ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.073.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 73

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
13 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2012 tat-12 ta’ Marzu 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2012 tat-12 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/146/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2012 li taħtar membru Litwan u żewġ membri supplenti Litwani fil-Kumitat tar-Reġjuni

5

 

 

2012/147/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2012 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi għas-sena 2012 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/807/UE fir-rigward tal-miżuri eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi għall-qerda tal-marda tal-ħakk u l-pagament bil-quddiem tal-Unjoni fi programmi għall-qerda tal-idrofobija għas-sena 2012 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1406)  ( 1 )

6

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2012/148/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2012 dwar it-tħejjijiet għall-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti

9

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għall-Istruzzjonijiet prattiċi lill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali ( ĠU L 68, 7.3.2012 )

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 211/2012

tat-12 ta’ Marzu 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan li titwettaq l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu taż-żmien iffissat mill-President tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Il-prodott għandu l-kompożizzjoni li ġejja (% tal-piż):

alkoħol etiliku

70

gażolina

30

Il-prodott huwa ttrasportat bil-kwantità.

2207 20 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u permezz tal-kliem tal-kodiċi NM 2207  u 2207 20 00 . Bl-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali 3(a), l-intestatura 2207 tipprovdi deskrizzjoni aktar speċifika meta kkumparata mal-intestatura 3824 li tipprovdi deskrizzjoni aktar ġenerali. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3824 hija eskluża.

Il-prodott huwa taħlita sempliċi ta' alkoħol etiliku u gażolina. Il-livell ta' persentaġġ ta' gażolina fil-prodott ma jagħmlux tajjeb għall-konsum uman, però ma jimpedixxix l-użu tal-prodott għal skopijiet industrijali (ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-SA ta’ mal-intestatura 2207 , ir-raba' paragrafu).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 2207 20 00 bħala alkoħol etiliku denaturat.


13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 212/2012

tat-12 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

121,2

MA

64,4

TN

80,4

TR

108,1

ZZ

93,5

0707 00 05

JO

108,0

TR

164,3

ZZ

136,2

0709 91 00

EG

76,0

ZZ

76,0

0709 93 10

MA

54,5

TR

131,1

ZZ

92,8

0805 10 20

EG

51,8

IL

68,0

MA

55,4

TN

59,0

TR

71,8

ZZ

61,2

0805 50 10

BR

43,7

EG

41,7

MA

69,1

TR

46,3

ZZ

50,2

0808 10 80

BR

90,5

CA

121,2

CL

103,5

CN

108,7

MK

31,8

US

158,6

ZZ

102,4

0808 30 90

AR

81,8

CL

105,0

CN

41,0

ZA

92,2

ZZ

80,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Marzu 2012

li taħtar membru Litwan u żewġ membri supplenti Litwani fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/146/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Litwan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Vytas APUTIS sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Gintautas BABRAVIČIUS u s-Sur Viktor TROFIMOV, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

is-Sur Audrius BIELSKUS, Kazlų Rūdos savivaldybės tarybos narys

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Vincas KAPOČIUS, Trakų rajono savivaldybės tarybos narys (meras)

is-Sur Viktoras TROFIMOVAS, Panevėžio miesto savivaldybės tarybos narys (bidla fil-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

I. AUKEN


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/6


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Marzu 2012

li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi għas-sena 2012 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/807/UE fir-rigward tal-miżuri eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi għall-qerda tal-marda tal-ħakk u l-pagament bil-quddiem tal-Unjoni fi programmi għall-qerda tal-idrofobija għas-sena 2012

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1406)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/147/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(5) u (6) tagħha.

Billi

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u żoonożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (2) tistipula li sabiex jiġu approvati taħt il-miżuri finanzjarji tal-Unjoni, il-programmi ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi għandhom jissodisfaw mill-inqas il-kriterji stipulati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Portugall ippreżenta programm emendat għall-monitoraġġ u l-qerda tal-marda tad-deni katarrali (bluetongue), il-Greċja ppreżentat programm emendat għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (EST), u għall-qerda tal-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini u l-qerda tal-marda tal-ħakk u l-Bulgarija ppreżentat u emendat programm għall-qerda tal-idrofobija.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat dawk il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll minn dak finanzjarju. Instabu li kienu konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/341/KE. Il-programmi emendati ppreżentati minn dawk l-Istati Membri għandhom għalhekk jiġu approvati

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (3) jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-ESTs fl-annimali. L-Anness VII ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri ta’ qerda li għandhom jiġu implimentati wara li tkun ġiet ikkonfermata tifqigħa ta’ EST fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(6)

Il-Punt 2.3(d) tal-Kapitolu A ta’ dak l-Anness, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 (4), dejjem jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jissostitwixxu bi qtil għall-konsum tal-bniedem, il-qtil u l-qerda sħiħa ta’ ċerti annimali ovini u kaprini fil-post fejn l-annimal instab li kellu EST, dejjem jekk kien hemm konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet.

(7)

Fis-17 ta’ Lulju 2007, fil-Kawża T-257/07, Franza ressqet azzjoni kontra l-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti Ġenerali, u applikat għall-annullament parzjali ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 727/2007, b’mod partikolari l-punt 2.3(d) tal-Kapitolu A tal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Fl-Ordni tagħha tat-28 ta’ Settembru 2007 (5), il-Qorti Ġenerali ssospendiet l-applikazzjoni tal-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4 tal-Kapitolu A tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 727/2007, sakemm tingħata sentenza fuq l-azzjoni ewlenija. F’dik l-Ordni, il-Qorti Ġenerali ddubitat il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tad-dejta xjentifika disponibbli dwar ir-riskji possibbli.

(9)

Sussegwentement, il-Kummissjoni saqsiet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex tgħinha tiċċara l-premessi ewlenin li ssejjes fuqhom ir-Regolament (KE) Nru 727/2007. Fid-dawl tal-kjarifiki tal-EFSA, ir-Regolamenr (KE) Nru 999/2001 ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 (6) li reġa’ daħħal dawk id-dipożizzjonijiet li l-applikazzjoni tagħhom kienet ġiet sospiża mill-Qorti Ġenerali.

(10)

Fl-Ordni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2008 (7), il-Qorti Ġenerali ssospendiet l-applikazzjoni tal-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4 tal-Kapitolu A tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 746/2008, sakemm tingħata sentenza fuq l-azzjoni ewlenija fil-Kawża T-257/07.

(11)

Fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Settembru 2011 (8) il-Qorti Ġenerali ma laqgħetx l-azzjoni ta’ Franza. Fid-dawl ta’ dik is-sentenza, l-applikazzjoni tal-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4 tal-Kapitolu A tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 746/2008 ma għadhiex sospiża.

(12)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/807/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 li tapprova programmi annwali u pluriennali u l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2012 u s-snin ta’ wara (9) tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri u r-regoli dwar il-pagament tal-ammonti eliġibbli.

(13)

Ċerti Stati Membri esprimew l-intenzjoni tagħhom li, bħala parti mill-programmi tagħhom approvati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE, japplikaw il-possibilità li minflok joqtlu u jeqirdu kompletament l-annimali ovini u kaprini, joqtluhom għall-konsum tal-bniedem, kif previst fil-punt 2.3(d) tal-Kapitolu A tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(14)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi ta’ qerda tal-marda tal-ħakk, kif stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE attwalment, ma tkoprix il-kumpens mogħti lis-sidien ta’ annimali ovini u kaprini maqtula ta’ bilfors skont il-punt 2.3(d) tal-Kapitolu A tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(15)

Għaldaqstant, huwa xieraq li jinbeda l-finanzjament ta’ programmi ta’ qtil obbligatorju ta’ annimali ovini u kaprini bħala alternattiva għall-qtil u l-qerda fil-qafas tal-programmi ta’ qerda tal-marda tal-ħakk. Dan il-finanzjament ma jeħtieġx l-ebda żieda fl-ammonti allokati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE għall-programmi tal-Istati Membri għall-monitoraġġ u l-qerda ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli.

(16)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE tistipula li biss l-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tal-programmi annwali u multiannwali mħallsa qabel il-preżentazzjoni tar-rapport finali mill-Istati Membri, huma eliġibbli għal kofinanzjament permezz ta’ kontribuzzjoni finanzjarja. Madankollu, għal ċerti spejjeż, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, għandha tħallas pagament akkont bil-quddiem ta’ ’l fuq minn 60 % tal-ammont massimu speċifikat fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba. L-ispejjeż għal kampanji ta’ tilqim orali kontra l-idrofobija mhumiex koperti kompletament b’dik il-possibilità ta’ pagament akkont bil-quddiem.

(17)

Il-programmi għall-qerda tal-idrofobija fl-Istati Membri permezz ta’ tilqim orali kienu ta’ suċċess fis-snin ta’ qabel u wasslu għall-qerda tal-marda f’parti kbira tal-Unjoni. Għaldaqstant, programmi bħal dawn għandhom jibqgħu jsiru fl-inħawi tal-Unjoni fejn il-marda tal-idrofobija hija endemika.

(18)

Ċerti Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni li qed jesperjenzaw diffikultajiet biex jiżguraw finanzjament bil-quddiem għall-kampanji ta’ tilqim orali kontra l-idrofobija. F’dawn l-aħħar snin, in-nuqqas ta’ finanzjament bil-quddiem wassal, f’xi każijiet, għall-kanċellazzjoni tal-kampanji ppjanati f’żoni milqutin mill-idrofobija.

