ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.064.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 64

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
3 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 180/2012 tat-2 ta’ Marzu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κουφέτα Αμυγδάλου Γεροσκήπου (Koufeta Amygdalou Geroskipou) (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 181/2012 tat-2 ta’ Marzu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melon de Guadeloupe (IĠP)]

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2012 tat-2 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/7/UE tat-2 ta’ Marzu 2012 li temenda, għal skop ta' adattazzjoni għall-progess tekniku, il-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli ( 1 )

7

 

*

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/8/UE tat-2 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Direttiva 2003/90/KE li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli ( 1 )

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/136/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi l-Infrastruttura Komuni ta’ Riżorsi u Teknoloġija Lingwistiċi bħala Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta' Riċerka (CLARIN ERIC) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1018)

13

 

 

2012/137/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2012 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1148)  ( 1 )

29

 

 

2012/138/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2012 fir-rigward tal-miżuri ta’ emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1310)

38

 

 

Rettifika

 

 

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 163/2012 tat-23 ta' Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina ( ĠU L 52, 24.2.2012 )

48

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 180/2012

tat-2 ta’ Marzu 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κουφέτα Αμυγδάλου Γεροσκήπου (Koufeta Amygdalou Geroskipou) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Ċipru biex id-denominazzjoni “Κουφέτα Αμυγδάλου Γεροσκήπου” (Koufeta Amygdalou Geroskipou) tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 191, 1.7.2011, p. 24.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Klassi 2.4:   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar

ĊIPRU

Κουφέτα Αμυγδάλου Γεροσκήπου (Koufeta Amygdalou Geroskipou) (IĠP)


3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 181/2012

tat-2 ta’ Marzu 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melon de Guadeloupe (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Melon de Guadeloupe” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 189, 29.6.2011, p. 37.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

FRANZA

Melon de Guadeloupe (IĠP)


3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 182/2012

tat-2 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

70,7

JO

73,2

MA

73,1

TN

90,4

TR

120,0

ZZ

85,5

0707 00 05

EG

158,2

JO

131,5

TR

169,6

ZZ

153,1

0709 91 00

EG

72,9

ZZ

72,9

0709 93 10

MA

56,1

TR

102,2

ZZ

79,2

0805 10 20

EG

51,8

IL

66,9

MA

51,6

TN

51,1

TR

76,8

ZZ

59,6

0805 50 10

BR

43,7

TR

60,9

ZZ

52,3

0808 10 80

CA

118,1

CL

98,4

CN

108,3

MK

31,8

US

155,6

ZZ

102,4

0808 30 90

AR

70,3

CL

145,8

CN

54,2

US

99,0

ZA

95,8

ZZ

93,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/7


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/7/UE

tat-2 ta’ Marzu 2012

li temenda, għal skop ta' adattazzjoni għall-progess tekniku, il-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46.1(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/48 tistipula valuri ta' limitu għall-kadmju, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istitut Nazzjonali Olandiż għas-Saħħa Pubblika u l-Ambjent (RIVM) li saru fir-rapport tal-2008 bit-titlu Metodoloġija ġenerali għall-valutazzjoni tas-sikurezza kimika tal-ġugarelli b'fowkus fuq l-elementi. Ir-rakkomandazzjonijiet tar-RIVM huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-esponiment tat-tfal għall-kimiċi fil-ġugarelli ma jistax jaqbeż ċertu livell, imsejjaħ “doża tollerabbli ta' kuljum”. Minħabba li t-tfal huma esposti għall-kimiċi permezz ta' sorsi oħra apparti l-ġugarelli, persentaġġ biss mid-doża tollerabbli ta' kuljum tista' tiġi allokata. Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċita u l-Ambjent (CSTEE) irrakkomanda fir-rapport tiegħu tal-2004 li jista' jiġi allokat massimu ta' 10 % tad-doża tollerabbli ta' kuljum fil-ġugarelli. Madankollu, għall-kadmju u sustanzi kimiċi oħra li huma partikolarment tossiċi, l-lallokazzjoni rakkomandata ma għandhiex taqbeż il-5 % tad-doża tollerabbli ta' kuljum, sabiex jiżguraw li t-traċċi li huma kompatibbli mal-prattiki tajba ta' manifattura biss ikunu preżenti.

(2)

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-RIVM, il-persentaġġ massumu tad-doża tollerabbli ta' kuljum għandu jiġi mmultiplikat bil-piż ta' tifel/tifla, stmat għal 7,5 kg, u diviż bil-kwantità ta' materjal tal-ġugarelli li jinbela', sabiex jinkisbu l-valuri limiti għas-sustanzi kimiċi elenkati fid-Direttiva 2009/48/KE.

(3)

Għall-kadmju, ir-RIVM uża d-doża tollerabbli ta' kull ġimgħa ta' 7 μg/kg stabbilita mill-Esperti tal-Kumitat Konġunt tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ikel u l-Agrikoltura u l-kumitat dwar l-additivi fl-ikel tal-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa (JEFCA) fl-1989 u kkonfermata mill-JECFA fl-2001. Ġie applikat fattur ta' sikurezza ta' tnejn, li jirriżulta f'doża tollerabbli ta' kull ġimgħa ta' 3,5 μg/kg u doża tollerabbli ta' kuljum ta' 0,5 μg/kg.

(4)

Sabiex jiġu definiti xenarji possibbli ta' esponiment għas-sustanzi kimiċi, il-kwantità ta' materjal tal-ġugarelli li jinbela' ġie stmat mir-RIVM għal 8 mg kull jum għal ġugarelli b'materjal mibrux, 100 mg għal materjal fraġli tal-ġugarelli u 400 mg għal materjal likwidu jew li jwaħħal tal-ġugarelli. Dawk il-limiti ta' inġestjoni kienu appoġġati mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali (SCHER) fl-opinjoni tiegħu bit-titlu adottata fit-18 ta' Mejju 2010.

(5)

Permezz tal-applikazzjoni ta' 5 % tad-doża tollerabbli ta' kuljum, immultiplikata bil-piż tat-tifel/tifla u diviża bil-kwantità tal-materjal tal-ġugarelli inġestit, il-valuri ta' limitu li ġejjin ġew stabbiliti għall-kadmju: 23 mg/kg għal materjal mibrux, 1,9 mg/kg għal materjal xott u 0,5 mg/kg għal materjal likwidu.

(6)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-30 ta' Jannar 2009 li d-doża tollerabbli ta' kull ġimgħa stabbilita mill-JEFCA fl-1989 u kkonfermata mill-JECFA fl-2001 ma kinitx għadha xierqa fid-dawl tal-iżviluppi l-ġodda marbuta mat-tossiċità tal-kadmju. L-EFSA stabbiliet doża tollerabbli ta' kull ġimgħa ġdida ta' 2,5 μg/kg, li tirriżulta f'doża tollerabbli ta' kuljum ta' 0,36 μg/kg.

(7)

L-applikazzjoni ta' 5 % tad-doża ġdida tollerabbli ta' kuljum, immultiplikata bil-piż tat-tifel/tifla u diviża bil-kwantità tal-materjal tal-ġugarelli inġestit tirriżulta fil-limiti li ġejjin tal-kadmju: 17 mg/kg għal materjal mibrux, 1,3 mg/kg għal materjal xott u 0,3 mg/kg għal materjal likwidu.

(8)

Għalhekk, id-Direttiva 2009/48/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-Parti III tal-Anness I tad-Direttiva 2009/48/KE hija emendata b'konformità mal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Jannar 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-20 ta' Lulju 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom ir-referenza msemmija waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.


ANNESS

Il-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE hija emendata kif ġej:

Fil-punt 13, l-entrata għall-kadmju hija sostitwita b’dan li ġej:

Element

mg/kg

f’materjal tal-ġugarelli niexef, fraġli, f’għamla ta’ trab jew flessibbli

mg/kg

f’materjal tal-ġugarelli likwidu jew li jwaħħal

mg/kg

f’materjal tal-ġugarelli li jkun inbarax

“Kadmju

1,3

0,3

17 ”


3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/9


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/8/UE

tat-2 ta’ Marzu 2012

li temenda d-Direttiva 2003/90/KE li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE (2) kienet adottata biex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom ikunu konformi mal-linji gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward ta’ karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu miksub mill-eżami tal-ispeċi diversi u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sakemm dawn il-linji gwida jkunu ġew stabbiliti. Għal varjetajiet oħra, din id-Direttiva tipprevedi li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (International Union for Protection of new Varieties of Plants - UPOV).

(2)

Is-CPVO sadanittant stabbilixxa linji gwida ulterjuri għal għadd ta’ speċi oħra, u aġġorna dawk eżistenti.

(3)

Id-Direttiva 2003/90/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II mad-Direttiva 2003/90/KE huma mibdula bit-test fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-eżamijiet li nbdew qabel l-1 ta’ Ottubru 2012, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva 2003/90/KE fil-verżjoni li kienet applikabbli qabel ma ġiet emendata b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7.


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli ta’ prova tas-CPVO

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca filiformis Pourr.

Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien in-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Żwien iebes

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium x boucheanum Kunth

Sikrana ibrida

TP 4/1 tat-23.6.2011

Pisum sativum L.

Piżelli

TP 7/2 tal-11.3.2010

Brassica napus L.

Rapa tal-kolza

TP 36/2 tas-16.11.2011

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien

TP 57/1 tal-21.3.2007

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/1 tas-6.11.2003

Avena sativa L. (inkluża A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/1 tas-6.11.2003

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/2rev. tal-11.3.2010

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/1 tat-18.11.2004

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta’ xi speċi tal-ġenus Triticum ma’ xi speċi tal-ġenus Secale

TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/2 tas-6.11.2003

Zea mays L.

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/2 tal-1.12.2005

It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fil-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

“ANNESS II

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida ta’ prova tal-UPOV

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Ħaxix iebes bellusi

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth.

Red top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Ħaxix iebes li jixxeblek

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Rescue grass

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tas-17.4.2002

Festuca arundinacea Schreber

Żwien twil

TG/39/8 tas-17.4.2002

Festuca pratensis Huds.

Żwien il-bur

TG/39/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta’ speċijiet tal-ġenus Festuca mal-ispeċi tal-ġenus Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Ħaxix ta’ timothy żgħir

TG/34/6 tas-7.11.1984

Phleum pratense L.

Ħaxix ta’ timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Poa pratensis L.

Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

TG/33/6 tat-12.10.1990

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina tal-werqa dejqa

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago sativa L.

Xnien

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago x varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Silla ħamra

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Vicia faba L.

Favetta

TG/8/6 tas-17.4.2002

Vicia sativa L.

Ġulbiena komuni

TG/32/6 tal-21.10.1988

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Kolza

TG/89/6rev. tal-4.4.2001 + 1.4.2009

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TG/178/3 tal-4.4.2001

Arachis hypogea L.

Karawett

TG/93/3 tat-13.11.1985

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Gossypium spp.

Qoton

TG/88/6 tal-4.4.2001

Papaver somniferum L.

Peprin

TG/166/3 tal-24.3.1999

Sinapis alba L.

Ġarġir abjad

TG/179/3 tal-4.4.2001

Glycine max (L.) Merrill

Żerriegħet is-sojja

TG/80/6 tal-1.4.1998

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TG/122/3 tas-6.10.1989

It-test ta’ dawn il-linji gwida jista’ jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).


DEĊIŻJONIJIET

3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Frar 2012

li tistabbilixxi l-Infrastruttura Komuni ta’ Riżorsi u Teknoloġija Lingwistiċi bħala Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta' Riċerka (CLARIN ERIC)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1018)

(2012/136/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Settembru 2011, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Unjoni Lingwistika Olandiża, l-Awstrija u l-Pajjiżi l-Baxxi talbu l-Kummissjoni tistabbilixxi Infrastruttura Komuni ta’ Riżorsi u Teknoloġija Lingwistiċi bħala konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta' Riċerka (minn issa 'l quddiem CLARIN ERIC).

(2)

Il-Pajjiżi l-Baxxi pprovdew dikjarazzjoni li tirrikonoxxi CLARIN ERIC bħala korp internazzjonali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 143(1)(g) u l-Artikolu 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) u organizzazzjoni internazzjonali fi ħdan it-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġament ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, il-moviment u l-monitoraġġ ta' tali prodotti (3), mill-mument tal-istabbiliment tiegħu.

(3)

Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru. 723/2009, ivvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament.

(4)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru. 723/2009,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka għall-Infrastruttura Komuni ta’ Riżorsi u Teknoloġija Lingwistiċi msemmi CLARIN ERIC huwa b’dan stabbilit.

2.   L-Istatuti tal-CLARIN ERIC, kif miftiehma bejn il-membri, huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Máire GEOGHEGAN-QUINN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1.


ANNESS

STATUTI TAL-CLARIN ERIC

Werrej

KAPITOLU 1 –   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Isem, sit, lokazzjoni u lingwa li tintuża

Artikolu 2

Objettivi u attivitajiet

KAPITOLU 2 –   SĦUBIJA

Artikolu 3

Sħubija u entità rappreżentanti

Artikolu 4

Dħul ta’ membri u osservaturi

Artikolu 5

Irtirar ta’ membru jew osservatur / Terminazzjoni tal-isħubija u tal-istatus ta’ osservatur

KAPITOLU 3 –   DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U OSSERVATURI

Artikolu 6

Membri

Artikolu 7

Osservaturi

KAPITOLU 4 –   GOVERNANZA TAL-CLARIN ERIC

Artikolu 8

Assemblea Ġenerali

Artikolu 9

Bord Konsultattiv Xjentifiku

Artikolu 10

Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali

Artikolu 11

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 12

Bord tad-Diretturi

Artikolu 13

Kumitat Permanenti għaċ-ċentri tekniċi tal-CLARIN

Artikolu 14

Gruppi ta’ Ħidma

KAPITOLU 5 –   FINANZJAMENT

Artikolu 15

Prinċipji baġitarji u kontijiet

Artikolu 16

Responsabbiltà

KAPITOLU 6 –   IRRAPPURTAR LILL-KUMMISSJONI

Artikolu 17

Irrappurtar lill-Kummissjoni

KAPITOLU 7 –   POLITIKI

Artikolu 18

Ftehimiet ma’ partijiet terzi

Artikolu 19

Politiki ta’ aċċess għall-utenti

Artikolu 20

Politika ta’ evalwazzjoni xjentifika

Artikolu 21

Politika ta’ disseminazzjoni

Artikolu 22

Politika dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali

Artikolu 23

Politika dwar l-impjiegi, inklużi l-opportunitajiet indaqs

Artikolu 24

Politika dwar l-akkwist u l-eżenzjoni mit-taxxa

Artikolu 25

Politika dwar id-dejta

KAPITOLU 8 –   TERMINU, STRALĊ, TILWIM U DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTABBILIMENT

Artikolu 26

Terminu

Artikolu 27

Stralċ

Artikolu 28

Liġi applikabbli

Artikolu 29

Tilwim

Artikolu 30

Disponibbiltà tal-istatuti

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment

ANNESS 1

ELENKU TAL-MEMBRI U OSSERVATURI

ANNESS 2

MIŻATA ANNWALI

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Isem, sit, lokazzjoni u lingwa li tintuża

1.1.

