ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.061.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 61

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
2 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Annessi B, C u D mad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem għall-bruċellosi u l-marda ta’ Aujeszky ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 177/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jemenda għall-165 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

10

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 179/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 176/2012

tal-1 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-Annessi B, C u D mad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem għall-bruċellosi u l-marda ta’ Aujeszky

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (1), u b’mod partikolari l-Artiklu 17 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 90/429/KEE tistabbbilixxi l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ġewwa l-Unjoni u dwar l-importazzjonijiet ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina minn pajjiżi terzi.

(2)

Id-Direttiva 90/429/KEE tistipula li s-semen intenzjonat għall-kummerċ irid ikun inġabar minn annimali domestiċi tal-ispeċi porċina li l-istat ta’ saħħa tagħhom ikun konformi mal-Anness B ma’ dik id-Direttiva. Il-Kapitolu I tal-Anness B jistipula l-kundizzjonijiet li japplikaw għad-dħul tal-annimali fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen approvati. Il-Kapitolu II ta’dak l-Anness jistabbilixxi t-testijiet ta’ rutina obbligatorji għall-annimali li jinżammu f’ċentru approvat għall-ġbir tas-semen.

(3)

Barra minn hekk, id-Direttiva 90/429/KEE tistipula li s-semen intenzjonat għall-kummerċ irid ikun inġabar, ġie pproċessat, maħżun u ttrasportat skont l-Anness C ma’ dik id-Direttiva. Dak l-Anness jistipula l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mis-semen miġbur miċ-ċentri għall-ġbir tas-semen approvati għall-iskopijiet ta’ kummerċ ġewwa l-Unjoni. Il-punt 4 tal-Anness C mad-Direttiva 90/429/KEE jistipula li l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw id-dħul ta’ semen minn ċentri tal-ġbir fejn ċingjali mlaqqma kontra l-marda ta’ Aujeszky jitħallew jidħlu fit-territorju tagħhom, jew f’reġjun fit-teritorju tagħhom, meta dan kien rikonoxxut bħala ħieles mill-marda ta’ Aujeszky.

(4)

Fl-aħħar nett, l-Anness D mad-Direttiva 90/429/KEE jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ ta’ dak il-prodott.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistabbilixxi garanziji addizzjonali relatati mal-marda ta’ Aujeszky applikabbli għall-kummerċ tal-ħnieżer ġewwa l-Unjoni. Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-annimali maskili donaturi tal-ispeċi porċina u għas-semen tagħhom, stabbiliti fl-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE, għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(6)

Bl-istess mod, jekk tiddaħħal xi dispożizzjoni fil-punt 4 tal-Anness C mad-Direttiva 90/429/KEE li tobbliga lill-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni meta dawn jużaw id-dritt li jirrifjutaw is-semen tal-ispeċi porċina prodott f’ċentri għall-ġbir tas-semen li jżommu annimali tal-ispeċi porċina mlaqqma kontra l-marda ta’ Aujeszky.

(7)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex tevalwa kemm huwa addattat it-test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test rose Bengal) li attwalment huwa l-uniku test awtorizzat għad-dijanjosi tal-bruċellosi fl-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE u biex tagħti opinjoni xjentifika dwar kemm huma addattati t-testijiet dijanjostiċi l-oħra disponibbli għall-inklużjoni f’dak l-Anness.

(8)

Fil-5 ta’ Ġunju 2009, l-EFSA adottat Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Benesseri tal-Annimali (AHAW) fuq talba mill-Kummissjoni dwar il-bruċellosi porċina (Brucella suis) (3). L-EFSA kkonkludiet li test ta’ immunoassorbiment enzimatiku kompetittiv (cELISA) u test ta’ immunoassorbiment enzimatiku indirett (iELISA) għas-sejba ta’ antikorpi kontra l-infezzjoni tal-Brucella suis jistgħu jiġu kkunsidrati għall-iskop tal-ittestjar tal-annimali donaturi tal-ispeċi porċina għad-dħul fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen u għat-testijiet ta’ rutina obbligatorji matul iż-żjara jew mal-ħruġ minn dawn iċ-ċentri. Għaldaqstant, dawn it-testijiet għandhom ikunu inklużi fl-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE flimkien mat-test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat attwali (it-test rose Bengal).