(19)

L-interruzzjonijiet fl-implimentazzjoni regolari tal-kampanji ta’ tilqim orali kontra l-idrofobija jaffettwaw bil-kbir l-effettività tal-programmi u jtawwlu l-ħin li jkun hemm bżonn sabiex fl-aħħar il-marda tinqered.

(20)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi estiża l-possibilità ta’ pagament akkont bil-quddiem għall-ispejjeż kollha mġarrba mill-Istati Membri fi programmi għall-qerda tal-idrofobija li huma approvati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE.

(21)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE għandu jiġi emendat fir-rigward tat-tifsira tal-ispejjeż eliġibbli għall-kumpens tas-sidien ta’ annimali maqtula biex din tkun tinkludi l-qtil obbligatorju fil-qafas tal-programmi ta’ qerda tal-marda tal-ħakk.

(22)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(23)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-monitoraġġ u l-qerda tad-deni katarrali (bluetongue) ppreżentat mill-Portugall

Il-programm emendat għall-monitoraġġ u l-qerda tad-deni katarrali (bluetongue) ippreżentat mill-Portugall fil-31 ta’ Jannar 2012 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 2

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-monitoraġġ u l-qerda tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli ppreżentat mill-Greċja

Il-programmi emendati għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli, u għall-qerda tal-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (ESB) u l-marda tal-ħakk ippreżentati mill-Greċja fil-21 ta’ Diċembru 2011 huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012:

Artikolu 3

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-qerda tal-marda tal-idrofobija ppreżentat mill-Bulgarija

Il-programm emendat għall-qerda tal-idrofobija ppreżentat mill-Bulgarija fit-23 ta’ Diċembru 2011 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE, hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

isir bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża mġarrba minn kull Stat Membru għall-kumpens li s-sidien għandhom jingħataw għall-valur tal-annimali tagħhom:

(i)

maqtula u meqruda skont il-programmi tagħhom ta’ qerda tal-ESB u l-marda tal-ħakk;

(ii)

maqtula ta’ bilfors skont l-Anness VII, il-Kapitolu A, il-punt 2.3(d) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;”

(2)

fl-Artikolu 9(3), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

għan-nagħaġ jew mogħoż maqtula u meqruda

EUR 70 għal kull annimal;

(c)

għan-nagħaġ jew mogħoż maqtula:

EUR 50 għal kull annimal.”

(3)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, għall-programmi msemmija fl-Artikolu 10 u 11, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tħallas pagament akkont bil-quddiem ta’ ’l fuq minn 60 % tal-ammont massimu speċifikat fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba.”

(4)

fl-Anness, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula u meqruda tagħhom:

 

Il-kumpens ma jaqbiżx il-valur tas-suq tal-annimal immedjatament qabel ma dan ikun inqatel jew inqered.

 

Għall-annimali maqtula, il-valur tal-irkupru, jekk dan iseħħ, jitnaqqas mill-kumpens.”

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)   ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(3)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(4)   ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8.

(5)   ĠU C 283, 24.11.2007, p. 28.

(6)   ĠU L 202, 31.7.2008, p. 11.

(7)   ĠU C 327, 20.12.2008, p. 26.

(8)   ĠU C 311, 22.10.2011, p. 33.

(9)   ĠU L 322, 6.12.2011, p. 11.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/9


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Marzu 2012

dwar it-tħejjijiet għall-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti

(2012/148/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-grilji intelliġenti jimmarkaw żvilupp ġdid fit-triq lejn iktar setgħa lill-konsumatur, integrazzjoni ikbar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja u iktar effiċjenza enerġetika u jagħtu kontribut konsiderevoli biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u biex jinħolqu l-impjiegi u l-iżvilupp teknoloġiku fl-Unjoni.

(2)

Skont id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (1) u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (2), l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti li jgħinu l-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi fil-provvista tal-elettriku u fis-swieq tal-provvista tal-gass u l-implimentazzjoni ta’ dawk is-sistemi ta’ metraġġ tista’ tkun soġġetta għal valutazzjoni ekonomika tal-ispejjeż u l-benefiċċji kollha fuq żmien twil għas-suq u għall-konsumatur individwali jew liema forma ta’ metraġġ intelliġenti hija raġonevoli ekonomikament u kosteffikaċi u liema perjodu ta’ żmien ikun fattibbli għall-użu tagħhom.

(3)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta’ April 2011 dwar il-“Grilji Intelliġenti: nimxu mill-innovazzjoni sal-użu tagħhom” (3) tħabbar għadd ta’ miżuri, inkluż il-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri, u tistabbilixxi linji gwida għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u linji gwida li jiddefinixxu metodoloġija għall-pjanijiet tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti, flimkien ma’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

(4)

L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa telenka sett ta’ miżuri xierqa, partikolarment dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni, dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, dwar l-attakki ċibernetiċi u dwar il-funzjonalitajiet għall-grilji u l-metraġġ intelliġenti. L-Istati Membri, b’kollaborazzjoni mal-industrija, il-Kummissjoni u partijiet interessati oħrajn, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw approċċ koerenti.

(5)

Wieħed mill-kompiti u l-prekundizzjonijiet ewlenin meħtieġa għall-użu tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti huwa li jinstabu soluzzjonijiet tekniċi u legali xierqa li jissalvagwardjaw il-protezzjoni tad-dejta personali bħala dritt fundamentali skont l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri u l-partijiet interessati għandhom jiżguraw, speċjalment fil-fażi inizjali tal-introduzzjoni tal-miters intelliġenti, li l-applikazzjonijiet tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti jkunu mmonitorjati u li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi jiġu rrispettati.

(6)

Is-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti jippermettu l-ipproċessar tad-dejta, inkluż dejta prevalentement personali. Barra minn hekk, l-użu ta’ grilji intelliġenti u sistemi ta’ metraġġ intelliġenti għandu jippermetti lill-fornituri u l-operaturi tan-netwerk jevolvu minn ħarsa ġenerali tal-imġiba dwar l-enerġija għal informazzjoni dettaljata dwar l-imġiba tal-enerġija tal-konsumaturi finali individwali.

(7)

Id-drittijiet u l-obbligi pprovduti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Directive on privacy and electronic communications(5) huma applikabbli bis-sħiħ għall-metraġġ intelliġenti li jipproċessa d-dejta personali, b’mod partikolari fl-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għal relazzjonijiet kuntrattwali u kummerċjali mal-klijenti.

(8)

L-opinjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE jipprovdu gwida biex jiġu identifikati u żviluppati “l-aqwa tekniki disponibbli” għas-salvagwardja tad-dejta personali u biex tiġi garantita s-sigurtà tad-dejta meta d-dejta tkun ipproċessata f’sistemi ta’ metraġġ intelliġenti u grilji intelliġenti.

(9)

Fid-dawl tal-potenzjal għall-użu tal-grilji intelliġenti, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta personali pproċessata b’sistemi ta’ metraġġ intelliġenti. F’dan ir-rigward, il-valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jippermettu li mill-bidu jkunu identifikati r-riskji għall-protezzjoni tad-dejta fl-iżviluppi tal-grilji intelliġenti.

(10)

Il-karatteristiċi tal-protezzjoni tad-dejta u tas-sigurtà tal-informazzjoni għandhom jiġu inkorporati f’sistemi ta’ metraġġ intelliġenti qabel ma jiġu introdotti u ma jibdew jintużaw estensivament. Dawn il-fatturi jistgħu jtejbu b’mod effettiv il-kontroll tal-konsumaturi fl-ipproċessar tad-dejta personali.

(11)

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-industrija u mal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta, biex jistimulaw u jappoġġaw l-introduzzjoni tas-“sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta permezz tal-prinċipju tad-disinn” fi stadju bikri tal-iżvilupp tal-grilji intelliġenti, partikolarment għall-introduzzjoni tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti.

(12)

Kwalunkwe parti li tipproċessa d-dejta personali fil-kuntest tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li d-dejta ma tistax tiġi traċċata għal persuna identifikata jew identifikabbli bi kwalunkwe mezz li aktarx jintuża minn jew l-operatur tan-netwerk jew kwalunkwe parti terza oħra, sakemm id-dejta ma tiġix ipproċessata b’konformità mal-prinċipji applikabbli u r-regoli legali dwar il-protezzjoni tad-dejta.

(13)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2007 dwar “il-Promozzjoni tal-protezzjoni tad-Data [Dejta] b’teknoloġiji li jtejbu l-privatezza (PETs)” (6) tistabbilixxi miżuri ċari biex jintlaħqu l-għanijiet li l-ipproċessar tad-dejta personali jiġi mnaqqas kemm jista’ jkun u li, fejn possibbli, jintużaw id-dejta anonima u d-dejta psewdonoma billi jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-PETs u l-użu tagħhom mill-kontrolluri tad-dejta u mill-individwi.

(14)

Mudell li ġie żviluppat fil-livell tal-Unjoni għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni jiġu segwiti b’mod koerenti mill-Istati Membri kollha.

(15)

Valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta mwettqa mill-operatur u l-partijiet interessati qabel l-introduzzjoni tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti se tipprovdi l-informazzjoni neċessarja sabiex jittieħdu miżuri protettivi xierqa. Dawn il-miżuri għandhom jiġu mmonitorjati u riveduti tul il-ħajja tal-miters intelliġenti.

