, it-teħid tal-kampjuni ġie applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Mill-15-il produttur tal-Unjoni li taw id-dejta qabel l-inizjazzjoni tal-proċediment, intgħażel kampjun ta' ħames kumpaniji. Sussegwentement, kif spjegat fil-premessa (15) ta' hawn fuq, kumpanija waħda ddeċidiet li ma tikkoperax fl-investigazzjoni. Il-bqija tal-kumpaniji li kkoperaw u li ntgħażlu fil-kampjun irrappreżentaw madwar 32 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI u tqiesu li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni. |
4.2. L-industrija tal-Unjoni
|
(55) |
Il-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni, imsemmija fil-premessa (52) ta' hawn fuq jitqiesu li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn 'il quddiem jissejħu "l-industrija tal-Unjoni". |
5. ID-DANNU
5.1. Kummenti preliminari
|
(56) |
L-istatistiki rilevanti tal-Eurostat dwar l-importazzjoni, flimkien mad-dejta li ngħatat fl-ilment u d-dejta li nġabret mingħand il-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-inizjazzjoni tal-investigazzjoni, inklużi t-tweġibijiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun, intużaw fl-evalwazzjoni tal-fatturi rilevanti tad-dannu. |
|
(57) |
L-analiżi tad-dannu fir-rigward tad-dejta makroekonomika, bħall-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, u l-impjiegi u l-produttività, hija bbażata fuq id-dejta tal-industrija tal-Unjoni b'mod sħiħ. |
|
(58) |
L-analiżi tad-dannu fir-rigward tad-dejta mikroekonomika, bħall-prezzijiet tat-tranżazzjoni, il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investiment u r-redditu fuq l-investiment, il-ħila li jiżdied il-kapital, il-ħażniet, u l-pagi, hija bbażata fuq id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun. |
|
(59) |
L-erba' produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun, intgħażlu wkoll fir-reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri antidumping li japplikaw għall-importazzjonijiet tal-SSF li joriġinaw miċ-Ċina u t-Tajwan, konkluża fis-7 ta' Jannar 2012 (4). F'dik ir-reviżjoni, kumpanija waħda oħra, li ma ntgħażlitx fil-kampjun tal-investigazzjoni preżenti, ġiet inkluża fil-kampjun. Minħabba li l-perjodu kkunsidrat għall-analiżi tad-dannu jaħbat ma' dak tar-reviżjoni tal-iskadenza, id-dejta għall-2008 u l-2009 huma identiċi ħlief għal dik il-kumpanija waħda. Billi jiġu żvelati ċ-ċifri tal-2008 u l-2009, ikun possibbli li jitnaqqsu ċ-ċifri tal-kumpanija li ma ġietx inkluża fil-kampjun tal-każ preżenti. Għaldaqstant, il-mikroindikaturi bħall-ħażniet, il-pagi, l-investimenti, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investimenti u l-profitabbiltà, ġew indiċjati. |
5.2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(60) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni stess kif intqal fl-ilment u kontrovverifikat bit-tweġibiet tal-kwestjonarji tal-kampjun u d-dejta vverifikata li nġabret mingħand il-produtturi li ntgħażlu fil-kampjun. Barra minn hekk, ġie kkunsidrat ukoll il-volum tal-importazzjonijiet ibbażat fuq id-dejta tal-Eurostat għall-perjodu kkunsidrat. |
|
(61) |
Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1
|
||||||||||||||||||||
|
(62) |
Il-konsum totali fis-suq tal-UE żdied b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm tnaqqis drastiku ta' 16 %, allegatament minħabba l-effetti negattivi globali tal-kriżi ekonomika fuq is-suq, u li wara dan il-konsum reġa' rkupra b'21 % bejn l-2009 u l-2010 u b'7 % oħra bejn l-2010 u l-PI. |
5.3. Importazzjonijiet mill-Indja
|
(63) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 2
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(64) |
L-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'mod sinifikanti b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda kienet l-iżjed b'saħħitha bejn l-2008 u l-2009 meta l-importazzjonijiet żdiedu bi 30 % u meta l-konsum naqas b'16 %. Minn sena għal sena, l-importazzjonijiet mill-Indja baqgħu jiżdiedu matul l-2010 (+16 %) u matul il-PI (+10 %). |
5.4. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz
Tabella 3
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet f’EUR/tunnellata |
3 531 |
2 774 |
2 994 |
3 216 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
79 |
85 |
91 |
|
Sors: il-Eurostat u t-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun. |
||||
|
(65) |