(9)

Barra minn hekk, il-protokoll stipulat fil-Kapitolu I tal-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE jeħtieġ li jiġi rivedut sabiex ikun eskluż jew ikkonfermat kull suspett ta’ bruċellożi mad-dħul tal-annimali fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen u sabiex il-Kapitolu II ta’ dak l-Anness jistipula li l-istabbilliment mill-ġdid tal-istat tas-saħħa ta’ ċentru għall-ġbir tas-semen għandu jitwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

(10)

Jeħtieġ ukoll li l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jiġi addattat għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina kif stipulat fl-Anness D mad-Direttiva 90/429/KEE permezz tal-emendi fl-Annessi B u C. Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jiġi ppreżentat ukoll skont il-format standardizzat taċ-ċertifikati veterinarji kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (4).

(11)

L-annessi B, C u D mad-Direttiva 90/429/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(12)

Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ tfixkil fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont l-Anness D mad-Direttiva 90/429/KEE qabel ma saru l-emendi b’dan ir-Regolament, għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi B, C u D mad-Direttiva 90/429/KEE huma mibdula bit-test stipulat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Lulju 2012, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-kummerċ tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2012 skont il-mudell stabbilit fl-Anness D mad-Direttiva 90/429/KEE fil-verżjoni qabel l-emendi introdotti b’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ġunju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(2)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.

(3)  The EFSA Journal (2009) 1144, pp. 1-112(http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/1144.pdf).

(4)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.


ANNESS

ANNESS B

KAPITOLU I

Il-Kundizzjonijiet għad-dħul ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina f’ċentru għall-ġbir tas-semen

1.

L-annimali domestiċi kollha tal-ispeċi porċina (“l-annimali”), minn qabel ma jiddaħħlu fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen, għandhom:

1.1.

ikunu ġew soġġetti għall-kwarantina għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum f’akkomodazzjoni approvata speċifikament għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti, u fejn ikun hemm preżenti biss annimali li għandhom tal-inqas l-istess stat ta’ saħħa (“akkomodazzjoni ta’ kwarantina’);

1.2.

qabel ma jiddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina li hemm referenza għaliha fil-punt 1.1.:

1.2.1.

ikunu ntgħażlu minn merħliet jew stabbilimenti:

(a)

li huma ħielsa mill-bruċellosi skont il-Kapitolu dwar il-bruċellosi porċina tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);

(b)

li fihom ma kien preżenti l-ebda annimal imlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul it-12-il xahar preċedenti;

(ċ)

li fihom ma nstabet l-ebda evidenza klinika, seroloġika jew viroloġika tal-marda ta’ Aujeszky matul it-12-il xahar preċedenti,

(d)

li ma jinsabux f’żona ristretta definita skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minħabba xi tifqigħa ta’ marda infettiva jew kontaġġjuża tal-majjali domestiċi, inklużi l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda vesikulari tal-ħnieżer, l-istomatite vesikulari, id-deni klassiku tal-ħnieżer u d-deni Afrikan tal-ħnieżer;

1.2.2.

preċedentement ma jkunux inżammu f’xi merħla bi stat ta’ saħħa inferjuri għal dak deskritt fil-punt 1.2.1.;

1.3.

fi żmien 30 jum qabel ma jiddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina li hemm referenza għaliha fil-punt 1.1. ikunu ġew soġġetti għal dawn it-testijiet, imwettqa skont l-istandards stabbiliti jew imsemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, b’riżultati negattivi:

(a)

fir-rigward tal-bruċellożi, test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test rose Bengal), jew cELISA jew iELISA,

(b)

fir-rigward tal-marda ta’ Aujeszky,

(i)

fil-każ ta’ annimali mhux imlaqqma, ELISA għas-sejba tal-antikorpi kontra l-virus intier tal-marda ta’ Aujeszky jew kontra l-glikoproteina B (ADV-gB) jew il-glikoproteina D (ADV-gD) jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum;

(ii)

fil-każ ta’ annimali mlaqqma bil-vaċċin gE mħassar, ELISA għas-sejba tal-antikorpi kontra l-glikoproteina E (ADV-gE) tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky;

(ċ)

fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer, test ELISA għall-antikorpi jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum.

