ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.072.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 72

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
10 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/145/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 205/2012 tas-6 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sors tad-dejta u tal-parametri tad-dejta li għandhom ikunu rrappurtati mill-Istati Membri ( 1 )

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 dwar struzzjonijiet elettroniċi rigward l-użu ta’ apparat mediku ( 1 )

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

32

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 209/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

39

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mill-5 sas-6 ta' Marzu 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Marzu 2012

41

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Frar 2012

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

(2012/145/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissaw (1).

(2)

L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw Protokoll ġdid li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom il-Ginea Bissaw teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”).

(3)

B’riżultat tan-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fil-15 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Dan il-Protokoll ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/885/UE (2) u għandu japplika provviżorjament mis-16 ta’ Ġunju 2011.

(5)

Dan il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet huwa approvat f’isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2011, p. 1.

(3)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 344, 28.12.2011, p. 1, mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sejra tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/2


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 205/2012

tas-6 ta’ Jannar 2012

li jemenda l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sors tad-dejta u tal-parametri tad-dejta li għandhom ikunu rrappurtati mill-Istati Membri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment [prestazzjoni] fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 18 u 26 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (2), manifattur għandu jiżgura li kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tinħareġ fis-suq fl-UE tkun akkumpanjata minn ċertifikat validu ta’ konformità u Stat Membru ma jistax jirreġistra t-tali vettura jekk din ma jkollhiex dan iċ-ċertifikat ta’ konformità. F’konformità mal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011, id-dejta miġbura minn Stat Membru għall-monitoraġġ tal-konformità ta’ manifattur mal-Artikoli 4 u 11 ta’ dak ir-Regolament, għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat ta’ konformità u għandha tkun ibbażata fuq dan id-dokument biss.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment [prestazzjoni] għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (3), jirrikjedi lill-Istati Membri biex jużaw ċertifikat ta’ konformità bħala sors ta’ dejta iżda jippermettu l-użu ta’ dokumenti oħra li jipprovdu preċiżjoni ekwivalenti għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tal-passiġġieri. Sabiex ikunu żgurati l-kosteffettività u l-monitoraġġ u r-rappurtar preċiż tad-dejta tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief, xieraq li fuq perjodu ta’ żmien qasir l-Istati Membri jkunu awtorizzati jużaw l-istess proċedura u sorsi tad-dejta għall-monitoraġġ u r-rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 bħal dawk użati għar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009. Għaldaqstant, l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandu, fejn ikun iġġustifikat, jippermetti l-użu ta’ sorsi oħra ta’ dejta li jipprovdu preċiżjoni ekwivalenti għall-finijiet tal-monitoraġġ u r-rappurtar tas- CO2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw preċiżjoni adegwata fil-proċedura ta’ monitoraġġ.

(3)

Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tal-passiġġieri, xieraq li, sabiex jitjiebu l-mezzi għall-verifika tal-preċiżjoni tad-dejta, jiżdied in-numru tal-omologazzjoni bħala parametru tad-dejta dettaljata li għandu jkun rappurtat mill-Istati Membri. Sar evidenti wkoll li ma hemmx bżonn għall-parametru “isem kummerċjali” li għaldaqstant għandu jkun imħassar mid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata.

(4)

Sabiex ikunu żgurati ċ-ċarezza u l-preċiżjoni fil-monitoraġġ u r-rappurtar mill-Istati Membri, jeħtieġ ukoll li tkun żgurata konsistenza bejn ir-rekwiżiti differenti speċifikati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 Ir-rekwiżiti ta’ dejta dettaljata huma speċifikati fil-formati tar-rappurtar stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II. Il-Partijiet A u B ta’ dak l-Anness għaldaqstant għandhom ikunu aġġustati biex jirriflettu b’mod preċiż dawk ir-rekwiżiti ta’ dejta dettaljata.

(5)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 2, l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Id-dettalji msemmija fil-punt 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta’ konformità jew ikunu konsistenti maċ-ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-manifattur tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti. Meta ċ-ċertifikat ta’ konformità ma jintużax, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw preċiżjoni adegwata fil-proċedura ta’ monitoraġġ.”

(b)

il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

L-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda li għandhom valuri għal kull wieħed minn dawn il-parametri li ġejjin:

(i)

emissjonijiet tas-CO2

(ii)

massa;

(iii)

distanza bejn il-fusien;

(iv)

wisa' bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir;

(v)

wisa' bejn rota u oħra.”

(ii)

il-punt (c) huwa mħassar.

(iii)

fil-punt (d), il-punti (iv) u (v) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(iv)

massa mgħobbija massima teknikament permissibbli;

(v)

distanza bejn il-fusien;

(vi)

wisa' ta’ radda tal-fus tal-istering;

(vii)

wisa' ta’ radda tal-fus oħra.”

(2)

Fil-Parti B, il-punti 2, 3, 5 u 6 huma mħassra.

(3)

Fil-Parti C, it-Taqsima 2 dwar dejta ta’ monitoraġġ dettaljata hija sostitwita b'dan li ġej:

Taqsima 2 —   Dejta ta’ monitoraġġ dettaljata:

Manufacturer name – EU standard denomination

Manufacturer name – Manufacturer denomination

Manufacturer name - National Registry denomination

Type-approval number and its extension(s)

Type

Variant

Version

Make

Category of vehicle type-approved

Category of vehicle registered

Total number of new registrations

Specific emissions of CO2 (g/km)

Mass (kg)

Technically permissible maximum laden mass (kg)

Wheelbase (mm)

Track width steering axle (mm)

Track width other axle (mm)

Fuel type

Fuel mode

Capacity (cm3)

Electric energy consumption (Wh/km)

Innovative technology or group of innovative technologies code

Emissions reduction through innovative technologies

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 1

Type 1

Variant 1

Version 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 1

Type 1

Variant 1

Version 2

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 1

Type 1

Variant 2

Version 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 1

Type 1

Variant 2

Version 2

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 2

Type 2

Variant 1

Version 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 2

Type 2

Variant 1

Version 2

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 2

Type 2

Variant 2

Version 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 2

Type 2

Variant 2

Version 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Number 1

Type 1

Variant 1

Version 1

Manuf. 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Number 1

Type 1

Variant 1

Version 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Number 1

Type 1

Variant 2

Version 1

Manuf. 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Number 1

Type 1

Variant 2

Version 2

…”


10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 206/2012

tas-6 ta’ Marzu 2012

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikoluo15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2)

Il-punt (a) tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżuri implimentattivi li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħal prodotti għat-tisħin, il-ventilazzjoni u l-ikkundizzjonar tal-arja.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li stħarreġ l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-kundizzjonaturi tal-arja u tal-fannijiet għall-użu personali tipikament użati fid-djar u fi stabbilimenti kummerċjali żgħar. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

L-aspetti ambjentali ewlenin tal-prodotti koperti, identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-livell tal-qawwa akustika. L-istudju ta’ tħejjija identifika wkoll it-tnixxija possibbli ta’ sustanzi refriġeranti bħala aspett ambjentali sinfikattiv fil-forma ta’ emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra, li jgħoddu bħala medja għal 10-20 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti flimkien ta’ gassijiet serra.

(5)

Kif muri fl-istudju ta’ tħejjija u kkonfermat waqt il-valutazzjoni tal-impatt, hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-fannijiet għall-użu personali. Madankollu, sabiex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu pprovduti b’informazzjoni importanti u sabiex ikun hemm monitoraġġ effiċjenti tas-suq għall-għanijiet tal-iffissar ta’ rekwiżiti minimi tal-użu effiċjenti tal-enerġija għall-ġejjieni, ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodotti għall-fannijiet għall-użu personali se jiżguraw li l-effiċjenza tal-apparat u l-metodu tal-kejl użati jkunu viżibbli sew fuq il-prodott. Barra minn hekk, jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-modalititajiet mitfija u standby għall-fannijiet għall-użu personali.

(6)

Il-konsum annwali tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-regolament ġie stmat li kien 30 TWh fl-UE fl-2005. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-elettriku mistenni li sal-2020 jiżdied għal 74 TWh. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti.

(7)

Skont l-istudju ta’ tħejjija, ir-rekwiżiti għal parametri oħrajn tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex meħtieġa, peress li l-konsum tal-elettriku u l-livell tal-qawwa akustika tal-kundizzjonaturi tal-arja fil-fażi tal-użu huma l-aktar aspetti ambjentali sinfikanti.

(8)

Billi r-refriġeranti huma indirizzati mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (2), m’hemm l-ebda rekwiżit speċifiku dwar ir-refriġeranti f’dan ir-Regolament. Madankollu, qed jiġi propost bonus skont ir-rekwiżiti tal-ekodisinn sabiex is-suq jitmexxa lejn l-użu ta’ refriġeranti b’impatt ta’ ħsara mnaqqas fuq l-ambjent. Dan il-bonus se jwassal għal rekwiżiti minimi ta’ effiċjenza enerġetika aktar baxxi għall-apparat li juża refriġeranti b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali (GWP).

(9)

Il-kundizzjonaturi tal-arja jistgħu jkunu parti minn sistemi installati f’bini. Leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun ibbażata fuq, inter alia, id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (3), tista’ tistabbilixxi rekwiżiti ġodda aktar stretti għal dawk is-sistemi ta’ kundizzjonar tal-arja, billi, fir-rigward tal-effiċjenza tal-kundizzjonatur tal-arja jintużaw il-metodi ta’ kalkolu u kejl definiti f’dan ir-regolament.

(10)

Il-modalitajiet standby u mitfija jistgħu jkunu responsabbli għal parti importanti mill-konsum tal-elettriku totali ta’ dan l-apparat. Għall-kundizzjonaturi tal-arja, ħlief għal kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu, il-konsum tal-elettriku ta’ dawn il-modalitajiet huwa parti mir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni enerġetika u tal-metodu tal-kejl tal-effiċjenza staġonali. Ir-rekwiżiti għall-modalitajiet stand-by u mitfija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu huma stipulati fir-rekwiżti dwar l-Ekodisinn tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 (4).

(11)

L-effett kumplessiv tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f’dan ir-Regolament u fir-Regolament delagat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2010 tal-4 ta' Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (5) mistenni jissarraf fi ffrankar annwali tal-elettriku ta’ 11 TWh sal-2020, meta mqabbel mas-sitwazzjoni jekk ma tittieħed l-ebda miżura.

(12)

Il-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom isiru aktar effiċjenti billi jiġu applikati teknoloġiji eżistenti mhux brevettatti u li huma effikaċi f’termini ta’ nfiq, li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż magħquda għax-xiri u għat-tħaddim ta’ dawn il-prodotti.

(13)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent aħħari u ma għandhomx jaffettwaw is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent b’mod negattiv. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu għandhom ipattu sew għal kwalunkwe impatt ambjentali addizzjonali waqt il-fażi tal-produzzjoni.

(14)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. Iż-żmien għal din l-introduzzjoni għandu jkun wieħed fejn jiġu evitati l-impatti negattivi fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir li diġà qiegħed fis-suq, u fejn jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-utenti aħħarin u għall-manifatturi, b’mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat l-ilħiq f’waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandu jsir permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-iktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998 li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fit-taqsima tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (6).

(16)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(17)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE sakemm din l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

(18)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati punti ta’ riferiment indikattivi għall-aħjar teknoloġiji disponibbli biex jiżguraw id-disponibbilità u l-aċċessibbiltà faċli għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament.

(19)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisnin għat-tqegħid fis-suq ta’ kundizzjonaturi tal-arja operati mill-provvista elettrika (il-mejn) b’kapaċità nominali ta’ ≤ 12kW għat-tkessiħ, jew tisħin jekk il-prodott ma jkollux funzjoni ta’ tkessiħ, u fannijiet għall-użu personali b’ qawwa elettrika introdotta ta’ ≤ 125W.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

apparat li juża sorsi tal-enerġija li mhumiex elettriċi,

(b)

kundizzjonaturi tal-arja li l-kondensur jew l-evaporatur tagħhom, jew it-tnejn, ma jużawx l-arja bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finjiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

1.