Il-prezzijiet medja tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b'mod ġenerali b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jispjega ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-Indja minn 12,1 % sa 18,3 % matul l-istess perjodu. L-ogħla żieda seħħet bejn l-2008 u l-2009, meta l-esportaturi Indjani kisbu iżjed minn sitt punti perċentwali tas-sehem mis-suq. |
|
(66) |
Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet medja differenzjata tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun imposti fuq il-klijenti mhux relatati mas-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell kif joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji differenzjati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-Indja lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustamenti xierqa għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(67) |
Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala persentaġġ tad-dħul tal-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun matul il-PI, wera twaqqigħ tal-prezz li jvarja bejn it-3 % u t-13 %. Dwar dan, għandu jiġi nnutat li l-produttur esportatur Indjan li ma nstabx li kien qed jagħmel id-dumping, kellu l-ogħla marġinu ta' twaqqigħ. |
5.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(68) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu analizzat. |
5.5.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
Tabella 4
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati) |
69 514 |
56 396 |
62 213 |
51 800 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
81 |
89 |
75 |
|
Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) |
140 743 |
127 200 |
128 796 |
111 455 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
90 |
92 |
79 |
|
L-utilizzazzjoni tal-kapaċità |
49 % |
44 % |
48 % |
46 % |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
90 |
98 |
94 |
|
Sors: It-total tal-industrija tal-Unjoni. |
||||
|
(69) |
It-tabella ta' hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset b'mod sinifikanti b'25 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'rabta mat-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni naqset mod drastiku b'19 % fl-2009, u wara rkuprat b'madwar 10 % fl-2010. Matul il-PI, għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied b'7 % il-produzzjoni tal-Unjoni reġgħet naqset b'madwar 17 % meta mqabbla mas-sena ta' qabel. |
|
(70) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’madwar 21 % matul il-perjodu kkunsidrat. Anke l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset matul il-perjodu kkunsidrat, u b'mod konsistenti baqgħet taħt il-50 %. |
5.5.2. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
Tabella 5
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-volum tal-bejgħ (tunnellati) |
56 042 |
44 627 |
45 976 |
48 129 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
80 |
82 |
86 |
|
Is-sehem mis-suq |
4,65 % |
4,41 % |
3,76 % |
3,66 % |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
95 |
81 |
79 |
|
Sors: It-total tal-industrija tal-Unjoni. |
||||
|
(71) |
Fil-kuntest ta' żieda fil-konsum (+9 %), il-volum tal-bejgħ tal-prodott simili meta jinbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni naqas b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba f'hekk, is-sehem mis-suq naqas minn 46,5 % fl-2008 għal 36,6 % matul il-PI. Wara tnaqqis qawwi fl-2009 (-20 %), il-volum tal-bejgħ irkupra daqsxejn fl-2010 u matul il-PI. |
5.5.3. It-tkabbir
|
(72) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied b'9 % bejn l-2008 u l-PI. Madanakollu il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqsu fl-istess perjodu b'14 % u 21 % rispettivament. Fl-istess waqt l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'mod sinifikanti b'65 %. |
5.5.4. L-impjiegi
Tabella 6
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
In-numru ta’ impjegati |
1 007 |
863 |
821 |
761 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
86 |
82 |
76 |
|
Il-produttività (unità/impjegat) Indiċi (2008 = 100) |
100 |
95 |
110 |
99 |
|
Sors: It-total tal-industrija tal-Unjoni. |
||||
|
(73) |
Minħabba t-tnaqqis fl-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni, in-numru tal-impjegati tnaqqas bl-istess mod b'24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-PI, l-ispiża għal kull impjegat żdiedet b'6 %. |
|
(74) |
Il-produttività tal-ħaddiema fl-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni għal kull persuna impjegata għal kull sena, naqset xi ftit b'1 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din laħqet l-iktar livell baxx fl-2009, u wara bdiet tirkupra lejn il-PI. |
