ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.081.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
21.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/1 |
DIRETTIVA 2012/5/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (3) tistipula regoli u miżuri ta’ kontroll biex jiġġieldu u jeradikaw il-bluetongue, inklużi regoli dwar l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u l-użu ta’ vaċċini kontra l-bluetongue. |
(2) |
Fil-passat, ġew irreġistrati biss inkursjonijiet sporadiċi ta’ ċerti stereotipi tal-virus tal-bluetongue fl-Unjoni. Dawk l-inkursjonijiet ġew irrappurtati prinċipalment fil-partijiet tan-Nofsinhar tal-Unjoni. Madankollu, mill-adozzjoni tad-Direttiva 2000/75/KE, u partikolarment mill-introduzzjoni fl-Unjoni tal-istereotipi 1 u 8 tal-virus tal-bluetongue fis-snin 2006 u 2007, il-virus tal-bluetongue infirex iktar mal-Unjoni, bir-riskju li jsir endemija f’ċerti żoni. Għalhekk, sar iktar diffiċli biex tiġi kkontrollata l-firxa tal-virus. |
(3) |
Ir-regoli dwar it-tilqim kontra l-bluetongue stipulati fid-Direttiva 2000/75/KE huma bbażati fuq l-esperjenza tal-użu tal-hekk imsejħa “vaċċini ħajjin immodifikati”, jew “vaċċini ħajjin immoderati”, li kienu l-uniċi vaċċini disponibbli meta d-Direttiva ġiet adottata. L-użu ta’ dawk il-vaċċini jista’ jwassal għal ċirkolazzjoni lokali mhux mixtieqa tal-virus tal-vaċċin f’annimali li ma jingħatawx it-tilqima. |
(4) |
Reċentement, bħala riżultat ta’ teknoloġija ġdida, saru disponibbli “vaċċini inattivati” kontra l-bluetongue li ma jippreżentawx ir-riskju ta’ ċirkolazzjoni lokali mhux mixtieqa tal-virus tal-vaċċin għal annimali li ma jkunux ingħataw it-tilqima. L-użu estensiv ta’ tali vaċċini waqt il-kampanja ta’ tilqim fis-snin 2008 u 2009 wassal għal titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-marda. Attwalment jeżisti qbil ġenerali li t-tilqim b’vaċċini inattivati huwa l-għodda preferuta għall-kontroll tal-bluetongue u għall-prevenzjoni ta’ mard kliniku fl-Unjoni. |
(5) |
Biex jiġi żgurat kontroll aħjar tal-firxa tal-virus tal-bluetongue u biex jitħaffef il-piż fuq is-settur agrikolu ppreżentat minn dik il-marda, huwa xieraq li r-regoli eżistenti dwar it-tilqim stipulati fid-Direttiva 2000/75/KE jiġu emendati sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi fil-produzzjoni tal-vaċċini. |
(6) |
Sabiex tippermetti liż-żmien tat-tilqim fl-2012 jibbenefika mir-regoli l-ġodda, id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
L-emendi stipulati f’din id-Direttiva għandhom jagħmlu r-regoli dwar it-tilqim iktar flessibbli u jieħdu inkonsiderazzjoni wkoll il-fatt li vaċċini inattivati, li jistgħu jintużaw b’suċċess ukoll barra miż-żoni suġġetti għar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-annimali, issa huma disponibbli. |
(8) |
Barra minn hekk, u sakemm jittieħdu l-miżuri prekawzjonarji adegwati, l-użu ta’ vaċċini ħajjin immoderati ma għandux jiġi eskluż, billi l-użu tagħhom xorta waħda jista’ jkun neċessarju taħt ċerti kundizzjonijiet, bħal pereżempju wara l-introduzzjoni ta’ stereotip ta’ virus ġdid tal-bluetongue li jista’ jkun li ma jkunx hemm disponibbli vaċċini inattivati kontrih. |
(9) |
Għalhekk, id-Direttiva 2000/75/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2000/75/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej: “(j) ‘vaċċini ħajjin immoderati’: vaċċini li huma mmanifatturati bl-adattament ta’ varjetajiet puri tal-virus tal-bluetongue minn każ ta’ studju partikolari permezz ta’ serje ta’ passaġġi fit-trobbija tat-tessut jew fil-bajd tat-tiġieġ b’embriju.”. |
(2) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tiddeċiedi li tippermetti l-użu ta’ vaċċini kontra l-bluetongue jekk:
2. Kull meta jintużaw vaċċini ħajjin immoderati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tiddemarka:
|
(3) |
Fl-Artikolu 6(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 8(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 10, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-23 ta’ Settembru 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mhux iktar tard mill-24 ta’ Settembru 2012.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Marzu 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 92.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-15 ta’ Diċembru 2011 (ĠU C 46 E, 17.2.2012, p. 15). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
21.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/3 |
DIRETTIVA 2012/6/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Marzu 2012
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji fir-rigward ta' mikroentitajiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 fil-konklużjonijiet tiegħu saħaq li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi huwa importanti għat-tisħiħ tal-ekonomija tal-Ewropa u li jenħtieġ sforz konġunt b'saħħtu biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fi ħdan l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-kontabbiltà ġiet identifikata bħala wieħed mill-oqsma ewlenin li fihom il-piżijiet amministrattivi għall-kumpanniji fi ħdan l-Unjoni jistgħu jitnaqqsu. |
(3) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (3) tiddefinixxi mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju. Madankollu, il-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri wrew li l-kriterji ta' daqs għall-mikroimpriżi f'dik ir-Rakkomandazzjoni jistgħu jkunu wisq għolja għall-finijiet tal-kontabbiltà. Għalhekk, sottogrupp ta' mikroimpriżi, hekk imsejħa “mikroentitajiet”, għandu jiġi introdott biex ikopri kumpanniji bi kriterji ta' daqs għall-karta tal-bilanċ u fatturat nett aktar baxxi minn dawk stipulati għall-mikroimpriżi. |
(4) |
Il-mikroentitajiet fil-biċċa l-kbira tad-drabi joperaw f'negozju fil-livell lokali jew reġjonali bi ftit, jew xejn, attività transkonfinali. Barra minn hekk, huma għandhom rwol importanti fil-ħolqien ta' impjiegi ġodda, it-trawwim tar-riċerka u l-iżvilupp u l-ħolqien ta' attivitajiet ekonomiċi ġodda. |
(5) |
Il-mikroentitajiet għandhom riżorsi limitati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji impenjattivi. Madankollu, huma spiss ikunu soġġetti għall-istess regoli tar-rappurtar finanzjarju bħall-kumpanniji akbar. Dawk ir-regoli jpoġġu fuqhom piż li mhuwiex proporzjonat mad-daqs tagħhom u għalhekk huwa sproporzjonat għall-iżgħar impriżi meta mqabbla ma' dawk akbar. Għalhekk, għandu jkun possibbli li l-mikroentitajiet jiġu eżentati minn ċerti obbligi li jistgħu jimponu fuqhom piż amministrattiv oneruż bla bżonn. Madankollu, il-mikroentitajiet xorta għandhom ikunu soġġetti għal kull obbligu nazzjonali li jżommu reġistri li juru t-transazzjonijiet kummerċjali u l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom. |
(6) |
Billi n-numru ta’ kumpanniji li għalihom ser japplikaw il-kriterji ta' daqs stipulati f’din id-Direttiva jvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor, u billi l-attivitajiet tal-mikroentitajiet ma jħallux impatt, jew iħallu biss impatt limitat, fuq il-kummerċ transkonfinali jew fuq it-tħaddim tas-suq intern, l-Istati Membri għandhom iqisu din id-differenza fl-impatt ta' dawk il-kriterji meta jimplimentaw din id-Direttiva fil-livell nazzjonali. |
(7) |
L-Istati Membri għandhom iqisu l-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-swieq tagħhom meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet dwar kif jew jekk jimplimentawx sistema ta' mikroentitajiet fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE (4). |
(8) |
Il-mikroentitajiet għandhom iqisu d-dħul u l-ispejjeż relatati mas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data ta' meta dak id-dħul jew spejjeż ikunu riċevuti jew imħallsa. Madankollu, il-kalkolu ta' ħlasijiet minn qabel u dħul akkumulat u akkumulazzjonijet u dħul imħolli għal iżjed tard jista' jkun ta' piż għall-mikroentitajiet. Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-mikroentitajiet milli jikkalkolaw u jippreżentaw dawk l-entrati, biss safejn dik l-eżenzjoni tirrelata ma' spejjeż oħra li mhumiex l-ispiża għall-materja prima u l-oġġetti ta' konsum, l-aġġustamenti tal-valur, l-ispejjeż tal-persunal u t-taxxa. B'dan il-mod, il-piż amministrattiv involut fil-kalkolu ta' bilanċi relattivament żgħar jista' jitnaqqas. |
(9) |
Il-pubblikazzjoni ta' kontijiet annwali tista' tkun ta' piż għall-mikroentitajiet. Fl-istess ħin, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jeżentaw lill-mikroentitajiet minn rekwiżit ta' pubblikazzjoni ġenerali, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ tiġi ffajljata debitament, f'konformità mad-dritt nazzjonali, ma' mill-inqas awtorità kompetenti maħtura waħda u li l-informazzjoni tintbagħat lir-reġistru tan-negozju, sabiex tkun tista’ tinkiseb kopja jekk issir applikazzjoni. F’dawn il-każijiet, ma japplikax l-obbligu stipulat fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 78/660/KEE li jiġi ppubblikat kull dokument tal-kontabilità bi qbil mal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/101/KE (5). |
(10) |
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippermetti lill-Istati Membri li joħolqu ambjent ta' rapportar finanzjarju sempliċi għall-mikroentitajiet. L-użu ta' valuri ġusti jista' jirriżulta fil-ħtieġa għal żvelar dettaljat biex jispjega l-bażi li fuqha ġie stabbilit il-valur ġust ta' ċerti entrati. Billi s-sistema tal-mikroentitajiet tipprovdi żvelar limitat ħafna permezz ta' noti dwar il-kontijiet, l-utenti tal-kontijiet tal-mikroentitajiet ma jkunux jafu jekk l-ammonti fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf jinkorporawx valuri ġusti. Għaldaqstant, biex tingħata ċ-ċertezza lil dawn l-utenti f'dan ir-rigward, l-Istati Membri m'għandhomx jippermettu jew jeħtieġu lill-mikroentitajiet li jużaw xi waħda mill-eżenzjonijiet disponibbli lilhom taħt din id-Direttiva li jużaw il-bażi ta' valutazzjoni ġusta meta jkunu qed iħejju l-kontijiet tagħhom. Il-mikroentitajiet li jixtiequ jew jeħtieġu jużaw valur ġust xorta jkunu jistgħu jagħmlu dan billi jużaw sistemi oħra skont din id-Direttiva fejn Stat Membru jippermetti jew jeħtieġ użu bħal dan. |
(11) |
Meta jiddeċiedu dwar kif jew jekk jimplimentawx sistema ta' mikroentitajiet fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 78/660/KEE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mikroentitajiet li għandhom jiġu kkonsolidati skont id-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE (6) fuq kontijiet konsolidati jagħmlu użu minn data ta' kontabbiltà li tkun iddettaljata biżżejjed għal dak il-għan u li l-eżenzjonijiet f’din id-Direttiva jkunu mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jitħejjew kontijiet ikkonsolidati bi qbil mad-Direttiva 83/349/KEE. |
(12) |
Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-mirkoentitajiet, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk, minħabba l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
(13) |
Id-Direttiva 78/660/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 78/660/KEE
Id-Direttiva 78/660/KEE hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 1a 1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjonijiet minn ċerti obbligi skont din id-Direttiva f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 fir-rigward tal-kumpanniji li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jkunux jeċċedu l-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin (mirkoentitajiet):
2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw kumpanniji msemmija fil-paragrafu 1 minn kwalunkwe jew kull obbligu minn dawn li ġejjin:
3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kumpanniji msemmija fil-paragrafu 1:
4. L-Istati Membri m'għandhomx jippermettu jew jeħtieġu l-applikazzjoni tat-Taqsima 7a lil kull mikroentità li tagħmel użu minn waħda mill-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3. 5. Fir-rigward tal-kumpanniji msemmija fil-paragrafu 1, kontijiet annwali mfassla f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jitqiesu bħala li jagħtu l-istampa vera u ġusta meħtieġa mill-Artikolu 2(3), u konsegwentement, l-Artikolu 2(4) u (5) m'għandux japplika għal kontijiet bħal dawn. 6. Meta fid-data tal-karta tal-bilanċ, kumpannija teċċedi jew tieqaf milli teċċedi l-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji stipulati fil-paragrafu 1, dak il-fatt għandu jaffettwa l-applikazzjoni tad-deroga prevista fil-paragrafi 2, 3 u 4 fil-każ biss li dan iseħħ kemm fis-sena finanzjarja attwali kif ukoll f'dik preċedenti. 7. Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont li fil-munita nazzjonali jkun ekwivalenti għall-ammonti speċifikati fil-paragrafu 1 għandu jkun dak miksub permezz tal-applikazzjoni tar-rata tal-kambju pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' kull Direttiva li tistabbilixxi dawk l-ammonti. 8. It-total tal-karta tal-bilanċ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jikkonsisti jew fl-attivi msemmija fl-entrati A sa E taħt ‘Assi’ fl-Artikolu 9 jew l-attivi msemmija fl-entrati A sa E fl-Artikolu 10. Jekk japplika l-punt (a) tal-paragrafu 2, it-total tal-karta tal-bilanċ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jikkonsisti jew fl-attivi msemmija fl-entrati A sa E taħt ‘Assi’ fl-Artikolu 9 jew l-attivi msemmija fl-entrati A sa D fl-Artikolu 10. (*) It-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1).Nota Editorjali: It-titolu tad-Direttiva 77/91/KEE ġie aġġustat biex jieħu kont tar-rinumerazzjoni tal-artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, skont l-Artikolu 12 tat-Trattat ta' Amsterdam u l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Lisbona; ir-referenza oriġinali kienet għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat. " (**) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti. (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).Nota Editorjali: It-titolu tad-Direttiva 2009/101/KE ġie aġġustat biex jieħu kont tar-rinumerazzjoni tal-artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Lisbona; ir-referenza oriġinali kienet għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat.”; " |
(2) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. B'deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu taqsim speċjali għall-kontijiet annwali ta' kumpanniji ta' investiment u ta' kumpanniji b'parteċipazzjoni finanzjarja bil-kondizzjoni li dan it-taqsim jagħti stampa ta' dawn il-kumpanniji ekwivalenti għal dik prevista fl-Artikolu 2(3). L-Istati Membri m'għandhomx jagħmlu l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1a fir-rigward ta' kumpanniji ta' investiment jew kumpanniji b'parteċipazzjoni finanzjarja.”; |
(3) |
L-Artikolu 53a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 53a L-Istati Membri m'għandhomx jagħmlu l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1a, 11 u 27, il-punti (7a) u (7b) tal-Artikolu 43(1) u l-Artikoli 46, 47 u 51 disponibbli fir-rigward ta' kumpanniji li t-titoli ta' sigurtà tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq regolat fl-ambitu tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.”. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva fejn u meta jiddeċiedu li jagħmlu użu minn kwalunkwe alternattiva prevista fl-Artikolu 1a tad-Direttiva 78/660/KEE, filwaqt li jqisu b’mod partikolari l-qagħda fil-livell nazzjonali fir-rigward tan-numru ta’ kumpanniji koperti mill-kriterji ta' daqs stipulati fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Rapport
Mhux aktar tard mill-10 ta’ April 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar is-sitwazzjoni tal-mikroentitajiet li jqis b’mod partikolari s-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali rigward in-numru ta’ kumpanniji koperti bil-kriterji tad-daqs u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Marzu 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 67.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2010 (ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 111) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-12 ta' Settembru 2011 (ĠU C 337 E, 18.11.2011, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012.
(3) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(4) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
(5) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).
Nota Editorjali: It-titolu tad-Direttiva 2009/101/KE ġie aġġustat biex jieħu kont tar-rinumerazzjoni tal-artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Lisbona; ir-referenza oriġinali kienet għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat.