“kundizzjonatur tal-arja” tfisser mezz li kapaċi jkessaħ jew isaħħan, jew it-tnejn, l-arja ta’ ġewwa, billi juża ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar imħaddem minn kompressur elettriku, inkluż kundizzjonaturi tal-arja li jipprovdu funzjonalitajiet addizzjonali bħad-deumidifikazzjoni, il-purifikazzjoni tal-arja, il-ventilazzjoni jew it-tisħin supplimentari tal-arja permezz ta’ tisħin bir-reżistenza elettrika, kif ukoll apparat li jista’ juża l-ilma (jew ilma kkondensat li jiġi ffurmat fuq in-naħa tal-evaporatur jew ilma miżjud esternament) għall-evaporazzjoni fuq il-kondensur, dejjem sakemm il-mezz jista’ wkoll jaħdem mingħajr l-użu ta’ ilma addizzjonali, billi juża biss l-arja;

2.

“kundizzjonatur tal-arja b’kanal doppju” tfisser kundizzjonatur tal-arja li fih, waqt it-tkessiħ jew it-tisħin, il-kondensur (jew l-evaporatur) tal-unità tiddaħħallu l-arja mill-ambjent ta’ barra l-unità minn kanal u tintrema lejn l-ambjent ta’ barra minn kanal ieħor, u li jitqiegħed għal kollox fl-ispazju li jrid jiġi kkundizzjonat, qrib ta’ ħajt;

3.

“kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu” tfisser kundizzjonatur tal-arja li fih, waqt it-tkessiħ jew it-tisħin, il-kondensur (jew l-evaporatur) tiddaħħallu l-arja mill-ispazju li għandu l-unità fih u tintrema ‘l barra minn dan l-istess spazju;

4.

“kapaċità nominali” (Prated) tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ, jew tat-tisħin, taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar tal-unità b’kundizzjonijiet nominali standard;

5.

“fann għall-użu personali” tfisser apparat iddisinjat primarjament għaċ-ċaqliq tal-arja madwar jew fuq parti tal-ġisem tal-bniedem għat-tkessiħ personali għall-kumdità, inklużi fannijiet għall-użu personali li jistgħu jwettqu funzjonijiet addizzjonali bħat-tidwil;

6.

“qawwa elettrika introdotta tal-fann” (PF) tfisser il-qawwa elettrika introdotta f’fann għall-użu personali f’Watt li jopera bir-rata ddikjarata tal-fluss massimu tal-fann, imkejla bil-mekkaniżmu oxxillanti attiv (jekk/fejn applikabbli).

Għall-finijiet tal-Annessi, defnizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodiżinn u skeda ta’ żmien

1.   Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali huma stipulati fl-Anness I.

2.   Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu japplika skont din l-iskeda ta’ żmien:

 

Mill-1 ta’ Jannar 2013:

kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punt 2a.

 

Mill-1 ta’ Jannar 2013:

a)

kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju, għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punt 2b u Punti 3a, 3b, 3c;

b)

kanali singoli u kanali doppji għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punti 3a, 3b, 3d,

c)

fannijiet għall-użu personali għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punti 3a, 3b, 3e

 

Mill-1 ta’Jannar 2014:

a)

kundizzjonaturi tal-arja għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti tal-ekodisinn kif indikat fl-Anness I, Punti 2c;

b)

kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punt 2d.

3.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Artikolu 4

Evalwazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stabbilita fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi r-riżultati tal-kalkolu stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ riferiment

Il-punti ta’ riferiment indikattivi għall-kundizzjonaturi tal-arja bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn mhux iktar tard minn ħames snin wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. Din ir-reviżjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari r-rekwiżiti tal-effiċjenza u l-livell tal-qawwa akustika, il-metodu għall-promozzjoni tal-użu ta’ refriġeranti b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali (GWP) u l-ambitu tar-regolament għall-kundizzjonaturi tal-arja u bidliet possibbli fis-sehem mis-suq ta’ tipi ta’ apparat, inkluż il-kundizzjonaturi tal-arja b’qawwa nominali maħruġa ta’ ‘l fuq minn 12kW. Ir-reviżjoni għandha wkoll tivvaluta kemm ikunu xierqa r-rekwiżiti għall-modalititajiet mitfija u standby, il-metodu tal-kalkolu u l-kejl staġonali, inkluż kunsiderazzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-possibbiltà ta’ metodu ta’ kalkolu u kejl staġonali għall-kundizzjonaturi tal-arja kollha koperti mill-ambitu tar-regolament għall-istaġuni tat-tkessiħ u tat-tisħin.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

(4)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.

(5)  ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1.

(6)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.


ANNESS I

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1   DEFINIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-FINIJIET TAL-ANNESSI

(1)

Kundizzjonatur tal-arja riversibbli’ tfisser kundizzjonatur tal-arja li kapaċi sew ikessaħ sew isaħħan.

(2)

Kundizzjonijiet nominali standard’ tfisser il-kumbinazzjoni tat-temperaturi ta’ ġewwa (Tin) u ta’ barra (Tj) li jiddeskrivu l-kundizzjonijiet tat-tħaddim meta jiġu stabbiliti l-livell tal-qawwa akustika, il-kapaċità nominali, ir-rata nominali tal-fluss tal-arja, il-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), u/jew il-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPrated), kif stipulat fl-Anness II, tabella 2;

(3)

Temperatura ta’ ġewwa’ (Tin) tfisser it-temperatura tal-arja ta’ ġewwa b’termometru niexef [°C] (bl-umdità relattiva indikata mit-temperatura korrispondenti b’termometru umdu);

(4)

Temperatura ta’ barra’ (Tj) tfisser it-temperatura tal-arja ta’ barra b’termometru niexef [°C] (bl-umdità relattiva tagħha indikata mit-temperatura korrispondenti b’termometru umdu);

(5)

Proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika’ (EERrated) tfisser il-kapaċità ddikjarata għat-tkessiħ diviża bil-qawwa nominali introdotta għat-tkessiħ [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tkessiħ f’kundizzjonijiet nominali standard;

(6)

Koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni’ (COPrated) tfisser il-kapaċità ddikjarata għat-tisħin [kW] diviża bil-qawwa nominali introdotta għat-tisħin [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tisħin f’kundizzjonijiet nominali standard;

(7)

Potenzjal għat-tisħin globali’ (GWP) tfisser il-kejl ta’ kemm 1 kg tar-refriġerant użat fiċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar huwa stmat li jikkontribwixxi għat-tisħin globali, espress f’ ekwivalenti ta’ kg CO2 fuq medda ta’ żmien ta’ 100 sena;

Il-valuri GWP kkunsidrati se jkunu dawk stipulati fl-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 842/2006;

għar-refriġeranti flworinati, il-valuri GWP għandhom ikunu dawk ippubblikati fit-Tielet Rapport ta’ Valutazzjoni (Third Assessment Report - TAR), adottat mill-Bord Intergovernattiv għat-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change) (1) (valuri GWP 2001 tal-IPCC GWP għal perjodu ta’ 100 sena);

għall-gassijiet mhux flworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fl-ewwel valutazzjoni tal-IPCC (2) fuq perjodu ta’ 100 sena;

Il-valuri GWP għal taħlitiet ta’ refriġeranti għandhom ikunu bbażati fuq il-formula ddikjarata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 842/2006;

għar-refriġeranti mhux inklużi fir-referenzi fuq, ir-rapport IPCC UNEP 2010 dwar ir-Refriġerazzjoni, l-Ikkundizzjonar tal-Arja u l-Pompi tas-Sħana (Refrigeration, Air Conditioning and Heat Pumps), ta’ Frar 2011, jew iġded, għandu jintuża bħala referenza;

(8)

Modalità mitfija’ tfisser kundizzjoni li fiha l-kundizzjonatur tal-arja jew il-fann għall-użu personali jkun imqabbad mal-mejn imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni; Huma wkoll meqjusa modalità mitfija kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ modalità mitfija, kif ukoll kundizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw kompatibilità elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(9)

Modalità standby’ tfisser kundizzjoni li fih l-apparat (kundizzjonatur tal-arja jew fann għall-użu personali) jkun imqabbad mal-mejn, jiddependi fuq l-enerġija introdotta mill-mejn biex jaħdem kif suppost u jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit: funzjoni ta’ riattivazzjoni, inkella funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, u/jew turija ta’ informazzjoni jew stat;

(10)

Funzjoni ta’ riattivazzjoni’ tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra, inkluża l-modalità attiva, permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, inklużi l-kontroll mill-bogħod, senser intern, tajmer, għal kundizzjoni li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, inkluża l-funzjoni ewlenija;

(11)

Turija ta’ informazzjoni jew qagħda’ tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-qagħda tat-tagħmir fuq unità tal-wiri, inklużi arloġġi;

(12)

Livell tal-qawwa akustika’ tfisser il-livell tal-qawwa akustika ippeżat bil-valur A [dB(A)] ġewwa u/jew barra mkejjel f’kundizzjonijiet nominali standard għat-tkessiħ (jew għat-tisħin, jekk il-prodott m’għandux funzjoni ta’ tkessiħ);

(13)

Kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn’ tfisser il-kumbinazzjoni ta’ rekwiżiti għat-temperatura ta’ referenza tad-disinn, it-temperatura bivalenti massima u t-temperatura limitu massima tat-tħaddim, kif stipulat fl-Anness II, Tabella 3

(14)

Temperatura nominali tad-disinn’ tfisser it-temperatura ta’ barra [°C] jew għat-tkessiħ (Tdesignc) jew għat-tisħin (Tdesignh) kif deskritt fl-Anness II, Tabella 3, li fiha l-proporzjon tat-tagħbija parzjali jkun 1, u li tvarja skont l-istaġun deżinjat tat-tkessiħ jew tat-tisħin;

(15)

‘Proporzjon tat-tagħbija parzjali’ (pl(Tj)) tfisser it-temperatura ta’ barra nieqes 16 °C, diviża bit-temperatura ta’ referenza tad-disinn nieqes 16 °C, għat-tkessiħ jew għat-tisħin;

(16)

Staġun’ tfisser wieħed mill-erba’ settijiet ta’ kundizzjonijiet tat-tħaddim (disponibbli għal erba’ staġuni: staġun wieħed tat-tkessiħ, tliet staġuni tat-tisħin: medju / ikseħ / isħan) li jiddeskrivu għal kull medda ta’ temperatura l-kumbinazzjoni ta’ temperaturi ta’ barra u l-għadd ta’ sigħat li fihom jokkorru dawn it-temperaturi kull staġun u li għalih l-unità titqies adattata;

(17)

Medda ta’ temperatura’ (b’indiċi j) tfisser kumbinazzjoni ta’ temperatura ta’ barra (Tj) u sigħat tal-medda ta’ temperatura (hj), kif stipulat fl-Anness II, tabella 1;

(18)

Sigħat tal-medda ta’ temperatura’ tfisser is-sigħat kull staġun (hj) li fiha tokkorri t-temperatura ta’ barra għal kull medda ta’ temperatura, kif stipulat fl-Anness II, tabella 1;

(19)

Proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika’ (SEER) huwa l-proporzjon kumplessiv tal-effiċjenza enerġetika tal-unità, rappreżentattiv tal-istaġun sħiħ tat-tkessiħ, ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ diviża bil-konsum tal-elettriku annwali għat-tkessiħ;

(20)

Domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ’ (QC ) tfisser id-domanda ta’ referenza tat-tkessiħ [kWh/a] li għandha tintuża bħala bażi għall-kalkolu tas-SEER u kkalkulata bħala l-prodott tat-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesignc) u s-sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tkessiħ (HCE );

(21)

Sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tkessiħ’ (HCE ) tfisser l-għadd annwali assunt ta’ sigħat [h/a] li l-unità trid tipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesignc) sabiex tissodisfa d-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ, kif stipulat fl-Anness II, tabella 4;

(22)

Konsum annwali tal-elettriku għat-tkessiħ’ (QCE ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kWh/a] meħtieġ biex tintlaħaq id-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ u li tiġi kkalkulata bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ diviża bil-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità attiva (SEERon), u l-konsum tal-elettriku tal-unità għall-modalitajiet termostat mitfi, standby, mitfi u ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tkessiħ;

(23)

Proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità attiva(SEERon) tfisser il-proporzjon medju tal-effiċjenza enerġetika tal-unità f’modalità attiva għall-funzjoni tat-tkessiħ, magħmula mit-tagħbija parzjali u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika għall-medda ta’ temperatura (EERbin(Tj)) u ppeżat bis-sigħat tal-medda li sseħħ tulhom il-kundizzjoni ta’ din il-medda;