5.5.5. Il-prezzijiet tal-unità medji fl-Unjoni
Tabella 7
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-prezz tal-unità fl-UE għal klijenti mhux relatati (EUR għal kull tunnellata) |
4 336 |
2 792 |
3 914 |
4 244 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
64 |
90 |
98 |
|
Sors: it-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi li ntgħażlu fil-kampjun. |
||||
|
(75) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ naqsu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009, l-industrija tal-Unjoni kien sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ b'36 % fil-kuntest tar-riċessjoni ekonomika u tat-tnaqqis konsiderevoli fil-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja (-21 %). Matul l-2010 u l-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġgħu rkupraw. |
|
(76) |
L-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-2009 irrifletta t-tnaqqis fl-ispejjeż li waqgħu bi 18 % meta mqabblin mal-livelli fl-2008. Primarjament it-tnaqqis fl-ispejjeż kien minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima, speċjalment tan-nikil, li għandu dinamika instabbli tal-prezz. Madanakollu, l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ iżjed mit-tnaqqis fl-ispejjeż, fid-dawl tat-tkabbir fl-importazzjonijiet Indjani bi prezz baxx fl-2009. |
5.5.6. Il-profitabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital.
Tabella 8
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-profitabilità tal-bejgħ fl-UE (% tal-bejgħ nett) Indiċi (2008 = 100) |
– 100 |
– 442 |
–74 |
–24 |
|
Il-fluss tal-flus Indiċi (2008 = 100) |
– 100 |
–1 827 |
–40 |
171 |
|
L-investimenti (EUR) Indiċi (2008 = 100) |
100 |
29 |
59 |
6 |
|
Ir-redditu fuq l-investimenti Indiċi (2008 = 100) |
– 100 |
– 284 |
–59 |
–28 |
|
Sors: it-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun. |
||||
|
(77) |
L-investigazzjoni wriet li, anke meta t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ irrifletta parzjalment it-tnaqqis fl-ispejjeż, il-prezz tal-industrija tal-Unjoni kien taħt pressjoni bl-importazzjonijiet tal-SSF mill-Indja. Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva sa mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Speċjalment fl-2009, l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ iżjed mit-tnaqqis fl-ispejjeż, fid-dawl tat-tkabbir fl-importazzjonijiet Indjani bi prezz baxx. Dan wassal biex matul dik is-sena tiddeterjora b'mod sinifikanti l-profitabbiltà. Madanakollu, fl-2010 u matul il-PI, il-profitabbiltà marret għall-aħjar, iżda xorta baqgħet negattiva. |
|
(78) |
Il-fluss tal-flus, li huwa l-ħila tal-industrija li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha stess, segwa xejra simili għal dik tal-profitabbiltà. Dan laħaq l-iktar livell baxx tiegħu fl-2009, u wara wera xejra ta' żieda u nbidel f'wieħed pożittiv matul il-PI. |
|
(79) |
Wara li fl-2008 saru investimenti fil-produzzjoni tal-SSF, l-investimenti naqsu b'94 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-redditu fuq l-investiment wera żvilupp negattiv simili li jaqbel mar-riżultati negattivi li kisbet l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u baqa' dejjem negattiv. |
|
(80) |
L-evoluzzjoni tal-profitabbiltà, il-fluss tal-flus u l-livell baxx tal-investimenti huma minħabba l-fatt li l-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun jista' jkun li sabu diffikultajiet biex iżidu l-kapital. |
5.5.7. Il-ħażniet
Tabella 9
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-ħażna tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni Indiċi (2008 = 100) |
100 |
92 |
100 |
103 |
|
Sors: it-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun. |
||||
|
(81) |
Il-livell tal-ħażna tal-industrija tal-Unjoni li ntgħażlet fil-kampjun żdied bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009 il-livell tal-ħażna tal-għeluq naqas bi 8 %; u wara, fl-2010 u matul il-PI, dan żdied bi 8 % u 3 % rispettivament. |
5.5.8. Il-kobor tal-marġinu attwali tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti
|
(82) |
Huwa mfakkar li l-ikbar produttur esportatur Indjan li jirrappreżenta 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-PI, instab li ma kienx qed jagħmel dumping. Għaldaqstant l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ammontaw għal 13 % tal-volum totali tal-SSF esportati mill-Indja lejn l-Unjoni. Meta wieħed iqis il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja li huma l-oġġett ta' dumping, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini attwali tad-dumping jista' jitqies bħala negliġibbli. |
