|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.060.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2012/118/UE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat C 15/09 (ex N 196/09), li l-Ġermanja implimentat u qed tippjana li timplimenta għal Hypo Real Estate (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5157) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
1.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Lulju 2011
dwar l-għajnuna mill-Istat C 15/09 (ex N 196/09), li l-Ġermanja implimentat u qed tippjana li timplimenta għal Hypo Real Estate
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5157)
(Il-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/118/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu, (1)
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
I. PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2008 l-Kummissjoni Ewropea awtorizzat l-għajnuna mill-Istat lil Hypo Real Estate Holding AG fil-forma ta’ garanzija tal-Istat ta’ EUR 35 biljun (irreġistrata taħt il-każ numru N 44/08) (3) temporanja, jiġifieri għal sitt xhur jew sas-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar kredibbli u sostanzjat għall-bank. Il-Ġermanja nnotifikat il-miżura fit-30 ta’ Settembru 2008. |
|
(2) |
Fl-1 ta’ April 2009, il-Ġermanja nnotifikat pjan ta’ ristrutturar għal Hypo Real Estate (“HRE”) (irreġistrat taħt il-każ numru N 196/09). Permezz ta’ ittra datata 17 ta’ April 2009 l-Ġermanja ssupplimentat in-notifika tal-pjan ta’ ristrutturar billi informat lill-Kummissjoni dwar injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 60 miljun u tiġdid tal-garanziji tal-Istat ta’ EUR 52 biljun li kienu ngħataw taħt l-iskema ta’ appoġġ tal-bank approvata. (4) |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra datata 7 ta’ Mejju 2009, (5) il-Kummissjoni informat lill-Ġermanja li kienet bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dik id-deċiżjoni (“deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (6) fejn issejjaħ lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
|
(4) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2009 l-Ġermanja nnotifikat injezzjoni ta’ kapital li tammonta għal EUR 2,96 biljun, irreġistrata taħt il-każ numru N 333/09. |
|
(5) |
Fis-17 ta’ Awwissu 2009 l-Ġermanja informat lill-Kummissjoni (irreġistrata taħt il-każ numru C 15/09) li kellha l-intenzjoni li terġa’ ġġedded il-garanziji mogħtija preċedentement minn Sonderfonds Finanzmarktstabilisierung (“SoFFin”) li jammontaw għal EUR 52 biljun għal HRE (cf. premessa 2). |
|
(6) |
Fl-20 u l-21 ta’ Ottubru 2009, il-Ġermanja pprovdiet aġġornament ieħor tal-pjan ta’ ristrutturar, innotifikat lill-Kummissjoni dwar miżuri addizzjonali maħsuba għall-HRE (ħolqien ta’ istituzzjoni ta’ likwidazzjoni, għoti ta’ garanziji addizzjonali) u informat lill-Kummissjoni dwar tiġdid ulterjuri, jiġifieri t-tielet tiġdid, tal-garanziji eżistenti ta’ SoFFin ta’ EUR 52 biljun (irreġistrati taħt il-każ numru N 557/09). |
|
(7) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2009 l-Ġermanja nnotifikat, taħt il-każ numru N 557/09, injezzjoni ta’ kapital ulterjuri li tammonta għal EUR 3,0 biljun, il-garanziji ta’ SoFFin li jammontaw għal total ta’ EUR 18 biljun għal HRE, kif ukoll garanzija ta’ SoFFin li tammonta għal EUR 2 biljun għall-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni ta’ HRE. (7) Il-Kummissjoni ma approvatx il-garanzija ta’ SoFFin li tammonta għal EUR 2 biljun. |
|
(8) |
Fit-13 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u approvat temporanjament injezzjonijiet ta’ kapital ta’ EUR 60 miljun, EUR 2,96 biljun u EUR 3 biljun (fil-każijiet: C 15/09, N 333/09 u N 557/09) sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali dwar il-pjan ta’ ristrutturar. Dik id-deċiżjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (8) fejn issejjaħ lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti. |
|
(9) |
Fil-15, 16 u 17 ta’ Diċembru 2009 (irreġistrat taħt il-każ numru N 694/09) l-awtoritajiet Ġermaniżi kkumplimentaw in-notifika tas-26 ta’ Ottubru 2009 billi ssottomettew informazzjoni ulterjuri dwar il-garanziji ta’ SoFFin ta’ EUR 18-il biljun. |
|
(10) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2009 l-Kummissjoni awtorizzat temporanjament il-garanziji ta’ SoFFin ta’ EUR 18-il biljun għal mhux aktar minn sena waħda (il-każ numru N 694/09). (9) |
|
(11) |
Fit-30 ta’ April 2010, il-Ġermanja nnotifikat injezzjoni ta’ kapital ta’ SoFFin ta’ EUR 1,85 biljun (il-każ numru N 161/10). |
|
(12) |
Fid-19 ta’ Mejju 2010 l-Kummissjoni awtorizzat temporanjament l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 1,85 biljun sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali dwar il-pjan ta’ ristrutturar. (10) |
|
(13) |
Fit-2 ta’ Settembru 2010 l-Ġermanja nnotifikat garanzija ta’ likwidità ta’ SoFFin li tammonta għal EUR 20 biljun (il-każ numru N 380/10). |
|
(14) |
Fl-10 ta’ Settembru 2010 l-Ġermanja nnotifikat miżura dwar l-assi danneġġjati - jiġifieri l-intenzjoni li tittrasferixxi assi minn HRE għal FMS Wertmanagement AöR (11) (“FMS-WM”) – u injezzjoni ta’ kapital ta’ mhux aktar minn madwar EUR 2,13 biljun, kif ukoll garanzija addizzjonali, jiġifieri garanzija ta’ ħlas ta’ mhux aktar minn EUR 20 biljun (il-każ numru N 380/10). |
|
(15) |
Fl-24 ta’ Settembru 2010 l-Kummissjoni reġgħet estendit il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u awtorizzat temporanjament il-miżura dwar l-assi danneġġjati, il-garanzija ta’ likwidità ta’ EUR 20 biljun u l-garanzija ta’ ħlas ta’ mhux aktar minn EUR 20 biljun. Dik id-deċiżjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (12) fejn issejjaħ lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2010 ma koprietx l-injezzjoni ta’ kapital ta’ mhux aktar minn EUR 2,13 biljun li ġiet innotifikata mill-Ġermanja fl-10 ta’ Settembru 2010; jiġifieri dik l-injezzjoni ta’ kapital ma kinitx approvata mill-Kummissjoni. |
|
(16) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2011 il-Ġermanja ssottomettiet aġġornament finali tal-pjan ta’ ristrutturar. Fil-15 ta’ Ġunju 2011 il-Ġermanja ssottomettiet lista ta’ impenji relatati, li kienet issupplimentata fl-1 ta’ Lulju 2011. |
|
(17) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2011, il-Ġermanja kkjarifikat li l-injezzjoni ta’ kapital li jmiss mhux ser tammonta għal EUR 2,13 biljun kif notifikat fl-10 ta’ Settembru 2010, iżda ser tammonta għal EUR 2,08 biljun u li l-ammont imnaqqas ikun disponibbli għal FMS-WM. |
|
(18) |
Maż-żmien seħħew ħafna laqgħat u konferenzi bit-telefown u aktar korrispondenza ġiet kondiviża bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni, il-Ġermanja u HRE. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn partijiet interessati, bagħtithom lill-Ġermanja u rċeviet l-osservazzjonijiet mill-Ġermanja permezz ta’ ittra datata l-24 ta’ Marzu 2010. |
II. IL-BENEFIĊJARJU U L-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA
II.1. Il-benefiċjarju
|
(20) |
F’Ottubru 2003 HRE ġiet stabbilita bħala spin-off tal-partijiet tan-negozju ta’ finanzjament tal-proprjetà immobbli kummerċjali ta’ HVB Group. Fl-2007, HRE ħadet fil-pussess tagħha lil DEPFA Bank plc bbażata f’Dublin u estendiet in-negozju tagħha għall-finanzi tas-settur pubbliku u tal-infrastruttura. L-HRE Group (13) jikkonsisti fil-preżent minn Hypo Real Estate Holding AG (“HRE Holding”) u t-tliet sussidjarji tagħha PBB Deutsche Pfandbriefbank AG (“PBB”), DEPFA Bank plc u Hypo Real Estate Finance B.V. in Liquidation (“HRE Finance i.L.”). DEPFA Bank plc u PBB kull wieħed għandhom numru ta’ sussidjarji u parteċipazzjonijiet oħra. PBB huwa l-bank ewlieni mogħti isem ġdid tal-grupp u l-uniku wieħed mit-tliet sussidjarji ta’ HRE Holding li ser ikompli jiġġenera negozju ġdid. Is-setturi ta’ attività tiegħu huma l-finanzi tal-proprjetà immobbli u l-finanzi tal-investiment pubbliku (“FIP”). DEPFA Bank plc hija eżawrita u mhux ser tikkuntratta kwalunkwe negozju ġdid min-notifika ta’ din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-attivitajiet ewlenin tagħha kienu jinkludu l-aktar in-negozji ta’ self ta’ finanzi tas-settur pubbliku u l-kreditu tal-baġit u l-finanzjament ta’ proġetti ta’ infrastruttura (eż. toroq, pontijiet, mini u bini pubbliku). Bħal ma jissuġġerixxi isimha, HRE Finance i.L. hija kumpanija f’likwidazzjoni. (14) |
|
(21) |
FMS-WM, l-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni għal HRE, ġiet stabbilita fl-2010. Din tiġġestixxi l-assi u d-derivattivi tal-HRE Group li ħadet fil-pussess tagħha peress li jew ma kinux strateġiċi jew inkella kien fihom riskju jew piż kapitali inaċċettabbli. FMS-WM maż-żmien ħadet fil-pussess tagħha parti konsiderevoli tal-assi ta’ HRE. FMS-WM ma għandhiex liċenzja bankarja. |
|
(22) |
HRE rrapportat telf ta’ EUR 5,5 biljun għas-sena finanzjarja 2008, telf ta’ EUR 2,2 biljun għall-2009 u telf ta’ EUR 0,9 biljun għall-2010. |
|
(23) |
Bl-injezzjoni ta’ kapital li jammonta għal madwar EUR 3,02 biljun (EUR 60 miljun f’Marzu 2009, EUR 2,96 biljun f’Ġunju 2009), il-Ġermanja saret 90 % sid ta’ HRE. Fil-ħarifa tal-2009 seħħet tneħħija (squeeze-out) ta’ azzjonisti minuri. Il-Ġermanja akkwistat il-bqija tal-ishma, fejn ħallset EUR 1,30 kull sehem, u saret 100 % sid ta’ HRE. Proċess ta’ ristrutturar ġie mibdi sussegwentement għal HRE. |
II.2. Id-diffikultajiet ta’ HRE fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja
|
(24) |
Fl-aħħar ta’ Settembru 2008, HRE iffaċċjat nuqqas ta’ likwidità, li poġġa l-bank kważi f’falliment. HRE ma kinitx kapaċi tikseb finanzjament fuq perjodu qasir fis-swieq peress li l-kriżi tas-swieq finanzjarji wasslet għall-kollass ta’ uħud mis-swieq ta’ finanzjament. Wara li Lehman Brothers applikaw għal protezzjoni tal-kredituri, is-suq interbankarju b’mod partikolari kważi waqaf kompletament f’nofs Settembru 2008. |
|
(25) |
Il-mudell tan-negozju ta’ DEPFA Bank plc, sussidjarja bi sjieda sħiħa ta’ HRE minn Ottubru 2007 li kienet tiddependi ħafna fuq il-finanzjament mis-suq interbankarju u sorsi oħra ta’ finanzjament skopert fuq perjodu qasir, wera li kien fraġli ħafna fid-dawl tal-kriżi ta’ likwidità, u l-problemi li rriżultaw heddew l-eżistenza proprja tagħha. |
|
(26) |
HRE kellha tkopri l-bżonnijiet ta’ likwidità fuq perjodu qasir ta’ DEFPA Bank plc. Madankollu, il-volum tal-linji ta’ kreditu li kien dovut fit-30 ta’ Settembru 2008 kien kbir wisq biex jiġi appoġġjat minn HRE. Barra minn hekk, it-tranżazzjonijiet u l-attivitajiet interni fi ħdan l-HRE Group, bħar-riċevibbli, il-garanziji u l-ittri ta’ konfort, fissru li ħafna mill-kumpaniji fl-HRE Group kienu fl-istess sitwazzjoni. Il-problemi ta’ likwidità għalhekk kienu theddida serja għall-eżistenza tal-HRE Group. |
|
(27) |
Id-diffikultajiet ta’ HRE kienu fost affarijiet oħra attribwibbli għal problema ta’ legat li toriġina mill-assi li ma wrewx redditu xieraq fuq l-investiment jekk il-profil ta’ riskju attwali tagħhom ingħata kunsiderazzjoni, u għall-fatt li HRE kienet il-prodott ta’ fużjoni ta’ ħafna istituti bankarji iżgħar li kienu qed jużaw sistemi tal-IT differenti, […] (*1) |
II.3. Il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat
|
(28) |
B’mod ġenerali, l-Istat Ġermaniż ipprovda jew ser jipprovdi lil HRE b’injezzjonijiet ta’ kapital li jammontaw għal total ta’ madwar EUR 9,95 biljun (FMS-WM irċeviet jew ser tirċievi parti minn dak il-kapital) u garanziji ta’ EUR 145 biljun. HRE ibbenefikat ukoll minn miżura ta’ salvataġġ tal-assi b’element ta’ għajnuna ta’ madwar EUR 20 biljun. |
II.3.1. Injezzjonijiet ta’ kapital
II.3.1.1.
|
(29) |
Bħala parti mill-intenzjoni tal-Ġermanja li tikseb kontroll sħiħ fuq HRE billi takkwista l-ishma kollha tagħha f’numru ta’ passi, fit-30 ta’ Marzu 2009 SoFFin xtrat 20 miljun sehem ġdid ta’ HRE għall-valur nominali tagħhom ta’ EUR 3 kull sehem, li rriżulta f’injezzjoni ta’ kapital lil HRE ta’ EUR 60 miljun u ta lil SoFFIN sehem ta’ 8,65 % fl-ekwità. Dik l-injezzjoni ta’ kapital kienet approvata temporanjament mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Novembru 2009. |
II.3.1.2.
|
(30) |
Fit-2 ta’ Ġunju 2009, l-azzjonisti ta’ HRE approvaw injezzjoni ta’ kapital li tammonta għal EUR 2,96 biljun f’HRE permezz tal-ħruġ ta’ ishma ġodda sabiex jiġu akkwistati minn SoFFin. Bħala riżultat, SoFFin kellha 90 % tal-ishma ta’ HRE. Dawk l-ishma maħruġin ġodda ġew irreġistrati fir-reġistru kummerċjali fit-8 ta’ Ġunju 2009. Din l-injezzjoni ta’ kapital ġiet approvata temporanjament mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Novembru 2009. |
II.3.1.3.
|
(31) |
L-injezzjoni ta’ kapital notifikata fis-26 ta’ Ottubru 2009, li tammonta għal EUR 3,0 biljun bħala total, kienet strutturata kif ġej:
|
|
(32) |
Il-kuntratti għal dik l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 3 biljun ġew iffirmati fis-16 ta’ Novembru 2009. L-injezzjoni ta’ kapital ġiet approvata temporanjament mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Novembru 2009. |
II.3.1.4.
|
(33) |
L-injezzjoni ta’ kapital li tammonta għal EUR 1,85 biljun, fir-riżervi mhux impenjati (“freie Rücklagen”) ta’ HRE, ġiet diviża f’żewġ segmenti:
|
|
(34) |
L-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 1,85 biljun hija parti minn ħtieġa ta’ kapital totali stabbilita fil-pjan ta’ ristrutturar għal HRE. EUR 1,4 biljun ta’ din l-injezzjoni ta’ kapital ġew injettati sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorji u bħala riżerva kontra r-riskju. Il-kuntratt għal dik l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 1,4 biljun ġie iffirmat fl-20 ta’ Mejju 2010. Il-Ġermanja qed tistenna li l-parti l-oħra tal-EUR 1,85 biljun, jiġifieri EUR 450 miljun, tiġi injettata fit-tielet kwart tal-2011. |
II.3.1.5.
|
(35) |
Fl-10 ta’ Settembru 2010 l-awtoritajiet Ġermaniżi nnottifikaw injezzjoni ta’ kapital ta’ mhux aktar minn EUR 2,13 biljun għal HRE. Fl-14 ta’ Ġunju 2011, il-Ġermanja kkjarifikat li l-injezzjoni ta’ kapital mhux ser tammonta għal EUR 2,13 biljun iżda għal EUR 2,08 biljun u li l-ammont kellu jiġi injettat f’FMS-WM. Skont il-Ġermanja, it-EUR 2,08 biljun ser jiġu injettati fit-tielet kwart tal-2011. SoFFin poġġa it-EUR 2,08 biljun, soġġett għall-qbil tal-Kummissjoni Ewropea, bħala pretensjoni ta’ kapital (“Einlageanspruch”) fir-riżerva kapitali (“Kapitalrücklage”) ta’ HRE Holding. HRE Holding ittrasferiet dik il-pretensjoni ta’ kapital lil FMS-WM mill-1 ta’ Ottubru 2010. |
II.3.2. Garanziji
II.3.2.1.
|
(36) |
Fit-13 ta’ Novembru 2008 l-Ġermanja pprovdiet garanziji tal-Istat ta’ EUR 35 biljun sabiex tnaqqas il-ħtiġijiet ta’ rifinanzjament ta’ HRE. Il-garanziji ġew approvati temporanjament mill-Kummissjoni fit-2 ta’ Ottubru 2008. |
|
(37) |
Dawn il-garanziji ngħataw għal linja ta’ likwidità li tammonta għal EUR 20 biljun ipprovduta mill-Deutsche Bundesbank u għan-noti garantiti li jammontaw għal EUR 15 biljun meħudin minn konsorzju ta’ istituzzjonijiet finanzjarji Ġermaniżi. |
|
(38) |
HRE ħallset primjum ta’ garanzija lill-Istat għall-garanzija ta’ EUR 35 biljun li jikkonsisti minn primjum bażiku u primjum relatat mal-prestazzjoni. Il-primjum bażiku kkonsista minn 1 % fis-sena fuq l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Ammont ta’ Garanzija fuq it-Telf” u minn 0,5 % fis-sena tal-hekk imsejjaħ “It-Tieni Ammont ta’ Garanzija fuq it-Telf”. Il-primjum relatat mal-prestazzjoni kien jikkonsisti minn 1,25 % fis-sena fuq “L-Ewwel Ammont ta’ Garanzija fuq it-Telf” u minn 0,25 % fis-sena fuq “It-Tieni Ammont ta’ Garanzija fuq it-Telf”. |
II.3.2.2.