(24)

Tagħbija parzjali’ tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ (Pc(Tj)) jew it-tagħbija tat-tisħin (Ph(Tj)) [kW] f’temperatura ta’ barra speċifika Tj, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn mmultiplikata mal-proporzjon tat-tagħbija parzjali;

(25)

Proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għall-medda ta’ temperatura’ (EERbin(Tj)) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għal kull medda ta’ temperatura j b’temperatura ta’ barra Tj fi staġun, derivat mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità ddikjarata u l-proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika (EERd(Tj)) għal meded ta’ temperatura (j) speċifikati u kkalkulat għal meded ta’ temperatura oħra permazz ta’ inter/estrapolazzjoni, fejn meħtieġ ikkoreġġut mill-koeffiċjent tad-degradazzjoni;

(26)

Koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni’ (SCOP) huwa l-koeffiċjent kumplessiv tal-prestazzjoni tal-unità, rappreżentattiv għall-istaġun sħiħ deżinjat tat-tisħin (il-valur ta’ SCOP jappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat), ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin diviża bil-konsum tal-elettriku annwali għat-tisħin;

(27)

Domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin’ (QH ) tfisser id-domanda ta’ referenza tat-tisħin [kWh/a], li tappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat, li għandha tintuża bħala bażi għall-kalkolu tas-SCOP u kkalkulata bħala l-prodott tat-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesignh) u s-sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tisħin (HHE );

(28)

Sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tisħin’ (HHE ) tfisser l-għadd annwali assunt ta’ sigħat [h/a] li l-unità trid tipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesignh) sabiex tissodisfa d-domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin, kif stipulat fl-Anness II, tabella 4;

(29)

Konsum annwali tal-elettriku għat-tisħin’ (QHE ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kWh/a] meħtieġ biex jilħaq id-domanda ta’ referenza annwali tat-tisħin indikata u li jappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat; u jiġi kkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin diviża bil-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni fil-modalità attiva (SCOPon), u l-konsum tal-elettriku tal-unità għall-modalitajiet termostat mitfi, standby, mitfi u ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tisħin;

(30)

Koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni fil-modalità attiva’ (SCOPon) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni tal-unità f’modalità attiva għall-istaġun tat-tisħin, magħmul mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità tat-tisħin elettriku ta’ emerġenza (fejn meħtieġ), u koeffiċjenti tal-prestazzjoni speċifiċi għall-medda ta’ temperatura (COPbin(Tj) u ppeżat bis-sigħat tal-medda li sseħħ tulhom il-kundizzjoni definita mill-medda;

(31)

Kapaċità tat-tisħin elettriku ta’ emerġenza’ (elbu(Tj)) hija l-kapaċità tat-tisħin [kW] ta’ ħiter elettriku ta’ emerġenza reali jew assunt b’COP ta’ 1 li jissupplimenta l-kapaċità ddikjarata għat-tisħin (Pdh(Tj)) sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin (Ph(Tj)) fil-każ ta’ Pdh(Tj) li huwa inqas minn Ph(Tj), għat-temperatura ta’ barra (Tj);

(32)

Proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għall-medda ta’ temperatura’ (COPbin(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għal kull medda ta’ temperatura j b’temperatura ta’ barra Tj fi staġun, derivat mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità ddikjarata u l-proporzjon iddikjarat tal-prestazzjoni (COPd(Tj)) għal meded (j) speċifiċi u kkalkulat għal meded oħra permezz ta’ inter/estrapolazzjoni, fejn meħtieġ ikkoreġġut mill-koeffiċjent tad-degradazzjoni;

(33)

Kapaċità ddikjarata’ [kW] tfisser il-kapaċità taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar tal-unità għat-tkessiħ (Pdc(Tj)) jew għat-tisħin (Pdh(Tj)), li tappartjeni għal temperatura ta’ barra Tj u temperatura ta’ ġewwa (Tin), kif iddikjarat mill-manifattur;

(34)

Valur ta’ servizz’ (SV) [(m3/min)/W] tfisser, għall-fannijiet għall-użu personali, il-proporzjon tar-rata tal-fluss massimu tal-fann [m3/min] u l-qawwa introdotta tal-fann [W];

(35)

Kontroll tal-kapaċità’ tfisser l-abilità tal-unità li tibdel il-kapaċità tagħha billi tbiddel ir-rata tal-fluss volumetriku. L-unitajiet għandhom jiġu indikati bħala ‘fissi’ jekk l-unità ma tistax tibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tagħha, ‘fi stadji’ jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f’sensiela ta’ mhux aktar minn żewġ stadji, jew ‘varjabbli’ jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f’sensiela ta’ tliet stadji jew aktar;

(36)

Funzjoni’ tfisser l-indikazzjoni ta’ jekk unità hiex kapaċi għat-tkessiħ tal-arja ta’ ġewwa, it-tisħin tal-arja ta’ ġewwa jew it-tnejn;

(37)

Tagħbija tad-disinn’ tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ (Pdesignc) iddikjarata u/jew it-tagħbija tat-tisħin iddikjarata (Pdesignh) [kW] fit-temperatura ta’ referenza tad-disinn, fejn

għall-modalità tat-tkessiħ, Pdesignc hija ugwali għall-kapaċità ddikjarata għat-tkessiħ f’ Tj ugwali għal Tdesignc;

għall-modalità tat-tisħin, Pdesignh hija ugwali għat-tagħbija parzjali f’ Tj ugwali għal Tdesignh;

(38)

Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika’ (EERd(Tj)) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika f’għadd limitat ta’ meded ta’ temperatura (j) speċifikati b’temperatura ta’ barra (Tj), kif iddikjarat mill-manifattur;

(39)

Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni’ (COPd(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni f’għadd limitat ta’ meded ta’ temperatura (j) speċifikati b’temperatura ta’ barra (Tj), kif iddikjarat mill-manifattur;

(40)

Temperatura bivalenti’ (Tbiv) tfisser it-temperatura ta’ barra (Tj) [°C] iddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, li fiha, il-kapaċità ddikjarata hija ugwali għat-tagħbija parzjali u li taħtha l-kapaċità ddikjarata trid tkun supplimentata minn kapaċità ta’ ħiter elettriku ta’ emerġenza sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin;

(41)

Temperatura limitu tat-tħaddim’ (Tol) tfisser it-temperatura ta’ barra [°C] ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, li taħtha l-kundizzjonatur tal-arja ma jkun jista’ jwassal ebda kapaċità tat-tisħin; taħt din it-temperatura, il-kapaċità ddikjarata hija ugwali għal żero;

(42)

Kapaċità tal-intervall ċikliku’ [kW] hija l-medja (ppeżata bil-ħin) tal-kapaċità ddikjarata tul l-intervall tat-test ċikliku għat-tkessiħ (Pcycc) jew għat-tisħin (Pcych);

(43)

Effiċjenza tal-intervall ċikliku għat-tkessiħ’ (EERcyc) huwa l-proporzjon medju tal-effiċjenza enerġetika tul l-intervall tat-test ċikliku (il-kompressur jinxtgħel u jintefa), ikkalkulat bħala l-kapaċità integrata tat-tkessiħ fuq l-intervall [kWh] diviż bil-qawwa elettrika integrata introdotta fuq dak l-istess intervall [kWh];

(44)

Effiċjenza tal-intervall ċikliku għat-tisħin’ (COPcyc) hija l-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni fuq l-intervall tat-test ċikliku (il-kompressur jinxtgħel u jintefa), ikkalkulat bħala l-kapaċità integrata tat-tisħin fuq l-intervall [kWh] diviż bil-qawwa elettrika integrata introdotta fuq dak l-istess intervall [kWh];

(45)

Koeffiċjent tad-degradazzjoni’ hija l-kejl tal-effiċjenza mitlufa miħabba ċ-ċikli (il-kompressur jinxtgħel/jintefa fil-modalità attiva) stabbilita għat-tkessiħ (Cdc), it-tisħin (Cdh) jew magħżul bħala valur assenjat ta’ 0,25;

(46)

Modalità attiva’ tfisser il-modalità li tikkorispondi għas-sigħat b’tagħbija ta’ tkessiħ jew tisħin tal-bini u li biha tiġi attivata l-funzjoni tat-tkessiħ u t-tisħin tal-unità. Il-kundizzjoni tista’ tinvolvi ċikli mixgħula/mitfija tal-unità sabiex tilħaq jew tmantni temperatura meħtieġa tal-arja ta’ ġewwa;

(47)

Modalità termostat mitfi’ tfisser modalità li tikkorrispondi għas-sigħat mingħajr tkessiħ jew tisħin fejn il-funzjoni tat-tkessiħ jew tat-tisħin tal-unità tkun mixgħula imma l-unità ma tkunx operattiva billi m’hemmx tagħbija tat-tkessiħ jew tat-tisħin. Din il-kundizzjoni hija għalhekk relatata mat-temperaturi ta’ barra u mhux mat-tagħbijiet ta’ ġewwa; Iċ-ċikli mixgħul / mitfi fil-modalità attiva mhumiex meqjusa termostat mitfi;

(48)

Modalità operazzjoni tal-ħiter tal-kisi tal-krank’ tfisser kundizzjoni fejn l-unità tkun attivat apparat tat-tisħin sabiex jiġi evitat li r-refriġerant jgħaddi għal ġol-kompressur sabiex tiġi limitata l-konċentrazzjoni tar-refriġerant fiż-żejt malli jiġi sstartjat il-kompressur;

(49)

Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalità termostat mitfi’ (PTO ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità termostat mitfi;

(50)

Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalità standby’ (PSB ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità standby;

(51)

Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalità mitfija’ (POFF ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità mitfija;

(52)

Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalita ħiter tal-kisi tal-krank attivat’ (PCK ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità ħiter tal-kisi tal-krank attivat;

(53)

Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità termostat mitfi’ (HTO ) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità termostat mitfi, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;

(54)

Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità termostat mitfi’ (HSB ) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità standby, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;

(55)

Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità mitfija’ (HOFF ) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità mitfija, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;

(56)

Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità ħiter tal-kisi tal-krank’ (HCK ) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità ħiter tal-kisi tal-krank attivat, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;

(57)

Fluss nominali tal-arja’ tfisser ir-rata tal-fluss tal-arja [m3/h] imkejla mal-iżbokk tal-arja ta’ unitajiet ta’ barra u/jew ta’ ġewwa (jekk apllikabbli) ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kundizzjonijiet nominali standard għat-tkessiħ (jew għat-tisħin, jekk il-prodott ma jkollux funzjoni ta’ tkessiħ);

(58)

Qawwa introdotta nominali għat-tkessiħ’ (PEER ) tfisser il-qawwa elettrika introdotta [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tkessiħ f’kundizzjonijiet nominali standard;

(59)

Qawwa introdotta nominali għat-tisħin’ (PCOP ) tfisser il-qawwa elettrika introdotta [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tisħin f’kundizzjonijiet nominali standard;

(60)

Konsum tal-elettriku ta’ kanali singoli u doppji’ (QSD u QDD rispettivament) tfisser il-konsum tal-elettriku ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew doppju għall-modalità tat-tkessiħ u/jew tat-tisħin (liema minnhom tapplika) [kanal singolu f’kWh/h, kanal doppju f’kWh/a];

(61)

Proporzjon tal-kapaċità’ tfisser il-proporzjon tal-kapaċità totali ddikjarata tat-tkessiħ jew tat-tisħin għall-unitajiet ta’ ġewwa operattivi kollha mal-kapaċità totali ddikjarata tat-tkessiħ jew tat-tisħin tal-unità ta’ barra bil-kundizzjonijiet nominali standard;

(62)

Rata massima tal-fluss tal-arja tal-fann’ (F) tfisser il-fluss tal-arja tal-fann għall-użu personali bis-setting massimu tiegħu [m3/min], imkejjel mal-iżbokk tal-fann bil-mekkaniżmu oxxillanti (jekk applikabbli) mitfi;

(63)

Mekkaniżmu oxxillanti’ tfisser il-kapaċità tal-fann għall-użu personali li jvarja awtomatikament id-direzzjoni tal-fluss tal-arja waqt li l-fann ikun qed jaħdem;

(64)

Livell tal-qawwa akustika tal-fann’ tfisser il-livell tal-qawwa akustika tal-fann għall-użu personali, ippeżat bil-fattur A, waqt li jkun qed jipprovdi r-rata tal-fluss massimu tal-fann, imkejjel min-naħa tal-iżbokk;

(65)

Sigħat f’modalità attiva tal-fann’ (HCE ) tfisser l-għadd ta’ sigħat [h/a] li fihom huwa assunt li l-fann għall-użu personali jipprovdi r-rata tal-fluss massimu tal-fann, kif deskritt fl-Anness II, Tabella 4.