(16)

Skont id-Direttiva 2009/72/KE, l-Istati Membri huma mistennija li sat-3 ta’ Settembru 2012 ilestu l-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-introduzzjoni tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti. Skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2011, il-Kummissjoni tqis li huwa importanti li tistabbilixxi kriterji, mudell u iktar linji gwida ġenerali li jtejbu d-dettall u l-komparabbiltà tal-analiżijiet. Kif issuġġerixxiet it-Task Force għall-Grilji Intelliġenti (7), il-kriterji għandhom jużaw indikaturi kwantifikabbli.

(17)

L-Istati Membri, b’kollaborazzjoni mal-industrija, mal-Kummissjoni u ma’ partijiet interessati oħrajn, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex ixerrdu l-informazzjoni dwar il-benefiċċji u r-riskji potenzjali assoċjati mal-użu tat-teknoloġija tal-metraġġ intelliġenti u jżidu s-sensibilazzjoni dwarhom.

(18)

F’dan ir-rigward, l-Istati Membri, b’kollaborazzjoni mal-industrija, l-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħrajn, għandhom jidentifikaw u jxerrdu eżempji ta’ prattika tajba fl-applikazzjonijiet ta’ metraġġ intelliġenti u jieħdu miżuri xierqa, bħal proġetti pilota fuq skala kbira, sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika, bħala prerekwiżit għal introduzzjoni usa’ ta’ din it-teknoloġija.

(19)

L-istabbiliment ta’ sett ta’ rekwiżiti funzjonali rrakkomandati jippermetti lill-Istati Membri jiksbu livell eċċellenti tal-kosteffiċjenza fil-pjanijiet tagħhom ta’ introduzzjoni b’mod aktar faċli u simultanju. L-istabbiliment tal-istess rekwiżiti għandu wkoll jipprovdi lir-regolaturi, lill-industrija tal-metraġġ, lill-operaturi tan-netwerk u lill-fornituri xi indikazzjoni tal-approċċi li l-iktar se jittieħdu f’dan is-settur.

(20)

Abbażi tal-linji gwida ta’ prattika tajba definiti mill-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għall-Elettriku u l-Gass (minn hawn ’il quddiem msejħa l-“ERGEG”) (8) u abbażi tal-analiżi tal-ewwel stimi tal-ispejjeż u l-benefiċċji kkomunikata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tara benefiċċju f’li tirrakkomanda lill-Istati Membri u r-regolaturi sett ta’ funzjonalitajiet minimi komuni għall-miters intelliġenti.

(21)

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

I.   KUNSIDERAZZJONIJIET TAL-PROTEZZJONI U S-SIGURTÀ TAD-DEJTA

1.

Din it-Taqsima tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar id-disinn u l-operat ta’ grilji intelliġenti u sistemi ta’ metraġġ intelliġenti li tiżgura d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali.

2.

Din it-Taqsima tipprovdi wkoll gwida dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fl-użu tal-applikazzjonijiet tal-metraġġ intelliġenti sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE tiġi mħarsa, fejn applikabbli, meta jibdew jintużaw dawn it-teknoloġiji.

Definizzjonijiet

3.

L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu nota tad-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Grilja intelliġenti” (9) tfisser netwerk tal-enerġija aġġornat li miegħu jkunu żdiedu l-komunikazzjoni diġitali miż-żewġ naħat bejn il-fornitur u l-konsumatur, is-sistemi tal-metraġġ intelliġenti u s-sistemi tal-monitoraġġ u l-kontroll.

(b)

“Sistema ta’ metraġġ intelliġenti” tfisser sistema elettronika li tista’ tkejjel il-konsum tal-enerġija, li żżid iktar informazzjoni minn miter konvenzjonali, u li tista’ tittrażmetti u tirċievi d-dejta billi tuża tip ta’ komunikazzjoni elettronika (10).

(c)

“Valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta” tfisser proċess sistematiku għall-evalwazzjoni tal-impatt potenzjali tar-riskji fejn l-operazzjonijiet tal-ipproċessar aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura tagħhom, il-kamp ta’ applikazzjoni jew il-finijiet tagħhom li jkunu se jsiru mill-kontrollur jew il-proċessur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur.

(d)

“Protezzjoni tad-dejta permezz tad-disinn” titlob li wara li jiġi kkunsidrat l-istat l-iktar avvanzat u l-ispiża tal-implimentazzjoni, kemm fil-ħin tad-determinazzjoni tal-mezz għall-ipproċessar kif ukoll fil-ħin tal-ipproċessar innifsu, jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa u proċeduri b’tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

(e)

Il-“protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku” teżiġi l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi li jiżguraw li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li hija neċessarja għal kull fini speċifika tal-ipproċessar u li, speċjalment, ma tinġabarx jew ma tinżammx lil hinn mill-minimu neċessarju għal dawk il-finijiet, kemm f’ termini tal-ammont tad-dejta kif ukoll iż-żmien tal-ħażna tagħha.

(f)

“L-aqwa tekniki disponibbli” jirreferu għall-iktar stadju effettiv u avvanzat fl-iżvilupp tal-attivitajiet u tal-metodi tagħhom ta’ kif joperaw li jindika l-adegwatezza prattika ta’ tekniki partikulari biex fil-prinċipju jipprovdu l-bażi għall-konformità mal-qafas tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Huma mfassla sabiex jevitaw jew itaffu r-riskji fir-rigward tal-privatezza, id-dejta personali, u s-sigurtà.

Valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta

4.

Il-valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta għandha tiddeskrivi l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ippjanati, il-valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti biex jindirizzaw ir-riskji, is-salvagwardji, il-miżuri tas-sigurtà u l-mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni tad-dejta personali u li juru konformità mad-Direttiva 95/46/KE, filwaqt li tikkunsidra d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u l-persuni kkonċernati.

5.

Sabiex jiggarantixxu l-protezzjoni tad-dejta personali madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw u japplikaw mudell ta’ valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta biex jiġi żviluppat mill-Kummissjoni u jitressaq lill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali għall-opinjoni tiegħu fi żmien tnax-il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Meta jimplimentaw dan il-mudell, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-parir tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali.

7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-netwerk u l-operaturi ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti, b’konformità mal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE, jieħdu l-miżuri tekniċi u dawk organizzativi xierqa biex jiżguraw il-protezzjoni tad-dejta personali.

8.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel l-ipproċessar, l-entità li tipproċessa d-dejta personali tikkonsulta mal-Awtorità Superviżorja tal-Protezzjoni tad-Dejta msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta. Dan għandu jippermetti lill-Awtorità tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u, partikolarment, ir-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġett tad-dejta u s-salvagwardji relatati.

9.

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li ladarba l-mudell għall-valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta, kif ipprovdut fil-punt 5, ikun ġie adottat, l-operaturi tan-netwerk jimplimentaw il-punti 7 u 8 skont dan.

Protezzjoni tad-dejta bid-disinn u protezzjoni tad-dejta b’issettjar awtomatiku

10.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu bis-sħiħ lill-operaturi tan-netwerks biex jinkorporaw il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta permezz ta’ ssettjar awtomatiku fl-użu tal-grilji u s-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti.

11.

Il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’issettjar awtomatiku għandhom jiġu inkorporati fil-metodoloġiji tal-partijiet involuti fl-iżvilupp tal-grilji intelliġenti meta tiġi pproċessata d-dejta personali.

12.

Il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn għandha tiġi implimentata fuq livell leġiżlattiv (permezz ta’ leġiżlazzjoni li trid tkun konformi mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta), fuq livell tekniku (billi tistabbilixxi rekwiżiti xierqa fl-istandards tal-grilji intelliġenti biex tiżgura li l-infrastruttura hija kompletament konsistenti mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta) u fuq il-livell organizzattiv (relatat mal-ipproċessar).

13.

Il-protezzjoni tad-dejta b’issettjar awtomatiku għandha tiġi implimentata sabiex l-iktar għażla favorevoli għall-protezzjoni tad-dejta tiġi pprovduta lill-klijent bħala l-konfigurazzjoni awtomatika.

14.

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jagħtu preferenza lill-arkitetturi ta’ referenza għall-grilji intelliġenti bbażati fuq il-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u fuq il-protezzjoni tad-dejta b’issettjar awtomatiku.

15.

Għall-finijiet tal-ottimizzazzjoni tat-trasparenza u l-fiduċja tal-individwi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ privatezza xierqa u siġilli u marki tal-protezzjoni tad-dejta, ipprovduti minn partijiet indipendenti.

16.

L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jitolbu li tiġi ġġustifikata kwalunkwe interferenza fid-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Il-leġittimità tal-interferenza għandha tiġi vvalutata fuq bażi ta’ każ b’każ fid-dawl tal-kriterji kumulattivi tal-legalità, in-neċessità, il-leġittimità u l-proporzjonalità. Għalhekk, kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali li jinterferixxi mad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali f’sistema ta’ grilji intelliġenti u ta’ metraġġ intelliġenti, irid ikun neċessarju u proporzjonali biex ikun ikkunsidrat kompletament konformi mal-Karta.

17.

Sabiex jittaffew ir-riskji fuq id-dejta personali u s-sigurtà, l-Istati Membri, b’kollaborazzjoni mal-industrija, il-Kummissjoni u partijiet interessati oħra, għandhom jappoġġaw id-determinazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli għal kull rekwiżit funzjonali minimu komuni elenkat fil-punt 42 tar-Rakkomandazzjoni.

Miżuri ta’protezzjoni tad-dejta

18.