Għandu jkun hemm Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka msejħa “Infrastruttura Komuni ta’ Riżorsi u Teknoloġija Lingwistiċi”, minn issa 'l quddiem imsejħa ‘CLARIN’.

1.2.

CLARIN għandu jkollha l-forma legali ta' Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta' Riċerka (ERIC) inkorporata taħt id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 723/2009 u tissejjaħ ‘CLARIN ERIC’.

1.3.

CLARIN għandha tkun infrastruttura għar-riċerka distribwita stabbilita fl-istati membri kollha tal-CLARIN ERIC, kif ukoll f’pajjiżi oħra fejn il-CLARIN ERIC għamlet ftehimiet skont l-Artikolu 18.

1.4.

CLARIN ERIC għandu jkollha s-sit irreġistat ġewwa Utrecht, fil-Pajjiżi l-Baxxi.

1.5.

Il-lingwa li tintuża fil-CLARIN ERIC hija l-Ingliż.

Artikolu 2

Objettivi u attivitajiet

2.1.

L-objettiv aħħari tal-CLARIN ERIC huwa li tiġi avvanzata r-riċerka fl-istudji umanistiċi u x-xjenzi soċjali billi jingħata aċċess unifikat lir-riċerkaturi għall-pjattaforma li tintegra riżorsi u għodod avvanzati bbażati fuq il-lingwa fuq livell Ewropew. Dan għandu jkun implimentat permezz tal-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura għar-riċerka distribwita u maqsuma li timmira li tagħmel ir-riżorsi, it-teknoloġija u l-kompetenza lingwistiċi disponibbli lill-komunitajiet ta' riċerka tal-studji umanistiċi u xjenzi soċjali b’mod ġenerali.

2.2.

Għal dan il-għan il-CLARIN ERIC għandha twettaq u tikkoordina varjetà ta attivitajiet, inkluż iżda mhux limitat għal:

(a)

ħolqien ta’ federazzjoni ta’ dejta u ċentri ta’ servizzi tal-internet eżistenti biex tiffaċilità l-aċċess ta’ sign-on uniku għad-dejta u għas-servizzi tat-teknoloġija provduti minn dawn iċ-ċentri;

(b)

definizzjoni u żamma ta’ kollezzjoni ta’ standards formali u de facto u ta’ korrispondenza bejniethom biex jiffaċilitaw l-interoperabilità bejn id-dejta u s-servizzi;

(c)

koordinazzjoni u appoġġ għall-attivitajiet immirati lejn l-akkwist u ħolqien ta’ dejta ġdida u servizzi tal-internet;

(d)

ġabra ta' rekwiżiti għall-utent u l-aħjar prattika sabiex jiġi provdut appoġġ effiċjenti lill-utenti;

(e)

ħolqien ta’ ċentri ta’ kompetenza li jiffukaw fuq l-esplojtazzjoni ta’ riżorsi u teknoloġija lingwistiċi għall-avvanz tar-riċerka fl-istudji umanistiċi u xjenzi soċjali;

(f)

l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, għarfien u azzjonijiet ta’ disseminazzjoni sabiex jiġu promossi kemm l-użu u l-evoluzzjoni ulterjuri tal-infrastruttura għar-riċerka;

(g)

l-iżgurar tal-ħolqien u ż-żamma ta’ qafas ta’ liċenzjar, aċċess u awtentikazzjoni li minn naħa waħda jiżgura aċċess faċli u fl-istess ħin jipproteġi d-drittijiet raġjonevoli tas-sidien tad-dejta u għodod u tal-privatezza tal-individwi;

(h)

iż-żamma u l-esplojtazzjoni tar-relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet u infrastrutturi relatati, ġewwa u barra l-Ewropa, bil-ħsieb ta’ kollaborazzjoni;

(i)

kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ politiki li jwasslu għall-avvanz ta’ riċerka fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), kemm fl-oqsma tal-istudji umanistiċi u xjenzi soċjali u b’mod interdixxiplinari;

(j)

kwalunkwe azzjoni relatata oħra li tgħin biex tissaħħaħ ir-riċerka fiż-ŻER.

2.3.

Il-CLARIN ERIC għandha tibni u topera l-CLARIN fuq bażi mhux ekonomika; sabiex tippromwovi aktar l-innovazzjoni kif ukoll it-trasferiment ta' għarfien u teknoloġija, jistgħu jiġu mwettqa attivitajiet ekonomiċi limitati sakemm dawn ma jipperikolawx l-attivitajiet prinċipali.

KAPITOLU 2

SĦUBIJA

Artikolu 3

Sħubija u entità rappreżentanti

3.1.

L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri tal-CLARIN ERIC jew jistgħu jsiru osservaturi mingħajr id-dritt tal-vot:

(a)

Stati Membri;

(b)

pajjiżi assoċjati;

(c)

pajjiżi terzi oħra li mhumiex pajjiżi assoċjati;

(d)

organizzazzjonijiet intergovernattivi

Il-kondizzjonijiet għad-dħul ta’ membri u osservaturi huma speċifikati fl-Artikolu 4.1 u 4.2 ta’ dawn l-istatuti.

3.2.

CLARIN ERIC għandu jkollha għall-inqas tliet Stati Membri bħala membri.

3.3.

L-Istati Membri għandhom b’mod konġunt ikollhom maġġoranza tad-drittijiet tal-voti fl-Assemblea Ġenerali.

3.4.

Kwalunkwe membru jew osservatur jista’ jkun irrappreżentat minn entità pubblika waħda jew entità privata waħda b’missjoni ta’ servizz pubbliku, li jagħżel huwa stess skont ir-regoli u proċeduri tiegħu.

3.5.

Il-membri u l-osservaturi attwali, u l-entitajiet rappreżentanti tagħhom, huma elenkati fl-Anness 1. Il-membri fil-ħin tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-ERIC għandhom ikunu msemmija bħala membri fundaturi.

Artikolu 4

Dħul tal-membri u osservaturi

4.1.

Il-kondizzjonijiet għad-dħul ta’ membri ġodda huma dawn:

(a)

id-dħul ta’ membri ġodda għandu jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali;

(b)

l-applikanti għandhom jissottomettu applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Assemblea Ġenerali;

(c)

l-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant ser jikkontribwixxi għall-objettivi u attivitajiet tal-CLARIN deskritti fl-Artikolu 2 u kif dan ser jissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 6.2.

4.2.

L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 3.1 li għandhom rieda li jikkontribwixxu għall-CLARIN ERIC, iżda li għad mhumiex f’pożizzjoni li jissieħbu bħala membru, jistgħu japplikaw għal status ta’ osservatur. Il-kondizzjonijiet għad-dħul ta’ osservaturi huma dawn:

(a)

l-osservaturi għandhom ikunu ammessi għal-perjodu massimu ta’ tliet snin. Osservatur jista’ jerġa' japplika mill-ġdid għall-istatus ta' osservatur. F’każijiet eċċezzjonali l-Assemblea Ġenerali tista’ taċċetta estenzjoni ulterjuri ta’ status ta’ osservatur;

(b)

id-dħul u d-dħul mill-ġdid ta’ osservaturi għandu jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali;

(c)

applikanti għandhom jissottomettu applikazzjoni bil-miktub lis-sit irreġistrat tal-CLARIN ERIC;

(d)

l-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant ser jikkontribwixxi għall-objettivi u attivitajiet tal-CLARIN deskritti fl-Artikolu 2 u kif dan ser jissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 7.2.

Artikolu 5

Irtirar ta’ membru jew osservatur / Terminazzjoni tal-isħubija jew tal-istatus ta’ osservatur

5.1.

Fl-ewwel ħames snin tal-istabbiliment tal-CLARIN ERIC l-ebda membru ma jista’ jirtira, sakemm l-isħubija ma tkunx saret għal perjodu iqsar speċifikat.

5.2.

Wara l-ewwel ħames snin tal-istabbiliment tal-CLARIN ERIC, membru jista’ jirtira fl-aħħar tas-sena finanzjarja, wara talba 12 -il xahar qabel l-irtirar.

5.3.

L-osservaturi jistgħu jirtiraw fl-aħħar tas-sena finanzjarja, wara talba sitt xhur qabel l-irtirar.

5.4.

Qabel ma jiġi aċċettat l-irtirar, l-obbligi finanzjarji u obbligi oħrajn għandhom jiġu ssodisfati.

5.5.

L-Assemblea Ġenerali għandu jkollha l-poter li tittermina s-sħubija ta’ membru jew l-istatus ta’ osservatur jekk jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet:

(a)

il-membru jew osservatur kiser b'mod serju waħda jew aktar mill-obbligi skont dawn l-istatuti;

(b)

il-membru jew osservatur naqas milli jirregola tali ksur f'perjodu ta' sitt xhur.

Il-membru jew osservatur għandu jingħata l-opportunità li jikkontesta d-deċiżjoni tat-terminazzjoni u jippreżenta d-difiża tiegħu lill-Assemblea Ġenerali.

KAPITOLU 3

DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U OSSERVATURI

Artikolu 6

Membri

6.1.

Id-drittijiet tal-membri għandhom jinkludu:

(a)

li jagħtu aċċess għall-CLARIN u s-servizzi kollha tagħha lill-komunità ta’ riċerka tagħhom;

(b)

li jattendu u jivvutaw fl-Assemblea Ġenerali, u b’hekk jeżerċitaw l-influwenza tagħhom;

(c)

li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta’ strateġiji u politiki;

(d)

li jikkooperaw mill-qrib ma’ pajjiżi oħra biex ir-riżorsi, għodod u servizzi jsiru disponibbli lir-riċerkaturi tal-pajjiżi rispettivi;

(e)

li jippermettu lill-komunità ta' riċerka tagħhom tipparteċipa fl-għażla tal-istandards rilevanti u r-rakkommandazzjonijiet dwar l-aħjar prattika rilevanti tal-CLARIN;

(f)

li jippermettu lill-komunità ta' riċerka tagħhom tipparteċipa fl-avvenimenti tal-CLARIN, bħal pereżempju l-iskejjel tas-sajf, workshops, konferenzi u korsijiet ta’ taħriġ, b'rati preferenzjali;

(g)

jużaw il-marka CLARIN;

(h)

li jipparteċipaw fi proposti tal-proġett tal-Unjoni fejn il-CLARIN ERIC taġixxi bħala l-Konsorzju li qed jissottometti.

6.2.

Kull membru għandu:

(a)

iħallas il-miżata annwali kif speċifikat fl-Anness 2;

(b)

jaħtar entità rappreżentanti kif imsemmi fl-Artikolu 3.4 u dejjem iżomm lill-Assemblea Ġenerali infurmata dwar min hija l-entità rappreżentati;

(c)

jagħti lill-entità rappreżentanti l-awtorità sħiħa biex tivvota dwar il-kwistjonijiet kollha mqajma waqt l-Assemblea Ġenerali u ppubblikati fl-aġenda;

(d)

joħloq konsorzju nazzjonali għat-twettiq tal-obbligi nazzjonali li joħorġu minn dawn l-istatuti;

(e)

jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-konsorzju nazzjonali;

(f)

jipprovdi mill-inqas ċentru wieħed għad-dejta u s-servizzi;

(g)

jipprovdi sistema ta’ awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni tal-utent li tkun maqbula;

(h)

jipprovdi s-servizz(i) miftiehem(miftiehma);

(i)

jippromwovi l-adozzjoni ta’ standards rilevanti fil-proġetti nazzjonali ta’ ħolqien ta’ riżorsi u għodod;

(j)

jipprovdi l-infrastruttura teknika neċessarja biex l-aċċess isir possibbli;

(k)

jippromwovi l-adozzjoni tas-servizzi tal-CLARIN fost riċerkaturi fil-pajjiż tagħhom, u jiġbor ir-rispons u r-rekwiżiti tal-utenti;

(l)

jappoġġja ċ-ċentri tal-CLARIN fl-istat membru billi jiffaċilita l-integrazzjoni fl-infrastrutturi rilevanti nazzjonali u infrastrutturi rilevanti oħrajn.

6.3.

Il-Membri li ssieħbu mal-CLARIN ERIC waqt li rriżervaw id-dritt li jirtiraw qabel it-tmiem tal-ewwel ħames snin mill-istabbiliment tal-CLARIN ERIC għandhom iħallsu miżata annwali ogħla, kif speċifikat fl-Anness 2.

6.4.

Minbarra l-kontribuzzjonijiet tal-miżata annwali lill-CLARIN ERIC, jista' jiġu provduti kontribuzzjonijiet oħra minn osservaturi b'mod individwali jew konġunt b'kooperazzjoni ma' membri, osservaturi jew partijiet terzi. Tali kontribuzzjonijiet jistgħu jsiru bil-flus jew mhux fi flus.

6.5.

Membru għandu jagħti l-poter lill-entitià rappreżentanti jew entità li tirrappreżenta l-konsorzju nazzjonali biex twettaq l-obbligi msemmija fl-Artikolu 6.2(a) u (d) sa (l). Il-CLARIN ERIC għandha tidħol fi’ ftehim CLARIN ma’ dik l-entità sabiex jiġu stipulati l-kondizzjonijiet u speċifikazzjonijiet li taħthom għandu jiġi ssodisfat l-obbligu jew tiġi magħmula l-kontribuzzjoni.

Artikolu 7

Osservaturi

7.1.

Id-drittijiet tal-osservaturi għandhom jinkludu:

(a)

li jattendu l-Assemblea Ġenerali mingħajr dritt li jivvutaw;

(b)

li jippermettu lill-komunità ta' riċerka tagħhom tipparteċipa fl-avvenimenti tal-CLARIN, bħal pereżempju l-iskejjel tas-sajf, workshops, konferenzi, korsijiet tat-taħriġ b’rati preferenzjali, jekk jippermetti l-ispazju;

(c)

li jippermettu lill-komunità ta’ riċerka tagħhom ikollha aċċess għall-appoġġ tal-organizzazzjoni tal-CLARIN ERIC fl-iżvilupp ta’ sistemi, proċessi u servizzi rilevanti.

7.2.

Kull osservatur għandu:

(a)

jaħtar entità rappreżentanti kif imsemmi fl-Artikolu 3.4 u dejjem iżomm lill-Assemblea Ġenerali infurmata dwar min hija l-entità rappreżentati;

(b)

iħallas il-miżata annwali kif speċifikat fl-Anness 2;

(c)

jiddeskrivi l-kontribuzzjoni għall-objettivi tal-CLARIN ERIC kif imsemmi fl-Artikolu 2.

7.3.

Apparti l-kontribuzzjonijiet tal-miżata annwali lill-CLARIN ERIC, jista' jiġu provduti kontribuzzjoni oħra minn osservaturi b'mod individwali jew konġunt b'kooperazzjoni ma' membri, osservaturi u partijiet terzi oħra. Tali kontribuzzjonijiet jistgħu jsiru bil-flus jew mhux fi flus.

