ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.077.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
16 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 225/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jqiegħdu fis-suq, għall-użu fl-għalf, prodotti li ġejjin miż-żjut veġetali u xaħmijiet imħallta u dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-ittestjar għad-diossina taż-żjut, xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 226/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1730/2006 fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-użu tal-aċidu benżojku (detentur tal-awtorizzazzjoni Emerald Kalama Chemical BV) ( 1 )

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 227/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30117) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali ( 1 )

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 228/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 229/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2012

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 230/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/151/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2012 li teleġġi lill-President tal-Kunsill Ewropew

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/152/PESK tal-15 ta' Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

18

 

 

2012/153/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Marzu 2012 dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/3)

19

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2012/154/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u fl-ikel ( 1 )

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 225/2012

tal-15 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jqiegħdu fis-suq, għall-użu fl-għalf, prodotti li ġejjin miż-żjut veġetali u xaħmijiet imħallta u dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-ittestjar għad-diossina taż-żjut, xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 27 (b) u (f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 jistipula regoli ġenerali dwar l-iġjene tal-għalf, il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti biex jiġi assigurat li l-kundizzjonijiet tal-ipproċessar għall-imminimizzar u l-kontroll tal-perikli potenzjali jkunu rispettati. L-istabbilimenti kummerċjali tal-għalf għandhom ikunu rreġistrati mal-awtorità kompetenti jew approvati minnha. Barra minn dan, l-operaturi kummerċjali tal-għalf li jinsabu aktar ‘l isfel fil-katina tal-għalf għandhom l-obbligu li jixtru għalf biss minn stabbilimenti li huma rreġistrati jew approvati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf (2) jistipula li l-għalf li jitqiegħed fis-suq għandu jkun sikur u ttikkettat b’mod ċar x’tip ta’ għalf hu. Barra minn dan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (3) jelenka deskrizzjonijiet għal materjali speċifiċi tal-għalf li għandhom jintużaw għal skopijiet tal-ittikkettar.

(3)

Il-mod ta’ kif dawn ir-rekwiżiti jirrelataw ma’ xulxin għandu jassigura li jkun hemm traċċabbiltà u livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur fil-katina tal-għalf u tal-ikel.

(4)

Il-kontrolli uffiċjali u l-kontrolli li twettqu mill-operaturi kummerċjali tal-għalf urew li ċerti żjut u xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom li mhumiex maħsuba għall-użu fl-għalf intużaw bħala materjali tal-għalf u dan irriżulta f’għalf li qabeż il-livelli massimi tad-diossina stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (4). B’konsegwenza ta’ dan, l-ikel li ġej mill-annimali li ngħataw għalf ikkontaminat jista’ jkun ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, l-irtirar mis-suq tal-ikel u l-għalf ikkontaminat jista’ jwassal għal telf finanzjarju.

(5)

Biex titjieb l-iġjene tal-għalf u mingħajr ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu (10)2 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, l-istabbilimenti li għadhom jipproċessaw żjut veġetali mhux irfinuti, u li jimmanifatturaw prodotti li ġejjin miż-żjut ta’ oriġini veġetali u xaħmijiet imħallta, għandu jkollhom approvazzjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament ġaladarba dawn il-prodotti ikunu maħsuba għall-użu fl-għalf.

(6)

Għandu jkun hemm rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, l-ittikkettar, il-ħażna u t-trasport ta’ dawn il-materjali tal-għalf sabiex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tas-sistemi bbażati fuq l-Analiżi tal-Perikli u l-Punti Kritiċi ta’ Kontroll (HACCP).

(7)

Monitoraġġ riinfurzat tad-diossina jiffaċilita d-detezzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ konformità u l-infurzar tal-liġi dwar l-għalf. Huwa neċessarju li l-operaturi kummerċjali tal-għalf ikunu obbligati li jittestjaw ix-xaħmijiet, iż-żjut u l-prodotti li ġejjin minnhom għad-diossina u PCBs li jixbhu lid-diossina sabiex jitnaqqas ir-riskju li prodotti kkontaminati jibdew jagħmlu parti mill-katina tal-ikel, u b’hekk jappoġġaw l-istrateġija biex jitnaqqas l-esponiment taċ-ċittadini tal-UE għad-diossina. Ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tad-diossina għandu jkun ir-raġuni li abbażi tagħha jitwaqqaf pjan ta’ monitoraġġ. Ir-responsabbiltà li fis-suq jitqiegħed għalf sikur hija tal-operaturi kummerċjali tal-għalf. Għaldaqstant, huma għandhom iġarrbu l-ispejjeż kollha għall-analiżi. Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi li ma jinsabux f’dan ir-Regolament għandhom jibqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri. Barra minn dan, l-Istati Membri huma mħeġġa jiffokaw fuq il-kontrolli tal-operaturi kummerċjali tal-għalf li ma jagħmlux parti mill-kamp tal-applikazzjoni tal-monitoraġġ tad-diossina imma li jiksbu l-prodotti msemmija hawn fuq.