Jekk xi annimali jirriżultaw pożittivi fit-test għall-bruċellożi imsemmi fil-(a), annimali b’riżultati negattivi fl-istess stabbiliment ma għandhomx jiddaħħlu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina sakemm ikun ikkonfermat li l-istat tal-merħliet jew tal-istabbilimenti tal-oriġini tar-reatturi pożittivi jkunu ħielsa mill-bruċellożi.

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-awtorizzazzjoni għat-testijiet li hemm referenza għalihom f’dan il-punt u li għandhom jitwettqu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina, sakemm ir-riżultati jkunu magħrufa qabel il-bidu tal-perjodu ta’ kwarantina stipulat fil-punt 1.1.

Rigward il-marda ta’ Aujeszky, it-testijiet seroloġiċi mwettqa skont din id-Direttiva għandhom jilħqu l-istandards stabbiliti fl-Anness III mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (1).

1.4.

kienu soġġetti għat-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjuni miġbura matul l-aħħar 15-il jum tal-perjodu ta’ kwarantina stipulat fil-punt 1.1.:

(a)

fir-rigward tal-bruċellożi, test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test rose Bengal), jew cELISA jew iELISA,

(b)

fir-rigward tal-marda ta’ Aujeszky,

(i)

fil-każ ta’ annimali mhux imlaqqma, ELISA għas-sejba ta’ antikorpi kontra l-virus intier tal-marda ta’ Aujeszky jew kontra l-glikoproteina B (ADV-gB) tiegħu jew il-glikoproteina D (ADV-gD) jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum;

(ii)

fil-każ ta’ annimali mlaqqma bil-vaċċin gE mħassar, ELISA għas-sejba ta’ antikorpi kontra l-glikoproteina E (ADV-gE) tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky.

Jekk xi annimali jirriżultaw pożittivi fit-testijiet għall-bruċellosi msemmija fil-(a) u s-suspett tal-bruċellosi ma jkunx ġie eskluż skont il-punt 1.5.2. dawk l-annimali għandhom jitneħħew minnufih mill-akkomodazzjoni tal-kwarantina.

Jekk xi annimali jirriżultaw pożittivi fit-testijiet għall-marda ta’ Aujeszky msemmija fil-(b), dawk l-annimali għandhom jitneħħew minnufih mill-akkomodazzjoni tal-kwarantina.

Fil-każ fejn grupp ta’ annimali jkun fil-kwarantina, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tassigura li l-annimali li jkun fadal, u li jkunu rriżultaw negattivi għat-testijiet imsemmija fl-(a) u fil-(b), ikollhom stat ta’ saħħa sodisfaċenti qabel ma jiddaħħlu fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen skont dan l-Anness.

1.5.

Il-miżuri meħuda fil-każ ta’ suspett ta’ bruċellosi:

1.5.1.

Dan il-protokoll għandu jkun implimentat fir-rigward ta’ annimali li jirriżultaw pożittivi għall-bruċellożi fit-test imsemmi fil-punt 1.4.(a):

(a)

is-sera pożittivi huma soġġetti għal mill-anqas wieħed mit-testijiet alternattivi stipulati fil-punt 1.4.(a) li ma jkunx twettaq fuq il-kampjuni msemmija fil-punt 1.4.,

(b)

titwettaq inkjesta epidemijoloġika fuq l-istabbiliment(i) tal-oriġini tal-annimali li jkollhom reazzjoni,

(ċ)

fuq l-annimali li jkunu rriżultaw pożittivi fit-testijiet imsemmija fil-punti 1.4.(a) u 1.5.1.(a), mill-anqas wieħed mit-testijiet li ġejjin għandu jitwettaq fuq il-kampjuni miġbura mill-anqas sebat ijiem wara d-data tal-ġbir tal-kampjuni msemmija fil-punt 1.4.:

(i)

test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test Rose Bengal);

(ii)

test tal-agglutinazzjoni tas-serum;

(iii)

test ta’ fissazzjoni kumplimentari;

(iv)

cELISA;

(v)

iELISA.

1.5.2.