5.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(83) |
L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni (– 25 %), l-utilizzazzjoni tal-kapaċità (– 6 %), il-volum tal-bejgħ (– 14 %), is-sehem mis-suq (– 21 %), u l-impjiegi (– 24 %) iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-kuntest ta' żieda fil-konsum, kemm il-volum tal-bejgħ kif ukoll is-sehem mis-suq waqgħu. Il-volum tal-bejgħ irkupra daqsxejn fl-2010 u matul il-PI meta mqabbel mal-2009; madanakollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx terġa' tikseb is-sehem tagħha li tilfet mis-suq fid-dawl tat-tkabbir fl-importazzjonijiet Indjani li żdiedu b'mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bi prezzijiet li konsistentement naqqsu lil dawk tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(84) |
Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħall-fluss tal-flus u l-profitabbiltà kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-ħila tal-industrija Komunitarja biex iżżid il-kapital naqset ukoll. |
|
(85) |
Fid-dawl ta’ dak imsemmi, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
6. IL-KAWŻALITÀ
6.1. Introduzzjoni
|
(86) |
Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u li huma l-oġġett ta' dumping, ikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali punt li jitħalla jiġi kklassifikat bħala materjali. Il-fatturi magħrufa ħlief l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li fl-istess waqt jista' jkun li qed jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll sabiex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi oħrajn ma ġiex attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. |
|
(87) |
Huwa mfakkar li l-ikbar produttur esportatur Indjan, imsemmi fil-premessi (40) u (41), li jirrappreżenta 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-PI, instab li ma kienx qed jagħmel dumping. Għaldaqstant, 13 % biss tal-esportazzjonijiet Indjani tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI saru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dawn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping kellhom sehem mis-suq ta' 2 % matul il-PI. |
6.2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping
|
(88) |
L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni żdied b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'14 % u s-sehem mis-suq waqa' b'21 %. |
|
(89) |
Fir-rigward tal-prezzijiet, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni, tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, instab li naqqsu l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Madanakollu, dawn kienu madwar 12 % ogħla mill-prezzijiet tal-kumpanija Indjana li ma nstabitx li kienet qed tagħmel dumping. |
|
(90) |
Abbazi ta' dan kollu, huwa kkunsidrat li l-volum limitat tal-importazzjoni fuq l-importazzjonijiet mill-Indja li huma l-oġġett ta' dumping, li kellu prezzijiet ogħla mill-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping, seta' kellhom biss rwol limitat ħafna, jekk kellhom, fid-deterjorazzjoni s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
6.3. L-effett ta’ fatturi oħrajn
6.3.1. L-importazzjonijiet mill-Indja li mhumiex l-oġġett ta' dumping
|
(91) |
Il-volum totali tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied drammatikament b'65 % matul il-perjodu kkunsidat, u żdied is-sehem tagħhom mis-suq minn 12,1 % sa 18,3. Madanakollu, kif spjegat hawn fuq, l-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping irrappreżentaw 87 % tal-volum totali tal-esportazzjoni Indjana matul il-PI, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta' 15 % matul il-PI, b'kuntrast mas-sehem mis-suq ta' 2 % tal-importazzjonijiet mill-Indja li huma l-oġġett ta' dumping fl-istess perjodu. |
|
(92) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b'mod ġenerali b'9 % fil-perjodu kkunsidrat, u baqgħu dejjem inqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-bqija tad-dinja u mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Madanakollu huwa xieraq li jkun innutat li kif spjegat fil-premessa (89), instab li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni li mhumiex l-oġġett ta' dumping naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni iżjed minn dawk tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. |
6.3.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
Tabella 10
