|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.058.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
29.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 153/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Frar 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (2) jipprovdi għal għajnuna lill-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali fl-allinjament progressiv tagħhom mal-istandards u l-politika tal-Unjoni, inkluż fejn xieraq, l-acquis, bil-ħsieb li dawn ikunu jistgħu jaslu għas-sħubija. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 jagħmel distinzjoni ċara bejn pajjiżi kandidati u pajjiżi potenzjalment kandidati. |
|
(3) |
Il-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 laqa’ l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għas-sħubija fl-Unjoni, innota li l-Islanda laħqet il-kriterji politiċi stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen fl-1993 u ddeċieda li n-negozjati ta’ adeżjoni mal-Islanda għandhom jinfetħu. Għalhekk l-Islanda hi pajjiż kandidat. |
|
(4) |
Il-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2010 approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar it-tkabbir u qabel li jagħti lill-Montenegro l-istatus ta’ pajjiż kandidat. |
|
(5) |
Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi emenda fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006 bil-għan li jiġu ċċarati r-regoli rigward il-parteċipazzjoni fl-għoti ta' kuntratti ta’ għotjiet iffinanzjati skont il-Komponent ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali tal-IPA u tkun żġurata l-koerenza ma’ strumenti oħra ta’ għajnuna esterna, b’mod partikolari l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi strument ta’ sostenn finanzjarju għall-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta (3) jaħtar il-kumitat kif provdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta’ Diċembru 1989 dwar il-għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi Ewropej Ċentrali u tal-Lvant (4) (il-“kumitat Phare”) biex jassisti lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-assistenza għall-komunità Turko-Ċiprijotta. Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006, ir-Regolament (KEE) Nru 3906/89 ġie mħassar; madankollu, xorta jibqa’ japplika għal atti legali u impenji li jimplimentaw is-snin tal-baġit ta' qabel l-2007. Peress li r-Regolament (KE) Nru 389/2006 jibqa’ l-att bażiku għas-sostenn finanzjarju għall-komunità Turko-Ċiprijotta wara dawk is-snin tal-baġit, il-kumitat Phare għandu jitkompla wkoll għal dak il-għan. |
|
(7) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 għandu b'dan jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “9. Il-paragrafi 1 sa 8 huma bla preġudizzju għall-parteċipazzjoni ta' kategoriji ta' organizzazzjonijiet eliġibbli skont in-natura jew il-lokalità tagħhom fir-rigward tal-objettivi tal-azzjoni.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 25(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Dawk ir-Regolamenti, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000, għandhom ikomplu japplikaw għal atti legali u impenji li jimplimentaw is-snin tal-baġit ta' qabel l-2007, u għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 31 tal-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hi bbażata l-Unjoni Ewropea (*1) u għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi strument ta’ sostenn finanzjarju għall-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta (*2). |
|
(3) |
fl-Anness I, l-iskrizzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-iskrizzjoni dwar il-Kroazja:
|
|
(4) |
fl-Anness II, l-iskrizzjonijiet li ġejjin huma mħassra:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Frar 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Jannar 2012.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(4) ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 17 pp. 40-41.
|
29.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/3 |
REGOLAMENT (UE) Nru 154/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Frar 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli dwar it-tranżitu miż-żoni internazzjonali tal-ajruporti sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u t-trasparenza. |
|
(2) |
Dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma soġġetti għar-rekwiżit ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport skont l-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (2), li jkunu fil-pussess ta’ viża valida maħruġa minn Stat Membru, il-Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti tal-Amerika jew li jkollhom permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru, l-Andorra, il-Kanada, il-Ġappun, San Marino jew l-Istati Uniti tal-Amerika, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport. Għandu jiġi ċċarat li din l-eżenzjoni tapplika wkoll għal detenturi ta’ viżi validi jew permessi ta’ residenza maħruġa minn Stati Membri li ma ħadux sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u mill-Istati Membri li għadhom mhux qed japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ. |
|
(3) |
Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pusses ta’ viża valida, l-eżenzjoni għandha tapplika meta jivjaġġaw lejn il-pajjiż li jkun ħareġ il-viża jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor u meta jirritornaw mill-pajjiż li jkun ħareġ il-viża wara li jkunu użaw il-viża. |
|
(4) |
Billi l-għan ta’dan ir-Regolament, b’mod partikolari li jiġu ċċarati r-regoli dwar it-tranżitu fiż-żoni internazzjonali ta’ ajruporti, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’ konformita’ ma-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’ konformita mall-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fir-rigward tal-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3) li jaqgħu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (4). |
|
(6) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5) li jaqa’ fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (6). |
|
(7) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fiż-żona msemmja fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (8). |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, b’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi f’perjodu ta’ sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hix ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet dwar l-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (9); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (10). Għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih u lanqas hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(11) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-Belġju u r-Rumanija dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3 (5) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-punti (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
|
“(b) |
ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pusses ta’ permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jew minn Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-pusses ta’ wieħed mill-permessi ta’ residenza validi elenkati fl-Anness V maħruġa mill-Andorra, il-Kanada, il-Ġappun, San Marino jew l-Istati Uniti tal-Amerika li jiggarantixxu r-riammissjoni mhux kondizzjonata tad-detentur; |
|
(c) |
ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pusses ta’ viża valida għal Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew għal Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jew għall Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti tal-Amerika, meta jivvjaġġaw lejn il-pajjiż li jkun ħareġ il-viża jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew meta, wara li jkunu għamlu użu mill-viża, jirritornaw mill-pajjiż li jkun ħareġ il-viża;”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Frar 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Ghall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2012.
(2) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(5) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(7) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(8) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.