(6) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
DEĊIŻJONIJIET
21.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/7 |
DEĊIŻJONI Nru 243/2012/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Marzu 2012
li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (3), il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti leġislattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex ikunu stabbiliti programmi pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju. Dawn il-programmi għandhom jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet u l-objettivi tal-politika għall-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru skont id-direttivi applikabbli għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. Dawk l-orjentazzjonijiet u l-objettivi tal-politika għandhom jirreferu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-ispettru li jkunu meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern. Il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju (minn issa ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”) għandu jappoġġa l-għanijiet u l-azzjonijiet ewlenin deskritti fil-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Awwissu 2010 dwar "Aġenda Diġitali għall-Ewropa", u hija inkluża fost il-50 azzjoni ta’ prijorità tal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2010“Lejn Att dwar is-Suq Uniku”. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni tal-Unjoni eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (4), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (5), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (6), id-Direttiva 2002/21/KE, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (7). Din id-Deċiżjoni għandha wkoll tkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, li jaħdmu biex jilħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva, u mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għal finijiet ta' ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika u għal difiża. |
(3) |
L-ispettru huwa riżors pubbliku ewlieni għas-setturi u għas-servizzi essenzjali, inklużi l-komunikazzjoni mobbli, il-broadband bla fili u satellitari, ix-xandir bit-televiżjoni u bir-radju, it-trasport, ir-radjolokazzjoni, u l-applikazzjonijiet bħal sistemi ta’ allarmi, kontrolli mill-bogħod, tagħmir li jgħin is-smigħ, mikrofoni u tagħmir mediku. Huwa jappoġġa servizzi pubbliċi, bħas-servizzi tas-sigurtà u tas-sikurezza inkluża l-protezzjoni ċivili, u l-attivitajiet xjentifiċi, bħall-meteoroloġija, l-Osservazzjoni tad-Dinja, ir-radjuastronomija u r-riċerka spazjali. L-aċċess faċli għall-ispettru għandu rwol ukoll fil-provvista ta' komunikazzjoni elettronika, b’mod partikolari għaċ-ċittadini u n-negozji li jinsabu f’żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa, bħal żoni rurali jew gżejjer. Il-miżuri regolatorji dwar l-ispettru b’hekk għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi, għas-sikurezza, għas-saħħa, għall-interess pubbliku, kulturali, xjentifiċi, soċjali, ambjentali u tekniċi. |
(4) |
Għandu jiġi adottat approċċ ekonomiku u soċjali mġedded fir-rigward tal-ġestjoni, l-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru. Dak l-approċċ għandu jiffoka b'mod partikolari fuq il-politika tal-ispettru, bil-għan li tiġi żgurata aktar effiċjenza tal-ispettru, ippjanar aħjar tal-frekwenzi u salvagwardji kontra imġiba li tmur kontra l-kompetizzjoni. |
(5) |
L-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni għandhom ikabbru s-suq intern għas-servizzi u t-tagħmir tal-komunikazzjoni elettronika bla fili kif ukoll politika oħra tal-Unjoni li teżiġi l-użu tal-ispettru, biex b’hekk joħolqu opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi, u simultanjament jagħtu kontribut għall-irkupru ekonomiku u għall-integrazzjoni soċjali mal-Unjoni kollha, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru. |
(6) |
L-armonizzazzjoni tal-użu adatt tal-ispettru tista' wkoll tkun ta' benefiċċju għall-kwalità tas-servizzi pprovduti permezz tal-komunikazzjoni elettronika, u hija essenzjali biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, li jnaqqsu kemm l-ispejjeż tat-tqiegħed ta' netwerks bla fili u l-ispejjeż tal-apparat bla fili għall-konsumaturi. Għal dak l-għan, l-Unjoni teħtieġ programm ta’ politika li jkopri s-suq intern fl-oqsma kollha tal-politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru, bħall-politika tal-komunikazzjoni elettronika, tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-ispazju, tat-trasport, tal-enerġija u tal-awdjoviżjoni. |
(7) |
Il-Programm għandu jippromwovi l-kompetizzjoni u jikkontribwixxi sabiex jiġi stabbilit pedament għal suq diġitali uniku ġenwin. |
(8) |
Il-Programm għandu, jappoġġa b’mod partikolari, l-Istrateġija Ewropa 2020, fid-dawl tal-potenzjal kbir tas-servizzi bla fili sabiex jippromwovu ekonomija bbażata fuq l-għarfien, jiżviluppaw u jassistu lis-setturi li jiddependu mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u jegħlbu l-qasma diġitali. L-użu li qed jikber, b'mod partikolari, tas-servizzi tal-media awdjoviżiva u l-kontenut online li qiegħed iżid id-domanda għall-veloċità u l-kopertura. Huwa wkoll azzjoni ewlenija fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, għandha l-għan li twassal internet bil-broadband veloċi fuq in-netwerk tal-futur u ekonomija bbażata fuq l-għarfien, b’mira ambizzjuża għal koperatura broadband universali. Il-provvista tal-ogħla veloċitajiet u l-aħjar kapaċitajiet possibbli għall-broadband bil-fili u bla fili tikkontribwixxi biex tinkiseb il-mira ta 'aċċess għall-broadband b' veloċità ta' mhux inqas minn 30 Mbps għal kulħadd sal-2020 fejn tal-inqas nofs id-djar tal-Unjoni ikollhom aċċess għall-broadband b'veloċità ta' mill-inqas 100 Mbps, u hija importanti biex jitrawwem it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività globali, u meħtieġa biex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli ta’ suq diġitali uniku. Għandu wkoll jappoġġa u jippromwovi politika settorjali oħra tal-Unjoni bħal ambjent sostenibbli u inklużjoni ekonomika u soċjali għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Minħabba l-importanza tal-applikazzjonijiet bla fili għall-innovazzjoni, l-Programm huwa wkoll inizjattiva ewlenija li tappoġġa l-politika tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni. |
(9) |
Il-Programm għandu jistabbilixxi l-pedamenti għal żvilupp fejn l-Unjoni tista’ tkun ta' eżempju fir-rigward tal-veloċitajiet, tal-mobbiltà, tal-kopertura u tal-kapaċità tal-broadband bla fili. Tali tmexxija hija essenzjali biex jiġi stabbilit suq uniku diġitali kompetittiv li jaħdem biex jinfetaħ is-suq intern għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. |
(10) |
Il-programm għandu jispeċifika l-prinċipji u l-objettivi ta’ gwida għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sal-2015, u għandu jistabbilixxi inizjattivi implimentattivi speċifiċi. Filwaqt li l-ġestjoni tal-ispettru għadha fil-parti l-kbira kompetenza nazzjonali, din għandha tkun eżerċitata f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni eżistenti u għandha tagħti lok għal azzjoni sabiex tkun segwita l-politika tal-Unjoni. |
(11) |
Il-programm għandu jqis ukoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u l-kompetenza teknika tal-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (minn issa ’il quddiem imsejjħa “CEPT”) sabiex il-politika tal-Unjoni li tiddependi mill-ispettru u ġiet miftehma mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tkunu tista' tiġi implimentata b’miżuri tekniċi implimentattivi, jiġi innotat li tali miżuri jistgħu jittieħdu kull meta jkun meħtieġ sabiex tiġi implimentata l-politika tal-Unjoni diġà eżistenti. |
(12) |
Aċċess faċli għall-ispettru jista' jirrikjedi tipi ta' kondizzjonijiet innovattivi ta' awtorizzazzjoni bħall-użu kollettiv tal-ispettru, jew il-kondiviżjoni tal-infrastruttura, l-applikazzjoni bħal dawn fl-Unjoni tista’ tiġi ffaċilitata bl-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki u bl-inkoraġġiment tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, kif ukoll bid-definizzjoni ta’ ċerti kondizzjonijiet komuni jew konverġenti għall-użu tal-ispettru. L-awtorizzazzjonijiet ġenerali, li huma l-inqas tip ta' awtorizzazzjoni oneruża, huma ta’ interess partikolari fejn l-interferenza ma tirriskjax li tfixkel l-iżvilupp ta’ servizzi oħrajn. |
(13) |
Filwaqt li għadhom qed jiġu żviluppati teknoloġikament, ’l hekk imsejħa "teknoloġiji konjittivi" għandhom jiġu esplorati aktar minn issa, inkluż billi tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni abbażi tal-ġeolokalizzazzjoni. |
(14) |
In-negozju fid-drittijiet tal-ispettru ikkombinat ma’ kondizzjonijiet flessibbli ta’ użu jistgħu ikunu ta’ benefiċċju sostanzjali għat-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, il-meded fejn il-liġi tal-Unjoni diġà introduċiet użu flessibbli għandhom ikunu jistgħu jiġu nnegozjati immedjatament f’konformità mad-Direttiva 2002/21/KE. Il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għal tali meded u miżuri komuni sabiex tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ drittijiet tal-użu tal-ispettru li tista’ toħloq pożizzjonijiet dominanti, kif ukoll nuqqas mhux xieraq tal-użu ta’ dawn id-drittijiet, għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni koordinata mill-Istati Membri kollha ta’ dawn il-miżuri u jiffaċilitaw l-akkwist ta’ drittijiet bħal dawn, ikun fejn ikun fl-Unjoni. L-użu kollettiv (jew kondiviż) tal-ispettru - bħala għadd indeterminat ta' utenti indipendenti u/jew apparat biex jiġi aċċessat l-ispettru fl-istess firxa ta' frekwenzi fl-istess ħin u f'żona ġeografika partikolari taħt sett iddefinit sew ta' kondizzjonijiet — għandu jitrawwem fejn applikabbli, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE f’dak li jirrigwardja n-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. |
(15) |
Kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla fili huwa mezz importanti sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni, lill-għażla tal-konsumaturi u lill-aċċess f’żoni rurali u żoni oħrajn fejn it-tqiegħed tal-broadband bil-fili huwa diffiċli jew mhux vijabbli ekonomikament. Madankollu, il-ġestjoni tal-ispettru tista’ taffettwa l-kompetizzjoni billi tbiddel ir-rwol u s-setgħa tal-parteċipanti fis-suq, pereżempju jekk l-utenti eżistenti jirċievu vantaġġi kompetittivi mhux dovuti. Aċċess limitat għall-ispettru, b’mod partikolari meta l-ispettru adattat isir iktar skars, jista’ joħloq ostakolu għad-dħul ta’ servizzi jew applikazzjonijiet ġodda u jfixkel l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. L-akkwist ta’ drittijiet ġodda għall-użu tal-ispettru, inkluż permezz ta' trasferiment jew twellija tal-ispettru jew ta’ transazzjonijiet oħrajn bejn l-utenti, u l-introduzzjoni ta’ kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni kompetittiva eżistenti. L-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu miżuri regolatorji ex ante jew ex post adatti (bħal azzjoni sabiex jiġu emendati d-drittijiet eżistenti, ikunu pprojbiti ċerti akkwisti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru, ikunu imposti kondizzjonijiet fuq il-ħżin tal-ispettru u fuq l-użu effiċjenti bħal dawk imsemmija fid-Direttiva 2002/21/KE, sabiex ikun limitat l-ammont ta’ spettru disponibbli għal kull impriża, jew sabiex tkun evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta’ drittijiet tal-użu tal-ispettru) sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni skont il-prinċipji bażi tad-Direttiva 2002/20/KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (8) (id-Direttiva "GSM"). |
(16) |
L-istabbiliment ta' inventarju tal-użu tal-ispettru eżistenti flimkien ma' analiżi ta' xejriet teknoloġiċi, ħtiġijiet futuri u domanda għall-ispettru, b'mod partikolari bejn l-400 MHz u s-6 GHz, għandu jippermetti l-identifikazzjoni ta’ meded ta' frekwenzi fejn l-effiċjenza tista' tittejjeb, u opportunitajiet ta' kondiviżjoni tal-ispettru, għall-benefiċċju kemm tas-settur kummerċjali kif ukoll ta' dak pubbliku. Il-metodoloġija għall-istabbiliment ta' inventarju ta' użi eżistenti tal-ispettru għandha tieħu kont xieraq tal-piż amministrattiv fuq l-amministrazzjonijiet u għandu jkollha l-għan li timminimizza dak il-piż. Għaldaqstant, l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispettru fil-Komunità (9) għandha titqies b'mod sħiħ fl-iżvilupp tal-metodoloġija biex jiġi stabbilit inventarju ta' użi eżistenti tal-ispettru. |
(17) |
Standards armonizzati skont id-Direttiva 1999/5/KE huma essenzjali sabiex jinkiseb użu effiċjenti tal-ispettru u għandhom iqisu l-kondizzjonijiet tal-kondiviżjoni ddefiniti legalment. L-istandards Ewropej għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi mhux tar-radju għandhom ukoll jevitaw disturbi għall-użu tal-ispettru. L-impatt kumulattiv taż-żieda fil-volum u fid-densità tal-apparat u tal-applikazzjonijiet bla fili flimkien mad-diversità tal-użu tal-ispettru jippreżenta sfida għall-approċċi attwali għall-ġestjoni tal-interferenzi. Dawn għandhom għalhekk jiġu eżaminati u vvalutati mill-ġdid flimkien mal-karatteristiċi tar-riċevituri u ma’ mekkaniżmi iktar sofistikati biex ikunu evitati l-interferenzi. |
(18) |
L-Istati Membri għandhom jitħallew, fejn ikun adatt, jintroduċu miżuri ta' kumpens relatati ma’ spejjeż tal-migrazzjoni. |
(19) |
Skont l-objettivi tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla fili jista’ jagħti kontribut sostanzjali għall-irkupru u għat-tkabbir ekonomiku jekk spettru suffiċjenti ikun magħmul disponibbli, id-drittijiet għall-użu tal-ispettru jingħataw malajr, u n-negozju jitħalla jadatta ruħu għall-evoluzzjoni tas-suq. L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tappella biex sal-2020 iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għal veloċita' ta' broadband ta’ mill-inqas 30 Mbps. Għaldaqstant, l-ispettru li diġà ġie kopert minn Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni eżistenti għandu jsir disponibbli taħt it-termini u l-kondizzjonijiet ta' dawk id-Deċiżjonijiet. Soġġett għad-domanda fis-suq, il-proċess ta' awtorizzazzjoni għandu jitwettaq skont id-Direttiva 2002/20/KE sal-31 ta' Diċembru 2012 għal komunikazzjoni terrestri, biex jiġi żgurat aċċess faċli għal broadband bla fili għal kulħadd, b'mod partikolari f'meded ta' frekwenzi indikati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/411/KE (10), 2008/477/KE (11), u 2009/766/KE (12). Sabiex ikunu kkomplementati s-servizzi broadband terrestri u sabiex tkun żgurata il-kopertura taż-żoni l-iktar imbiegħda tal-Unjoni, aċċess broadband satellitari jista’ jkun soluzzjoni rapida u fattibbli. |
(20) |
Għandhom jiġu introdotti aktar arranġamenti flessibbli li jirregolaw l-użu tal-ispettru, fejn adatt, sabiex jitrawmu l-innovazzjoni u l-konnessjonijiet veloċi bil-broadband, li jippermettu lill-impriżi jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom u jżidu l-kompetittività tagħhom u li jagħmlu possibbli l-iżvilupp ta' servizzi interattivi ġodda online, pereżempju fl-oqsma tal-edukazzjoni, tas-saħħa, u tas-servizzi ta' interess ġenerali. |
(21) |
Peress li kważi 500 miljun persuna huma konnessi ma' broadband veloċi fl-Ewropa għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern, joħloq massa kritika globalment unika ta’ utenti li jesponu lir-reġjuni kollha għal opportunitajiet ġodda u jagħtu lil kull utent valur miżjud u jagħtu lill-Unjoni l-kapaċità li tkun l-aqwa ekonomija bbażata fuq l-għarfien fid-dinja. It-tqiegħed rapidu tal-broadband huwa għalhekk kruċjali għall-iżvilupp tal-produttività Ewropea u għall-emerġenza ta’ intrapriżi ġodda u żgħar li jistgħu jkunu mexxejja f’setturi differenti, pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-manifattura u fl-industrija tas-servizzi. |
(22) |
Fl-2006, l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT) stmat li r-rekwiżiti fil-futur tal-bandwidth tal-ispettru għall-iżvilupp tat-Telekomunikazzjoni Mobbli Internazzjonali-2000 (IMT-2000) u s-sistemi avvanzati IMT (jiġifieri komunikazzjoni bit-telefons ċellulari 3G u 4G) ser ikunu bejn 1 280 u 1 720 MHz fl-2020 għall-industrija tal-telefons ċellulari kummerċjali għal kull reġjun tal-UIT inkluża l-Ewropa. Għandu jiġi nnotat li l-figura aktar baxxa (1 280 MHz) hija ogħla mir-rekwiżiti għal xi pajjiżi. Barra minn hekk, hemm xi pajjiżi li għalihom ir-rekwiżit huwa akbar mill-ogħla ċifra (1 720 MHz). Dawn iż-żewġ ċifri jinkludu l-ispettru li diġà qed jintuża, jew li huwa ppjanat li jintuża, għal sistemi Pre-IMT, IMT-2000 u t-titjib tiegħu. Jekk l-ispettru addizzjonali meħtieġ ma jsirx disponibbli, preferibbilment b'mod armonizzat fil-livell globali, is-servizzi ġodda u t-tkabbir ekonomiku ser jiġu mfixkla minn restrizzjonijiet ta’ kapaċità fin-netwerks tat-telefon ċellulari. |
(23) |
Il-medda tat-800 MHz (790-862 MHz) hija ottimali biex żoni kbar ikunu koperti mis-servizzi broadband bla fili. Abbażi tal-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet tekniċi skont id-Deċiżjoni 2010/267/UE, u tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 li tiffaċilita l-liberazzjoni tad-dividend diġitali fl-Unjoni Ewropea (13) titlob biex ix-xandir analoġiku jintefa sal-1 ta’ Jannar 2012, u fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji nazzjonali rapidi, fil-prinċipju dik il-medda għandha tkun disponibbli għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni sal-2013. Fuq perijodu itwal, jista' jiġi previst ukoll spettru addizzjonali, fid-dawl tar-riżultati ta’ analiżi, ta' xejriet teknoloġiċi, ħtiġijiet futuri u domanda għall-ispettru. Jekk titqies il-kapaċità tal-medda ta' 800 MHz li titrasmetti f'żoni kbar, l-obbligi ta' kopertura jistgħu jintrabtu mad-drittijiet, fejn ikun adatt. |
(24) |
Żieda fl-opportunitajiet ta’ broadband bla fili hija kruċjali biex is-settur kulturali jingħata pjattaformi ġodda ta’ distribuzzjoni, u b’hekk titwitta t-triq għall-iżvilupp b'suċċess tas-settur fil-futur. |
(25) |
Sistemi ta’ aċċess bla fili, inklużi n-netwerks lokali tar-radju, jistgħu jissuperaw l-allokazzjonijiet attwali tagħhom fuq bażi mhux liċenzjata. Il-ħtieġa għal u l-fattibbiltà li jiġu estiżi l-allokazzjonijiet tal-ispettru mingħajr liċenzja għal sistemi ta' aċċess bla fili, inklużi n-netwerks ta' aċċess lokali tar-radju, għal 2,4 GHz u 5 GHz, għandha tiġi vvalutata f'rabta mal-inventarju tal-użi attwali, u mal-ħtiġijiet emerġenti għall-ispettru, u li jiddependu fuq l-użu tal-ispettru għal għanjiet oħrajn. |
(26) |
Filwaqt li x-xandir ser jibqa' pjattaforma importanti ta' distribuzzjoni ta' kontenut, peress li din hi l-aktar pjattaforma ekonomika għad-distribuzzjoni tal-massa; il-broadband bil-fili u bla fili u servizzi oħrajn ġodda jagħtu opportunitajiet ġodda biex is-settur kulturali jiddiversifika l-firxa ta' pjattaformi ta' distribuzzjoni tiegħu, sabiex jipprovdi s-servizzi mitluba u biex isir użu mill-potenzjal ekonomiku taż-żieda kbira fit-traffiku tad-data. |
(27) |
Sabiex tingħata attenzjoni lill-prijoritajiet tal- Programm pluriennali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw biex jappoġġaw u jilħqu l-objettiv li jippermettu lill-Unjoni tieħu it-tmexxija fis-servizzi broadband għall-komunikazzjoni elettronika bla fili billi tagħmel disponibbli spettru biżżejjed f'meded kosteffiċjenti biex dawk is-servizzi jkunu aktar disponibbli. |
(28) |