|
(39) |
Bejn Novembru 2008 u Frar 2009 HRE rċeviet garanziji ta’ ammont totali ta’ EUR 52 biljun minn SoFFin abbażi tal-iskema ta’ salvataġġ bankarja Ġermaniża approvata. (16) |
|
(40) |
HRE ħallset tariffa ta’ garanzija ta’ 0,5 % għall-partijiet tal-garanzija użati attwalment biex ikopru l-bonds u tariffa ta’ impenn ta’ 0,1 % għall-partijiet mhux użati. |
II.3.2.3.
|
(41) |
In-“noti garantiti” li skadew fit-23 ta’ Diċembru 2009 ġew sostitwiti minn garanzija ta’ SoFFin għal EUR 8 biljun. Il-Kummissjoni approvat temporanjament dik il-garanzija fil-21 ta’ Diċembru 2009. |
|
(42) |
HRE ħallset primjum ta’ garanzija lil SoFFin li jammonta għal 0,5 % fis-sena tas-somma garantita. Għall-partijiet tal-garanzija li ma ntużawx, kienet applikabbli tariffa ta’ impenn ta’ 0,1 % fis-sena. |
II.3.2.4.
|
(43) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2009 garanzija ta’ SoFFin ta’ EUR 10 biljun, li damet mhux aktar minn sena, kienet approvata temporanjament mill-Kummissjoni, sabiex jiġu żgurati l-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ HRE. |
|
(44) |
HRE ħallset primjum ta’ garanzija lil SoFFin li jammonta għal 0,5 % fis-sena tas-somma garantita. Għall-partijiet tal-garanzija li ma ntużawx, kienet applikabbli tariffa ta’ impenn ta’ 0,1 % fis-sena. |
II.3.2.5.
|
(45) |
HRE kellha bżonn ta’ garanzija ta’ likwidità addizzjonali ta’ EUR 20 biljun minħabba żviluppi avversi fis-swieq tal-kapital u tar-rati tal-imgħax futuri, li affettwaw lil HRE sakemm l-assi ġew trasferiti lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM. Il-garanzija ġiet approvata temporanjament mill-Kummissjoni fl-24 ta’ Settembru 2010. |
|
(46) |
HRE ħallset primjum ta’ garanzija ta’ 0,8 % fis-sena. Għall-parti tal-garanzija mhux użata kienet applikabbli tariffa ta’ impenn ta’ 0,1 % fis-sena. |
II.3.2.6.
|
(47) |
Garanzija ta’ ħlas ta’ mhux aktar minn EUR 20 biljun kienet meħtieġa minħabba l-inċertezzi li baqgħu rigward il-proċeduri teknikament kumplikati marbuta mat-trasferiment tal-assi lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni. Il-garanzija ġiet approvata temporanjament mill-Kummissjoni fl-24 ta’ Settembru 2010. |
|
(48) |
HRE ħallset primjum ta’ garanzija lil SoFFin ta’ 0,8 % fis-sena. Għall-parti mhux użata tal-garanzija kienet applikabbli tariffa ta’ impenn ta’ 0,1 % fis-sena. |
II.3.3. Trasferiment tal-assi lil istituzzjoni ta’ likwidazzjoni
|
(49) |
Fl-10 ta’ Settembru 2010, il-Ġermanja nnotifikat ukoll it-trasferiment ta’ ammont konċettwali ta’ madwar EUR 210 biljun ta’ assi u EUR 280 biljun ta’ derivattivi lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM. FMS-WM ġiet maħluqa permezz ta’ deċiżjoni tal-bord tat-8 ta’ Lulju 2010 skont il-Finanzmarktstabilisierungsfondsgesetz Ġermaniż [Att dwar il-Fond ta’ Stabbilizzazzjoni tas-Suq Finanzjarju] (§ 8a tal-FMStFG). Din tiġġestixxi assi u derivattivi tal-grupp HRE li ħadet fil-pussess tagħha peress li dawn jew ma kinux strateġiċi jew inkella kien fihom riskju jew piż kapitali mhux aċċettabbli. FMS-WM taġixxi indipendentement minn HRE u tibbenefika minn obbligu fuq il-parti ta’ SoFFin li tikkumpensa għat-telf (“Verlustausgleichspflicht“). Madankollu, FMS-WM ma għandhiex liċenzja bankarja. Bħala riżultat, ħafna mill-assi ta’ HRE setgħu jiġu trasferiti b’mod sintetiku biss; varjetà ta’ mekkaniżmi ta’ “trasferiment”, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi, ġiet imfassla sabiex jinkiseb effett ta’ ħelsien kapitali regolatorju għal PBB u l-grupp HRE. |
|
(50) |
It-trasferiment ġie approvat temporanjament mill-Kummissjoni fl-24 ta’ Settembru 2010. Il-miżura ttrasferiet assi mhux strateġiċi u mhux produttivi bħal bonds tal-gvern jew self fuq proprjetà mhux produttiv (jew, kif deskritt fil-premessa 49, l-użu kapitali regolatorju tagħhom biss) fi strument garantit mill-gvern li jkun likwidat fuq numru ta’ snin. L-assi mhux strateġiċi trasferiti kienu jinkludu wkoll dawk li ma setgħux jintużaw bħala kollateral għall-bonds koperti. |
|
(51) |
Id-data ta’ trasferiment effettiva kienet it-30 ta’ Settembru 2010. Sa dak iż-żmien, minħabba l-amortizzazzjoni, il-portafoll magħżul għat-trasferiment kellu valur skont il-kotba ta’ EUR 173 biljun. Skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi danneġġjati fis-settur bankarju tal-Komunità (“Il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġjati” jew “IAC”), (17) il-Kummissjoni appuntat esperti esterni biex jappoġġjawha fl-ivvalutar tal-portafoll, fid-determinazzjoni tal-element ta’ għajnuna u fil-valutazzjoni ta’ jekk u sa liema punt il-valur tat-trasferiment li sar kienx ‘il fuq mill-valur ekonomiku reali (REV) tal-portafoll. Kif stabbilit fil-IAC, il-Ġermanja kkummissjonat ukoll espert estern biex iwettaq valutazzjoni indipendenti. |
|
(52) |
Il-portafoll inkluda madwar EUR 30 biljun ta’ self fuq proprjetà immobbli kummerċjali, li huma diversifikati ġeografikament u komposti l-aktar minn finanzjament ta’ bini ta’ uffiċċini u ċentri kummerċjali. Dawn huma ta’ tul taż-żmien relattivament qasir (tliet snin) iżda ta’ kwalità tal-kreditu inferjuri. |
|
(53) |
Il-parti tal-proprjetà immobbli mhux kummerċjali tal-portafoll kienet komposta mill-finanzi jew bonds tas-settur pubbliku u self lil entitajiet jew utilitajiet pubbliċi. Il-maġġoranza ta’ dak in-negozju kien jikkonsisti minn bonds standard (“plain vanilla bonds”), iżda kien jinkludi wkoll EUR 31 biljun ta’ “strumenti tal-kreditu strutturati” u EUR 30 biljun ieħor ta’ self lis-settur pubbliku. Il-kwalità tal-assi f’din il-parti tal-portafoll kienet ferm aħjar minn dik tas-self fuq proprjetà immobbli kummerċjali. Madankollu, minħabba l-maturitajiet twal tagħhom u bit-twessigħ tal-firxa tal-kreditu tas-suq mill-akkwiżizzjoni, it-titoli soffrew minn skont sinifikanti f’termini tal-prezz tas-suq. |
|
(54) |
L-esperti tal-Kummissjoni sabu li, għall-kuntrarju ta’ ċertu każijiet oħra ta’ għajnuna mill-Istat, il-kategoriji kumplessi tas-self tal-proprjetà immobbli kummerċjali u tal-assi tal-kreditu strutturati (li jikkonsistu l-aktar minn titoli garantiti b’self lill-istudenti, titoli garantiti b’assi tas-settur pubbliku u l-EUR 5 biljun f’investiment fi trasferimenti bi tpartit totali) kienu b’mod ġenerali siguri. Dawn kienu qed jistennew biss telf limitat fuq dawk il-kategoriji, minkejja li ogħla mill-istimi tal-esperti tal-Ġermanja, l-aktar minħabba l-valutazzjoni tal-bonds fi flus fl-istrutturi Halcyon/Pegasus kif ukoll il-bażi negattiva u l-ispejjeż tal-finanzjament impliċiti fit-trasferimenti bi tpartit totali. Għall-kuntrarju, l-“plain vanilla” bonds ġew ittrasferiti f’livell ta’ tpartit tal-assi viċin il-parità, ferm ogħla mir-REV tagħhom. Barra minn hekk, dawn kienu jappartjenu għal swieq li ma kinux partikolarment danneġġjati, għalhekk ir-REV tagħhom għandu filfatt ikun viċin tal-valur tas-suq tagħhom. Bħala riżultat, l-esperti tal-Kummissjoni kkonkludew li r-REV ta’ dik il-parti tal-portafoll tkun ferm taħt il-valur li għalih HRE ttrasferithom lil FMS-WM. |
|
(55) |
Għall-portafoll tad-derivattivi, l-esperti tal-Kummissjoni fil-biċċa l-kbira qablu mas-sejbiet tal-esperti tal-Ġermanja. Barra minn hekk, dawn stmaw il-kontravalur tar-riskju tal-kreditu bħala ftit ogħla mil-livell misjub mill-esperti tal-Ġermanja u inkorporaw ċertu sejbiet mill-kampjun tagħhom kif ukoll imposta ġenerali għar-“riskju operattiv”, motivata b’suppożizzjonijiet prudenti dwar in-nuqqasijiet fl-effettività totali tal-ħeġġ. |
|
(56) |
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi taqsira tas-sejbiet tal-esperti tal-Kummissjoni:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(57) |
Bħala riżultat, l-ammont ta’ għajnuna li, b’konformità mal-IAC, mhuwiex a priori kompatibbli mas-suq intern (li huwa definit bħala d-differenza bejn ir-REV u l-valur ta’ trasferiment) huwa determinat mill-esperti bħala madwar EUR 16,2 biljun. L-ammont totali tal-għajnuna, jiġifieri d-differenza bejn il-valur ta’ trasferiment u l-valur tas-suq, huwa diffiċli li jiġi stabbilit minħabba n-nuqqas ta’ prezzijiet tas-suq faċilment disponibbli għall-parti tas-self tal-portafoll. Is-suppożizzjoni estrema li l-valur tas-suq tal-ktieb tas-self huwa żero kieku tagħti ammont totali tal-għajnuna ta’ EUR 90 biljun. Jekk nissoponu li s-self jinnegozja fl-istess mod bħall-bonds likwidi ta’ maturità u kwalità tal-kreditu simili, l-għajnuna totali tkun madwar EUR 20 biljun. |
II.4. Raġunijiet għall-bidu u l-estensjoni tal-investigazzjoni fil-fond
|
(58) |
Fis-7 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni fil-fond fil-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għal HRE, l-aktar abbażi tad-dubji dwar il-vijabbiltà ta’ HRE, b’mod partikolari fid-dawl tal-istrateġija u l-ħtiġijiet ta’ rifinanzjament ta’ HRE. Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali sottomess lill-Kummissjoni fl-1 ta’ April 2009 identifika biss fatturi esterni bħala raġunijiet għall-problemi finanzjarji ta’ HRE u mmira lejn tnaqqis tal-karta tal-bilanċ ta’ biss 25 %, li jfisser li l-volum ta’ rifinanzjament kien jibqa’ għoli. HRE ppjanat li tnaqqas il-karta tal-bilanċ tal-grupp billi tbiegħ l-assi fis-suq, minflok tittrasferihom lil istituzzjoni ta’ likwidazzjoni. Wieħed mill-oqsma ewlenin tan-negozju deskritt fil-pjan ta’ ristrutturar kien l-attivitajiet tal-finanzi tal-baġit li jiġġeneraw marġini baxxi, u l-pjan kien fih ftit wisq informazzjoni dwar kwistjonijiet li huma vitali għall-proċess ta’ ristrutturar bħall-modifikazzjoni u l-integrazzjoni tas-sistemi tal-IT. F’dak l-istadju, il-Kummissjoni kellha wkoll dubji li kien hemm biżżejjed miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u biżżejjed miżuri għall-kondiviżjoni tal-piż. |
|
(59) |
L-investigazzjoni fil-fond ġiet estiża fit-13 ta’ Novembru 2009 minħabba:
|
|
(60) |
Fl-24 ta’ Settembru 2010 l-investigazzjoni fil-fond ġiet estiża għal darb’ oħra peress li:
|
II.5. Karatteristiċi ewlenin tal-pjan ta’ ristrutturar
|
(61) |
Fl-1 ta’ April 2009, il-Ġermanja nnotifikat l-ewwel abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar għal HRE u, wara ħafna modifiki, issottomettiet l-aġġornament finali tal-pjan fl-14 ta’ Ġunju 2011. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, ir-referenzi kollha għall-pjan ta’ ristrutturar fil-bqija ta’ din id-Deċiżjoni huma għal din il-verżjoni finali tal-14 ta’ Ġunju 2011. |
|
(62) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, HRE - wara li ġiet meħlusa mil-legat tagħha ta’ assi danneġġjati b’valur nominali ta’ EUR 210 biljun permezz tat-trasferiment tagħhom lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM - ser tfassal mill-ġdid l-attivitajiet tan-negozju tagħha f’mod li l-bank ewlieni tagħha PBB jkun jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu abbażi ta’ approċċ ta’ finanzjament stabbli u sistemi ta’ kontroll intern imtejba. L-attivitajiet tal-ġejjieni tagħha ser ikunu fuq skala ferm iżgħar minn dik ta’ qabel il-kriżi, irrispettivament minn jekk hux ser jitkejlu f’termini ta’ daqs tal-karta tal-bilanċ, volum ta’ negozju ġdid, forza tax-xogħol, netwerk ta’ fergħat jew ambitu ġeografiku. |
|
(63) |
Paragunat mas-sitwazzjoni ta’ qabel il-kriżi, id-daqs tal-karta tal-bilanċ strateġika ta’ PBB fl-aħħar tal-2011 - korrett għal entrati li huma f’modalità eżawrita jew li ġew trasferiti sintetikament lil FMS-WM – jammonta għal madwar 15 % tal-karta tal-bilanċ ta’ HRE. In-negozju ġdid fil-finanzi tal-proprjetà immobbli pereżempju ser jitnaqqas għal madwar 30 % tal-livell tiegħu ta’ qabel il-kriżi (in-negozju ġdid ta’ HRE fil-finanzi tal-proprjetà immobbli kummerċjali ammonta għal EUR 32,1 biljun fl-2007). Il-forza tax-xogħol ġiet imnaqqsa b’madwar 30 %, u l-membri tal-bord eżekuttiv kollha ta’ HRE li kienu maħtura qabel il-kriżi ġew sostitwiti. Aktar minn 30 parteċipant, terz minnhom minn barra l-Ewropa, diġà ġew divestiti jew likwidati, jew huma fil-proċess ta’ likwidazzjoni. Madwar 26 minn 32 fergħa ngħalqu. Barra minn hekk, proġett ta’ trasformazzjoni għall-grupp sħiħ u fuq ħafna snin imsejjaħ “Evoluzzjoni Ġdida” b’baġit ta’ madwar EUR 180 miljun ġie mniedi għat-titjib u l-integrazzjoni tas-sistemi tal-IT. |
|
(64) |
PBB ser ikompli żewġ linji tan-negozju strateġiċi, il-finanzi tal-proprjetà immobbli (REF – real estate finance) u l-finanzi tal-investiment pubbliku (FIP). Iż-żewġ linji tan-negozju jimmiraw lejn assi li huma eliġibbli għal bonds koperti Ġermaniżi, jew fil-forma ta’ bonds ipotekarji Ġermaniżi (“Hypothekenpfandbriefe”) jew inkella fil-forma ta’ bonds tas-settur pubbliku Ġermaniżi (“öffentliche Pfandbriefe”). L-attivitajiet l-oħra kollha, b’mod partikolari n-negozju tal-finanzi tal-baġit, il-finanzi tal-infrastruttura, is-swieq kapitali u l-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-assi, ser jitwaqqfu. |
|
(65) |
L-arranġamenti għaż-żewġ sussidjarji l-oħra ta’ HRE Holding huma dawn li ġejjin: DEPFA Bank plc għandha tiġi eżawrita mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni u ma għandhiex tiġġenera kwalunkwe negozju ġdid. L-istess japplika għas-sussidjarji tagħha. HRE Finance hija fi stat ta’ likwidazzjoni u wkoll mhux qed twettaq negozju ġdid. |
|
(66) |
Il-Ġermanja tiddikjara li d-deċiżjoni fundamentali li ssegwi strateġija kummerċjali aktar konservattiva u li tiffoka fuq il-bonds koperti Ġermaniżi bħala s-sors ta’ rifinanzjament primarju tiżgura titjib kwalitattiv tal-attivitajiet ta’ self peress li dawn huma soġġetti għall-qafas legali tal-Pfandbriefgesetz Ġermaniż [L-Att dwar il-Pfandbrief], li għandu rekwiżiti speċifiċi rigward il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tar-riskji, u jipprovdi għal miżuri protettivi bħal-limitazzjoni tal-proporzjon ta’ self għall-valur. Dik l-istrateġija ta’ finanzjament tnaqqas b’mod konsiderevoli d-dipendenza preċedenti ta’ HRE fuq is-suq monetarju interbankarju, li fil-ġejjieni jkun meħtieġ biss għall-perjodu ta’ warehousing li jippreċedi l-ħruġ tal-bonds koperti. |
III. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(67) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn partijiet interessati, kif mogħti fil-qosor hawn taħt:
|
IV. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA DWAR IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(68) |
Fl-24 ta’ Marzu 2010 l-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Ġermanja dwar il-kummenti mill-partijiet interessati:
|
V. IL-POŻIZZJONI TAL-ĠERMANJA
|
(69) |
Il-Ġermanja taċċetta li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(70) |