7.4.

Osservatur għandu jagħti l-poter lill-entità rappreżentanti tiegħu biex twettaq l-obbligi msemmija fl-Artikolu 7.2(b) u (c). Il-CLARIN ERIC għandha tidħol fi Ftehim ta’ Osservatur ta’ CLARIN ma’ dik l-entità sabiex tistipula l-kondizzjonijiet u speċifikazzjonijiet li taħthom għandhom jiġi ssodisfati l-obbligi jew tingħata l-kontribuzzjoni.

KAPITOLU 4

GOVERNANZA TAL-CLARIN ERIC

Artikolu 8

Assemblea Ġenerali

8.1.

L-Assemblea Ġenerali għandha tkun il-korp tal-CLARIN ERIC bil-poteri sħaħ li tieħu d-deċiżjonijiet, u għandha tirrappreżenta lill-membri tal-CLARIN ERIC. Kull membru għandu vot wieħed. Kull entità li tirrappreżenta membru għandha tinnomina rappreżentant uffiċjali wieħed. Barra minn hekk, kull membru jista’ jġib espert. Għalhekk, kull delegazzjoni tista’ tkun magħmula minn massimu ta’ żewġ persuni, iżda huwa r-rappreżentant uffiċjali li jista’ jivvota.

8.2.

L-Assemblea Ġenerali għandha tiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, u għandha mill-inqas:

(a)

taħtar, tissospendi jew tneħħi d-Direttur Eżekuttiv u l-Bord tad-Diretturi, minbarra l-membri ex officio msemmija fl-Artikolu 10.3 u l-Artikolu 13.2;

(b)

tikkonferma l-membri ex officio tal-Bord tad-Diretturi;

(c)

taħtar l-Bord Konsultattiv Xjentifiku

(d)

tiddeċiedi dwar strateġiji għall-bini u esplojtazzjoni tal-CLARIN u kwistjonijiet oħrajn meqjusa bħala rilevanti mill-Bord tad-Diretturi jew minn membru jew grupp ta’ membri li jitolbu hekk, skont l-Arikolu 8.3;

(e)

tapprova l-programm ta' ħidma u l-baġit annwali tal-CLARIN ERIC;

(f)

Tiddeċiedi, għall-inqas kull ħames snin, dwar il-priċipji applikabbli għall-kalkolu tal-miżata annwali ta’ kull membru, u dwar l-ammont tal-miżata annwali li l-prinċipji kif ukoll l-ammonti korrispondenti tagħha għandhom jiġu stipulati fl-Anness 2 ta’ dawn l-istatuti;

(g)

tapprova r-rapporti u kontijiet annwali tal-CLARIN ERIC;

(h)

tapprova l-kontribuzzjoni ta’ kull membru lill-CLARIN;

(i)

tapprova d-dħul ta’ membri u osservaturi ġodda;

(j)

tiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tal-isħubija u l-istatus ta' osservaturi;

(k)

tiddeċiedi dwar l-istralċ tal-CLARIN ERIC skont l-Artikolu 27.

8.3.

L-Assemblea Ġenerali għandha titlaqqa' mill-President b'avviż ta' mill-inqas erba' ġimgħat minn qabel, u l-aġenda għandha tkun iċċirkulata mill-inqas ġimgħatejn qabel il-laqgħa. Il-membri għandu jkollhom id-dritt li jissuġġerixxu suġġetti għall-aġenda sa tliet ġimgħat qabel il-laqgħa. Laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tista’ ssir fuq talba ta’ mill-inqas 50 % tal-membri, u l-laqgħa għandha tinżamm kemm jista' jkun malajr, b'avviż minimu ta' ġimgħatejn.

8.4.

L-Assemblea Ġenerali għandha teleġġi President bil-maġġoranza sempliċi tal-voti. Il-President għandu jkun rappreżentant uffiċjali ta’ wieħed mill-membri. Il-President għandu jinħatar għal perjodu ta’ sentejn, u ħadd ma jista’ jservi aktar minn żewġ termini konsekuttivi. Fil-każ li l-President jirtira qabel tmiem it-terminu, għandu jiġi elett President ġdid mill-Assemblea Ġenerali.

8.5.

L-Assemblea Ġenerali għandha teleġġi Viċi President bil-maġġoranza sempliċi tal-voti. Il-Viċi President għandhu jkun rappreżentant uffiċjali ta’ wieħed mill-membri. Il-Viċi President għandu jkun maħtur għal terminu ta’ sentejn, u ħadd ma jista’ jservi għal aktar minn żewġ termini konsekuttivi. Fil-każ li l-Viċi President jirtira qabel tmiem it-terminu, għandu jiġi elett Viċi President ġdid mill-Assemblea Ġenerali. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi l-President fl-assenza tiegħu/tagħha u fil-każ ta' kunflitt ta' interessi.

8.6.

Jekk rappreżentant uffiċjali ma jistax jattendi l-Assemblea Ġenerali, l-membru jista’ jawtorizza rappreżentant ieħor mill-istess entità, l-espert nazzjonali jew rappreżentant uffiċjali ta’ membru ieħor biex jivvota għan-nom tiegħu permezz ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub u ffirmata, li għandha tkun ippreżentata lill-President sal-bidu tal-laqgħa. L-ebda rappreżentant ma jista’ jġib aktar minn tliet awtorizzazzjonijiet.

8.7.

L-Assemblea Ġenerali għandha titmexxa mill-President, u fl-assenza tiegħu jew tagħha mill-Viċi President. Il-President, jew persuna awtorizzata mill-President, għandu jkun responsabbli għall-aġġornar tal-Anness 1, għalhekk dejjem għandu jkun hemm elenku preċiż tal-membri, osservaturi u l-entitajiet rappreżentanti tagħhom.

8.8.

Id-deċiżjonijiet kollha għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa, bl-eċċezzjoni tad-deċiżjonijiet biex:

(a)

jiġu emendati l-istatuti tal-CLARIN ERIC;

(b)

wara l-ewwel ħames snin, jiġu emendat l-Anness 2 “Miżata Annwali”;

(c)

tiġi tterminata l-CLARIN ERIC;

(d)

tiġi tterminata l-isħubija jew status ta' osservatur;

(e)

jiġu sospiżi jew mneħħija d-Direttur Eżekuttiv u l-Bord ta’ Diretturi.

8.9.

Id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet jeħtieġu maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti:

(a)

l-emenda tal-istatuti,

(b)

l-emenda tal-Anness 2,

(c)

is-sospensjoni jew tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv u l-Bord tad-Diretturi,

(d)

it-terminazzjoni tal-CLARIN ERIC,

Kwalunkwe emenda tal-Istatuti għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru. 723/2009.

8.10.

Id-deċiżjoni li tiġi tterminata l-isħubja jew l-istatus ta’ osservatur teħtieġ vot unanimu, mingħajr ma jingħadd il-vot tal-membru inkwistjoni jew l-astensjonijiet.

8.11.

Il-votazzjoni għandha ssir permezz ta’ vot sigriet, jekk rappreżentant jitlob li jsir hekk. F’każ ta’ voti ndaqs, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv.

8.12.

Il-kworum tal-Assemblea Ġenerali għandu jkun ta’ żewġ terzi tal-voti. Ir-rappreżentanti jistgħu jkunu fiżikament preżenti jew permezz ta’ awtorizzazzjoni, kif deskritt fl-Artikolu 8.6. Għall-laqgħat, l-Assemblea Ġenerali tista’ tiddeċiedi li tuża mezzi teknoloġiċi, bħall-konferenzi bil-video.

8.13.

Il-President jista’ jiddeċiedi li juża proċedura bil-miktub għall-addozzjoni tad-deċiżjonijiet. F’tali każi, il-President, jew persuna awtorizzata mill-President, għandu jiċċirkola l-proposta lir-rappreżentanti uffiċjali kollha tal-Assemblea Ġenerali, li mbagħad għandhom jinnotifikaw l-oġġezzjonijiet, emendi jew intenzjonijiet tagħhom li jastjenu fiż-żmien permess. Il-perjodu għar-risposta għandu jkun ta’ mhux anqas minn 14-il jum kalendarju. F’każijiet urġenti, u fejn il-miżura li għandha tiġi addottata għandha tkun implimentata immedjatament, il-President jista’ jqassar iż-żmien għar-risposta għal ħames jiem kalendarji. Jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet, emendi u intenzjonijiet li jastjenu fiż-żmien permess, il-proposta għandha tiġi addottata taċitament. Jekk rappreżentant uffiċjali jkollu oġġezzjonijiet jew suġġeriment għall-emendi, il-President jista' jiddeċiedi li jimmodifika l-proposta u jerġa' jissottometti għall-proċedura bil-miktub, jew jinkludi s-suġġett fl-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Assemblea Ġenerali.

Artikolu 9

Bord Konsultattiv Xjentifiku

9.1.

Il-membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandhom jiġu maħtura mill-Assemblea Ġenerali. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandu jikkonsisti minn riċerkaturi ta’ livell għoli li huma indipendenti (1) mill-CLARIN ERIC. Kemm il-komunità tal-fornituri kif ukoll dik tal-utenti tal-CLARIN ERIC għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Konsultattiv Xjentifiku.

9.2.

In-numru ta’ membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandu jkun deċiż mill-Assemblea Ġenerali. Dan in-numru m’għandux ikun anqas minn ħamsa u mhux aktar minn għaxra.

9.3.

It-terminu għall-membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandu jkun ta’ tliet snin, bil-possibilità ta’ terminu ieħor, li jkun deċiż mill-Assemblea Ġenerali.

9.4.

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandu jipprovdi l-input lill-Assemblea Ġenerali, permezz ta’ parir soliċitat jew mhux soliċitat, dwar il-kwistjonijiet strateġiċi, inkluż iżda mhux limitat għall-viżjoni, inizjattivi ġodda, pjanijiet ta’ ħidma u assigurazzjoni ta' kwalità. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku jista’ jipprovdi input lill-Assemblea Ġenerali għall-evalwazzjoni tal-progress tal-ħidma u s-servizzi offruti mill-CLARIN ERIC.

9.5.

Il-President tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandhom jiġu maħtura mill-Assemblea Ġenerali. L-ordinamenti tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandhom ikunu bbażati fuq l-iskema ġenerali tal-ordinamenti żviluppata mill-Bord tad-Diretturi. L-ordinamenti għandhom ikunu approvati mill-Bord tad-Diretturi.

Artikolu 10

Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali

10.1.

Kull pajjiż li għandu l-istatus ta’ membru għandu d-dover li jaħtar koordinatur nazzjonali. Il-koordinatur nazzjonali għandu jaġixxi bħala l-intermedjarju prinċipali bejn il-CLARIN ERIC u l-korsorzju nazzjonali.

Il-koordinaturi nazzjonali għandhom ikunu responsabbli li jaraw li pajjiżhom isegwi l-politiki u strateġiji tal-Assemblea Ġenerali għall-iżvilupp u l-esplojtazzjoni tal-CLARIN.

10.1.1.

Kull organizzazzjoni intergovernattiva li jkollha struttura operazzjonali u li jkollha l-istatus ta’ membru għandha d-dover li taħtar koordinatur. Il-koordinatur għandu jaġixxi bħala l-intermedjarju prinċipali bejn il-CLARIN ERIC u l-unità (unitajiet) tal-organizzazzjoni intergovernattiva. Il-koordinatur għandu jkun responsabbli li jara li l-organizzazzjoni tiegħu/tagħha ssegwi l-politiki u l-istrateġiji tal-Assemblea Ġenerali għall-iżvilupp u l-esplojtazzjoni tal-CLARIN. Fil-bqija ta dawn l-istatu t-terminu 'koordinatur nazzjonali' għandu jinkludi wkoll koordinaturi maħtura mill-organizzazzjonijiet intergovernattivi.

10.2.

Il-Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali għandu jkun magħmul mill-koordinaturi nazzjonali kollha. Ir-responsabbiltà tal-Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali għandha tkun li jiżgura l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji stabbiliti mill-Assemblea Ġenerali. Il-Forum għandu jżomm il-koerenza u l-konsistenza fil-CLARIN u l-kollaborazzjoni bejn il-membri.

10.3.

Il-President tal-Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali għandu jiġi elett skont l-ordinamenti tal-Forum. Il-President għandu jkun membru ex officio tal-Bord tad-Diretturi.

10.4.

L-ordinamenti tal-Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq l-iskema ġenerali tal-ordinamenti żviluppati mill-Bord tad-Diretturi. L-ordinamenti għandhom ikunu approvati mill-Bord tad-Diretturi.

Artikolu 11

Direttur Eżekuttiv

11.1.

L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar id-Direttur Eżekuttiv tal-CLARIN ERIC skont proċedura definita mill-Assemblea Ġenerali. B’mod konġunt, id-Direttur Eżekuttiv u l-Bord tad-Diretturi għandhom ikunu r-rappreżentant legali tal-CLARIN ERIC. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq il-ġestjoni ta’ kuljum tal-CLARIN ERIC. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni mill-Assemblea Ġenerali biex jiġi emendat l-Anness 2.

11.2.

It-terminu għad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin, bil-possibiltà ta' estensjoni amministrattiva, li tfisser estensjoni mingħajr appelli, li hija limitata sa sentejn u tiġi deċiża mill-Assemblea Ġenerali. Fi tmiem it-terminu ta’ ħames snin jew meta l-ħatra ma tistax tittawwal aktar, għandha tinħareġ sejħa miftuħa oħra.

Artikolu 12

Bord tad-Diretturi

12.1.

L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar individwi ta' livell għoli biex jiffurmaw il-Bord tad-Diretturi. In-numru ta’ Diretturi għandu jkun deċiż mill-Assemblea Ġenerali. Il-proċedura ta’ ħatra għandha tkun definita mill-Assemblea Ġenerali. Il-kompetenza kollettiva tal-Bord għandha tinkludi l-ġestjoni, l-infrastruttura teknika, ir-riżorsi u l-għodod lingwistiċi u l-ħtiġijiet tal-utenti.

12.2.

L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar wieħed mill-membri tal-Bord tad-Diretturi bħala Viċi Direttur. Il-Viċi Direttur għandu jissostitwixxi d-Direttur Eżekuttiv fl-assenza tagħha/tiegħu jew fil-każ ta' kunflitt ta' interessi.

12.3.

It-terminu għall-membri tal-Bord għandu jkun ta' tliet snin, bil-possibiltà ta' terminu ieħor, li għandu jkun deċiż mill-Assemblea Ġenerali.

12.4.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jkun, flimkien mad-Direttur Eżekuttiv, il-korp eżekuttiv tal-CLARIN ERIC. Il-Bord tad-Diretturi għandu jkun responsabbli għat-tħaddim sew tal-CLARIN ERIC skont id-dispożizzjonijiet u deċiżjonijiet tal-Assemblea Ġenerali, kif ukoll skont ir-rispons mill-bordijiet u kumitati oħrajn.