Is-suspett ta’ bruċellosi għandu jiġi eskluż sakemm:

(a)

jew ir-repetizzjoni tal-ittestjar imsemmi fil-punt 1.5.1.(a) jkun ta riżultat negattiv, l-inkjesta epidemijoloġika fl-istabbiliment(i) tal-oriġini ma urietx il-preżenza ta’ bruċellożi porċina u t-test msemmi fil-punt 1.5.1.(c) twettaq u jkun ta riżultat negattiv; jew inkella

(b)

l-inkjesta epidemijoloġika fl-istabbiliment(i) tal-oriġini ma urietx il-preżenza ta’ bruċellożi porċina u l-annimali kollha li taw riżultat pożittiv fit-test imsemmi fil-punti 1.5.1(a) jew (c) kienu soġġetti b’riżultati negattivi f’kull każ għal eżami post-mortem u test għall-identifikazzjoni tal-aġent għall-bruċellożi porċina.

1.5.3.

Wara li s-suspett ta’ bruċellożi jiġi eskluż, l-annimali kollha mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 1.4. jistgħu jiddaħħlu fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen.

2.

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’laboratorju approvat.

3.

L-annimali jistgħu jiddaħħlu fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen bil-permess espress tal-veterinarju taċ-ċentru. Il-movimenti kollha tal-annimali, li jidħlu fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen u joħorġu minnu, għandhom jiġu rreġistrati.

4.

L-ebda annimal ma għandu juri xi sinjali kliniċi ta’ mard fid-data li jitħalla jidħol fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen.

5.

L-annimali kollha għandhom, mingħajr ħsara għall-punt 6, ikunu ġejjin direttament mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina li, fid-data tal-kunsinna, tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma tinstabx f’żona ristretta ddefinita skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minħabba xi tifqigħa ta’ marda infettiva jew kontaġġjuża tal-majjali domestiċi, inklużi l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda vesikulari tal-ħnieżer, l-istomatite vesikulari, id-deni klassiku tal-ħnieżer u d-deni Afrikan tal-ħnieżer;

(b)

ma tkun irreġistrata l-ebda xhieda klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika tal-marda ta’ Aujeszky għall-aħħar 30 jum qabel id-data ta’ konsenja.

6.

L-annimali jistgħu jiġu trasferiti direttament minn ċentru għall-ġbir tas-semen għall-ieħor bi stat ta’ saħħa ugwali mingħajr kwarantina jew testijiet, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 huma ssodisfati u t-testijiet ta’ rutina obbligatorji msemmija fil-Kapitolu II ikunu twettqu matul it-12-il xahar qabel id-data tat-trasferiment.

Dawn l-annimal inkwistjoni ma għandhomx jiġu f’kuntatt dirett jew indirett ma’ bhejjem tal-ifrat li huma fi stat ta’ saħħa inferjuri u l-mezz ta’ trasport użat għandu jkun iddiżinfettat qabel ma jintuza.

7.

Għall-iskop tal-punt 6 u fil-każ ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri, l-annimali għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali tal-speċi porċina għal tgħammir skont il-Mudell 2 fl-Anness F mad-Direttiva 64/432/KEE, b’waħda mill-garanziji addizzjonali li ġejjin, li tikkorrispondi mal-istat tagħhom, li qed jiġu ċċertifikati billi jiżdied dan li ġej mat-Taqsima C ta’ dak iċ-ċertifikat:

“7.

L-annimali jiġu direttament minn

(1) jew

[ċentru għall-ġbir tas-semen li jkun konformi mad-Direttiva 90/429/KEE.]

(1) jew

[akkomodazzjoni ta’ kwarantina u huma konformi mal-kundizzjonijiet għad-dħul fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen stipulati fil-Kapitolu I tal-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE.]

(1) jew

[stabbiliment fejn kienu għaddew mill-protokoll li jippreċedi d-dħul fil-kwarantina u huma konformi mal-kundizzjonijiet għad-dħul fil-kwarantina stipulati fil-punti 1.2 u 1.3 u fil-punt 2 tal-Kapitolu I tal-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE.]”

KAPITOLU II

Testijiet ta’ rutina obbligatorji għall-annimali mizmuma f’ċentru għall-ġbir tas-semen

1.

It-testijiet ta’ rutina obbligatorji għandhom jitwettqu kif ġej:

1.1.

