ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.069.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 69

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
8 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2012 tas-7 ta’ Marzu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Armagh Bramley Apples (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 186/2012 tas-7 ta’ Marzu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Schwäbische Spätzle / Schwäbische Knöpfle (IĠP)]

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 187/2012 tas-7 Marzu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Tolminc (DPO)]

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2012 tas-7 ta’ Marzu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Susina di Dro (DPO)]

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 189/2012 tas-7 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 190/2012 tas-7 ta’ Marzu 2012 li ma tingħata l-ebda għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 111/2012

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 191/2012 tas-7 ta’ Marzu 2012 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni applikabbli għal ċerti tipi ta' ross bla ħliefa mit-8 ta’ Marzu 2012

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 192/2012 tas-7 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

13

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/9/UE tas-7 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I mad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk ( 1 )

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/141/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 2012 dwar il-finanzjament ta’ miżuri ta’ sorveljanza f’każ ta’ emerġenza, għar-rabja fit-Tramuntana tal-Greċja (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1354)

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 185/2012

tas-7 ta’ Marzu 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Armagh Bramley Apples (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mir-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni "Armagh Bramley Apples" ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ntbagħtet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 185, 25.6.2011, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

IR-RENJU UNIT

Armagh Bramley Apples (IĠP)


8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 186/2012

tas-7 ta’ Marzu 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Schwäbische Spätzle / Schwäbische Knöpfle (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Schwäbische Spätzle / Schwäbische Knöpfle” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 191, 1.7.2011, p. 20.


ANNESS

Prodotti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament:

Klassi 2.7.   Għaġin

IL-ĠERMANJA

Schwäbische Spätzle / Schwäbische Knöpfle (IĠP)


8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 187/2012

tas-7 Marzu 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Tolminc (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mis-Slovenja biex id-denominazzjoni "Tolminc" tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 185, 25.6.2011, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

IS-SLOVENJA

Tolminc (DPO)


8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 188/2012

tas-7 ta’ Marzu 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Susina di Dro (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Susina di Dro” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 185, 25.6.2011, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Susina di Dro (DPO)


8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 189/2012

tas-7 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

87,3

JO

78,3

MA

66,2

SN

207,5

TN

79,6

TR

104,9

ZZ

104,0

0707 00 05

EG

158,2

JO

129,5

TR

173,8

ZZ

153,8

0709 91 00

EG

91,5

ZZ

91,5

0709 93 10

MA

51,7

TR

149,8

ZZ

100,8

0805 10 20

EG

52,2

IL

67,8

MA

47,0

TN

60,9

TR

67,7

ZZ

59,1

0805 50 10

BR

43,7

EG

48,3

TR

49,0

ZZ

47,0

0808 10 80

CA

124,8

CL

96,3

CN

103,9

MK

31,8

US

152,4

ZZ

101,8

0808 30 90

AR

94,4

CL

106,2

CN

53,6

ZA

106,3

ZZ

90,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 190/2012

tas-7 ta’ Marzu 2012

li ma tingħata l-ebda għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 111/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) [ir-Regolament dwar l-“OKS Unika”] (1), u partikolarment l-Artikolu 43(d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 111/2012 tad-9 ta’ Frar 2012 li jiftaħ il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward l-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa (2) jipprovdi għal żewġ subperjodi għat-tressiq tal-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (3), abbażi tal-offerti nnotifikati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jew tiffissa ammont massimu tal-għajnuna jew ma tiffissax ammont massimu tal-għajnuna.

(3)

Wara eżami tal-offerti mressqa b’risposta għat-tieni stedina parzjali għall-offerti, huwa f’loku li ma tingħata l-ebda għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-1 ta’ Marzu 2012.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-1 ta’ Marzu 2012 fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 111/2012, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għal kwalunkwe kategorija ta’ prodotti minn dawk imsemmija fl-Anness għal dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 37, 10.2.2012, p. 55.

(3)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3


8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 191/2012

tas-7 ta’ Marzu 2012

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni applikabbli għal ċerti tipi ta' ross bla ħliefa mit-8 ta’ Marzu 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), [ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u partikolarment l-Artikolu 137 tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni jirriżultalha li l-liċenzji ta' importazzjoni għar-ross bla ħliefa tal-Kodiċi NM 1006 20, għajr il-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross Basmati, inħarġu għal kwantità ta' 143 798 tunnellata għall-perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Settembru 2011 sad-29 ta’ Frar 2012. Id-dazju tal-importazzjoni għar-ross bla ħliefa tal-kodiċi NM 1006 20 għajr ir-ross Basmati, stabbilit permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 903/2011 (2) għandu għalhekk jiġi emendat.