(8)

Is-sistema tal-monitoraġġ ibbażata fuq ir-riskju obbligatorju ma għandhiex taffettwa l-obbligu tal-operatur kummerċjali tal-għalf li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-għalf. Din għandha tkun integrata fi prassi tajbin dwar l-iġjene u s-sistema bbażata fuq l-HACCP. Dan għandu jiġi vverifikat mill-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-operatur kummerċjali tal-għalf. Ir-reviżjoni regolari tal-operatur tal-istima ta’ riskju tiegħu stess għandha tikkunsidra s-sejbiet tal-monitoraġġ tad-diossina.

(9)

Il-laboratorji li jwettqu analiżi tad-diossina għandhom ikunu obbligati li jirrappurtaw ir-riżultati li jaqbżu l-limiti massimi permessi stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE mhux biss lill-operatur kummerċjali tal-għalf imma wkoll lill-awtorità kompetenti sabiex titjieb it-trasparenza; dan l-obbligu ma jeżentax lill-operatur kummerċjali tal-għalf mill-obbligu tiegħu li jinforma lill-awtorità kompetenti.

(10)

Għandha ssir reviżjoni wara sentejn sabiex tiġi vverifikata l-effettività tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ obbligatorju tad-diossina u l-integrazzjoni tiegħu fis-sistema tal-HACCP tal-operaturi kummerċjali tal-għalf.

(11)

Għandu jkun hemm biżżejjed żmien biex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi kummerċjali tal-għalf ikollhom il-possibbiltà li jadattaw irwieħhom għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mis-16 ta' Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 159, 17.6.2011, p. 25.

(4)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.


ANNESS

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Din it-taqsima li ġejja qiegħda tiddaħħal wara t-titolu tal-Anness II:

“DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘lott’ tfisser kwantità identifikabbli ta’ għalf li ġiet iddikjarata li għandha karatteristiċi komuni, bħal ma huma l-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ mballaġġ, minn ippakkjaha, il-konsenjatur jew l-ittikkettar, u fil-każ ta’ proċess tal-produzzjoni, unità ta’ produzzjoni minn impjant wieħed bl-użu ta’ parametri tal-produzzjoni uniformi jew numru ta’ tali unitajiet, meta jkunu prodotti f’ordni kontinwu u maħżuna flimkien;

(b)

‘prodotti li ġejjin minn żjut veġetali’ tfisser kull prodott li ġej minn żjut veġetali mhux irfinuti jew irkuprati permezz tal-ipproċessar oleokimiku jew biodiżil jew distillazzjoni, irfinar kimiku jew fiżiku, minbarra ż-żejt irfinat;

(c)

‘taħlit tax-xaħmijiet’ tfisser it-taħlit taż-żjut mhux irfinuti, żjut irfinuti, xaħmijiet tal-annimali, żjut irkuprati mill-industrija tal-ikel u/jew prodotti li ġejjin minnhom biex jipproduċu żejt jew xaħam imħallat, bl-eċċezzjoni biss tal-ħażna ta’ lottijiet konsekuttivi.”

(2)

Il-punt li ġej qed jiżdied fit-taqsima “FAĊILITAJIET U TAGĦMIR”:

“10.

L-istabbilimenti li jwettqu waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin biex iqiegħdu fis-suq il-prodotti għall-użu fl-għalf għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni b’konformità mal-Artikolu 10(3):

(a)

l-ipproċessar taż-żejt veġetali mhux irfinat ħlief dawk li jagħmlu parti mill-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(b)

l-immanifatturar oleokimiku tal-aċidi xaħmija;

(c)

l-immanifatturar tal-biodiżil;

(d)

it-taħlit tax-xaħmijiet.”