L-annimali kollha f’ċentru għall-ġbir tas-semen għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet b’riżultati negattivi li ġejjin:

(a)

fir-rigward tal-bruċellożi, test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test rose Bengal), jew cELISA jew iELISA;

(b)

fir-rigward tal-marda ta’ Aujeszky,

(i)

fil-każ ta’ annimali mhux imlaqqma, ELISA għas-sejba ta’ antikorpi kontra l-virus intier tal-marda ta’ Aujeszky jew kontra l-glikoproteina B (ADV-gB) tiegħu jew il-glikoproteina D (ADV-gD) jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum;

(ii)

fil-każ ta’ annimali mlaqqma bil-vaċċin gE mħassar, ELISA għas-sejba ta’ antikorpi kontra l-glikoproteina E (ADV-gE) tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky;

(ċ)

fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer, test ELISA għall-antikorpi jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum.

1.2.

It-testijiet stabbiliti fil-punt 1.1. għandhom jitwettqu fuq kampjuni meħuda:

(a)

mill-annimali kollha eżatt qabel ma dawn joħorġu miċ-ċentru għall-ġbir tas-semen, jew mal-wasla tagħhom fil-biċċerija, u fl-ebda każ aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul tagħhom fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen, jew

(b)

kull tliet xhur għal mill-inqas 25 % tal-annimali fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen u l-veterinarju taċ-ċentru għandu jassigura li l-annimali inklużi fil-kampjun huma rappreżentattivi tal-popolazzjoni totali ta’ dak iċ-ċentru, partikolarment rigward il-gruppi tal-età u l-akkomodazzjoni.

1.3.

Fil-post fejn isir l-ittestjar skont il-punt 1.2.(b), il-veterinarju taċ-ċentru għandu jkun żgur li l-annimali kollha jkunu ttestjati skont il-punt 1.1. tal-anqas darba matul il-waqfa tagħhom fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen u tal-inqas kull 12-il xahar mid-data tad-dħul, jekk il-waqfa tagħhom taqbeż it-12-il xahar.

2.

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’laboratorju approvat.

3.

Jekk uħud mit-testijiet stipulati fil-punt 1.1. jirriżultaw fil-pożittiv, l-annimali għandhom jiġu iżolati u s-semen miġbur minnhom sa minn meta kien hemm l-aħħar test negattiv ma jistax ikun soġġett għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni.

Is-semen miġbur minn kull annimal fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen mid-data tal-aħħar test negattiv ta’ dak l-annimal għandu jinżamm f’ħażna separata u ma għandux ikun soġġett għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni sakemm l-istat ta’ saħħa ta’ dak iċ-ċentru ikun ġie stabbilit mill-ġdid taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

ANNESS C

Kundizzjonijiet għal semen miġbur f’ċentru għall-ġbir tas-semen u maħsub għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni

1.

Is-semen irid jinkiseb minn annimali li:

(a)

ma juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard fid-data ta’ meta jkun inġabar is-semen;

(b)

ma jkunux imlaqqma kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer;

(ċ)

jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Anness B;

(d)

ma jitħallewx iservu b’mod naturali;

(e)

jinżammu f’ċentri għall-ġbir tas-semen li ma jinstabux f’żona ristretta ddefinita skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minħabba xi tifqigħa ta’ xi marda infettiva jew kontaġġjuża tal-majjali domestiċi, inklużi l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda vesikulari tal-ħnieżer, l-istomatite vesikulari, id-deni klassiku tal-ħnieżer u d-deni Afrikan tal-ħnieżer;

(f)

jinżammu f’ċentri għall-ġbir tas-semen li fih ma tkun instabet l-ebda evidenza tal-marda ta’ Aujeszky kemm jekk klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-ġbir.

2.

Taħlita effettiva ta’ antibijotiċi, partikolarment kontra l-leptospiri, għanda tiġi miżjuda mas-semen wara d-dilwizzjoni finali jew mal-materjal tad-dilwizzjoni.

Fil-każ ta’ semen iffriżat, l-antibijotiċi għandhom ikunu miżjuda qabel ma s-semen jiġi ffriżat.

2.1.

It-taħlita ta’ antibijotiċi msemmija fil-punt 2, għandha tipproduċi effett li tal-anqas ikun ekwivalenti għal din il-konċentrazzjoni fis-semen dilwit finali:

(a)

mhux anqas minn 500 μg ta’ streptomiċina għal kull ml tad-dilwizzjoni finali;

(b)

mhux anqas minn 500 IU ta’ peniċillina għal kull ml tad-dilwizzjoni finali;

(ċ)

mhux anqas minn 150 μg ta’ linkomiċina għal kull ml tad-dilwizzjoni finali;

(d)

mhux anqas minn 300 μg ta’ streptomiċina għal kull ml tad-dilwizzjoni finali;

2.2.

