ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.074.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 74

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
14 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 213/2012 tat-13 ta' Marzu 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 214/2012 tat-13 ta’ Marzu 2012 li għas-sena tas-suq 2011/2012, jidderoga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tad-dati għall-komunikazzjoni ta' trasferiment ’il quddiem ta' zokkor żejjed

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2012 tat-13 ta’ Marzu 2012 li jemenda għall-166 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

4

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2012 tat-13 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/149/PESK tat-13 ta' Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/150/PESK tat-13 ta' Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/872/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

9

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 213/2012

tat-13 ta' Marzu 2012

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għaliha japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(3)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet stabbilita fl-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 10.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

1.

ABOU, Rabah Naami (lista numru 2)

2.

ABOUD, Maisi (lista numru 3)

3.

ARIOUA, Kamel (lista numru 7)

4.

ASLI, Mohamed (lista numru 8)

5.

ASLI, Rabah (lista numru 9)

6.

DARIB, Noureddine (lista numru 11)

7.

DJABALI, Abderrahmane (lista numru 12)

8.

MOKTARI, Fateh (lista numru 16)

9.

NOUARA, Farid (lista numru 17)

10.

RESSOUS, Hoari (lista numru 18)

11.

SEDKAOUI, Noureddine (lista numru 19)

12.

SELMANI, Abdelghani (lista numru 20)

13.

SENOUCI, Sofiane (lista numru 21)

14.

TINGUALI, Mohammed (lista numru 25)


14.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 214/2012

tat-13 ta’ Marzu 2012

li għas-sena tas-suq 2011/2012, jidderoga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tad-dati għall-komunikazzjoni ta' trasferiment ’il quddiem ta' zokkor żejjed

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 85, il-punt (c), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, impriżi li jiddeċiedu li jittrasferixxu ’l quddiem parti jew il-produzzjoni tagħhom kollha li taqbeż il-kwota għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri konċernati dwar id-deċiżjoni. Dik l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa qabel id-data li għandha tiġi ddeterminata mill-Istati Membri, fil-limiti taż-żmien stabbiliti b’dak l-Artikolu.

(2)

Sabiex ikun iffaċilitat il-forniment taz-zokkor barra mill-kwota fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk l-impriżi jitħallew jirreaġixxu għat-tibdiliet fid-domanda mhux previsti fl-ewwel xhur tas-sena tas-suq 2011/2012, jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jistabbilixxu dati aktar tard minn dawk provduti fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għas-sena tas-suq 2011/2012, l-impriżi wara li ddeċidew li jittrasferixxu ’l quddiem kwantitajiet ta’ zokkor, fi qbil mal-Artikolu 63(1) ta’ dak ir-Regolament, jinfurmaw lill-Istat Membru kkonċernati qabel id-data li se tiġi ddeterminata mill-Istati Membri bejn l-1 ta' Frar u l-15 ta' Awwissu 2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibqa’ japplika sat-30 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


14.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 215/2012

tat-13 ta’ Marzu 2012

li jemenda għall-166 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta' Marzu 2012 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika waħda mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Fazal Rahim (alias (a) Fazel Rahim, (b) Fazil Rahim, (c) Fazil Rahman). Data tat-twelid: (a) 5.1.1974 (b) 1977 (c) 1975 (d) 24.1.1973. Post tat-twelid: Kabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport Afgan R512768. Indirizz: (a) Ir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (indirizz ta’ qabel), (b) A2, City Computer Plaza, Shar-e-Now, Kabul, Afganistan (indirizz ta’ qabel), (c) Microrayan 3rd, Apt. 45, block 21, Kabul, l-Afganistan (indirizz ta' qabel). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 5.3.2012”


14.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 216/2012

tat-13 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

51,1

JO

68,6

MA

63,2

TN

81,2

TR

108,1

ZZ

74,4

0707 00 05

JO

107,3

TR

176,0

ZZ

141,7

0709 91 00

EG

76,0

ZZ

76,0

0709 93 10

MA

51,1

TR

137,1

ZZ

94,1

0805 10 20

EG

49,9

IL

69,2

MA

59,5

TN

60,0

TR

65,5

ZZ

60,8

0805 50 10

BR

43,7

EG

69,0

MA

69,1

TR

54,0

ZZ

59,0

0808 10 80

AR

89,5

BR

86,2

CA

121,2

CL

93,4

CN

88,8

MK

36,4

US

156,9

ZZ

96,1

0808 30 90

AR

86,7

CL

111,9

CN

48,3

ZA

94,2

ZZ

85,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/149/PESK

tat-13 ta' Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1).

(2)

Fis-27 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/706/PESK (2), li estendiet il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK sas-27 ta' Ottubru 2012.

(3)

Jeħtieġ li l-miżuri dwar tagħmir militari previsti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK jiġu emendati.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK għandha b'dan tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2(1) tad-Deċizjoni 2010/638/PESK, il-punti (d) u (e) huma sostitwiti u jiżdied punt ġdid skont dan li ġej:

“(d)

ritornar ta’ ħelikopteri tat-trasport mhux tal-ġlied, imneżża minn apparat militari, għall-użu tal-awtoritajiet tal-Ginea biss, sakemm il-gvern tar-Repubblika tal-Ginea jkun ta impenn bil-miktub minn qabel li l-użu tagħhom ser jibqa' taħt il-kontroll ċivili u li huma mhux ser ikunu mgħammra b'tagħmir militari;

(e)

il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti msemmija minn (a) sa (d) jew ma' programmi u operazzjonijiet imsemmija f'(a);

(f)

il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija minn (a) sa (d) jew ma’ programmi u operazzjonijiet imsemmija f'(a);”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.

(2)  ĠU L 281, 28.10.2011, p. 28.


14.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/150/PESK

tat-13 ta' Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/872/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fit-22 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/872/PESK li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikolu 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(4)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/872/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 54.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

1.

ABOU, Rabah Naami (lista numru 2)

2.

ABOUD, Maisi (lista numru 3)

3.

ARIOUA, Kamel (lista numru 7)

4.

ASLI, Mohamed (lista numru 8)

5.

ASLI, Rabah (lista numru 9)

6.

DARIB, Noureddine (lista numru 11)

7.

DJABALI, Abderrahmane (lista numru 12)

8.

MOKTARI, Fateh (lista numru 16)

9.

NOUARA, Farid (lista numru 17)

10.

RESSOUS, Hoari (lista numru 18)

11.

SEDKAOUI, Noureddine (lista numru 19)

12.

SELMANI, Abdelghani (lista numru 20)

13.

SENOUCI, Sofiane (lista numru 21)

14.

TINGUALI, Mohammed (lista numru 25)