Sabiex jiġi żgurat li l-mudell tan-negozju stabbilit fil-pjan ta’ ristrutturar jitqiegħed fl-azzjoni, u sabiex jiġi żgurat li tinkiseb biżżejjed kondiviżjoni tal-piż u li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu limitati għall-minimu neċessarju, fil-15 ta’ Ġunju 2011 il-Ġermanja ssottomettiet numru ta’ impenji (20), li jistgħu jiġu mqassra kif ġej: (a) Implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u tal-impenji: Il-Ġermanja ser tiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar kif stabbilit fil-verżjoni finali tiegħu u l-impenji jiġu implimentati bis-sħiħ. (b) Tul taż-żmien tal-impenji: Fil-prinċipju l-impenji huma validi sal-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2015. Madankollu, l-impenji rigward DEPFA Bank plc u s-sussidjarji tiegħu fil-prinċipju ser jintemmu malli DEPFA Bank plc jiġi privatizzat mill-ġdid, jekk dan iseħħ qabel. F’każ bħal dan, il-Ġermanja tinnotifika lill-Kummissjoni bil-bejgħ bil-quddiem u ma tikkompletax il-bejgħ mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, kieku kellu jseħħ qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. L-impenji rigward PBB ser jintemmu malli PBB jiġi privatizzat mill-ġdid, iżda fi kwalunkwe każ mhux qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. (c) Linji tan-negozju: Il-Ġermanja ser tiżgura li PBB biss isegwi negozju ġdid u li jagħmel dan biss f’żewġ linji tan-negozju, il-finanzi tal-proprjetà immobbli u l-finanzi tal-investiment pubbliku. Il-linji tan-negozju l-oħra kollha huma mwaqqfa (il-portafoll tal-finanzi tal-baġit ser jibqa’ fuq il-karta tal-bilanċ ta’ PBB iżda f’modalità eżawrita) u l-entitajiet l-oħra kollha tal-HRE Group ser iwaqqfu l-attivitajiet tan-negozju tagħhom. (d) Riprivatizzazzjoni ta’ PBB: Il-Ġermanja ser tipprivatizza mill-ġdid lil PBB malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015. (e) Restrizzjoni tat-tkabbir ta’ PBB: Il-Ġermanja ser tiżgura li r-rati ta’ tkabbir ta’ PBB jibqgħu fil-limiti definiti, imkejla f’termini ta’ daqs tal-karta tal-bilanċ kif ukoll ta’ volum ta’ negozju ġdid. (f) Istituzzjoni ta’ likwidazzjoni: Il-Ġermanja ser tiżgura li, wara t-30 ta’ Settembru 2013, PBB ma jibqax jipprovdi la s-servizzi ta’ ġestjoni tal-assi u lanqas is-servizzi ta’ rifinanzjament għall-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM u li, mill-perspettiva organizzazzjonali, dawk is-servizzi jistgħu jittieħdu minn partijiet terzi. (g) Preżenza fis-suq: Il-Ġermanja ser tiżgura li PBB jikseb negozju ġdid biss fuq is-swieq ġeografiċi li ġejjin:
(h) Remunerazzjoni għall-użu tal-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni: Il-Ġermanja għandha tiżgura li HRE, fil-limiti tal-ħiliet tagħha, tħallas remunerazzjoni xierqa għall-użu tal-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM. Speċifikament, il-Ġermanja ser tiżgura li l-Bundesanstalt für Finanzmarktstabilisierung (“FMSA”) jordna lil HRE tħallas ammont ta’ EUR 1,59 biljun lil FMS-WM jew direttament jew inkella permezz tas-sussidjarji tagħha. Dawk is-sussidjarji ta’ HRE li ttrasferew l-assi lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni u li għandhom kwota ta’ kapital ewlieni li taqbeż il-15 % huma fil-prinċipju responsabbli għal dak il-pagament. PBB ser iżomm u jakkumula l-profitti sabiex iħallas lura l-parteċipazzjoni silenzjuża. (i) Restrizzjonijiet rigward il-pagamenti tal-kupuni u d-distribuzzjoni tal-profitti: Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE u s-sussidjarji tagħha jieqfu, fil-limiti legali, mill-pagamenti ta’ kupuni u miżuri oħra ta’ distribuzzjoni tal-profitti. (j) Restrizzjonijiet rigward il-ħlas lura: Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE u s-sussidjarji tagħha jieqfu milli jħallsu lura l-istrumenti finanzjarji eżistenti. (k) Projbizzjoni fuq l-akwiżizzjoni: Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE u s-sussidjarji tagħha ma jakkwistawx negozji oħra matul il-perjodu ta’ ristrutturar. (l) Impenji relatati mat-teknoloġija tal-informatika ta’ HRE/PBB: Il-Ġermanja ser tiżgura li l-proġett stabbilit għat-titjib tas-sistemi tal-IT tal-bank jiġi implimentat bis-sħiħ. (m) Impenn relatat mar-RAROC: Il-Ġermanja ser tiżgura li n-negozju ġdid strateġiku ta’ PBB ma joħroġ ebda self ġdid li għandu redditu fuq il-kapital aġġustat għar-riskju (RAROC - risk-adjusted return on capital) ta’ anqas minn 10 % fuq bażi ta’ tranżazzjonijiet individwali. (n) Trustee tal-monitoraġġ: Il-Ġermanja ser tiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji kollha jiġu implimentati korrettament u li l-implimentazzjoni tiġi monitorjata kostantament minn trustee tal-monitoraġġ suffiċjentement kwalifikat. |
VI. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
VI.1. L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE u l-benefiċjarji potenzjali
|
(71) |
Il-miżuri differenti konċernati ġew mogħtija jew direttament mill-Ġermanja jew inkella minn SoFFin, entità stabbilità u kkontrollata mill-Gvern Ġermaniż, u b’hekk tinvolvi r-riżorsi tal-Istat. Il-miżuri jipprovdu vantaġġ selettiv lil HRE, li jippermettilha tikseb kapital u garanziji ġodda u tibbenefika minn miżuri ta’ ħelsien ta’ assi b’kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk li normalment jinstabu fis-suq. HRE hija bank attiv internazzjonalment, li jikkompeti ma’ banek oħra fil-Ġermanja u pajjiżi oħra. Għalhekk, għall-istess raġunijiet deskritti diġà fid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar HRE, (22) il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(72) |
Fl-HRE Group huwa biss PBB (u s-sussidjarji tiegħu) li qed isegwu attivitajiet ekonomiċi ġodda u huwa għalhekk attiv fis-swieq. Għaldaqstant PBB jista’ jitqies bħala l-entità li qed ikompli l-attivitajiet ta’ HRE ta’ qabel (minkejja li b’mod limitat, kif spjegat fil-premessa 63). L-entitajiet l-oħra kollha tal-HRE Group (jiġifieri DEPFA Bank plc u s-sussidjarji tagħha u HRE Finance i.L.) huma f’modalità eżawrita u l-attivitajiet tagħhom huma limitati għal dak li huwa neċessarju biex jippermetti eżawriment ordinarju, iżda ma jiġġenerawx negozju ġdid. |
|
(73) |
L-objettiv finali u l-effett tal-miżuri kollha ta’ għajnuna (irrispettivament minn jekk ingħatawx formalment lil HRE, HRE Holding, PBB jew DEPFA Bank plc) huwa li jippermettu lill-PBB jibqa’ attiv fis-swieq. Għalhekk hija l-eżistenza li għadha fis-seħħ ta’ PBB fis-swieq li qed tikkawża d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. DEPFA Bank plc tista’ (bħal FMS-WM) titqies purament istituzzjoni ta’ likwidazzjoni għall-assi li għal raġunijiet differenti ma ġewx trasferiti lil FMS-WM (il-“bank tal-assi ħżiena”). Din għandha tirrealizza l-assi tagħha meta jimmaturaw jew billi tbiegħhom fis-suq, iżda mhux ser tikkuntratta negozju ġdid mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni. (23) |
|
(74) |
Minħabba l-fatt li PBB huwa għalhekk il-kontinwazzjoni ekonomika ta’ HRE u, f’konformità mal-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, (24) PBB huwa meqjus il-benefiċjarju tal-għajnuna, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna li ssegwi għalhekk ser tikkonċentra fuq PBB. |
|
(75) |
Fir-rigward tal-fehma espressa minn Heisse Kursawe Eversheds li t-tneħħija tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li l-injezzjonijiet ta’ kapital f’HRE jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, it-tneħħija (squeeze-out) ta’ azzjonisti minuri (jiġifieri l-akkwiżizzjoni tal-ishma tagħhom kontra ħlas lil dawk l-azzjonisti) fiha nnifisha ma tinkludix elementi ta’ għajnuna mill-Istat peress li ma tipprovdix il-bank b’vantaġġ li jirriżulta mir-riżorsi tal-Istat. It-tneħħija (squeeze-out) involviet pagament mill-Istat lill-azzjonisti minuri, iżda dan ma kellux effett ekonomiku fuq HRE. Mill-perspettiva ta’ HRE l-istruttura ta’ sjieda tagħha biss inbidlet. Bħala riżultat, il-kwistjoni dwar jekk it-tneħħija tiksirx id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment ħieles tal-kapital ma teħtieġx tiġi valutata f’din id-Deċiżjoni. |
VI.2. Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern
VI.2.1. Applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE
|
(76) |
Skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE, l-għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru. Peress li d-disaggregazzjoni ta’ bank sistematikament rilevanti tista’ taffettwa direttament is-swieq finanzjarji u taffettwa indirettament l-ekonomija sħiħa ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni fil-preżent, fid-dawl tas-sitwazzjoni fraġili kontinwa fis-swieq finanzjarji, tibbaża l-valutazzjoni tagħha tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur bankarju skont il-liġi tal-għajnuna mill-Istat fuq dik id-dispożizzjoni. |
|
(77) |
Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex tiddubita l-kwalifika mill-Ġermanja ta’ HRE bħala bank ta’ rilevanza sistematika, b’mod partikolari fid-dawl tal-pożizzjoni li kellha preċedentement fis-suq Pfandbrief Ġermaniż, id-daqs oriġinali tal-karta tal-bilanċ ta’ HRE u l-ammont ta’ derivattivi miżmuma preċedentement minn HRE. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni tosserva li HRE rċeviet għajnuna ta’ salvataġġ li l-Kummissjoni sabet li hija kompatibbli mas-suq intern; madankollu, dik l-għajnuna issa għandha tiġi valutata sabiex jiġi determinat jekk tistax titqies bħala għajnuna għar-ristrutturar li hija kompatibbli mas-suq intern. Għalhekk il-Kummissjoni issa għandha tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ dawk il-miżuri u l-miżuri ta’ ristrutturar ulterjuri kollha, jiġifieri l-garanziji ta’ EUR 52 biljun u l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 2,08 biljun, abbażi tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġjati u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
VI.2.2. Valutazzjoni abbażi tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġjati (IAC)
|
(79) |
Kwalunkwe trasferiment ta’ assi lil istituzzjoni ta’ likwidazzjoni għandu jseħħ skont l-IAC. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tiddikjara f’mod ċar li r-remunerazzjoni xierqa ta’ kwalunkwe intervent tal-Istat ġeneralment hija waħda mil-limitazzjonijiet l-aktar xierqa tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, peress li tillimita l-ammont tal-għajnuna mill-Istat. Jista’ jkun meħtieġ ukoll limitu fuq l-espansjoni tal-bank f’ċerti oqsma tan-negozju jew ġeografiċi, pereżempju permezz ta’ rimedji orjentati lejn is-suq bħal rekwiżiti kapitali speċifiċi, fejn is-suq jiddgħajjef b’restrizzjonijiet diretti fuq l-espansjoni, jew għal-limitazzjoni tal-periklu morali. |
|
(80) |
Rigward l-eliġibbiltà tal-assi assenjati għat-trasferiment, il-paragrafu 34 tal-IAC jirrikonoxxi n-neċessità ta’ approċċ pragmatiku u flessibbli lejn l-għażla tat-tipi ta’ assi għall-miżuri dwar l-assi danneġġjati. Il-Kummissjoni applikat dik il-flessibbiltà f’każijiet oħra ta’ għajnuna mill-Istat u aċċettat it-trasferiment ta’ assi li, strettament, ma kinux f’diffikultà iżda ma kinux strateġiċi fid-dawl tal-bidla profonda fil-mudell tan-negozju tal-bank ikkonċernat. |
|
(81) |
Kif stabbilit fil-paragrafu 46 tal-IAC, sabiex tkun faċilitata l-attenzjoni tal-bank fuq ir-ritorn tal-vijabbiltà u jiġu evitati kunflitti ta’ interess possibbli, huwa neċessarju li tiġi żgurata separazzjoni ċara funzjonali u organizzazzjonali bejn il-bank benefiċjarju u l-assi danneġġjati tiegħu. Il-Kummissjoni tifhem li meta l-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni ġiet maħluqa ma kienx possibbli, b’mod partikolari għal raġunijiet tekniċi, li taqta’ immedjatament ir-rabtiet bejn PBB u FMS-WM. Madankollu, dik is-sitwazzjoni trid tissolva malajr kemm jista’ jkun. Abbażi ta’ dan, il-Ġermanja impenjat ruħha li PBB jistabbilixxi l-indipendenza organizzazzjonali sħiħa tas-servizzi relatati u ma jibqax jipprovdihom lil FMS-WM wara t-30 ta’ Settembru 2013. |
|
(82) |
Rigward il-valutazzjoni u l-kondiviżjoni tal-piż, il-paragrafu 21 tal-IAC jinnota li r-remunerazzjoni korretta hija element tar-rekwiżit ta’ kondiviżjoni tal-piż. Il-Kummissjoni ser tiżgura, kif innotat fl-Anness IV għall-IAC, li kwalunkwe pprezzar tal-ħelsien tal-assi jinkludi r-remunerazzjoni għall-Istat li tikkunsidra adegwatament ir-riskji li t-telf fil-ġejjieni jaqbeż dak li huwa mbassar fid-determinazzjoni tar-REV. F’konformità mal-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-miżuri dwar il-ħelsien tal-assi, (25) il-valutazzjoni tar-remunerazzjoni neċessarja tal-effett tal-ħelsien tal-assi ser tkun ibbażata fuq trasferiment tar-REV, anki jekk dak huwa aktar baxx mill-valur ta’ trasferiment. |
|
(83) |
Il-paragrafu 41 tal-IAC jindika li l-valur ta’ trasferiment għandu jikkorrispondi għar-REV. Meta Stat Membru jikkunsidra li jkun neċessarju – b’mod partikolari sabiex jevita l-falliment tekniku – li juża valur ta’ trasferiment għall-assi li jaqbeż ir-REV tagħhom, dan jista’ jiġi aċċettat biss jekk ikun akkumpanjat minn ristrutturar wiesa’ u l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet li jippermettu l-irkupru ta’ dik l-għajnuna addizzjonali fi stadju aktar tard, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmu ta’ treġġigħ lura. |
|
(84) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li d-differenza bejn ir-REV u l-valur ta’ trasferiment, li għandha tiġi rkuprata fi stadju aktar tard u li ġiet stabbilita bl-appoġġ tal-esperti indipendenti tal-Kummissjoni, hija fil-livell ta’ EUR 16,2 biljun, u ssejjaħ għal ristrutturar partikolarment bir-reqqa u tnaqqis fin-numru tal-impjegati tal-bank. Ebda remunerazzjoni addizzjonali ma hi meħtieġa, skont il-paragrafu 21 tal-IAC, għaliex, wara tnaqqis tal-kapital a priori ta’ EUR 16,2 biljun, il-miżura ma tinvolvi l-ebda effett ta’ ħelsien ta’ kapital ulterjuri. (26) |
|
(85) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Ġermanja ma pprovditx espliċitament għall-irkupru ta’ dak l-ammont. Madankollu, din introduċiet klawżoli li jippermettu l-irkupru sa fejn dan ikun possibbli. Dawn jikkonsistu minn:
Barra minn hekk, ir-ristrutturar propost huwa estensiv ħafna u jinkludi tnaqqis fin-numru ta’ impjegati drammatiku ħafna tal-bank ewlieni “tal-assi tajbin”, għal madwar 15 % tad-daqs ta’ HRE fl-aħħar tal-2008. Flimkien mal-impenji fuq ir-restrizzjoni tat-tkabbir, il-limitazzjonijiet tal-firxa tal-prodott, il-governanza korporattiva u r-riprivatizzazzjoni permezz ta’ proċedura ta’ offerta pubblika, il-pakkett sħiħ ta’ ristrutturar jista’ jitqies biżżejjed estensiv fis-sens tal-IAC. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li d-dubji li qajmet dwar ir-rieda tal-Ġermanja u HRE u l-kapaċità li jipprovdu trasparenza u żvelar sħiħ ex ante tal-indebolimenti ġew allevjati permezz tal-għoti ta’ dejta estensiva minn tim iddedikat fil-bank. Barra minn hekk, parzjalment fuq talba tal-Kummissjoni, HRE kellha s-settijiet tad-dejta tagħha verifikati għall-konsistenza u l-kwalità, li ffaċilita l-valutazzjoni finali mill-esperti tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Ġermanja u l-PBB impenjaw ruħhom għal titjib estensiv tas-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ rapportar sabiex jittaffa t-tħassib tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet potenzjali fis-sistemi ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni fil-ġejjieni. |
VI.2.3. Kompatibbiltà mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(87) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għar-ristrutturar tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE, ir-ristrutturar tal-istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali għandu jwassal għar-ritorn tal-vijabbiltà fit-tul tal-bank, jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti mill-benefiċjarju (kondiviżjoni tal-piż) u jkun fih biżżejjed miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. (27) |
|
(88) |
L-ammont ta’ injezzjonijiet ta’ kapital diġà mogħtija, l-ammont tal-injezzjoni ta’ kapital xorta previst u l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat li jirriżulta mit-trasferiment tal-assi flimkien jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-assi peżati tar-riskju ta’ qabel il-kriżi ta’ HRE. |
VI.2.3.1.