Immedjatament wara ż-żieda tal-antibijotiċi, is-semen dilwit għandu jinżamm f’temperatura ta’ mill-anqas 15 °C għal perjodu ta’ mhux anqas minn 45 minuta.

3.

Is-semen maħsub għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni għandu:

(a)

jinħażen kif stabbilit fil-punt 2(d) tal-Kapitolu I u l-punt 6(a), (b), (e) u (f) tal-Kapitolu II tal-Anness A qabel id-dispaċċ;

(b)

ikun ittrasportat lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni f’kontenituri li jkunu tnaddfu u ġew iddiżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu u li jkunu ġew issiġillati qabel id-dispaċċ miċ-ċentru għall-ġbir tas-semen.

4.

L-Istati Membri jistgħu jiċħdu d-dħul ta’ semen minn ċentri tal-ġbir fejn ikunu aċċettati annimali mlaqqma kontra l-marda ta’ Aujeszky, fit-territorju tagħhom jew f’reġjun tat-teritorju tagħhom, meta dawn ikunu rikonoxxuti bħala ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

L-Istati Membri li għandhom il-ħsieb li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet fl-ewwel paragrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra qabel l-applikazzjoni tagħhom.

ANNESS D

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina ġewwa l-Unjoni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.


2.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 177/2012

tal-1 ta’ Marzu 2012

li jemenda għall-165 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-21 ta’ Frar 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda u sbatax-il entità mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talba għat-tħassir minn fuq il-lista sottomessa minn din il-persuna u dawn l-entitajiet u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li jemenda annotazzjoni waħda fil-lista. Barra minn hekk, fit-23 ta’ Frar 2012, il-Kumitat iddeċieda li jemenda ħames annotazzjonijiet oħra fuq il-lista.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandhom jitħassru:

(a)

‘Al Baraka Exchange L.L.C. Indirizz: (a) PO Box 3313, Deira, Dubai, UAE; (b) PO Box 20066, Dubai, UAE. Tagħrif ieħor: Allegatament propjetà ta’ jew kontrollata minn Ali Ahmed Nur Jim’Ale. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(b)

‘Barakaat Telecommunications Co. Somalia, Ltd. Indirizz: PO Box 3313, Dubai, UAE. Tagħrif ieħor: Allegatament propjetà ta’ jew kontrollata minn Ali Ahmed Nur Jim’Ale (QI.J.41.01). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(c)

‘Barakaat Bank of Somalia (alias (a) Barakaat Bank of Somalia Ltd., (b) Baraka Bank of Somalia, (c) Barakat Banks and Remittances). Indirizz: (a) Bakaara Market, Mogadishu, Somalia; (b) Dubai, UAE. Tagħrif ieħor: Allegatament propjetà ta’ jew kontrollata minn Ali Ahmed Nur Jim’Ale. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(d)

‘Barako Trading Company, LLC (alias Baraka Trading Company). Indirizz: PO Box 3313, Dubai, UAE. Tagħrif ieħor: Allegatament propjetà ta’ jew kontrollata minn Ali Ahmed Nur Jim’Ale. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(e)

‘Al-Barakaat, Mogadixu, is-Somalja; Dubai, UAE.’

(f)

‘Al-Barakaat Bank. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja Tagħrif ieħor: Parti min-netwerk ta’ kumpaniji ta’ Al-Barakaat li twaqqaf minn Ali Ahmed Nur Jim’ale. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(g)

‘Al-Barakat Bank of Somalia (BSS) (alias (a) BSS, (b) Barakat Bank of Somalia). Indirizz: (a) Mogadixu, is-Somalja; (b) Bossasso, is-Somalja. Tagħrif ieħor: Parti min-netwerk ta’ kumpaniji ta’ Al-Barakaat li twaqqaf minn Ali Ahmed Nur Jim’ale. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(h)

‘Al-Barakat Finance Group, Dubai, UAE; Mogadixu, is-Somalja.’

(i)

‘Al-Barakat Financial Holding Co., Dubai, UAE; Mogadixu, is-Somalja.’