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f'tunnellati |
50 010 |
37 633 |
54 454 |
59 255 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
75 |
109 |
118 |
|
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra |
41,5 % |
37,2 % |
44,5 % |
45,1 % |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
90 |
107 |
109 |
|
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f'EUR/tunnellata |
5 380 |
5 236 |
5 094 |
5 234 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
97 |
95 |
97 |
|
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Malasja (tunnellati) |
13 712 |
9 810 |
9 611 |
9 966 |
|
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Malasja |
11,4 % |
9,7 % |
7,9 % |
7,6 % |
|
Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Malasja f'EUR/tunnellata |
4 203 |
2 963 |
3 324 |
3 633 |
|
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Filippini (tunnellati) |
7 046 |
5 406 |
15 576 |
18 149 |
|
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Filippini |
5,8 % |
5,3 % |
12,7 % |
13,8 % |
|
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Filippini f'EUR/tunnellata |
4 645 |
3 474 |
3 714 |
3 912 |
|
Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (tunnellati) |
2 332 |
2 452 |
3 217 |
3 288 |
|
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
1,9 % |
2,4 % |
2,6 % |
2,5 % |
|
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina f'EUR/tunnellata |
4 004 |
4 561 |
5 272 |
5 648 |
|
Il-volum tal-importazzjonijiet mit-Tajwan (tunnellati) |
4 304 |
3 703 |
6 451 |
6 640 |
|
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan |
3,6 % |
3,7 % |
5,3 % |
5,1 % |
|
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Tajwan f'EUR/tunnellata |
5 092 |
4 719 |
4 755 |
4 943 |
|
Sors: il-Eurostat. |
||||
|
(93) |
Abbażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-SSF li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħra żdied bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess waqt, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'madwar 3 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem tagħhom mis-suq żdied b'madwar 9 %. |
|
(94) |
Kien hemm miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-SSF mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan fis-seħħ sa mid-19 ta' Marzu 2005. Minkejja li kien hemm il-miżuri, l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm is-sehem mis-suq baqa' pjuttost modest, bi 2,5 % u 5,1 % rispettivament matul il-PI. Sorsi ewlenin oħra tal-importazzjonijiet huma l-Filippini u Malasja. L-importazzjonijiet, speċjalment dawk mill-Filippini żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, u żdied is-sehem tagħhom mis-suq minn 5,8 % fl-2008 għal 13,8 % matul il-PI. |
|
(95) |
Fir-rigward tal-Malasja, kien hemm xejra ta' tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, iżda l-importazzjonijiet xorta kellhom sehem mis-suq ta' 7,6 % matul il-PI. Il-volum tal-importazzjoni mill-Filippini żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Madanakollu, kif ħareġ mill-investigazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjoni mill-Filippini kien ferm ogħla, notevolment madwar 20 %, mill-prezz medju tal-SSF Indjani. |
|
(96) |
Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni, il-prezzijiet medji ġenerali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u kienu dejjem ogħla mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Indja. |
|
(97) |
Abbażi ta’ dan kollu, ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkawżawx id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
6.3.3. Il-kriżi ekonomika
|
(98) |
Il-kriżi ekonomika tispjega parzjalment il-kontrazzjoni tal-konsum tal-Unjoni fl-2009. Madanakollu, huwa xieraq li jiġi nnutat li minkejja li l-konsum naqas b'16 % fl-2009, il-volum tal-importazzjonijiet Indjani żdied bi 30 %. |
|
(99) |
Fl-2010 u matul il-PI, il-konsum tal-Unjoni żdied meta mqabbel mal-irkupru ekonomiku ġenerali. Madanakollu, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b'ammont żgħir, bi 3 % fl-2010 u b'4,7 % matul il-PI. Dan jaqbel maż-żieda annwali fl-importazzjonijiet Indjani b'16 % u 10 % rispettivament. |
|
(100) |