|
(89) |
F’konformità mal-Artikolu 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Ġermanja ssottomettiet pjan ta’ ristrutturar komprensiv u dettaljat li jidentifika l-kawżi tad-diffikultajiet finanzjarji ffaċjati minn HRE u jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-mudell tan-negozju. |
Kawżi tad-diffikultajiet esperjenzati minn HRE
|
(90) |
Il-pjan ta’ ristrutturar u l-informazzjoni kumplimentari provduti mill-Ġermanja juru li d-diffikultajiet ta’ HRE kienu l-aktar attribwibbli:
|
Mudell tan-negozju
|
(91) |
Kif stabbilit hawn fuq, ir-ristrutturar u l-miżuri ppjanati, li huma relatati primarjament mal-finanzjament tal-bank u s-sistemi ta’ kontroll intern, huma maħsuba biex jiżguraw li l-problemi ta’ likwidità li poġġew lil-bank kważi fil-falliment ma jkunux jistgħu jiġu ripetuti. Il-pjan ta’ ristrutturar jindirizza t-tħassib ewlieni f’mod speċifiku ħafna billi jiffoka fuq kunċett ta’ finanzjament ibbażat fuq Pfandbrief aktar stabbli, billi jnaqqas b’mod konsiderevoli d-dipendenza preċedenti fuq is-suq monetarju interbankarju, billi jtejjeb u jintegra s-sistemi tal-IT tiegħu u billi jnaqqas l-ambitu ġeografiku, in-netwerk ta’ fergħat u d-daqs assolut tan-negozju. Il-waqfien ta’ attivitajiet oħra u t-trattament tagħhom bħala portafoll eżawrit fuq il-karta tal-bilanċ ta’ PBB huwa pass komplementari loġiku għal dak il-kunċett. |
|
(92) |
Bħala konsegwenza, iż-żewġ linji tan-negozju li jibqa’ ta’ PBB ser jimmiraw biss lejn assi li huma eliġibbli għall-bonds koperti Ġermaniżi, jew fil-forma ta’ bonds ipotekarji (“Hypothekenpfandbriefe”) jew ta’ bonds tas-settur pubbliku (“öffentliche Pfandbriefe”). L-argument li strateġija kummerċjali aktar konservattiva ta’ dak it-tip għandha twassal għal titjib kwalitattiv tal-attivitajiet tas-self huwa kredibbli, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti speċifiċi tal-Att dwar il-Pfandbrief Ġermaniż rigward il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tar-riskji, u l-miżuri protettivi tiegħu bħal-limiti għall-proporzjon ta’ self għall-valur. |
|
(93) |
Fil-premessa 92 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-24 ta’ Settembru 2010 (cf. premessa 15 ta’ din id-Deċiżjoni) il-Kummissjoni esprimiet dubji li l-bank seta’ jikseb marġini suffiċjenti bl-attivitajiet ta’ negozju tal-ġejjieni tiegħu, b’mod partikolari dawk fis-settur tal-finanzi pubbliċi, li huwa karatterizzat b’marġini baxxi. Uħud mill-attivitajiet tal-finanzi tas-settur pubbliku ta’ qabel ta’ HRE, jiġifieri l-attivitajiet FIP, għandhom jitkomplew. Madankollu l-attivitajiet FIP ser jinvolvu biss finanzjament għal prodotti marbuta ma’ investimenti minn klijenti tas-settur pubbliku. Għalhekk dawn jistgħu jiġu distinti mill-attivitajiet tal-finanzi tal-baġit, jiġifieri l-finanzjament mhux impenjat tal-awtoritajiet pubbliċi, li hu karatterizzat b’marġini partikolarment baxxi. Fil-mudell tan-negozju aġġustat l-attivitajiet tal-finanzi tal-baġit ta’ marġini baxx jiġu mwaqqfa (dawn huma ekwivalenti għal madwar 75 % tal-attivitajiet tal-finanzi tas-settur pubbliku ta’ qabel) u l-portafoll li jirriżulta jitpoġġa fil-modalità eżawrita fuq il-karta tal-bilanċ ta’ PBB, sabiex dak it-tħassib tal-Kummissjoni jittaffa. Barra minn hekk, l-impenn mill-Ġermanja li tiżgura li PBB fin-negozju ġdid strateġiku tiegħu ma jikkuntrattax self ġdid li għandu RAROC ta’ anqas minn 10 % fuq bażi ta’ tranżazzjoni unika jgħin jallevja dan it-tħassib. |
|
(94) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li ż-żamma ta’ FIP bħala linja tan-negozju sekondarja ta’ PBB ser tnaqqas it-tħassib tal-atturi tas-suq u l-aġenziji tal-klassifikazzjoni dwar in-nuqqas ta’ diversifikazzjoni min-naħa tal-banek li jirrestrinġi l-attivitajiet tagħhom għal linja tan-negozju unika (magħrufin bħala “banek monolinji”) u għalhekk huma dipendenti wisq fuq qasam tan-negozju uniku. Li jkollu żewġ linji tan-negozju, b’ċikli tan-negozju potenzjalment differenti, għandu jippermetti lil PBB jiżgura dħul aktar stabbli u prevedibbli u jikseb il-viżibbiltà meħtieġa fost l-investituri istituzzjonali. |
|
(95) |
Il-kunċett ta’ ristrutturar ser jirriżulta fi struttura organizzazzjonali aktar ċara, peress li attivitajiet marġinali bħal attivitajiet tas-swieq kapitali u tal-ġestjoni tal-assi jitwaqqfu u n-netwerk tal-fergħat jitnaqqas b’mod konsiderevoli. Numru sostanzjali ta’ uffiċċji tal-bejgħ diġà għalqu; skont il-mudell tan-negozju aktar dettaljat u reġjonali, erbgħa minn dawk l-uffiċċji tal-bejgħ (Berlin, Ħamburg, iż-żona tar-Rhine/Ruhr u Stokkolma) ser jinfetħu mill-ġdid. |
|
(96) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jiżgura li PBB ma jżidx b’mod mhux dovut il-preżenza tiegħu fis-swieq. Is-self il-ġdid jingħata limitu massimu għaż-żewġ linji tan-negozju. Fis-swieq ewlenin rispettivi tiegħu PBB jimmira lejn ishma tas-suq ta’ 1 % sa 2 % bl-attivitajiet FIP tiegħu u 2 % sa 6 % bl-attivitajiet REF tiegħu. |
|
(97) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-bank beda jindirizza d-dgħufijiet tas-sistema tal-IT tiegħu, li fil-bidu kien pjuttost eteroġenju u serjament defiċjenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-funzjonalità u l-applikazzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju. Fl-2009 HRE stabbiliet proġett għall-grupp kollu fuq ħafna snin imsejjaħ “Evoluzzjoni Ġdida” b’baġit ta’ madwar EUR 180 miljun għat-trasformazzjoni tax-xenarju tal-IT. Il-proġett ser ixerred titjib varjat tas-sistema f’sitt rilaxxi suċċessivi. L-ambitu tal-proġett ikopri fost affarijiet oħra titjib operattiv bħall-konsolidazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-kreditu, titjib relatat mal-ġestjoni tar-riskju tas-sistema tal-IT fir-rigward tar-riskji tal-kreditu, tas-suq u tal-likwidità, l-istandardizzazzjoni tas-sistemi tal-uffiċċju tan-negozjar, u titjib tal-akkuratezza, id-dettall u l-kwalità tal-informazzjoni u tad-dejta. L-informazzjoni pprovduta fuq il-kontenut u l-progress tal-proċess ta’ trasformazzjoni tal-IT tissuġġerixxi li l-problemi inizjali ġew indirizzati f’mod adegwat u jistgħu jissolvew sal-limitu meħtieġ matul il-perjodu ta’ ristrutturar ta’ PBB. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li s-sistema tal-IT tal-ġejjieni tkun pjattaforma effiċjenti u funzjonali għall-ġestjoni tar-riskju f’waqtha u prudenti li tkun xierqa għall-proċessi tan-negozju. L-implimentazzjoni sħiħa tagħha hija għalhekk kruċjali. |
|
(98) |
Il-likwidità, is-solvenza u l-profitabbiltà ta’ PBB (28) jittieħdu bħala l-indikaturi ewlenin tal-vijabbiltà tal-bank, valutati kemm taħt xenarju bażi kif ukoll taħt xenarju ta’ stress. (29) |
Likwidità
|
(99) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, PBB mhux ser jibqa’ jibbenefika mill-garanziji tal-Istat fuq ir-rifinanzjament tiegħu. PBB madankollu jibqa’ istituzzjoni finanzjata mill-operaturi mingħajr finanzjament ta’ franchise. Dik is-sitwazzjoni hija mitigata bl-istrateġija ta’ PBB li jnaqqas b’mod sinifikanti l-ammont ta’ finanzjament mhux garantit meħtieġ u minflok joħroġ bonds koperti, li huma meqjusin bħala sors ta’ finanzjament aktar stabbli. |
|
(100) |
Peress li n-nuqqas ta’ likwidità akut kien wieħed mill-kawżi ewlenin tal-problemi ta’ HRE li fl-aħħar wassal għall-ħtieġa għall-appoġġ tal-Istat, il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi għal riżerva ta’ flus u likwidità xierqa, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe effetti li jistgħu jirriżultaw mir-rekwiżiti ta’ Basel III. Dik ir-riżerva hija l-aktar fil-bidu tal-perjodu ta’ ristrutturar u tiżdied gradwalment maż-żmien. Fix-xenarju bażi r-riżerva ta’ flus u likwidità tkun ta’ madwar [12–17] % tal-karta tal-bilanċ ta’ PBB sal-aħħar tal-2011 u tilħaq livell ta’ madwar [7–17] % sal-aħħar tal-2015. Fix-xenarju ta’ stress ir-riżerva ta’ flus u likwidità taqbeż [7–10] % tal-karta tal-bilanċ ta’ PBB sal-aħħar tal-2011, u tilħaq livell ta’ madwar [7–10] % sal-aħħar tal-2015. Fil-fehma tal-Kummissjoni, is-sitwazzjoni ta’ likwidità tidher li hija xierqa kemm fix-xenarju bażi kif ukoll fix-xenarju ta’ stress. |
Solvenza
|
(101) |
Bi proporzjon ta’ kapital tal-Livell 1 (ikkalkulat fuq l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjonijiet interni ta’ Basel II) projettat għal 12,9 % fl-aħħar tal-2011 fix-xenarju bażi jew 10,5 % fix-xenarju ta’ stress, PBB huwa biżżejjed kapitalizzat u għandu jissodisfa r-rekwiżiti kapitali minimi matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Skont is-suppożizzjonijiet użati fil-pjan ta’ ristrutturar, il-proporzjon ta’ kapital tal-Livell 1 fl-aħħar tal-2015 ser ikun 12,4 % fix-xenarju bażi jew 11,3 % fix-xenarju ta’ stress. Madankollu, id-deklin fil-proporzjon ta’ kapital tal-Livell 1 fix-xenarju bażi huwa prinċipalment minħabba ż-żieda projettata fl-assi peżati għar-riskju li jirriżultaw mit-tkabbir ippjanat u mhux it-telf (fix-xenarju bażi, PBB juri riżultat pożittiv wara t-taxxa bejn l-2011 u l-2015; huwa biss fix-xenarju ta’ stress li PBB ma jilħaqx break-even wara t-taxxa fl-2011 u l-2012). |
Profitabbiltà
|
(102) |
Il-profitabbiltà ta’ PBB hija mistennija li titjieb matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Skont il-pjan ta’ ristrutturar, fix-xenarju bażi l-profitt nett ta’ PBB wara t-taxxi ser jammonta għal EUR [110–150] fl-2011 u għal EUR [280-320] miljun fl-2015. Fl-2011 dak ir-riżultat jikkorrispondi għal redditu fuq l-ekwità (wara t-taxxi) ta’ biss [3–6] %, iżda fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar fl-2015 jikkorrispondi għal redditu fuq l-ekwità (wara t-taxxi) ta’ [8–11] %. Il-profitabbiltà ta’ mira fix-xenarju bażi tista’ b’hekk titqies sodisfaċenti għal bank li qed isegwi n-negozju ta’ mira fil-pjan ta’ ristrutturar, kemm mill-perspettiva tal-vijabbiltà kif ukoll fid-dawl tar-riprivatizzazzjoni ppjanata ta’ PBB. Skont il-Ġermanja, il-profitti netti ta’ PBB wara t-taxxa jiġu kumpensati bit-telf mis-snin preċedenti. Minħabba t-telf ta’ riport, dan ifisser li PBB għandu jirreġistra telf tal-karta tal-bilanċ (“Bilanzverluste”) sal-201[…] iżda mhux ser jagħmel dan fl-201[…], fil-kuntest tal-fidwa tal-parteċipazzjoni silenzjuża. |
|
(103) |
Tabella 1: Previżjoni ta’ profitt u telf ta’ PBB, Standards Internazzjonali għall-Irrappurtar Finanzjarju (IFRS) (xenarju bażi), skont il-pjan ta’ ristrutturar
|
|
(104) |
Fil-valutazzjoni tal-muturi ewlenin tal-profitabbiltà ta’ PBB, jistgħu jiġu identifikati żewġ sorsi ta’ profitabbiltà: l-ewwel, id-dħul ta’ PBB li joriġina mill-attivitajiet kummerċjali tiegħu ser jiżdied u, it-tieni, l-ispejjeż operattivi ser jonqsu. |
|
(105) |
Rigward iż-żieda fid-dħul, il-pjan ta’ ristrutturar jassumi li l-marġini medju fuq is-self jista’ jitjieb, b’mod partikolari permezz tas-sottoskrizzjoni ta’ negozju profittabbli ġdid jew ieħor. Rigward il-linja tan-negozju REF, il-marġini netti kkalkulati għall-portafoli kurrenti huma supponuti li jitjiebu minn [80–100] bps (punti bażiċi) għal [105–120] bps fl-2011, [105–110] bps fl-2012 u [95-100] bps minn hemm ‘il quddiem. Il-linja tan-negozju FIB ser tiġġenera marġini nett ta’ [27-35] bps matul il-perjodu sħiħ ta’ ristrutturar, li huwa titjib konsiderevoli fuq il-marġini nett ta’ [6–12] bps ikkalkulat għall-portafoll eżistenti tal-attivitajiet tal-finanzi tas-settur pubbliku. (30) Dak it-titjib huwa l-aktar minħabba l-fatt li l-attivitajiet tal-finanzi tal-baġit, li huma karatterizzati b’marġini partikolarment baxxi, mhux ser jibqgħu jiġu segwiti. |
|
(106) |
Minħabba l-importanza li jiġu garantiti marġini biżżejjed għolja, l-impenn tal-Ġermanja li n-negozju ġdid strateġiku ta’ PBB ma jikkuntrattax self ġdid b’RAROC ta’ anqas minn 10 % fuq bażi ta’ tranżazzjonijiet individwali huwa xieraq u neċessarju. |
|
(107) |
Fl-2011 u l-2012, it-tariffi ġġenerati mis-servizzi ta’ ġestjoni tal-assi provduti għal FMS-WM (il-“bank tal-assi ħżiena” ta’ HRE) jirrappreżentaw sors importanti ta’ dħul għall-PBB. Kif stabbilit fl-IAC, sabiex tiġi faċilitata l-attenzjoni tal-bank fuq ir-ritorn tal-vijabbiltà u sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess possibbli, huwa neċessarju li tiġi żgurata separazzjoni funzjonali u organizzazzjonali ċara bejn il-bank benefiċjarju u l-assi danneġġjati tiegħu. Il-Kummissjoni tifhem li meta l-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni ġiet maħluqa ma kienx possibbli, b’mod partikolari għal raġunijiet tekniċi, li r-rabtiet bejn PBB u FMS-WM jinqatgħu immedjatament. Madankollu, dik is-sitwazzjoni teħtieġ tiġi solvuta malajr kemm jista’ jkun. Abbażi ta’ dan, il-Ġermanja impenjat ruħha li PBB jistabbilixxi indipendenza organizzazzjonali sħiħa tas-servizzi relatati u jibqax jipprovdi dawk is-servizzi lil FMS-WM wara t-30 ta’ Settembru 2013. L-istess japplika għar-rifinanzjament ta’ FMS-WM. Dak l-impenn jgħin ukoll biex jiżgura li fuq perjodu medju l-profitabbiltà ta’ PBB tinżamm fiha u ma tibqax ibbażata fuq dħul mit-tariffi relatati mat-trasferiment tal-assi danneġġjati. |
|
(108) |
Il-Kummissjoni tinnota li PBB għandu l-intenzjoni li jnaqqas l-ispejjeż operattivi tiegħu b’mod konsiderevoli. Matul il-perjodu ta’ ristrutturar, il-proporzjoni ta’ spejjeż għal dħul ser jitjieb b’mod sinifikanti minn [64–79] % fl-2011 għal [32–42] % fl-2015 fix-xenarju bażi. |
|
(109) |
PBB adotta ċertu miżuri ta’ ristrutturar deċiżivi li jaffettwaw il-bażi tal-ispejjeż tiegħu. Għalaq numru konsiderevoli ta’ uffiċċji tal-bejgħ u naqqas il-forza tax-xogħol tiegħu b’madwar 30 % (1 366 impjegat fl-aħħar tal-2010, paragunat ma’ 2 000 impjegat fl-aħħar tal-2007). (31) Filwaqt li dawk il-miżuri ser ikollhom impatt pożittiv fuq l-ispejjeż operattivi fuq perjodu medju u twil, il-proċess ta’ ristrutturar iġib spejjeż straordinarji fuq perjodu qasir, b’mod partikolari għall-ħlasijiet tas-sensji u tal-irtirar bikri, it-tariffi għall-avukati u l-konsulenti, eċċ. Fil-fehma tal-Kummissjoni, is-suppożizzjoni li l-ispejjeż operattivi ser jistabbilizzaw f’livell ferm aktar baxx malli l-proċess ta’ ristrutturar ikun ġie kompletat għalhekk tidher kredibbli. |
|
(110) |
Wara t-trasferiment tal-assi danneġġjati lil FMS-WM, li rriżulta fi tnaqqis sinifikanti tal-karta tal-bilanċ, ix-xenarju bażi juri li l-provvedimenti għat-telf mis-self ta’ PBB huma stabbli għall-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(111) |
Il-Kummissjoni tqis li l-profitabbiltà fil-mira ta’ PBB hija wkoll biżżejjed robusta kontra s-suppożizzjonijiet li saru fix-xenarju ta’ stress, peress li la l-vijabbiltà tal-bank u lanqas il-prospetti tar-riprivatizzazzjoni ta’ PBB ma huma f’riskju. Skont il-pjan ta’ ristrutturar, fix-xenarju ta’ stress PBB jirreġistra telf ta’ EUR [100–125] miljun fl-2011, iżda fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar fl-2015 PBB huwa mistenni li juri profitti ta’ EUR [270-310] miljun. Ir-redditu fuq l-ekwità (wara t-taxxi) jkun negattiv fl-2011 (– [2,8–3,8] %) u fl-2012, iżda f’dak ix-xenajru r-redditu mistenni fuq l-ekwità fl-2015 jkun kważi [9–12] %. |
|
(112) |
Tabella 2: Previżjoni tal-profitt u t-telf ta’ PBB, Standards Internazzjonali għall-Irrappurtar Finanzjarju (IFRS) (xenarju ta’ stress), skont il-pjan ta’ ristrutturar
|
|
(113) |
Fid-dawl tat-titjib għall-mudell tan-negozju, l-infrastruttura teknika u l-arranġament organizzazzjonali, u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni ta’ PBB rigward il-likwidità, is-solvenza u l-profitabbiltà mistennija, il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ ristrutturar jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristruttur fir-rigward tar-ritorn tal-vijabbiltà fit-tul. |
VI.2.3.2.