Meta jiddeċiedu dwar il-medda tal-informazzjoni permessa għall-ipproċessar fil-grilji intelliġenti, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex kemm jista’ jkun jimponu l-użu tad-dejta anonima b’tali mod li l-individwu ma jibqax identifikabbli. F’każijiet fejn id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u maħżuna, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tkun xierqa u rilevanti. Il-ġbir tad-dejta għandu jkun limitat għall-minimu neċessarju għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta u d-dejta għandha tinżamm f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux iktar milli jkun neċessarju għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali.

19.

L-ipproċessar tad-dejta personali permezz ta’ jew f’sistema ta’ metraġġ intelliġenti għandu jkun leġittimu skont wieħed jew iktar mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. L-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali fuq il-Metraġġ Intelliġenti (11) għandha tiġi kkunsidrata.

20.

L-ipproċessar tad-dejta personali minn partijiet terzi li joffru servizzi tal-enerġija b’valur miżjud għandu wkoll ikun legali u bbażat fuq waħda jew iktar minn sitt raġunijiet għall-ipproċessar leġittimu elenkat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. Meta l-kunsens ikun magħżul bħala l-bażi għall-ipproċessar, il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għandu jingħata liberament, ikun speċifiku, infurmat u espliċitu u jingħata separatament għal kull servizz b’valur miżjud. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu jew tagħha meta jrid/trid. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq il-kunsens qabel l-irtirar.

21.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-kontrolluri tad-dejta u tal-proċessuri tad-dejta. Għandhom ikunu kompatibbli mal-obbligi rispettivi tagħhom stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

22.

L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi qabel ma jniedu l-operazzjonijiet tal-ipproċessar sabiex jiddeterminaw safejn il-fornituri u l-operaturi tan-netwerk jeħtieġu li jaħżnu d-dejta personali għall-finijiet tal-manutenzjoni u l-operat tal-grilji intelliġenti u għall-kontijiet. Din l-analiżi għandha tippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw, inter alia, jekk il-perjodi għall-ħżin tad-dejta personali attwalment stabbiliti fil-liġi nazzjonali mhumiex itwal milli huwa neċessarju għall-finijiet tal-grilji intelliġenti operattivi. Dan għandu jinkludi mekkaniżmi li jiżguraw li l-iskadenzi stabbiliti għat-tħassir tad-dejta personali u għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa li tinħażen d-dejta personali jkunu osservati.

23.

Għall-fini ta’ din l-analiżi, kull Stat Membru għandu partikolarment jikkunsidra l-prinċipji li ġejjin: il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-dejta, il-prinċipju tat-trasparenza billi jkun żgurat li l-konsumatur finali jkun infurmat dwar il-finijiet b’mod faċli u b’mod konkret bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi, dwar il-finijiet, iż-żmien, iċ-ċirkustanzi, il-ġbir, il-ħżin u kull ipproċessar ieħor tad-dejta personali, u l-prinċipju tal-għoti tas-setgħa lill-individwu billi jkun żgurat li l-miżuri mittieħda jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-individwu.

Is-sigurtà tad-dejta

24.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sigurtà tad-dejta personali titfassal fi stadju bikri bħala parti mill-arkitettura tan-netwerk, bi protezzjoni tad-dejta permezz tal-proċess tad-disinn. Dan għandu jinkludi miżuri li jipproteġu d-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew telf aċċidentali u li jevitaw kull forom illegali ta’ pproċessar, b’mod partikolari kwalunkwe żvelar, tixrid, aċċess jew alterazzjoni mhux awtorizzati tad-dejta personali.

25.

L-użu ta’ kanali fejn id-dejta tkun inqalbet f’kodiċi huwa rrakkomandat hekk kif dan huwa wieħed mill-iktar mezzi tekniċi effettivi kontra l-użu ħażin.

26.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-komponenti kollha preżenti u futuri tal-grilji intelliġenti jiżguraw il-konformità mal-istandards kollha “rilevanti għas-sigurtà” żviluppati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, inklużi r-rekwiżiti essenzjali tas-Sigurtà tal-Informazzjoni tal-Grilji Intelliġenti fil-mandat tal-istandardizzazzjoni tal-Kummissjoni M/490. L-istandards internazzjonali tas-sigurtà għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, partikolarment is-serje ISO/IEC 27000 (“il-familja tal-istandards ISMS”).

27.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-netwerks jidentifikaw ir-riskji għas-sigurtà u l-miżuri xierqa tas-sigurtà biex jiggarantixxu livell adegwat ta’ sigurtà u ta’ reżistenza ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti. F’dan ir-rigward, l-operaturi tan-netwerk, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għandhom japplikaw l-istandards eżistenti, il-linji gwida u l-iskemi, u fejn mhumiex disponibbli jiżviluppaw xi ħaġa ġdida. Il-linji gwida rilevanti ppubblikati mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

28.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/58/KE, fil-każ ta’ ksur tad-dejta personali, il-kontrollur jinnotifika mingħajr dewmien żejjed (preferibbilment mhux iktar tard minn 24 siegħa wara li jkun ġie stabbilit il-ksur) lill-awtorità superviżorja u lis-suġġett tad-dejta, jekk il-ksur aktarx ikollu effett negattiv fuq il-protezzjoni tad-dejta personali tiegħu jew tagħha.

Informazzjoni u trasparenza fuq il-metraġġ intelliġenti

29.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-kontrolluri tad-dejta, skont id-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri għandhom jitolbu li l-operaturi tan-netwerk jiżviluppaw u jippubblikaw politika ta’ informazzjoni ċara u preċiża għal kull applikazzjoni tagħhom. Il-politika għandha tinkludi mill-inqas l-oġġetti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

Meta d-dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta tinġabar, il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll lis-suġġett tad-dejta, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità u d-dettalji tal-kuntatt tal-kontrollur u r-rappreżentant tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jekk hemm;

(b)

il-finijiet tal-ipproċessar li għalihom tkun maħsuba d-dejta personali, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali u l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jekk l-ipproċessar huwa bbażat fuq l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE;

(c)

il-perjodu li għalih se tkun maħżuna d-dejta personali;

(d)

id-dritt li jsaqsi lill-kontrollur għall-aċċess għad-dejta personali u għall-korrezzjoni jew it-tħassir tagħha rigward is-suġġett tad-dejta jew li joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ din id-dejta personali;

(e)

id-dritt li jressaq ilment mal-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità superviżorja;

(f)

ir-reċipjenti jew il-kategoriji tar-reċipjenti tad-dejta personali;

(g)

kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja biex jiġi ggarantit ipproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, wara li jkunu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-dejta personali.

II.   METODOLOĠIJA GĦAL EVALWAZZJONI EKONOMIKA TAL-ISPEJJEŻ U L-BENEFIĊĊJI FUQ ŻMIEN TWIL GĦALL-INTRODUZZJONI TA’ SISTEMI TA’ METRAĠĠ INTELLIĠENTI

30.

Din it-Taqsima tipprovdi gwida lill-Istati Membri flimkien ma’ qafas għall-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji bħala bażi għat-twettiq ta’ valutazzjoni ekonomika konsistenti, kredibbli u trasparenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji fuq żmien twil tal-introduzzjoni tal-metraġġ intelliġenti.

31.

Il-valutazzjoni ekonomika għandha timxi mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness u għandha dejjem tinkludi l-erba’ stadji li ġejjin:

it-tfassil għall-kundizzjonijiet lokali;

l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji (minn hawn ’il quddiem msemmija bħala “CBA”);

l-analiżi tas-sensittività;

il-valutazzjoni tal-prestazzjoni, l-esternalitajiet u l-impatt soċjali.

It-tfassil għall-kundizzjonijiet lokali

32.

Meta titwettaq valutazzjoni ekonomika tal-introduzzjoni tal-metraġġ intelliġenti, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, għandhom jeżaminaw u jikkunsidraw, fejn disponibbli, programmi pilota xierqa li diġà implimentaw sistemi ta’ metraġġ intelliġenti. Huma għandhom jikkonsultaw ukoll, fejn possibbli, id-dejta attwali tal-prestazzjoni fil-qasam u esperjenzi pertinenti tal-“ħajja reali”, sabiex jipperfezzjonaw l-assunzjonijiet tagħhom dwar l-għażliet teknoloġiċi u jottimizzaw l-ispejjeż u l-benefiċċji assoċjati u l-impenn tal-konsumatur, kemm f’termini ta’ kuxjenza pubblika kif ukoll l-użu ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti.

33.

Sabiex iwettqu l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, għandhom jiżguraw li jiġi kkunsidrat minimu ta’ żewġ xenarji mbassra, u xenarju minnhom ikun dak fejn “kollox jibqa’ kif inhu” (“tagħmel xejn u xejn ma jsir”). Fil-każ tal-elettriku, it-tieni xenarju għandu jkun konformi mal-obbligi imposti fid-Direttiva 2009/72/KE ta’ introduzzjoni ta’ 80 % tal-metraġġ intelliġenti sal-2020 u għandu jiġi kkunsidrat is-sett ta’ funzjonalitajiet minimi komuni stabbiliti fit-Taqsima III ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Huwa rrakkomandat li jiġu esplorati xenarji alternattivi addizzjonali. Dawn ix-xenarji għandhom jikkunsidraw ukoll is-sinerġiji bejn miżuri li jiffrankaw l-enerġija eżistenti u futuri flimkien ma’ forom oħra ta’ rispons u pariri lill-konsumaturi, speċjalment l-introduzzjoni ta’ kontijiet frekwenti jew fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż bbażati fuq il-konsum attwali minflok rati fissi jew il-konsum stmat. Fix-xenarji alternattivi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-rwol pożittiv li għandhom l-informazzjoni ċara lill-konsumatur u t-trasparenza tal-prezzijiet, kif ukoll il-kompetizzjoni min-naħa tal-manifatturi u tal-fornituri fl-introduzzjoni tal-metraġġ intelliġenti.