(3)

Il-punti li ġejjin qegħdin jiżdiedu fit-taqsima “PRODUZZJONI”:

“7.

L-istabbilimenti li jħalltu x-xaħmijiet u li jqiegħdu fis-suq prodotti maħsuba għall-għalf għandhom jisseparaw fiżikament il-prodotti kollha maħsuba għall-għalf mill-prodotti maħsuba għal skopijiet oħra sakemm dawn il-prodotti tal-aħħar ma jkunux konformi:

mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u

mal-Anness I mad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

8.

L-ittikkettar tal-prodotti għandu jindika b’mod ċar jekk dawn humiex maħsuba għall-għalf jew għal skopijiet oħra. Jekk il-produttur jiddikjara li lott partikolari ta’ prodott mhuwiex maħsub għall-użu fl-għalf jew fl-ikel, din id-dikjarazzjoni ma tkunx tista’ tinbidel sussegwentament minn operatur fi stadju aktar tard tal-katina.

(*)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.”"

(4)

It-taqsima li ġejja qiegħda tiżdied wara t-taqsima “KONTROLL TAL-KWALITÀ”:

“MONITORAĠĠ TAD-DIOSSINA

1.

L-operaturi kummerċjali tal-għalf li jqiegħdu fis-suq xaħmijiet, żjut jew prodotti li ġejjin minnhom maħsuba għall-użu fl-għalf, inkluż l-għalf kompost, għandhom janalizzaw dawn il-prodotti f’laboratorji akkreditati għat-total tad-diossina u l-PCBs li jixbhu lid-diossina b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (**).

2.

Biex jissupplimentaw is-sistema ta’ HACCP tal-operatur kummerċjali tal-għalf, l-analiżi msemmija f’punt 1. għandhom jitwettqu minn tal-inqas bil-frekwenzi li ġejjin:

(a)

Il-proċessuri ta’ żjut veġetali mhux irfinuti:

(i)

għandhom jiġu analizzati 100 % tal-lottijiet ta’ żjut tal-ġewż tal-indi mhux irfinuti. Lott jista’ jkun magħmul minn massimu ta’ 1 000 tunnellata ta’ dawn il-prodotti;

(ii)

għandhom jiġu analizzati 100 % tal-lottijiet tal-prodotti li ġejjin minn żjut veġetali minbarra l-gliċerol, il-leċitina u l-gomom maħsuba għall-għalf. Lott jista’ jkun magħmul minn massimu ta’ 1 000 tunnellata ta’ dawn il-prodotti;

(b)

il-produtturi tax-xaħam tal-annimali:

analiżi rappreżentattiva waħda għal kull 2 000 tunnellata ta’ xaħam tal-annimali u prodotti li ġejjin minnhom li jagħmlu parti mill-kategorija 3, kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***);

(c)

l-operaturi taż-żejt tal-ħut:

(i)

għandhom jiġu analizzati 100 % tal-lottijiet taż-żejt tal-ħut jekk dan ikun prodott minn

prodotti li ġejjin minn żejt tal-ħut mhux irfinat minbarra ż-żejt tal-ħut irfinat;

setturi tas-sajt bl-ebda storja ta’ monitoraġġ, ta’ oriġini mhux speċifikata jew mill-Baħar Baltiku;

prodotti li ġejjin mill-ħut u magħmula minn stabbilimenti li jimmanifatturaw il-ħut għall-konsum mill-bniedem, liema stabbilimenti mhumiex approvati mill-UE;

stokkafixx jew menhaden;

lott jista’ jkun magħmul minn massimu ta’ 1 000 tunnellata ta’ żejt tal-ħut.

(ii)

għandhom jiġu analizzati 100 % tal-lottijiet ta’ prodotti li jkunu ħerġin u li ġejjin minn żejt tal-ħut mhux irfinat minbarra żejt tal-ħut irfinat. Lott jista’ jkun magħmul minn massimu ta’ 1 000 tunnellata ta’ dawn il-prodotti.

(iii)

għandha titwettaq analiżi rappreżentattiva għal kull 2 000 tunnellata, fir-rigward taż-żejt tal-ħut mhux imsemmi f’punt (i);

(iv)

iż-żejt tal-ħut dekontaminat minn trattament uffiċjalment approvat għandu jiġi analizzat skont il-prinċipji tal-HACCP b’konformità mal-Artikolu 6.