|
(114) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li l-benefiċjarju għandu jagħmel kontribuzzjoni xierqa għall-ispejjeż tar-ristrutturar. Il-prinċipji huma stabbiliti kif ġej fit-Taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar:
|
|
(115) |
Id-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk l-għajnuna hijiex limitata għall-minimu neċessarju għar-ritorn tal-vijabbiltà fit-tul ta’ PBB ġew allevjati. Bħala total il-Ġermanja investiet jew ser tinvesti kważi EUR 10 biljun f’HRE. Parti minn dawk l-injezzjonijiet ta’ kapital, jiġifieri EUR 2,08 biljun, ser jintużaw għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM, filwaqt li EUR 1,59 biljun oħra ser jiġu trasferiti lil FMS-WM matul ir-ristrutturar. Madwar 63 % tal-kapital ta’ kważi EUR 10 biljun jibqa’ fl-HRE Group. |
|
(116) |
PBB huwa l-uniku entità fl-HRE Group li ser iwettaq negozju ġdid fil-ġejjieni u għaldaqstant jipparteċipa b’mod attiv fil-kompetizzjoni. Fix-xenarju bażi l-proporzjonijiet tal-kapital tal-Livell 1 tiegħu (abbażi tal-metodu RBA ta’ Basel II) huma projettati li jkunu 12,9 % fl-aħħar tal-2011, u jonqsu ftit matul il-perjodu ta’ ristrutturar biex jilħqu 12,4 % sal-aħħar tal-2015. Il-pjan ta’ ristrutturar ma jqajjimx dubji li l-bank ser jilħaq ir-rekwiżiti kapitali minimi matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Il-proporzjon tal-kapital tal-Livell 1 projettat huwa qawwi, iżda konformi mal-proporzjonijiet ta’ kapital tal-kompetituri. Bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, il-banek issa b’mod ġenerali huma mistennija li juru proporzjonijiet ta’ kapital ogħla minn ta’ qabel il-kriżi. Irid jiġi mfakkar ukoll li PBB, minħabba l-problemi tiegħu fil-kriżi, jeħtieġ bażi ta’ kapital soda sabiex jikkonvinċi lill-atturi tas-suq li huwa sieħeb tan-negozju affidabbli. Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-ammont ta’ kapital ipprovdut u l-proporzjonijiet ta’ kapital li jirriżultaw għalhekk huma meqjusin adegwati u limitati għall-minimu neċessarju. |
|
(117) |
Barra minn hekk, HRE bbenefikat mill-provvista ta’ garanziji li jammontaw għal EUR 145 biljun bħala total, li minnhom EUR 124 biljun attwalment intużaw. Dawk il-garanziji kienu neċessarji sabiex jiġi permess l-operat kontinwu tal-bank meta kien qed jiffaċċja l-insolvenza, tal-anqas sakemm HRE kienet f’pożizzjoni li titrasferixxi l-assi danneġġjati tiegħu lil FMS-WM. Il-garanziji kollha li ntużaw mill-HRE Group, li jammontaw għal total ta’ EUR 124 biljun, ġew trasferiti lil FMS-WM b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010. L-operat ta’ PBB għalhekk ma għadux jiddependi fuq il-garanziji tal-Istat. Dak it-trasferiment għin jiġi żgurat li l-għajnuna fil-forma ta’ garanziji kienet limitata għall-perjodu minimu neċessarju. |
|
(118) |
Kif dikjarat fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-banek benefiċjarji għandhom l-ewwel jużaw ir-riżorsi proprji biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar tagħhom, li tipikament isir permezz tal-bejgħ ta’ assi. HRE ttrasferiet parti konsiderevoli tal-assi tagħha billi ttrasferit ammont kunċettwali ta’ madwar EUR 210 biljun ta’ assi kif ukoll EUR 280 biljun ta’ derivattivi lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM, li b’hekk naqqset effettivament il-karta tal-bilanċ tagħha bin-nofs. Madankollu, dik it-tranżazzjoni ma ħolqot ebda bilanċ pożittiv li seta’ kkontribwixxa għall-finanzjament tal-ispejjeż ta’ ristrutturar. Minflok, it-trasferiment għandu jkun klassifikat bħala miżura ta’ għajnuna mill-Istat fiha nnifisha, peress li l-prezz li HRE rċeviet għall-assi qabeż ir-REV tal-assi b’madwar EUR 16,2 biljun. Madankollu, il-kumpanija biegħet u hija fil-proċess li tbiegħ ħafna parteċipazzjonijiet fil-kumpaniji (eż. Arsago ACM GmbH (Frankfurt), Arsago Holding AG (Svizzera), DEPFA First Albany Securities LLC (New York) u Collineo Asset Management GmbH). |
|
(119) |
HRE ħallset l-imgħax lil SoFFin fuq il-garanziji kollha mogħtija mill-Ġermanja, ir-rati tal-imgħax rispettivi li jvarjaw minn 0,5 % sa 0,8 % fis-sena. Għalhekk, f’konfirmità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fir-rigward ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali preżenti (33) (“Il-Komunikazzjoni bankarja”), irremunerat b’mod xieraq dik il-parti tal-għajnuna mill-Istat. B’kuntrast, sa issal-bank la rrenumera l-kapital li rċieva u lanqas il-ħelsien tal-kapital li rriżulta mill-miżura tal-ħelsien tal-assi, u mhuwiex kapaċi jiżgura mekkaniżmu xieraq ta’ treġġigħ lura għall-element ta’ għajnuna rċevut fil-forma ta’ valur ta’ trasferiment tal-assi li kien ogħla mir-REV tagħhom. |
|
(120) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika ġenerali ta’ HRE, jista’ jiġi konkluż li l-bank sempliċement ma kienx f’pożizzjoni li jagħmel ebda kontribuzzjoni siewja ulterjuri proprja għall-ispejjeż ta’ ristrutturar. (34) Għalhekk, in-nuqqas ta’ kontribuzzjoni proprja jrid jiġi kumpensat minn miżuri strutturali partikolarment vasti fil-pjan ta’ ristrutturar, sabiex jiġi żgurat li l-bank u l-azzjonisti tiegħu jaqsmu f’mod adegwat il-piż tas-salvataġġ tal-bank. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li l-ammont ta’ tnaqqis fin-numru tal-impjegati stabbilit fil-pjan ta’ ristrutturar f’termini tad-daqs organizzazzjonali, il-preżenza fis-suq, l-ambitu tal-attivitajiet u d-daqs tal-karta tal-bilanċ huwa, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, sostitut adegwat għan-nuqqas ta’ kontribuzzjoni proprja xierqa. |
|
(121) |
Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-bank ittieħed fi sjieda pubblika u li l-kumpens irċevut mill-azzjonisti preċedenti tiegħu kien ibbażat fuq il-valur tal-kumpanija mingħajr l-appoġġ mill-Istat. (35) Dak ir-riżultat huwa element pożittiv mill-perspettiva ta’ għajnuna mill-Istat u jfisser li l-azzjonisti preċedenti ġew ikkanċellati u b’hekk jistgħu jitqiesu bħala li kkontribwixxew b’mod suffiċjenti għall-ispejjeż tar-ristrutturar ta’ HRE. |
|
(122) |
Barra minn hekk, fir-rigward tad-detenturi ta’ obbligazzjonijiet subordinati ta’ HRE, il-Ġermanja pprovdiet impenn li HRE mhux ser tagħmel pagamenti diskrezzjonali fuq strumenti finanzjarji relatati mal-profitt lil partijiet terzi, li jiżgura li d-detenturi tal-kapital tal-Livell 2 jieħdu ftit jew xejn kumpens għall-investiment tagħhom u b’hekk jipparteċipaw fil-kondiviżjoni tal-piż fl-istess mod bħad-detenturi tal-kapital tal-Livell 1. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-azzjonisti ta’ HRE kkontribwew b’mod adegwat għall-ispejjeż ta’ ristrutturar u li bħala konsegwenza r-riskju ta’ periklu morali huwa indirizzat b’mod xieraq. |
VI.2.3.3.
|
(124) |
Rigward il-miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi li l-Kummissjoni trid tikkunsidra, fil-valutazzjoni tagħha tal-ammont ta’ għajnuna, il-livell ta’ kondiviżjoni tal-piż u l-pożizzjoni li l-istituzzjoni finanzjarja ser ikollha fis-suq wara r-ristrutturar. Abbażi ta’ dik l-analiżi, għandhom jiġu stabbiliti miżuri xierqa. |
|
(125) |
Id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati minn HRE huma sinifikanti. B’mod ġenerali, l-Istat Ġermaniż ipprovda jew ser jipprovdi għal injezzjonijiet ta’ kapital ta’ HRE li jammontaw għal madwar EUR 9,95 biljun (FMS-WM irċeviet jew ser tirċievi parti minn dak il-kapital) u garanziji ta’ EUR 145 biljun. HRE bbenefikat ukoll minn miżura ta’ ħelsien tal-assi b’element ta’ għajnuna ta’ madwar EUR 20 biljun. Minħabba dak l-appoġġ konsiderevoli mill-Istat, għandu jitwettaq ristrutturar fil-fond ta’ HRE. |
|
(126) |
Is-suċċessur ta’ HRE, PBB, ser ikun iffinanzjat sew u meħlus mill-piż tas-self riskjuż li kien sar minn HRE fil-passat. Ammont kbir ta’ għajnuna kien neċessarju sabiex PBB jinżamm fin-negozju u jiġi faċilitat il-qsim. Madankollu, PBB ser ikun bank ferm iżgħar, u miżuri suffiċjenti li jillimitaw kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni ġew stabbiliti mill-Ġermanja. |
|
(127) |
L-ewwel, PBB ser ikun entità ekonomika li hija pjuttost differenti mill-HRE ta’ qabel. Dan ittieħed fi sjieda pubblika u fil-preżent huwa soġġett għal ristrutturar fil-fond. Bħala riżultat, PBB huwa bank ferm iżgħar milli kienet HRE. Wara t-trasferiment ta’ serje ta’ assi lil FMS-WM, id-daqs tal-karta tal-bilanċ strateġika ta’ PBB – li ma tikkunsidrax dawk l-entrati tal-karta tal-bilanċ li huma f’modalità eżawrita jew li ġew trasferiti sintetikament lil FMS-WM – huwa ta’ madwar 15 % tal-karta tal-bilanċ ta’ HRE fl-aħħar tal-2008. |
|
(128) |
It-tieni, il-Ġermanja pprovdiet lill-Kummissjoni b’diversi impenji li għandhom l-għan li jillimitaw il-preżenza fis-suq ta’ PBB, li ġew deskritti f’aktar dettall fit-Taqsima V. PBB ser ifittex biss negozju ġdid f’żewġ linji tan-negozju, REF u FIP. Dawk iż-żewġ linji tan-negozju għandhom biss spazju limitat għal tkabbir matul il-perjodu ta’ ristrutturar peress li negozju ġdid, id-daqsijiet tal-karta tal-bilanċ u tal-portafolji għandhom kollha jibqgħu f’limiti definiti, li jirrestrinġu effettivament l-abbiltà ta’ PBB li tespandi fis-suq u b’hekk tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawk il-limiti massimi fuq it-tkabbir ser jibqgħu fis-seħħ sa tal-anqas il-31 ta’ Diċembru 2013 u potenzjalment aktar jekk PBB ma jiġix riprivatizzat sa dak iż-żmien. L-entitajiet l-oħra kollha ta’ HRE Group għandhom iwaqqfu n-negozju u jeżawrixxu l-portafolji tagħhom, b’mod partikolari l-ġestjoni tal-finanzi tal-infrastruttura, tas-swieq kapitali u tal-assi, u l-attivitajiet relatati mal-finanzi tal-baġit. |
|
(129) |
It-tielet, sabiex jiġi sollevat it-tħassib tal-Kummissjoni li PBB jista’ jagħmel ħsara lill-kompetizzjoni u lill-kompetituri permezz ta’ strateġiji ta’ pprezzar aggressivi wisq, il-Ġermanja impenjat ruħha li n-negozju ġdid strateġiku ta’ PBB ma joħroġx self ġdid b’RAROC ta’ anqas minn 10 % fuq bażi ta’ tranżazzjonijiet individwali. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dak l-impenn ser ikun miżura oħra effettiva kontra distorsjonijiet mhux dovuti tal-kompetizzjoni. |
|
(130) |
Ir-raba’, l-attivitajiet ta’ PBB ser ikunu limitati minn restrizzjonijiet komportamentali li jinkludu projbizzjoni ta’ akkwiżizzjoni u projbizzjoni fuq l-invokazzjoni ta’ appoġġ mill-Istat fir-reklamar tiegħu. |
|
(131) |
Fl-aħħar, il-Ġermanja impenjat ruħha wkoll li tirriprivatizza lil PBB malajr kemm jista’ jkun, jiġifieri mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015. Il-bejgħ ta’ PBB ser jippermetti lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tirkupra (parti minn) l-fondi investiti f’HRE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-riprivatizzazzjoni f’waqtha tista’ tiżgura li l-partijiet terzi jkollhom l-opportunità li jakkwistaw lil PBB. |
VII. MONITORAĠĠ
|
(132) |
Il-Ġermanja impenjat ruħha li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ HRE u l-implimentazzjoni tal-impenji jkunu monitorjati minn trustee tal-monitoraġġ, li jissottometti rapporti lill-Kummissjoni fuq bażi trimestrali. |
VIII. KONKLUŻJONI
|
(133) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri analizzati hawn fuq jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-għajnuna għar-ristrutturar hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE soġġett għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar li ġie aġġornat fl-aħħar fl-14 ta’ Ġunju 2011 u soġġett għas-sodisfazzjoni tal-impenji stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja implimentat u qed tippjana li timplimenta favur Hypo Real Estate Group, li tikkonsisti minn
|
— |
injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 60 miljun, notifikata fis-17 ta’ April 2009, |
|
— |
injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 2,96 biljun, notifikata fit-3 ta’ Ġunju 2009, |
|
— |
injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 3 biljun, notifikata fis-26 ta’ Ottubru 2009, |
|
— |
injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 1,85 biljun notifikata fit-30 ta’ April 2010, li minnha EUR 450 miljun huma soġġetti għall-eżistenza ta’ ċerti ċirkostanzi, |
|
— |
injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 2,08 biljun notifikata fl-10 ta’ Settembru 2010, |
|
— |
garanziji ta’ EUR 35 biljun, notifikati fit-30 ta’ Settembru 2008, |
|
— |
garanziji ta’ EUR 52 biljun, notifikati fis-17 ta’ April 2009, |
|
— |
garanzija ta’ EUR 8 biljun, notifikata fis-26 ta’ Ottubru 2009, |
|
— |
garanzija ta’ EUR 10 biljun, notifikata fis-26 ta’ Ottubru 2009, |
|
— |
garanzija ta’ likwidità ta’ EUR 20 biljun, notifikata fit-2 ta’ Settembru 2010, |
|
— |
garanzija ta’ saldu ta’ EUR 20 biljun, notifikata fl-10 ta’ Settembru 2010 u |
|
— |
trasferiment ta’ assi lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS Wertmanagement AöR, notifikat fl-10 ta’ Settembru 2010, |
hija kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-impenji stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Ġermanja għandha, mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, tissottometti lill-Kummissjoni rapporti trimestrali dettaljati dwar il-miżuri meħudin għall-konformità magħha, konformi mal-iskeda ta’ żmien stabbilita fl-Anness għall-impenji.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat KE fejn xieraq.
(2) ĠU C 240, 7.10.2009, p. 11; ĠU C 13, 20.1.2010, p. 58; ĠU C 300, 6.11.2010, p. 6.
(3) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2008 (ĠU C 293, 15.11.2008, p. 1).
(4) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 fil-każ N 625/08 (ĠU C 143, 24.6.2009, p. 1).
(5) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009, mibdula bid-Deċiżjoni tal-24 ta’ Lulju 2009 fil-każ C 15/09 (ex N 196/09) (ĠU C 240, 7.10.2009, p. 11).
(6) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.
(7) Skont il-Ġermanja, il-garanzija ta’ SoFFin li tammonta għal EUR 2 biljun għall-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni ta’ HRE qatt ma ġiet mitluba formalment minn HRE jew approvata minn SoFFin.
(8) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2009 fil-każijiet C 15/09 (ex N 196/09), N 333/09 u N 557/09 (ĠU C 13, 20.1.2010, p. 58).
(9) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2009 fil-każ N 694/09 (ĠU C 25, 2.2.2010, p. 14).
(10) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2010 fil-każ N 161/10 (ĠU C 190, 14.7.2010, p. 7).