34.

Meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet u jiġu deċiżi l-ipoteżijiet għat-tmexxija tax-xenarji differenti, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, għandhom jiżguraw li dawn iwettqu konsultazzjonijiet fil-ħin dwar dan is-suġġett mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mal-promoturi u l-infurzaturi tal-introduzzjoni tal-metraġġ intelliġenti, li f’ħafna Stati Membri huma l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, u mas-sidien ta’ proġetti pilota rilevanti, meta jkunu disponibbli.

35.

Fir-rigward, u matul il-proċess tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet qafas, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, għandhom jiżguraw li jiġu kkunsidrati t-teknoloġiji infrastrutturali ta’ komunikazzjoni, arkitetturi u miżuri xierqa kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-interoperabbiltà u l-konformità mal-istandards u l-aqwa prattika disponibbli tal-Unjoni jew internazzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, għandhom jiżguraw li s-suppożizzjonijiet li jsostnu l-analiżi huma adattati għaċ-ċirkostanzi lokali, filwaqt li jżommu f’moħħhom parametri bħall-kopertura ġeografika, id-domanda għall-elettriku, l-ogħla livell ta’ tagħbija u l-kondizzjonijiet mikro u makroekonomiċi. It-Taqsima 2 tal-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni fiha lista tal-parametri li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintużaw f’din l-operazzjoni.

Analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji (CBA)

36.

L-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, għandhom jiżguraw li s-CBA ssegwi l-linji gwida u l-qafas metodoloġiku pass pass (is-“seba’ passi tas-CBA”) stabbiliti fl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, għandhom jiżguraw kalkolu raġonevoli, trasparenti u ddokumentat b’mod tajjeb għall-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija kollha skont il-proċess sekwenzjali loġiku propost għall-istima tagħhom. L-ispejjeż li potenzjalment jista’ jġarrab il-konsumatur permezz tal-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti, għandhom jiġi indikati espliċitament fis-CBA u jiġu stabbiliti f’paragun ma’ benefiċċji potenzjali fuq żmien twil għall-konsumaturi. Fl-Anness I, it-tabelli 4 u 5 jipproponu lista mhux eżawrjenti tal-elementi li jridu jiddaħħlu fis-CBA.

Analiżi tas-sensittività

37.

L-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, għandhom jidentifikaw varjabbli kritiċi għall-analiżi tas-sensittività u jirrapportaw il-kobor tal-medda varjabbli (valuri minimi u massimi tal-varjabbli kritiċi identifikati) għall-kundizzjonijiet pożittivi tal-introduzzjoni fejn il-benefiċċji jaqbżu l-ispejjeż, kif miksuba mill-analiżijiet ta’ sensittività li jkunu wettqu. Barra minn hekk, l-analiżi tagħhom tista’ tinkludi wkoll ir-reattività tal-volatilità u miżuri possibbli ta’ kontroll biex iżommu l-valur tal-varjabbli fil-medda mixtieqa.

Valutazzjoni tal-prestazzjoni, esternalitajiet u impatt soċjali

38.

Meta jiġu vvalutati l-merti tal-użu, l-esternalitajiet (bħal fuq l-ambjent jew is-saħħa), l-impatt tal-miżuri tal-politika pubblika u l-benefiċċji soċjali mistennija mill-introduzzjoni tal-metraġġ intelliġenti, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, għandhom jiżguraw li jiġu kkunsidrati fatturi ta’ użin, li jikkumplimentaw ir-riżultati tal-passi preċedenti tas-CBA.

L-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni jipprovdi lista ta’ referenzi għal benefiċċji relatati oħra.

III.   REKWIŻITI FUNZJONALI MINIMI KOMUNI TA’ SISTEMI TA’ METRAĠĠ INTELLIĠENTI GĦALL-ELETTRIKU

39.

Din it-Taqsima hija bbażata fuq l-aqwa prattika mis-CBAs bikrija għall-użu ta’ metraġġ intelliġenti tal-elettriku li jsir fi 11-il Stat Membru. Tipprovdi gwida dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jużaw tajjeb l-interoperabbiltà u l-istandards xierqa għal sistemi ta’ metraġġ intelliġenti li qed jiġi żviluppati bħalissa taħt il-Mandati M/441, M/468 u M/490 u tal-aqwa prattika.

40.

L-Istati Membru jingħataw gwida dwar sett ta’ rekwiżiti funzjonali minimi komuni għal metraġġ intelliġenti tal-elettriku li jippermettilhom jidentifikaw mezzi komuni biex jiksbu l-kosteffiċjenza fil-pjanijiet tal-introduzzjoni tagħhom. Dan imbagħad jista’ jservi lill-Istati Membri, lill-fornituri tal-metraġġ u lill-operaturi tan-netwerk bħala bażi komuni għall-analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-investimenti tagħhom stess biex jiffaċilitaw l-akkwist assoċjat mal-introduzzjoni, u jipprovdi lir-regolaturi definizzjoni tar-referenza Ewropea.

41.

Din it-Taqsima tipprovdi wkoll gwida dwar id-dispożizzjonijiet li jiżguraw il-benefiċċji għall-konsumaturi u tikkontribwixxi għaż-żidiet fl-effiċjenza enerġetika. Għandha tiffaċilita r-rabta tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti ma’ interfaċċji standardizzati mgħammra b’għodod orjentati lejn il-konsumatur li jgħaqqdu d-dejta dwar il-konsum u l-informazzjoni dwar l-ispiża, u b’hekk iħeġġu l-interess tal-konsumatur f’azzjonijiet ta’ ffrankar tal-enerġija u rispons għad-domanda. Dan l-approċċ għandu jiġi kkunsidrat bis-sħiħ meta jkunu qed jiġu analizzati l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti tal-elettriku b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Rekwiżiti funzjonali minimi komuni

42.

Kull sistema ta’ metraġġ intelliġenti għall-elettriku għandha għall-inqas toffri l-funzjonalitajiet kollha elenkati hawn taħt:

 

Għall-klijent:

(a)

Tipprovdi qari direttament lill-klijent u kwalunkwe parti terza nnominata mill-konsumatur. Din il-funzjonalità hija essenzjali f’sistema ta’ metraġġ intelliġenti, minħabba li r-rispons dirett lill-konsumatur huwa essenzjali biex ikun żgurat l-iffrankar tal-enerġija min-naħa tad-domanda. Hemm kunsens sinifikanti fir-rigward tad-disposizzjoni tal-interfaċċji standardizzati li jippermettu soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-enerġija “fi żmien reali”, bħal awtomazzjoni mid-dar, u skemi differenti ta’ reazzjoni għad-domanda u l-iffaċilitar tat-twassil sikur tad-dejta direttament lill-klijent. Il-qari preċiż, faċli u f’waqtu pprovdut direttament mill-interfaċċja tal-għażla tal-klijent lill-klijent u lil kwalunkwe parti terza nnominata mill-konsumatur huwa rrakkomandat ħafna peress li huwa essenzjali biex jaħdmu s-servizzi ta’ reazzjoni għad-domanda, waqt li jittieħdu d-deċiżjonijiet tal-iffrankar tal-enerġija “onlajn” u jkun hemm integrazzjoni effettiva tar-riżorsi tal-enerġija ddistribwiti. Sabiex jistimulaw l-iffrankar tal-enerġija, qiegħed jiġi rrakkomandat lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-klijenti finali li jużaw sistemi ta’ metraġġ intelliġenti jkunu mgħammra b’interfaċċja standardizzata li tipprovdi dejta viżwalizzata bil-konsum individwali lill-konsumatur.

(b)

Taġġorna l-qari msemmi fil-punt (a) ta’ spiss biżżejjed biex tippermetti li l-informazzjoni tintuża biex ikun hemm iffrankar fl-enerġija. Din il-funzjonalità tirrelata purament għan-naħa tad-domanda, jiġifieri l-klijent finali. Jekk il-konsumaturi għandhom joqogħdu fuq l-informazzjoni pprovduta mis-sistema, jeħtieġ li huma jaraw li l-informazzjoni taqbel mal-azzjoni tagħhom. Ir-rata għandha tiġi adattata għall-ħin tar-rispons tal-prodotti jew li jużaw l-enerġija jew li jipproduċu l-enerġija. Il-kunsens ġenerali huwa li għall-inqas hija meħtieġa rata ta’ aġġornament ta’ kull 15-il minuta. Huwa probabbli li iktar żviluppi u servizzi ġodda tal-enerġija iwasslu għal komunikazzjonijiet iktar veloċi. Huwa rrakkomandat ukoll li sistema ta’ metraġġ intelliġenti għandha tkun kapaċi taħżen id-dejta dwar il-konsum tal-klijent għal żmien raġonevoli sabiex tippermetti lill-klijent u lil kwalunkwe parti terza nnominata mill-konsumatur biex jikkonsultaw u jsibu d-dejta dwar il-konsum fl-imgħoddi. Dan għandu jippermetti li jiġu kkalkulati l-ispejjeż relatati mal-konsum.