2.   REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA MINIMA, KONSUM MASSIMU TAL-ELETTRIKU FIL-MODALITÀ MITFIJA U L-MODALITÀ STANDBY U GĦAL-LIVELL MASSIMU TA’ QAWWA AKUSTIKA

a.

Mill-1 ta’ Jannar 2013, kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti fit-tabelli 1, 2 u 3 ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Il-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-modalititajiet mitfija u standby kif indikati fit-Tabella 2 ta’ hawn taħt. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika minima u l-qawwa akustika massima għandhom jirrelataw mal-kundizzjonijiet nominali standard speċifikati fl-Anness II, Tabella 2.

Tabella 1

Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima

 

Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju

Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu

EERrated

COPrated

EERrated

COPrated

Jekk il-GWP tar-refriġerant > 150

2,40

2,36

2,40

1,80

Jekk il-GWP tar-refriġerant ≤ 150

2,16

2,12

2,16

1,62

Tabella 2

Rekwiżiti għall-konsum massimu tal-elettriku fil-modalità mitfija u l-modalità standby għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali

Modalità mitfija

Il-konsum tal-elettriku tat-tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni b’modalità mitfija ma għandux jaqbeż 1,00 W.

Modalità standby

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni sempliċi ta’ funzjoni attivata ta’ riattivazzjoni, m’għandux jaqbeż 1,00 W

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi turija ta’ informazzjoni jew qagħda, jew li jipprovdi biss kumbinazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni jew turija ta’ informazzjoni jew qagħda, m’għandux jaqbeż 2,00 W

Disponibbiltà ta’ modalità standby u/jew mitfija

It-tagħmir għandu jipprovdi, għajr fejn dan ma jkunx jixraq għall-użu maħsub, il-modalità mitfija u/jew il-modalità standby, u/jew xi kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u l-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn.

Tabella 3

Rekwiżiti għall-livell massimu tal-qawwa akustika

Livell tal-qawwa akustika ta’ ġewwa f ‘dB(A)

65

b.

Mill-1 ta’ Jannar 2013, kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika minima u l-livell massimu ta’ qawwa akustika kif indikati fit-tabelli 4 u 5 ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika minima u l-qawwa akustika massima għandha tirrelata mal-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn speċifikati fl-Anness II, Tabella 3 bl-użu tal l-istaġun tat-tisħin “Medju” fejn applikabbli. Ir-rekwiżiti dwar il-qawwa akustika għandhom jirrelataw mal-kundizzjonijiet nominali standard speċifikati fl-Anness II, Tabella 2.

Tabella 4

Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima

 

SEER

SCOP

(Staġun medju tat-tisħin)

Jekk il-GWP tar-refriġerant > 150

3,60

3,40

Jekk il-GWP tar-refriġerant ≤ 150

3,24

3,06

Tabella 5

Rekwiżiti għall-livell massimu tal-qawwa akustika

Kapaċità nominali ≤ 6 kW

6 < Kapaċità nominali ≤ 12 kW

Livell tal-qawwa akustika ta’ ġewwa f ‘dB(A)

Livell tal-qawwa akustika ta’ barra f’dB(A)

Livell tal-qawwa akustika ta’ ġewwa f ‘dB(A)

Livell tal-qawwa akustika ta’ barra f’dB(A)

60

65

65

70

c.

Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kundizzjonaturi tal-arja għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikati fit-tabella ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi b’kanal singolu u doppju, għandhom jirrelataw għall-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn speċifikati fl-Anness II, Tabella 3 bl-użu tal-istaġun tat-tisħin “Medju” fejn applikabbli. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju għandhom jirrelataw mal-kundizzjonijiet nominali standard speċifikati fl-Anness II, Tabella 2.

Tabella 6

Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima

 

Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu

Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju

Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu

SEER

SCOP

(Staġun tat-tisħin Medja)

EERrated

COPrated

EERrated

COPrated

Jekk il-GWP tar-refriġerant > 150, għal 6 kW

4,60

3,80

2,60

2,60

2,60

2,04

Jekk il-GWP tar-refriġerant ≤ 150, għal ≤ 6 kW

4,14

3,42

2,34

2,34

2,34

1,84

Jekk il-GWP tar-refriġerant > 150, għal 6– 12 kW

4,30

3,80

2,60

2,60

2,60

2,04

Jekk il-GWP tar-refriġerant ≤ 150, għal 6– 12 kW

3,87

3,42

2,34

2,34

2,34

1,84

d.

Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti fit-tabella 7 ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II.

Tabella 7

Rekwiżiti għall-konsum massimu tal-elettriku fil-modalità mitfija u l-modalità standby

Modalità mitfija

Il-konsum tal-elettriku tat-tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni b’modalità mitfija ma għandux jaqbeż 0,50 W.

Modalità standby

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni sempliċi ta’ funzjoni attivata ta’ riattivazzjoni, m’għandux jaqbeż 0,50 W

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi turija ta’ informazzjoni jew qagħda, jew li jipprovdi biss kumbinazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni jew turija ta’ informazzjoni jew qagħda, m’għandux jaqbeż 1,00 W

Disponibbiltà ta’ modalità standby u/jew mitfija

It-tagħmir għandu jipprovdi, għajr fejn dan ma jkunx jixraq għall-użu maħsub, il-modalità mitfija u/jew il-modalità standby, u/jew xi kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u l-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn.

Ġestjoni tal-enerġija

Meta tagħmir ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni ewlenija tiegħu, jew meta prodotti oħra li jużaw l-enerġija ma jkunux mill-funzjonijiet tagħhom, dan għandu joffri, sakemm ikun jixraq skund l-użu maħsub, funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, li wara l-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli xieraq għall-użu maħsub tal-apparat, tiswiċċjah awtomatikament għal

modalità standby, jew

modalità mitfija, jew

kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u/jew il-modalità standby meta l-apparat ikun imqabbad mal-mejn. Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija għandha tiġi attivata qabel il-kunsinna tal-prodott.

3.   REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

(a)

Mill-1 ta’ Jannar 2013, fir-rigward tal-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali, l-informazzjoni stipulata fil-punti taħt u kkalkulata skont l-Anness II għandha tkun ipprovduta fuq:

i)

id-dokumentazzjoni teknika tal-prodott;

ii)

siti elettroniċi b’aċċess ħieles tal-manifatturi tal-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali;

(b)

Il-manifattur tal-kundizzjonaturi tal-arja u tal-fannijiet għall-użu personali għandu jipprovdi lil-laboratorji li jwettqu verifiki ta’ sorveljanza tas-suq, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa dwar it-twaqqif tal-unità kif applikat għall-istabbiliment ta’ kapaċitajiet iddikjarati, SEER/EER, valuri SCOP/COP u valuri ta’ servizz u jipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt għall-ksib ta’ din l-informazzjoni.

(c)

Rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu.

Tabella 1

Rekwiżiti tal-informazzjoni  (4)

(l-għadd ta’ deċimali fil-kaxxa jindika l-preċiżjoni tar-rappurtar)

Informazzjoni biex tidentifika l-mudell(i) li tirrelata magħhom l-informazzjoni:


Funzjoni (indika jekk hemm)

Jekk il-funzjoni tinkludi t-tisħin: Indika l-staġun tat-tisħin li l-informazzjoni tirrelata għalih. Il-valuri indikati għandhom jirrelataw għal staġun tat-tisħin wieħed. Inkludi mill-inqas l-istaġun tat-tisħin ‘Medju’.

tkessiħ

Iva/Le

Medju

(obbligatorju)

Iva/Le

tisħin

Iva/Le

Isħan

(jekk deżinjat)

Iva/Le

 

Ikseħ

(jekk deżinjat)

Iva/Le

Fattur

simbolu

valur

unità

Fattur

simbolu

valur

unità

Tagħbija nominali

Effiċjenza staġonali

tkessiħ

Pdesignc

x,x

kW

tkessiħ

SEER

x,x

tisħin / Medju

Pdesignh

x,x

kW

tisħin / Medju

SCOP/A

x,x

tisħin / Isħan

Pdesignh

x,x

kW

tisħin / Isħan

SCOP/W

x,x

tisħin / Ikseħ

Pdesignh

x,x

kW

tisħin / Ikseħ

SCOP/C

x,x

Kapaċità ddikjarata (*) għat-tkessiħ, b’temperatura ta’ ġewwa 27(19)°C u temperatura ta’ barra Tj

Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika (*), b’temperatura ta’ ġewwa 27(19) °C u temperatura ta’ barra Tj

Tj = 35 °C

Pdc

x,x

kW

Tj=35 °C

EERd

x,x

Tj=30 °C

Pdc

x,x

kW

Tj=30 °C

EERd

x,x

Tj=25 °C

Pdc

x,x

kW

Tj=25 °C

EERd

x,x

Tj=20 °C

Pdc

x,x

kW

Tj=20 °C

EERd

x,x

Kapaċità ddikjarata (*) għat-tisħin / Staġun medju, b’temperatura ta’ ġewwa 20°C u temperatura ta’ barra Tj

Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni (*)/ Staġun medju, b’temperatura ta’ ġewwa 20°C u temperatura ta’ barra Tj

Tj=-7 °C

Pdh

x,x

kW

Tj=-7 °C

COPd

x,x

Tj=2 °C

Pdh

x,x

kW

Tj=2 °C

COPd

x,x

Tj=7 °C

Pdh

x,x

kW

Tj=7 °C

COPd

x,x

Tj=12 °C

Pdh

x,x

kW

Tj=12 °C

COPd

x,x

Tj=temperatura bivalenti

Pdh

x,x

kW

Tj=temperatura bivalenti

COPd

x,x

Tj=limitu operattiv

Pdh

x,x

kW

Tj=limitu operattiv

COPd

x,x

Kapaċità ddikjarata (*) għat-tisħin / Staġun isħan, b’temperatura ta’ ġewwa 20 °C u temperatura ta’ barra Tj

Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni (*)/ Staġun isħan, b’temperatura ta’ ġewwa 20 °C u temperatura ta’ barra Tj

Tj=2 °C

Pdh

x,x

kW

Tj=2 °C

COPd

x,x

Tj=7 °C

Pdh

x,x

kW

Tj=7 °C

COPd

x,x

Tj=12 °C

Pdh

x,x

kW

Tj=12 °C

COPd

x,x

Tj=temperatura bivalenti

Pdh

x,x

kW

Tj=temperatura bivalenti

COPd

x,x

Tj=limitu operattiv

Pdh

x,x

kW

Tj=limitu operattiv

COPd

x,x

Kapaċità ddikjarata (*) għat-tisħin / Staġun ikseħ, b’temperatura ta’ ġewwa 20 °C u temperatura ta’ barra Tj

Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni (*)/ Staġun ikseħ, b’temperatura ta’ ġewwa 20 °C u temperatura ta’ barra Tj

Tj = -7 °C

Pdh

x,x

kW

Tj = -7 °C

COPd

x,x

Tj = 2 °C

Pdh

x,x

kW

Tj=2 °C

COPd

x,x

Tj = 7 °C

Pdh

x,x

kW

Tj = 7 °C

COPd

x,x

Tj = 12 °C

Pdh

x,x

kW

Tj = 12 °C

COPd

x,x

Tj=temperatura bivalenti

Pdh

x,x

kW

Tj = temperatura bivalenti

COPd

x,x

Tj=limitu operattiv

Pdh

x,x

kW

Tj = limitu operattiv

COPd

x,x

Tj = -15 °C

Pdh

x,x

kW

Tj = -15 °C

COPd

x,x

Temperatura bivalenti

Temperatura limitu operattiva

tisħin / Medju

Tbiv

x

°C

tisħin / Medju

Tol

x

°C

tisħin / Isħan

Tbiv

x

°C

tisħin / Isħan

Tol

x

°C

tisħin / Ikseħ

Tbiv

x

°C

tisħin / Ikseħ

Tol

x

°C

Kapaċità tal-intervall taċ-ċikli

Effiċjenza tal-intervall taċ-ċikli

għat-tkessiħ

Pcycc

x,x

kW

għat-tkessiħ

EERcyc

x,x

għat-tisħin

Pcych

x,x

kW

għat-tisħin

COPcyc

x,x

Koeffiċjent ta’ degradazzjoni tkessiħ (**)

Cdc

x,x

Koeffiċjent ta’ degradazzjoni tisħin (**)

Cdh

x,x

Qawwa elettrika introdotta f’modialitajiet ta’ qawwa letteika għajr ‘modalità attiva’

Konsum annwali tal-elettriku

modalità mitfija;

POFF

x,x

kW

tkessiħ

QCE

x

kWh/a

modalità standby;

PSB

x,x

kW

tisħin / Medju

QHE

x

kWh/a

modalità termostat mitfi;

PTO

x,x

kW

tisħin / Isħan

QHE

x

kWh/a

modalità ħiter tal-kisi tal-krank

PCK

x,x

kW

tisħin / Ikseħ

QHE

x

kWh/a

Kontroll tal-kapaċità (indika waħda minn tliet opzjonijiet)

Fatturi oħra

fiss

Iva/Le

Livell tal-qawwa akustika (barra/ġewwa)

LWA

x,x / x,x

dB(A)

fi stadji

Iva/Le

Potenzjal għat-tisħin globali

GWP

x

kgCO2 eq.

varjabbli

Iva/Le

Livell nominali tal-qawwa akustika (barra/ġewwa)

x / x

m3/h

Dettalji ta’ kuntatt għal aktar informazzjoni

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Safejn hu rilevanti fid-dawl tal-funzjonalità, il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni kif mitluba fit-tabella 1 fuq fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott. Għall-unitajiet b’kontroll tal-kapaċità mmarkat bħala “staged” (fi stadji), żewġ valuri għall-ogħla u l-aktar baxx, imniżżla bħala ‘hi/lo’ mifruda minn slexx (‘/’) jiġu ddikjarati f’kull kaxxa fis-sezzjoni ‘Kapaċità ddikjarata’.

(d)

Rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u b’kanal doppju.

Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal wieħed għandhom jissejħu ‘kundizzjonaturi tal-arja lokali’ fuq l-imballaġġ, id-dokumentazzjoni dwar il-prodott u fuq kwalunkwe materjal pubbliċitarju, ikunx elettroniku jew fuq il-karta.

Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni bħal din fit-tabella taħt.

Tabella 2

Rekwiżiti ta’ informazzjoni

Informazzjoni biex tidentifika l-mudell(i) li tirrelata magħhom l-informazzjoni:

[imla kif meħtieġ]

Deskrizzjoni

Simbolu

Valur

Unità

Kapaċità nominali għat-tkessiħ

P rated għat-tkessiħ

[x,x]

kW

Kapaċità nominali għat-tisħin

Prated għat-tisħin

[x,x]

kW

Qawwa nominali introdotta għat-tkessiħ

PEER

[x,x]

kW

Qawwa elettrika introdotta nominali għat-tisħin

PCOP

[x,x]

kW

Proporzjon Nominali tal-Effiċjenza enerġetika

EERd

[x,x]

Koeffiċjent Nominali tal-prestazzjoni

COPd

[x,x]

Konsum tal-elettriku fil-modalità termostat mitfi

PTO

[x,x]

W

Konsum tal-elettriku fil-modalità standby

PSB

[x,x]

W

Konsum tal-elettriku ta’ apparat b’kanal singolu/doppju

(indika separatament għat-tkessiħ u għat-tisħin:

DD: QDD

DD: [x]

DD: kWh/a

SD: QSD

SD: [x,x]

SD: kWh/h

Livell tal-qawwa akustika

LWA

[x]

dB(A)

Potenzjal għat-tisħin globali

GWP

[x]

kgCO2 eq.

Dettalji ta’ kuntatt għal aktar informazzjoni

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(e)

Rekwiżiti tal-informazzjoni għall-fannijiet għall-użu personali

Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni bħal din fit-tabella taħt.

Tabella 3

Rekwiżiti ta’ informazzjoni

Informazzjoni biex tidentifika l-mudell(i) li tirrelata magħhom l-informazzjoni:

[imla kif meħtieġ]

Deskrizzjoni

Simbolu

Valur

Unità

Rata ta’ fluss massimu tal-fann

F

[x,x]

m3/min

Qawwa elettrika introdotta tal-fann

P

[x,x]

W

Valur ta’ servizz

SV

[x,x]

(m3/min)/W

Konsum tal-elettriku fuq standby

PSB

[x,x]

W

Livell tal-qawwa akustika tal-fann

LWA

[x]

dB(A)

Veloċità massima tal-arja

c

[x,x]

m/sec

Standard ta’ kejl għall-valur ta’ servizz

[iddikkjara hawn ir-referenza għall-istandard ta’ kejl użat]

Dettalji ta’ kuntatt għal aktar informazzjoni

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


(1)  IPCC Third Assessment Climate Change 2001. A Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change: http://www.ipcc.ch/publications_and_data/publications_and_data_reports.shtml

(2)  Climate Change, The IPCC Scientific Assessment, J.T Houghton, G.J.Jenkins, J.J. Ephraums (ed.) Cambridge University Press, Cambridge (UK) 1990.

(3)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.

(4)  Għal apparat multisplit, id-dejta tiġi pprovduta bi proporzjon tal-kapaċità ta’ 1.

(*)  = Għal unitajiet b’kapaċità fi stadji, żewġ valuri mifruda minn slexx (‘/’) jiġu ddikjarati f’kull kaxxa fis-sezzjoni ‘Kapaċità ddikjarata tal-unità’ and " EER/COP iddikjarat" tal-unità.

(**)  = Jekk il-valur assenjat Cd = 0,25 jintgħażel, mela (ir-riżultati minn) it-testijiet taċ-ċiklu mhumiex meħtieġa. Inkella jkun meħtieġ il-valur tat-test taċ-ċikli tat-tisħin jew tat-tkessiħ.


ANNESS II

Kejl u kalkoli

1.

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru permezz ta’ standards armonizzati li n-numru ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodu affidabbli, akkurat u riproduċibbli ieħor, li jqis il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti, u li rriżultati tagħhom jitqiesu bħala ta’ inċertezza baxxa. Huma għandhom jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi:

2.

Id-determinazzjoni tal-konsum staġonali tal-enerġija u l-effiċjenza għall-proprzjoni staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER) u l-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP) għandhom iqisu:

a)

L-istaġun(i) Ewropew(j) tat-tkessiħ u t-tisħin, kif definit fit-Tabella 1 taħt;

b)

Kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn, kif definiti fit-Tabella 3 taħt;

c)

Konsum tal-enerġija elettrika għall-modalitajiet rilevanti kollha tat-tħaddim, bl-użu ta’ perjodi ta’ ħin kif definit fit-Tabella 4 taħt;

d)

Effetti tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata minn ċikli mixgħul/mitfi (jekk applikabbli) skont it-tip ta’ kontroll tal-kapaċità tat-tkessiħ u/jew tat-tisħin;

e)

Korrezzjonijiet lill-koeffiċjenti staġonali tal-prestazzjoni f’kundizzjonijiet fejn it-tagħbija tat-tisħin ma tistax tintlaħaq mill-kapaċità tat-tisħin;

f)

Il-kontribut ta’ ħiter ta’ emerġenza (jekk applikabbli) fil-kalkolu tal-effiċjenza staġonali ta’ unità f’modalità tat-tisħin.

3.

Meta l-informazzjoni dwar mudell speċifiku, li jkun kumbinazzjoni ta’ unità(jiet) ta’ ġewwa u ta’ barra, jinkiseb minn kalkolu fuq il-bażi tad-disinn, u/jew estrapolazzjoni minn kumbinazzjonijiet oħrajn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta’ dawn il-kalkoli u/jew l-estrapolazzjoniet, u ta’ testijiet magħmula sabiex jivverifikaw l-eżattezza tal-kalkoli maħduma (inklużi dettalji tal-mudell matematiku biex jikkalkula l-prestazzjoni ta’ dawn il-kumbinazzjonijiet, u ta’ kejl meħud sabiex jivverifikaw dan il-mudell).

4.

Il-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika għat-tkessiħ (EERrated) u, fejn applikabbli, il-koeffiċjent nomali tal-prestazzjoni(COPrated) għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju għandhom jiġu stabbiliti bil-kundizzjonijiet nominali standard kif definiti fit-Tabella 2 taħt.

5.

Il-kalkolu tal-konsum staġonali tal-elettriku għat-tkessiħ (u/jew it-tisħin) għandu jqis il-konsum tal-enerġija elettrika tal-modalitajiet rilevanti kollha tat-tħaddimkif definit fit-tabella 3 taħt, bl-użu ta’ sigħat operattivi, kif definit fit-tabella 4 taħt.

6.

L-effiċjenza tal-fann għall-użu personali għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-fluss nominali tal-arja tal-unità diviża bil-qawwa elettrika nominali introdotta tal-unità.

Tabella 1

Meded ta’ temperatura staġonali għat-tkessiħ u t-tisħin (j = indiċi tal-medda, Tj = temperatura ta’ barra, hj = sigħat fis-sena għal kull medda) fejn ‘db’ = tempertura b’termometru niexef.

STAĠUN TAT-TKESSIĦ

j

#

Tj

°C

db

hj

h/annum

1

17

205

2

18

227

3

19

225

4

20

225

5

21

216

6

22

215

7

23

218

8

24

197

9

25

178

10

26

158

11

27

137

12

28

109

13

29

88

14

30

63

15

31

39

16

32

31

17

33

24

18

34

17

19

35

13

20

36

9

21

37

4

22

38

3

23

39

1

24

40

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali h.

2 602


STAĠUN TAT-TISĦIN

j

#

Tj

°C

db

hj

h/annum

Medja

Isħan

Ikseħ

1 sa 8

– 30 sa – 23

0

0

0

9

–22

0

0

1

10

–21

0

0

6

11

–20

0

0

13

12

–19

0

0

17

13

–18

0

0

19

14

–17

0

0

26

15

–16

0

0

39

16

–15

0

0

41

17

–14

0

0

35

18

–13

0

0

52

19

–12

0

0

37

20

–11

0

0

41

21

–10

1

0

43

22

–9

25

0

54

23

–8

23

0

90

24

–7

24

0

125

25

–6

27

0

169

26

–5

68

0

195

27

–4

91

0

278

28

–3

89

0

306

29

–2

165

0

454

30

–1

173

0

385

31

0

240

0

490

32

1

280

0

533

33

2

320

3

380

34

3

357

22

228

35

4

356

63

261

36

5

303

63

279

37

6

330

175

229

38

7

326

162

269

39

8

348

259

233

40

9

335

360

230

41

10

315

428

243

42

11

215

430

191

43

12

169

503

146

44

13

151

444

150

45

14

105

384

97

46

15

74

294

61

Totali h.

4 910

3 590

6 446

Tabella 2

Kundizzjonijiet nominali standard, temperaturi f’temperaturi tal-arja b’ ‘termometru niexef’

(b’ ‘termometru umdu’ indikati fil-parenteżi)

Apparat

Funzjoni

Temperatura tal-arja ta’ ġewwa

(°C)

Temperatura tal-arja ta’ barra

(°C)

Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu

tkessiħ

27 (19)

35 (24)

tisħin

20 (mass. 15)

7(6)

kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu

tkessiħ

35 (24)

35 (24) (*)

tisħin

20 (12)

20 (12) (*)


Tabella 3

Kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn, temperaturi f’temperaturi tal-arji b’ ‘termometru niexef’

(b’ ‘termometru umdu’ indikati fil-parenteżi)

Funzjoni/staġun

Temperatura tal-arja ta’ ġewwa

(°C)

Temperatura tal-arja ta’ barra

(°C)

Temperatura bivalenti

(°C)

Temperatura limitu operattiva

(°C)

 

Tin

Tdesignc/Tdesignh

Tbiv

Tol

tkessiħ

27 (19)

Tdesignc = 35 (24)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

tisħin / Medju

20 (15)

Tdesignh = – 10 (– 11)

mass. 2

mass. – 7

tisħin / Isħan

Tdesignh = 2 (1)

mass. 7

mass. 2

tisħin / Ikseħ

Tdesignh = – 22 (– 23)

mass. – 7

mass. – 15


Tabella 4

Sigħat operattivi skont it-tip ta’ apparat skont il-modalità funzjonali li għandha tintuża għall-kalkolu tal-konsum tal-elettriku

Tip ta’ apparat / funzjonalità

(jekk applikabbli)

Unità

Staġun tat-tisħin

Modalità mixgħula

Modalità termostat mitfi

Modalità standby

Modalità mitfija

Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank

 

 

 

tkessiħ: HCE

tisħin: HHE

HTO

HSB

HOFF

HCK

Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u b’kanal doppju

Modalità tat-tkessiħ, jekk l-apparat joffri tkessiħ biss

h/annum

 

350

221

2 142

5 088

7 760

Modalitajiet tat-tkessiħ u tat-tisħin, jekk l-apparat joffri ż-żewġ modalitajiet

Modalità tat-tkessiħ

h/annum

 

350

221

2 142

0

2 672

Modalità tat-tisħin

h/annum

Medja

1 400

179

0

0

179

Isħan

1 400

755

0

0

755

Ikseħ

2 100

131

0

0

131

Modalità tat-tisħin, jekk l-apparat joffri tisħin biss

h/annum

Medja

1 400

179

0

3 672

3 851

Isħan

1 400

755

0

4 345

4 476

Ikseħ

2 100

131

0

2 189

2 944

Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju

Modalità tat-tkessiħ, jekk l-apparat joffri tkessiħ biss

h/60 min

 

1

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Modalitajiet tat-tkessiħ u tat-tisħin, jekk l-apparat joffri ż-żewġ modalitajiet

Modalità tat-tkessiħ

h/60 min

 

1

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Modalità tat-tisħin

h/60min

 

1

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Modalità tat-tisħin, jekk l-apparat joffri tisħin biss

h/60min

 

1

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu

Modalità tat-tkessiħ

h/60 min

 

1

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Modalità tat-tisħin

h/60 min

 

1

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli


(*)  Fil-każ ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kanal wieħed, il-kondensur (evaporatur) waqt it-tkessiħ (tisħin) mhuwiex mogħti arja ta’ barra, iżda arja ta’ ġewwa.


ANNESS III

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

1.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda biss.

2.

Il-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju, għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament, jekk il-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika tiegħu (SEER), jew il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP), jekk applikabbli ma tkunx inqas mill-valur iddikjarat nieqes 8% bil-kapaċità ddikkjarata tal-unità. Il-valuri SEER u SCOP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II.

Il-mudell ta’ kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu u doppju għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, għal dan ir-Regolament, jekk il-il-medja tar-riżultati għall-kundizzjonijiet modalità mitfija ma taqbiżx il-valuri limitu b’aktar minn 10 %, u jekk il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), jew il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated), jekk applikabbli,ma jkunux inqas mill-valur iddikjarat nieqes 10%. Il-valuri EER u COP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II.

Il-mudell tal-kondizzjonatur tal-arja għandu jitqies li jikkonforma mar-rekiwżiti stipulati fir-Regolament, kif applikabbli, jekk il-livell massimu tal-qawwa akustika ma jaqbiżx aktar minn 2 dB(A) tal-valur iddikjarat.

3.

F’każ li ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2, l-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq għandha tittestja tliet unitajiet addizzjonali magħżula b’mod aleatorju.

4.

Il-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju, għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament, jekk il-medja tat-tliet unitajiet għall-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER), jew il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP), jekk applikabbli, ma tkunx inqas mill-valur iddikjarat nieqes 8% bil-kapaċità ddikkjarata tal-unità. Il-valuri SEER u SCOP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II.

Il-mudell ta’ kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu u doppju għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, għal dan ir-Regolament, jekk il-medja tar-riżultati tat-tliet unitajiet għall-kundizzjonijiet modalità mitfija u modilità standby ma taqbiżx il-valuri limitu b’aktar minn 10 %, u jekk il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), jew il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated), jekk applikabbli,ma jkunx inqas mill-valur iddikjarat nieqes 10 %. Il-valuri EER u COP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II.

Il-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja għandu jitqies konformi mar-rekiwżiti stipulati f’dan ir-Regolament, kif applikabbli, jekk il-medja tal-livell massimu tal-qawwa akustika ma jaqbiżx aktar minn 2 dB(A) tal-valur iddikjarat.

5.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi ma’ dan ir-Regolament.

Għall-għanijiet tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri msemmija fl-Anness II u l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi ta’ kalkolu u ta’ kejl affidabbli, akkurat u riproduċibbli oħra, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti.


ANNESS IV

Punti ta’ riferiment

Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-kundizzjonaturi tal-arja f’termini tal-prestazzjoni enerġetika tagħhom ġiet identifikata kif ġej:

Punti ta’ riferiment għall-kundizzjonaturi tal-arja

Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu

Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju

Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu

SEER

SCOP

EER

COP

EER

COP

8,50

5,10

3,00  (*)

3,15

3,15  (*)

2,60

Il-punt ta’ riferiment għal-livell ta’ GWP tar-refriġerant li jintuża fil-kundizzjonaturi tal-arja huwa GWP ≤ 20.


(*)  Ibbażat fuq l-effiċjenza tal-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu mkessaħ bl-evaporazzjoni


10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 207/2012

tad-9 ta’ Marzu 2012

dwar struzzjonijiet elettroniċi rigward l-użu ta’ apparat mediku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(10) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 rigward mezzi mediċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(14) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-każ ta’ xi apparat mediku, il-forniment ta’ struzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika flok b’mod stampat jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-utenti professjonali. Dan jista’ jtaffi l-piż fuq l-ambjent u jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-apparat mediku billi jitraħħsu l-ispejjeż, filwaqt li jinżamm jew jittejjeb il-livell tas-sikurezza.

(2)

Din il-possibbiltà li l-istruzzjonijiet dwar l-użu jiġu pprovduti f’għamla elettronika minflok b’mod stampat għandha tiġi limitata għal ċertu apparat u aċċessorji mediċi maħsuba għall-użu f’kundizzjonijiet speċifiċi. Xorta waħda, għal raġunijiet ta’ sikurezza u effiċjenza, l-utenti għandhom dejjem ikollhom il-possibbiltà li jakkwistaw dawk l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla stampata jekk jagħmlu rikjesta għal dan.

(3)

Biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu r-riskji potenzjali, l-adegwatezza tal-forniment tal-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika għandha tkun suġġetta għal valutazzjoni tar-riskju speċifika mill-manifattur.

(4)

Biex jiġi żgurat li l-utenti jkollhom aċċess għall-istruzzjonijiet dwar l-użu, għandha tiġi pprovduta informazzjoni adegwata dwar l-aċċess għal dawk l-istruzzjonijiet fwar l-użu f’għamla elettronika u dwar il-jedd li wieħed jitlob għal kopja stampata tal-istruzzjonijiet dwar l-użu.

(5)

Biex jiġi żgurat aċċess bla kundizzjonijiet għall-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika u biex tiġi faċilitata l-komunikazzjoni ta’ aġġornamenti u ta’ alerti dwar il-prodotti, l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika għandhom ikunu disponibbli wkoll permezz ta’ websajt.

(6)

Minkejja kull obbligu lingwistiku impost fuq il-manifatturi bil-liġi tal-Istat Membru, il-manifatturi li jipprovdu l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika għandhom jindikaw fil-websajt tagħhom b’liema lingwi tal-Unjoni jkunu disponibbli dawk l-istruzzjonijiet.

(7)

Għajr għall-apparat mediku tal-Klassi I, kif imfisser fl-Anness IX tad-Direttiva 93/42/KEE, is-soddisfar tal-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament għandu jiġi analizzat minn entità notifikata matul il-proċedura applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità abbażi ta’ metodu tat-teħid tal-kampjuni speċifiku.

(8)

Billi d-dritt għall-protezzjoni tal-privatezza ta’ persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali għandu jiġi żgurat mill-manifatturi u l-entitajiet notifikati ukoll, jixraq li jiġi stipulat li l-websajt li jkun fihom l-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ apparat mediku jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3).

(9)

Biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-konsistenza, l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika li jiġu pprovduti minbarra l-istruzzjonijiet dwar l-użu sħaħ f’għamla stampata għandhom jiġu koperti minn dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti limitati marbuta mal-kontenut u l-websajts tagħhom.

(10)

Jixraq li jiġi stipulat id-diferiment ta’ dan ir-Regolament biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni bla ntoppi għas-sistema l-ġdida u biex l-operaturi u l-Istati Membri kollha jkollhom biżżejjed żmien biex jaddattaw irwieħhom għaliha.

(11)

Il-miżuri previsti minn dan ir-regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat kif stabbilit bl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 90/385/KEE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ apparat mediku msemmija fil-punt 15 tal-Anness 1 tad-Direttiva 90/385/KEE u l-punt 13 tal-Anness I tad-Direttiva 93/42/KEE jistgħu jiġu pprovduti f’għamla elettronika minflok f’għamla stampata.

Dan jistabbilixxi wkoll ċerti rekwiżiti rigward l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika li jiġu pprovduti minbarra l-istruzzjonijiet dwar l-użu sħaħ f’għamla stampata b’rabta mal-konenut u l-websajts tagħhom.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a)

“struzzjonijiet dwar l-użu” tfisser informazzjoni provduta mill-manifattur biex jinforma lill-utent ta’ apparat dwar l-użu sikur u proprju tiegħu, dwar il-prestazzjoni mistennija tiegħu u dwar kwalunkwe prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu kif spjegat fil-partijiet relevanti tal-punt 15 tal-Anness 1 tad-Direttiva 90/385/KEE u tal-punt 13 tal-Anness I tad-Direttiva 93/42/KEE;

(b)

“struzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika” tfisser struzzjonijiet dwar l-użu murija f’għamla elettronika mill-apparat, inklużi f’mezz portabbli ta’ ħażna elettronika fornut mill-manifattur flimkien mal-apparat, jew struzzjonijiet dwar l-użu disponibbli permezz ta’ websajt;

(ċ)

“utenti professjonali” tfisser persuni li jużaw l-apparat mediku matul ħidmiethom u fil-qafas ta’ attività professjonali fil-qasam tal-għoti ta’ servizz tas-saħħa.

(d)

“apparat mediku stallat fiss” tfisser apparat u l-aċċessorji ta’ miegħu li jkunu intiżi li jiġu stallati, imwaħħla jew impoġġija b’xi mod ieħor f’post speċifiku f’faċilità tas-servizzi tas-saħħa biex b’hekk ma jkunux jistgħu jitneħħew minn dak il-post jew jinqalgħu minnu bla ma jintużaw għodod jew apparat, u li mhumiex speċifikament maħsuba għall-użu f’xi faċilità mobbli għall-għoti tas-servizzi tas-saħħa.

Artikolu 3

1.   Bla ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2, il-manifatturi jistgħu jipprovdu struzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika minflok f’għamla stampata, meta dawk l-istruzzjonijiet jkollhom x’jaqsmu ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn it-tipi ta’ apparat li ġejjin:

(a)

apparat mediku attiv li jiddaħħal f’xi parti tal-ġisem u l-aċċessorji tiegħu kopert mid-Direttiva 90/385/KEE maħsub biex jintuża esklużivament għall-implantazzjoni jew programmar ta’ apparat mediku implantabbli attiv definit;

(b)

apparat mediku li jiddaħħal f’xi parti tal-ġisem u l-aċċessorji tiegħu kopert mid-Direttiva 93/42/KEE maħsub biex jintuża esklużivament għall-implantazzjoni jew apparat mediku implantabbli definit;

(ċ)

apparat mediku stallat fiss kopert mid-Direttiva 93/42/KEE;

(d)

apparat mediku u l-aċċessorji tiegħu kopert mid-Direttivi 90/385/KEE u 93/42/KEE mgħammar b’sistema integrata li turi viżwalment l-istruzzjonijiet dwar l-użu;

(e)

softwer indipendenti kopert mid-Direttiva 93/42/KEE.

2.   Il-manifatturi jistgħu jipprovdu struzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika minflok stampata għall-apparat elenkat fil-paragrafu 1 skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-apparat u l-aċċessorji jkunu maħsuba għal użu esklużiv minn utenti professjonali;

(b)

l-użu minn persuni oħrajn mhux raġonevolment prevedibbli.

Artikolu 4

1.   Il-manifatturi tal-apparat imsemmi fl-Artikolu 3 li jipprovdu struzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika minflok stampata għandhom jimpenjaw irwieħhom b’valutazzjoni tar-riskju dokumentata li għandha tkopri tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

l-għarfien u l-esperjenza tal-utenti li l-apparat hu maħsub għalihom b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-apparat u l-ħtiġijiet tal-utenti;

(b)

il-karatteristiċi tal-ambjent li fih ikun se jintuża l-apparat;

(ċ)

l-għarfien u l-esperjenza tal-utenti maħsuba tal-ħardwer u s-softwer meħtieġ biex jintwerew l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika;

(d)

l-aċċess tal-utent għar-riżorsi elettroniċi raġonevolment prevedibbli meħtieġa fiż-żmien tal-użu;

(e)

twettiq ta’ salvagwardji biex jiġi żgurat li d-dejta u l-kontenut elettroniċi jkunu mħarsa mit-tbagħbis;

(f)

mekkaniżmi ta’ sikurezza u kopja żejda fil-każ li tfeġġ xi ħsara fil-ħardwer jew is-softwer, partikolarment jekk l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika jkunu integrati fl-apparat;

(g)

sitwazzjonijiet ta’ emerġenza medika prevedibbli li jirrikjedu l-forniment tal-informazzjoni f’għamla stampata;

(h)

l-impatt ikkawżat minn indisponibbiltà temporanja tal-websajt speċifika jew tal-Internet inġenerali, jew tal-aċċess għalihom fil-faċilità tas-servizzi tas-saħħa kif ukoll il-miżuri ta’ sikurezza disponibbli biex tiġi ffaċċjata sitwazzjoni bħal din;

(i)

valutazzjoni tal-perjodu ta’ żmien li fih l-istruzzjonijiet dwar l-użu għandhom jiġu pprovduti f’għamla stampata fuq talba tal-utenti.

2.   Il-valutazzjoni tar-riskju għall-forniment tal-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika għandha tiġi aġġornata fid-dawl tal-esperjenza li tinkiseb fil-fażi ta’ wara l-applikazzjoni tagħha fis-suq.

Artikolu 5

Il-manifatturi tal-apparat imsemmi fl-Artikolu 3 jistgħu jipprovdu struzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika minflok stampata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4 għandha turi li l-forniment tal-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika żżomm jew ittejjeb il-livell tas-sikurezza miksub bil-forniment tal-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla stampata;

(2)

dawn għandhom jipprovdu struzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika fl-Istati Membri kollha fejn il-prodott ikun disponibbli jew ikun se jintuża, sakemm ma jkunx ġustifikat adegwatement mod ieħor fil-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4;

(3)

dawn għandu jkollhom sistema li tipprovdi l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla stampata bla ebda spejjeż żejda għall-utent, fil-perjodu taż-żmien stipulat fil-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4 u mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji minn meta tasal ir-rikjesta mingħand l-utent jew fil-waqt tal-wasla tal-apparat jekk ikun intalab hekk meta tkun saret l-ordni;

(4)

dawn għandhom jipprovdu, fuq l-apparat jew f’fuljett, informazzjoni dwar sitwazzjonijiet ta’ emerġenza medika prevedibbli u, fil-każ ta’ apparat mgħammar b’sistema integrata li turi viżwalment l-istruzzjonijiet dwar l-użu, informazzjoni dwar kif jinxtegħel l-apparat;

(5)

dawn għandhom jiżguraw disinn u tħaddim kif imiss tal-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika u jipprovdu verifika u xhieda ta’ validazzjoni ta’ dan kollu;

(6)

fil-każ ta’ apparat mediku mgħammar b’sistema integrata li turi viżwalment l-istruzzjonijiet dwar l-użu, dawn għandhom jiżguraw li l-wiri tal-istruzzjonijiet dwar l-użu ma jxekkilx l-użu sikur tal-apparat, b’mod partikolari f’funzjonijiet ta’ monitoraġġ tal-ħajja jew ta’ sostenn tal-ħajja;

(7)

dawn għandhom jipprovdu, fil-katalgu tagħhom jew f’xi appoġġ informattiv adatt ieħor tal-apparat, l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tas-softwer u l-ħardwer meħtieġa biex jintwerew l-istruzzjonijiet dwar l-użu;

(8)

dawn għandu jkollhom sistema li tindika b’mod ċar meta jiġu reveduti l-istruzzjonijiet dwar l-użu u li tinforma lil kull utent tal-apparat b’dan jekk ir-reviżjoni kienet neċessarja minħabba raġunijiet ta’ sikurezza;

(9)

fil-każ ta’ apparat b’data tal-iskadenza definita, għajr għal apparat li jiddaħħal fil-ġisem, dawn għandhom iżommu l-istruzzjonijiet dwar l-użu disponibbli għall-utenti f’għamla elettronika għal talanqas sentejn wara li tgħaddi d-data tal-iskadenza tal-aħħar biċċa apparat prodott;

(10)

fil-każ ta’ apparat mingħajr data tal-iskadenza definita u fil-każ ta’ apparat li jiddaħħal fil-ġisem, dawn għandhom iżommu l-istruzzjonijiet dwar l-użu disponibbli għall-utenti f’għamla elettronika għal perjodu ta’ ħmistax-il sena wara li jkun tkun ġiet manifatturata l-aħħar biċċa apparat.

Artikolu 6

1.   Il-manifatturi għandhom jindikaw b’mod ċar li l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-apparat huma fornuti f’għamla elettronika minflok stampata.

Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fuq il-pakkett ta’ kull unità jew, fejn jixraq, fuq il-pakkett tal-bejgħ. Fil-każ ta’ apparat mediku stallat b’mod fiss, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll fuq l-apparat innifsu.

2.   Il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kif wieħed ikollu aċċess għall-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika.

Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kif stipulat fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1 jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli, f’dokument stampat fornut ma’ kull unità tal-apparat.

3.   L-informazzjoni dwar kif wieħed ikollu aċċess għall-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex wieħed jara l-istruzzjonijiet dwar l-użu;

(b)

referenza unika, li tagħti aċċess dirett, u kwalunwe informazzjoni oħra meħtieġa mill-utent biex jidentifika u jkollu aċċess għall-istruzzjonijiet dwar l-użu xierqa;

(ċ)

dettalji tal-kuntatt tal-manifattur relevanti;

(d)

fejn, kif u f’kemm tul ta’ żmien jistgħu jiġu rikjesti u għandhom jinkisbu struzzjonijiet dwar l-użu f’għamla stampata bla ebda talba għal ħlas addizzjonali b’mod konformi mal-Artikolu 5.

4.   Meta parti mill-istruzzjonijiet dwar l-użu tkun maħsuba li tiġi pprovduta lill-pazjent, dik il-parti ma għandhiex tiġi pprovduta f’għamla elettronika.

5.   L-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika għandhom ikunu disponibbli b’mod sħiħ bħala test li jista’ jkun jinkludi simboli u grafiċi b’tal-anqas l-istess informazzjoni bħall-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla stampata. Fajls vidjo jew awdjo jistgħu jiġu offruti wkoll flimkien mat-test.

Artikolu 7

1.   Meta l-manifatturi jipprovdu l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika permezz ta’ mezz tal-ħażna elettronika flimkien mal-apparat jew meta l-apparat innifsu jkollu miegħu sistema integrata li turi b’mod viżiv l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika għandhom ikunu aċċessibbli wkoll għall-utenti permezz ta’ websajt.

2.   Kwalunkwe websajt li jkun fiha struzzjonijiet dwar l-użu ta’ apparat li jiġu pprovduti f’għamla elettronika minflok stampata għandha tkun konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istruzzjonijiet dwar l-użu għandhom jiġu pprovduti f’format komuni li jista’ jinqara permezz ta’ softwer disponibbli b’xejn;

(b)

din għandha tkun protetta kontra intrużjoni tal-ħardwer jew tas-softwer;

(ċ)

din għandha tkun pprovduta b’tali mod li ż-żmien meta s-server ma jkunx qed jaħdem u l-problemi bil-wiri tal-informazzjoni jitnaqqsu kemm jista’ jkun;

(d)

għandu jissemma b’liema lingwi tal-Unjoni l-manifattur jipprovdi l-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika;

(e)

din għandha tissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva 95/46/KE;

(f)

l-indirizz tal-Internet kif muri skont l-Artikolu 6(2) għandu jkun stabbli u aċċessibbli direttament matul il-perjodi msemmija fil-punti (9) u (10) tal-Artikolu 5;

(g)

il-verżjonijiet kollha preċedenti tal-istruzzjonijiet dwar l-użu ppubblikati f’għamla elettronika u d-data tal-pubblikazzjoni tagħhom għandhom ikunu disponibbli fil-websajt.

Artikolu 8

Ħlief għall-apparat mediku tal-Klassi I, kif imfisser fl-Anness IX tad-Direttiva 93/42/KEE, l-issodisfar tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli minn 4 sa 7 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi analizzat minn entità notifikata tul il-proċedura applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità kif jissemma fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 90/385/KEE jew l-Artikolu 11 tad-Direttiva 93/42/KEE. L-analiżi għandha tissejjes fuq metodu speċifiku tat-teħid tal-kampjuni adatt għall-klassi u l-komplessità tal-prodott.

Artikolu 9

L-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla elettronika li jiġu pprovduti minbarra l-istruzzjonijiet sħaħ f’għamla stampata għandhom ikunu konsistenti mal-kontenut tal-istruzzjonijiet dwar l-użu f’għamla stampata.

Meta istruzzjonijiet dwar l-użu bħal dawn jiġu pprovduti permezz ta’ webstajt, din il-websajt għandha tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punti (b), (e) u (g) tal-paragrafu 2 tal-Artiklu 7.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum mindu jkun ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.

(2)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 208/2012

tad-9 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 121/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa skema fejn il-prodotti tal-ikel jistgħu jitqassmu lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni. Għal dik il-fini, jistgħu jkunu disponibbli l-prodotti fil-ħażniet tal-intervent jew, meta ħażniet tal-intervent adattati għall-iskema tat-tqassim tal-ikel ma jkunux disponibbli, il-prodotti tal-ikel jistgħu jinxtraw mis-suq. Għall-2012 u l-2013, dik l-iskema hija inkluża fil-lista ta' miżuri eleġibbli għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (4), f'limitu annwali ta' EUR 500 miljun.

(2)

Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet annwali. Il-pjan annwali ta' tqassim għall-2012 kien adottat fl-10 ta' Ġunju 2011 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2011 (5) abbażi biss tal-prodotti disponibbli fil-ħażniet tal-intervent. L-Istati Membri għandhom jiġu allokati r-riżorsi addizzjonali disponibbli fis-sena baġitarja tal-2012 għat-tqassim tal-prodotti tal-ikel lill-persuni l-aktar bil-bżonn fl-Unjoni b'riżultat tal-emenda tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bir-Regolament (UE) Nru 121/2012.

(3)

Sabiex jiġi infurzat il-limitu baġitarju annwali, meta jkun rilevanti, l-ispejjez tat-trasferiment ġewwa l-Unjoni għandhom jiġu inklużi fl-allokazzjoni finanzjarja totali disponibbli għal kull Stat Membru biex jiġi implimentat il-pjan ta' tqassim tal-2012. Barra minn hekk, għandhom jiġu aġġustati l-iskadenzi ffissati mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal-14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (6) għat-talbiet tal-ħlas u l-esekuzzjoni tal-ħlas mill-awtoritajiet, sabiex jiġi żġurat li r-riżorsi allokati fil-pjan ta' tqassim tal-2012 jkunu eleġibbli biss għall-appoġġ tal-Unjoni jekk dak il-ħlas jkun sar fis-sena baġitarja tal-2012.

(4)

Jekk jitqies il-perjodu ta' żmien imqassar li fadal għall-Istati Membri biex jimplimentaw il-pjan ta' tqassim għall-2012 b'konsegwenza tad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 121/2012, ikun xieraq li tingħata estensjoni tal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 fir-rigward tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-pjan annwali u l-ikkompletar tal-operazzjonijiet tal-ħlas għall-prodotti mobilizzati fis-suq.

(5)

Dik ir-reviżjoni tal-pjan ta' tqassim tal-2012 qed issir fi żmien meta l-arranġamenti amministrattivi nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-pjan qed joqorbu lejn it-tmiem tagħhom, il-kwantitajiet tal-prodotti disponibbli fil-ħażniet tal-intervent li huma allokati mill-ġdid wara d-deċiżjoni tal-Finlandja li tirrinunzja għal parti mill-allokazzjoni tagħha tal-ħalib tat-trab xkumat jew għal valutazzjoni mill-ġdid tal-ammonti preċiżi fil-ħażniet tal-intervent ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat jekk l-Istati Membri ikunux oservaw l-obbliġi stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 li jirtiraw 70 % taċ-ċereali u t-trab tal-ħalib xkumat sal-iskadenzi ffissati f'dak l-Artikolu.

(6)

Minħabba l-fatt li l-perjodu ta' implimentazzjoni għall-pjan ta' tqassim tal-2012 huwa diġà avvanzat u biex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed possibbli biex jipproċedu għall-azzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan emendat, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 għandu b'hekk jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikoli 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 1

1.   Fl-2012, it-tqassim tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi implimentat skont il-pjan annwali ta' tqassim stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-pjan tal-2012 jistgħu jintużaw mill-Istati Membri fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness I.

Il-kwantitajiet għal kull tip ta' prodott li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet tal-intervent huma stabbiliti fil-punt (b) ta' dak l-Anness.

L-allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri għax-xiri tal-prodotti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni huma stabbiliti fil-punt (c) ta' dak l-Anness.

2.   L-użu taċ-ċereali bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq huwa awtorizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

Artikolu 2

It-trasferiment ġewwa l-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandu jiġi awtorizzat, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 ta-Regolament (UE) Nru 807/2010. L-allokazzjonijiet indikattivi lill-Istati Membri għar-rimborż tal-ispejjeż tat-trasferimenti ġewwa l-Unjoni, kif metħieġ skont il-pjan annwali ta' tqassim imsemmi fl-Artikolu 1, huma stabbiliti fil-punt (d) tal-Anness I.”

(2)

L-Artikoli 2a sa 2d huma mdaħħla:

"Artikolu 2a

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, il-perjodu ta' implimentazzjoni għall-pjan annwali ta' tqassim tal-2012 għandu jintemm fit-28 ta' Frar 2013.

Artikolu 2b

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta' tqassim għall-2012, l-operazzjonijiet ta' ħlas għall-prodotti li għandhom jiġu fornuti mill-operatur, fil-każ ta' prodotti li għandhom jiġu mobilizzati fis-suq skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għandhom jitwettqu qabel il-15 ta' Ottubru 2012.

Artikolu 2c

Għall-pjan ta' tqassim tal-2012, l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, fejn ikun rilevanti, ma għandhomx japplikaw għall-kwantitajiet tal-ħażniet tal-intervent li ġejjin:

(a)

5,46 tunnellata ta' ċereali maħżuna fir-Renju Unit u allokati lill-Bulgaria;

(b)

0,651 tunnellata ta' ċereali maħżuna fil-Finlandja u allokati lill-Bulgaria;

(c)

249,04 tunnellata ta' ċereali maħżuna fi Franza u allokati lil Franza;

(d)

635,325 tunnellata ta' ħalib tat-trab xkumat,maħżuna fl-Estonja u allokati lill-Estonja.

Artikolu 2d

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta' tqassim tal-2012, għandhom jitressqu talbiet għall-ħlas lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru sat-30 ta' Settembru 2012. Ħlief f'każi ta' force majeure, ma jiġux aċċettati talbiet li jitressqu wara dik id-data.

Għandha tkun eleġibbli biss in-nefqa fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness I, għall-finanzjament mill-Unjoni, jekk din tkun tħallset mill-Istat Membru lill-benefiċjarju sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru 2012.”

(3)

L-Annessi I u II huma sostitwiti mit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 44, 16.2.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 152, 11.6.2011, p. 24.

(6)  ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9.


ANNESS

ANNESS I

PJAN ANNWALI TA' TQASSIM GĦALL-2012

(a)

Ammonti totali tar-riżorsi finanzjarji elenkati għal kull Stat Membru:

(f'EUR)

Stat Membru

Ammont

Il-Belġju

11 710 463

Il-Bulgarija

21 439 346

Ir-Repubblika Ċeka

135 972

L-Estonja

2 359 486

L-Irlanda

2 594 467

Il-Greċja

21 651 199

Spanja

80 401 345

Franza

70 563 823

L-Italja

95 641 425

Il-Latvja

5 558 220

Il-Litwanja

7 491 644

Il-Lussemburgu

171 704

L-Ungerija

13 715 022

Malta

721 992

Il-Polonja

75 296 812

Il-Portugall

19 332 607

Ir-Rumanija

60 689 367

Is-Slovenja

2 533 778

Is-Slovakkja

5 098 384

Il-Finlandja

2 892 944

Total

500 000 000

(b)

Kwantità għal kull tip ta' prodott li għandha tiġi rtirata mill-ħażniet tal-intevent tal-Unjoni għat-tqassim għal kull Stat Membru fil-limiti stabbiliti fil-punt(a) ta' dan l-Anness:

(f'tunnellati)

Stat Membru

Ċereali

Ħalib tat-trab xkumat

Il-Belġju

 

1 560,275

Il-Bulgarija

39 150,874

 

Ir-Repubblika Ċeka

450,000

 

L-Estonja

 

635,325

L-Irlanda

 

727,900

Il-Greċja

 

2 682,575

Spanja

 

10 093,975

Franza

249,040

8 858,925

L-Italja

 

12 337,975

Il-Latvja

 

870,050

Il-Litwanja

 

1 032,575

L-Ungerija

 

1 807,425

Malta

1 230,373

 

Il-Polonja

 

9 662,825

Il-Portugall

 

2 524,725

Ir-Rumanija

112 527,069

 

Is-Slovenja

 

287,750

Is-Slovakkja

8 976,092

 

Il-Finlandja

 

489,300

Total

162 583,448

53 571,600

(c)

Allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri għax-xiri tal-prodotti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) ta' dan l-Anness:

(f'EUR)

Stat Membru

Ammont

Il-Belġju

8 346 393

Il-Bulgarija

14 004 438

Ir-Repubblika Ċeka

70 619

L-Estonja

1 136 698

L-Irlanda

1 200 145

Il-Greċja

15 656 380

Spanja

57 977 800

Franza

51 172 604

L-Italja

68 479 620

Il-Latvja

3 736 468

Il-Litwanja

5 281 095

Il-Lussemburgu

161 225

L-Ungerija

9 751 550

Malta

493 784

Il-Polonja

54 100 415

Il-Portugall

13 763 634

Ir-Rumanija

39 979 504

Is-Slovenja

1 883 893

Is-Slovakkja

3 590 632

Il-Finlandja

1 871 094

Total

352 657 991

(d)

Allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri għar-rimborż tal-ispejjeż ta' trasferiment ġewwa l-Unjoni fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) ta' dan l-Anness:

(f'EUR)

Stat Membru

Ammont

Il-Bulgarija

2 300 431

Ir-Repubblika Ċeka

12 211

Il-Greċja

126 066

Spanja

401 345

Franza

17 915

L-Italja

399 005

Il-Latvja

5 509

L-Ungerija

61 128

Malta

63 361

Il-Polonja

205 907

Il-Portugall

108 700

Ir-Rumanija

5 970 071

Is-Slovenja

7 073

Is-Slovakkja

305 884

Il-Finlandja

15 394

Total

10 000 000

ANNESS II

(a)

Trasferimenti taċ-ċereali ġewwa l-Unjoni awtorizzati skont il-pjan ta' distribuzzjoni għas-sena baġitarja 2012:

 

Kwantità

(f'tunnellati)

Detentur

Riċevitur

1

33 989,414

Aġenzija għall-Affarijiet Rurali, Il-Finlandja

Държавен фонд ‘Земеделие’ — Разплащателна агенция, il-Bulgarija

2

5 161,460

RPA, Ir-Renju Unit

Държавен фонд ‘Земеделие’ — Разплащателна агенция, il-Bulgarija

3

450,000

SJV, L-Isvezja

SZIF, Ir-Repubblika Ċeka

4

1 230,373

SJV, L-Isvezja

L-Aġenzija tal-Pagamenti tal-Ministeru għar-Riżorsu u l-Affarijiet Rurali, Malta

5

16 856,043

BLE, Il-Ġermanja

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, ir-Rumanija

6

41 360,295

Aġenzija għall-Affarijiet Rurali, Il-Finlandja

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, ir-Rumanija

7

54 310,731

SJV, L-Isvezja

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, ir-Rumanija

8

147,000

FranceAgriMer, Franza

Pôdohospodárska platobná agentúra, Is-Slovakkja

9

8 829,092

SJV, L-Isvezja

Pôdohospodárska platobná agentúra, Is-Slovakkja

(b)

Trasferimenti tat-trab tal-ħalib xkumat ġewwa l-Unjoni awtorizzati skont il-pjan ta' distribuzzjoni għas-sena tal-baġit 2012:

 

Kwantità

(f'tunnellati)

Detentur

Riċevitur

1

2 682,575

BLE, Il-Ġermanja

OPEKEPE, Il-Greċja

2

330,350

SZIF, Ir-Repubblika Ċeka

FEGA, Spanja

3

6 308,425

OFI, L-Irlanda

FEGA, Spanja

4

3 455,200

RPA, Ir-Renju Unit

FEGA, Spanja

5

2 118,875

RPA, Ir-Renju Unit

FranceAgriMer, Franza

6

7 904,825

BIRB, Il-Belġju

AGEA, L-Italja

7

1 476,375

OFI, L-Irlanda

AGEA, L-Italja

8

2 749,625

Dienst Regelingen Roermond, Il-Pajjiżi l-Baxxi

AGEA, L-Italja

9

207,150

SJV, L-Isvezja

AGEA, L-Italja

10

870,050

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra. Il-Litwanja

Servizz ta' Appoġġ Rurali Il-Latvja

11

1 807,425

RPA. Ir-Renju Unit

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal. L-Ungerija

12

3 294,150

BLE. Il-Ġermanja

ARR. Il-Polonja

13

1 675,025

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra. Il-Litwanja

ARR. Il-Polonja

14

4 692,825

RPA. Ir-Renju Unit

ARR. Il-Polonja

15

2 524,275

RPA. Ir-Renju Unit

IFAP I.P. Il-Portugall

16

287,750

Dienst Regelingen Roermond. Il-Pajjiżi l-Baxxi

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja. Is-Slovenja

17

489,300

Dienst Regelingen Roermond. Il-Pajjiżi l-Baxxi

Aġenzija għall-Affarijiet Rurali. Il-Finlandja


10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 209/2012

tad-9 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

103,0

JO

78,3

MA

68,2

SN

207,5

TN

80,7

TR

95,1

ZZ

105,5

0707 00 05

JO

183,3

TR

172,1

ZZ

177,7

0709 91 00

EG

85,9

ZZ

85,9

0709 93 10

MA

55,8

TR

134,6

ZZ

95,2

0805 10 20

EG

48,8

IL

68,4

MA

56,6

TN

58,6

TR

72,2

ZZ

60,9

0805 50 10

BR

43,7

EG

41,7

MA

69,1

TR

50,4

ZZ

51,2

0808 10 80

BR

83,3

CA

117,2

CL

103,0

CN

110,7

MK

31,8

US

159,7

ZZ

101,0

0808 30 90

AR

92,3

CL

106,5

CN

44,8

ZA

94,2

ZZ

84,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/41


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 210/2012

tad-9 ta’ Marzu 2012

li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mill-5 sas-6 ta' Marzu 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Marzu 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b’dazju doganali ta’ żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji f’dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta’ kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta’ Marzu fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli.

(5)

Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta’ Marzu, għax-xahar imsemmi ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fil-5 u s-6 ta' Marzu 2012 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 57,099350 %.

Il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mit-12 ta’ Marzu 2012 huwa sospiż għal Marzu 2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Marzu 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.

(4)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(5)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.