Peress li approċċ komuni u l-ekonomiji ta’ skala huma kruċjali sabiex tiġi żviluppata komunikazzjoni broadband mal-Unjoni kollha u sabiex ikunu evitati d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq fost l-Istati Membri, xi wħud mill-aħjar prattiki dwar il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u l- proċeduri għandhom jiġu identifikati f’azzjoni miftiehma fost l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. Il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu l-obbligi ta’ kopertura, id-daqs tal-blokk tal-ispettru, l-għażla taż-żmien meta jingħataw id-drittijiet, l-aċċess għall-operaturi tan-netwerk ċellulari virtwali u kemm idumu d-drittijiet tal-użu tal-ispettru. Filwaqt li jirriflettu l-importanza tan-negozju fl-ispettru għal użu effiċjenti dejjem ikbar tal-ispettru u jiżviluppaw is-suq intern għat-tagħmir u għas-servizzi bla fili, dawn il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għandhom japplikaw għall-meded ta' frekwenzi li jiġu allokati lill-komunikazzjoni bla fili, u li għalihom id-drittijiet tal-użu jistgħu jiġu ttrasferiti jew imwellija. |
(29) |
Jista’ jkun meħtieġ spettru addizzjonali minn setturi oħrajn bħat-trasport (għal sistemi ta’ sikurezza, informazzjoni u ġestjoni), ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), is-saħħa elettronika, l-inklużjoni elettronika u, jekk tkun meħtieġa, il-protezzjoni tal-pubbliku u l-għajnuna f’diżastri (PPDR), fid-dawl tal-użu akbar tagħhom tat-trasmissjonijiet ta' filmati u data għal servizz rapidu u aktar effiċjenti. L-ottimizzazzjoni tas-sinerġji bejn il-politika dwar l-ispettru u l-attivitajiet ta’ R&Ż kif ukoll it-twettiq ta’ studji dwar il-kompatibbiltà tar-radju bejn l-utenti differenti tal-ispettru għandhom jgħinu lill-innovazzjoni. Barra minn hekk, ir-riżultati tar-riċerka taħt is-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka, għall-Iżvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni (2007 sa 2013) jeżiġu l-eżami tal-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-proġetti li jista’ jkollhom potenzjal ekonomiku jew ta’ investiment kbir, b’mod partikolari għall-SMEs, bħal per eżempju r-radju konjittiv jew is-saħħa elettronika. Għandha tkun żgurata anki protezzjoni adegwata minn interferenza dannuża sabiex ikunu sostnuti attivitajiet ta’ R&Ż u dawk xjentifiċi. |
(30) |
L-Istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi l-objettivi ambjentali għal ekonomija sostenibbli, effiċjenti fir-rigward tal-enerġija u kompetittiva, pereżempju billi ttejjeb l-effiċjenza tal-enerġija b’20 % sal-2020. Is-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għandu rwol prinċipali x’jiżvolġi, kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. L-azzjonijiet proposti jinkludu l-aċċellerazzjoni tat-tqiegħed mal-Unjoni kollha ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija intelliġenti (grids u miters intelliġenti) billi jintużaw kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni ħalli jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, u l-iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti tat-trasport u l-ġestjoni intelliġenti tat-traffiku sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mis-settur tat-trasport. L-użu effiċjenti tat-teknoloġiji tal-ispettru jista’ anki jgħin biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija mit-tagħmir tar-radju u biex jiġi limitat l-impatt ambjentali f’żoni rurali u mbiegħda. |
(31) |
Approċċ koerenti għall-awtorizzazjoni tal-ispettru fl-Unjoni għandu jieħu kont sħiħ tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi li hija essenzjali għall-benesseri taċ-ċittadini. Filwaqt li osservat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni ta' espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 Hz) (14), huwa essenzjali li jiġi żgurat monitoraġġ kostanti tal-effetti jonizzanti u mhux jonizzanti tal-użu tal-ispettru fuq is-saħħa, inklużi l-effetti kumulattivi fuq il-ħajja reali tal-użu tal-ispettru f’diversi frekwenzi minn numru dejjem ikbar ta’ tipi ta’ tagħmir. |
(32) |
L-objettivi essenzjali ta’ interess ġenerali bħas-sikurezza tal-ħajja jappella għal soluzzjonijiet tekniċi koordinati għall-ħidma kkombinata tas-servizzi ta’ sikurezza u ta’ emerġenza bejn l-Istati Membri. Għandu jkun disponibbli fuq bażi koerenti spettru suffiċjenti għall-iżvilupp u għaċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi u tal-apparat tas-sikurezza u għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet pan-Ewropej jew interoperabbli innovattivi ta’ sikurezza u ta’ emerġenza. Studji indikaw il-ħtieġa għal spettru armonizzat addizzjonali taħt il-1 GHz sabiex jiġu pprovduti servizzi broadband mobbli għall-PPDR, mal-Unjoni kollha bejn ħames u għaxar snin li ġejjin. |
(33) |
Ir-regolamentazzjoni tal-ispettru għandha dimensjonijiet transkonfinali jew internazzjonali b'saħħithom, minħabba karatteristiċi ta’ propagazzjoni, in-natura internazzjonali tas-swieq li jiddependu minn servizzi bbażati fuq ir-radju, u l-ħtieġa li tkun evitata interferenza dannuża bejn il-pajjiżi. |
(34) |
Skont il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta s-suġġett ta' ftehim internazzjonali jaqa' parzjalment fil-kompetenza tal-Unjoni u parzjalment fil-kompetenza tal-Istati Membri, huwa essenzjali li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dak l-obbligu ta' kooperazzjoni, kif kjarifikat f'każistika stabbilita sew, jirriżulta mill-prinċipju tal-għaqda fir-rappreżentazzjoni internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. |
(35) |
L-Istati Membri jistgħu wkoll ikunu jeħtieġu appoġġ dwar il-koordinazzjoni tal-frekwenzi f’negozjati bilaterali flimkien ma’ pajjiżi ġirien tal-Unjoni, inklużi l-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi li ser jissieħbu, sabiex jissodisfaw l-obbligi fil-liġi tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ta' koordinazzjoni tal-frekwenzi. Dan għandu jgħin ukoll sabiex tkun evitata interferenza dannuża u tittejjeb l-effiċjenza tal-ispettru u l-konverġenza tal-użu tal-ispettru anki lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni. |
(36) |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni huwa importanti li jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali attwali għall-koordinazzjoni tal-politika u tal-ġestjoni tal-ispettru fil-livell tal-Unjoni, inkluż fi kwistjonijiet li jaffettwaw direttament żewġ Stati Membri jew aktar, filwaqt li jitqiesu b’mod sħiħ il-kompetenza u l-għarfien espert tal-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni huma wkoll essenzjali bejn il-korpi ta’ standardizzazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka u s-CEPT. |
(37) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (15). |
(38) |
Peress li l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni, huwa bażikament, li jiġi stabbilit programm pluriennali ta’ politika tal-ispettru tar-radju, ma jistax jiġi milħuq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni proposta, ikun milħuq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artiklu, din id-Deċiżjoni ma tmurx iktar minn dak li hu neċċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(39) |
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba taħt din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar l-azzjonijiet futuri ppjanati. |
(40) |
Fit-tfassil tal-proposta tagħha il-Kummissjoni ħadet bl-ikbar kunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Grupp tal-Politika għall-Ispettru tar-Radju stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE (16), |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għan u Ambitu
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern fl-oqsma ta' politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu ta' spettru, bħall-politika tal-komunikazzjoni elettronika, tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-ispazju, tat-trasport, tal-enerġija u tal-awdjoviżjoni.
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-disponibbiltà suffiċjenti tal-ispettru għal oqsma oħrajn ta' politika tal-Unjoni bħall-protezzjoni ċivili u l-għajnuna fid-diżastri, u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni.
2. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal-liġi eżistenti tal-Unjoni, b'mod partikolari tad-Direttivi 1999/5/KE, 2002/20/KE u 2002/21/KE, u soġġett għall-Artikolu 6 ta' din id-Deċiżjoni, għad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, u għal miżuri meħuda fil-livell nazzjonali, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
3. Din id-Deċiżjoni hi mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda fil-livell nazzjonali f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni, li tfittex li tikseb objettivi ta' interess ġenerali, b'mod partikolari dawk relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u tal-politika awdjoviżiva.
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għal finijiet tal-ordni pubbliku u tas-sigurtà pubblika u għad-difiża. Meta din id-Deċiżjoni jew miżuri adottati f’konformità magħha f'meded ta' frekwenza speċifikati fl-Artikolu 6 li jaffettwaw l-użu tal-ispettru użat minn Stat Membru esklużivament u direttament għall-finijiet tiegħu ta' sigurtà pubblika jew difiża, l-Istat Membru, safejn ikun meħtieġ, jista' jkompli juża din il-medda ta' frekwenza għall-finijiet ta' sigurtà pubblika u difiża sakemm is-sistemi li hemm fil-medda fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni jew ta' miżura adottata f’konformità magħha, rispettivament, jitneħħew gradwalment. Dak l-Istat Membru għandu jinnotifika debitament lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu.
Artikolu 2
Prinċipji regolatorji ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b’mod trasparenti sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-prinċipji regolatorji ġenerali li ġejjin fl-Unjoni kollha:
(a) |
tiġi applikata l-iktar sistema ta’ awtorizzazzjoni adatta u dik l-anqas oneruża possibbli b’tali mod li jiġu massimizzati l-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru. Tali sistema ta' awtorizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati; |
(b) |
jitrawwem l-iżvilupp tas-suq intern billi tiġi promossa l-emerġenza ta' servizzi diġitali futuri fl-Unjoni kollha u billi titrawwem kompetizzjoni effettiva; |
(c) |
jiġu promossi l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi evitata interferenza dannuża u tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kwalità teknika tas-servizz sabiex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà tas-servizzi broadband u jkun hemm rispons effettiv għal aktar traffiku ta' data bla fili; |
(d) |
tiddefenixxi l-kondizzjonijiet tekniċi tal-użu tal-ispettru, jittieħed kont sħiħ tal-liġi tal-Unjoni rilevanti, inkluż il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi; |
(e) |
tiġi promossa n-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi fid-drittijiet tal-użu tal-ispettru, meta possibbli. |
2. Għall-komunikazzjoni elettronika, minbarra l-prinċipji regolatorji ġenerali ddefiniti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-prinċipji speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw, f'konformità mal-Artikoli 8a, 9, 9a u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE u mad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE:
(a) |
tiġi applikata n-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi fid-drittijiet tal-użu tal-ispettru għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u t-trasferiment jew it-twellija ta' drittijiet individwali tal-użu ta' frekwenzi tar-radju; |
(b) |
tiġi promossa l-armonizzazzjoni tal-użu tal-frekwenzi tar-radju fl-Unjoni kollha, konsistenti mal-ħtieġa li jiġi żgurat użu effettiv u effiċjenti tagħhom; |
(c) |
jiġi ffaċilitat aktar traffiku ta' data bla fili u servizzi broadband, b’mod partikolari billi titrawwem il-flessibbiltà, u tkun promossa l-innovazzjoni, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi evitata l-interferenza dannuża u tiġi żgurata l-kwalità teknika tas-servizz. |
Artikolu 3
Objettivi tal-politika
Sabiex jiffokaw fuq il-prijoritajiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw biex jappoggjaw u jilħqu l-objettivi tal-politika li gejjin:
(a) |
ikun inkoraġġit il-ġestjoni u l-użu effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi sodisfatta bl-aħjar mod id-domanda li dejjem tiżdied għall-użu tal-frekwenzi li jirriflettu l-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru; |
(b) |
ikun hemm sforz biex jiġi allokat fil-ħin spettru suffiċjenti u adatt sabiex ikunu appoġġati l-objettivi tal-politika tal-Unjoni u biex tiġi sodisfatta bl-aħjar mod id-domanda dejjem ikbar għat-traffiku tad-data bla fili, biex b’hekk jippermettu l-iżvilupp ta’ servizzi kummerċjali u pubbliċi, filwaqt li jitqiesu objettivi importanti ta’ interess ġenerali bħalma huma d-diversità kulturali u pluraliżmu tal-media; għal dak il-għan, għandu jsir kull sforz biex jiġu identifikati, abbażi tal-inventarju stabbilit skond l-Artikolu 9, mill-inqas 1 200 MHz tal-ispettru adattat sa 2015. Dik il-figura tinkludi l-ispettru li diġà qed jintuża; |
(c) |
titnaqqas il-qasma diġitali u tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, billi jitrawwem l-aċċess għall-broadband b'veloċita' ta' mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u jsir possibbli li l-Unjoni jkollha l-ogħla veloċità u kapaċità ta’ broadband possibbli; |
(d) |
tingħata l-possibbiltà lill-Unjoni li tkun ta' eżempju fis-servizzi broadband ta' komunikazzjoni elettronika bla fili billi tiftaħ spettru suffiċjenti f'meded kosteffiċjenti biex dawk is-servizzi jkunu disponibbli f'medded kbar; |
(e) |
jiġu żgurati opportunitajiet kemm għas-settur kummerċjali kif ukoll għal dawk pubbliċi permezz ta’ żieda fil-kapaċitajiet tal-broadband mobbli; |
(f) |
jiġu promossi l-innovazzjoni u l-investiment permezz ta' flessibbiltà msaħħa fl-użu tal-ispettru, permezz ta' applikazzjoni konsistenti fl-Unjoni kollha tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz bejn soluzzjonijiet teknoloġiċi li jistgħu jiġu adottati u permezz ta' prevedibbiltà regolatorja adegwata kif provdut, fost l-oħrajn, fil-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika permezz tal-ftuħ ta' spettru armonizzat għal teknoloġiji avvanzati ġodda u permezz tal-possibbiltà li jiġu nnegozjati d-drittijiet tal-użu tal-ispettru, b'hekk jinħolqu opportunitajiet li jiġu żviluppati servizzi diġitali futuri għal-Unjoni kollha; |
(g) |
jiġi ffaċilitat l-aċċess faċli għall-ispettru billi jsir użu mill-benefiċċji tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għal komunikazzjoni elettronika f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/20/KE; |
(h) |
tiġi inkoraġġita l-kondiviżjoni tal-infrastruttura passiva fejn din tkun proporzjonata u mhux diskriminatorja, kif previst fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/21/KE; |
(i) |
tinżamm u tiġi żviluppata kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari fis-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, billi jkun hemm sforz biex jiġu evitati permezz ta' miżuri ex-ante, jew rimedji ex-post, l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ drittijiet tal-użu ta' frekwenzi tar-radju minn ċertu impriżi li tirriżulta fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni; |
(j) |
titnaqqas il-frammentazzjoni u jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq intern sabiex jitrawmu t-tkabbir ekonomiku u l-ekonomiji ta' skala fil-livell tal-Unjoni billi jissaħħu l-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet tekniċi għall-użu u d-disponibbiltà tal-ispettru, kif adatt; |
(k) |
tkun evitata interferenza jew disturbi dannużi minn apparat ieħor tar-radju jew mhux tar-radju, fost l-oħrajn, billi jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ standards li jikkontribwixxu għall-użu effiċjenti tal-ispettru, u billi titkabbar l-immunità tar-riċevituri għall-interferenza, fejn jitqies partikolarment l-impatt kumulattiv tal-volumi u tad-densità dejjem ikbar tal-apparati u tal-applikazzjonijiet tar-radju; |
(l) |
titrawwem l-aċċessibbiltà tal-prodotti u t-teknoloġiji l-ġodda għall-konsumatur sabiex tiġi żgurata l-approvazzjoni tal-konsumatur għat-transizzjoni għat-teknoloġija diġitali u biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tad-dividend diġitali; |
(m) |
titnaqqas il-marka tal-karbonju tal-Unjoni billi tittejjeb l-effiċjenza teknika u dik tal-enerġija tan-netwerks u t-tagħmir tal-komunikazzjoni bla fili. |
Artikolu 4
Iktar effiċjenza u flessibbiltà
1. L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom fejn adatt, irawmu l-użu kollettiv tal-ispettru kif ukoll l-użu kondiviż tal-ispettru.
L-Istati Membri għandhom irawmu wkoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji attwali u ġodda, pereżempju, fir-radju konjittiv, inklużi dawk li jużaw "spazji bojod".
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw biex itejbu l-flessibbiltà fl-użu tal-ispettru, sabiex jippromwovu l-innovazzjoni u l-investiment, permezz tal-possibbiltà li jintużaw teknoloġiji ġodda u permezz ta' trasferiment jew twellija tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex irawmu l-iżvilupp u l-armonizzazzjoni tal-istandards għat-tagħmir tar-radju u għat-terminali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi bbażati, fejn ikun meħtieġ, fuq mandati ta’ standardizzazzjoni mill-Kummissjoni lill-korpi ta’ standardizzazzjoni rilevanti. Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-istandards għat-tagħmir li jintuża minn persuni b'diżabbiltà.
4. L-Istati Membri għandhom irawmu attivitajiet tar-R&Ż fit-teknoloġiji ġodda bħat-teknoloġiji konjittivi u l-bażijiet tad-data tal-ġeolokazzjoni.
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fejn adatt, kriterji għas-selezzjoni u proċeduri għall-għotja ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru li jippromwovu l-kompetizzjoni, l-investiment u l-użu effiċjenti tal-ispettru bħala ġid pubbliku, kif ukoll li jippromwovu l-koeżistenza bejn servizzi u tagħmir ġodda u eżistenti. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu effiċjenti kontinwu tal-ispettru għal netwerks, apparat u applikazzjonijiet.
6. Fejn meħtieġ sabiex ikun żgurat l-użu effettiv tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru u jkun evitat il-ħżin tal-ispettru, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jieħdu miżuri adatti, bħal penali finanzjarji, l-użu ta' għodod ta' tariffi ta' inċentiv jew l-irtirar tad-drittijiet. Tali mizuri ghandhom jigu stabbiliti u applikati b'mod trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat.
7. Sal-1 ta' Jannar 2013 l-Istati Membri għandhom jadottaw għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, miżuri ta' allokazzjoni u awtorizzazzjoni adatti għall-iżvilupp ta' servizzi ta' broadband, f'konformità mad-Direttiva 2002/20/KE, bil-għan li jinkisbu l-ogħla kapaċità possibbli u veloċitajiet ta' broadband.
8. Sabiex tkun evitata il-frammentazzjoni possibbli tas-suq intern minħabba kriterji diverġenti għas-selezzjoni u proċeduri għall-armonizzazzjoni tal-ispettru allokati lis-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u li setgħu jiġu nnegozjati fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 9b tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, tiffaċilita l-identifikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u tinkoraġġixxi l-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar tali spettru biex tiżdied il-konsistenza fl-Unjoni kollha, li tinkiseb permezz tal-prinċipji ta' newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz.
Artikolu 5
Kompetizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu kompetizzjoni effettiva u għandhom jevitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika skont id-Direttivi 2002/20/KE u 2002/21/KE.
Huma għandhom ukoll jieħdu kont tal-kwistjonijiet ta' kompetizzjoni meta jagħtu d-drittijiet tal-użu tal-ispettru lil utenti ta' netwerks privati ta' komunikazzjoni elettronika.
2. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u għall-miżuri adottati mill-Istati Membri sabiex jinkisbu objettivi ta' interess ġenerali skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2002/21/KE l-Istati Membri jistgħu jadottaw, inter alia, miżuri:
(a) |
li jillimitaw l-ammont ta’ spettru li għalih jingħataw drittijiet tal-użu lil kwalunkwe impriża, jew li jorbtu kondizzjonijiet ma’ tali drittijiet tal-użu, bħall-provvista ta’ aċċess bl-ingrossa, roaming nazzjonali jew reġjonali, f’ċerti meded jew f’ċerti gruppi ta’ meded b’karatteristiċi simili, pereżempju l-meded taħt il-1 GHz allokati lis-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika.Tali kondizzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu imposti biss mill-awtorità nazzjonali kompetenti; |
(b) |
li jirriservaw, jekk ikun adatt fir-rigward tal-qagħda fis-suq nazzjonali, ċerta parti minn medda jew grupp ta' meded ta' frekwenza biex tiġi assenjata lil utenti ġodda; |
(c) |
li jirrifjutaw li jagħtu drittijiet ġodda tal-użu tal-ispettru jew jippermettu użi ġodda tal-ispettru f’ċerti medded, jew jorbtu kondizzjonijiet mal-għoti ta’ drittijiet tal-użi ġodda tal-ispettru jew mal-awtorizzazzjoni tal-użi tal-ispettru ġodda, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe assenjazzjoni, trasferiment jew akkumulazzjoni ta' drittijiet tal-użu; |
(d) |
li jipprojbixxu jew jimponu kondizzjonijiet fuq trasferimenti ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru, li ma jkunux soġġetti għall-kontroll tal-amalgamazzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni, fejn dawn it-tipi tat-trasferimenti x'aktarx jirriżultaw fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni; |
(e) |
li jemendaw id-drittijiet eżistenti f'konformità mad-Direttiva 2002/20/KE fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata ex-post id-distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe trasferiment jew akkumulazzjoni ta' drittijiet tal-użu ta' frekwenzi tar-radju. |
3. Meta l-Istati Membri jkunu jixtiequ jadottaw kwalunkwe miżura imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artiklu, huma għandhom jaġixxu f’konformità mal-proċeduri għall-impożizzjoni jew il-varjazzjoni ta’ dawn il-kondizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu tal-ispettru stipulati fid-Direttiva 2002/20/KE.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ selezzjoni għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jippromwovu kompetizzjoni effettiva għall-benefiċċju taċ-ċittadini, konsumaturi u n-negozji fl-Unjoni.
Artikolu 6
Ħtiġijiet tal-ispettru għall-komunikazzjoni broadband bla fili
1. L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li fl-Unjoni jkun disponibbli spettru suffiċjenti għal finijiet ta’ kopertura u ta’ kapaċità, sabiex l-Unjoni jkun jista' jkollha l-ogħla veloċitajiet ta’ broadband fid-dinja, sabiex l-applikazzjonijiet bla fili u t-tmexxija Ewropea fir-rigward tas-servizzi l-ġodda jkunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tkabbir ekonomiku, u għal kisba tal-mira liċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal broadband b’veloċitajiet ta’ mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020.
2. Sabiex jippromwovu d-disponibbiltà akbar ta' servizzi broadband bla fili għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-meded koperti mid-Deċiżjonijiet 2008/411/KE (3,4–3,8 GHz), 2008/477/KE (2,5-2,69 GHz), u 2009/766/KE (900/1 800 MHz) skont it-termini u l-kondizzjonijiet deskritti f'dawk id-deċiżjonijiet. Soġġett għad-domanda tas-suq, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-proċess ta' awtorizzazzjoni mill-31 ta' Diċembru 2012 mingħajr preġudizzju għat-tqiegħed eżistenti tas-servizzi, u skont kondizzjonijiet li jippermettu aċċess faċli għal servizzi ta' broadband bla fili lill-konsumaturi.
3. L-Istati Membri għandhom irawmu l-aġġornament kontinwu min-naħa tal-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika, tan-netwerks tagħhom għat-teknoloġija l-aktar riċenti u l-aktar effiċjenti, bil-għan li joħolqu d-dividendi tal-ispettru tagħhom stess f'konformità mal-prinċipji tan-newtralità tas-servizz u tat-teknoloġija.
4. L-Istati Membri għandhom, sal-1 ta' Jannar 2013 iwettqu l-proċess ta' awtorizzazzjoni sabiex jippermettu l-użu tal-medda tat-800 MHz għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Il-Kummissjoni għandha tagħti derogi speċifiċi sal-31 ta’ Diċembru tal-2015 lil Stati Membri li fihom ċirkostanzi nazzjonali jew lokali eċċezzjonali jew problemi ta' koordinazzjoni tal-frekwenza transkonfinali li jipprevjenu d-disponibbiltà tal-medda, u taħdem fuq applikazzjoni debitament motivata mill-Istat Membru kkonċernat.
Jekk wara l-31 ta' Diċembru 2015, jippersistu problemi sostanzjati ta' koordinazzjoni tal-frekwenza transkonfinali ta' Stat Membru ma' pajjiż wieħed jew aktar, inklużi pajjiżi kandidati jew pajjiżi li se jissieħbu, u jipprevjenu d-disponibbiltà ta' medda ta' 800 MHz, il-Kummissjoni għandha tagħti derogi eċċezzjonali fuq bażi annwali sakemm dawn il-problemi jiġu risolti.
Stat Membru li lilu ngħatat deroga skont l-ewwel jew t-tieni subparagrafu għandu jiżgura li l-użu ta' medda ta' 800 MHz ma tipprevjeniex d-disponibbiltà ta' dik il-medda għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika apparti minn dawk tax-xandir fl-Istati Membri ġirien.
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-problemi ta' koordinazzjoni tal-ispettru fir-Repubblika ta' Ċipru li jirrizultaw mill-fatt li l-Gvern ta' Ċipru ma jistax jeżerċita kontroll effettiv f'parti mit-territorju tiegħu.
5. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jissorveljaw kontinwament ir-rekwiżiti ta' kapaċità għal servizzi ta' broadband bla fili. Abbażi tar-riżultati tal-analiżi msemmija fl-Artikoli 9(4), il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lil Kunsill sa l-1 ta' Jannar 2015 dwar jekk hemmx ħtieġa għal azzjoni biex jiġu armonizzati meded oħrajn ta' frekwenza.
L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li, fejn huwa adatt u f'konformita' mal-liġi tal-Unjoni l-ispiża diretta għall-migrazzjoni jew l-allokazzjoni mill-ġdid tal-użu tal-ispettru tkun adegwatament ikkumpensata skont il-liġi nazzjonali.
6. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jippromwovu l-aċċess għal servizzi broadband li jużaw il-medda 800MHz f'żoni remoti u b'popolazzjoni baxxa, fejn ikun adatt. Waqt li jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw modi u fejn ikun adatt, jieħdu miżuri tekniċi u regolatorji biex jiżguraw li l-ftuħ tal-medda ta' 800 MHz ma taffettwax ħażin lill-utenti tal-ħolqien ta’ programmi u ta’ avvenimenti speċjali (PMSE).
7. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tivvaluta l-ġustifikazzjoni u l-fattibbiltà tal-estensjoni tal-allokazzjonijiet ta' spettru mhux liċenzjat għal sistemi ta' aċċess bla fili, inklużi netwerks tar-radju għal żoni lokali.
8. L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew it-twellija ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru fil-meded armonizzati 790–862 MHz, 880–915 MHz, 925–960 MHz, 1 710–1 785 MHz, 1 805–1 880 MHz, 1 900–1 980 MHz, 2 010–2 025 MHz, 2 110–2 170 MHz, 2,5–2,69 GHz, u 3,4–3,8 GHz.
9. Sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal servizzi diġitali avvanzati inkluż il-broadband, b’mod partikolari f'żoni mbiegħda u b'popolazzjoni baxxa, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jesploraw id-disponibbiltà ta' spettru suffiċjenti għall-provvista ta’ servizzi satellitari broadband li jipprovdu l-possibbiltà ta' aċċess għall-Internet.
10. L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jeżaminaw il-possibbiltà li jinxterdu d-disponibbiltà u l-użu taċ-ċelloli pico u femto. Huma għandhom iqisu b’mod sħiħ il-potenzjal ta’ dawk l-istazzjonijiet ta' bażi ċellulari u tal-użu kondiviż u mingħajr liċenzja tal-ispettru biex tiġi pprovduta l-bażi għal netwerks bla fili tat-tip mesh, li jista’ jkollhom rwol ewlieni biex titnaqqas il-qasma diġitali.
Artikolu 7
Ħtiġijiet relatati tal-ispettru għal politika oħra ta' komunikazzjoni bla fili
Sabiex jappoġġaw l-iżvilupp ulterjuri tal-media awdjoviżiva innovattiva u ta’ servizzi oħrajn għaċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jqisu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali ta’ suq diġitali uniku, l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li hemm disponibbiltà suffiċjenti tal-ispettru għall-provvista satellitari u terrestri ta’ servizzi bħal dawn, jekk il-ħtieġa tkun sostanzjata b'mod ċar.
Artikolu 8
Ħtigijiet relatati tal-ispettru għal politika speċifika oħra tal-Unjoni
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tal-ispettru u jipproteġu l-frekwenzi tar-radju meħtieġa għall-monitoraġġ tal-atmosfera u tas-superfiċje tad-Dinja, jippermettu l-iżvilupp u l-isfruttament tal-applikazzjonijiet spazjali u jtejbu s-sistemi ta’ trasport, b’mod partikolari għas- sistema ċivili globali ta’ navigazzjoni bis-satellita stabbiliti taħt il-programm Galileo (17), il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) (18), u sistemi intelliġenti ta' sikurezza tat-trasport u ġestjoni tat-trasport.
2. Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, twettaq studji dwar l-iffrankar tal-enerġija fl-użu tal-ispettru sabiex jikkontribwixxu għal politika ta' emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u għandhom jikkondisdraw jagħmlu l-ispettru għad-dispożizzjoni tat-teknoloġiji bla fili b’potenzjal biex jittejbu l-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija ta' netwerks oħrajn ta' distribuzzjoni bħall-provvista tal-ilma, inklużi l-grids intelliġenti tal-enerġija u s-sistemi ta’ miters intelliġenti.
3. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tipprova tiżgura li jkun disponibbli spettru suffiċjenti f’kondizzjonijiet armonizzati sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ sikurezza u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-apparat relatat kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet interoperabbli innovattivi għas-sikurezza u l-protezzjoni tal-pubbliku, għall-protezzjoni ċivili u għall-għajnuna f’każ ta' diżastru.
4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkollaboraw mal-komunità xjentifika u akkademika biex jidentifikaw għadd ta’ inizjattivi ta’ riċerka u ta’ żvilupp kif ukoll applikazzjonijiet innovattivi li jista’ jkolhom impatt soċjoekonomiku kbir u/jew potenzjal għal investiment u jikkunsidraw il-ħtiġijiet relatati mal-ispettru ta' applikazzjonijiet bħal dawn u, fejn meħtieġ, jikkunsidraw l-allokazzjoni ta’ spettru suffiċjenti għal applikazzjonijiet bħal dawn f’kondizzjonijiet tekniċi armonizzati u bl-inqas piż amministrattiv oneruż.
5. L-Istati Membri għandhom, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jipprovaw jiżguraw il-meded ta' frekwenza meħtieġa għall-PMSE, skont l-objettivi tal-Unjoni biex jittejbu l-integrazzjoni tas-suq intern u l-aċċess għall-kultura.
6. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovaw jiżguraw id-disponibbiltà tal-ispettru għall-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (RFID) u teknoloġiji oħrajn tal-komunikazzjoni bla fili tal-“Internet tal-Affarijiet” (Internet of Things - IoT) u għandhom jikkooperaw biex irawmu l-iżvilupp tal-istandards u l-armonizzazzjoni tal-ispettru għall-komunikazzjoni tal-IoT fl-Istati Membri.
Artikolu 9
Inventarju
1. Inventarju ta' użi eżistenti tal-ispettru, kemm għal finijiet kummerċjali kif ukoll għal dawk pubbliċi huwa b'dan stabbilit.
L-inventarju għandu jservi għall-objettivi li ġejjin:
(a) |
jippermetti l-identifikazzjoni ta' meded ta' frekwenza fejn l-effiċjenza tal-użi eżistenti tal-ispettru tista' tittejjeb; |
(b) |
jgħin fl-identifikazzjoni ta' meded tal-ispettru li jistgħu ikunu adattati għal opportunitajiet ta' allokazzjoni mill-ġdid u kondiviżjoni tal-ispettru sabiex tiġi appoġġata l-politika tal-Unjoni li tinsab f'din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqiesu ħtiġijiet futuri għal spettru bbażat, fost l-oħrajn, fuq it-talbiet tal-konsumaturi u l-operaturi, u l-possibbiltà li jiġu sodisfatti tali ħtiġijiet; |
(c) |
jgħin fl-analiżi tad-diversi tipi ta' użu tal-ispettru kemm minn utenti privati kif ukoll minn dawk pubbliċi; |
(d) |
jgħin fl-identifikazzjoni ta' meded ta' frekwenza li jistgħu jiġu allokati jew allokati mill-ġdid sabiex jittejjeb l-użu effiċjenti tagħhom, tiġi promossa l-innovazzjoni u tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq intern, fl-esplorazzjoni ta' mezzi ġodda għall-kondiviżjoni tal-ispettru, għall-benefiċċju kemm ta' utenti privati kif ukoll ta' dawk pubbliċi, filwaqt li jitqies l-impatt potenzjali pożittiv u negattiv tal-allokazzjoni u ta' allokazzjoni mill-ġdid ta' tali meded u tal-meded li jmissu magħhom fuq l-utenti eżistenti. |
2. Għall-iskop li tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, filwaqt li tagħti l-akbar konsiderazzjoni lill-fehmiet tal-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG), għandha tadotta l-atti implimentattivi sal-1 ta' Lulju 2013:
(a) |
l-iżvilupp ta' arranġamenti prattiċi u formati uniformi għall-ġbir u l-provvista ta' data dwar l-użi eżistenti tal-ispettru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, dment li jiġu rispettati r-regoli ta' kunfidenzjalità fin-negozju skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u d-dritt tal-Istati Membri li ma jagħtux informazzjoni kunfidenzjali huma osservati, b'kont meħud tal-għan li jitnaqqas l-piż amministrattiv u l-obbligi eżistenti fuq l-Istati Membri skont liġi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari obbligazzjonijiet li tiġi pprovduta informazzjoni speċifika; |
(b) |
l-iżvilupp ta' metodoloġija għall-analiżi ta' xejriet teknoloġiċi, ħtiġijiet futuri u d-domanda għall-ispettru f'oqsma ta' politika tal-Unjoni koperti minn din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari għal dawk is-servizzi li jistgħu joperaw fil-medda ta' frekwenza minn 400 MHz għal 6 GHz, sabiex jiġu identifikati l-użi sinifikanti li qed jiżviluppaw u dawk potenzjali tal-ispettru; |
Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tamministra l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 f'konformità mal-atti implimentattivi imniżżla fil-paragrafu 2.
4. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-analiżi ta' xejriet teknoloġiċi, ħtiġijiet futuri u d-domanda għall-ispettru f'konformità mal-atti implimentattivi msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq ir-riżultati ta' dik l-analiżi.
Artikolu 10
Negozjati internazzjonali
1. F'negozjati internazzjonali relatati ma' kwistjonijiet tal-ispettru, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
jekk is-suġġett tan-negozjati internazzjonali jaqa' fil-kompetenza tal-Unjoni, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-liġi tal-Unjoni; |
(b) |
jekk is-suġġett tan-negozjati internazzjonali jaqa' parzjalment fil-kompetenza tal-Unjoni u parzjalment fil-kompetenza tal-Istati Membri, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovaw jistabbilixxu pożizzjoni komuni f'konformità mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera. |
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw f'konformità mal-prinċipju ta' unità fir-rappreżentazzjoni internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
2. L-Unjoni għandha, meta tintalab tagħmel dan, tassisti lill-Istati Membri b'appoġġ legali, politiku u tekniku sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-ispettru ma' pajjiżi ġirien tal-Unjoni inklużi pajjiżi kandidati u pajjiżi li ser jissieħbu, b'tali mod li l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu josserva l-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Fl-għoti ta' assistenza bħal din, l-Unjoni għandha tuża s-setgħat kollha politiċi u legali tagħha biex tippromwovi l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni.
L-Unjoni għandha tappoġġa wkoll l-isforzi ta’ pajjiżi terzi biex jimplimentaw ġestjoni tal-ispettru li jkunu kompatibbli ma’ dawk tal-Unjoni, sabiex jiġu salvagwardjati l-objettivi tal-politika dwar l-ispettru tal-Unjoni.
3. Meta jkunu qed jinnegozjaw b’mod bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom ikunu marbuta bl-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni. Meta jiffirmaw jew jaċċettaw b’xi mod ieħor kwalunkwe obbligu internazzjonali li jikkonċerna l-ispettru, l-Istati Membri għandhom jakkumpanjaw il-firma tagħhom jew kwalunkwe att ieħor ta’ aċċettazzjoni b’dikjarazzjoni konġunta li tiddikjara li għandhom jimplimentaw tali ftehimiet jew impenji internazzjonali skont l-obbligi tagħhom taħt it-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Kooperazzjoni fost il-korpi differenti
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-isfond istituzzjonali attwali, sabiex irawmu koordinazzjoni tal-ġestjoni tal-ispettru fil-livell tal-Unjoni, inkluż fi kwistjonijiet li jaffetwaw direttament żewġ Stati Membri jew iktar, bil-għan li jigi żviluppat is-suq intern u jkun żgurat li l-objettivi tal-politika dwar l-ispettru tal-Unjoni jintlaħqu b’mod sħiħ.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi ta’ standardizzazzjoni, is-CEPT, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u l-partijiet rilevanti kollha biex jikkooperaw mill-qrib fi kwistjonijiet tekniċi sabiex ikun promoss l-użu effiċjenti tal-ispettru. Għal dak il-għan, huma għandhom iżommu rabta koerenti bejn il-ġestjoni u l-istandardizzazzjoni tal-ispettru b’tali mod li jsaħħu s-suq intern.
Artikolu 12
Konsultazzjoni pubblika
Meta adatt, il-Kummissjoni għandha torganizza konsultazzjonijiet pubbliċi sabiex tiġbor il-fehmiet tal-partijiet interessati kollha kif ukoll il-fehmiet tal-pubbliku inġenerali dwar l-użu tal-ispettru fl-Unjoni.
Artikolu 13
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att implimentattiv u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 14
Konformità mal-orjentazzjonijiet u l-objettivi tal-politika
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk l-orjentazzjoniji u objettivi tal-poltika imniżla f'din id-Deċiżjoni sal-1 ta’ Lulju 2015 sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 15
Rappurtar u Evalwazzjoni
Sal-10 ta' April 2014 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet żviluppati u l-miżuri adottati skont din id-Deċiżjoni.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iskop ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Marzu 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-13 ta' Diċembru 2011 (ĠU C 46 E, 17.2.2012, p 1). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(5) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.
(6) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
(7) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(8) ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85.
(9) ĠU L 129, 17.5.2007, p. 67.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 144, 4.6.2008, p. 77).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500 - 2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 37).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 32).
(13) ĠU L 308, 24.11.2009, p. 24.
(14) ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.
(15) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(16) ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49.
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1).
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
21.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/18 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 244/2012
tas-16 ta’ Jannar 2012
li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija [ir-rendiment enerġetiku tal-bini] (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2010/31/UE tesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi, permezz ta’ att delegat, qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini. |
(2) |
Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiffissaw rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini. Ir-rekwiżiti jridu jiġu ffissati sabiex jintlaħqu livelli kostottimali. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu jekk il-parametru referenzjarju nazzjonali użat bħala l-eżitu finali tal-kalkoli kostottimali huwiex dak ikkalkulat għal perspettiva makroekonomika (li tħares lejn il-kostijiet u l-benefiċċji tal-investimenti fl-effiċjenza enerġetika għas-soċjetà kollha) jew għal perspettiva strettament finanzjarja (li tħares biss lejn l-investiment innifsu). Ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tar-rendiment enerġetiku ma għandhomx ikunu iktar minn 15 % iktar baxxi mill-eżitu tar-riżultati kostottimali tal-kalkolu kkunsidrat bħala l-parametru referenzjarju nazzjonali. Il-livell kostottimali għandu jkun fil-firxa tal-livelli ta’ rendiment fejn l-analiżi tar-relazzjoni bejn il-kostijiet u l-benefiċċji tul iċ-ċiklu tal-ħajja tkun waħda pożittiva. |
(3) |
Id-Direttiva 2010/31/UE tippromwovi t-tnaqqis tal-użu tal-enerġija fl-ambjent mibni, imma tenfasizza wkoll li s-settur tal-bini huwa sors prinċipali ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju. |
(4) |
Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (2) tipprovdi għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku għal prodotti bħal dawn. Meta jiffissaw ir-rekwiżiti nazzjonali għas-sistemi tekniċi użati fil-bini, l-Istati Membri jridu jqisu l-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti skont din id-Direttiva. Ir-rendimenti tal-prodotti għall-bini li għandhom jintużaw għall-kalkoli taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu ddeterminati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (3). |
(5) |
L-għan ta’ livelli kosteffettivi jew kostottimali ta’ effiċjenza enerġetika jista’, f’ċerti ċirkustanzi, jiġġustifika l-iffissar mill-Istati Membri ta’ rekwiżiti kosteffettivi jew kostottimali għall-elementi tal-bini li fil-prattika jostakolaw uħud mill-possibbiltajiet tad-disinn jew tekniċi tal-bini kif ukoll jistimolaw l-użu ta’ prodotti relatati mal-enerġija b’rendiment enerġetiku aħjar. |
(6) |
Il-passi li jiffurmaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva ġew stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 2010/31/UE u jinkludu l-istabbiliment ta’ binjiet ta’ referenza, id-definizzjoni tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta’ dawn il-binjiet ta’ referenza, il-valutazzjoni tad-domanda għall-enerġija primarja ta’ dawn il-miżuri u l-kalkolu tal-kostijiet (jiġifieri, il-valur preżenti nett) ta’ dawn il-miżuri. |
(7) |
Il-qafas komuni għall-kalkolu tar-rendiment enerġetiku kif ġie stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva 2010/31/UE japplika wkoll għall-metodoloġija ta’ qafas kostottimali għall-passi kollha tagħha, b’mod partikolari l-pass tal-kalkolu tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini. |
(8) |
Sabiex il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva ikun adattat għaċ-ċirkustanzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini u/jew tal-element tal-bini, il-kost xieraq għat-trasportaturi tal-enerġija, għall-prodotti, għas-sistemi, il-kostijiet tal-manutenzjoni, operattivi u tax-xogħol, il-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja u l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija f’dan il-punt li għandhom jiġu preżunti għall-karburanti li ntużaw fil-kuntest nazzjonali tagħhom għall-enerġija li ntużat fil-bini, fejn titqies l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll ir-rata ta’ skont li għandha tintuża kemm fil-kalkoli makroekonomiċi kif ukoll f’dawk finanzjarji wara li jkunu wettqu analiżi tas-sensittività għal mill-inqas żewġ rati tal-imgħax għal kull kalkolu. |
(9) |
Sabiex ikun żgurat approċċ komuni għall-applikazzjoni tal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva mill-Istati Membri, huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ qafas prinċipali meħtieġa għall-kalkoli tal-valur nett preżenti bħas-sena tal-bidu għall-kalkoli, il-kategoriji tal-kostijiet li għandhom jiġu kkunsidrati u l-perjodu tal-kalkolu li għandu jintuża. |
(10) |
L-istabbiliment ta’ perjodu tal-kalkolu komuni ma jidħolx f’kunflitt mad-dritt tal-Istati Membri li jiffissaw iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini u/jew tal-elementi tal-bini peress li tal-aħħar jista’ jkun kemm itwal kif ukoll iqsar mill-perjodu tal-kalkolu ffissat. Iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat ta’ bini jew ta’ element tal-bini għandu biss influwenza limitata fuq il-perjodu tal-kalkolu peress li tal-aħħar jiġi pjuttost iddeterminat miċ-ċiklu ta’ rinnovazzjoni ta’ bini, li huwa l-perjodu ta’ żmien li warajh il-bini jkun soġġett għal rinnovazzjoni maġġuri. |
(11) |
Il-kalkoli u l-istimi tal-kostijiet b’bosta suppożizzjonijiet u inċertezzi, inklużi pereżempju l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija matul iż-żmien, ġeneralment ikunu akkumpanjati minn analiżi tas-sensittività sabiex tkun evalwata r-robustezza tal-parametri tad-dħul prinċipali. Għall-fini tal-kalkoli kostottimali, l-analiżi tas-sensittività għandha mill-inqas tindirizza l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija u r-rata ta’ skont; idealment l-analiżi tas-sensittività għandha tinkludi wkoll l-iżviluppi futuri fil-prezzijiet tat-teknoloġija bħala input għar-reviżjoni tal-kalkoli. |
(12) |
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri sabiex jipparagunaw ir-riżultati tal-kalkoli kostottimali mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku fis-seħħ u sabiex jużaw ir-riżultat tal-paragun ħalli jiżguraw li jiġu ffissati rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku biex jintlaħqu livelli kostottimali. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll li jiffissaw rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku f’livell kostottimali għal dawk il-kategoriji ta’ bini fejn sa issa ma jeżisti l-ebda rekwiżit minimu tar-rendiment enerġetiku. |
(13) |
Il-metodoloġija kostottimali hija teknoloġikament newtrali u ma tiffavorix soluzzjoni teknoloġika fuq oħra. Hija tiżgura kompetizzjoni ta’ miżuri/pakketti/varjanti matul il-ħajja stmata ta’ bini jew ta’ element tal-bini. |
(14) |
Ir-riżultati tal-kalkoli u d-dejta tad-dħul u s-suppożizzjonijiet użati għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni kif ġie stipulat fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE. Dawn ir-rapporti għandhom jagħtu l-possibbiltà lill-Kummissjoni li tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress li jkunu għamlu l-Istati Membri sabiex jilħqu l-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku. |
(15) |
Sabiex ikun limitat il-piż amministrattiv tagħhom, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jnaqqsu l-għadd ta’ kalkoli billi jistabbilixxu binjiet ta’ referenza li jkunu rappreżentattivi ta’ iktar minn kategorija waħda ta’ bini, mingħajr ma dan jaffetwa d-dmir tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/31/UE li jiffissaw rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku għal ċerti kategoriji ta’ bini. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Skont l-Artikolu 5, l-Anness I u l-Anness III tad-Direttiva 2010/31/UE, dan ir-Regolament jistabblixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva li għandu jintuża mill-Istati Membri għall-kalkolu ta’ livelli kostottimali ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku ta’ bini u ta’ elementi tal-bini ġodda u eżistenti.
Il-qafas tal-metodoloġija jispeċifika r-regoli biex jiġu pparagunati miżuri tal-effiċjenza enerġetika, miżuri li jinkorporaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u pakketti u varjanti ta’ miżuri bħal dawn, fuq il-bażi tar-rendiment enerġetiku primarju u l-kost attribwit għall-implimentazzjoni tagħhom. Jistipula wkoll kif dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati għal binjiet ta’ referenza magħżula bil-għan li jiġu identifikati l-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin filwaqt li għandu jiġi nnotat li għall-kalkolu fil-livell makroekonomiku, l-imposti u t-taxxi applikabbli għandhom jiġu esklużi:
(1) |
Kost globali tfisser is-somma tal-valur preżenti tal-kostijiet tal-investiment inizjali, is-somma tal-kostijiet amministrattivi, u l-kostijiet ta’ sostituzzjoni (b’referenza għas-sena tal-bidu), kif ukoll il-kostijiet tar-rimi jekk dan ikun applikabbli. Għall-kalkolu fil-livell makroekonomiku, qed tiġi introdotta kategorija addizzjonali ta’ kostijiet, jiġifieri l-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; |
(2) |
Kostijiet tal-investiment inizjali tfisser il-kostijiet kollha mġarrba sal-punt meta l-bini jew l-element tal-bini jiġi kkonsenjat lill-klijent, lest biex jintuża. Dawn il-kostijiet jinkludu d-disinn, ix-xiri tal-elementi tal-bini, il-konnessjoni mal-fornituri, il-proċessi ta’ installazzjoni u ta’ kummissjonar; |
(3) |
Kostijiet tal-enerġija tfisser il-kostijiet annwali u l-imposti fissi u għall-ħinijiet l-iktar intensivi għall-enerġija inklużi t-taxxi nazzjonali; |
(4) |
Kostijiet operattivi tfisser il-kostijiet kollha marbuta mat-tħaddim tal-bini, inklużi l-kostijiet annwali għall-assigurazzjoni, l-imposti tal-utilitajiet u imposti u taxxi fissi oħrajn; |
(5) |
Kostijiet tal-manutenzjoni tfisser il-kostijiet annwali għal miżuri biex tiġi ppreservata u rrestawrata l-kwalità mixtieqa tal-bini jew tal-element tal-bini. Dawn jinkludu l-kostijiet annwali għall-ispezzjoni, għat-tindif, għall-aġġustamenti, għat-tiswijiet u għall-oġġetti li jistgħu jiġu kkonsmati; |
(6) |
Kostijiet amministrattivi tfisser il-kostijiet annwali tal-manutenzjoni, il-kostijiet operattivi u l-kostijiet tal-enerġija; |
(7) |
Kostijiet tar-rimi tfisser il-kostijiet għad-dekostruzzjoni fi tmiem il-ħajja ta’ bini jew ta’ element tal-bini u jinkludu d-dekostruzzjoni, it-tneħħija tal-elementi tal-bini li għadhom ma waslux fi tmiem ħajjithom, it-trasport u r-riċiklaġġ; |
(8) |
Kost annwali tfisser is-somma tal-kostijiet amministrattivi u tal-kostijiet perjodiċi jew tal-kostijiet ta’ sostituzzjoni li jitħallsu f’sena partikolari; |
(9) |
Kost ta’ sostituzzjoni tfisser investiment ta’ sostituzzjoni għal element tal-bini, f’konformità maċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini waqt il-perjodu tal-kalkolu; |
(10) |
Kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tfisser il-valur monetarju tal-ħsara ambjentali kkważata mill-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-konsum tal-enerġija fil-bini; |
(11) |
Bini ta’ referenza tfisser bini ta’ referenza ipotetiku jew reali li jirrappreżenta l-ġeometrija u s-sistemi tipiċi tal-bini, ir-rendiment enerġetiku tipiku kemm għall-involkru kif ukoll għas-sistemi tal-bini, il-funzjonalità tipika u l-istruttura tipika tal-kostijiet fl-Istat Membru u huwa rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-lokalità ġeografika; |
(12) |
Rata ta’ skont tfisser valur definit għall-paragun tal-valur tal-flus fi żminijiet differenti espress f’termini reali; |
(13) |
Fattur ta’ skont tfisser numru tal-multiplikazzjoni li jintuża sabiex fluss tal-flus li jseħħ fi żmien partikolari jiġi kkonvertit għall-valur ekwivalenti tiegħu fil-punt tal-bidu. Huwa jiġi dderivat mir-rata ta’ skont; |
(14) |
Sena tal-bidu tfisser is-sena li fuqha huwa bbażat kwalunkwe kalkolu u li minnha jiġi ddeterminat il-perjodu tal-kalkolu; |
(15) |
Perjodu tal-kalkolu tfisser il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-kalkolu ġeneralment espress fi snin; |
(16) |
Valur residwu ta’ bini tfisser is-somma tal-valuri residwi tal-bini u tal-elementi tal-bini fi tmiem il-perjodu tal-kalkolu; |
(17) |
Żvilupp fil-prezzijiet tfisser l-iżvilupp maż-żmien tal-prezzijiet għall-enerġija, għall-prodotti, għas-sistemi tal-bini, għas-servizzi, għax-xogħol, għall-manutenzjoni u għal kostijiet oħra u jista’ jkun differenti mir-rata tal-inflazzjoni; |
(18) |
Miżura tal-effiċjenza enerġetika tfisser bidla f’bini li tirriżulta fi tnaqqis tal-ħtieġa ta’ enerġija primarja tal-bini; |
(19) |
Pakkett tfisser sett ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika u/jew ta’ miżuri bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli applikati għal bini ta’ referenza; |
(20) |
Varjant tfisser ir-riżultat u d-deskrizzjoni globali ta’ sett sħiħ ta’ miżuri/pakketti applikat għal bini li jista’ jkun magħmul minn taħlita ta’ miżuri dwar l-involkru tal-bini, ta’ tekniki passivi, ta’ miżuri dwar is-sistemi tal-bini u/jew ta’ miżuri bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; |
(21) |
Sottokategoriji ta’ bini tfisser kategoriji ta’ tipi ta’ bini li huma iktar diżaggregati skont id-daqs, l-età, il-materjal tal-kostruzzjoni, il-mudell tal-użu, iż-żona klimatika jew kriterji oħrajn minn dawk stabbiliti fl-Anness I(5) għad-Direttiva 2010/31/UE. Huwa għal sottokategoriji bħal dawn li ġeneralment jiġu stabbiliti binjiet ta’ referenza; |
(22) |
Enerġija fornuta tfisser enerġija, espressa għal kull trasportatur tal-enerġija, ipprovduta lis-sistema teknika użata fil-bini permezz tal-konfini tas-sistema, sabiex jiġu ssodisfati l-użi meqjusa (it-tisħin, it-tkessiħ, il-ventilazzjoni, l-ilma sħun domestiku, id-dawl, it-tagħmir, eċċ.) jew sabiex jiġi prodott l-elettriku; |
(23) |
Enerġija meħtieġa għat-tisħin u għat-tkessiħ tfisser sħana li għandha titwassal fi jew tiġi estratta minn spazju kkundizzjonat sabiex jinżammu l-kundizzjonijiet tat-temperatura mixtieqa waqt perjodu partikolari ta’ żmien; |
(24) |
Enerġija esportata tfisser enerġija espressa għal kull trasportatur tal-enerġija fornuta mis-sistema teknika użata fil-bini permezz tal-konfini tas-sistema u li tintuża barra mill-konfini tas-sistema; |
(25) |
Spazju kkundizzjonat tfisser spazju fejn ċerti parametri ambjentali bħat-temperatura, l-umdità, eċċ. jiġu rregolati b’mezzi tekniċi bħat-tisħin u t-tkessiħ, eċċ.; |
(26) |
Enerġija minn sorsi rinnovabbli tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija mir-riħ, solari, aerotermika, ġeotermika, idrotermika u oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass mill-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ u bijogassijiet. |
Artikolu 3
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva
1. Meta jikkalkulaw il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Il-qafas jippreskrivi l-kalkolu ta’ livelli kostottimali kemm għal perspettiva makroekonomika kif ukoll għal perspettiva finanzjarja, imma jħalli f’idejn l-Istati Membri biex jiddeterminaw liema minn dawn il-kalkoli għandu jsir il-parametru referenzjarju nazzjonali li skontu għandhom jiġu vvalutati r-rekwiżiti minimi nazzjonali tar-rendiment enerġetiku.
2. Għall-fini tal-kalkoli, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
Jieħdu bħala s-sena tal-bidu għall-kalkolu s-sena li fiha ikun qed isir il-kalkolu; |
(b) |
Jużaw il-perjodu tal-kalkolu fl-Anness I għal dan ir-Regolament; |
(c) |
Jużaw il-kategoriji tal-kostijiet fl-Anness I għal dan ir-Regolament; |
(d) |
Jużaw bħala limitu minimu inferjuri għall-ikkostjar tal-karbonju l-prezzijiet tal-karbonju tal-ETS previsti kif mogħtija fl-Anness II. |
3. L-Istati Membri għandhom jikkomplementaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva billi jiddeterminaw għall-fini tal-kalkoli:
(a) |
Iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini u/jew tal-element tal-bini; |
(b) |
Ir-rata ta’ skont; |
(c) |
Il-kostijiet għat-trasportaturi tal-enerġija, għall-prodotti, għas-sistemi, il-kost tal-manutenzjoni, il-kostijiet operattivi u l-kostijiet tax-xogħol; |
(d) |
Il-fatturi tal-enerġija primarja; |
(e) |
L-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija li għandhom jiġu preżunti għat-trasportaturi kollha tal-enerġija fejn titqies l-informazzjoni fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkalkulaw u jadottaw livelli kostottimali ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku b’rabta ma’ dawk il-kategoriji ta’ bini fejn sa issa ma jeżisti l-ebda rekwiżit minimu speċifiku tar-rendiment enerġetiku.
5. L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi sabiex jiddeterminaw is-sensittività tal-eżiti tal-kalkoli għall-bidliet fil-parametri applikati, li tkopri mill-inqas l-impatt tal-iżviluppi differenti fil-prezzijiet tal-enerġija u r-rati ta’ skont għall-kalkoli makroekonomiċi u finanzjarji, u idealment anki parametri oħrajn li huma mistennija li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-kalkoli bħall-iżviluppi fil-prezzijiet għal elementi oħrajn għajr l-enerġija.
Artikolu 4
Paragun tal-livelli kostottimali kkalkulati mar-rekwiżiti minimi attwali tar-rendiment enerġetiku
1. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu wara li jkunu kkalkulaw il-livelli tar-rekwiżiti kostottimali kemm għal perspettiva makroekonomika kif ukoll għal perspettiva finanzjarja, liema minnhom għandu jsir il-parametru referenzjarju u għandhom jirrappurtaw din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni bħala parti mir-rappurtar imsemmi skont l-Artikolu 6.
L-Istati Membri għandhom jipparagunaw l-eżitu tal-kalkolu magħżul bħala l-parametru referenzjarju nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3 mar-rekwiżiti tar-rendiment enerġetiku attwali għall-kategorija tal-bini rilevanti.
L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżultat ta’ dan il-paragun sabiex jiżguraw li ġew iffissati rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku sabiex jintlaħqu livelli kostottimali skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/31/UE. Huwa rrakkomandat b’mod qawwi li l-Istati Membri jorbtu l-inċentivi fiskali u finanzjarji mal-konformità mal-eżitu tal-kalkolu kostottimali tal-istess bini ta’ referenza.