(d)

l-industrija oleokima u biodiżil:

(i)

għandhom jiġu analizzati 100 % tal-lottijiet li deħlin ta’ żjut tal-ġewż tal-indi u prodotti li ġejjin minn żjut veġetali minbarra l-gliċerol, il-leċitina u l-gomom, xaħmijiet tal-annimali mhux koperti minn (b), żejt tal-ħut mhux kopert minn (c), żjut irkuprati mill-industrija tal-ikel u xaħmijiet imħallta maħsuba għall-għalf. Lott jista’ jkun magħmul minn massimu ta’ 1 000 tunnellata ta’ dawn il-prodotti;

(ii)

għandhom jiġu analizzati 100 % tal-lottijiet ta’ prodotti li ġejjin mill-ipproċessar tal-prodotti msemmija f’(i) minbarra l-gliċerol, il-leċitina u l-gomom.

(e)

stabbilimenti li jħalltu x-xaħam:

(i)

għandhom jiġu analizzati 100 % tal-lottijiet li deħlin ta’ żjut tal-ġewż tal-indi u prodotti li ġejjin minn żjut veġetali minbarra l-gliċerol, il-leċitina u l-gomom, xaħmijiet tal-annimali mhux koperti minn (b), żejt tal-ħut mhux kopert minn (c), żjut irkuprati mill-industrija tal-ikel u xaħmijiet imħallta maħsuba għall-għalf. Lott jista’ jkun magħmul minn massimu ta’ 1 000 tunnellata ta’ dawn il-prodotti;

jew

(ii)

għandhom jiġu analizzati 100 % tal-lottijiet ta’ xaħmijiet imħallta maħsuba għall-għalf. Lott jista’ jkun magħmul minn massimu ta’ 1 000 tunnellata ta’ dawn il-prodotti;

L-operatur kummerċjali tal-għalf għandu jiddikjara lill-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-istima tar-riskju tiegħu liema alternattiva se jagħżel.

(f)

il-produtturi tal-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel minbarra dawk imsemmija fil-punt (e):

(i)

għandhom jiġu analizzati 100 % tal-lottijiet li deħlin ta’ żjut tal-ġewż tal-indi u prodotti li ġejjin minn żjut veġetali minbarra l-gliċerol, il-leċitina u l-gomom, xaħmijiet tal-annimali mhux koperti minn (b), żejt tal-ħut mhux kopert minn (c), żjut irkuprati mill-industrija tal-ikel u xaħmijiet imħallta maħsuba għall-għalf. Lott jista’ jkun magħmul minn massimu ta’ 1 000 tunnellata ta’ dawn il-prodotti;

(ii)

għandu jkun hemm teħid ta’ kampjuni b’frekwenza ta’ 1 % tal-lottijiet fir-rigward tal-għalf kompost immanifatturat li jinkludi fih prodotti msemmija f’(i).

3.

Jekk ikun jista’ jintwera li konsinna omoġenja hija akbar mid-daqs massimu ta’ lott skont il-punt 2. u li din itteħdilha kampjun b’mod rappreżentattiv, allura r-riżultati tal-analiżi tal-kampjun li ttieħed u ġie ssiġillat b’mod xieraq se jiġi kkunsidrat aċċettabbli.

4.

Fejn operatur kummerċjali tal-għalf juri li lott ta’ prodott jew il-komponenti kollha ta’ lott kif imsemmi fil-punt 2., li jkun(u) wasal/waslu għandu jkun(u) diġà ġie/ġew analizzat(i) fi stadju aktar bikri tal-produzzjoni, proċessar jew distribuzzjoni, jew hu(ma) f’konformità mar-rekwiżiti tal-punti 2. (b) jew (c)(iii) l-operatur kummerċjali tal-għalf ma għandux jibqa’ marbut bl-obbligu li janalizza dan il-lott and għandu janalizzah skont il-prinċipji ġenerali tal-HACCP f’konformità mal-Artikolu 6.

5.

Kull kunsinna ta’ prodotti kif imsemmi fil-punti 2. (d)(i), (e)(i) u (f)(i) għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li dawn il-prodotti jew il-komponenti kollha tagħhom ġew analizzati jew huma konformi mar-rekwiżiti tal-punti 2. (b) jew (c)(iii).

6.