12.5.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jistabbilixxi skema ġenerali għall-ordinamenti biex tintuża għall-bordijiet u kumitati kollha msemmija f'dawn l-istatuti, u għandu japprova l-ordinamenti speċifiċi ta' kull bord u kumitat. Il-Bord tad-Diretturi għandu jistabbilixxi l-ordinamenti tiegħu abbażi tal-iskema ġenerali.

12.6.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-President tal-Bord tad-Diretturi.

Artikolu 13

Kumitat Permanenti għaċ-Ċentri tekniċi tal-CLARIN

13.1.

Għandu jkun hemm Kumitat Permanenti għaċ-ċentri tekniċi tal-CLARIN. Il-Kumitat Permanenti għaċ-ċentri tal-CLARIN għandu jkun magħmul mid-diretturi taċ-ċentru (jew rappreżentattivi magħżula mid-diretturi) għaċ-ċentri tal-CLARIN li ġew identifikati bħala kruċjali għat-tħaddim tal-CLARIN abbażi ta’ kriterji li għandhom jiġu fformulati mill-Bord tad-Diretturi. Id-deċiżjoni li ċentru tekniku jiġi rikonoxxut bħala kruċjali għat-tħaddim tal-CLARIN għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Assemblea Ġenerali.

13.2.

Il-Kumitat Permanenti għaċ-ċentri tal-CLARIN għandu jkollu l-kompitu li jiżgura l-konsistenza, il-koerenza u l-istabbilità tas-servizzi tal-infrastrutturi permezz ta’ deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni, kif ukoll il-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri u l-membri. Dan għandu jirrapporta lill-Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali u lill-Bord tad-Diretturi. Il-President tal-Kumitat Permanenti għandu jkun elett skont l-ordinamenti tal-Kumitat. Il-President għandu jkun membru ex officio tal-Bord tad-Diretturi.

13.3.

Il-Kumitat Permanenti għandu jservi bħala forum għaċ-ċentri tal-CLARIN biex jiskambjaw l-ideat u esperjenzi. L-irwol tal-Kumitat Permanenti għandu jkun li jagħti parir u jagħmel talbiet u proposti lill-CLARIN ERIC u lill-Koordinaturi Nazzjonali sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, il-koerenza u l-istabbilità tas-servizzi.

13.4.

L-ordinamenti tal-Kumitat Permanenti għandhom ikunu bbażati fuq l-iskema tal-ordinamenti ġenerali żviluppati mill-Bord tad-Diretturi. L-ordinamenti għandhom ikunu approvati mill-Bord tad-Diretturi.

Artikolu 14

Gruppi ta’ Ħidma

14.1.

Il-Bord tad-Diretturi jista’ joħloq u jittermina Gruppi ta’ Ħidma għat-temi li għalihom huwa meħtieġ sforz speċjali, li ma jistgħux jitwettqu mill-Bord tad-Diretturi.

14.2.

L-ordinamenti tal-Gruppi ta’ Ħidma għandhom ikunu bbażati fuq l-iskema tal-ordinamenti ġenerali żviluppata mill-Bord tad-Diretturi. L-ordinamenti għandhom ikunu approvati mill-Bord tad-Diretturi.

KAPITOLU 5

FINANZJAMENT

Artikolu 15

Priċipji baġitarji u kontijiet

15.1.

Is-sena finanzjarja tal-CLARIN ERIC għandha tibda fl-1 ta' Jannar u għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena.

15.2.

L-elementi kollha ta’ dħul tu ta’ infiq tal-CLARIN ERIC għandhom ikunu inklużi fl-istimi mfassla għal kull sena finanzjarja u għandhom jintwerew fil-baġit annwali. Il-baġit annwali għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' trasparenza.

15.3.

Il-kontijiet tal-CLARIN ERIC għandhom ikunu akkompanjati minn rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja.

15.4.

Il-CLARIN ERIC għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-liġi applikabbli fir-rigward tal-preparazzjoni, l-iffajlar, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet.

15.5.

Il-CLARIN ERIC għandha tiżgura li l-approprjazzjonijiet huma użati skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda.

15.6.

Il-CLARIN ERIC għandha tirreġistra l-infiq u d-dħul tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha b’mod separat.

Artikolu 16

Responsabbilità

16.1.

Il-CLARIN ERIC għandha tkun responsabbli għad-dejn tagħha.

16.2.

Il-membri, b’mod konġunt, mhumiex responsabbli għad-dejn tal-CLARIN ERIC.

16.3.

Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri għad-dejn tal-CLARIN ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni annwali ta' kull membru individwali kif speċifikat fl-Anness 2.

16.4.

Il-CLARIN ERIC għandha tieħu assigurazzjoni xierqa biex tkopri r-riskji speċifiċi għall-bini u tħaddim tal-CLARIN.

KAPITOLU 6

IRRAPPURTAR LILL-KUMMISSJONI

Artikolu 17

Irrappurtar lill-Kummissjoni

17.1.

Il-CLARIN ERIC għandha tipproduċi rapport annwali tal-attività, li jinkludi fih, b'mod partikolari, l-aspetti xjentifiċi, operazzjonali u finanzjarji tal-attivitajiet tagħha. Ir-rapport għandu jkun approvat mill-Assemblea Ġenerali u trasmess lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja korrispondenti. Dan ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

17.2.

Il-CLARIN ERIC għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ċirkostanza li thedded li tipperikola serjament il-kisba tal-inkarigi tal-CLARIN ERIC jew li tfixkel lill-CLARIN ERIC milli tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru. 723/2009/.

KAPITOLU 7

POLITIKI

Artikolu 18

Ftehimiet ma’ partijiet terzi

18.1.

Fil-każijiet fejn il-CLARIN ERIC tqis li jkun ta’ benefiċċju, din tista’ tidħol fi ftehim ma’ partijiet terzi, bħal pereżempju istituzzjonijiet individwali, reġjuni u pajjiżi mhux membri.

18.2.

Jekk l-istituzzjonijiet mill-pajjiżi mhux membri jew partijiet oħrajn deskritti fl-Artikolu 18.1 jixtiequ jikkontribwixxu għall-CLARIN ERIC bil-kompetenza, servizzi, riżorsi u teknoloġija lingwistiċi, il-CLARIN ERIC tista' tidħol fi ftehim ma' tali partijiet. Il-ftehim għandu jispeċifika s-servizz/l-kontribuzzjoni li l-parti ser tagħmel u jispeċifika d-drittijiet ta’ aċċess, miżata ta’ reġistrazzjoni u kondizzjonijiet oħrajn fid-dawl ta’ din il-kontribuzzjoni. Għandu jkun prerekwiżit li l-utenti tad-dejta, għodod u servizzi tal-CLARIN ikunu jagħmlu parti minn sistema ta’ awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni.

Artikolu 19

Politiki ta’ aċċess għall-utenti

19.1.

Fejn huwa kkonċernat l-aċċess lir-riċerkaturi fil-pajjiżi membri tal-CLARIN, id-dejta, l-għodod u s-servizzi offruti mill-CLARIN ERIC għandhom ikunu miftuħa għall-ħaddiema u studenti kollha fl-istituzzjonijiet ta' riċerka bħall-universitajiet, ċentri ta' riċerka, mużewijiet u libreriji għar-riċerka, skont l-awtorizzazzjoni tal-fornituri tal-kontenut u permezz ta' awtentikazzjoni approvata mill-CLARIN ERIC.

19.2.

Fejn huwa kkonċernat l-aċċess lir-riċerkaturi fil-pajjiżi mhux membri, l-istituzzjoni ta’ riċerka għandha tħallas miżata ta’ reġistrazzjoni skont il-prinċipji stipulati fl-Anness 2, li tagħti aċċess lill-ħaddiema u studenti kollha tal-istituzzjoni partikolari għad-dejta, għodod u servizzi tal-CLARIN. Għandu jkun prerekwiżit li l-utenti tad-dejta, għodod u servizzi tal-CLARIN ikunu jagħmlu parti minn sistema ta' awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-CLARIN u li tkun approvata mill-CLARIN ERIC.

19.3.

L-aċċess lil istituzzjonijiet, industrija u tipi simili oħrajn ta' utenti speċifiċi, kif ukoll riċerkaturi individwali li mhumiex ġejjin minn istituzzjoni jista' jingħata bi ħlas ta’ tariffa. Għandu jkun prerekwiżit li l-utenti tad-dejta, għodod u servizzi tal-CLARIN ikunu jagħmlu parti minn sistema ta' awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-CLARIN u li tkun approvata mill-CLARIN ERIC.

19.4.

Għandu jingħata aċċess lill-pubbliku ġenerali, sakemm is-servizzi jew riżorsi ma jkunux restritti mill-kondizzjonijiet tal-liċenzjar imposti mis-sidien. Għandu jingħata aċċess għall-metadejta u għal riżorsi ta’ sors miftuħ u ta' aċċess miftuħ.

19.5.

Anke meta l-aċċess jingħata skont l-Artikolu 19.1 sa 19.4, ċerti servizzi u riżorsi jistgħu jkunu disponibbli bi ħlas ta’ miżata jekk din tintalab mis-sid.

Artikolu 20

Politika ta’ evalwazzjoni xjentifika

20.1.

Il-CLARIN ERIC għandha tiffaċilita r-riċerka, u bħala regola ġenerali, għandha tinkoraġġixxi l-aċċess liberu l-aktar possibbli għad-dejta ta’ riċerka. Irrespettivament minn dan il-prinċipju, il-CLARIN ERIC għandha tippromwovi r-riċerka ta’ kwalità għolja u għandha tappoġġja kultura tal-‘aħjar prattika’ permezz ta’ attivitajiet ta’ taħriġ.

Jekk l-aċċess għad-dejta jew għodod ta’ riċerka tal-CLARIN ikollu jiġi ristrett għar-raġunijiet ta’ kapaċità, u jekk jkollha ssir għażla bejn il-proġetti, l-eċċellenza xjentifika tal-proposti ta’ proġetti għandha tkun iġġudikata permezz ta’ reviżjonijiet minn pari li jsiru minn esperti indipendenti, u l-kriterji u proċeduri għandhom ikunu deċiżi mill-Assemblea Ġenerali, b’parir mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku. Tali kriterji għandhom jieħdu wkoll inkunsiderazzjoni li ċertu ammont tal-kapaċità għandha tkun riżervata għal ideat totalment ġodda li jista’ jkun għad ma laħqux il-maturità sħiħa jew eċċellenza xjentifika rikonoxxuta b'mod wiesa'. Il-pari għandhom ikunu magħżula mill-Bord tad-Diretturi skont il-politika ta’ evalwazzjoni.

20.2.

L-evalwazzjoni tal-CLARIN ERIC u r-riżultati tagħha għandhom ikunu l-kompitu tal-Bord Xjentifiku skont l-Artikolu 9.4.

Artikolu 21

Politika ta’ disseminazzjoni

21.1.

Il-CLARIN ERIC għandha tippromwovi l-CLARIN u tinkoraġġixxi lir-riċerkaturi biex jimbarkaw fuq proġetti ġodda u innovattivi u biex il-CLARIN tintuża fl-edukazzjoni ogħla tagħhom.

21.2.

Il-CLARIN ERIC għandha ġeneralment tinkoraġġixxi lir-riċerkaturi jagħmlu r-riżultati tar-riċerka tagħhom disponibbli pubblikament u għandha titlob lir-riċerkaturi tal-pajjiżi membri biex jagħmlu r-riżultati tagħhom disponibbli permezz tal-CLARIN.

21.3.

Il-politika ta’ disseminazzjoni għandha tiddeskrivi d-diversi gruppi ta’ mira, u l-CLARIN għandha tuża diversi mezzi biex tilħaq l-udjenzi mmirati, bħal pereżempju portal tal-internet, rapport informali, workshops, preżenza fil-konferenzi, artikli f’rivisti u ġurnali ta' kuljum.

Artikolu 22

Politika dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

22.1.

Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ riżultati ġġenerati mill-CLARIN ERIC għandhom ikunu tal-CLARIN ERIC u l-ġestjoni tagħhom għandha tkun f’idejn il-Bord tad-Diretturi.

22.2.

B’mod ġenerali, għandhom jiġu ffavoriti l-prinċipji ta’ Sors Miftuħ u ta’ Aċċess Miftuħ.

22.3.

Il-CLARIN ERIC għandha tipprovdi gwida (inkluż permezz ta' sit elettroniku) lir-riċerkaturi biex tiżgura li r-riċerka mwettqa bl-użu ta' materjal magħmul aċċessibbli permezz tal-CLARIN ERIC titwettaq fi ħdan qafas li jirrikonoxxi d-drittijiet tas-sidien tad-dejta u l-privatezza tal-individwi.

22.4.

Il-CLARIN ERIC għandha tiżgura li l-utenti jiftiehmu dwar it-termini u kondizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess u li arranġamenti xierqa dwar is-sigurtà jkunu fis-seħħ fir-rigward tal-ħżin u l-ġestjoni interni.

22.5.

Il-CLARIN ERIC għandu jkollha fis-seħħ arranġamenti definiti sew għall-investigazzjoni ta' allegazzjonijiet ta’ ksur tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità fir-rigward tad-dejta tar-riċerka.

Artikolu 23

Politika dwar l-impjiegi, inklużi l-opportunitajiet indaqs

23.1.

Il-CLARIN ERIC għandha tapplika l-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs. Il-kuntratti ta’ impjieg għandhom isegwu l-liġijiet nazzjonali tal-pajjiż li fih il-persunal huwa impjegat.

23.2.

Għal kull inkarigu, il-CLARIN ERIC għandha tagħżel l-aħjar kandidat, irrispettivament mill-isfond, nazzjonalità, reliġjon jew ġeneru.

Artikolu 24

Politika dwar l-akkwist u l-eżenzjoni mit-taxxa

24.1.

Il-CLARIN ERIC għandha tittratta l-kandidati u l-offerenti għall-akkwist pubbliku b’mod ugwali u b’mod mhux diskriminatorju, indipendentement minn jekk humiex ibbażati fl-Unjoni jew le. Il-politika dwar l-akkwist tal-CLARIN ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji ta’ trasparenza, non-diskriminazzjoni u kompetizzjoni. Peress li l-CLARIN hija faċilità distribwita, l-akkwist għandu jsir parzjalment mill-membri individwali, skont ir-regolamenti u l-proċeduri nazzjonali tagħhom dwar l-akkwist pubbliku, u parzjalment mill-CLARIN ERIC innifisha.

24.2.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jkun responsabbli għall-akkwist kollu li jsir mill-CLARIN ERIC. L-offerti kollha għandhom ikunu ppubbliċizzati b'mod effikaċji fuq is-sit elettroniku tal-CLARIN ERIC u fit-territorji tal-membri u l-osservaturi. Għall-ammonti ta’ akkwist ogħla minn EUR 200 000, il-CLARIN ERIC għandha ssegwi l-prinċipji tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku fl-UE u l-leġiżlazzjoni applikabbli sussegwentement. Id-deċiżjoni li jingħata l-akkwist għandha tiġi mgħarrfa lill-pubbliku u tinkludi ġustifikazzjoni sħiħa. L-Assemblea Ġenerali għandha tadotta Regoli ta’ Implimentazzjoni li jiddefinixxu d-dettalji kollha neċessarji dwar il-proċeduri u kriterji eżatti tal-akkwist.