(j)

‘Al-Barakat Global Telecommunications (alias (a) Barakaat Globetelcompany (b) Al Barakat Telecommunications Ltd. Indirizz: (a) PO Box 3313, Dubai (UAE); (b) Mogadixu, is-Somalja, (c) Hargeysa,is-Somalja.’

(k)

‘Al-Barakat Grupp of Companies Somalia Limited (alias Al-Barakat Financial Company), PO Box 3313, Dubai, UAE; Mogadixu, is-Somalja.’

(l)

‘Al-Barakat International (alias Baraco Co.), PO Box 2923, Dubai, UAE.’

(m)

‘Al-Barakat Investments, PO Box 3313, Deira, Dubai, UAE.’

(n)

‘Barakaat Group of Companies, PO Box 3313, Dubai, UAE; Mogadixu, is-Somalja.’

(o)

‘Barakaat Red Sea Telecommunications. Indirizz: (a) Bossaso, is-Somalja; (b) Nakhiil, is-Somalja; (c) Huruuse, is-Somalja; (d) Raxmo, is-Somalja; (e) Ticis, is-Somalja; (f) Kowthar, is-Somalja; (g) Noobir, is-Somalja; (h) Bubaarag, is-Somalja; (i) Gufure, is-Somalja; (j) Xuuxuule, is-Somalja; (k) Ala Aamin, is-Somalja; (k) Guureeye, is-Somalja; (m) Najax, is-Somalja; (n) Carafaat, is-Somalja. Tagħrif ieħor: Parti min-netwerk ta’ kumpaniji ta’ Al-Barakaat li twaqqaf minn Ali Ahmed Nur Jim’ale. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(p)

‘Barakat International Companies (BICO), Mogadixu, is-Somalja; Dubai, UAE.’

(q)

‘Barakat Telecommunications Company Limited (alias BTELCO). Indirizz: Bakara Market, Dar Salaam Buildings, Mogadixu, is-Somalja. Tagħrif ieħor: (a) Parti min-netwerk ta’ kumpaniji ta’ Al-Barakaat li twaqqaf minn Ali Ahmed Nur Jim’ale; (b) Uffiċċju magħluq u mhux operattiv fil-Pajjiżi l-Baxxi sa minn Awwissu 2009. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(2)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha titħassar:

‘Ali Ahmed Nur Jim’ale (alias (a) Ahmed Ali Jimale, (b) Ahmad Nur Ali Jim’ale, (c) Ahmed Nur Jumale, (d) Ahmed Ali Jumali, (e) Ahmed Ali Jumale, (f) Sheikh Ahmed Jimale, (g) Ahmad Ali Jimale (h) Shaykh Ahmed Nur Jimale). Titolu: Sheikh. Indirizz: Djibouti, ir-Repubblika ta’ Djibouti (minn Mejju 2007). Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: is-Somalja. Nazzjonalità: Somali. Numru tal-passaport: A0181988 (passaport tar-Repubblika Demokratika tas-Somalja maħruġ fl-1.10.2001 f’Dubai, fl-Emirati Għarab Maqgħuda, u mġedded fl-24.01.2008 f’Djibouti, skada fit-22.01.2011). Tagħrif ieħor: (a) Professjoni: kontabilist u kummerċjant; (b) Isem il-missier huwa Ali Jumale, u isem l-omm huwa Enab Raghe; (c) Fundatur tan-netwerk ta’ kumpaniji ta’ Barakaat inkluż Barakaat Group of Companies. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(3)

L-annotazzjoni ‘Global Relief Foundation (GRF) (alias (a) Fondation Secours Mondial (FSM), (b) Secours mondial de France (SEMONDE), (c) Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l., (d) Fondation Secours Mondial v.z.w, (e) FSM, (f) Stichting Wereldhulp — België, v.z.w., (g) Fondation Secours Mondial — Kosova, (h) Fondation Secours Mondial “World Relief”). Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, U.S.A.; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, U.S.A.; (c) 49 rue du Lazaret, 67100 Strasbourg, Franza; (d) Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju; (e) Rue des Bataves 69, 1040 Etterbeek (Brussell), il-Belġju; (f) PO Box 6, 1040 Etterbeek 2 (Brussell), il-Belġju; (g) Rr. Skenderbeu 76, Lagjja Sefa, Gjakova, il-Kosovo; (h) Ylli Morina Road, Djakovica, il-Kosovo; (i) Rruga e Kavajes, Building No. 3, Apartment No 61, PO Box 2892, Tirana, l-Albanija; Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, il-Bangladexx, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, is-Somalja u s-Sirja; (b) U.S. Identifikazzjoni Federali ta’ min Iħaddem: 36-3804626; (c) V.A.T. Numru: BE 454419759; (d) L-indirizzi tal-Belġju huma dawk tal-Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l u Fondation Secours Mondial vzw. and Stichting Wereldhulp — België, v.z.w mill-1998. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.10.2002.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Global Relief Foundation (GRF) Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, U.S.A.; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, U.S.A.Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, il-Bangladexx, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, is-Somalja u s-Sirja; (b) U.S. Identifikazzjoni Federali ta’ min Iħaddem: 36-3804626; (c) V.A.T. Numru: BE 454419759. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.10.2002.’