(2)

Id-dazju applikabbli għandu jiġi ffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu ta’ referenza. Jeħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross bla ħliefa tal-kodiċi NM 1006 20 huwa EUR 30 it-tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 231, 8.9.2011, p. 21.


8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 192/2012

tas-7 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 179/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 61, 2.3.2012, p. 16.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-8 ta’ Marzu 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

42,21

0,00

1701 12 90  (1)

42,21

1,94

1701 13 10  (1)

42,21

0,00

1701 13 90  (1)

42,21

2,24

1701 14 10  (1)

42,21

0,00

1701 14 90  (1)

42,21

2,24

1701 91 00  (2)

48,54

2,91

1701 99 10  (2)

48,54

0,00

1701 99 90  (2)

48,54

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/15


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/9/UE

tas-7 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness I mad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, presentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/37/KE jistipula li kull pakkett ta’ prodotti tat-tabakk, ħlief għal tabakk li jintuża fil-ħalq u prodotti oħrajn tat-tabakk li ma jitpejpux, u kull imballaġġ estern, bl-eċċezzjoni ta’ tgeżwir addizzjonali trasparenti, għandu jkollu twissija addizzjonali meħuda mil-lista stipulata fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva.

(2)

Dawk it-twissijiet addizzjonali ilhom mandatarji fuq il-pakketti kollha tat-tabakk li jitpejjep minn Settembru 2003 u fuq prodotti oħra tat-tabakk minn Settembru 2004.

(3)

Evidenza tissuġġerixxi li l-impatt tat-twissijiet addizzjonali attwali stipulati fl-Anness I mad-Direttiva 2001/37/KE naqas maż-żmien minħabba li l-effett ta' xi ħaġa ġdida fil-messaġġi tat-twissija telaq.

(4)

Barra minn hekk, minn l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE lil hawn ħarġet evidenza xjentifika ġdida dwar l-effetti tal-użu tat-tabakk fuq is-saħħa u l-prinċipji ta' tikkettjar effettiv dwar it-tabakk. B'mod partikolari, hemm evidenza li t-tipjip għadu parti kawżali fil-kanċer tal-ħalq u tal-gerżuma, fil-problemi tal-vista kif ukoll fil-mard tas-snien u tal-ħanek. Hemm ukoll evidenza li t-tipjip tal-ġenituri huwa fattur tar-riskju prinċipali fl-introduzzjoni tat-tipjip.

(5)

L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2001/37/KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tadatta t-twissijiet tas-saħħa stipulati fl-Anness I tal-istess Direttiva mal-progress xjentifiku u tekniku. Barra minn hekk, il-Linjigwida dwar l-imballaġġ u t-tikkettjar (2) tat-tabakk adottati permezz tat-Tielet Konferenza tal-Partijiet għall-Qafas ta' Konvenzjoni tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk f'Novembru 2008 jirrikkmandaw li perjodikament għandhom jiġu riveduti l-miżuri legali dwar l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' prodotti tat-tabakk u li dawn għandhom jiġu aġġornati minħabba li toħroġ evidenza ġdida kif ukoll peress li t-twissijiet u l-messaġġi speċifiċi tas-saħħa imurilhom l-effett tagħhom.

(6)

Għalhekk hemm bżonn ta' reviżjoni tat-twissijiet addizzjonali attwali stipulati fl-Anness I mad-Direttiva 2001/37/KE sabiex jinżamm u jiżdied l-impatt tagħhom, u biex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi xjentifiċi ġodda.

(7)

Din ir-reviżjoni għandha tkun imsejsa fuq ir-riżultati tar-reviżjoni tat-tagħrif attwali dwar it-tikkettjar tat-tabakk u l-effetti tal-użu tat-tabakk fuq is-saħħa u l-ittestjar tat-twissijiet magħmula fl-Istati Membri kollha.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju stabbilit skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/37/KE u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 2001/37/KE għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta' Marzu 2014. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istat Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu l-kontinwazzjoni tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sat-28 ta' Marzu 2016.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.

(2)  FCTC/COP3(10) Guidelines for implementation of Article 11 of the WHO Framework Convention on Tobacco Control (Packaging and labelling of tobacco products).


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' twissijiet tas-saħħa addizzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 5(2)(b))

(1)

It-tipjip jikkawża 9 minn 10 każijiet ta' kanċer fil-pulmun

(2)

It-tipjip jikkawża kanċer fil-ħalq u fil-gerżuma.