24.3.

L-akkwist mill-membri u osservaturi fir-rigward tal-attivitajiet tal-CLARIN għandu jsir b’tali mod li jitqiesu l-bżonnijiet u r-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-CLARIN ERIC kif espressi mill-korpi rilevanti.

24.4.

L-eżenzjonijiet mit-taxxa bbażati fuq l-Artikolu 143(1)(g) u l-Artikolu 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2) u skont l-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru. 282/2011 (3) għandhom ikunu limitati għat-taxxa fuq il-valur miżjud għal tali oġġetti u servizzi li huma għall-użu uffiċjali mill-CLARIN ERIC, jeċċedu l-valur ta' EUR 250, u huma mħallsa bis-sħiħ u prokurati mill-CLARIN ERIC. L-akkwist li jsir mill-membri individwali m’għandux jibbenefika minn dawn l-eżenzjonijiet. L-ebda limitu ieħor m’għandu japplika.

Artikolu 25

Politika dwar id-dejta

25.1.

B’mod ġenerali il-prinċipji ta’ Sors Miftuħ u ta’ Aċċess Miftuħ għandhom ikunu ffavoriti mill-CLARIN ERIC, iżda l-liċenzji eżistenti għandhom jiġu rrispettati.

25.2.

Il-CLARIN ERIC għandha tara li r-riżorsi u l-għodod lingwistiċi jkunu viżibbli għall-pubbliku permezz ta' deskrizzjonijiet ta’ Core Metadata.

KAPITOLU 8

TERMINU, STRALĊ, TILWIM U DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTABBILIMENT

Artikolu 26

Terminu

26.1.

Il-CLARIN ERIC għandha teżisti għal perjodu ta' żmien indefinit.

Artikolu 27

Stralċ

27.1.

L-istralċ tal-CLARIN ERIC għandu jsir wara li tittieħed deċiżjoni mill-Assemblea Ġenerali skont l-Artikolu 8.2 u 8.8.

27.2.

Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 jiem minn meta tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ stralċ tal-CLARIN ERIC, il-CLARIN ERIC għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni.

27.3.

L-assi li jibqgħu wara l-ħlas tad-dejn tal-CLARIN ERIC għandhom jitqassmu bejn il-membri skont il-kontribuzzjoni annwali akkumulata tagħhom lill-CLARIN ERIC kif speċifikat fl-Anness 2. Skont l-Artikolu 16.3, il-passivi li jibqgħu wara l-inklużjoni tal-assi tal-CLARIN ERIC għandhom jitqassmu fost il-membri skont il-kontribuzzjoni annwali tagħhom lill-CLARIN ERIC kif speċifikat fl-Anness 2.

27.4.

Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 jiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ stralċ, il-CLARIN ERIC għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

27.5.

Il-CLARIN ERIC għandha tieqaf teżisti fil-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika n-notifika korrispondenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 28

Liġi applikabbli

28.1.

Il-CLARIN ERIC għandha tkun irregolata, b’din il-preċedenza:

(a)

mil-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru. 723/2009;

(b)

mill-liġi tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-każ ta’ suġġett mhux kopert (jew kopert parzjalment) mil-liġi tal-Unjoni;

(c)

minn dawn l-istatuti.

Artikolu 29

Tilwim

29.1.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fuq il-litigazzjoni fost il-membri fir-rigward tal-CLARIN ERIC, bejn il-membri u l-CLARIN ERIC u fuq kwalunkwe litigazzjoni li l-Unjoni hija parti minnha.

29.2.

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġurisdizzjoni għandha tapplika għat-tilwim bejn il-CLARIN ERIC u partijiet terzi. Fil-każijiet mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-liġi tal-Pajjiżi l-Baxxi għandha tiddetermina l-ġurisdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta' tali tilwim.

Artikolu 30

Disponibbilità tal-istatuti

30.1.

Fi kwalunkwe ħin, il-verżjoni valida tal-istatuti għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-CLARIN ERIC u fis-sede statutorja.

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment

31.1.

Il-pajjiż ospitanti għandu jsejjaħ laqgħa kostituzzjonali tal-Assemblea Ġenerali kemm jista’ jkun malajr iżda mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju minn meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-CLARIN ERIC tidħol fis-seħħ.

31.2.

Il-pajjiż ospitanti għandu jinnotifika lill-membri fundaturi bi kwalunkwe azzjoni legali urġenti speċifika li teħtieġ li tittieħed għan-nom tal-CLARIN ERIC qabel ma ssir il-laqgħa kostituzzjonali. Sakemm membru fundatur ma joġġezzjonax fi żmien 5 ijiem tax-xogħol wara li jiġi nnotifikat, l-azzjoni legali għandha titwettaq minn persuna awtorizzata mill-istat ospitanti.

Anness 1

ELENKU TA’ MEMBRI U OSSERVATURI

F’dan l-Anness il-membri u l-osservaturi, u l-entitajiet li jirrapreżentawhom huma elenkati.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta’ Settembru 2010

Membri

Pajjiż jew organizzazzjoni Intergovernattiva

Entità rappreżentanti

Ir-Repubblika tal-Awstrija

Ministeru Federali Awstrijak għax-Xjenza u r-Riċerka (BMWF)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Ministeru tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u x-Xjenza

Ir-Repubblika Ċeka

Ministeru tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isports (MEYS)

Ir-Renju tad-Danimarka

Aġenzija Daniża għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni (DASTI)

L-Unjoni Lingwistika Olandiża

Segretarju Ġenerali

Ir-Repubblika tal-Estonja

Ministeru tal-Edukazzjoni u r-Riċerka

Ir-Repubblika Federal tal-Ġermanja

Minsteru Federali Ġermaniż tal-Edukazzjoni u r-Riċerka (BMBF)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Organizzazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għar-Riċerka Xjentifika (NWO)

Ir-Repubblika tal-Polonja

 


Osservaturi

Pajjiż jew organizzazzjoni Intergovernattiva

Entità rappreżentanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Anness 2

MIŻATA ANNWALI

Prinċipji

Għall-ewwel perjodu ta’ ħames snin il-prinċipji deskritti hawn taħt għandhom jintużaw biex jiġu kkalkulati l-kontribuzzjoni annwali ta' flus mill-membri, l-osservaturi u l-istituzzjonijiet individwali fil-pajjiżi mhux membri li jixtiequ jissieħbu l-CLARIN ERIC. L-Assemblea Ġenerali tista’ wkoll tidħol fi ftehimiet ta' kollaborazzjoni speċjali ma' partijiet terzi. Qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu ta' ħames snin għandha tiddeċiedi dwar il-metodu tal-kalkolu għall-perjodi sussegwenti.

Il-prinċipji għandhom ikunu kif ġej:

(a)

il-baġit ta' mira inizjali huwa EUR 1 000 000 kull sena, abbażi ta’ parteċipazzjoni stmata b'2/3 tal-26 pajjiż rappreżentat fil-konsorzju tal-Fażi Preparatorja tal-CLARIN; jekk jissieħbu aktar membri, l-Assemblea Ġenerali tista' tiddeċiedi li tnaqqas il-kontribuzzjonijiet jew li żżid il-livell ta’ attività;

(b)

il-kontribuzzjoni għas-sena Nru 1 mill-Pajjiżi l-Baxxi, bħala l-pajjiż ospitanti, hija ta' EUR 250 000;

(c)

Il-kontribuzzjoni massima minn membri oħra għas-sena Nru 1 hija ta' EUR 200 000;

(d)

il-kontribuzzjoni minima mill-membri għas-sena Nru 1 hija ta’ EUR 11 800;

(e)

il-kontribuzzjoni għal kull membru għandha tkun iffissata għal ħames snin, b'żieda annwali ta' 2 % sabiex tikkompensa għall-inflazzjoni u żieda fl-ispejjeż. L-ammont eżatt għal kull membru huwa stipulat fil-tabella hawn taħt;

(f)

membri li jissieħbu fis-snin ta’ wara għandhom iħallsu l-kontribuzzjoni indiċjata ffissata għal dik is-sena;

(g)

l-osservaturi għandhom iħallsu l-kontribuzzjoni għall-isħubija minima indiċjata kif speċifikat fit-tabella hawn taħt;

(h)

l-istituzzjonijiet individwali fil-pajjiżi mhux membri għandhom iħallsu l-kontribuzzjoni minima indiċjata kif speċifikat fit-tabella hawn taħt;

(i)

il-kontribuzzjoni mill-Unjoni Lingwistika Olandiża għandha tkun ta’ EUR 28 600 li hija bbażata fuq is-sehem Fjamming fil-prodott domestiku gross tal-Unjoni (li jirriżulta f’EUR 23 600), flimkien ma’ ammont addizzjonali ta’ EUR 5 000, bħala kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni Lingwistika Olandiża (bħala organizzazzjoni internazzjonali);

(j)

il-kontribuzzjonijiet għall-entitajiet li jissieħbu fil-kors ta’ sena għandha tkun proporzjonali għan-numru ta’ xhur li jkun baqa’ f’dik is-sena, li jibda jgħodd mill-ewwel jum tax-xahar tas-sħubija;

(k)

il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-PDG tal-pajjiż fl-2010 bħala perċentwal tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni f'dik is-sena (ibbażat fuq id-dejta tal-EUROSTAT) skont il-formula li ġejja:

Il-perċentwal tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni huwa aġġustat għan-numru sħiħ li jmiss ('IL FUQ jekk anqas minn 5, ’L ISFEL jekk mod ieħor) u multiplikat bil-kontribuzzjoni minima, kif muri fit-tabella li ġejja:

% tal-PDG tal-UE

aġġustat

Kontribuzzjoni f’EUR

≤ 1

1

11 800

>1 u ≤ 2

2

23 600

> 2 u ≤ 3

3

35 400

> 3 u ≤ 4

4

47 200

> 5 u ≤ 6

5

59 000

> 6 u ≤ 7

6

70 800

Eċċ.

≥ 16 u < 17

16

188 800

≥ 17

n/a

200 000

Il-miżata annwali għall-membri li inizjalment ma jikkommettux għal ħames snin għandha tiżdied b'25 %, sakemm ma jsirx l-impenn għall-perjodu li jkun għad fadal. Jekk isir impenn għall-parti li għad fadal mill-ħames snin jew jekk il-membru jibqa’ għal ħames snin, l-arranġamenti għandhom isiru biex jiżguraw li l-membru ma jħallasx aktar mit-total tal-miżati normali għal dawk il-ħames snin.

Il-tabella hawn taħt u t-totali tagħha jinkludu 33 membru Ewropew potenzjali.

Ċifri riżultanti għall-membri li jimpenjaw ruħhom għal ħames snin

Membru

(potenzjali)

% PDG

UE 2010

Kontribuzzjoni bażi

b'żieda annwali ta’ 2 %

somma

y2012

y2013

y2014

y2015

y2016

y2012-16

l-Islanda

0,10

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

Ċipru

0,10

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

l-Estonja

0,10

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

Malta

0,10

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

il-Latvja

0,10

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

il-Litwanja

0,20

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

il-Bulgarija

0,30

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

il-Lussemburgu

0,30

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

l-Islovenja

0,30

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

il-Kroazja

0,40

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

l-Islovakkja

0,50

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

l-Ungerija

0,80

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

ir-Rumanija

1,00

11 800

11 800

12 036

12 277

12 522

12 773

61 408

ir-Repubblika Ċeka

1,20

23 600

23 600

24 072

24 553

25 045

25 545

122 815

l-Irlanda

1,30

23 600

23 600

24 072

24 553

25 045

25 545

122 815

il-Portugall

1,40

23 600

23 600

24 072

24 553

25 045

25 545

122 815

il-Finlandja

1,50

23 600

23 600

24 072

24 553

25 045

25 545

122 815

DLU/Flanders

1,68

28 600

28 600

29 172

29 755

30 351

30 958

148 836

id-Danimarka

1,90

23 600

23 600

24 072

24 553

25 045

25 545

122 815

il-Greċja

1,90

23 600

23 600

24 072

24 553

25 045

25 545

122 815

l-Awstrija

2,30

35 400

35 400

36 108

36 830

37 567

38 318

184 223

in-Norveġja

2,60

35 400

35 400

36 108

36 830

37 567

38 318

184 223

il-Belġju

2,90

35 400

35 400

36 108

36 830

37 567

38 318

184 223

l-Isvezja

2,90

35 400

35 400

36 108

36 830

37 567

38 318

184 223

il-Polonja

2,90

35 400

35 400

36 108

36 830

37 567

38 318

184 223

l-Isvizzera

3,30

35 400

35 400

36 108

36 830

37 567

38 318

184 223

it-Turkija

4,70

59 000

59 000

60 180

61 384

62 611

63 863

307 038

il-Pajjiżi l-Baxxi

4,80

250 000

250 000

255 000

260 100

265 302

270 608

1 301 010

l-Ispanja

8,70

94 400

94 400

96 288

98 214

100 178

102 182

491 261

l-Italja

12,80

141 600

141 600

144 432

147 321

150 267

153 272

736 892

ir-Renju Unit

14,00

165 200

165 200

168 504

171 874

175 312

178 818

859 707

Franza

16,10

188 800

188 800

192 576

196 428

200 356

204 363

982 523

il-Ġermanja

20,60

200 000

200 000

204 000

208 080

212 242

216 486

1 040 808

TOTAL

1 635 000

1 635 000

1 667 700

1 701 054

1 735 075

1 769 777

8 508 606


(1)  Indipendenti jfisser li ma hemmx kunflitt ta’ interessi.

(2)   ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1-118.

(3)   ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1-22.


3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Marzu 2012

dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1148)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/137/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 90/429/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ fl-Unjoni u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina. Hija tistipula li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ dan is-semen mingħand dawk il-pajjiżi terzi biss li huma elenkati f’lista kkompilata skont il-proċedura stipulata fiha u akkumpanjat b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li l-mudell tiegħu għandu jikkorrispondi ma’ kampjun stabbilit skont din id-Direttiva. Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jiċċertifika li s-semen ikun ġej minn ċentri għall-ġbir tas-semen li joffru l-garanziji previsti fl-Artikolu 8(1) ta’ din id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/893/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar importazzjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina fil-Komunità fir-rigward ta’ listi ta’ pajjiżi terzi u ċ-ċentri tal-ġbir tas-semen, u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni (2), tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen. Din il-lista hija stabbilita abbażi tal-istat ta’ saħħa tal-annimali ta’ dawk il-pajjiżi terzi.