 

Għall-operatur tal-metraġġ:

(c)

Tippermetti qari remot tal-miters mill-operatur. Din il-funzjonalità tirrigwarda n-naħa tal-provvista (l-operaturi tal-metraġġ). Hemm kunsens wiesa’ li din hija funzjonalità ewlenija.

(d)

Tipprovdi komunikazzjoni reċiproka bejn is-sistema ta’ metraġġ intelliġenti u netwerks esterni għall-manutenzjoni u l-kontroll tas-sistema ta’ metraġġ. Din il-funzjonalità tirrigwarda l-metraġġ. Hemm kunsens wiesa’ li din hija funzjonalità ewlenija.

(e)

Tippermetti li l-qari jsir spiss biżżejjed biex l-informazzjoni tintuża għall-ippjanar tan-netwerk. Din il-funzjonalità tirrigwarda kemm id-domanda kif ukoll il-provvista.

 

Għall-aspetti kummerċjali tal-provvista tal-enerġija:

(f)

Sistemi ta’ appoġġ għal tariffi avvanzati. Din il-funzjonalità tirrigwarda kemm id-domanda kif ukoll il-provvista. Is-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti għandhom jinkludu strutturi ta’ tariffi avvanzati, reġistri bil-ħin tal-użu u kontroll remot tat-tariffi. Dan għandu jgħin lill-konsumaturi u lill-operaturi tan-netwerk biex jiksbu l-effiċjenzi enerġetiċi u jiffrankaw l-ispejjeż billi jnaqqsu l-ogħla livelli fid-domanda għall-enerġija. Din il-funzjonalità, flimkien mal-funzjonalitajiet msemmija fil-punti (a) u (b), jaqdu rwol importanti biex jagħtu s-setgħa lill-konsumatur u biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tas-sistema tal-provvista. Huwa rrakkomandat ħafna li s-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti jippermettu t-trasferiment awtomatiku tal-informazzjoni dwar għażliet ta’ tariffi avvanzati lill-klijenti finali eż. permezz tal-interfaċċja standardizzata msemmija taħt a).

(g)

Tippermetti kontroll remot mixgħul/mitfi tal-provvista u/jew il-fluss jew il-limitazzjoni tal-enerġija. Din il-funzjonalità tirrigwarda kemm id-domanda kif ukoll il-provvista. Din tipprovdi protezzjoni addizzjonali għall-konsumatur billi tippermetti l-gradi fil-limitazzjonijiet. Taċċellera l-proċessi bħal meta dak li jkun ibiddel id-dar minħabba li l-provvista l-antika tkun tista’ tiġi skonnettjata u l-provvisti l-ġdida tiġi konnessa malajr u b’mod sempliċi. Hija meħtieġa għall-immaniġġar tal-emerġenzi tekniċi tal-grilja. Madankollu, tista’ tintroduċi r-riskji tas-sigurtà addizzjonali li jeħtieġ li jiġu minimizzati.

 

Għas-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta:

(h)

Tipprovdi dejta u komunikazzjonijiet siguri. Din il-funzjonalità tirrigwarda kemm id-domanda kif ukoll il-provvista. Huma essenzjali livelli għolja ta’ sigurtà għall-komunikazzjonijiet kollha bejn il-miter u l-operatur. Dan japplika kemm għall-komunikazzjonijiet diretti mal-miter kif ukoll għal kwalunkwe messaġġ trażmess permezz tal-meter lil jew mingħand kwalunkwe tagħmir jew kontrolli fuq il-post tal-konsumatur. Għall-komunikazzjonijiet lokali fuq il-post tal-konsumatur, huma meħtieġa kemm il-privatezza kif ukoll il-protezzjoni tad-dejta.

(i)

Il-prevenzjoni u s-sejba tal-frodi. Din il-funzjonalità tirrigwarda n-naħa tal-provvista: sigurtà u sikurezza fil-każ ta’ aċċess. Il-kunsens qawwi juri l-importanza marbuta ma’ din il-funzjonalità. Din hija neċessarja biex tipproteġi lill-konsumatur, pereżempju mill-aċċess għall-piraterija, u mhux biss għall-prevenzjoni tal-frodi.

 

Għall-ġenerazzjoni distribwita:

(j)

Tipprovdi metraġġ għall-importazzjoni/esportazzjoni u metraġġ reattiv. Din il-funzjonalità tirrigwarda kemm id-domanda kif ukoll il-provvista. Ħafna pajjiżi qed jipprovdu l-funzjonalitajiet neċessarji biex jippermettu mikroġenerazzjoni rinnovabbli u lokali, u għalhekk installazzjoni tal-miter vijabbli għall-futur. Huwa rrakkomandat li din il-funzjoni għandha tiġi installata awtomatikament u tkun attivata/diżattivata skont ix-xewqat u l-ħtiġijiet tal-konsumatur.

Segwitu

43.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex isegwu din ir-Rakkomandazzjoni u jiġbdu l-attenzjoni tal-partijiet interessati kollha involuti dwarha fid-disinn u t-tħaddim tal-applikazzjonijiet tal-grilji intelliġenti fl-Unjoni.

44.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Settembru 2012 dwar ir-riżultati tal-analiżi tagħhom tal-ispejjeż u l-benefiċċji dwar l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti u dwar il-miżuri u l-pjanijiet li jkunu adottaw b’rabta ma’ din ir-Rakkomandazzjoni.

45.

Fid-dawl ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni biħsiebha tivvaluta l-valutazzjonijiet ekonomiċi rrappurtati dwar l-introduzzjoni tal-metraġġ intelliġenti.

Destinatarji

46.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lil kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw biex jiġu involuti fil-valutazzjoni ekonomika tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.

(2)   ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.

(3)  COM(2011) 202 finali.

(4)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(5)   ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(6)  COM(2007) 228 finali.

(7)  http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/smartgrids/taskforce_en.htm

(8)  Il-linji Gwida ta’ Prattika Tajba (GGP) tal-ERGEG dwar l-aspetti regolatorji ta’ miters intelliġenti għall-elettriku u l-gass (Ref. E10-RMF-29-05).

(9)  It-Task Force Ewropea għall-Grilji Intelliġenti tiddefinixxi l-grilji intelliġenti bħala netwerks tal-enerġija li jistgħu jintegraw l-imġiba tal-utenti kollha konnessi magħhom b’mod effiċjenti sabiex jiżguraw sistema tal-enerġija sostenibbli u ekonomikament effiċjenti bi ftit telf u kwalità u sigurtà għolja ta’ provvista u sigurtà: http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/smartgrids/doc/expert_group1.pdf.

(10)  Nota interpretattiva dwar id-Direttiva 2009/72/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku u d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali — Is-swieq bl-imnut, p. 7.

(11)  L-Opinjoni Nru 183 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Metraġġ Intelliġenti, April 2011.


ANNESS

Linji gwida dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni ekonomika tal-ispejjeż u l-benefiċċji fuq żmien twil tal-introduzzjoni ta’ metraġġ intelliġenti skont l-Anness I għad-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE

1.   REFERENZI

1.1.

Il-Kummissjoni Ewropea — Ċentru Konġunt għar-Riċerka, l-Istitut għall-Enerġija u t-Trasport (2012). “Guidelines for conducting a cost-benefit analysis of smart grid projects” (Linji gwida biex issir analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ proġetti ta’ grilji intelliġenti), disponibbli fuq: http://ses.jrc.ec.europa.eu/

1.2.

Il-Kummissjoni Ewropea — Ċentru Konġunt għar-Riċerka, l-Istitut għall-Enerġija u t-Trasport (2012). “Guidelines for cost-benefit analysis of smart metering deployment” (Linji gwida biex issir analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-użu ta’ metraġġ intelliġenti), disponibbli fuq: http://ses.jrc.ec.europa.eu/

1.3.

Il-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għall-Elettriku u l-Gass. “Final Guidelines of Good Practice on Regulatory Aspects of Smart Metering for Electricity and Gas” (Linji Gwida Finali ta’ Prattika Tajba dwar l-Aspetti Regolatorji tal-Metraġġ Intelliġenti għall-Elettriku u l-Gass), Frar 2011, Ref.: E10-RMF-29-05 http://www.smartgridscre.fr/media/documents/ERGEG_Guidelines_of_good_practice.pdf

1.4.

It-Task Force tal-Kummissjoni Ewropea għall-Grilji Intelliġenti (2010), Grupp Espert 3: Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi involuti fl-użu tal-grilji intelliġenti, “Merit deployment matrix” (Matriċi tal-mertu tal-użu) disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/smartgrids/doc/expert_group3_annex.xls

1.5.

Il-proposta għal Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE [COM(2011) 370 finali, 22 ta’ Ġunju 2011]

1.6.

SEC(2011) 288 finali – id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Valutazzjoni tal-Impatt” li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” (COM(2011) 112 finali) (SEC(2011) 289 finali)

2.   LISTA MHUX EŻAWRJENTI TA’ VARJABBLI/DEJTA LI TRID TIĠI SSETTJATA/MIĠBURA FIL-KAŻ TAL-ELETTRIKU

Varjabbli/dejta li trid tiġi ssettjata/miġbura

Unità

Varjazzjoni pproġettata tal-konsum tal-enerġija

%

Varjazzjoni pproġettata tal-prezzijiet tal-enerġija

%

Trasferiment tal-ogħla livell ta’ tagħbija

%

It-telf tal-elettriku fil-livell tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni

%

Minuti stmati mingħajr provvista

Numru ta’ minuti

Valur ta’ tagħbija mitlufa; valur tal-provvista

EUR/kWh

Rata ta’ skont

%

Spejjeż tal-ħardwer (eż. miter intelliġenti, modem GPRS/PLC, eċċ.)