2. Jekk l-Istati Membri ddefinixxew il-bini ta’ referenza b’tali mod li r-riżultat tal-kalkolu kostottimali jkun applikabbli għal diversi kategoriji ta’ bini, huma jistgħu jużaw dan ir-riżultat sabiex jiżguraw li jiġu ffissati rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku sabiex jintlaħqu livelli kostottimali għall-kategoriji kollha rilevanti ta’ bini.
Artikolu 5
Analiżi tal-kalkoli kostottimali
1. L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-kalkoli kostottimali tagħhom fi żmien xieraq għall-analiżi tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tagħhom mitluba bl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/31/UE. Għall-analiżi, jeħtieġ b’mod partikolari li l-iżviluppi fil-prezzijiet għad-dejta tad-dħul dwar il-kostijiet jiġu analizzati u, jekk dan ikun meħtieġ, aġġornati.
2. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni fir-rapport ipprovdut mill-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni d-dejta tad-dħul u s-suppożizzjonijiet kollha li ntużaw għall-kalkoli u r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli. Dan ir-rapport għandu jinkludi l-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja applikati, ir-riżultati tal-kalkoli fil-livell makroekonomiku u f’dak finanzjarju, l-analiżi tas-sensittività msemmija fl-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-Regolament u l-iżviluppi preżunti fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-karbonju.
2. Jekk ir-riżultat tal-paragun imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament juri li r-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku fis-seħħ huma ferm inqas effiċjenti mil-lat enerġetiku mil-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku, ir-rapport għandu jinkludi kwalunkwe ġustifikazzjoni għad-differenza. Sa fejn id-differenza ma tistax tiġi ġġustifikata, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn pjan li jiddeskrivi fil-qosor il-passi xierqa sabiex id-differenza titnaqqas għal daqs mhux sinifikanti sal-analiżi li jmiss. F’dan ir-rigward, il-livell ferm inqas effiċjenti mil-lat enerġetiku tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku fis-seħħ għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-medja tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku kollha fis-seħħ u l-medja tal-livelli kostottimali kollha tal-kalkolu użat bħala l-parametru referenzjarju nazzjonali tal-binjiet ta’ referenza kollha u tat-tipi ta’ bini kollha użati.
3. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell tar-rappurtar ipprovdut fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika mid-9 ta’ Jannar 2013 għal bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u mid-9 ta’ Lulju 2013 għal bini ieħor ħlief għall-Artikolu 6.1 ta’ dan ir-Regolament, li għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2012, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5.2 tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija [ir-rendiment enerġetiku tal-bini].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
(2) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
ANNESS I
Il-qafas ta’ metodoloġija kostottimali
1. L-ISTABBILIMENT TAL-BINJIET TA’ REFERENZA
(1) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bini ta’ referenza għall-kategoriji ta’ bini li ġejjin:
|
(2) |
Minbarra l-bini għall-uffiċċji, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bini ta’ referenza għal kategoriji oħrajn ta’ bini mhux residenzjali elenkati fil-paragrafi (5)d sa 5(i) tal-Anness I għad-Direttiva 2010/31/UE li għalihom jeżistu rekwiżiti speċifiċi tar-rendiment enerġetiku. |
(3) |
Jekk Stat Membru jkun jista’ juri fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament li bini ta’ referenza stabbilit jista’ jkun applikabbli fir-rigward ta’ iktar minn kategorija waħda ta’ bini, huwa jista’ jnaqqas l-għadd ta’ binjiet ta’ referenza użat u b’hekk l-għadd tal-kalkoli. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw dan l-approċċ abbażi ta’ analiżi li turi li bini ta’ referenza li qed jintuża sabiex jaqdi diversi kategoriji ta’ bini huwa rappreżentattiv tal-istokk tal-bini għall-kategoriji kollha koperti. |
(4) |
Għal kull kategorija ta’ bini, għandu jiġi stabbilit għall-inqas bini wieħed ta’ referenza għall-bini l-ġdid u mill-inqas tnejn għall-bini eżistenti soġġetti għal rinnovazzjoni maġġuri. Il-binjiet ta’ referenza jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ sottokategoriji ta’ bini (eż. differenzjati skont id-daqs, l-età, l-istruttura tal-kostijiet, il-materjal ta’ kostruzzjoni, il-mudell tal-użu jew iż-żona klimatika) li jqisu l-karatteristiċi tal-istokk tal-bini nazzjonali. Il-binjiet ta’ referenza u l-karatteristiċi tagħhom għandhom jikkorrispondu għall-istruttura tar-rekwiżiti attwali jew ippjanati tar-rendiment enerġetiku. |
(5) |
L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell tar-rappurtar ipprovdut fl-Anness III sabiex jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-parametri kkunsidrati fl-istabbiliment tal-binjiet ta’ referenza. Is-sett ta’ dejta sottostanti dwar l-istokk tal-bini nazzjonali użat għall-istabbiliment tal-binjiet ta’ referenza għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 6. B’mod partikolari, għandha tiġi ġġustifikata l-għażla tal-karatteristiċi li jsostnu l-istabbiliment tal-binjiet ta’ referenza. |
(6) |
Għall-bini eżistenti (kemm residenzjali kif ukoll mhux residenzjali), l-Istati Membri għandhom japplikaw mill-inqas miżura waħda/pakkett wieħed/varjant wieħed li t/jirrappreżenta rinnovazzjoni standard meħtieġa għall-manutenzjoni tal-bini/unità ta’ bini (mingħajr miżuri addizzjonali tal-effiċjenza enerġetika lil hinn mir-rekwiżiti legali). |
(7) |
Għall-bini l-ġdid (kemm residenzjali kif ukoll mhux residenzjali), ir-rekwiżiti minimi attwalment applikabbli tar-rendiment enerġetiku għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżit bażiku li għandu jiġi ssodisfat. |
(8) |
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli kostottimali anki għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment għall-elementi tal-bini installati fil-bini eżistenti jew għandhom jidderivawhom mill-kalkoli magħmula fil-livell tal-bini. Meta jiffissaw ir-rekwiżiti għall-elementi tal-bini installati fil-bini eżistenti, ir-rekwiżiti kostottimali għandhom, sa fejn ikun possibbli, iqisu l-interazzjoni ta’ dak l-element tal-bini mal-bini ta’ referenza kollu u ma’ elementi tal-bini oħrajn. |
(9) |
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkalkulaw u jiffissaw rekwiżiti kostottimali fil-livell tas-sistemi tekniċi individwali użati fil-bini għall-bini eżistenti jew jidderivawhom mill-kalkoli magħmula fil-livell tal-bini mhux biss għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-ilma sħun, għall-kundizzjonament tal-arja u għall-ventilazzjoni (jew taħlita ta’ sistemi bħal dawn), imma anki għas-sistemi tad-dawl għall-bini mhux residenzjali. |
2. L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-MIŻURI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA, TAL-MIŻURI BBAŻATI FUQ SORSI TA’ ENERĠIJA RINNOVABBLI U/JEW TA’ PAKKETTI U TA’ VARJANTI TA’ MIŻURI BĦAL DAWN GĦAL KULL BINI TA’ REFERENZA
(1) |
Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika kemm għall-bini l-ġdid kif ukoll għall-bini eżistenti għandhom jiġu ddefiniti għall-parametri tad-dħul kollha għall-kalkolu li jkollhom impatt dirett jew indirett fuq ir-rendiment enerġetiku tal-bini, inkluż għal sistemi alternattivi b’effiċjenza għolja bħal sistemi ta’ provvista tal-enerġija distrettwali u l-alternattivi l-oħra elenkati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2010/31/UE. |
(2) |
Il-miżuri jistgħu jiġu raggruppati ma’ pakketti ta’ miżuri jew varjanti. Jekk ċerti miżuri ma jkunux adattati f’kuntest lokali, ekonomiku jew klimatiku, l-Istati Membri għandhom jindikaw dan fir-rappurtar tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw ukoll il-miżuri/pakketti/varjanti li jużaw enerġija rinnovabbli kemm għall-bini l-ġdid kif ukoll għall-bini eżistenti. L-obbligi vinkolanti stabbiliti fl-applikazzjoni nazzjonali tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandhom jiġu kkunsidrati bħala miżura waħda/pakkett wieħed/varjant wieħed li għandha/għandu t/jiġi applikat/a f’dak l-Istat Membru. |
(4) |
Il-miżuri/pakketti/varjanti tal-effiċjenza enerġetika identifikati għall-kalkolu tar-rekwiżiti kostottimali għandhom jinkludu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r- rekwiżiti minimi attwalment applikabbli tar-rendiment enerġetiku. Jekk ikun applikabbli, huma għandhom jinkludu anki l-miżuri/pakketti/varjanti meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinkludu anki l-miżuri/pakketti/varjanti meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku għal bini b’użu ta’ ammont ta’ enerġija ekwivalenti għal kważi żero għall-bini l-ġdid u possibbilment anki dak eżistenti kif ġie ddefinit mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE. |
(5) |
Jekk Stat Membru jista’ juri, billi jissottometti analiżijiet tal-kostijiet preċedenti bħala parti mir-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 6, li ċerti miżuri/pakketti/varjanti mhuma kostottimali xejn, dawn jistgħu jiġu esklużi mill-kalkolu. Madankollu, miżuri/pakketti/varjanti bħal dawn għandhom jerġgħu jiġu analizzati fl-analiżi tal-kalkoli li jkun imiss. |
(6) |
Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri bbażati fuq is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli magħżula, kif ukoll il-pakketti/varjanti, għandhom ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini kif ġew elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 u kif ġew speċifikati mill-Istati Membri. Għandhom ikunu kompatibbli wkoll ma’ livelli ta’ kwalità tal-arja u ta’ kumdità fuq ġewwa tal-bini skont l-istandard CEN 15251 dwar il-kwalità tal-arja ta’ ġol-bini jew l-istandards nazzjonali ekwivalenti. F’każijiet fejn il-miżuri jipproduċu livelli ta’ kumdità differenti, dan għandu jkun trasparenti fil-kalkoli. |
3. IL-KALKOLU TAD-DOMANDA GĦALL-ENERĠIJA PRIMARJA LI TIRRIŻULTA MILL-APPLIKAZZJONI TA’ MIŻURI U TA’ PAKKETTI TA’ MIŻURI BĦAL DAWN FIR-RIGWARD TA’ BINI TA’ REFERENZA
(1) |
Ir-rendiment enerġetiku jiġi kkalkulat skont il-qafas ġenerali komuni pprovdut fl-Anness I għad-Direttiva 2010/31/UE |
(2) |
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rendiment enerġetiku tal-miżuri/pakketti/varjanti billi jikkalkulaw, għall-erja tal-art iddefinita fil-livell nazzjonali, l-ewwel l-enerġija meħtieġa għat-tisħin u għat-tkessiħ. Imbagħad tiġi kkalkulata l-enerġija fornuta għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-ventilazzjoni tal-ispazju, kif ukoll għas-sistemi tal-ilma sħun domestiku u tad-dawl. |
(3) |
L-enerġija prodotta fuq il-post għandha titnaqqas mid-domanda għall-enerġija primarja u mill-enerġija fornuta. |
(4) |
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-użu tal-enerġija primarja li jirriżulta billi jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja stabbiliti fil-livell nazzjonali. Huma għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja fir-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
L-Istati Membri għandhom jużaw:
|
(6) |
Ir-riżultati tar-rendiment enerġetiku għandhom, għall-fini tal-kalkolu kostottimali, ikunu espressi f’metri kwadri ta’ erja utli tal-art ta’ bini ta’ referenza u għandhom jirreferu għad-domanda għall-enerġija primarja. |
4. IL-KALKOLU TAL-KOST GLOBALI F’TERMINI TA’ VALUR PREŻENTI NETT GĦAL KULL BINI TA’ REFERENZA
4.1. Kategoriji tal-kostijiet
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jiddeskrivu l-kategoriji separati tal-kostijiet li ġejjin li għandhom jintużaw:
(a) |
Il-kostijiet tal-investiment inizjali. |
(b) |
Il-kostijiet amministrattivi. Dawn jinkludu l-kostijiet għas-sostituzzjoni perjodika tal-elementi tal-bini u jistgħu jinkludu, jekk dan ikun xieraq, il-qligħ mill-enerġija prodotta li l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw fil-kalkolu finanzjarju. |
(c) |
Il-kostijiet tal-enerġija għandhom jirriflettu l-kost tal-enerġija totali, li jinkludi l-prezz tal-enerġija, it-tariffi tal-kapaċità u t-tariffi tal-grilja. |
(d) |
Il-kostijiet tar-rimi jekk dan ikun xieraq. |
Għall-kalkolu fil-livell makroekonomiku, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu anki l-kategorija tal-kostijiet:
(e) |
Il-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dawn għandhom jirriflettu l-kostijiet operattivi kkwantifikati, immonetizzati u skontati tas-CO2 li jirriżultaw mill-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 tul il-perjodu tal-kalkolu. |
4.2. Prinċipji ġenerali għall-kalkolu tal-kostijiet
(1) |
Meta ssir stima tal-iżviluppi fil-kostijiet tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-previżjonijiet tal-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Anness II għal dan ir-Regolament għaż-żejt, għall-gass, għall-faħam u għall-elettriku, fejn jibdew bil-prezzijiet medji assoluti tal-enerġija (espressi f’euro) għal dawn is-sorsi tal-enerġija fis-sena tal-eżerċizzju tal-kalkolu. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu anki l-previżjonijiet tal-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija nazzjonali għal trasportaturi oħrajn tal-enerġija li ntużaw b’mod sinifikanti fil-kuntest reġjonali/lokali tagħhom u jekk dan ikun xieraq anki għat-tariffi tal-ħinijiet l-iktar intensivi. Huma għandhom jirrappurtaw ix-xejriet tal-prezzijiet stmati u l-ishma attwali tat-trasportaturi tal-enerġija differenti fl-użu tal-enerġija tal-bini lill-Kummissjoni. |
(2) |
L-effett tal-iżviluppi futuri (mistennija) fil-prezzijiet għajr għall-kostijiet tal-enerġija, is-sostituzzjoni tal-elementi tal-bini waqt il-perjodu tal-kalkolu u l-kostijiet tar-rimi, fejn dan ikun applikabbli, jistgħu wkoll ikunu inklużi fil-kalkolu tal-kostijiet. L-iżviluppi fil-prezzijiet, permezz tal-innovazzjoni u tal-adattament tat-teknoloġiji, iridu jitqiesu meta l-kalkoli jiġu riveduti u aġġornati. |
(3) |
Id-dejta dwar il-kostijiet għall-kategoriji tal-kostijiet a) sa d) għandha tkun ibbażata fuq is-suq u għandha tkun koerenti fir-rigward tal-lokalità u taż-żmien. Il-kostijiet għandhom ikunu espressi bħala kostijiet reali, eskluża l-inflazzjoni. Il-kostijiet għandhom jiġu vvalutati fil-livell tal-pajjiż. |
(4) |
Meta jiġi ddeterminat il-kost globali ta’ miżura/pakkett/varjant, dawn li ġejjin jistgħu jitħallew barra:
Il-kostijiet l-oħra kollha jeħtieġ li jitqiesu kompletament għall-kalkolu tal-kostijiet globali. |
(5) |
Il-valur residwu għandu jiġi ddeterminat b’deprezzament lineari tal-kost tal-investiment inizjali jew tas-sostituzzjoni ta’ element tal-bini partikolari sa tmiem il-perjodu tal-kalkolu skontat għall-bidu tal-perjodu tal-kalkolu. Iż-żmien tad-deprezzament jiġi ddeterminat mill-ħajja ekonomika tal-bini jew tal-element tal-bini. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-valuri residwi tal-elementi tal-bini jiġu korretti għall-kost li jitneħħew mill-bini fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini. |
(6) |
Il-kostijiet tar-rimi, jekk dan ikun applikabbli, għandhom jiġu skontati u jistgħu jitnaqqsu sal-valur finali. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-ewwel jiġu skontati lura mill-ħajja ekonomika stmata sa tmiem il-perjodu tal-kalkolu u sussegwentement skontati lura sal-bidu tal-perjodu tal-kalkolu. |
(7) |
Fi tmiem il-perjodu tal-kalkolu, il-kostijiet tar-rimi (jekk dan ikun applikabbli) jew il-valur residwu tal-komponenti u tal-elementi tal-bini jitqiesu sabiex jiġu ddeterminati l-kostijiet finali tul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini. |
(8) |
L-Istati Membri għandhom jużaw perjodu tal-kalkolu ta’ 30 sena għall-bini residenzjali u pubbliku, u perjodu tal-kalkolu ta’ 20 sena għall-bini kummerċjali u mhux residenzjali. |
(9) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw l-Anness A tal-EN 15459 dwar id-dejta ekonomika għall-elementi tal-bini meta jiddefinixxu l-ħajjiet ekonomiċi stmati għal dawk l-elementi tal-bini. Jekk għall-elementi tal-bini jiġu stabbiliti ħajjiet ekonomiċi stmati oħrajn, dawn għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni bħala parti mir-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-livell nazzjonali ċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat ta’ bini. |
4.3. Il-kalkolu tal-kostijiet globali għal kalkolu finanzjarju
(1) |
Meta jiġi ddeterminat il-kost globali ta’ miżura/pakkett/varjant għall-kalkolu finanzjarju, il-prezzijiet rilevanti li għandhom jiġu kkunsidrati huma l-prezzijiet imħallsa mill-klijent, inklużi t-taxxi kollha applikabbli, fosthom il-VAT u l-imposti. Idealment anki s-sussidji disponibbli għall-varjanti/pakketti/miżuri differenti għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu, imma l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jħallu s-sussidji fil-ġenb, filwaqt li f’dak il-każ, madankollu, jiżguraw li kemm is-sussidji kif ukoll l-iskemi ta’ appoġġ għat-teknoloġiji, imma anki possibbilment is-sussidji eżistenti għall-prezzijiet tal-enerġija jitneħħew. |
(2) |
Il-kostijiet globali għall-bini u għall-elementi tal-bini għandhom jiġu kkalkulati billi jingħaddu flimkien it-tipi differenti ta’ kostijiet u fir-rigward tagħhom tiġi applikata r-rata ta’ skont permezz ta’ fattur ta’ skont sabiex dawn ikunu espressi f’termini ta’ valur fis-sena tal-bidu, flimkien mal-valur residwu skontat kif ġej:
fejn:
bħala:
Fejn p tfisser l-għadd ta’ snin mill-perjodu tal-bidu u r tfisser ir-rata ta’ skont reali. |
(3) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-rata ta’ skont li għandha tintuża fil-kalkolu finanzjarju wara li jkunu wettqu analiżi tas-sensittività fuq mill-inqas żewġ rati differenti tal-għażla tagħhom. |
4.4. Il-kalkolu tal-kostijiet globali għall-kalkolu makroekonomiku
(1) |
Meta jiġi ddeterminat il-kost globali għall-kalkolu makroekonomiku ta’ miżura/pakkett/varjant, il-prezzijiet rilevanti li għandhom jiġu kkunsidrati huma l-prezzijiet esklużi t-taxxi, il-VAT, l-imposti u s-sussidji kollha applikabbli. |
(2) |
Meta jiġi ddeterminat il-kost globali fil-livell makroekonomiku ta’ miżura/pakkett/varjant, flimkien mal-kategoriji tal-kostijiet elenkati taħt 4.1. għandha tiġi inkluża kategorija ġdida ta’ kostijiet, jiġifieri l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, sabiex il-metodoloġija aġġustata tal-kostijiet globali tkun taqra kif ġej:
Fejn: C c, i(j) tfisser il-kost tal-karbonju għal miżura jew għal sett ta’ miżuri j matul sena i |
(3) |
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-kost kumulattiv tal-karbonju tal-miżuri/pakketti/varjanti tul il-perjodu tal-kalkolu billi jieħdu s-somma tal-emissjonijiet annwali tal-gassijiet serra mmultiplikata bil-prezzijiet mistennija għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’kull sena maħruġa, bl-użu ta’ limitu minimu inferjuri inizjalment ta’ mill-inqas EUR 20 għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 sal-2025, EUR 35 sal-2030 u EUR 50 wara l-2030 f’konformità max-xenarji attwali tal-Kummissjoni tal-prezzijiet previsti tal-karbonju tal-ETS (imkejla fi prezzijiet reali u kostanti skont il-valur tal-euro fl-2008, li għandhom jiġu adattati skont id-dati u l-metodoloġija tal-kalkolu magħżula). Ix-xenarji aġġornati għandhom jiġu kkunsidrati kull darba li titwettaq analiżi tal-kalkoli kostottimali. |
(4) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-rata ta’ skont li għandha tintuża fil-kalkolu makroekonomiku wara li jkunu wettqu analiżi tas-sensittività fuq mill-inqas żewġ rati differenti, u waħda minnhom għandha tkun 3 %, espressa f’termini reali. |
5. IT-TWETTIQ TA’ ANALIŻI TAS-SENSITTIVITÀ GĦAD-DEJTA TAD-DĦUL TAL-KOSTIJIET INKLUŻI L-PREZZIJIET TAL-ENERĠIJA
L-għan tal-analiżi tas-sensittività huwa li tidentifika l-iktar parametri importanti ta’ kalkolu kostottimali. L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tas-sensittività fuq ir-rati ta’ skont billi jużaw mill-inqas żewġ rati ta’ skont, kull waħda espressa f’termini reali għall-kalkolu makroekonomiku u żewġ rati għall-kalkolu finanzjarju. Waħda mir-rati ta’ skont li għandha tintuża għall-analiżi tas-sensittività għall-kalkolu makroekonomiku għandha tkun ta’ 3 %, espressa f’termini reali. L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tas-sensittività fuq ix-xenarji tal-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija għat-trasportaturi kollha tal-enerġija użati b’mod sinifikanti fil-bini fil-kuntest nazzjonali tagħhom. Huwa rrakkomandat li l-analiżi tas-sensittività tiġi estiża anki għal dejta tad-dħul oħra kruċjali.
6. ID-DERIVAZZJONI TA’ LIVELL KOSTOTTIMALI TAR-RENDIMENT ENERĠETIKU GĦAL KULL BINI TA’ REFERENZA
(1) |
Għal kull bini ta’ referenza, l-Istati Membri għandhom jipparagunaw ir-riżultati tal-kost globali kkalkulati għall-miżuri differenti tal-effiċjenza enerġetika u għall-miżuri differenti bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-pakketti/varjanti ta’ dawk il-miżuri. |
(2) |
F’każijiet fejn l-eżitu tal-kalkoli kostottimali jagħti l-istess kostijiet globali għal livelli differenti ta’ rendiment enerġetiku, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw f’użu inqas tal-enerġija primarja bħala l-bażi għall-paragun mar-rekwiżiti minimi eżistenti tar-rendiment enerġetiku. |
(3) |
Ladarba tittieħed deċiżjoni dwar jekk huwiex il-kalkolu makroekonomiku jew dak finanzjarju li għandu jsir il-parametru referenzjarju nazzjonali, għandhom jiġu kkalkulati l-medji tal-livelli kostottimali kkalkulati tar-rendiment enerġetiku għall-binjiet ta’ referenza kollha użati, meħuda flimkien, sabiex jiġu pparagunati mal-medji tar-rekwiżiti eżistenti tar-rendiment enerġetiku għall-istess binjiet ta’ referenza. Ir-raġuni għal dan huwa sabiex ikun jista’ jsir il-kalkolu tad-differenza bejn ir-rekwiżiti eżistenti tar-rendiment enerġetiku u l-livelli kostottimali kkalkulati. |
ANNESS II
Informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija stmati fuq perjodu ta’ żmien twil
Għall-kalkoli tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jqisu x-xejriet tal-iżviluppi stmati fil-prezzijiet tal-karburanti u tal-elettriku kif inhu pprovdut mill-Kummissjoni Ewropea fuq bażi aġġornata darbtejn fis-sena. Dawn l-aġġornamenti huma disponibbli fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/energy/observatory/trends_2030/index_en.htm
Dawn ix-xejriet jistgħu jiġu estrapolati lil hinn mill-2030 sakemm isiru disponibbli stimi fuq perjodu ta’ żmien itwal.
Informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-karbonju stmati fuq perjodu ta’ żmien twil
Għall-kalkoli makroekonomiċi tagħhom, l-Istati Membri huma mitluba jużaw bħala limitu minimu inferjuri l-prezzijiet previsti tal-karbonju tal-ETS fix-xenarju ta’ referenza tal-Kummissjoni sal-2050, fejn tiġi preżunta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti imma mhux id-dekarbonizzazzjoni (l-ewwel linja tat-tabella ta’ hawn taħt): Il-previżjonijiet attwalmant jassumu prezz għal kull tunnellata ta’ EUR 20 sal-2025, ta’ EUR 35 sal-2030 u ta’ EUR 50 wara l-2030, imkejla fi prezzijiet reali u kostanti skont il-valur tal-euro fl-2008, li għandu jiġu adattat skont id-dati tal-kalkolu u l-metodoloġija magħżula (ara t-tabella ta’ hawn taħt). Xenarji aġġornati dwar il-prezzijiet tal-karbonju kif ipprovduti mill-Kummissjoni għandhom jitqiesu kull darba li titwettaq analiżi tal-kalkoli kostottimali.
L-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-karbonju |
2020 |
2025 |
2030 |
2035 |
2040 |
2045 |
2050 |
Referenza (azzjoni frammentata, prezzijiet ta’ referenza tal-karburanti fossili) |
16,5 |
20 |
36 |
50 |
52 |
51 |
50 |
Tekn. Effett. (azzjoni gloali, prezzijiet baxxi tal-karburanti fossili) |
25 |
38 |
60 |
64 |
78 |
115 |
190 |
Tekn. Effett. (azzjoni frammentata, prezzijiet ta’ referenza tal-karburanti fossili) |
25 |
34 |
51 |
53 |
64 |
92 |
147 |
Sors: Anness 7.10 ta’ http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SEC:2011:0288:FIN:EN:PDF |
ANNESS III
Il-mudell tar-rappurtar li l-Istati Membri jistgħu jużaw għar-rappurtar lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament
1. BINJIET TA’ REFERENZA
1.1. Irrapporta dwar il-bini ta’ referenza għall-kategoriji tal-bini kollha u dwar kif dawn huma rappreżentattivi tal-istokk tal-bini billi tuża t-Tabella 1 (bini eżistenti) u t-Tabella 2 (bini ġdid). L-informazzjoni addizzjonali tista’ tiġi miżjuda f’anness.
1.2. Agħti d-definizzjoni tar-referenza tal-erja tal-art użata fil-pajjiż tiegħek u kif din tiġi kkalkulata.
1.3. Jekk jogħġbok elenka l-kriterji tal-għażla użati sabiex jiġi ddefinit kull bini ta’ referenza (kemm ġdid kif ukoll eżistenti): eż. analiżi statistika bbażata fuq l-użu, l-età, il-ġeometrija, iż-żoni klimatiċi, l-istrutturi tal-kostijiet, il-materjal ta’ kostruzzjoni eċċ., fejn tintroduċi wkoll il-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa u ta’ barra, u l-lokalità ġeografika.
1.4. Jekk jogħġbok indika jekk il-bini ta’ referenza tiegħek huwiex bini ta’ turija, bini virtwali, eċċ.
1.5. Jekk jogħġbok indika s-sett tad-dejta sottostanti għall-istokk tal-bini nazzjonali
Tabella 1
Il-bini ta’ referenza għall-bini eżistenti (rinnovazzjoni maġġuri)
Għal bini eżistenti |
Ġeometrija tal-bini (1) |
Proporzjonijiet mill-erja tat-twieqi fuq l-involkru tal-bini u twieqi bla aċċess solari |
L-erja tal-art f’m2 kif użata fil-kodiċi tal-bini |
Deskrizzjoni tal-bini (2) |
Deskrizzjoni tat-teknoloġija tal-bini medja (3) |
Rendiment enerġetiku medju kWh/m2, a (qabel l-investiment) |
Rekwiżiti tal-livell tal-komponenti (valur tipiku) |
1) Bini għal familja waħda u s-sottokategoriji |
|||||||
Sottokategorija 1 |
|
|
|
|
|
|
|
Sottokategorija 2 eċċ. |
|
|
|
|
|
|
|
2) Blokki ta’ appartamenti u bini li jospitaw iktar minn familja waħda u s-sottokategoriji |
|||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
3) Bini għall-uffiċċji u s-sottokategoriji |
|||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
4) Kategoriji oħrajn ta’ bini mhux residenzjali |
|||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 2
Il-bini ta’ referenza għall-bini l-ġdid
Għal bini ġdid |
Ġeometrija tal-bini (4) |
Proporzjonijiet mill-erja tat-twieqi fuq l-involkru tal-bini u twieqi bla aċċess solari |
L-erja tal-art f’m2 kif użata fil-kodiċi tal-bini |
Rendiment enerġetiku tipiku kWh/m2, a |
Rekwiżiti tal-livell tal-komponenti |
1) Bini għal familja waħda u s-sottokategoriji |
|||||
Sottokategorija 1 |
|
|
|
|
|
Sottokategorija 2 eċċ. |
|
|
|
|
|
2) Blokki ta’ appartamenti u bini li jospitaw iktar minn familja waħda u s-sottokategoriji |
|||||
|
|
|
|
|
|
3) Bini għall-uffiċċji u s-sottokategoriji |
|||||
|
|
|
|
|
|
4) Kategoriji oħrajn ta’ bini mhux residenzjali |
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 3
Eżempju ta’ tabella bażika ta’ rappurtar għal dejta rilevanti għar-rendiment enerġetiku
|
Kwantità |
Unità |
Deskrizzjoni |
||||
Kalkolu |
metodu u għodda/għodod |
|
deskrizzjoni fil-qosor tal-metodu ta’ kalkolu adottat (eż. b’referenza għall-EN ISO 13790) u kkumment dwar l-għodda/għodod tal-kalkolu użata/i. |
||||
Fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja |
|
valuri tal-fatturi ta’ konverżjoni ta’ enerġija fornuta għal enerġija primarja (għal kull trasportatur tal-enerġija) użati għall-kalkolu. |
|||||
Kundizzjoni klimatika |
post |
|
isem il-belt b’indikazzjoni tal-latitudni u tal-lonġitudni. |
||||
heating degree-days |
|
HDD |
għandhom jiġu evalwati skont l-EN ISO 15927-6, fejn jiġi speċifikat il-perjodu tal-kalkolu. |
||||
cooling degree-days |
|
CDD |
|||||
sorsi tas-sett ta’ dejta klimatika |
|
ipprovdi referenzi dwar is-sett ta’ dejta klimatika użat għall-kalkolu. |
|||||
deskrizzjoni tat-terren |
|
eż. żona rurali, suburbana, urbana. Spjega jekk il-preżenza ta’ bini fil-qrib ġietx ikkunsidrata jew le. |
|||||
Ġeometrija tal-bini |
Tul × Wisa’ × Għoli |
|
m × m × m |
relatati mal-volum tal-arja msaħħna/ikkundizzjonata (EN 13790) u fejn id-dimensjoni orizzontali tal-faċċata orjentata lejn in-Nofsinhar tiġi kkunsidrata bħala t-“tul”. |
|||
għadd ta’ sulari |
|
— |
|
||||
proporzjon S/V (superfiċje għall-volum) |
|
m2/m3 |
|
||||
proporzjon tal-erja tat-twieqi fuq l-erja totali tal-involkru tal-bini |
In-Nofsinhar |
|
% |
|
|||
Il-Lvant |
|
% |
|
||||
It-Tramuntana |
|
% |
|
||||
Il-Punent |
|
% |
|
||||
orjentazzjoni |
|
° |
l-angolu tal-ażimut tal-faċċata li tħares lejn in-Nofsinhar (devjazzjoni mid-direzzjoni tan-Nofsinhar tal-faċċata orjentata lejn in-“Nofsinhar”). |
||||
Gwadanni interni |
utilizzazzjoni tal-bini |
|
skont il-kategoriji tal-bini proposti fl-Anness 1 għad-Direttiva 2010/31/UE. |
||||
gwadann termiku medju mill-okkupanti |
|
W/m2 |
|
||||
enerġija elettrika speċifika tas-sistema tad-dawl |
|
W/m2 |
enerġija elettrika totali tas-sistema tad-dawl kompluta tal-kmamar ikkundizzjonati (il-bozoz kollha + it-tagħmir ta’ kontroll tas-sistema tad-dawl). |
||||
enerġija elettrika speċifika tat-tagħmir elettriku |
|
W/m2 |
|
||||
Elementi tal-bini |
valur-U medju tal-ħitan |
|
W/m2K |
valur-U ppeżat tal-ħitan kollha: U_ħajt = (U_ħajt_1 · A_ħajt_1 + U_ħajt_2 · A_ħajt_2 + … + U_ħajt_n · A_ħajt_n)/(A_ħajt_1 + A_ħajt_2 + … + A_ħajt_n); dawn huma: U_ħajt_i = valurU tat-tip ta’ ħajt i; A_ħajt_i = superfiċje totali tat-tip ta’ ħajt i |
|||
valur-U medju tas-saqaf |
|
W/m2K |
simili għall-ħitan. |
||||
valur-U medju tal-kantina |
|
W/m2K |
simili għall-ħitan. |
||||
valur-U medju tat-twieqi |
|
W/m2K |
simili għall-ħitan; għandu jitqies l-pont termiku dovut għall-qafas u għad-diviżuri (skont l-EN ISO 10077-1). |
||||
pontijiet termiċi |
tul totali |
|
m |
|
|||
trażmittanza termika lineari medja |
|
W/mK |
|
||||
kapaċità termika għal kull unità ta’ erja |
ħitan esterni |
|
J/m2K |
għandhom jiġu evalwati skont EN ISO 13786. |
|||
ħitan interni |
|
J/m2K |
|||||
knaten |
|
J/m2K |
|||||
tip ta’ sistemi ta’ li jipprovdu d-dell |
|
eż. tendina solari, xaters li jitremblu ‘l fuq (roll-up shutter), purtiera, eċċ. |
|||||
valur-g medju ta’ |
ħġieġ (glazing) |
|
— |
trażmittanza totali tal-enerġija solari tal-ħġieġ (għal radjazzjoni perpendikulari għall-ħġieġ), hawnhekk: valur ippeżat skont l-erja tat-twieqi differenti (li għandha tiġi evalwata skont EN 410) |
|||
ħġieġ + sistemi li jipprovdu d-dell |
|
— |
trażmittanza totali tal-enerġija solari għall-ħġieġ u apparat estern għall-protezzjoni solari għandhom jiġu evalwati skont EN 13363-1/-2 |
||||
Rata ta’ infiltrazzjoni (bidliet fl-arja fis-siegħa) |
|
1/h |
eż. ikkalkulata għal differenza fil-pressjoni fuq ġewwa/barra ta’ 50 Pa |
||||
Sistemi tal-bini |
sistema ta’ ventilazzjoni |
bidliet fl-arja fis-siegħa |
|
1/h |
|
||
effiċjenza tal-irkupru tas-sħana |
|
% |
|
||||
effiċjenzi tas-sistema ta’ tisħin |
ġenerazzjoni |
|
% |
għandhom jiġu evalwati skont l-EN 15316-1, EN 15316-2-1, EN 15316-4-1, EN 15316-4-2, EN 15232 EN 14825, EN 14511 |
|||
distribuzzjoni |
|
% |
|||||
emissjoni |
|
% |
|||||
kontroll |
|
% |
|||||
effiċjenzi tas-sistema tat-tkessiħ |
ġenerazzjoni |
|
% |
għandhom jiġu evalwati skont EN 14825, EN 15243, EN 14511, EN 15232 |
|||
distribuzzjoni |
|
% |
|||||
emissjoni |
|
% |
|||||
kontroll |
|
% |
|||||
effiċjenzi tas-sistema tal-ilma sħun domestiku (DHW) |
ġenerazzjoni |
|
% |
għandhom jiġu evalwati skont EN 15316-3-2, EN 15316-3-3. |
|||
distribuzzjoni |
|
% |
|||||
Punti Stabbiliti u Skedi tal-Bini |
punt stabbilit tat-temperatura |
xitwa |
|
°C |
temperatura operattiva fuq ġewwa. |
||
sajf |
|
°C |
|||||
punt stabbilit tal-umdità |
xitwa |
|
% |
umdità relattiva fuq ġewwa, jekk applikabbli: “L-umdità għandha biss effett żgħir fuq is-sensazzjoni termali u fuq il-kwalità tal-arja pperċepita fil-kmamar ta’ okkupanza sedentarja” (EN 15251). |
|||
sajf |
|
% |
|||||
skedi u kontrolli tal-operazzjonijiet |
okkupanza |
|
ipprovdi kummenti jew referenzi (standards EN jew nazzjonali, eċċ.) dwar l-iskedi użati għall-kalkolu. |
||||
dawl |
|
||||||
tagħmir |
|
||||||
ventilazzjoni |
|
||||||
sistema ta’ tisħin |
|
||||||
sistema ta’ tkessiħ |
|
||||||
Ħtieġa/Użu ta’ enerġija tal-bini |
kontribuzzjoni enerġetika (termika) tal-istrateġiji passivi prinċipali implimentati |
|
|
kWh/a |
eż. serra solari, ventilazzjoni naturali, dawl ta’ matul il-jum, eċċ. |
||
|
|
kWh/a |
|||||
|
|
kWh/a |
|||||
ħtieġa ta’ enerġija għat-tisħin |
|
kWh/a |
sħana li għandha titwassal fi jew tiġi estratta minn spazju kkundizzjonat sabiex jinżammu l-kundizzjonijiet tat-temperatura mixtieqa matul perjodu ta’ żmien partikolari. |
||||
ħtieġa ta’ enerġija għat-tkessiħ |
|
kWh/a |
|||||
ħtieġa ta’ enerġija għad-DHW |
|
kWh/a |
sħana li għandha titwassal għall-ammont meħtieġ ta’ ilma sħun domestiku sabiex togħla t-temperatura tiegħu mit-temperatura kiesħa tan-netwerk għat-temperatura tat-twassil iffissata minn qabel fil-punt ta’ twassil. |
||||
ħtieġa ta’ enerġija għal finijiet oħrajn (umidifikazzjoni, deumidifikazzjoni) |
|
kWh/a |
sħana latenti fil-fwar tal-ilma li għandha titwassal fi jew tiġi estratta minn spazju kkundizzjonat minn sistema teknika użata fil-bini sabiex tinżamm umdità minima jew massima speċifikata fl-ispazju (jekk ikun applikabbli). |
||||
użu ta’ enerġija għall-ventilazzjoni |
|
kWh/a |
input ta’ enerġija elettrika fis-sistema ta’ ventailazzjoni għat-trasport tal-arja u għall-irkupru tas-sħana (mhux inkluż l-input tal-enerġija għat-tisħin minn qabel tal-arja) u l-input tal-enerġija fis-sistemi ta’ umidifikazzjoni sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa għal umidifikazzjoni. |
||||
użu ta’ enerġija għad-dawl intern |
|
kWh/a |
input tal-enerġija elettrika fis-sistema tad-dawl u f’tagħmir/sistemi oħrajn. |
||||
użu ta’ enerġija għal finijiet oħrajn (tagħmir, dawl estern, sistemi awżilarji, eċċ.) |
|
kWh/a |
|||||
Ġenerazzjoni ta’ enerġija fis-sit tal-bini |
enerġija termika mir-RES (eż. kolletturi solari termali) |
|
kWh/a |
enerġija minn sorsi rinnovabbli (li ma jinħlewx bl-estrazzjoni, bħall-enerġija solari, ir-riħ, l-enerġija mill-ilma, il-bijomassa mġedda) jew bil-koġenerazzjoni. |
|||
enerġija elettrika ġġenerata fil-bini u użata fuq il-post |
|
kWh/a |
|||||
enerġija elettrika ġġenerata fil-bini u esportata lejn is-suq |
|
kWh/a |
|||||
Konsum ta’ enerġija |
enerġija fornuta |
elettriku |
|
kWh/a |
enerġija, espressa għal kull trasportatur tal-enerġija, ipprovduta lis-sistemi tekniċi użati fil-bini permezz tal-konfini tas-sistema, sabiex jiġu ssodisfati l-użi meqjusa (tisħin, tkessiħ, ventilazzjoni, ilma sħun domestiku, dawl, tagħmir, eċċ.). |
||
karburant fossili |
|
kWh/a |
|||||
oħrajn (bijomassa, tisħin/tkessiħ distrettwali, eċċ.) |
|
kWh/a |
|||||
enerġija primarja |
|
kWh/a |
enerġija li ma kienet soġġetta għall-ebda proċess ta’ konverżjoni jew ta’ trasformazzjoni |
||||
|
|
|
|
2. L-GĦAŻLA TAL-VARJANTI/MIŻURI/PAKKETTI
2.1. Irrapporta f’forma tabulari l-karatteristiċi tal-varjanti/miżuri/pakketti magħżula li qed jiġu applikati għall-kalkolu kostottimali. Jekk jogħġbok ibda bl-iktar teknoloġiji u soluzzjonijiet komuni u mbagħad semmi dawk iktar innovattivi. Jekk ikun hemm evidenza minn kalkoli preċedenti li l-miżuri mhuma kostottimali xejn, ma trid timtela l-ebda tabella imma dan għandu jiġi rapportat separatament lill-Kummissjoni. Jista’ jintuża l-format ta’ hawn taħt, imma jekk jogħġbok innota li l-eżempji elenkati huma purament illustrattivi.
Tabella 4
Tabella illustrattiva biex jiġu elenkati l-varjanti/miżuri magħżula
Kull kalkolu għandu jirreferi għall-istess livell ta’ kumdità. Pro forma kull varjant/pakkett/miżura għandu jipprovdi/għandha tipprovdi l-kumdità aċċettabbli. Jekk jitqiesu livelli differenti ta’ kumdità, il-bażi tal-paragun tintilef.
Miżura |
Każ ta’ referenza |
Varjant 1 |
Varjant 2 |
Eċċ… |
Iżolament tas-saqaf |
|
|
|
|
Iżolament tal-ħitan |
|
|
|
|
Twieqi |
5.7 W/m2K (deskrizzjoni) |
2.7 W/m2K (deskrizzjoni) |
1.9 W/m2K (deskrizzjoni) |
|
Proporzjon tal-erja tat-twieqi mill-involkru kollu tal-bini |
|
|
|
|
Miżuri relatati mal-bini (massa termika, eċċ.) |
|
|
|
|
Sistema ta’ tisħin |
|
|
|
|
DHW |
|
|
|
|
Sistema ta’ ventilazzjoni (inkluża l-ventilazzjoni billejl) |
|
|
|
|
Sistema ta’ tkessiħ tal-ispazju |
|
|
|
|
Miżuri bbażati fuq RES |
|
|
|
|
Bidla tat-trasportatur tal-enerġija |
|
|
|
|
Eċċ. |
|
|
|
|
L-elenku tal-miżuri huwa purament illustrattiv.
Għall-involkru tal-bini: f’W/m2K
Għas-sistemi: l-effiċjenza
Jistgħu jintgħażlu diversi livelli ta’ titjib (pereżempju: valuri ta’ trażmittanza termika differenti għat-twieqi)
3. KALKOLU TAD-DOMANDA GĦALL-ENERĠIJA PRIMARJA TAL-MIŻURI
3.1. Valutazzjoni tar-Rendiment Enerġetiku
3.1.1. |
Irrapporta l-proċedura tal-kalkolu għall-valutazzjoni tar-rendiment enerġetiku li qed tiġi applikata fir-rigward tal-bini ta’ referenza u l-miżuri/varjanti adottati. |
3.1.2. |
Agħti referenzi għal-leġiżlazzjoni, għar-regolamentazzjoni, għall-istandards u għan-normi rilevanti. |
3.1.3. |
Niżżel il-perjodu tal-kalkolu (20 jew 30 sena), l-intervall tal-kalkolu (annwali, fix-xahar jew ta’ kuljum) u d-dejta klimatika użata għal kull bini ta’ referenza. |
3.2. Kalkolu tad-domanda għall-enerġija
3.2.1. |
Jekk jogħġbok irrapporta r-riżultati tal-kalkolu tar-rendiment enerġetiku għal kull miżura/pakkett/varjant għal kull bini ta’ referenza differenzjat/a għal mill-inqas il-ħtieġa ta’ enerġija għat-tisħin u għat-tkessiħ, l-użu tal-enerġija, l-enerġija fornuta u d-domanda għall-enerġija primarja. Niżżel ukoll l-iffrankar tal-enerġija. Tabella 5 It-tabella tar-riżultat tal-kalkolu tad-domanda għall-enerġija Jekk jogħġbok imla tabella waħda għal kull bini ta’ referenza u għal kull kategorija ta’ bini, għall-miżuri introdotti kollha.
Jekk jogħġbok imla tabella waħda għal kull bini ta’ referenza Ir-rappurtar jista’ jkun limitat għall-iktar miżuri/pakketti importanti imma għandu jiġi indikat kemm-il kalkolu twettaq b’kollox. Jekk ikun hemm evidenza minn kalkoli preċedenti li l-miżuri mhuma kostottimali xejn, ma trid timtela l-ebda tabella imma dan għandu jiġi rapportat separatament lill-Kummissjoni. |
3.2.2. |
Irrapporta s-sommarju tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja użati fil-pajjiż f’tabella separata. |
3.2.3. |
Indika l-enerġija fornuta għal kull trasportatur f’tabella addizzjonali. |
4. IL-KALKOLU TAL-KOST GLOBALI.
4.1. Ikkalkula l-kost globali għall kull varjant/pakkett/miżura billi tuża t-tabelli li ġejjin li jirreferu għal xenarju (ta’ prezz tal-enerġija) baxx, medju jew għoli. Il-kalkolu tal-kost għall-bini ta’ referenza għandu jitqiegħed bħala 100 %.
4.2. Irrapporta s-sors tal-iżvilupp fil-prezzijiet tal-enerġija applikat.
4.3. Irrapporta r-rata ta’ skont applikata għall-kalkolu finanzjarju u għall-kalkolu makroekonomiku u r-riżultat tal-analiżi tas-sensittività sottostanti fuq mill-inqas żewġ rati tal-imgħax differenti għal kull wieħed.
Tabella 6
Id-dejta tar-riżultati u l-kalkoli tal-kost globali
Jekk jogħġbok imla t-tabella għal kull bini ta’ referenza, fejn tużaha darba għall-kalkolu makroekonomiku u darba għall-kalkolu finanzjarju. Jekk jogħġbok niżżel id-dejta dwar il-kostijiet fil-munita nazzjonali.
Varjant/pakkett/Miżura kif mogħti/ja fit-Tabella 5 |
Kost tal-investiment inizjali (b’referenza għas-sena tal-bidu) |
Kost amministrattiv annwali |
Perjodu tal-kalkolu (5) 20, 30 sena |
Kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (għall-kalkolu makroekonomiku biss) |
Valur residwu |
Rata ta’ skont (rati differenti għall-kalkolu makroekonomiku u għal dak finanzjarju) |
Ħajja ekonomika stmata |
Kost tar-rimi (fejn applikabbli) |
Kost globali kkalkulat |
||
Kost annwali tal-manutenzjoni |
Kost operattiv |
|
Kost tal-enerġija skont il-karburant (6) Bix-xenarju tal-prezz medju tal-enerġija |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4.4. Jekk jogħġbok irrapporta l-parametri tad-dħul tiegħek li ntużaw għall-kalkolu tal-kost globali (eż. il-kost tax-xogħol, il-kost tat-teknoloġija, eċċ.)
4.5. Agħmel il-kalkolu fuq l-analiżi tas-sensittività għall-kostijiet prinċipali u għall-kostijiet tal-enerġija u r-rata ta’ skont applikata kemm għall-kalkolu makroekonomiku kif ukoll għal dak finanzjarju. Għal kull varjazzjoni tal-kost uża tabella separata bħat-Tabella ta’ hawn fuq.
4.6. Jekk jogħġbok indika l-kost preżunt tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-kalkoli makroekonomiċi.
5. IL-LIVELL KOSTOTTIMALI GĦALL-BINJIET TA’ REFERENZA
5.1. Irrapporta l-livell ekonomiku ottimali tar-rendiment enerġetiku fl-enerġija primarja (kWh/m2 fis-sena, jew jekk jiġi segwit approċċ fil-livell tas-sistemi, fl-unità rilevanti, eż. il-valur-U) għal kull każ b’rabta mal-binjiet ta’ referenza fejn tindika jekk il-livelli kostottimali ġewx ikkalkulati fil-livell makroekonomiku jew f’dak finanzjarju.
6. PARAGUN
6.1. Jekk id-differenza tkun waħda sinifikanti, jekk jogħġbok indika r-raġuni li tiġġustifika d-differenza u anki pjan bil-passi xierqa sabiex titnaqqas id-differenza jekk id-differenza ma tistax tiġi ġġustifikata (kompletament)
Tabella 7
It-tabella ta’ paragun kemm għall-bini l-ġdid kif ukoll għal dak eżistenti
Bini ta’ referenza |
Firxa/livell kostottimali (minn-sa) kWh/m2, a (għal approċċ fil-livell tal-komponenti fl-unità rilevanti) |
Rekwiżiti attwali għall-binjiet ta’ referenza kWh/m2, a |
Differenza |
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni tad-differenza: Pjan biex titnaqqas id-differenza mhux iġġustifikata: |
(1) S/V (superfiċje għall-volum), orjentazzjoni, erja tal-faċċata li tħares lejn it-Tramuntana/il-Punent/in-Nofsinhar/il-Lvant.
(2) materjal tal-kostruzzjoni, impermeabbiltà tipika għall-arja (kwalitattiv), xejra tal-użu (jekk ikun xieraq), età (jekk ikun xieraq).
(3) Sistemi tekniċi użati fil-bini, valuri-U tal-elementi tal-bini, twieqi — erja, valur-U, valur g, sistemi li jipprovdu d-dell (shading), sistemi passivi, eċċ.
(4) S/V, erja tal-faċċata li tħares lejn it-Tramuntana/il-Punent/in-Nofsinhar/il-Lvant. Innota: L-orjentazzjoni tal-bini diġà tista’ tikkostitwixxi minnha nfisha miżura ta’ effiċjenza enerġetika fil-każ ta’ bini ġdid.
(5) Għall-bini residenzjali u pubbliku għandhom jitqiesu 30 sena ta’ perjodu tal-kalkolu; għall-bini kummerċjali u mhux residenzjali, mill-inqas 20 sena.
(6) Irid jitqies l-effett tal-iżviluppi futuri (mistennija) fil-prezzijiet jekk dan jikkonċerna s-sostituzzjoni tal-komponenti waqt il-perjodu tal-kalkolu.
21.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/37 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 245/2012
tal-20 ta’ Marzu 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1187/2009 fir-rigward tal-esportazzjonjiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib lejn ir-Repubblika Dominikana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 170 u 171(1), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2) jistipula li, fil-kuntest tal-esportazzjoni tal-kwota tal-ħalib tat-trab miftuħa mir-Repubblika Dominikana, għandha tingħata prijorità lil prodotti li jinsabu taħt kodiċijiet speċifiċi tal-prodott fin-nomenklatura tar-rifużjoni tal-esportazzjoni. Din ir-restrizzjoni kienet introdotta sabiex ikun evitat għadd eċċessiv ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jista’ jirriżulta fi frammentazzjoni tas-suq u riskju f’telf mis-sehem tas-suq għall-esportaturi tal-Unjoni. |
(2) |
Il-kwantitajiet applikati għas-sena tal-kwota 2011/2012, kienu għall-ewwel darba inqas mill-kwantitajiet tal-kwota disponibbli. F’każ tal-kwantitajiet li jifdal, huwa xieraq li dawk il-kwantitajiet jiġu allokati lill-applikanti li huma interessati jirċievu kwantitajiet akbar minn dawk mitluba, sakemm il-garanzija tkun miżjuda kif xieraq. |
(3) |
Bil-ħsieb li fis-snin li ġejjin jintlaħaq l-użu massimu tal-kwota, huwa xieraq li jkun estiż l-ambitu tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-prodotti kollha koperti minn kwota tariffarja kif previst fil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Cariforum, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (3), li l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tiegħu ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/805/KE (4). Barra minn hekk, rigward il-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni, id-deroga stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 m’għandhiex tkun limitata biss għal prodotti li jappartjenu għall-istess kategorija tal-prodotti kif imsemmi fl-Anness I tiegħu, iżda għandha tkun estiża għal kwalunkwe prodott minn dawk koperti mill-kwota tariffarja. |
(4) |
Peress li r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni huma ffissati għal 0 mill-2008, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u għal-liċenzji għandhom juru l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda minflok il-kodiċijiet tal-prodotti fin-nomenklatura għar-rifużjonijiet. Id-dispożizzjonijiet relevanti għandhom għalhekk jiġu aġġustati skont dan. |
(5) |
Għall-finijiet tal-ġestjoni tajba, huwa neċessarju li l-Kummissjoni jkollha qabel il-31 ta’ Awwissu notifika dwar il-kwantità li għaliha jkunu nħarġu l-liċenzji. Min-naħa l-oħra, in-notifika dwar il-kwantitajiet allokati hija superfluwa u tista’ tiġi abolita. |
(6) |
L-Artikolu 28(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jistipula li l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni jkunu ammissibbli biss fejn l-applikanti jippreżentaw garanzija f’konformità mal-Artikolu 9 tiegħu. Għal din ir-raġuni, l-eċċezzjoni għall-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament stabbilita fl-Artikolu 33(1) tiegħu hija inkonsistenti. |
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 27(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu għall-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 0402 10, 0402 21 u 0402 29.” |
(2) |
Fl-Artikolu 28(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Biex ikunu ammissibbli, tista’ tiġi sottomessa applikazzjoni għal-liċenzja tal-esportazzjoni waħda biss għal kull kodiċi tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, u l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fl-istess ħin lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed.” |
(3) |
L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kapitolu I għandu japplika, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 7 u 10.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena tal-kwota 2012/2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.
(3) ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.
(4) ĠU L 289, 30.10.2008, p. 1.
21.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/39 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 246/2012
tal-20 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
139,1 |
JO |
64,0 |
|
MA |
49,0 |
|
TN |
98,4 |
|
TR |
98,3 |
|
ZZ |
89,8 |
|
0707 00 05 |
JO |
183,3 |
TR |
157,2 |
|
ZZ |
170,3 |
|
0709 91 00 |
EG |
76,0 |
ZZ |
76,0 |
|
0709 93 10 |
JO |
225,1 |
MA |
60,5 |
|
TR |
129,2 |
|
ZZ |
138,3 |
|
0805 10 20 |
EG |
51,8 |
IL |
76,4 |
|
MA |
51,2 |
|
TN |
57,9 |
|
TR |
68,9 |
|
ZZ |
61,2 |
|
0805 50 10 |
EG |
43,8 |
TR |
53,3 |
|
ZZ |
48,6 |
|
0808 10 80 |
AR |
89,5 |
BR |
82,5 |
|
CA |
125,0 |
|
CL |
101,6 |
|
CN |
103,4 |
|
MK |
31,8 |
|
US |
164,1 |
|
UY |
74,9 |
|
ZA |
119,9 |
|
ZZ |
99,2 |
|
0808 30 90 |
AR |
94,3 |
CL |
124,6 |
|
CN |
63,0 |
|
ZA |
91,6 |
|
ZZ |
93,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
21.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/41 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 247/2012
tal-20 ta’ Marzu 2012
dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Marzu 2012 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
(2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u s-7 ta’ Marzu 2012 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u s-7 ta’ Marzu 2012 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 0,385109 %.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.
21.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/42 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 248/2012
tal-20 ta’ Marzu 2012
li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (‘ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS’) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru/i tal-ordni 09.4318 ġew sospiżi mid-19 ta’ Jannar 2012 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2012 (UE) Nru 41/2012 li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni għall-prodotti fis-settur taz-zokkor li jaqgħu taħt ċerti kwoti tariffarji (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009. |
(2) |
Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sospensjoni stipulata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 41/2012 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru/i tal-ordni 09.4318 mid-19 ta’ Jannar 2012 qed tiġi irtirata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.
(3) ĠU L 16, 19.1.2012, p. 40.