Jekk il-lottijiet kollha li deħlin ta’ prodotti msemmija fil-punti 2. (d)(i), (e)(i) u (f)(i) li jaslu għall-proċess ta’ produzzjoni jkunu ġew analizzati skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jekk ikun jista’ jiġi assigurat li l-proċess ta’ produzzjoni, immaniġġar u ħażna ma jżidx il-kontaminazzjoni tad-diossina, l-operatur kummerċjali tal-għalf ma għandux jibqa’ marbut bl-obbligu li janalizza l-prodott finali u għandu janalizzah skont il-prinċipji ġenerali tal-HACCP b’konformità mal-Artikolu 6.

7.

Fejn operatur kummerċjali tal-għalf iqabbad laboratorju biex iwettaq analiżi, kif imsemmi fil-punt 1. hu għandu jagħti struzzjonijiet lil-laboratorju biex dan jikkomunika r-riżultati ta’ dik l-analiżi lill-awtorità kompetenti fil-każ li l-limiti tad-diossina stipulati fil-punti 1 u 2 tat-Taqsima V tal-Anness I mad-Direttiva 2002/32/KE jkunu nqabżu.

Fejn operatur kummerċjali tal-għalf iqabbad laboratorju li jinsab fi Stat Membru ieħor li huwa differenti minn dak tal-operatur kummerċjali tal-għalf li qiegħed jordna l-analiżi, hu għandu jagħti struzzjonijiet lil-laboratorju biex dan jirrapporta lill-awtorità kompetenti, li min-naħa tagħha għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsab l-operatur kummerċjali tal-għalf.

Jekk l-operaturi kummerċjali tal-għalf iqabbdu laboratorju li jinsab f’pajjiż terz, huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu. Għandha tiġi pprovduta evidenza li l-laboratorju jwettaq l-analiżi b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 152/2009.

8.

Ir-rekwiżiti għall-ittestjar tad-diossina għandhom jiġu riveduti mis-16 ta' Marzu 2014.

(**)  ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1."

(***)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.”"

(5)

Il-punt li ġej qed jiżdied fit-taqsima “ĦAŻNA U TRASPORT”:

“7.

Il-kontenituri li se jintużaw għall-ħażna jew għat-trasport ta’ xaħmijiet imħallta, żjut ta’ oriġini veġetali jew prodotti li ġejjin minnhom maħsuba għall-użu fl-għalf ma għandhom jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna ta’ prodotti oħrajn minbarra dawn sakemm il-prodotti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’

dan ir-Regolament jew l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, u

l-Anness I mad-Direttiva 2002/32/KE.

Huma għandhom jinżammu separati minn kwalunkwe merkanzija oħra fejn hemm ir-riskju ta’ kontaminazzjoni.

Fejn dan l-użu separat mhux possibbli, il-kontenituri għandhom jitnaddfu sew sabiex titneħħa kull traċċa tal-prodott jekk dawn il-kontenituri ntużaw qabel għal prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’

dan ir-Regolament jew l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, u

l-Anness I mad-Direttiva 2002/32/KE.

Ix-xaħmijiet tal-annimali tal-kategorija 3, kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, maħsuba għall-użu fl-għalf għandhom jinħażnu u jiġu trasportati b’konformità ma’ dan ir-Regolament.”



16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 226/2012

tal-15 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1730/2006 fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-użu tal-aċidu benżojku (detentur tal-awtorizzazzjoni Emerald Kalama Chemical BV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-preparazzjoni tal-aċidu benżojku, li tappartjeni għall-kategorija ta’ addittivi tal-“addittivi żootekniċi”, kienet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv tal-għalf għall-użu fil-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 (2) u għall-użu fil-ħnieżer għat-tismin bir-Regolament (KE) Nru 1138/2007 (3).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jibdel it-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf tal-ħnienes miftuma biex iħassar il-kondizzjoni li tirrigwarda l-inklużjoni ta’ dik il-preparazzjoni fl-għalf kompost permezz ta’ pretaħlita u jimmodifika l-kondizzjonijiet li jirrigwardaw l-għalf kumplimentari. L-applikazzjoni ntbagħtet flimkien mad-dejta ta' appoġġ rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha fis-6 ta’ Settembru 2011 (4) li ma hemmx raġuni għala għandha tibqa’ r-restrizzjoni tal-inklużjoni tal-preparazzjoni aċidu benżojku fl-għalf kompost permezz ta’ pretaħlitiet. Hija kkunsidrat ir-restrizzjonijiet dwar l-użu tal-addittiv fl-għalf kumplimentari stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1138/2007 bħala suffiċjenti u applikabbli għall-ħnienes miftuma.