EUR

Għadd ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti li għandhom jiġu installati

Għadd ta’ miters intelliġenti

Spejjeż tal-installazzjoni għal sistema ta’ metraġġ intelliġenti

EUR

L-istennija tal-ħajja ta’ sistema ta’ metraġġ intelliġenti

Għadd ta’ snin

L-ispejjeż tal-qari tal-miter

EUR/sena

Rata ta’ suċċess tat-telekomunikazzjoni

%

Rata tal-inflazzjoni

%

Tnaqqis fl-ispejjeż marbuta mal-maturità tat-teknoloġija

%

Skeda tal-implimentazzjoni

Għadd ta’ miters intelliġenti/sena

Perċentwal ta’ miters mqiegħda f’żoni rurali versus urbani

%

L-ispejjeż tal-karbonju

EUR/tunnellata

3.   RAPPREŻENTAZZJONI GRAFIKA TAL-PASSI BIEX TITWETTAQ L-ANALIŻI TAL-ISPEJJEŻ U L-BENEFIĊĊJI U ANALIŻI TAS-SENSITTIVITÀ

Image 1
Nota:

Nota: Matul il-valutazzjoni kwantitattiva, jistgħu jintużaw rati differenti ta' skont biex janalizzaw b'modi distinti l-benefiċċji b’dimensjoni soċjali u dawk li jakkumulaw għall-partijiet interessati privati. Għandha tiġi kkunsidrata rata ta’ skont iktar baxxa biex jiżdied il-valur preżenti tal-benefiċċji u l-ispejjeż tas-soċjetà.

Iddefinixxi l-kundizzjonijiet inizjali

Pass 1: Analizza u ddeskrivi t-teknoloġiji, l-elementi u l-miri.

Pass 2: Immarka l-assi fil-funzjonalitajiet.

Step 3: Immarka l-funzjonalitajiet fil-benefiċċji.

Agħmel analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji

Pass 4: Stabbilixxi l-bażi.

Pass 5: Ikkalkula l-benefiċċji u identifika l-benefiċjarji.

Pass 6: Identifika u kkwantifika l-ispejjeż.

Pass 7: Qabbel l-ispejjeż u l-benefiċċji.

Agħmel analiżi tas-sensittività

Ippreżenta r-riżultati tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u indika l-firxa ta' valuri ta' parametru li jippermettu riżultat pożittiv.

F'każijiet fejn l-analiżi tippermetti l-kalkolu tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' tibdiliet li jirriżultaw mill-emissjonijiet tal-karbonju, huwa rakkomandat li l-analiżi tqis il-prezzijiet tal-karbonju proġġettati kemm fix-xenarju ta’ referenza tal-Kummissjoni kif ukoll fix-xenarju ta' dekarbonizazzjoni (1).

4.   LISTA MHUX EŻAWRJENTI TAL-ISPEJJEŻ LI JRIDU JIĠU KKUNSIDRATI GĦALL-INTRODUZZJONI TA’ SISTEMI TA’ METRAĠĠ INTELLIĠENTI FIL-KAŻ TAL-ELETTRIKU

Kategorija ġenerali

It-tip ta’ spiża li trid tiġi intraċċata għall-introduzzjoni u li trid tiġi stmata għall-bażi

CAPEX

Investiment fis-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti

Investiment fl-IT

Investiment fil-komunikazzjonijiet

Investiment fil-viżwalizzazzjonijiet fid-djar (jekk applikabbli)

Ġenerazzjoni

Trażmissjoni

Distribuzzjoni

Investiment evitat f’miters konvenzjonali (spiża negattiva, li għandha tiżdied mal-lista tal-benefiċċji)

OPEX

Spejjeż tal-manutenzjoni tal-IT

Ġestjoni tan-netwerk u spejjeż totali

Spejjeż tat-trasferiment tal-komunikazzjoni/dejta (inklużi GPRS, Komunikazzjonijiet bir-Radju, eċċ)

Spejjeż tal-ġestjoni tax-xenarju

Sostituzzjoni/difetti tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti (inkrementali)

Tnaqqis fid-dħul (eż. permezz ta’ iktar konsum effiċjenti)

Ġenerazzjoni

Distribuzzjoni

Trażmissjoni

Qari tal-miter

Ċentru Telefoniku/Assistenza tal-Klijenti

Spejjeż tat-taħriġ (eż. il-persunal tal-assistenza tal-klijenti u l-persunal tal-installazzjoni)

L-affidabbiltà

Spejjeż tar-restawr

Ambjentali

L-ispejjeż tal-emissjonijiet (tagħmir għall-kontroll tas-CO2, il-permessi għall-operat u għall-emissjonijiet)

Is-sigurtà tal-enerġija

Spejjeż tal-karburanti fossili użati biex jiġġeneraw l-enerġija

L-ispejjeż tal-karburanti fossili għat-trasportazzjoni u għall-operat

Oħrajn

Spiża tal-programmi tal-interazzjoni tal-konsumatur

Spejjeż mitlufa ta’ miters (tradizzjonali) installati qabel

5.   LISTA MHUX EŻAWRJENTI TA’ FORMULI GĦALL-KWANTIFIKAZZJONI TAL-BENEFIĊĊJI FIL-KAŻ TAL-ELETTRIKU

Benefiċċju

Subbenefiċċju

Kalkolu monetarju

Tnaqqis fl-ispejjeż tal-qari tal-miter u tal-operat

Spejjeż imnaqqsa tal-operat tal-miters

Valur (EUR) = [Tnaqqis stmat tal-ispejjeż bl-operat tal-miters remoti (EUR/sena)] Introduzzjoni – [Tnaqqis stmat tal-ispejjeż bl-operat tal-miters remoti (EUR/sena) × Rata ta’ nuqqas ta’ komunikazzjonijiet (%/100)] Xenarju tal-introduzzjoni

Spejjeż imnaqqsa tal-qari tal-miters

Valur (EUR) = [spiża tal-qari tal-miter lokali (EUR)]Bażi – [Spiża stmata tal-ksib tal-qari tal-miters lokali “mxerrdin”Xenarju tal-introduzzjoni

Meta:

[spiża tal-qari tal-miters lokali (EUR)]Bażi= numru tal-klijenti f’LV (2) × Spiża storika tal-qari tal-miters/klijent/sena (EUR)

[Spiża stmata tal-ksib tal-qari tal-miters “imxerrdin” (EUR)] Xenarju tal-introduzzjoni= [numru tal-klijenti f’LV × % ta’ klijenti mhux inklużi fl-introduzzjoni×Spiża medja tal-qari mxerred għal kull klijent (EUR/klijent)] + [numru ta’ klijenti f’LV × % ta’ klijenti inklużi fl-introduzzjoni × Rati ta’ nuqqas ta’ komunikazzjonijiet (%) × Spiża medja tal-qari mxerred għal kull klijent (EUR/numru klijenti)

Spejjeż imnaqqsa fil-kontijiet

Valur (EUR) = [numru tal-klijenti f’LV × Spiża tal-kontijiet/klijent/sena (EUR)]Bażi – [numru tal-klijenti f’LV × Spiża tal-kontijiet/klijent/sena (EUR)]Xenarju tal-introduzzjoni

Spejjeż imnaqqsa taċ-ċentri telefoniċi/tal-assistenza tal-klijenti

Valur (EUR) = [numru tal-klijenti f’LV × Spiża tal-assistenza tal-klijenti/klijent/sena (EUR)]Bażi – [numru tal-klijenti f’LV × Spiża tal-assistenza tal-klijenti/klijent/sena (EUR)]Xenarju tal-introduzzjoni

Tnaqqis fl-ispejjeż tal-operat u tal-manutenzjoni

Spejjeż imnaqqsa għall-manutenzjoni tal-assi

Valur (EUR) = [Spejjeż diretti fir-rigward tal-manutenzjoni tal-assi (EUR/sena)]Bażi – [Spejjeż diretti fir-rigward tal-manutenzjoni tal-assi (EUR/sena)] Xenarju tal-introduzzjoni

Spejjeż imnaqqsa tal-ħsarat tat-tagħmir

Valur (EUR) = [Spiża tal-ħsarat tat-tagħmir (EUR/sena)]Bażi – [Spiża tal-ħsarat tat-tagħmir (EUR/sena)] Xenarju tal-introduzzjoni

Investimenti tal-kapaċità tad-distribuzzjoni differiti/evitati

Investimenti tal-kapaċità tad-distribuzzjoni differiti minħabba rimunerazzjoni tal-assi

Valur (EUR) = Investiment annwali għall-appoġġ tal-kapaċità tat-tkabbir (EUR/sena) × Żmien differit (numru ta’snin) × Rata ta’ rimunerazzjoni mill-investiment (%/100)

Investimenti tal-kapaċità tad-distribuzzjoni differiti minħabba amortizzazzjoni tal-assi

Valur (EUR) = Investiment annwali għall-appoġġ tal-kapaċità tat-tkabbir (EUR/sena) × Żmien differit (numru ta’snin) × numru ta’ snin ta’ amortizzazzjoni tal-kapaċità tal-assi

Investimenti tal-kapaċità tat-trażmissjoni differiti/evitati

Investimenti tal-kapaċità tat-trażmissjoni differiti minħabba rimunerazzjoni tal-assi

Valur (EUR) = Investiment annwali għall-appoġġ tal-kapaċità tat-tkabbir (EUR/sena) × Żmien differit (numru ta’snin) × Rata ta’ rimunerazzjoni mill-investiment (%/100)

Investimenti tal-kapaċità tat-trażmissjoni differiti minħabba amortizzazzjoni tal-assi

Valur (EUR) = Investiment annwali għall-appoġġ tal-kapaċità tat-tkabbir (EUR/sena) × Żmien differit (numru ta’snin) × numru ta’ snin ta’ amortizzazzjoni tal-kapaċità tal-assi

Investimenti tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni differiti/evitati

Investimenti tal-ġerazzjoni differiti għall-impjanti tal-ogħla tagħbija

Valur (EUR) = Investiment annwali għall-appoġġ tal-ġenerazzjoni tal-ogħla tagħbija (EUR/sena) × Żmien differit (numru ta’snin)

Investimenti ta’ ġenerazzjoni differiti għal riżervi li jdawru

Valur (EUR) = Investiment annwali għall-appoġġ tal-ġenerazzjoni tar-riżervi li jdawru (EUR/sena) × Żmien differit (numru ta’snin)

Tnaqqis ta’ telf tekniku tal-elettriku

Telf tekniku mnaqqas tal-elettriku

Valur (EUR) = Telf imnaqqas permezz tal-effiċjenza enerġetika (EUR/sena) + Telf imnaqqas permezz tal-kontroll tal-vultaġġ (EUR/sena) + Telf imnaqqas fil-livell tat-trażmissjoni (EUR/sena)

Iffrankar fl-ispiża tal-elettriku

Tnaqqis fil-konsum

Valur (EUR) = Rata tal-enerġija (EUR/MWh) × Konsum totali tal-enerġija f’LV (MWh) × % stmat ta’ tnaqqis fil-konsum bl-introduzzjoni (%/100)

Trasferiment tal-ogħla livell ta’ tagħbija

Valur (EUR) = Differenza fil-marġni bl-ingrossa bejn l-ogħla u mhux l-ogħla marġni tal-ġenerazzjoni (EUR/MWh) × % Trasferiment tal-ogħla tagħbija (%/100) × Konsum totali tal-enerġija f’LV (MWh)

Tnaqqis ta’ telf kummerċjali

Tnaqqis fit-telf tal-elettriku

Valur (EUR) = % ta’ klijenti b’serq tal-enerġija (%/100) × Il-valur stmat tal-prezz medju tat-tagħbija tal-enerġija mhux irreġistrata/klijent/sena (EUR) × Għadd totali ta’ klijenti LV (numru tal-klijenti)

Dħul irkuprat relatat mal-frodi “enerġija kkuntrattata”

Valur (EUR) = % ta’ klijenti bi “frodi fl-enerġija kkuntrattata” (%/100) × Valur tal-prezz stmat tal-enerġija kkuntrattata mhux imħallsa/klijent/sena (EUR) × Għadd totali ta’ klijenti LV (numru tal-klijenti)

Dħul irkuprat relatat mal-’enerġija kkuntrattata inkrimentali

Valur (EUR) =% ta’ klijenti li jitolbu enerġija kuntrattata inkrementali wara l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti (%/100) × Valur medju stmat ta’ dħul irkuprat minħabba enerġija kuntrattata inkrimentali (EUR) × Għadd totali ta’ klijenti LV (numru tal-klijenti)

Tnaqqis tad-drabi li jkun hemm interruzzjoni (bis-saħħa ta’ monitoraġġ avvanzat u informazzjoni dwar in-netwerk fil-ħin reali)

Il-valur tas-servizz

Valur (EUR) = Enerġija totali użata MV (3) + LV (MWh)/Minuti fis-sena (numru/sena) × Minuti medji mingħajr provvista/sena (numru/sena) × Valur ta’ tagħbija mitlufa (EUR/MWh) × % Tnaqqis fil-ħin b’interruzzjoni (%/100

Spiża mnaqqsa tal-indemnifikazzjoni tal-klijent

Valur (EUR) = indemnifikazzjonijiet medji annwali tal-klijent (EUR) × % Tnaqqis tal-kumpensi tal-klijent

Tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2

Tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba t-telf imnaqqas tal-linja

Valur (EUR) = [Telf ta’ linja (MWh) × Kontenut ta’ CO2 (tunnellati/MWh) × Valur ta’ CO2 (EUR/tunnellata)] Bażi

[Telf ta’ linja (MWh) × Kontenut ta’ CO2 (tunnellati/MWh) × Valur ta’ CO2 (EUR/tunnellata)] Xenarju tal-introduzzjoni

Tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba tixrid usa’ ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni b’użu baxx tal-karbonju (bħala konsegwenza tal-introduzzjoni tal-metraġġ intelliġenti)

Valur (EUR) = [Emissjonijiet tas-CO2 (tunnellati) × Valur ta’ CO2 (EUR/tunnellata)] Bażi – [Emissjonijiet tas-CO2 (tunnellati) × Valur ta’ CO2 (EUR/tunnellata)] Xenarju tal-introduzzjoni

Tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba ċaqliq tal-persunal bit-trakkijiet

Valur (EUR) = numru litri ta’ karburant evitati (numru) × Spiża għal kull litru ta’ karburant (EUR)

Tnaqqis tal-użu tal-karburant minħabba ċaqliq tal-persunal bit-trakkijiet

Valur (EUR) = numru litri ta’ karburant evitati (numru) × Spiża għal kull litru ta’ karburant (EUR)

Tnaqqis tat-tniġġis tal-arja (materja partikolata, NOx, SO2)

Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja minħabba telf ta’ linja mnaqqsa

Għal kull sustanza li tniġġes:

Valur (EUR) = [Telf ta’ linja (MWh) × kontenut ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (unità/MWh) × spiża tas-sustanza li tniġġes l-arja (EUR/unità)] Bażi –

Telf ta’ linja (MWh) × kontenut ta’ sustanza li tniġġes l-arja (unità/MWh) × spiża tas-sustanza li tniġġes l-arja (EUR/unità)] Xenarju tal-introduzzjoni

 

Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja minħabba tixrid usa’ ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni b’użu baxx tal-karbonju (bħala konsegwenza tal-introduzzjoni tal-metraġġ intelliġenti)

Għal kull sustanza li tniġġes:

Valur (EUR) = [emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (unità) × spiża tas-sustanzi li jniġġsu l-arja (EUR/unità)] Bażi – [emissjonijiet li jniġġsu l-arja (unità) × spiża ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (EUR/unità)] Xenarju tal-introduzzjoni

 

Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja minħabba ċaqliq tal-persunal bit-trakkijiet

Valur (EUR) = numru Litri ta’ karburant evitati (numru) × Spiża għal kull litru evitat ta’ karburant (EUR)

Nota: Għall-“ispiża ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja’ (materja partikolata, NOx, SO2), huwa rrakkomandat li tiġi kkonsultata d-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa – id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport (4) fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u l-proċess tal-kwantifikazzjoni tal-benefiċċji tal-kwalità tal-arja tal-programm “CAFÉ” (Clean Air For Europe — Arja Nadifa għall-Ewropa).


(1)  L-Anness 7.10 għad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2011) 288 finali — " Valutazzjoni tal-Impatt ": http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SEC:2011:0288:FIN:EN:PDF.

(2)  Vultaġġ baxx

(3)  Vultaġġ medju

(4)   ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5.


Rettifika

13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/23


Rettifika għall-Istruzzjonijiet prattiċi lill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 68 tas-7 ta' Marzu 2012 )

F'paġna 25, it-tielet premessa:

minflok:

“Wara li kkunsidrat li, skont l-Istruzzjonijiet li l-Qorti Ġenerali tat lir-Reġistratur tagħha fil-5 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 232, p. 1), kif emendati fis-17 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 170, p. 53) u fl-24 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 68, p. 23) (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet lir-Reġistratur”), ir-Reġistratur għandu jiżgura li l-atti proċedurali mqiegħda fl-inkartament ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut, tar-Regoli tal-Proċedura u ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi lill-partijiet (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet Prattiċi”), kif ukoll mal-imsemmija Istruzzjonijiet lir-Reġistratur u, b’mod partikolari, għandu jitlob ir-regolarizzazzjoni tal-atti li ma jkunux konformi u, fin-nuqqas ta’ regolarizzazzjoni, jekk ikun il-każ, għandu jirrifjutahom jekk ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut jew tar-Regoli tal-Proċedura;”,

aqra:

“Wara li kkunsidrat li, skont l-Istruzzjonijiet li l-Qorti Ġenerali tat lir-Reġistratur tagħha fil-5 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 232, p. 1), kif emendati fis-17 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 170, p. 53) u fl-24 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 68, p. 20) (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet lir-Reġistratur”), ir-Reġistratur għandu jiżgura li l-atti proċedurali mqiegħda fl-inkartament ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut, tar-Regoli tal-Proċedura u ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi lill-partijiet (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet Prattiċi”), kif ukoll mal-imsemmija Istruzzjonijiet lir-Reġistratur u, b’mod partikolari, għandu jitlob ir-regolarizzazzjoni tal-atti li ma jkunux konformi u, fin-nuqqas ta’ regolarizzazzjoni, jekk ikun il-każ, għandu jirrifjutahom jekk ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut jew tar-Regoli tal-Proċedura;”.