(3)

Id-Direttiva 90/429/KEE, kif emendata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2012 (3), tistipula rekwiżiti riveduti tas-saħħa tal-annimali għal annimali donaturi tal-ispeċi porċina u għas-semen fir-rigward tal-bruċellożi u l-marda ta’ Aujeszky.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (4) ħassret il-marda Teschen (l-enċefalomjelite enterovirali porċina) mil-lista tal-mard stipulata fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (5) u konsegwentement mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/650/KE tat-30 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità biex tinkludi ċertu mard fil-lista ta’ mard li għandu jkun is-suġġett ta’ notifika u biex titħassar l-enċefalomjelite enterovirali tal-ħnieżer minn dik il-lista (6), din il-marda tħassret mil-lista ta’ mard li għandu b’mod obbligatorju jkun suġġett ta’ notifika fl-Unjoni.

(5)

Barra minn hekk, jeħtieġ li ċerti rekwiżiti tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina jiġu allinjati mal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) b’mod partikolari rigward il-ħelsien tal-pajjiżi mill-marda vesikulari tal-ħnieżer, u l-ħelsien taċ-ċentri għall-ġbir tas-semen mit-tuberkulożi u mill-idrofobija.

(6)

Għaldaqstant, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2009/893/KE għandu jiġi mmodifikat biex jinkludi dawk l-emendi li saru għad-Direttiva 90/429/KEE u biex jitħassru r-referenzi kollha għall-marda Teschen (l-enċefalomijelite enterovirali porċina), għall-ħelsien tal-pajjiżi mill-marda vesikulari tal-ħnieżer u għall-ħelsien taċ-ċentri għall-ġbir mit-tuberkulożi u mill-idrofobija.

(7)

Ġew konklużi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, li jinkludu ċerti kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina. Għalhekk, fejn il-ftehimiet bilaterali jinkludu kundizzjonijiet speċifiċi u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet, dawk il-kundizzjonijiet u l-mudelli għandhom japplikaw minflok il-kundizzjonijiet u l-mudell stabbilit f’din id-Deċiżjoni.

(8)

L-Isvizzera hija pajjiż terz bi status tas-saħħa tal-annimali li huwa ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li s-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina impurtat fl-Unjoni mill-Isvizzera jkun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mfassal skont il-mudelli użati għall-kummerċ fl-Unjoni ta’ dan is-semen, stabbilit fl-Anness D mad-Direttiva 90/429/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 3 tal-Kapitolu VIII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera għall-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, kif approvati bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (7).

(9)

Għall-finijiet ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni ċara u konsistenti, id-Deċiżjoni 2009/893/KE għandha tiġi revokata u sostitwita minn din id-Deċiżjoni.

(10)

Biex jiġi evitat kull tip ta’ tfixkil tal-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont id-Deċiżjoni 2009/893/KE għandu jkun awtorizzat matul perjodu ta’ tranżizzjoni.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina.

Hija tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet tas-semen fl-Unjoni.

Artikolu 2

Importazzjonijiet tas-semen

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tas-semen, sakemm dan ikun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun ġej minn pajjiż terz elenkat fl-Anness I, jew minn parti minnu;

(b)

ikun ġej minn ċentru għall-ġbir tas-semen elenkat skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 90/429/KEE;

(ċ)

ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II, u mimli skont in-noti ta’ spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness;

(d)

jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (c).

2.   Fejn il-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni huma stipulati fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, dawk il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw minflok il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Il-kundizzjonijiet rigward it-tasport tas-semen lejn l-Unjoni

1.   Is-semen imsemmi fl-Artikolu 2 ma għandux jiġi ttrasportat fl-istess kontenitur ma’ kunsinni oħra ta’ semen li:

(a)

ma jkunux maħsubin għall-introduzzjoni fl-Unjoni; jew

(b)

li għandhom status tas-saħħa inferjuri.

2.   Waqt it-trasport lejn l-Unjoni, is-semen għandu jitqiegħed f’kontenituri magħluqa u ssiġillati u s-siġill ma għandux jinkiser waqt it-trasport.

Artikolu 4

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2009/893/KE hija revokata.

Artikolu 5

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Għal perjodu transizzjonali sat-30 ta’ Novembru 2012, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen minn pajjiżi terzi, li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2012, skont il-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2009/893/KE.

Artikolu 6

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd mill-1 ta’ Ġunju 2012.

Artikolu 7

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(2)   ĠU L 320, 5.12.2009, p. 12.

(3)   ĠU L 61, 2.3.2012, p. 1.

(4)   ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.

(5)   ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(6)   ĠU L 213, 8.8.2008, p. 42.

(7)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.


ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mingħandhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina

Kodiċi ISO

Isem tal-pajjiż terz

Rimarki

CA

Kanada

 

CH

l-Isvizzera (*1)

 

NZ

in-New Zealand

 

US

l-Istati Uniti

 


(*1)  Iċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huwa stabbilit fl-Anness D mad-Direttiva 90/429/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 3 tal-Kapitolu VIII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom.


ANNESS II

PARTI 1

Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

PARTI 2

Noti ta’ spjegazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II.

Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jitlob rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali, għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-forma oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti jkunu ntlaħqu.

(b)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jikkonsisti minn folja waħda, jew fejn ikun meħtieġ iktar test, għandu jkun f’tali forma li l-folji kollha meħtieġa jkunu parti minn unità waħda integrata u jkunu indiviżibbli.

(c)

Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jiddikjara li ċerti stqarrijiet għandhom jinżammu kif xieraq, l-istqarrijiet irrilevanti, jistgħu jinqatgħu barra u jiġu ttimbrati u mmarkati bl-inizjali tal-uffiċjal li jiċċertifika, jew jitħassru għal kollox miċ-ċertifikat.

(d)

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jitfassal b’tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-post fejn issir l-ispezzjoni mal-fruntiera, fejn tiġi introdotta l-kunsinna fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk jeħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Jekk, għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti fil-kunsinna (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali), jinthemżu karti addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, dawk il-folji għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull folja.

(f)

Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f’(e), ikun fih iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru (numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni), fil-qiegħ ta’ kull paġna u jkollha n-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat mogħti mill-awtorità kompetenti, fuq nett ta’ kull paġna.

(g)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali, fl-aħħar jum ta’ ħidma qabel it-tagħbija tal-kunsinna għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (1)

Il-kulur tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tal-kliem stampat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk li jkunu intaljati jew dawk li jidhru kontra d-dawl.

(h)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm din tasal fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, fejn din tiġi introdotta fl-Unjoni Ewropea.

(i)

In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-Kaxxa I.2 u fil-Kaxxa II.a tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur.

(1)   ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.


3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/38


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Marzu 2012

fir-rigward tal-miżuri ta’ emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1310)

(2012/138/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara [għall-pjanti] jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari r-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3), tagħha,

Billi:

(1)

Mill-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/840/KE tas-7 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tal-Anoplophora chinensis (Forster) (2), b’mod ġenerali, b’kunsiderazzjoni tat-tifqigħat u s-sejbiet riċenti rrappurtati mill-Ġermanja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit b’mod partikolari, u l-esperjenzi marbuta mal-qerda tagħhom, ħarġet il-ħtieġa għal modifika tal-miżuri pprovduti f’dik id-Deċiżjoni. Fl-interess taċ-ċarezza u fid-dawl tal-portata ta’ dawk il-modifika u ta’ modifiki preċedenti, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2008/840/KE tinbidel.

(2)

Fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE, Anoplophora chinensis (Thomson) u Anoplophora malasiaca (Forster) huma elenkati, għalkemm iż-żewġ denominazzjonijiet ikopru speċi waħda li għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni hija deżinjata bħala Anoplophora chinensis (Forster), minn issa ’l quddiem “l-organiżmu speċifikat” bħal fid-Deċiżjoni 2008/840/KE.

(3)

B’kunsiderazzjoni tal-esperjenza miksuba, ċerti speċijiet ta’ pjanti li ma kinux koperti mid-Deċiżjoni 2008/840/KE għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni filwaqt oħrajn li kienu preċedentement koperti għandhom jiġu esklużi. Pjanti u friegħi għat-tilqim li z-zokk jew l-għonq tal-għerq tagħhom jinsab taħt ċertu dijametru ma għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni. Ċerti definizzjonijiet għandhom jiġu inklużi sabiex itejbu ċ-ċarezza u l-leġibbiltà.

(4)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għandhom iqisu l-istat fitosanitarju tal-organiżmu speċifiku fil-pajjiż tal-oriġini.

(5)

Minħabba l-esperjenza ta’ kunsinni infestati li joriġinaw fiċ-Ċina, l-importazzjonijiet dan il-Pajjiż għandhom isiru skont dispożizzjonijiet speċjali. Peress li l-biċċa l-kbira tal-interċezzjonijiet dwar pjanti speċifiċi impurtati miċ-Ċina ġew irrappurtati fuq pjanti ta’ Acer spp., ikun xieraq li l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni tagħhom tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ April 2012, kif kien ġie stipulat qabel.

(6)

It-trasport tal-pjanti fl-Unjoni għandu jiġu pprovdut.

(7)

L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali u jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tagħhom. Għandha ssir dispożizzjoni għan-notifika f’każijiet fejn l-organiżmu speċifikat jitfaċċa fi Stat Membru jew f’parti ta’ Stat Membru, fejn il-preżenza tiegħu ma kinitx magħrufa qabel jew fejn kien maħsub li nqered. L-Istat Membru għandu jistabbilixxi skadenza ta’ ħamest ijiem għan-notifika dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat sabiex jippermetti li tittieħed azzjoni minnufih fil-livell tal-Unjoni, skont kif ikun xieraq.

(8)

Sabiex jeqirdu l-organiżmu speċifiku u jipprevjenu l-firxa tiegħu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni demarkati u jieħdu l-miżuri meħtieġa. Bħala parti mill-miżuri tagħhom, l-Istati Membri għandhom iwettqu attivitajiet biex iżidu s-sensibilità pubblika għat-theddida li jimponi l-organiżmu speċifikat. Barra minn hekk, huma għandhom jistabbilixxu wkoll perjodi speċifiċi ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri. F’każijiet fejn il-qerda tal-organiżmu speċifikat ma tkunx għadha possibbli, l-Istat Membru għandu jieħu miżuri biex jikkontrollah.

(9)

F’ċirkostanzi speċifikati, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jiddeċiedu li ma jistabbilixxux żoni demarkati u li jillimitaw l-miżuri għall-qerda tal-materjal infestat, iwettqu monitoraġġ intensifikat u traċċjar tal-pjanti marbuta mal-każ ta’ infestazzjoni kkonċernat.

(10)

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew li jkunu beħsiebhom jieħdu, kif ukoll dwar ir-raġunijiet għalfejn ma jkunux stabbilixxew żoni demarkati. Kull sena, huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra verżjoni aġġornata ta’ dak ir-rapport u jagħtu ħarsa ġenerali effettiva dwar is-sitwazzjoni.

(11)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2008/840/KE għandha titħassar.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pjanti speċifikati” tfisser pjanti għat-taħwil li għandhom zokk jew għonq ta’ għerq b’dijametru ta’ 1 ċm jew aktar fl-eħxen biċċa, minbarra żrieragħ, ta’ Acer spp., Aesculus hippocastanum, Alnus spp., Betula spp., Carpinus spp., Citrus spp., Cornus spp. Corylus spp., Cotoneaster spp., Crataegus spp., Fagus spp., Lagerstroemia spp., Malus spp., Platanus spp., Populus spp., Prunus laurocerasus, Pyrus spp., Rosa spp., Salix spp. u Ulmus spp.;

(b)

“post tal-produzzjoni” tfisser il-post tal-produzzjoni kif imfisser fl-Istandard Internazzjonali tal-FAO għal Miżuri Fitosanitarji (minn issa ’l quddiem “ISPM”) Nru 5 (3);

(c)

“organiżmu speċifikat” jiġifieri Anoplophora chinensis (Forster).

Artikolu 2

Importazzjoni tal-pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi ħlief iċ-Ċina

Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fejn l-organiżmu speċifikat hu magħruf li huwa preżenti, minbarra ċ-Ċina, il-pjanti speċifikati jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tal-importazzjoni kif imniżżla fil-punt 1 tat-Taqsima 1(A) tal-Anness I;

(b)

jekk malli jidħlu fl-Unjoni, jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont il-punt 2 tat-Taqsima 1(A) tal-Anness I għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat, u ma jkunu nstabu l-ebda sinjali ta’ dak l-organiżmu.

Artikolu 3

Importazzjoni tal-pjanti speċifikati li joriġinaw miċ-Ċina

1.   Fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina, il-pjanti speċifikati jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tal-importazzjoni kif imniżżla fil-punt 1 tat-Taqsima 1(B) tal-Anness I;

(b)

jekk malli jidħlu fl-Unjoni jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont il-punt 2 tat-Taqsima 1(B) tal-Anness I għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat, u ma jkunu nstabu l-ebda sinjali ta’ dak l-organiżmu.

(c)

il-post tal-produzzjoni ta’ dawk il-pjanti:

(i)

ikun deżinjat b’numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti taċ-Ċina,

(ii)

ikun inkluż fl-iktar verżjoni riċenti tar-reġistru kkomunikat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri skont il-paragrafu 3,

(iii)

ma jkunx, fis-sentejn ta’ qabel, suġġett ta’ komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tat-tneħħija mir-reġistru skont il-paragrafu 3, u

(iv)

ma jkunx, fis-sentejn ta’ qabel, suġġett ta’ komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 4 jew il-paragrafu 5.

2.   Madankollu, il-pjanti ta’ Acer spp. ma għandhomx ikunu introdotti fl-Unjoni sat-30 ta’ April 2012.

Mill-1 ta’ Mejju 2012, il-paragrafu 1 għandu japplika għall-pjanti ta’ Acer spp.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri r-reġistru ta’ postijiet tal-produzzjoni fiċ-Ċina li l-organizzazzjoni nazzjonali tagħha għall-protezzjoni tal-pjanti stabbilixxiet f’konformità mal-punt 1(b) tat-Taqsima 1(B) tal-Anness I.

Fejn dik l-organizzazzjoni taġġorna r-reġistru minħabba t-tneħħija ta’ post tal-produzzjoni jew minħabba li dik l-organizzazzjoni tkun sabet li l-post tal-produzzjoni ma għadux konformi mal-punt 1(b) tat-Taqsima 1(B) tal-Anness I jew minħabba li l-Kummissjoni tkun infurmat liċ-Ċina b’evidenza tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat mal-wasla ta’ pjanti speċifikati minn dak il-post tal-produzzjoni, u ċ-Ċina tagħmel il-verżjoni aġġornata tar-reġistru disponibbli għall-Kummissjoni, il-Kummissjoni tikkomunika l-verżjoni aġġornata tar-reġistru lill-Istati Membri.