F’kundizzjonijiet ekonomiċi normali u fin-nuqqas ta’ pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet u livelli ogħla ta’ importazzjoni mill-Indja, l-industrija tal-Unjoni seta’ kellha daqsxejn tad-diffikultà biex tlaħħaq mat-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fl-ispejjeż fissi ta’ unità minħabba t-tnaqqis fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità li ġarrbet. Madanakollu, l-importazzjonijiet Indjani bi prezz baxx, li l-maġġoranza tagħhom instab li mhumiex l-oġġett ta' dumping, intensifikaw l-effett tar-riċessjoni ekonomika u anke matul l-irkupru ekonomiku ġenerali, l-industrija tal-Unjoni setgħetx tirkupra u lanqas tikseb mill-ġdid is-sehem mis-suq li ntilef għall-importazzjonijiet Indjani. |
|
(101) |
Għaldaqstant, minkejja li l-kriżi ekonomika tal-2008-2009 setgħet ikkontribwiet għall-prestazzjoni ħażina tal-industrija tal-Unjoni, din ma tistax tiġi kkunsidrata li tħalli impatt materjali fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
6.3.4. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li ntgħażlet fil-kampjun
Tabella 12
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-bejgħ esportat f'tunnellati |
967 |
689 |
933 |
884 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
71 |
97 |
91 |
|
Il-prezz tal-bejgħ ta’ unità f’EUR |
4 770 |
3 060 |
4 020 |
4 313 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
64 |
84 |
90 |
|
Sors: it-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun. |
||||
|
(102) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li ntgħażlet fil-kampjun naqas b'9 % filwaqt li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni waqgħu b'10 %. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li x-xejra negattiva tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tista' tħalli iżjed impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li minħabba l-volum baxx tal-esportazzjonijiet meta mqabbel mal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, dan l-impatt mhuwiex materjali fir-rigward tad-dannu li nstab. |
6.4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(103) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li matul il-perjodu kkunsidrat kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezz baxx li joriġinaw mill-Indja. Instab ukoll li dawn l-importazzjonijiet naqqsu b'mod kostanti l-prezzijiet li titlob l-industija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(104) |
Madanakollu, fid-dawl tas-sejba li l-ikbar produttur esportatur Indjan, li rrappreżenta 87 % tal-esportazzjoni Indjani lejn l-Unjoni fil-PI, ma esportax SSF lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, huwa kkunsidrat li l-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li jammontaw għal 13 % biss tal-kwantità totali esportata mill-Indja, u d-dannu li ġarrbu l-industrija tal-Unjoni ma tistax tiġi stabbilita biżżejjed. Filfatt, ma jistax jiġi argumentat li l-esportazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta' dumping, fid-dawl tal-volum limitat tagħhom u tas-sehem limitat ħafna tagħhom mis-suq (2 %) u l-fatt li prezzijiet tagħhom kienu fil-medja 12 % ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping, qed jikkawżaw id-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(105) |
L-analiżi tal-futturi magħrufa l-oħra, li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, inklużi l-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-kriżi ekonomika u l-prestazzjoni fl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li ntgħażlet fil-kampjun, turi li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni qed jidher li ġej mill-impatt tal-importazzjonijiet mill-Indja li mhumiex l-oġġett ta' dumping u li jirrappreżentaw 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani kollha lejn l-Unjoni matul il-PI u li saru bi prezzijiet sinifikament iktar baxxi minn dawk tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. |
7. TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT ANTIDUMPING
|
(106) |
Fin-nuqqas ta' konnessjoni kawżali materjali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li l-miżuri antidumping mhumiex meħtieġa u għalhekk il-proċediment antidumping preżenti għandu jiġi terminat skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(107) |
Il-kwerelant u l-partijiet interessati l-oħra kollha ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma biddlux il-konklużjoni li l-proċediment antidumping preżenti għandu jiġi terminat. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment antidumping rigward l-importazzjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċijiet CN 7318 12 10 , 7318 14 10 , 7318 15 30 , 7318 15 51 , 7318 15 61 u 7318 15 70 , u li joriġinaw mill-Indja, huwa b'dan itterminat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 142, 13.5.2011, p. 30.