(11) Istituzzjoni ta’ likwidazzjoni ta’ HRE.
(12) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2010 fil-każijiet C 15/09 (ex N 196/09) u N 380/10 (ĠU C 300, 6.11.2010, p. 6).
(13) Għal aktar informazzjoni dwar il-grupp ta’ HRE u l-problemi tiegħu ara d-deċiżjoni tal-ftuħ u d-deċiżjonijiet dwar l-estensjoni tal-proċedura.
(14) HRE Finance i.L. ġiet maħluqa fl-2007 għall-fini ta’ tranżazzjoni ta’ titoli speċifika waħda u ilha f’likwidazzjoni mill-2008. Din ma għandhiex impjegati u t-total tal-karta tal-bilanċ tagħha fl-aħħar tal-2010 kien biss ta’ EUR 275 000.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali.
(15) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 10.
(16) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2008 fil-każ N 512/08, Rettungspaket für Kreditinstitute in Deutschland, mibdula bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 fil-każ N 625/08, Rettungspaket für Finanzinstitute in Deutschland (ĠU C 143, 24.6.2009, p. 1).
(17) ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.
(18) Skont il-Ġermanja, iż-EUR 2 biljun għall-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni qatt ma ntalbu formalment minn HRE jew ġew approvati minn SoFFin. Il-Kummissjoni ma approvatx dik il-garanzija.
(19) ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.
(20) Id-dokument ta’ impenji sħiħ huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.
(21) PBB għandu netwerk ta’ fergħat stabbilit fis-swieq ewlenin iżda mhux fis-swieq l-oħra.
(22) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2008 (ĠU C 293, 15.11.2008, p. 1); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009, mibdula bid-Deċiżjoni tal-24 ta’ Lulju 2009 fil-każ C 15/09 (ex N 196/09) (ĠU C 240, 7.10.2009, p. 11); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2009 fil-każijiet C 15/09 (ex N 196/09), N 333/09 u N 557/09) (ĠU C 13, 20.1.2010, p. 58); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2009 fil-każ N 694/09 (ĠU C 25, 2.2.2010, p. 14); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2010 fil-każ N 161/10 (ĠU C 190, 14.7.2010, p. 7); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2010 fil-każijiet C 15/09 (ex N 196/09) u N 380/10 (ĠU C 300, 6.11.2010, p. 6).
(23) Dan l-impenn fir-rigward tal-likwidazzjoni ma jippreġudikax per se l-possibbiltà li l-Ġermanja tista’ tbiegħ partijiet ta’ DEPFA Bank plc jew DEPFA Bank plc kollha kemm hi jew kwalunkwe mill-kumpaniji sussidjarji tagħha f’data aktar tard. Jekk it-tali bejgħ kellu jseħħ qabel l-aħħar ta’ Diċembru 2013, dan jiġi notifikat lill-Kummissjoni u ma jiġix effettwat qabel il-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha. F’xenarju fejn il-grupp ta’ DEPFA Bank plc jew kwalunkwe partijiet tagħha kellhom jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet fis-suq, dan l-impenn jippermetti l-Kummissjoni teżamina jekk kwalunkwe għajnuna mill-Istat li DEPFA Bank plc kienet ibbenefikat minnha kkawżatx distorsjoni tal-kompetizzjoni u – jekk neċessarju - biex tieħu l-miżuri xierqa biex tnaqqas it-tali distorsjoni.
(24) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2011 fil-każ SA.32745 (2011/NN, Kommunalkredit, għadha mhux ippubblikata).
(25) Cf. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/395/UE fil-każ C 17/09, LBBW (ĠU L 188, 21.7.2010, p. 1), u Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/608/KE fil-każ C 10/09 ING (ĠU L 274, 19.10.2010, p. 139).
(26) Cf. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/395/UE.
(27) F’dak ir-rigward il-Kummissjoni taqbel mal-osservazzjonijiet ta’ Heisse Kursawe Eversheds li l-għajnuna lil HRE tista’ tiġi approvata biss abbażi ta’ pjan ta’ ristrutturar sostenibbli.
(28) F’konformità mal-prattika tal-każ il-vijabbiltà tal-partijiet tal-grupp li huma f’modalità eżawrita, bħall-DEPFA Bank plc, mhijiex valutata.
(29) Ix-xenarju ta’ stress bażikament jissoponi sovereign shock bħal fit-test tal-istress CEBS tal-2010 u xenarju ta’ “ double dip ”, li jaffettwa l-provvedimenti għal telf fuq self kontinġenti, l-ammont ta’ RWAs u r-rati ta’ tiġdid.
(30) Dak il-portafoll ma fihx l-assi li ġew trasferiti lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM.
(31) Ċerti persuni (pereżempju membri tal-bord eżekuttiv, membri tal-bord superviżorju) mhumiex inklużi f’dawk iċ-ċifri.
(32) Ara l-punt 22 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.
(33) ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.
(34) Dak l-istatus ta’ diffikultà kbira tal-bank fil-passat jista’ jitqies ukoll bħala r-raġuni għalfejn il-Ġermanja ddeċidiet tieħu l-bank fis-sjieda tal-Istat.
(35) B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li x-xiri tal-ishma eżistenti u l-akkwiżizzjoni tal-assi ma jiffavorixxux kumpanija billi dawn jammontaw għal biss bidla tas-sjieda. Il-kumpens imħallas lill-azzjonisti minuri għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lil HRE fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li dan ma jipprovdix lill-kumpanija b’vantaġġ li jirriżulta mir-riżorsi tal-Istat. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Frar 2009 fil-każ N 61/09, Bidla tas-sjieda ta’ Anglo-Irish Bank Corporation plc (ĠU C 177, 30.7.2009, p. 2), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2008 fil-każ C 14/08 Northern Rock (ĠU C 135, 3.6.2008, p. 21).
ANNESS
DOKUMENT TA’ IMPENJI FIL-PROĊEDURI TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT SA.28264 (C 15/09) HYPO REAL ESTATE — ĠERMANJA
KONTENUT
|
1. |
Ġenerali | 19 |
|
2. |
Restrizzjoni ta’ negozju ġdid għas-sottogrupp ta’ PBB | 20 |
|
3. |
Riprivatizzazzjoni tas-sottogrupp ta’ PBB | 21 |
|
4. |
Ristrizzjoni tat-tkabbir tas-sottogrupp ta’ PBB | 21 |
|
5. |
Tnaqqis attiv tal-attivitajiet ta’ negozju tas-sottogrupp ta’ DEPFA plc | 23 |
|
6. |
Istituzzjoni ta’ likwidazzjoni | 24 |
|
7. |
Tnaqqis attiv u eżawriment tal-linji tan-negozju | 24 |
|
8. |
Tnaqqis tal-preżenza fis-suq | 24 |
|
9. |
Kontribuzzjoni proprja | 26 |
|
10. |
Impenji oħra | 27 |
|
11. |
Termini u kundizzjonijiet ta’ ċessjoni | 29 |
|
12. |
Trustee tal-Monitoraġġ | 29 |
| Anness – It-Trustee | 29 |
|
A |
Ħatra | 29 |
|
B |
Doveri u obbligi tat-Trustees | 30 |
|
C |
Doveri u obbligi ta’ HRE | 31 |
|
D |
Sostituzzjoni, kwittanza u ħatra mill-ġdid tat-Trustee | 32 |
1. Ġenerali
|
(i) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (“il-Ġermanja”) ser tiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar sottomess fl-1 ta’ April 2009 u aġġornat fl-14 ta’ Ġunju 2011 (“pjan ta’ ristrutturar”) għal Hypo Real Estate Konzernverbund (“HRE”) inkluż l-impenji stabbiliti hawn taħt (“impenji”) jiġi implimentat bis-sħiħ fil-perjodi speċifikati (“perjodi”) f’kull każ. |
|
(ii) |
L-iskop ta’ dan id-Dokument ta’ Impenji huwa li jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tieħu deċiżjoni skont il-proċedura SA.28264 (C 15/09) li tapprova l-għajnuna mill-Istat notifikata mill-Ġermanja, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni u l-garanziji u l-miżuri kollha assoċjati mal-istabbiliment, ir-reklutaġġ ta’ persunal u l-isservisjar tal-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni “FMS-Wertmanagement” (“istituzzjoni ta’ likwidazzjoni”) mill-kumpaniji ta’ HRE. |
|
(iii) |
Dwar ir-riprivatizzazzjoni ta’ Deutsche Pfandbriefbank AG (“PBB”), DEPFA BANK plc (“DEPFA plc”) u tal-parteċipazzjonijiet miżmuma minn DEPFA plc f’Hypo Public Finance Bank plc (“HPFB”), Hypo Pfandbrief Bank International S.A. (“HPBI”) u DEPFA ACS Bank plc (“ACS”), l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw minn dan id-Dokument ta’ Impenji ser jieqfu japplikaw għall-kumpanijia riprivatizzata. Għas-sottogrupp ta’ PBB biss, dan ser japplika mhux aktar kmieni mill-31 ta’ Diċembru 2013. Ir-riprivatizzazzjoni ser titqies li kienet ta’ suċċess jekk il-Ġermanja ma tistax teżerċita direttament jew indirettament kontroll uniku jew konġunt fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Fużjonijiet (KE) Nru 139/2004 fuq il-kumpanija konċernata (“riprivatizzazzjoni”). |
2. Restrizzjoni ta’ negozju ġdid għas-sottogrupp ta’ PBB
Il-Ġermanja ser tiżgura li, mhux aktar tard min-notifika tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat implimentata għal HRE mas-suq komuni (“deċiżjoni ”), HRE tirrestrinġi n-negozju ġdid tagħha għas-sottogrupp ta’ PBB. Il-Ġermanja ser tiżgura li l-kumpaniji l-oħra kollha ta’ HRE ma jwettqu ebda negozju ġdid iżda jippermettu li n-negozju tagħhom jiġi eżawrit. Is-sottogrupp ta’ PBB ser isir attiv bħala bank kummerċjali speċjalizzat għall-finanzi tal-proprjetà immobbli eliġibbli għall-Pfandbrief u għall-finanzi tal-investiment pubbliku eliġibbli għall-Pfandbrief fil-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 8.4:
|
(i) |
Fil-linja tan-negozju tal-finanzi tal-proprjetà immobbli l-attivitajiet kollha tas-sottogrupp ta’ PBB fil-finanzi tal-proprjetà immobbli kummerċjali ser ikunu assoċjati mal-klijenti tal-proprjetà immobbli professjonali. |
|
(ii) |
Il-linja tan-negozju tal-finanzi tal-investiment pubbliku ser tinkludi esklussivament finanzjament fuq perjodu medju jew twil ta’ proġetti pubbliċi li jew fl-interess pubbliku jew iservu biex jissalvagwardjaw il-potenzjal tal-produttività, inkluż servizzi li huma marbuta fil-qrib ma’ tali finanzjament.
|
|
(iii) |
Is-sottogrupp ta’ PBB jista’ jwettaq ristrutturar u tiġdid tal-assi eżistenti sa fejn dan ikun neċessarju sabiex jinżamm il-valur u għall-ġestjoni effiċjenti tal-pools koperti. |
|
(iv) |
Sa fejn huwa neċessarju għal raġunijiet regolatorji jew oħrajn legali (pereżempju r-rekwiżiti skont Basel III, MaRisk, EBA/CEBS jew l-Att dwar il-Pfandbrief li jistgħu jiġu garantiti biss permezz ta’ bonds tal-gvern li huma funġibbli jew meħtieġa mir-regolatur), is-sottogrupp ta’ PBB jista’, minkejja s-sospensjoni tal-baġit li jiffinanzja n-negozju, jkompli jakkwista, jżomm u jbiegħ titoli approvati għall-ġestjoni tal-pools koperti tas-sottogrupp ta’ PBB u għall-ġestjoni tal-likwidità. Dan ma jinkludix kwalunkwe negozju tal-finanzi tal-baġit bħala attività tan-negozju strateġika. |
3. Riprivatizzazzjoni tas-sottogrupp ta’ PBB
|
(i) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li r-riprivatizzazzjoni tas-sottogrupp ta’ PBB skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti fil-paragrafu 11 isseħħ mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, taħt kundizzjonjiet ekonomikament sostenibbli, jiġifieri permezz tal-bejgħ lil xerrej wieħed jew iżjed li huma indipendenti mill-Ġermanja u HRE, jekk neċessarju permezz ta’ offerta. Xerrej huwa indipendenti mill-Ġermanja jekk, fi żmien ir-riprivatizzazzjoni, il-Ġermanja ma tistax teżerċita direttament jew indirettament kontroll uniku jew konġunt fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Fużjonijiet (KE) Nru 139/2004 fuq ix-xerrej. Xerrej huwa indipendenti minn HRE jekk, fi żmien ir-riprivatizzazzjoni, HRE ma jkollha ebda ishma diretti jew indiretti fix-xerrej kif ukoll ebda konnessjonijiet oħra max-xerrej skont il-liġi tal-kumpaniji. Ix-xerrej għandu jkun approvat mill-Kummissjoni. |
|
(ii) |
Kundizzjonijiet ekonomikament sostenibbli għar-riprivatizzazzjoni jeżistu jekk id-dħul tar-riprivatizzazzjoni jirrappreżenta,
tas-somma tal-pagamenti kollha, li tammonta għal massimu ta’ EUR 10,23 biljun, li l-Sonderfonds Finanzmarktstabilisierung (“SoFFin ”) tkun ħallset jew għad trid tħallas skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Jekk ir-riprivatizzazzjoni ma tkunx seħħet sal-31 ta’ Diċembru 2014, din isseħħ sal-31 ta’ Diċembru 2015 irrispettivament mid-dħul li jista’ jinkiseb. Jekk ir-riprivatizzazzjoni ma tkunx seħħet sal-31 ta’ Diċembru 2015, jiġi maħtur Trustee taċ-Ċessjoni bil-mandat li jikkompleta r-riprivatizzazzjoni irrispettivament mid-dħul li jista’ jinkiseb. Il-ħatra, id-doveri, ir-responsabbiltajiet u l-kwittanza tat-Trustee taċ-Ċessjoni għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-anness “Trustees”. |
4. Ristrizzjoni tat-tkabbir tas-sottogrupp ta’ PBB
|
(i) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li l-valuri skont il-kotba kumulattivi tal-assi li jġorru l-imgħax (“assi li jġorru l-imgħax”) fil-linji tan-negozju strateġiċi tas-sottogrupp ta’ PBB tal-finanzi tal-proprjetà immobbli u l-finanzi tal-investiment pubbliku, li fil-31 ta’ Diċembru 2010 flimkien ammontaw għal EUR 34,3 biljun, ma jaqbżux EUR [30–50] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2011, EUR [40–60] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012, EUR [40–60] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2013, EUR [40-60] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2014 u EUR [60–90] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2015. L-assi li jġorru l-imgħax taż-żewġ linji tan-negozju strateġiċi jistgħu jiġu suddiviżi kif ġej:
|
|
(ii) |
Il-valuri skont il-kotba kumulattivi tal-assi li jġorru l-imgħax fil-linji tan-negozju strateġiċi tas-sottogrupp ta’ PBB tal-finanzi tal-proprjetà immobbli u l-finanzi tal-investiment pubbliku huma bbażati fuq negozju ġdid kif ġej:
Jekk il-limiti ta’ fuq għall-volum tan-negozju ġdid kif stabbilit f’4(ii)a) u 4(ii)b) ma jintlaħqux, dan in-negozju ġdid jista’ jsir fis-snin ta’ wara. |
|
(iii) |
Il-konformità mal-limiti ta’ fuq kif stabbilit fil-paragrafu 4(i) u l-paragrafu 4(ii) hija obbligatorja. Devjazzjonijiet minn dawk il-limiti huma permissibbli kif deskritt hawn taħt:
|
|
(iv) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li l-karta tal-bilanċ ikkoreġuta tal-grupp IFRS tas-sottogrupp ta’ PBB (“il-karta tal-bilanċ ikkoreġuta tal-grupp IFRS”), li ammontat għal EUR 112,6 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2010, ma taqbiżx EUR 107,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2011, EUR 105,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012, EUR 105,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2013, EUR 103,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2014 u EUR 107,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2015. |
|
(v) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li l-karta tal-bilanċ strateġika kkoreġuta ta’ IFRS tas-sottogrupp ta’ PBB (“il-karta tal-bilanċ strateġika kkoreġuta tal-grupp IFRS”), li ammontat għal EUR 64,7 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2010, ma taqbiżx EUR 67,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2011, EUR 71,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012, EUR 75,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2013, EUR 79,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2014 u EUR 86,0 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2015. |
|
(vi) |
In-negozju ġdid tas-sottogrupp ta’ PBB se jkun fih il-volumi nominali konklużi ġodda kollha (mingħajr tiġdid jew ristrutturar) fl-assi li jġorru l-imgħax fil-linji tan-negozju strateġiċi tal-finanzi tal-proprjetà immobbli u l-finanzi tal-investiment pubbliku. Sindakalizzazzjonijiet, li normalment għandhom jiġu effettwati/trasferiti fi żmien 6 xhur, jistgħu jinbdew biss bil-parti li tibqa’ l-proprjetà ta’ PBB. |
|
(vii) |
Il-karta tal-bilanċ ikkoreġuta tal-grupp IFRS tikkorrispondi għall-karta tal-bilanċ tal-grupp IFRS tas-sottogrupp ta’ PBB, ikkoreġuta għall-effetti ta’ darba u li jiġu mgħoddija li jirriżultaw mit-trasferiment tal-assi mhux strateġiċi lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM. Dan huwa relatat, pereżempju, mal-finanzjament tal-BĊE tal-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni jew l-aġġornamenti tal-kanali ta’ trasferiment li għadhom ma ġewx implimentati, pereżempju back-to-back minflok novazzjoni għad-derivattivi. Minbarra l-assi meħtieġa għat-tmexxija tajba tal-bank, il-karta tal-bilanċ ikkoreġuta tal-grupp IFRS tas-sottogrupp ta’ PBB tinkludi
|
|
(viii) |
il-karta tal-bilanċ ikkoreġuta strateġika tal-grupp IFRS tikkorrispondi għall-karta tal-bilanċ ikkoreġuta tal-grupp IFRS (paragrafu 4(vii)), nieqes
|
|
(ix) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li s-sottogrupp tal-PBB jkollu strutturi ta’ kontabbiltà jew ta’ rapportar finanzjarju xierqa li jippermettu li l-konformità ma’ dawn l-impenji tiġi sorveljata. |
|
(x) |
Iċ-ċifri fil-paragrafi 4(i), 4(iv) u 4(v) jistgħu jiġu kkoreġuti għal effetti mhux taxxabbli bħal bidliet fl-istandards ta’ valutazzjoni. Iċ-ċifri tal-karta tal-bilanċ jistgħu jiġu aġġustati wkoll għall-effetti tal-muniti barranin u t-tendenza fil-valuri tas-suq tad-derivattivi, jekk din it-tendenza tkun differenti mit-tendenza deskritta fil-pjan ta’ ristrutturar u d-differenza ma tkunx attribwibbli għal żieda fil-valuri kunċettwali tad-derivattivi. |
5. Tnaqqis attiv tal-attivitajiet ta’ negozju tas-sottogrupp ta’ DEPFA plc
5.1. Attivitajiet tan-negozju tas-sottogrupp ta’ DEPFA plc
Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE tissepara lilha nnifisha kompletament mill-attivitajiet ta’ negozju tas-sottogrupp ta’ DEPFA plc.
|
(i) |
billi tevita negozju ġdid fis-sottogrupp ta’ DEPFA plc (karta tal-bilanċ ta’ EUR 248 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2008) mhux aktar tard mid-data ta’ notifika tad-deċiżjoni. Dan li ġej mhuwiex “negozju ġdid” fis-sens ta’ dan id-Dokument ta’ Impenji:
jekk in-“neċessità” hija rekwiżit tal-paragrafi 5.1(i)b), 5.1(i)d), 5.1(i)e) u 5.1(i)g), dan ifisser li l-miżura konċernata għandha tkun kapaċi tikseb l-objettiv li sservi taħt kundizzjonijiet ekonomikament vijabbli u sostenibbli; |
|
(ii) |
u permezz
|
5.2. Bejgħ ta’ DEPFA plc jew tal-parteċipazzjonijiet miżmuma minn DEPFA plc (HPFB, HPBI u ACS)
|
(i) |
Jekk u sa fejn il-bejgħ ta’ assi individwali ta’ HPFB, HPBI, ACS jew DEPFA plc ma jirrappreżentax il-forma l-aktar kosteffettiva ta’ eżawriment attiv (paragrafu 5.3), il-Ġermanja ser tiżgura li HRE teffettwa r-riprivatizzazzjoni ta’ HPFB, HPBI, ACS jew DEPFA plc bħala sottogrupp mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti fil-paragrafu 11. Fl-istess ħin, il-Ġermanja se tiżgura li l-proċeduri tal-bejgħ neċessarji jiġu introdotti biżżejjed fil-pront sabiex jippermettu li r-riprivatizzazzjoni ta’ HPFB, HPBI, ACS jew DEPFA plc bħala sottogrupp tiġi effettwata sal-31 ta’ Diċembru 2014. |
|
(ii) |
Ir-riprivatizzazzjoni ta’ HPFB, HPBI, ACS jew DEPFA plc bħala sottogrupp għandha, f’kull każ, isseħħ biss jekk u sa fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-kumpanija konċernata:
|
|
(iii) |
Jekk is-sottogrupp ta’ DEPFA plc jiġi likwidat u għalhekk jirtira mis-suq, ma jqumu l-ebda problemi li huma relatati mal-għajnuna mill-Istat sakemm is-sottogrupp ta’ DEPFA plc ma jikkuntratta l-ebda negozju ġdid. Il-Ġermanja tintrabat li tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea fil-pront qabel kwalunkwe bejgħ ta’ DEPFA plc jew tas-sussidjarji ta’ DEPFA plc lil partijiet terzi, u bejgħ ma għandux iseħħ qabel il-31 ta’ Diċembru 2013 sakemm ma jkunx ġie approvat minn qabel mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ser tagħmel kull sforz biex tlesti l-investigazzjoni rilevanti malajr kemm jista’ jkun. Dan l-impenn ma japplikax għall-bejgħ ta’ assi biss minn DEPFA u/jew is-sussidjarji tagħha. |
5.3. Bejgħ ta’ portafolji tal-kreditu
|
(i) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li portafolji tal-kreditu oħra miżmuma minn DEPFA plc, sa fejn dawn ma jkunux koperti bil-paragrafu 5.2, jinbiegħu lil xerrej wieħed jew iżjed adatti u indipendenti sal-31 ta’ Diċembru 2014. |
|
(ii) |
Bejgħ għandu jseħħ biss jekk u sa fejn, b’kunsiderazzjoni tal-obbligi kuntrattwali u jekk nissoponu li l-kundizzjonijiet legali finanzjarji u rilevanti għall-karta tal-bilanċ sottostanti jibqgħu essenzjalment l-istess, id-dħul minimu mill-bejgħ realizzat ikun […]. |
6. Istituzzjoni ta’ likwidazzjoni
|
(i) |
Il-Ġermanja timpenja ruħha li, wara t-30 ta’ Settembru 2013, is-sottogrupp ta’ PBB ma jibqax jipprovdi servizzi assoċjati mas-servisjar tal-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM. Ix-xogħol u s-superviżjoni ta’ segwitu fuq perjodu qasir tal-proċess ta’ trasferiment lil fornitur tas-servizz ġdid li huwa indipendenti mill-grupp ta’ HRE għandu jibqa’ mhux affettwat. |
|
(ii) |
Il-Ġermanja timpenja ruħha li, wara t-30 ta’ Settembru 2013, HRE ma tibqax tipprovdi servizzi ta’ rifinanzjament lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni. |
|
(iii) |
Il-Ġermanja timpenja ruħha li - skont il-paragrafu 6(i)(i) – ikun hemm separazzjoni organizzazzjonali ċara bejn l-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni u HRE/PBB. |
7. Tnaqqis attiv u eżawriment tal-linji tan-negozju
|
(i) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE tnaqqas attivament il-linji tan-negozju tal-finanzi tal-infrastruttura u tas-swieq kapitali/ġestjoni tal-assi. Għalhekk il-Ġermanja ser tiżgura b’mod partikolari li, sa mhux aktar tard mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni, HRE ma tikkonkludi ebda negozju ġdid fil-linji tan-negozju tal-finanzi tal-infrastruttura u tas-swieq kapitali/ġestjoni tal-assi. Il-paragrafu 5.1(i) ser japplika mutatis mutandis. |
|
(ii) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li s-sottogrupp ta’ PBB jippermetti l-linja tan-negozju tal-finanzi tal-baġit fil-karta tal-bilanċ tiegħu tiġi eżawrita u, mhux aktar tard mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni, ma jikkonkludi ebda negozju ġdid fil-linja tan-negozju tal-finanzi tal-baġit. Il-linja tan-negozju tal-finanzi tal-baġit tinkludi self baġitarju lill-awtoritajiet tal-Istat bħal gvernijiet ċentrali u federali, awtoritajiet lokali u gvernijiet reġjonali li jintuża għall-finanzjament ġenerali u mhux impenjat tal-baġit u għalhekk mhuwiex marbut ma’ skop speċifiku bil-karattru ta’ assi u/jew investiment. |
8. Tnaqqis tal-preżenza fis-suq
8.1. Tnaqqis tal-preżenza fis-suq fil-linji tan-negozju tal-finanzi tal-investiment pubbliku u tal-finanzi tal-baġit
Fil-31 ta’ Diċembru 2010 HRE kienet għalqet il-15-il sit elenkat hawn taħt fil-linji tan-negozju tal-finanzi tal-investiment pubbliku u l-finanzi tal-baġit:
|
(i) |
Amsterdam, |
|
(ii) |
Ateni, |
|
(iii) |
Bukarest, |
|
(iv) |
Chicago, |
|
(v) |
Frankfurt am Main, |
|
(vi) |
Ħong Kong, |
|
(vii) |
Istanbul, |
|
(viii) |
Kopenħagen, |
|
(ix) |
Milan (taqsima tal-bejgħ tas-sit), |
|
(x) |
Mexico City, |
|
(xi) |
Mumbai, |
|
(xii) |
Nikosija, |
|
(xiii) |
São Paulo, |
|
(xiv) |
Sacramento u |
|
(xv) |
Varsavja. |
8.2. Tnaqqis tal-preżenza fis-suq fil-linja tan-negozju tal-finanzi tal-proprjetà immobbli
Fil-31 ta’ Diċembru 2010 HRE kienet għalqet it-12-il sit elenkat hawn taħt fil-linja tan-negozju tal-finanzi tal-proprjetà immobbli:
|
(i) |
Berlin (taqsima tal-bejgħ tas-sit), |
|
(ii) |
Dortmund, |
|
(iii) |
Ħamburg, |
|
(iv) |
Ħong Kong, |
|
(v) |
Kopenħagen, |
|
(vi) |
Lisbona, |
|
(vii) |
Milan (taqsima tal-bejgħ tas-sit), |
|
(viii) |
Manchester, |
|
(ix) |
Mumbai, |
|
(x) |
Singapor, |
|
(xi) |
Stokkolma u |
|
(xii) |
Tel Aviv. |
8.3. Riattivazzjoni tal-fergħat jew tal-uffiċċji tal-bejgħ
Is-sottogrupp ta’ PBB għandu l-libertà li jerġa’ jiftaħ tliet fergħat jew uffiċċji tal-bejgħ fil-Ġermanja (Berlin, Ħamburg, iż-żona Rhine-Ruhr) u fergħa waħda fi Stokkolma. Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE/PBB ma tiftaħx aktar fergħat, uffiċċji tal-bejgħ jew siti ulterjuri.
8.4. Restrizzjoni tal-pajjiżi b’attività tan-negozju ġdida
Il-Ġermanja ser tiżgura li s-sottogrupp ta’ PBB jikkonkludi biss negozju ġdid fil-pajjiżi li ġejjin:
|
(i) |
Finanzi tal-proprjetà immobbli:
|
|
(ii) |
Finanzi tal-investiment pubbliku:
|
9. Kontribuzzjoni proprja
9.1. Remunerazzjoni għall-użu tal-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni
|
(i) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE, fil-limiti tal-kapaċitajiet tagħha, tħallas remunerazzjoni għall-użu tal-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni FMS-WM. Għaldaqstant il-Ġermanja ser tiżgura li l-Aġenzija Federali għall-Istabbilizzazzjoni tas-Suq Finanzjaru (“FMSA”) tistabbilixxi l-obbligi ta’ ħlas skont § 8a(4)(8) tal-Att dwar il-Fond għall-Istabbilizzazzjoni tas-Suq Finanzjarju (FMStFG) li jammontaw għal EUR 1,59 biljun (“obbligu ta’ ħlas”) fil-livell sħiħ u li s-sussidjarji ta’ HRE, li għalihom huwa indirizzat l-obbligu ta’ ħlas, iħallsu l-obbligu ta’ ħlas kollu skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali speċifikati fih, jekk neċessarju fi stadji. Il-ħlas isir lil FMS-WM, bir-riżultat li l-kapital ta’ FMS-WM jiżdied kif xieraq mal-pagament. Skont l-obbligu ta’ ħlas, dawk is-sussidjarji ta’ HRE li ttrasferew assi lill-istituzzjoni ta’ likwidazzjoni huma obbligati jħallsu, sakemm għandhom kwota ta’ kapital ewlieni li taqbeż 15 % u jikkonformaw ukoll ma’ ċertu rekwiżiti regolatorji u oħrajn. Abbażi tad-dejta miġbura fil-31 ta’ Marzu 2011, dan japplika biss għas-sussidjarji tas-sottogrupp ta’ DEPFA; skont l-iżviluppi fil-ġejjieni, pagament ikun meħtieġ ukoll mis-sussidjarji tas-sottogrupp ta’ PBB. |
|
(ii) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li PBB, fil-limiti tal-kapaċitajiet tagħha, tħallas remunerazzjoni xierqa lill-Ġermanja għall-miżuri ta’ appoġġ mill-Istat. Dan jinkiseb bl-għażla tal-aħjar profitti ta’ Deutsche Pfandbriefbank AG (dikjarazzjoni finanzjarja mhux konsolidata ta’ HGB). L-għażla tal-aħjar profitti titwettaq permezz tal-miżuri li ġejjin:
|
|
(iii) |
Minn meta l-obbligu ta’ ħlas deskritt fil-paragrafu 9.1(i) jitħallas kollu, il-Ġermanja se tiżgura li s-sottogrupp ta’ DEPFA plc (jiġifieri l-kumpanija possedenti u l-kumpaniji sussidjarji kollha), fil-limiti tal-kapaċitajiet tiegħu, iħallas remunerazzjoni xierqa lill-Ġermanja għall-miżuri ta’ appoġġ tal-Istat. Din ir-remunerazzjoni tirrappreżenta spiża fuq ir-rapport tal-introjtu u l-livell annwali tagħha jikkorrispondi għall-ammont li s-sottogrupp jista’ jħallas mingħajr ma jirreġistra telf u mingħajr ma jkun obbligat legalment iħallas imgħax lill-fornituri tal-kapital ibridu. Ir-remunerazzjoni ser tkun kuntrattwalment strutturata bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jew SoFFin, minn naħa waħda, u DEPFA plc, min-naħa l-oħra, sabiex ma tkunx remunerazzjoni relatata mal-profitti iżda kumpens għall-għajnuna mill-Istat implimentata (indirettament) mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u approvata mill-Unjoni Ewropea sabiex tistabbilizza s-sottogrupp ta’ DEPFA plc. |
9.2. Restrizzjonijiet rigward il-pagamenti ta’ kupuni u d-distribuzzjonijiet tal-profitti
Il-Ġermanja ser tiżgura li, matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, HRE u s-sussidjarji tagħha jkunu obbligati jħallsu biss lill-partijiet terzi li huma esterni għall-grupp, sal-aħħar tas-sena finanzjarja għas-sena finanzjarja ta’ qabel, il-kupuni u d-distribuzzjonijiet tal-profitti fuq l-istrumenti kapitali ewlenin, il-parteċipazzjonijiet silenzjużi, id-drittijiet tal-parteċipazzjoni u ċ-ċertifikati tal-parteċipazzjoni b’sehem fit-telf skont § 10(5) tal-Att Bankarju Ġermaniż (KWF) u kwalunkwe strumenti finanzjarji kapitali proprja oħra relatati mal-profitt (pereżempju strumenti kapitali ibiridi, ċertifikati tal-parteċipazzjoni) (minbarra l-ishma) eżistenti f’HRE fit-30 ta’ Settembru 2010 sakemm ma jkunux garantiti minn SoFFin (“strumenti kapitali proprja oħra ”) jekk u sa fejn HRE jew il-kumpaniji sussidjarji konċernati jkunu obbligati legalment li jagħmlu dan mingħajr ma jeħilsu r-riżervi jew il-partita speċjali skont § 340 g tal-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż (HGB).
9.3. Restrizzjonijiet rigward ħlas lura
|
(i) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li, matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, HRE u s-sussidjarji tagħha jkunu obbligati ma jagħmlu l-ebda ħlas lura ta’ strumenti kapitali proprja oħra (pereżempju strumenti kapitali ibiridi, ċertifikati ta’ parteċipazzjoni) sakemm ma jkunux meħtieġa bil-liġi, filwaqt li parteċipazzjonijiet silenzjużi jew strumenti kapitali propjra ta’ SoFFin oħra li ġew kontribwiti jew għad iridu jiġu kontribwiti minn SoFFin ikunu għadhom ma tħallsux lura kollha u l-valur skont il-kotba tal-istrumenti kapitali proprja ta’ SoFFin jitnaqqas u/jew kwalunkwe distribuzzjonijiet tal-profitti kumulattivi jew kupuni fuq l-istrumenti kapitali proprja ta’ SoFFin ikunu għadhom ma tħallsux kollha. |
|
(ii) |
Il-ħlas lura jinkludi wkoll il-ħlas lura jew l-akkwist ta’ strumenti li nħarġu speċifikament għall-finanzjament ta’ strumenti kapitali proprja oħra, u li l-ħlas lura jew l-akkwist tagħhom jirriżulta finanzjarjament fi ħlas lura jew xiri lura jew tnaqqis ieħor fi strumenti kapitali propjra oħra. |
|
(iii) |
Bl-approvazzjoni ta’ SoFFin u wara konsultazzjoni ma’ u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-punti li ġejjin mhumiex esklużi:
|
Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE Holding ma tħallas ebda dividend għas-snin finanzjarji 2010 u 2011.
10. Impenji oħra
10.1. Politika tan-negozju prudenti u tajba, li tikkunsidra r-rekwiżit ta’ self tal-ekonomija tal-UE
Matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, il-Ġermanja ser tiżgura li s-sottogrupp ta’ PBB
|
(i) |
isegwi politika tan-negozju prudenti u tajba li hija ffukata fuq il-prinċipju ta’ sostenibbiltà; |
|
(ii) |
jeżamina l-adegwatezza tas-sistemi ta’ inċentivi interni tiegħu fil-kuntest tar-rekwiżiti u x-xogħlijiet legali u regolatorji sabiex jiġi żgurat li dawn ma jipprovdu ebda tentazzjoni li jittieħdu riskji mhux aċċettabbli u li jkunu trasparenti u ffukati fuq miri sottenibbli fuq perjodu twil; u |
|
(iii) |
jkkunsidra r-rekwiżit tas-self tal-ekonomiji tal-Ġermanja u tal-UE permezz ta’ kundizzjonijiet ekonomikament sostenibbli li huma abitwali fis-suq. |
10.2. Projbizzjoni fuq ir-reklamar bl-appoġġ tal-Istat
Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE ma tirreklamax lilha nnifisha bil-miżuri ta’ appoġġ tal-Istat implimentati jew li ma tirreklamax lilha nnifisha fi kwalunkwe mod ieħor abbażi tal-vantaġġi kompetittivi li jirriżultaw mill-miżuri ta’ appoġġ tal-Istat. L-eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżiti hija informazzjoni tas-suq li torbot legalment jew abitwali dwar dawk il-miżuri ta’ appoġġ tal-Istat, pereżempju fil-kontijiet annwali jew trimestri, il-komunikazzjonijiet li huma obbligatorji skont il-liġi tas-suq kapitali, il-prospektusijiet tat-titoli jew il-memoranda ta’ informazzjoni.
10.3. Projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjoni
|
(i) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li, matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar iżda mhux aktar tard mir-riprivatizzazzjoni, għalkemm mhux qabel il-31 ta’ Diċembru 2013, HRE ma takkwista ebda parteċipazzjonijiet fin-negozji minbarra bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, pereżempju minħabba li t-tali akkwiżizzjoni tkun neċessarja sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà tas-suq finanzjarju. |
|
(ii) |
L-akkwiżizzjoni ta’ negozji fis-sens ta’ dan l-impenn tinkludi l-akkwiżizzjoni parzjali jew sħiħa ta’ negozji permezz tat-trasferiment ta’ ishma f’kumpaniji u assi u l-konklużjoni ta’ tranżazzjonijiet oħra li jservu l-iskop tal-akkwiżizzjoni, bħall-konklużjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ futuri u opzjonijiet. |
|
(iii) |
Ir-ristrutturar fl-HRE Group mhuwiex affettwat minn dan l-impenn. |
|
(iv) |
L-akkwiżizzjoni tan-negozji fil-każ tal-hekk imsejjaħ “xiri ta’ salvataġġ finanzjarju” matul ir-ristrutturar tal-impenji tal-kreditu u l-akkwiżizzjoni ta’ kumpaniji ta’ proġetti jew l-akkwiżizzjoni għal raġunijiet oħra li jirriżultaw mill-attività operattiva skont il-mudell tan-negozju tal-bank ukoll mhumiex affettwati minn dan l-impenn, sakemm it-tali akkwiżizzjonijiet ma jaqbżux prezz tax-xiri totali massimu ta’ EUR [10–80] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015. |
10.4. Impenji relatati mat-teknoloġija tal-informatika ta’ HRE/PBB
Il-Ġermanja ser tiżgura li HRE tikseb il-miri pendenti fil-proġett tal-IT “Evoluzzjoni Ġdida” skont l-iskeda tal-proġett – b’kunsiderazzjoni tal-inċertezzi normali assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ dan id-daqs. Il-miri pendenti huma r-Rilaxxi N3–N4/5. L-iskeda tal-proġett hija mehmuża mad-Dokument ta’ Impenji bħala Anness.
Minkejja dak imsemmi hawn fuq, il-Ġermanja b’mod partikolari ser tiżgura li l-integrazzjoni metodoloġika tal-funzjonalitajiet tal-ġestjoni tar-riskju u tar-rapportar tas-suq tiġi kompletata sal-aħħar tar-raba’ trimestru tal-2012. Din ser tinkludi l-konsolidazzjoni tal-metodoloġiji tar-riskji tas-suq u s-sistemi tal-uffiċċju tan-negozjar fis-sottogrupp ta’ PBB u […].
10.5. Impenn relatat mar-RAROC
Il-Ġermanja ser tiżgura li n-negozju ġdid strateġiku ta’ PBB ma joħroġ ebda self ġdid li għandu RAROC (risk adjusted return on capital - dħul fuq il-kapital aġġustat għar-riskju) ta’ anqas minn 10 % fuq bażi ta’ tranżazzjonijiet individwali.
Ir-RAROC jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon bejn il-marġni nett wara t-taxxa u l-kapital ekonomiku. Dan l-impenn japplika għal negozju ġdid mingħajr ma jikkunsidra t-tiġdid u r-ristrutturar.
Fis-sens ta’ dan id-Dokument ta’ Impenji,
|
(i) |
Il-marġni gross huwa d-differenza bejn il-marġni fatturat lill-klijent (espress bħala punti bażi ‘l fuq mir-rata ta’ referenza IBOR) u l-ispejjeż ta’ rifinanzjament ta’ PBB (espressi bħala punti bażi ‘l fuq mir-rata ta’ referenza IBOR) rappreżentat bil-prezz ta’ trasferiment intern, flimkien mat-tariffi annwalizzati. |
|
(ii) |
Il-prezz ta’ trasferiment intern ser jirrifletti l-ispiża stmata tar-rifinanzjament ġdid ta’ PBB mill-kapital misluf u proprja, b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi (maturità, munita, eċċ) tas-self lill-klijenti. |
|
(iii) |
Il-marġni nett huwa ugwali għall-marġni gross nieqes
|
|
(iv) |
Il-kapital ekonomiku (rekwiżiti ta’ adegwatezza tal-kapital skont il-Pilastru 1 tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja) huwa kkalkulat skont il-metodoloġija rilevanti ta’ Basel II (jew kwalunkwe regolament bankarju applikabbli li japplika wara din). |
11. Termini u kundizzjonijiet ta’ ċessjoni
|
(i) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li l-proċeduri ta’ bejgħ neċessarji jinbdew mingħajr dewmien sabiex jiġi żgurat li d-dati tal-iskadenza relatati mar-riprivatizzazzjoni/ċessjoni jintlaħqu. |
|
(ii) |
Sa fejn huwa legalment permissibbli u possibbli mingħajr il-ksur tal-kunfidenzjalità kummerċjali, ir-riprivatizzazzjoni sseħħ fi proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja. Dan ma jipprekludix iż-żamma ta’ negozjati ma’ partijiet interessati li huma indirizzati f’mod immirat qabel u matul tali proċedura. Sa fejn huwa raġjonevoli, il-proċedura tal-bejgħ titħabbar permezz ta’ pubblikazzjoni f’tal-anqas gazzetta jew pubblikazzjoni perjodika internazzjonali waħda. It-termini u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ ma jistgħu jinkludu ebda klawsola li tillimita f’mod mhux raġjonevoli n-numru ta’ partijiet potenzjalment interessati jew li tkun magħmula speċifikament għal ċertu partijiet interessati. It-termini u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jirreferu għall-obbligu ta’ tifdija stabbilit fil-paragrafu 5.2(ii)b). Sa fejn huwa raġjonevolment u legalment permissibbli, ix-xerrejja potenzjali, wara l-iffirmar ta’ ftehimiet standard ta’ nuqqas ta’ żvelar, jingħataw ukoll aċċess dirett għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-tmexxija tal-investigazzjonijiet ta’ diliġenza. |
12. Trustee tal-Monitoraġġ
|
(i) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ HRE tal-14 ta’ Ġunju 2011 u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-impenji kollha f’dan id-Dokument ta’ Impenji jiġu monitorjati kontinwament minn Trustee tal-Monitoraġġ indipendenti u biżżejjed kwalifikat li huwa obbligat iżomm il-kunfidenzjalità. |
|
(ii) |
Il-ħatra, il-kompiti, l-obbligi u l-kwittanza tat-Trustee tal-Monitoraġġ għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-anness “Trustees”. |
|
(iii) |
Il-Ġermanja ser tiżgura li, matul l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-informazzjoni kollha li hija neċessarja għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Il-Kummissjoni tista’ titlob lil HRE għal spjegazzjonijiet u kjarifiki. Il-Ġermanja u HRE ser jikkoperaw bi sħiħ mal-Kummissjoni u mat-Trustee tal-Monitoraġġ li jaġixxi f’isem il-Kummissjoni fir-rigward tal-mistoqsijiet kollha assoċjati mal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
ANNESS
IT-TRUSTEE
A. Ħatra
|
(i) |
Il-Ġermanja tintrabat li tiżgura li
|
|
(ii) |
Kemm it-Trustee tal-Monitoraġġ kif ukoll it-Trustee taċ-Ċessjoni (“T rustee(s)”) għandhom ikunu indipendenti minn HRE. It-Trustee għandu jkollu l-għarfien speċjalizzat li huwa meħtieġ sabiex iwettaq il-mandat tiegħu, pereżempju bħala bank ta’ investiment, konsulent jew awditur, u qatt ma għandu jkun espost għal kwalunkwe kunflitt ta’ interess. It-Trustee ser ikun remunerat minn HRE f’mod li ma jimpedixxix is-sodisfazzjon indipendenti u effettiv tal-mandat tiegħu. L-ispiża tat-Trustee, sa fejn huwa legalment permissibbli, titħallas minn HRE, inkella tkun tal-Ġermanja. |
|
(iii) |
Il-Ġermanja tintrabat li tiżgura li,
|
|
(iv) |
Dawn il-proposti għandhom jinkludu biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-persuni li tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika jekk it-Trustee propost jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu A(ii), u għandhom b’mod partikolari jinkludu dan li ġej:
|
|
(v) |
Il-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni li tapporva jew tiċħad it-trustees proposti u li tapprova l-mandat propost soġġett għal kwalunkwe modifiki li tqis neċessarji sabiex it-Trustee jkun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu. Jekk jiġi approvat isem wieħed biss, HRE taħtar il-persuna jew l-istituzzjoni kkonċernata bħala Trustee jew tagħmel mezz li dik il-persuna jew istituzzjoni tiġi maħtura, skont il-mandat approvat mill-Kummissjoni. Jekk jiġi approvat aktar minn isem wieħed, HRE hija ħielsa li tiddeċiedi liema mill-persuni approvati għandha tiġi maħtura bħala Trustee. It-Trustee jiġi maħtur fi żmien ġimgħa mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni, skont il-mandat approvat mill-Kummissjoni. |
|
(vi) |
Jekk it-Trustees kollha jiġu miċħuda, il-Ġermanja tintrabat li tiżgura li HRE tissottometti l-ismijiet ta’ mill-anqas żewġ persuni jew istituzzjonijiet oħra fi żmien ġimagħtejn minn meta tiġi informata dwar iċ-ċaħda, skont ir-rekwiżiti u l-proċedura stabbiliti fil-paragrafi A(i) u A(iv). |
|
(vii) |
Jekk it-Trustees kollha proposti jiġu miċħuda wkoll mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tinnomina Trustee li HRE taħtar jew tara li jiġi maħtur, skont mandat ta’ trustee approvat mill-Kummissjoni. |
B. Doveri u obbligi tat-Trustees
|
(i) |
Id-dover tat-Trustee huwa li jiggarantixxi l-konformità sħiħa u korretta mal-obbligi stabbiliti fl-impenji u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ HRE tal-14 ta’ Ġunju 2011. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tat-Trustee, tagħti kwalunkwe ordnijiet jew istruzzjonijiet lit-Trustee jew HRE sabiex tiżgura konformità mal-impenji mehmużin ma’ din id-deċiżjoni. |
|
(ii) |
It-Trustee tal-Monitoraġġ ser
|
|
(iii) |
Jekk ir-riprivatizzazzjoni ta’ PBB ma tkunx ġiet kompletata sal-31 ta’ Diċembru 2015, it-Trustee taċ-Ċessjoni jbiegħ lil PBB lil xerrej mingħajr ma jispeċifika prezz minimu sakemm il-Kummissjoni tkun approvat kemm ix-xerrej kif ukoll il-ftehim tax-xiri finali li jorbot. It-Trustee taċ-Ċessjoni ser jinkludi fil-ftehim tax-xiri tali termini u kundizzjonijiet li jqis xierqa għal bejgħ spedjenti. It-Trustee taċ-Ċessjoni jista’ jinkludi fil-ftehim tax-xiri tali dispożizzjonijiet abitwali relatati mar-rappreżentazzjoni, il-garanziji u l-indemnifikazzjoni bħalma hu meħtieġ raġjonevolment sabiex jiġi effettwat il-bejgħ. It-Trustee taċ-Ċessjoni ser jipproteġi l-interessi finanzjarji leġittimi tal-Ġermanja u ta’ HRE. |
|
(iv) |
Sakemm tiġi kompletata r-riprivatizzazzjoni t-Trustee taċ-Ċessjoni ser jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti komprensivi ta’ kull xahar bil-Ġermaniż dwar il-progress tal-proċess ta’ ċessjoni. Dawn ir-rapporti jiġu sottomessi fi żmien 15-il jum mit-tmiem ta’ kull xahar b’kopja simultanja lit-Trustee tal-Monitoraġġ u verżjoni mhux kunfidenzjali lil HRE. |
C. Doveri u obbligi ta’ HRE
|
(i) |
Il-Ġermanja tintrabat li tiżgura li HRE tipprovdi u teħtieġ lill-konsulenti tagħha jipprovdu kwalunkwe kooperazzjoni, assistenza u informazzjoni li t-Trustee jista’ jeħtieġ raġjonevolement fit-twettiq tal-obbligi tiegħu. It-Trustee ser ikollu aċċess mhux ristrett għal kwalunkwe mill-kotba, rekords, dokumenti, maniġment jew persunal ieħor, faċilitajiet, siti u informazzjoni teknika ta’ HRE li huma neċessarji għat-twettiq tad-doveri tat-Trustee skont l-impenji. HRE tipprovdi lit-Trustee, fuq talba, b’kopji tad-dokumenti. HRE għandha tagħmel disponibbli lit-Trustee uffiċċju wieħed jew iżjed fil-bini tan-negozju tagħha u għandha tkun disponibbli għal-laqgħat mat-Trustee sabiex tipprovdi lit-Trustee bl-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tad-doveri tiegħu. |
|
(ii) |
HRE għandha tipprovdi lit-Trustee tal-Monitoraġġ, fuq talba, bl-informazzjoni mibgħuta lix-xerrejja potenzjali u għandha tagħti u teħtieġ lill-konsulenti tagħha li jagħtu lit-Trustee, b’mod partikolari, l-istess aċċess għad-dokumentazzjoni tal-kamra tad-dejta u l-informazzjoni l-oħra kollha li ngħatat lix-xerrejja potenzjali matul il-proċedura ta’ diliġenza. HRE għandha tinforma lit-Trustee tal-Monitoraġġ dwar ix-xerrejja potenzjali, tipprovdi lit-Trustee tal-Monitoraġġ b’lista ta’ xerrejja potenzjali, u żżomm lit-Trustee tal-Monitoraġġ informat dwar l-iżviluppi kollha fil-proċess ta’ riprivatizzazzjoni. |
|
(iii) |
Il-Ġermanja tintrabat li tiżgura li HRE tagħti u teħtieġ lill-kumpaniji affiljati tagħha li jagħtu lit-Trustee taċ-Ċessjoni prokura komprensiva, eżegwita debitament – soġġett għal dak li huwa permissibbli legalment, b’mod partikolari skont il-liġi superviżorja u tal-kumpaniji - li jaffettwa r-riprivatizzazzjoni, it-trasferiment u l-azzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet kollha li t-Trustee taċ-Ċessjoni jqis neċessarji jew xierqa għar-riprivatizzazzjoni u t-trasferiment, inkluż il-ħatra ta’ konsulenti biex jassistu fil-proċess ta’ riprivatizzazzjoni. Fuq talba tat-Trustee taċ-Ċessjoni, HRE għandha tiżgura li d-dokumenti meħtieġa biex jiġu effettwati r-riprivatizzazzjoni u t-trasferiment jiġu eżegwiti debitament. Il-Ġermanja tintrabat li tiżgura li HRE tindennizza lit-Trustee u l-impjegati u aġenti tagħha (“Partijiet Indennizzati”) u li żżomm il-Partijiet Indennizzati mhux responsabbli kontra, u hawnhekk tiddikjara li l-Partijiet Indennizzati mhux ser ikollhom obbligazzjoni lil, HRE għal kwalunkwe obbligazzjonijiet li jirriżultaw mit-twettiq tad-doveri tat-Trustee skont l-obbligi, minbarra sal-estent li tali obbligazzjonijiet jirriżultaw minn inadempjenza volontarja, traskuraġni, negliġenza gravi jew mala fede tat-Trustee, l-impjegati, l-aġenti jew il-konsulenti tiegħu. |
|
(iv) |
Bi spejjeż għall-HRE, it-Trustee jista’ jaħtar konsulenti (b’mod partikolari għall-pariri finanzjarji jew legali korporattivi), soġġett għall-approvazzjoni ta’ HRE (din l-approvazzjoni ma għandhiex tiġi miżmuma jew imdewma mingħajr raġuni) jekk it-Trustee jqis il-ħatra ta’ tali konsulenti neċessarja jew xierqa għat-twettiq tad-doveri u l-obbligi tiegħu skont il-mandat, sakemm kwalunkwe tariffi u spejjeż oħra tat-Trustee jkunu raġjonevoli. Jekk HRE tirrifjuta li tapprova l-konsulenti proposti mit-Trustee, il-Kummissjoni tista’ tapprova l-ħatra ta’ tali konsulenti, wara li tkun semgħat lil HRE. Huwa biss it-Trustee li jkun intitolat li jagħti istruzzjonijiet lill-konsulenti. Il-paragrafu C(iii) ser japplika mutatis mutandis. It-Trustee taċ-Ċessjoni jista’ juża konsulenti li jkunu servew lil HRE matul il-perjodu ta’ ċessjoni jekk it-Trustee taċ-Ċessjoni jikkunsidra dan bħala fl-aħjar interess ta’ bejgħ spedjenti. |
D. Sostituzzjoni, kwittanza u ħatra mill-ġdid tat-Trustee
|
(i) |
Jekk it-Trustee ma jissodisfax il-funzjonijiet tiegħu skont l-impenji jew għal kwalunkwe kawża oħra tajba, inkluż l-esponiment tat-Trustee għal kunflitt ta’ interess,
|
|
(ii) |
Jekk it-Trustee jitneħħa skont il-paragrafu D(i), it-Trustee jista’ jkun meħtieġ ikompli fil-funzjoni tiegħu sakemm jiġi maħtur Trustee ġdid li t-Trustee jkun effettwalu trasferiment sħiħ tal-informazzjoni kollha rilevanti. It-Trustee l-ġdid jiġi maħtur skont il-proċedura msemmija fil-paragrafi A(i) sa A(vi). |
|
(iii) |
Minbarra t-tneħħija skont il-paragrafu D(i), it-Trustee għandu jieqaf jaġixxi bħala Trustee biss wara li l-Kummissjoni tkun waqfitu mid-doveri tiegħu. Din il-kwittanza sseħħ meta l-obbligi kollha li jkunu ġew fdati lit-Trustee jkunu ġew implimentati. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin teħtieġ il-ħatra mill-ġdid tat-Trustee tal-Monitoraġġ jekk jinstab sussegwentement li r-rimedji rilevanti ma ġewx implimentati bi sħiħ u kif xieraq. |