Fejn dik l-organizzazzjoni taġġorna r-reġistru billi tinkludi post tal-produzzjoni minħabba li dik l-organizzazzjoni tkun sabet li dak il-post tal-produzzjoni hu konformi mal-punt 1(b) tat-Taqsima 1(B) tal-Anness I u ċ-Ċina tagħmel il-verżjoni aġġornata tar-reġistru disponibbli lill-Kummissjoni kif ukoll l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik il-verżjoni aġġornata u, fejn xieraq, dik l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni lill-Istati Membri.

Permezz ta’ paġni ta’ informazzjoni fuq l-Internet, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-reġistru u l-aġġornamenti tiegħu disponibbli għall-pubbliku.

4.   Meta matul spezzjoni f’post tal-produzzjoni rreġistrat, kif stipulat fil-punti (ii), (iii) u (iv) tal-punt 1(b) tat-Taqsima 1(B) tal-Anness I, l-organizzazzjoni Ċiniża għall-protezzjoni tal-pjanti ssib evidenza tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat u l-Kummissjoni tiġi nnotifikata b’dik is-sejba miċ-Ċina, il-Kummissjoni tikkomunika minnufih dik is-sejba lill-Istati Membri.

Permezz ta’ paġni ta’ informazzjoni fuq l-Internet, il-Kummissjoni tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

5.   Fejn il-Kummissjoni jkollha evidenza minn sorsi oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 li l-post tal-produzzjoni elenkat fir-reġistru mhuwiex konformi mal-punt 1(b) tat-Taqsima 1(B) tal-Anness I jew li l-organiżmu speċifikat instab fuq pjanti speċifikati importati minn tali post tal-produzzjoni, din tikkomunika l-informazzjoni dwar dak il-post tal-produzzjoni lill-Istati Membri.

Permezz ta’ paġni ta’ informazzjoni fuq l-Internet, il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 4

It-trasport ta’ pjanti speċifikati fl-Unjoni

Pjanti speċifikati li joriġinaw f’oqsma demarkati fl-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 6 jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I.

Pjanti speċifikati li ma ġewx imkabbra f’żoni demarkati, iżda huma introdotti fit-tali żoni, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 2 tal-Anness I.

Pjanti speċifikati impurtati skont l-Artikolu 2 u 3 minn pajjiżi terzi fejn l-organiżmu speċifikat hu magħruf li huwa preżenti, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Punt 3 tat-Taqsima 2 tal-Anness I.

Artikolu 5

Stħarriġiet u notifiki tal-organiżmu speċifikat

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet uffiċjali kull sena għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat jew għall-evidenza ta’ infestazzjoni minn dak l-organiżmu fuq il-pjanti ospitanti fit-territorji tagħhom.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati ta’ dawk l-istħarriġiet sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom, fi żmien ħamest ijiem u bil-miktub, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat f’żona fit-territorju tagħhom fejn dik il-preżenza ma kinitx magħrufa qabel jew fejn l-organiżmu speċifikat kien maħsub li nqered jew fejn l-infestazzjoni nstabet fuq speċi ta’ pjanta li qabel ma kinitx magħrufa bħala pjanta ospitanti.

Artikolu 6

Żoni demarkati

1.   Meta r-riżultati tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 5(1) jikkonfermaw il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f’xi żona, jew tinstab evidenza tal-preżenza ta’ dak l-organiżmu b’xi mezzi oħra, l-Istat Membru kkonċernat jistabbilixxi żona demarkata, mingħajr dewmien, li tikkonsisti f’żona infestata u żona ta’ lqugħ, skont it-Taqsima 1 tal-Anness II.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jistabbilixxu żoni demarkati, kif stipulat fil-paragrafu 1, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness II. F’dan il-każ, l-Istati Membri jieħdu miżuri skont kif stabbilit fil-punt 2 ta’ dik it-Taqsima.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri fiż-żoni demarkati, kif stipulat fit-Taqsima 3 tal-Anness II.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodi taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 7

Rappurtar dwar il-miżuri

1.   L-Istati Membri għandhom, fi żmien 30 jum min-notifika msemmija fl-Artikolu 5(2), jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jkunu ħadu jew li jkun beħsiebhom li jieħdu skont l-Artikolu 6.

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni taż-żona demarkata, jekk tkun ġiet stabbilita, u informazzjoni dwar fejn tinsab b’mappa li turi d-delimitazzjoni tagħha u informazzjoni dwar l-istat attwali tal-pesti kif ukoll miżuri għall-konformità mar-rekwiżiti dwar it-trasport tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 4.

Hija għandha tiddeskrivi l-evidenza u l-kriterji li fuqhom issejsu l-miżuri.

F’każijiet fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux żona demarkata skont l-Artikolu 6(2), ir-rapport għandu jinkludi dejta u raġunijiet ġustifikati.

2.   L-Istati Membri jikkomunikaw, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li jkun jinkludi lista aġġornata taż-żoni demarkati kollha stabbiliti skont l-Artikolu 6, inkluża informazzjoni dwar id-deskrizzjoni tagħhom u fejn jinsabu b’mapep li juru d-delimitazzjoni, u miżuri li l-Istati Membri jkunu ħadu jew ikun beħsiebhom jieħdu.

Artikolu 8

Konformità

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u, jekk ikun hemm bżonn, jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw biex jipproteġu lilhom infushom kontra d-dħul u l-firxa tal-organiżmu speċifikat b’tali mod li dawn il-miżuri jkunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 9

Revoka

Id-Deċiżjoni 2008/840/KE hija mħassra.

Artikolu 10

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rriveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2013.

Artikolu 11

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)   ĠU L 300, 11.11.2008, p. 36.

(3)  Glossarju ta’ Termini Fitosanitarji – Standard ta’ Referenza ISPM Nru 5 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.


ANNESS I

1.   Rekwiżiti speċifiċi dwar l-importazzjoni

A.   Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi ħlief iċ-Ċina

1.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness III, il-Parti A(9, 16, 18) u l-Anness IV, il-Parti A(I)(14, 15, 17, 18, 19.2, 20, 22.1, 22.2, 23.1, 23.2, 32.1, 32.3, 33, 34, 36.1, 39, 40, 43, 44, 46) tad-Direttiva 2000/29/KE, il-pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi, ħlief iċ-Ċina, u fejn hi magħrufa l-preżenza tal-organiżmu speċifikat ikunu akkumpanjati b’ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta’ dik id-Direttiva li taħt it-taqsima “Dikjarazzjoni addizzjonali” jiddikjara:

(a)

li l-pjanti jkunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f’post tal-produzzjoni li hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini u li jinsabu f’żona ħielsa mill-pesti stabbilita minn dik l-organizzazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji. L-isem taż-żona ħielsa mill-pesti għandha tissemma taħt it-taqsima “post ta’ oriġini”; jew

(b)

li l-pjanti jkunu ġew imkabbra, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, f’post tal-produzzjoni stabbilit bħala ħieles mill-Anoplophora chinensis (Forster) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji:

(i)

li jkun reġistrat u sorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini, u

(ii)

li kull sena jkun ġie soġġett għal tal-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali li jsiru bir-reqqa, għal kull sinjal tal-Anoplophora chinensis (Forster) li jitwettqu fi żmien xieraq u li ma jsibu l-ebda sinjali tal-organiżmu; u

(iii)

fejn il-pjanti jkunu ġew imkabbra f’sit:

bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-Anoplophora chinensis (Forster); jew

bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa u mdawra b’żona ta’ lqugħ b’raġġ ta’ mill-inqas żewġ km fejn darba fis-sena u fi żmien xieraq, jitwettqu l-istħarriġiet uffiċjali għall-preżenza jew sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster). F’każ li jinstabu sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster), għandhom jittieħdu miżuri preventivi biex iż-żona ta’ lqugħ tinħeles mill-ġdid mill-pesti; u

(iv)

fejn, immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-kunsinni tal-pjanti jkunu suġġetti għal spezzjoni uffiċjali li ssir bir-reqqa, għall-preżenza tal-organiżmu speċifika, b’mod partikolari fl-għeruq u z-zkuk tal-pjanti. Din l-ispezzjoni tinkludi l-kampjun distruttiv fil-mira. Id-daqs tal-kampjun għall-ispezzjoni jkun tali li jippermetti mill-inqas is-sejba ta’ livell ta’ 1 % ta’ infestazzjoni b’livell ta’ fiduċja ta’ 99 %. jew

(c)

li l-pjanti ġew imkabbra minn riżomi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (b), imlaqqma bi friegħi għat-tilqim li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

fil-mument tal-esportazzjoni, il-friegħi għat-tilqim mlaqqma ma jkunux ta’ dijametru akbar minn 1 ċm fl-eħxen punt tagħhom;

(ii)

il-pjanti mlaqqma jkunu ġew spezzjonati skont il-punt (b)(iv).

2.

Pjanti speċifikati impurtati skont il-punt 1 għandhom jiġu spezzjonati bir-reqqa fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (1). Il-metodi ta’ spezzjoni applikati għandhom jiżguraw is-sejba ta’ kwalunkwe sinjali tal-organiżmu speċifikat, b’mod partikolari fl-għeruq u z-zkuk tal-pjanti. Din l-ispezzjoni tinkludi l-kampjun distruttiv fil-mira. Id-daqs tal-kampjun għall-ispezzjoni għandu jkun tali li jippermetti mill-inqas is-sejba ta’ livell ta’ 1 % ta’ infestazzjoni b’livell ta’ fiduċja ta’ 99 %.

B.   Oġġetti impurtati li joriġinaw fiċ-Ċina

1.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness III, il-Parti A(9, 16, 18) u l-Anness IV, il-Parti A(I)(14, 15, 17, 18, 19.2, 20, 22.1, 22.2, 23.1, 23.2, 32.1, 32.3, 33, 34, 36.1, 39, 40, 43, 44, 46) tad-Direttiva 2000/29/KE, pjanti speċifikati li joriġinaw miċ-Ċina għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta’ dik id-Direttiva li tiddikjara taħt it-taqsima “Dikjarazzjoni Addizzjonali” li:

(a)

l-pjanti ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f’post tal-produzzjoni li hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-ħarsien tal-pjanti fiċ-Ċina u li jinsabu f’żona ħielsa mill-pesti stabbilita minn dik l-organizzazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti. L-isem taż-żona ħielsa mill-pesti għandha tissemma fit-taqsima “post ta’ oriġini”; jew

(b)

li l-pjanti jkunu ġew imkabbra, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, f’post tal-produzzjoni stabbilit bħala ħieles mill-Anoplophora chinensis (Forster) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji:

(i)

li jkun reġistrat u sorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti taċ-Ċina; u

(ii)

li kull sena jkunu ġew soġġetti għal tal-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali għal kull sinjal tal-Anoplophora chinensis (Forster) li jitwettqu fi żmien xieraq u li ma jkun nstab l-ebda sinjal tal-organiżmu; u

(iii)

fejn il-pjanti jkunu ġew imkabbra f’sit:

bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-Anoplophora chinensis (Forster); jew

bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa u mdawra b’żona ta’ lqugħ b’raġġ ta’ mill-inqas żewġ km fejn darba fis-sena u fi żmien xieraq jitwettqu l-istħarriġiet uffiċjali għall-preżenza jew sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster). F’każ li jinstabu sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster), jittieħdu miżuri ta’ qerda biex iż-żona ta’ lqugħ tinħeles mill-ġdid mill-pesti; u

(iv)

fejn immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-kunsinni tal-pjanti kienu suġġetti għal spezzjoni uffiċjali li tkun saret bir-reqqa, inklużi l-kampjuni distruttivi fil-mira fuq kull lott, għall-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster), b’mod partikolari fl-għeruq u z-zkuk tal-pjanti;

Id-daqs tal-kampjun għall-ispezzjoni għandu jkun tali li jippermetti mill-inqas is-sejba ta’ livell ta’ 1 % ta’ infestazzjoni b’livell ta’ fiduċja ta’ 99 %; jew

(c)

li l-pjanti ġew imkabbra minn riżomi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (b), imlaqqma bi friegħi għat-tilqim li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

fil-mument tal-esportazzjoni, il-friegħi għat-tilqim mlaqqma ma jkunux ta’ dijametru akbar minn 1 ċm fl-eħxen punt tagħhom;

(ii)

il-pjanti mlaqqma jkunu ġew spezzjonati skont il-punt (b)(iv);

(d)

in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-post tal-produzzjoni.

2.

Pjanti speċifikati impurtati skont il-punt 1 għandhom jiġu spezzjonati b’mod metikoluż fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva 2004/103/KE. Il-metodi ta’ spezzjoni applikati, inklużi l-kampjuni distruttivi fil-mira fuq kull lott, għandhom jiżguraw is-sejba ta’ kwalunkwe sinjali tal-organiżmu speċifikat, b’mod partikolari fl-għeruq u z-zkuk tal-pjanti. Id-daqs tal-kampjun għall-ispezzjoni għandu jkun tali li jippermetti mill-inqas is-sejba ta’ livell ta’ 1 % ta’ infestazzjoni b’livell ta’ fiduċja ta’ 99 %.

Il-kampjunar distruttiv imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jsir fuq il-livell stabbilit fit-tabella li ġejja:

Numru ta’ pjanti fil-lott

Livell ta’ kampjunar distruttiv (numru ta’ pjanti li għandhom jinqatgħu)

1 – 4 500

10 % tad-daqs tal-lott

> 4 500

450

2.   Kundizzjonijiet għat-trasport

1.

Pjanti speċifikati li joriġinaw (2) f’oqsma demarkati fl-Unjoni jistgħu jiġu trasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (3) u jkunu ġew imkabbra għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel it-trasport f’post tal-produzzjoni:

(i)

li jiġi rreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE (4); u

(ii)

li kull sena jkunu ġew suġġetti għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali li jkunu saru bir-reqqa, għal kull sinjal tal-organiżmu speċifikat, u li jittwettqu fi żmien xieraq u li ma jkunu nstabu l-ebda sinjali tal-organiżmu; fejn xieraq, din l-ispezzjoni tinkludi kampjunar distruttiv fil-mira tal-għeruq u z-zkuk tal-pjanti; id-daqs tal-kampjun għall-ispezzjoni għandu jkun tali li jippermetti mill-inqas is-sejba ta’ livell ta’ 1 % ta’ infestazzjoni b’livell ta’ fiduċja ta’ 99 %; u

(iii)

li jkun jinsab f’żona demarkata fejn il-pjanti ġew imkabbra f’sit:

bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat; jew

bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa jew fejn isir kampjunar distruttiv fil-mira fuq kull lott ta’ pjanti speċifikati qabel it-trasport fil-livell stabbilit fit-tabella fil-punt 2 tal-Parti B tat-Taqsima 1 u, f’kull każ, fejn stħarriġiet uffiċjali għall-preżenza jew għal sinjali tal-organiżmu speċifikat isiru kull sena f’raġġ ta’ mill-inqas 1 km madwar is-sit fi żminijiet xierqa u ma jinstab l-ebda organiżmu speċifikat jew sinjali tiegħu.

Riżomi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ewwel paragrafu jistgħu jitlaqqmu bi friegħi għat-tilqim li ma jkunux ġew imkabbra taħt dawn il-kundizzjonijiet, iżda li ma jkunux ta’ dijametru akbar minn 1 ċm fl-eħxen punt tagħhom.

2.

Pjanti speċifikati li joriġinaw (5) f’żoni demarkati, iżda introdotti f’post tal-produzzjoni fit-tali żoni, jistgħu jiġu trasportati fl-Unjoni bil-kundizzjoni li dan il-post tal-produzzjoni jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 ittra (iii) u biss jekk il-pjanti jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva 92/105/KEE.

3.

Pjanti speċifikati importati minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza tal-organiżmu speċifikat skont it-Taqsima 1 jistgħu jiġu trasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt 1.

(1)   ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16.

(2)  Glossarju ta’ Termini Fitosanitarji – Standard ta’ Referenza ISPM Nru 5 u ċertifikati Fitosanitarji – Standard ta’ Referenza ISPM Nru 12 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.

(3)   ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22.

(4)   ĠU L 344, 26.11.1992, p. 38.

(5)  Glossarju ta’ Termini Fitosanitarji – Standard ta’ Referenza ISPM Nru 5 u ċertifikati Fitosanitarji – Standard ta’ Referenza ISPM Nru 12 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.


ANNESS II

L-ISTABBILIMENT TA’ ŻONI DEMARKATI U MIŻURI, KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 6

1.   Definizzjoni ta’ żoni demarkati

1.

Iż-żoni demarkati jikkonsistu miż-żoni li ġejjin:

(a)

żona infestata fejn il-preżenza tal-organiżmu speċifiku ġiet ikkonfermata u li tinkludi l-pjanti kollha li juru sintomi kkawżati mill-organiżmu speċifiku, u fejn xieraq, il-pjanti kollha li kienu jagħmlu parti mill-istess lott fiż-żmien tat-tħawwil; u

(b)

żona ta’ lqugħ b’raġġ ta’ mill-inqas 2 km lilhinn minn dik taż-żona infestata.

2.

Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji xjentifiċi, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat, il-livell ta’ infestazzjoni, id-distribuzzjoni partikolari tal-pjanti ospitanti fiż-żona kkonċernata u l-evidenza tal-istabbiliment tal-organiżmu speċifikat. F’każijiet fejn il-korp responsabbli uffiċjali jikkonkludi li l-qerda tal-organiżmu speċifikat hija possibbli, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tat-tifqigħa, ir-riżultati tal-investigazzjoni speċifika jew l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri għall-qerda, ir-raġġ taż-żona ta lqugħ jista’ jitnaqqas għal mhux inqas minn 1 km lilhinn mill-fruntiera taż-żona infestata. F’każijiet fejn il-qerda tal-organiżmu speċifikat ma tkunx għadha possibbli, ir-raġġ ma jistax jitnaqqas għal inqas minn 2 km.

3.

Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat ’il barra miż-żona infestata, id-delimitazzjoni taż-żona infestata u taż-żona ta’ lqugħ għandha tiġi rriveduta u mibdula kif xieraq.

4.

Fejn f’żona demarkata, ibbażata fuq stħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 5(1) u dwar il-monitoraġġ msemmi fil-punt 1(h) tat-Taqsima 3 tal-Anness II, l-organiżmu speċifikat ma jinstabx għal perjodu li jinkludi mill-inqas ċiklu wieħed ta’ ħajja u sena addizzjonali iżda f’kull każ mhux inqas minn erba’ snin konsekuttivi, din id-demarkazzjoni tkun tista’ titneħħa. It-tul eżatt ta’ ċiklu ta’ ħajja jiddependi minn evidenza li hija disponibbli għaż-żona kkonċernata jew żona ta’ klima simili. Id-demarkazzjoni tista’ titneħħa wkoll f’każijiet fejn, wara investigazzjoni ulterjuri, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima 2 ikunu ġew sodisfatti.

2.   Il-kundizzjonijiet skont liema ma hemm bżonn tiġi stabbilita l-ebda żona demarkata

1.

Skont l-Artikolu 6(2) l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jistabbilixxu żona demarkata, kif stipulat fl-Artikolu 6(1), fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

hemm evidenza jew li l-organiżmu speċifikat ġie introdott fiż-żona mal-pjanti li nstab fuqhom u hemm indikazzjoni li dawk il-pjanti kienu infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata, jew li hija sejba iżolata, immedjatament assoċjata ma’ pjanta speċifikata jew le, mhux mistennija li twassal għal stabbiliment; u

(b)

huwa aċċertat li ma hemm l-ebda stabbiliment tal-organiżmu speċifikat u li l-firxa u t-tgħammir b’suċċess tal-organiżmu speċifikat mhumiex possibbli minħabba l-bijoloġija tiegħu u b’kunsiderazzjoni tar-riżultati ta’ investigazzjoni speċifika u miżuri qerrieda li jistgħu jikkonsistu fil-qtugħ bħala prekawzjoni u r-rimi tal-pjanti speċifikati inklużi l-għeruq tagħhom wara li jkunu ġew eżaminati.

2.

Meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1, l-Istati Membri ma jkollhomx għalfejn jistabbilixxu żoni demarkati, dejjem jekk jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:

(a)

miżuri immedjati biex tiġi żgurata l-qerda minnufih tal-organiżmu speċifikat u biex tiġi eskluża l-possibilità tal-firxa tiegħu;

(b)

monitoraġġ matul il-perjodu li jkopri mill-inqas ċiklu wieħed tal-ħajja tal-organiżmu speċifikat u sena addizzjonali inkluż il-monitoraġġ f’mill-inqas erba’ snin konsekuttivi, f’raġġ ta’ mill-inqas 1 km madwar il-pjanti infestati jew il-post fejn instab l-organiżmu speċifikat; għallinqas għall-ewwel sena l-monitoraġġ ikun regolari u intensiv;

(c)

il-qerda ta’ kull materjal infestat tal-pjanti;

(d)

it-traċċjar b’lura għall-oriġini tal-infestazzjoni u t-traċċjar tal-pjanti marbut mal-każ ta’ infestazzjoni kkonċernata safejn hu possibbli u l-eżaminar tagħhom għal kull sinjal ta’ infestazzjoni; l-eżaminar jinkludi l-kampjun distruttiv fil-mira;

(e)

attivitajiet li jwasslu għas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddid li jġib miegħu l-organiżmu;

(f)

kull miżura oħra li tista’ tikkontribwixxi għall-qerda tal-organiżmu speċifikat, b’kunsiderazzjoni tal-ISPM Nru 9 (1) u bl-applikazzjoni ta’ approċċ integrat skont il-prinċipji stipulati fl-ISPM Nru 14 (2).

Il-miżuri msemmija fil-punti minn (a) sa (f) jiġu ppreżentati f’forma ta’ rapport li għalih hemm referenza fl-Artikolu 7.

3.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu fiż-żoni demarkati

1.

Fiż-żoni demarkati, l-Istati Membri jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin sabiex jeqirdu l-organiżmu speċifikat:

(a)

it-tneħħija immedjata tal-pjanti infestati u pjanti b’sintomi kkawżati mill-organiżmu speċifikat, u t-tneħħija sħiħa tal-għeruq tagħhom; f’każijiet fejn il-pjanti infestati nstabu ’l barra mill-perjodu volatili tal-organiżmu speċifikat, dawn għandhom jinqatgħu u jitneħħew qabel ma jibda l-perjodu li jkun imiss; f’każijiet eċċezzjonali fejn korp uffiċjali responsabbli jikkonkludi li tali qtugħ ma jkunx xieraq, tkun tista’ tiġi applikata miżura qerrieda oħra li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni kontra l-firxa tal-organiżmu speċifikat; ir-raġunijiet għal dik il-konklużjoni u d-deskrizzjoni tal-miżura għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 7;

(b)

il-qtugħ ta’ kull pjanta speċifikata f’raġġ ta’ 100 m madwar il-pjanti infestati u l-eżaminar ta’ dawk il-pjanti speċifikati għal kull sinjal ta’ infestazzjoni; f’każijiet eċċezzjonali fejn il-korp uffiċjali responsabbli jikkonkludi li dan il-qtugħ ma jkunx xieraq, l-eżaminar individwali dettaljat għal kull sinjal ta’ infestazzjoni ta’ dawn il-pjanti speċifikati kollha f’dak ir-raġġ li ma jkunux se jiġu maqtugħa, u l-applikazzjoni, fejn xieraq, ta’ miżuri li jipprevjenu l-firxa tal-organiżmu speċifikat minn dawk il-pjanti;

(c)

it-tneħħija, l-eżaminar u r-rimi tal-pjanti maqtugħa skont il-punti (a) u (b) u tal-għeruq; bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat matul u wara l-qtugħ;

(d)

il-prevenzjoni ta’ kull trasport ta’ materjal potenzjalment infestat ’il barra miż-żona demarkata;

(e)

it-traċċjar b’lura għall-oriġini tal-infestazzjoni u t-traċċjar tal-pjanti marbut mal-każ ta’ infestazzjoni kkonċernata safejn hu possibbli u l-eżaminar ta’ dawn għal kull sinjal ta’ infestazzjoni; l-eżaminar jinkludi l-kampjun distruttiv fil-mira;

(f)

fejn xieraq, it-tibdil tal-pjanti speċifikati bi pjanti oħra;

(g)

il-projbizzjoni li jitħawlu pjanti speċifikati ġodda fil-miftuħ fiż-żona msemmija fil-punt 1(b) tat-Taqsima 3 tal-Anness II, ħlief għall-postijiet tal-produzzjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

(h)

monitoraġġ intensiv għall-preżenza ta’ organiżmu speċifikat permezz ta’ spezzjonijiet annwali f’ħinijiet xierqa fuq il-pjanti ospitanti, b’attenzjoni partikolari fuq iż-żona ta’ lqugħ, inkluż il-kampjunar distruttiv fil-mira fejn, ikun xieraq; in-numru ta’ kampjuni jiġi indikat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 7;

(i)

attivitajiet li jwasslu għas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddid li jġib miegħu dak l-organiżmu u l-miżuri adottati biex dan ma jiddaħħalx u ma jinxteridx fl-Unjoni, inklużi l-kundizzjonijiet dwar it-trasport tal-pjanti speċifikati miż-żona demarkata, stabbiliti skont l-Artikolu 6;

(j)

fejn ikun hemm bżonn, miżuri speċifiċi li jindirizzaw kwull sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li tista’ tkun mistennija li twaqqaf, tfixkel, jew iddewwem il-qerda, partikolarment dawk marbuta mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infestati jew li jkun hemm suspett li huma infestati, ikunu fejn ikunu, humiex tal-pubbliku jew tal-privat, jew hi min hi l-persuna jew l-entità li hi responsabbli għalihom;

(k)

kull miżura oħra li tista’ tikkontribwixxi għall-qerda tal-organiżmu speċifikat, b’kunsiderazzjoni tal-ISPM Nru 9 (3) u bl-applikazzjoni ta’ approċċ integrat skont il-prinċipji stipulati fl-ISPM Nru 14 (4).

Il-miżuri msemmija fil-punti minn (a) sa (k) jiġu ppreżentati f’forma ta’ rapport li għalih hemm referenza fl-Artikolu 7.

2.

Meta r-riżultati tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ matul aktar minn erba’ snin konsekuttivi jkunu kkonfermaw il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f’żona u f’każ li jkun hemm evidenza li l-organiżmu speċifikat ma jistax aktar jinqered, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-miżuri biex l-organiżmu speċifikat jinżamm f’dik iż-żona. Miżuri bħal dawn jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(a)

il-qtugħ tal-pjanti infestati u pjanti b’sintomi kkawżati mill-organiżmu speċifikat, u t-tneħħija sħiħa tal-għeruq tagħhom; ix-xogħlijiet ta’ qtugħ jibdew minnufih, iżda f’każijiet fejn il-pjanti infestati nstabu ’l barra mill-perjodu volatili tal-organiżmu speċifikat, dawn għandhom jinqatgħu u jitneħħew qabel ma jibda l-perjodu li jkun imiss; f’każijiet eċċezzjonali fejn korp uffiċjali responsabbli jikkonkludi li tali qtugħ ma jkunx xieraq, tkun tista’ tiġi applikata miżura qerrieda oħra li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni kontra l-firxa tal-organiżmu speċifikat; ir-raġunijiet għal dik il-konklużjoni u d-deskrizzjoni tal-miżura għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 7;

(b)

it-tneħħija, l-eżaminazzjoni u r-rimi ta’ pjanti maqtugħa u tal-għeruq tagħhom; bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat wara l-qtugħ;

(c)

il-prevenzjoni ta’ kull trasport ta’ materjal potenzjalment infestat ’il barra miż-żona demarkata;

(d)

fejn xieraq, it-tibdil tal-pjanti speċifikati bi pjanti oħra;

(e)

il-projbizzjoni li jitħawlu pjanti speċifikati ġodda fil-miftuħ f’żona infestata msemmija fil-punt 1(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness II, ħlief għall-postijiet tal-produzzjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

(f)

monitoraġġ intensiv għall-preżenza ta’ organiżmu speċifikat permezz ta’ spezzjonijiet annwali f’ħinijiet xierqa fuq il-pjanti ospitanti, inkluż fejn ikun xieraq il-kampjunar distruttiv fil-mira; in-numru ta’ kampjuni jiġi indikat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 7;

(g)

attivitajiet li jwasslu għas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddid li jġib miegħu dak l-organiżmu u l-miżuri adottati biex dan ma jiddaħħalx u ma jinxteridx fl-Unjoni, inklużi l-kundizzjonijiet dwar it-trasport tal-pjanti speċifikati miż-żona demarkata, stabbiliti skont l-Artikolu 6;

(h)

fejn ikun hemm bżonn, miżuri speċifiċi li jindirizzaw kull sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li tista’ tkun mistennija li twaqqaf, tfixkel, jew iddewwem il-konteniment, partikolarment dawk marbuta mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infestati jew li jkun hemm suspett li huma infestati, ikunu fejn ikunu, humiex tal-pubbliku jew tal-privat, jew hi min hi l-persuna jew l-entità li hi responsabbli tagħhom;

(i)

kull miżura oħra li tista’ tgħin fil-konteniment tal-organiżmu indikat;

Il-miżuri msemmija fil-punti minn (a) sa (i) jiġu ppreżentati f’forma ta’ rapport li għalih hemm referenza fl-Artikolu 7.


(1)  Linji gwida għall-programmi ta’ qerda tal-pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.

(2)  L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-kontroll tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.

(3)  Linji gwida għall-programmi ta’ qerda tal-pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.

(4)  L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-kontroll tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.


Rettifika

3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/48


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 163/2012 tat-23 ta' Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 52 tal-24 ta' Frar 2012 )

F'paġna 11, fit-Tabella tal-Anness, il-kodiċi tan-NM 1602 32 11 :

minflok:

“1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedak u tiġieġ

306,1

0

BR

353,6

0

CL”

aqra:

“1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedak u tiġieġ

306,1

0

BR

353,5

0

CL”