(4)

L-annotazzjoni ‘Heyatul Ulya. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Tagħrif ieħor: Parti min-netwerk ta’ kumpaniji ta’ Al-Barakaat li twaqqaf minn Ali Ahmed Nur Jim’ale. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Heyatul Ulya. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(5)

L-annotazzjoni ‘Red Sea Barakat Company Limited. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Tagħrif ieħor: Parti min-netwerk ta’ kumpaniji ta’ Al-Barakaat li twaqqaf minn Ali Ahmed Nur Jim’ale. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Red Sea Barakat Company Limited. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’

(6)

L-annotazzjoni ‘Somali Internet Company. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Tagħrif ieħor: Parti min-netwerk ta’ kumpaniji ta’ Al-Barakaat li twaqqaf minn Ali Ahmed Nur Jim’ale. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Somali Internet Company. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.

(7)

L-annotazzjoni ‘Umar Patek (alias (a) Omar Patek, (b) Pa’tek, (c) Pak Taek, (d) Umar Kecil, (e) Al Abu Syekh Al Zacky, (f) Umangis Mike. Indirizz: (a) l-Indoneżja, (b) il-Filippini. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Tagħrif ieħor: Membru anzjan ta’ Jemaah Islamiyah. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 19.7.2011.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Umar Patek (alias (a) Omar Patek, (b) Mike Arsalan, (c) Hisyam Bin Zein, (d) Anis Alawi Jafar, (e) Pa’tek, (f) Pak Taek, (g) Umar Kecil, (h) Al Abu Syekh Al Zacky, (i) Umangis Mike. Indirizz: l-Indoneżja. Data tat-twelid: 20.7.1970. Post tat-twelid: Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Tagħrif ieħor: Membru anzjan ta’ Jemaah Islamiyah. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 19.7.2011.’

(8)

L-annotazzjoni ‘Abbas Abdi Ali (alias Ali, Abbas Abdi) Tagħrif ieħor: (b) Assoċjat ma’ Ali Nur Jim’ale; (b) Allegatament miet fl-2004. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’ taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Abbas Abdi Ali (alias Ali, Abbas Abdi) Tagħrif ieħor: Irrappurtat li miet fl-2004. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’


2.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 178/2012

tal-1 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

94,2

JO

73,2

MA

79,2

TN

87,5

TR

97,8

ZZ

86,4

0707 00 05

EG

158,2

JO

131,5

TR

163,4

ZZ

151,0

0709 91 00

EG

72,9

MA

82,2

ZZ

77,6

0709 93 10

MA

59,1

TR

115,8

ZZ

87,5

0805 10 20

EG

52,6

IL

74,1

MA

50,8

TN

56,1

TR

75,7

ZZ

61,9

0805 50 10

EG

42,9

TR

52,6

ZZ

47,8

0808 10 80

CA

118,1

CL

98,4

CN

87,8

MK

28,7

US

158,7

ZZ

98,3

0808 30 90

AR

84,4

CL

107,8

CN

54,2

US

99,0

ZA

106,1

ZZ

90,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


2.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 179/2012

tal-1 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2012, p. 16.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-2 ta’ Marzu 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

43,94

0,00

1701 12 90  (1)

43,94

1,43

1701 13 10  (1)

43,94

0,00

1701 13 90  (1)

43,94

1,72

1701 14 10  (1)

43,94

0,00

1701 14 90  (1)

43,94

1,72

1701 91 00  (2)

48,54

2,91

1701 99 10  (2)

48,54

0,00

1701 99 90  (2)

48,54

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.