(3)

It-tipjip jagħmel ħsara lill-pulmuni

(4)

It-tipjip jikkawża l-attakki tal-qalb

(5)

It-tipjip jikkawża attakki ta' puplesija u diżabilità

(6)

It-tipjip isoddlok l-arterji

(7)

Bit-tipjip għandek riskju akbar li tagħma

(8)

It-tipjip iħassarlek snienek u l-ħanek

(9)

It-tipjip jista' joqtol it-tarbija tiegħek qabel it-twelid

(10)

It-tipjip tiegħek jagħmel ħsara lil uliedek, familtek u ħbiebek

(11)

It-tfal ta' min ipejjep għandhom possiblità akbar li jibdew ipejpu wkoll

(12)

Aqta' t-tipjip issa – ibqa' ħaj għal dawk li tħobb (1)

(13)

It-tipjip inaqqas il-fertilità

(14)

It-tipjip iżid ir-riskju ta' impotenza


(1)  Għandha titpoġġa referenza għan-numru tat-telefon/l-indirizz elettroniku tas-servizzi biex wieħed jieqaf ipejjep jekk dawn jeżistu fl-Istat Membru kkonċernat.”.


DEĊIŻJONIJIET

8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Marzu 2012

dwar il-finanzjament ta’ miżuri ta’ sorveljanza f’każ ta’ emerġenza, għar-rabja fit-Tramuntana tal-Greċja

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1354)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(2012/141/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula li meta Stat Membru jkun direttament mhedded bl-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz jew fi Stat Membru, ta’ waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, jista’ jiġi deċiż li jiġu adottati miżuri xierqa għas-sitwazzjoni u li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri li jkunu meqjusa partikolarment neċessarji għas-suċċess tal-azzjonijiet meħuda.

(2)

Ir-rabja hija marda tal-annimali li tolqot prinċipalment lill-karnivori selvaġġi u domestiċi u għandha implikazzjonijiet serji għas-saħħa pubblika. Hija waħda mill-mard elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

(3)

Fil-Greċja ilu ma jinstab każ tar-rabja sa mill-1987. Madankollu, minħabba s-sejba reċenti ta’ dik il-marda f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, huwa neċessarju li s-sorveljanza tar-rabja fit-Tramuntana tal-Greċja tiġi rinfurzata minnufih sabiex jiġi stabbilit jekk din il-marda hix riesqa lejn it-territorju ta’ dak l-Istat Membru u kemm hemm bżonn ta’ immunizzazzjoni orali tal-karnivori selvaġġi sabiex ma tibqax tinxtered u tinqered.

(4)

Fis-27 ta’ Jannar 2012, il-Greċja ppreżentat pjan ta’ emerġenza għal sorveljanza rinfurzata tar-rabja (“il-pjan”) lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni evalwat il-pjan u qieset li hu aċċettabbli. Huwa għalhekk xieraq li ċerti miżuri f’dan il-pjan jiġu ffinanzjati mill-Unjoni.

(5)

Il-Greċja għarrfet lill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ persunal fil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali tagħha għar-rabja biex iwettaq l-għadd ikbar ta’ testijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan. Minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja sfavorevoli attwali u l-urġenza biex jiġi stabbilit u implimentat il-pjan, huwa xieraq li l-ispiża marbuta mal-persunal tal-laboratorju li ġie impjegat apposta biex iwettaq it-testijiet fil-laboratorju stipulati fil-pjan, tiġi inkluża mal-ispejjeż eleġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni.

(6)

Meta wieħed iqis l-urġenza għall-implimentazzjoni tal-pjan, huwa ġġustifikat li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tkun disponibbli għall-miżuri meħuda mis-27 ta’ Jannar 2012, meta l-pjan ġie ppreżentat lill-Kummissjoni biex jingħataw il-fondi.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi Deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan, il-“Pjan ta’ emerġenza għas-sorveljanza tar-rabja” li l-Greċja ppreżentat lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Jannar 2012 (“il-pjan”) qed jiġi approvat għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-perjodu ta’ bejn is-27 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012 (“il-kontribuzzjoni finanzjarja”).

Artikolu 2

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja, b’kollox, ma taqbiżx is-somma ta’ EUR 60 000.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi somma b’rata fissa ta’ EUR 5 għal kull annimal selvaġġ miġbur u mibgħut għall-investigazzjoni tar-rabja stabbilita fil-pjan.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tingħata bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż li jkunu se jiġu mġarrba skont il-pjan għat-testijiet fil-laboratorju biex tinstab l-infezzjoni tar-rabja u għall-iżolazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-vajrus tar-rabja.