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kienu sodisfatti.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1730/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1730/2006 huwa mibdul bit-test tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 9.

(3)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 8.

(4)  EFSA Journal 2011; 9(9):2358.


ANNESS

“ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut niedi ta' 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tar-rendiment: żieda fil-piż jew proporzjon taż-żieda fl-għalf)

4d210

Emerald Kalama Chemical BV

Aċidu benżojku

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu Benzojku (≥99,9 %)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċidu benzikarboksiliku, aċidu fenilkarboksiliku, aċidu, C7H6O2

numru CAS 65-85-0

Livell massimu f':

 

Aċidu ftaliku: ≤ 100 mg/kg

 

Bifenil: ≤ 100 mg/kg

 

Metodu analitiku  (1)

Kwantifikazzjoni tal-aċidu benzojku fl-addittiv tal-għalf: titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (European Pharmacopeia monograph 0066)

Kwantifikazzjoni tal-aċidu benzojku fil-pretaħlita u l-għalf: Kromatografija tal-likwidu tal-fażi maqluba bil-metodu tad-detezzjoni UV (RP-HPLC/UV) ibbażat fuq ISO9231:2008.

Ħnienes

(miftuma)

5 000

1.

It-taħlita ta’ sorsi differenti tal-aċidu benżojku ma għandhiex taqbeż il-livell massimu permess fl-għalf sħiħ ta’ 5 000  mg/kg għall-għalf sħiħ.

2.

Doża minima rakkomandata: 5 000  mg/kg tal-għalf komplet

3.

Għalf kumplimentari li fih aċidu benzojku ma jistax jiġi mitmugħ direttament lill-ħnienes miftuma, jekk ma jitħallatx sew ma’ materjali tal-għaf ieħor tar-razzjon ta’ kuljum.

4.

Għall-ħnienes li nfatmu sakemm jilħqu l-25 kg.

5.

Għal finijiet ta’ sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

14.12.2016


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta' hawn taħt tal-Laboratorju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx”.


16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 227/2012

tal-15 ta’ Marzu 2012

dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30117) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30117). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30117) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità"), fl-opinjoni tagħha tas-16 ta' Novembru 2011 (2), ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30117) ma għandhiex effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tal-preparazzjoni għandu l-potenzjal li jtejjeb il-produzzjoni tas-silage mill-foraġġi kollha billi jnaqqas il-pH u jżid il-preservazzjoni tal-materja. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30117) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi "addittivi teknoloġiċi" u mill-grupp funzjonali "addittivi tas-silage", hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2011; 9(12):2448.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU /kg ta' materja friska

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tas-silage

1k2083

Lactococcus lactis

(NCIMB 30117)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Lactococcus lactis (NCIMB 30117) li fiha minimu ta' 5×1010 CFU/g ta' addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactococcus lactis (NCIMB 30117)

 

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tferrigħ bl-użu ta' MSR agar (ISO 15214)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi tal-annimali kollha

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista' jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta użata ma' taħlita ta' mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silage: 1×108 CFU/kg ta' materjal frisk

3.

Għal finijiet ta’ sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

il-5 ta' April 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fis-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 228/2012

tal-15 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

51,1

JO

68,6

MA

57,8

TN

84,0

TR

97,9

ZZ

71,9

0707 00 05

JO

225,1

TR

174,9

ZZ

200,0

0709 91 00

EG

91,5

ZZ

91,5

0709 93 10

MA

64,2

TR

121,7

ZZ

93,0

0805 10 20

EG

53,0

IL

75,6

MA

65,8

TN

76,9

TR

62,9

ZZ

66,8

0805 50 10

EG

69,0

MA

69,1

TR

56,0

ZZ

64,7

0808 10 80

AR

89,5

BR

88,4

CA

119,9

CL

104,1

CN

115,1

MK

33,9

US

159,8

ZZ

101,5

0808 30 90

AR

95,3

CL

127,3

CN

47,7

ZA

91,4

ZZ

90,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 229/2012

tal-15 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Marzu 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Marzu 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

1.3.2012-14.3.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

241,57

195,02

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

309,02

299,02

279,02

Primjum tal-Golf

88,06

18,76

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

15,55  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 230/2012

tal-15 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 192/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 69, 8.3.2012, p. 13.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

42,21

0,00

1701 12 90  (1)

42,21

1,94

1701 13 10  (1)

42,21

0,00

1701 13 90  (1)

42,21

2,24

1701 14 10  (1)

42,21

0,00

1701 14 90  (1)

42,21

2,24

1701 91 00  (2)

49,75

2,54

1701 99 10  (2)

49,75

0,00

1701 99 90  (2)

49,75

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tal-1 ta’ Marzu 2012

li teleġġi lill-President tal-Kunsill Ewropew

(2012/151/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2009, b’Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/879/UE (1), is-Sur Herman VAN ROMPUY ġie elett President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Mejju 2012.

(2)

B’konformità mat-Trattat, id-detentur tal-mandat ta’ President tal-Kunsill Ewropew jista’ jerġa jiġi ri elett darba,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Herman VAN ROMPUY qiegħed b’dan jerġa’ jiġi ri elett President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2012 sat-30 ta’ Novembru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Herman VAN ROMPUY mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 48.


16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/152/PESK

tal-15 ta' Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1).

(2)

Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (2), b'reazzjoni għat-tħassib serju u dejjem aktar fil-fond tiegħu dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran.

(3)

F'dan il-kuntest, l-applikazzjoni ta' miżuri finanzjarji mmirati mill-fornituri ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati għandhom jiġu żviluppati iktar, b’konsistenza mad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“12.   Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu, huwa pprojbit li jiġu fornuti servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li huma użati għall-iskambju ta' data finanzjarja, lill-persuni u l-entitajiet indikati fil-paragrafu 1.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 19, 24.1.2012, p. 22.


16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/19


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Marzu 2012

dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika

(BĊE/2012/3)

(2012/153/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1 u 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari it-Taqsimiet 1.6, 6.3.1 u 6.3.2 ta’ Anness I tagħha,

Billi:

(1)

Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali prevalenti fis-swieq finanzjarji u d-diżordni fil-valutazzjoni normali mis-suq tat-titoli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni BĊE/2010/3 tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg (2) Din id-Deċiżjoni ssospendiet b’mod temporanju r-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikati fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal ċerti assi negozjabbli f’Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Id-Deċiżjoni BĊE/2012/2 (3) ħassret id-Deċiżjoni BĊE/2010/3 minħabba l-impatt negattiv fuq il-valutazzjonijiet tal-kreditu assenjati lil strumenti ta’ dejn bħal dawn mat-tnedija tal-offerta għall-iskambju tad-dejn fil-kuntest tal-involviment tas-settur privat għal detenturi ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg.

(2)

Fil-21 ta’ Lulju 2011, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-euro u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ħabbru miżuri biex jistabilizzaw il-finanzi pubbliċi Griegi, li kienu jinkludu l-impenn tagħhom li jtejbu l-kollateral biex tissaħħaħ il-kwalità ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi dan it-tisħiħ tal-kollateral għandu jsir mir-Repubblika Ellenika għall-benefiċċju tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi),

(3)

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi l-limitu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għandu jiġi sospiż fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika li huma koperti mit-tisħiħ tal-kollateral,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika

1.   L-użu, bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika li ma jissodisfawx ir-rekwiziti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikat fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal ċerti assi negozjabbli f’Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 filwaqt illi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà l-oħrajn speċifikati f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom ikunu kundizzjonali fuq il-provvista mir-Repubblika Ellenika lil BĊNi ta’ tisħiħ tal-kollateral f’forma ta’ skema ta’ riakkwist.

2.   L-istrumenti ta’ dejn negozzjabbli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu eliġibbli għad-dewmien tat-tisħiħ tal-kollateral.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Marzu 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 117, 11.5.2010, p. 102.

(3)  ĠU L 59, 1.3.2012, p. 36.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/20


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Marzu 2012

dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u fl-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/154/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1) tistipula li l-użu ta’ prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I tiegħu hu pprojbit.

(2)

Livell massimu ta’ 1 000 mg/kg ta’ skleroti tal-ergotina tas-segala (Claviceps purpurea) ġie stabbilit għall-għalf li fih ċereali mhux mitħun.

(3)

Il-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-ergotina bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem fid-19 ta’ April 2005 (2).

(4)

It-terminu ergotina jirreferi għall-istrutturi fungali mill-ispeċi Claviceps li jiżviluppaw minflok il-ġewwieni fuq l-iżbul tal-qamħ jew iż-żerriegħa fuq l-għata tal-ħaxix, u huma viżibbli bħala skleroti kbar b’kulur skur. Dawn l-iskleroti fihom klassijiet differenti ta’ alkalojdi, l-aktar prominenti huma l-ergometrina, l-ergotammina, l-ergosina, l-ergokristina, l-ergokriptina u l-ergokornina u l-ini relatati magħhom. L-ammont u x-xejra tossina jvarjaw bejn traċċi fungali, skont il-pjanta ospitatriċi, u r-reġjun ġeografiku.

(5)

Bħalissa, il-grad ta’ varjabilità fix-xejra tal-alkalojd tal-ergotina relatat mal-ispeċi fungali, id-distribuzzjoni ġeografika kif ukoll f’realzzjoni mal-pjanta ospitatriċi (pereżempju, ix-xejra tal-alkalojdi fl-ergotina tas-segala hija differenti mill-ergotina tal-ħaxix oħra) mhux magħruf. Hemm bżonn ta’ aktar dejta biex ikunu identifikati l-fatturi kollha responsabbli għall-varjabilità fix-xejra tal-alkalojdi tal-ergotina fl-ispeċi tal-pjanti individwali.

(6)

Id-determinazzjoni fiżika tar-rata ta’ kontaminazzjoni taċ-ċereali skont l-ergotina tas-segala hija ta’ spiss mhux preċiża, peress li d-daqs u l-piż tal-iskleroti jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli. Barra minn hekk, din id-determinazzjoni fiżika hija impossibbli fl-għalf u l-ikel ipproċessat. Għaldaqstant, kien issuġġerit li barra li jkun hemm kontroll permezz ta’ metodi fiżiċi, ikun hemm ukoll il-possibilità ta’ kontrol permezz ta’ analiżi kimika ta’ għalf u ikel potenzjalment ikkontaminat, peress li metodi varji kromotografiċi huma disponibbli biex jinstabu l-alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u l-ikel. Madankollu, il-metodi huma limitati għal numru magħżul ta’ alkalojdi tal-ergotina.

(7)

Hemm bżonn li tkun ġenerata aktar dejta dwar il-preżenza ta’ dawn l-alkalojdi tal-ergotina, mhux biss f’ċereali mhux mitħun imma wkoll fi prodotti ċereali u għalf u ikel kompost u li tinġabar dejta affidabbli dwar ix-xejra tal-alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u l-ikel u li tinstab konnessjoni bejn il-preżenza tal-alkalojdi tal-ergotina u l-ammont tal-l-iskleroti preżenti. Huwa xieraq li dan il-monitoraġġ jiffoka fuq sitt alkalojdi tal-ergotina l-aktar preżenti, jiġifieri l-ergometrina, l-ergotammina, l-ergosina, l-ergokristina, l-ergokriptina u l-ergokornina u l-ini relatati magħhom.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

L-Istati Membri għandhom iwettqu, bil-parteċipazzjoni attiva tal-operaturi kummerċjali tal-għalf u l-ikel, il-monitoraġġ dwar il-preżenza tal-alkalojdi tal-ergotina fiċ-ċereali u l-prodotti ċereali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew maħsuba għall-għalf tal-annimali, fi ħxejjex tal-mergħat/foraġġ għall-għalf tal-annimali u f’għalf u ikel kompost.

2.

L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-kampjuni għall-inqas għal dawn l-alkalojdi tal-ergotina li ġejjin:

ergokristina/ergokristinina;

ergotammina/ergotamminina;

ergokriptina/ergokriptinina;

ergometrina/ergometrinina;

ergosina/ergosinina;

ergokornina/ergokorninina.

3.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw simultanjament, fejn hu possibbli, il-kontenut tal-iskleroti fil-kampjun sabiex ikun possibbli li jittejjeb l-għarfien dwar ir-relazzjoni bejn il-kontenut tal-iskleroti u l-livell tal-alkalojdi tal-ergotina individwali.

4.

Ir-riżultati analitiċi għandhom jingħataw lill-EFSA, fuq bażi regolari, għall-kumpilazzjoni f’dejtabejż.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ergotina bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf, EFSA Journal (2005) 225, 1-27. http://www.efsa.europa.eu/en/scdocs/doc/contam_op_ej225_ergot_en1.pdf