Dawk l-ispejjeż jinkludu:

(a)

l-ispejjeż imġarrba għax-xiri ta’ kits għat-testijiet, reaġenti u l-konsumabbli kollha użati biex isiru t-testijiet fil-laboratorju;

(b)

l-ispejjeż ġenerali ekwivalenti għal 7 % tas-somma totali tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a).

Madankollu, l-ammont massimu tal-ispejjeż li għandhom jiġu rimburżati għal test fluworexxenti tal-antikorpi (FAT), b’kollox, ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 12 għal kull test.

4.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tingħata bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż għall-persunal li ġie impjegat apposta biex iwettaq it-testijiet fil-laboratorju msemmija fil-paragrafu 3.

Dawk l-ispejjeż jinkludu:

(a)

il-miżata mħallsa għall-persunal jew is-salarji proprji tagħhom flimkien mal-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħra inklużi fir-remunerazzjoni tagħhom;

(b)

l-ispejjeż ġenerali ekwivalenti għal 7 % tas-somma totali tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a).

Madankollu, l-ammont massimu tal-ispejjeż li għandu jiġi rimburżat għal dan il-persunal, b’kollox, ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 25 000.

Artikolu 3

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tingħata jekk il-Greċja:

(a)

timplimenta l-pjan skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni, u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u ta’ għajnuna statali;

(b)

tippreżenta rapporti tekniċi interim skont l-Anness I lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn:

(i)

il-31 ta’ Mejju 2012, li jkopru l-perjodu mis-27 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ April 2012;

(ii)

it-30 ta’ Settembru 2012, li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2012 sal-31 ta’ Awwissu 2012;

(c)

tippreżenta rapport tekniku finali u rapport finanzjarju skont l-Annessi I u II, li jkopru l-perjodu mis-27 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, sa mhux iktar tard mit-28 ta’ Frar 2013;

(d)

timplimenta b’mod sodisfaċenti l-miżuri previsti fil-pjan.

2.   F’każ li l-Greċja ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja, wara li tqis in-natura u l-gravità tan-nuqqas ta’ konformità u t-telf finanzjarju mġarrab mill-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tibda tapplika mis-27 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  OJ L 155, 18.6.2009, p. 30.


ANNESS I

Ir-rapport tekniku msemmi fl-Artikolu 3(1)(b) u (c) jinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

Perjodu ta’ Rapportar: Minn _ sa _.

Ir-rapport tekniku interim 

Ir-rapport tekniku finali 

A.   It-testijiet ta’ sorveljanza tar-rabja mwettaq u r-riżultati tagħhom:

Prefettura

Speċijiet

Tip ta’ test

Għadd ta’ annimali ttestjati

Pożittiv

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   Il-valutazzjoni teknika tas-sitwazzjoni u d-diffikultajiet li nqalgħu.


ANNESS II

Ir-rapport finanzjarju msemmi fl-Artikolu 3(1)(c) jinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

Miżuri eleġibbli għall-kofinanzjament

Testijiet fil-laboratorju

 

Tip ta’ testijiet

Għadd ta’ annimali ttestjati

Għadd ta’ testijiet imwettqa

Spiża tat-testijiet imwettqa mingħajr l-ispejjeż ġenerali

Sejba tal-antiġen tal-vajrus tar-rabja

FAT

 

 

 

PCR

 

 

 

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

 

 

 

Iżolazzjoni/Karatterizzazzjoni tal-vajrus tar-rabja

Tqegħid f’sekwenza

 

 

 

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

 

 

 

Total

 

 

 

 

Persunal tal-laboratorju impjegat apposta biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan

Isem

Status (Permanenti/Temporanju)

Tul tal-kuntratt

Ammont imħallas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Jiena niċċertifika li

in-nefqa saret tassew, ingħata rendikont preċiż għaliha u hija eleġibbli skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/141/UE;

ma ntalbet l-ebda kontribuzzjoni oħra mill-Unjoni għal dan il-pjan u d-dħul kollu li kien hemm minn operazzjonijiet li saru skont il-programm huwa ddikkjarat lill-Kummissjoni;

il-pjan twettaq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, partikolarment ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u l-għajnuna statali;

japplikaw il-proċeduri ta’ kontroll, b’mod partikolari għall-verifika tal-eżattezza tal-ammonti dikjarati, għall-prevenzjoni, is-sejba u t-tiswija tal-irregolaritajiet.

Data:

Isem u firma tad-direttur operattiv: