ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.054.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 54

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
28 ta' Frar 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 168/2012 tas-27 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 169/2012 tas-27 ta’ Frar 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/121/PESK tas-27 ta' Frar 2012 b'appoġġ għall-attivitajiet biex jiġu promossi d-djalogu u l-kooperazzjoni UE-Ċina-Afrika dwar il-kontrolli ta' armi konvenzjonali

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/122/PESK tas-27 ta’ Frar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/123/PESK tas-27 ta’ Frar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/523/UE li parzjalment tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana

18

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK tas-27 ta’ Frar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

20

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 168/2012

tas-27 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (2).

(2)

Fid-dawl tal-kontinwazzjoni tar-ripressjoni brutali u tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-Gvern tas-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/122/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK tipprovdi għal miżuri addizzjonali, jiġifieri projbizzjoni fuq il-bejgħ, ix-xiri, it-trasport u s-senserija ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, miżuri restrittivi kontra l-Bank Ċentrali tas-Sirja, u emendi mal-lista ta’ persuni u entitajiet immirati.

(3)

Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Żdied l-artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

1.   Huma pprojbiti:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, kif elenkat fl-Anness VIII, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lill-Gvern tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, lill-Bank Ċentrali tas-Sirja, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni minnhom, jew lil kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom;

(b)

ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, kif elenkat fl-Anness VIII, kemm jekk l-oġġett ikkonċernat joriġina fis-Sirja kif ukoll jekk le, mill-Gvern tas-Sirja, mill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, mill-Bank Ċentrali tas-Sirja u minn kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni minnhom, jew minn kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom; u

(c)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ assistenza teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mal-merċi msemmija fil-punti (a) u (b), lill-Gvern tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, lill-Bank Ċentrali tas-Sirja u lil kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni minnhom, jew lil kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom;

2.   L-Anness VIII għandu jinkludi deheb, metalli prezzjużi u djamanti suġġetti għall-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.”

(2)

Iddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 14 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

(i)

trasferiment mill-Bank Ċentrali tas-Sirja, jew permezz tiegħu, ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi riċevuti u ffriżati wara d-data tal-inklużjoni tiegħu fil-lista, jew

(ii)

trasferiment lill-Bank Ċentrali tas-Sirja, jew permezz tiegħu, ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi fejn it-trasferiment ikun relatat ma’ pagament minn persuna jew entità mhux elenkata fl-Anness II jew IIa dovut b’rabta ma’ kuntratt kummerċjali speċifiku,

sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddeterminat, abbażi ta’ każ b’każ, li l-pagament ma tirċevihx, direttament jew indirettament, kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Anness II jew IIa; jew

(b)

trasferiment magħmul mill-Bank Ċentrali tas-Sirja, jew permezz tiegħu, ta’ fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi sabiex jipprovdi lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri b’likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ, sakemm it-trasferiment ikun ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.”.

Artikolu 2

Il-persuni jew entità mniżżla fl-Anness I ta’ dan ir-Regolemant għandu jiżdied mal-lista stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Artikolu 3

Il-persuna mniżżla fl-Anness II ta’ dan ir-Regolemant għandu jitħassar mil-lista stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012

Artikolu 4

It-test stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud mar-Regolament (UE) Nru 36/2012 bħala l-Anness VIII.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(3)  Ara l-paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

Fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, jinżiedu l-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Central Bank of Syria (Bank Ċentrali tas-Sirja)

Sirja, Damasku, Pjazza Sabah Bahrat

Indirizz postali:

Pjazza Altjreda al Maghrebeh, Damasku,

Repubblika Għarbija Sirjana,

P.O.Box: 2254

Ipprovda għajnuna finanzjarja lir-regim.

27.2.2012

2.

Al –Halqi, Dr. Wael Nader

Imwieled fil-Provinċja ta' Daraa, fl-1964

Ministru tas-Saħħa

Meta kienu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-isptarijiet ġew ordnati biex jirrifjutaw il-kura lil min kien jipprotesta.

27.2.2012

3.

Azzam, Mansour Fadlallah

Imwieled fil-Provinċja ta' Sweida, fl-1960

Ministru tal-Affarijiet Presidenzjali

Konsulent tal-President.

27.2.2012

4.

Sabouni, Dr. Emad Abdul-Ghani

Imwieled f'Damasku, fl-1964

Ministru tal-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-aċċess liberu għall-mezzi tax-xandir qed jixxekkel serjament.

27.2.2012

5.

Allaw, Sufian

Imwieled f'al-Bukamal, Deir Ezzor, fl-1944

Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.

Responsabbli għall-politiki dwar iż-żejt u r-riżorsi minerali li jipprovdu sors ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim.

27.2.2012

6.

Slakho, Dr Adnan

Imwieled f'Damasku, fl-1955

Ministru tal-Industrija

Responsabbli għall-politiki ekonomiċi u industrijali li jipprovdu riżorsi u appoġġ lir-reġim.

27.2.2012

7.

Al-Rashed, Dr. Saleh

Imwieled fil-Provinċja ta' Aleppo, fl-1964

Ministru tal-Edukazzjoni.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-iskejjel qed jintużaw bħala ħabsijiet proviżorji

27.2.2012

8.

Abbas, Dr. Fayssal

Imwieled fil-Provinċja ta' Hama, fl-1955

Ministru tat-Trasport.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, qed jiġi pprovdut appoġġ loġistiku għar-repressjoni.

27.2.2012


ANNESS II

Fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, jinżiedu l-entrati li ġejjin:

52.

Emad Ghraiwati


ANNESS III

“ANNESS VIII

Lista ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti msemmija fl-Artikolu 11a

Kodiċi tas-SA

Isem tal-merkanzija

7102

Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati.

7106

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab.

7108

Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu), mhux maħdum jew f’għamla semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab.

7109

Metalli komuni jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati.

7110

Platinu, f’għamliet mhux maħdumin jew semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab.

7111

Metalli komuni, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati.

7112

Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fihom metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż.”.


28.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 169/2012

tas-27 ta’ Frar 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

121,1

JO

78,3

MA

80,1

TN

76,7

TR

106,3

ZZ

92,5

0707 00 05

JO

221,0

MA

94,2

TR

166,3

ZZ

160,5

0709 91 00

EG

88,4

MA

82,2

ZZ

85,3

0709 93 10

MA

65,8

TR

160,0

ZZ

112,9

0805 10 20

EG

48,1

IL

74,0

MA

49,9

TN

49,3

TR

72,1

ZZ

58,7

0805 20 10

IL

128,5

MA

87,2

ZZ

107,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

74,1

IL

117,1

MA

110,1

TR

72,1

ZZ

93,4

0805 50 10

EG

42,9

TR

51,3

ZZ

47,1

0808 10 80

CA

122,9

CL

98,4

CN

114,0

MK

33,9

US

141,7

ZZ

102,2

0808 30 90

AR

83,5

CL

148,5

CN

52,3

US

127,1

ZA

86,8

ZZ

99,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/121/PESK

tas-27 ta' Frar 2012

b'appoġġ għall-attivitajiet biex jiġu promossi d-djalogu u l-kooperazzjoni UE-Ċina-Afrika dwar il-kontrolli ta' armi konvenzjonali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tiegħu li saret fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (minn hawn ’il quddiem "SALW") u l-munizzjoni tagħhom (minn hawn ’il quddiem "Strateġija SALW tal-UE"). L-Istrateġija tidentifika l-kontinent Afrikan bħala wieħed mir-reġjuni l-aktar milqut mill-kummerċ illegali u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW.

(2)

L-Istrateġija SALW tal-UE tiddefinixxi diversi kompiti li għandhom jitwettqu mill-Unjoni, inkluża r-riċerka ta' kunsens fi ħdan il-pajjiżi li jesportaw bil-ħsieb li jsir biss forniment ta' armi żgħar lill-gvernijiet biss, b'mod konformi mal-kriterji restrittivi u xierqa reġjonali u internazzjonali dwar l-esportazzjoni tal-armi.

(3)

L-Istrateġija SALW tal-UE tirrakkomanda wkoll l-inklużjoni ta' SALW bħala suġġett li jrid jiġi diskuss fid-djalogu politiku ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-koordinazzjoni ta' azzjonijiet mas-sħab ewlenin tal-Unjoni u l-esportaturi prinċipali ta' SALW, inkluża ċ-Ċina.

(4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta fl-2005, l-2006, l-2007 u l-2010 l-Konklużjonijiet tal-Kunsill b'appoġġ għan-negozjati ta' Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, strument internazzjonali legalment vinkolanti li jistabbilixxi standards internazzjonali komuni għat-trasferimenti ta' armi konvenzjonali. Huwa enfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni ma' Stati u organizzazzjonijiet reġjonali oħrajn f'dan il-proċess.

(5)

Minn meta ġie stabbilit fl-2005, id-Djalogu Strateġiku UE-Ċina jinkludi dispożizzjonijiet għal djalogu dwar in-nonproliferazzjoni u l-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali. Waqt is-Summit tagħhom tal-2006, iċ-Ċina u l-Unjoni qablu li joħolqu djalogu ġdid dwar il-paċi l-istabbiltà u l-iżvilupp sostenibbli fl-Afrika, sabiex jitrawwem intendiment mas-sħab, biex jiġu diskussi l-attivitajiet u l-prijoritajiet, u biex tingħata l-opportunità biex iċ-Ċina tkun integrata fl-isforzi internazzjonali għat-titjib u l-koordinament tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni. Id-Dokument ta' Strateġija UE-Ċina 2007-2013 jiddefinixxi l-approċċ fundamentali tal-Unjoni għaċ-Ċina bħala wieħed ta' impenn u sħubija u jsemmi bħala prijorità l-kooperazzjoni fil-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu ta' SALW.

(6)

F'Diċembru 2004, iċ-Ċina u l-Unjoni ffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm, li tkopri wkoll il-kooperazzjoni fil-qasam tal-armi konvenzjonali. Fid-Dikjarazzjoni Konġunta, l-Unjoni u ċ-Ċina nnutaw li "għandu jkun hemm ukoll sforzi pożittivi u attivi biex jissaħħu l-kontrolli fuq esportazzjonijiet ta' armi konvenzjonali. Ir-reġimi tal-kontroll tal-armi dwar ċerti armi konvenzjonali jridu jissaħħu. Għandhom jissaħħu l-isforzi li jimpedixxu l-kummerċ illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-flussi ta' dawn l-armi li jfixklu l-paċi u l-istabbiltà reġjonali."

(7)

Is-Sħubija Strateġika Konġunta Afrika-UE tal-2007 tiddefinixxi l-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW bħala qasam għal azzjoni permezz tat-titjib tal-bini tal-kapaċità, in-netwerking, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni. Iċ-Ċina kienet mistiedna u pparteċipat bħala osservatur fis-Summit UE-Afrika tal-2010.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tippromwovi l-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn is-soċjetà ċivili, l-industrija, u r-rappreżentanti tal-gvern taċ-Ċina, l-Unjoni, u l-Istati Afrikani, inkluż permezz tad-djalogu bejn is-soċjetajiet ċivili rispettivi u l-industrija, biex jiġu żviluppati approċċi komuni għall-indirizzar tat-theddid mill-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW u r-regolamentazzjoni fqira fil-livell internazzjonali tal-kummerċ fl-armi konvenzjonali. L-iżvilupp ta' tali kooperazzjoni għandu wkoll jiġi rifless f'aktar appoġġ għal, u fl-implimentazzjoni ta' Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li jkun b'saħħtu u robust.

2.   L-Unjoni għandha ssegwi l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1, permezz tal-proġetti u l-miżuri li ġejjin:

l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' Grupp ta' Ħidma konġunt ta' Esperti Afrika-UE-Ċina dwar armi konvenzjonali, u Ċentru konġunt ta' Riċerka Afrika-UE-Ċina dwar armi konvenzjonali. L-għan tal-Grupp ta' Ħidma ta' Esperti u ċ-Ċentru ta' Riċerka għandu jkun biex fost il-komunità għat-tfassil tal-politika fiċ-Ċina, l-Afrika, u l-Unjoni responsabbli għal kwistjonijiet dwar l-armi konvenzjonali u l-kontroll tal-esportazzjoni tagħhom, jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u l-impenn dwar problemi relatati mal-kummerċ illegali u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW, u dwar ir-regolamentazzjoni fqira fil-livell internazzjonali tal-kummerċ legali f'armi konvenzjonali. Aktar sensibilizzazzjoni u impenn fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet għandhom iwasslu għal appoġġ komuni fl-implimentazzjoni ta' Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

jitwettqu attivitajiet ta' avukatura u riċerka bil-għan li jiġu identifikati l-opportunitajiet ta' kooperazzjoni UE-Ċina b'appoġġ għall-Istati Afrikani fil-prevenzjoni tal-kummerċ illegali u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti u miżuri msemmija f'dan il-paragrafu hi mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (minn hawn ’il quddiem ir-"RGħ") għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti u miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-organizzazzjoni mhux governattiva “Saferworld”.

3.   Saferworld għandha twettaq l-kompiti tagħha taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa ma' Saferworld.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implementazzjoni tal-proġetti u miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 830 000.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 2. Għal dan il-għan, hi għandha tikkonkludi ftehim finanzjarju ma' Saferworld. Il-ftehim għandu jistipula li Saferworld għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, adatta skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hi għandha tinforma lill-Kunsill dwar id-diffikultajiet f'dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 4

Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari kull tliet xhur imħejjija minn Saferworld. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti u miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dakinhar.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


ANNESS

PROĠETTI U MIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)

1.   Objettivi

L-objettivi tad-Deċiżjoni huma: il-ħidma għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn is-soċjetà ċivili, l-industrija, u r-rappreżentanti tal-gvern taċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea, u l-kontinent Afrikan; l-iżvilupp ta' approċċi komuni għall-indirizzar tat-theddid mill-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW; u l-għoti ta' appoġġ lit-Trattat tan-Nazzjonijiet Uniti (UN) dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) sa u fil-konferenza diplomatika ATT 2012 u lil hinn minnha. Tali objettivi għandhom jintlaħqu permezz tal-istabbiliment u l-iżvilupp ta' Grupp ta' Ħidma konġunt ta' Esperti Afrika-UE-Ċina dwar armi konvenzjonali (minn hawn ’il quddiem "EWG"), u ta' Ċentru konġunt ta' Riċerka Afrika-UE-Ċina dwar armi konvenzjonali (minn hawn ’il quddiem "ĊR"). L-għan tal-EWG u ċ-ĊR għandu jkun li jżidu s-sensibilizzazzjoni u l-impenn tal-komunità għat-tfassil tal-politika fiċ-Ċina, l-Afrika, u l-Unjoni rigward problemi assoċjati mal-kummerċ illegali u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW, u dwar il-ħtieġa ta' qbil dwar Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

L-objettiv ta' kooperazzjoni msaħħa bejn iċ-Ċina, l-Unjoni u l-Afrika għandu wkoll jitwettaq permezz ta' attivitajiet ta' avukatura u riċerka bil-għan li jiġu identifikati l-opportunitajiet ta' kooperazzjoni UE-Ċina b'appoġġ għall-Istati Afrikani fil-prevenzjoni tal-kummerċ illegali u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW.

2.   Deskrizzjoni tal-proġetti u l-miżuri

2.1   L-istabbiliment u l-iżvilupp ta' Grupp ta' Ħidma konġunt ta' Esperti Afrika-UE-Ċina dwar armi konvenzjonali, u Ċentru konġunt ta' Riċerka Afrika-UE-Ċina dwar armi konvenzjonali.

2.1.1.   Objettivi tal-proġett

jiġu stabbiliti fora u netwerks għall-esperti tal-komunità għat-tfassil tal-politika fl-Unjoni, iċ-Ċina u l-Afrika biex jiddiskutu l-aspetti differenti tal-kummerċ illeċitu ta' armi konvenzjonali;

jiżdiedu, fost il-komunità għat-tfassil tal-politika fiċ-Ċina, l-Afrika, u l-Unjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-impenn dwar problemi relatati mal-kummerċ illegali u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW, u dwar ir-regolamentazzjoni fqira fil-livell internazzjonali tal-kummerċ legali f'armi konvenzjonali. Aktar sensibilizzazzjoni u impenn fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet għandhom iwasslu għal appoġġ komuni għal Trattat f'saħħtu u robust dwar il-Kummerċ tal-Armi.

jissaħħaħ id-djalogu, fil-livell uffiċjali u dak tal-komunità għat-tfassil tal-politika, UE-Ċina-Afrika, sabiex jiżdied l-intendiment reċiproku u jiġu identifikati approċċi komuni rigward il-proċess ATT tan-NU sa u fil-konferenza diplomatika ATT 2012 u lil hinn minnha, inkluż permezz ta' appoġġ għal riċerka konġunta u analiżi mir-riċerkaturi tal-Unjoni, iċ-Ċina u l-Afrika dwar il-pożizzjonijiet nazzjonali u reġjonali rispettivi;

jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet mill-komunità tar-riċerka dwar ATT u SALW, u biex dawn jiġu effettivament trasmessi lill-uffiċjali tal-gvern, lill-politikanti u lill-komunitajiet għat-tfassil tal-politika Ċiniżi, Afrikani u tal-Unjoni u l-Istati Membri.

2.1.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

(a)   L-istabbiliment u l-iżvilupp ta' Grupp ta' Ħidma konġunt ta' Esperti Afrika-UE-Ċina dwar armi konvenzjonali

Il-EWG ser ikun il-pedament "istituzzjonali" ewlieni tal-proċess ta' djalogu promoss mid-Deċiżjoni tal-Kunsill u ser jiġi ffurmat permezz ta' koordinazzjoni bir-reqqa bejn Saferworld u l-organizzazzjonijiet sħab tas-soċjetà ċivili fl-Afrika u ċ-Ċina. Dan ser ikun magħmul minn disa' membri miċ-Ċina, l-Unjoni u l-Afrika magħżula minn dipartimenti universitarji, think tanks u ċentri ta' riċerka li jiġu identifikati abbażi tal-kompetenza esperta, ir-reputazzjoni u l-interess tagħhom. L-EWG ser iservi ta' mezz għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni, ideat, kompetenza esperta u riċerka fost il-membri tiegħu dwar kwistjonijiet ta' kontroll ta' armi konvenzjonali, filwaqt li tiġi identifikata n-natura tat-theddid, ivvalutata l-effettività tal-interventi attwali u jsiru rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet kooperattivi għal dawk li jfasslu l-politika.

Hu mistenni li jservi ta' pjattaforma għall-atturi interessati tas-soċjetà ċivili, barra mill-proċess ta' djalogu dirett, u jipprovdi kondiviżjoni aċċessibbli ta' kompetenza esperta għal dawk li jfasslu l-politika u l-uffiċjali responsabbli għall-armi konvenzjonali u l-kontrolli ta' esportazzjoni tagħhom, fiċ-Ċina, l-Unjoni u l-Afrika. Uffiċjali Afrikani, Ċiniżi u tal-Unjoni ser jiġu mistiedna wkoll josservaw il-ħidma tal-EWG.

(b)   L-istabbiliment u l-iżvilupp ta' Ċentru konġunt ta' Riċerka Afrika-UE-Ċina dwar armi konvenzjonali

L-għan taċ-ĊR ser ikun li jappoġġa r-riċerka u l-analiżi konġunta mir-riċerkaturi tal-Unjoni, iċ-Ċina u l-Afrika. Dan ser ikun stabbilit fiċ-Ċina. Iċ-ĊR ser jipprovdi firxa wiesgħa ta' materjal u riżorsi bl-Ingliż u ċ-Ċiniż relatati ma' SALW u l-proċess ATT. L-istess materjal u riżorsi ser ikunu disponibbli elettronikament permezz ta' website li ser tkun ukoll l-interface pubbliku tal-EWG.

L-attivitajiet appoġġati fl-implimentazzjoni tal-kompiti mesmmija fil-punti (a) u (b) ser jinkludu:

l-organizzazzjoni ta' laqgħat preparatorji u ta' segwitu fiċ-Ċina u l-Ewropa, bejn Saferworld, u l-organizzazzjonijiet sħab rilevanti Ċiniżi u Afrikani, biex jiddefinixxu l-istruttura u t-tul ta' żmien tal-proġett; jiġu identifikati pjanijiet ta' ħidma dettaljati għall-istabbiliment u l-iżvilupp taċ-ĊR u l-EWG; tiġi stabbilita skwadra għall-koordinazzjoni tal-proġett; jiġu definiti r-responsabbiltajiet fl-iskwadra; u jiġi sorveljat u evalwat il-progress fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet;

il-forniment u t-traduzzjoni tal-materjal ċentrali rilevanti relatat ma' SALW u ATT, li jrid jintuża mill-komunitajiet għat-tfassil tal-politika fiċ-Ċina, l-Afrika, u l-Unjoni, u jkun disponibbli, inkluż elettronikament, permezz ta' sit elettroniku taċ-ĊR. Is-sit elettroniku ser iservi wkoll ta' interface pubbliku għall-EWG;

l-organizzazzjoni ta' diversi laqgħat bejn Saferworld, l-organizzazzjonijiet sħab u l-awtoritajiet rilevanti Ċiniżi sabiex jiġu introdotti l-attivitajiet taċ-Ċentru ta' Riċerka u tal-EWG, u biex jiġu ppreżentati u diskussi r-riżultati ta' nofs it-terminu u dawk finali, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-appoġġ għall-attivitajiet mill-awtoritajiet rilevanti;

l-organizzazzjoni ta' mhux aktar minn żewġ laqgħat ta' jumejn kull sena tal-EWG, fiċ-Ċina, l-Ewropa u l-Afrika, biex jiġu definiti l-pjanijiet għar-riċerka u tingħata gwida għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u l-avukatura, l-iżvilupp u l-komunikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar linji ta' politika. Kull laqgħa ser tipproduċi rapport fil-qosor dwar l-istadju ta' implimentazzjoni tal-proġett;

l-organizzazzjoni ta' żewġ workshops tal-ATT għal massimu ta' 40 parteċipant, inklużi r-rappreżentanti tal-komunitajiet għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni, Ċiniżi u Afrikani u l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli tal-armi konvenzjonali u l-esportazzjoni tagħhom, l-esperti tas-soċjetà ċivili, l-industrija militari u tad-difiża, biex jeżaminaw il-progress fin-negozjati lejn ATT, jidentifikaw l-oqsma ta' interess komuni fost il-pajjiżi differenti.

il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni minn Saferworld u l-EWG li teżamina l-pożizzjonijiet tal-Unjoni u dawk Ċiniżi dwar l-ATT. L-għan ta' dan l-għoti ta' informazzjoni hu li jinforma d-diskussjonijiet mal-uffiċjali tal-Unjoni, Ċiniżi u Afrikani qabel il-konferenza ATT tal-2012. Din ser tesplora d-differenzi fil-pożizzjoni dwar l-ATT bejn l-Unjoni, iċ-Ċina u l-Istati Afrikani.

il-produzzjoni ta' rapport komprensiv dwar il-lezzjonijiet prinċipali meħuda li jagħti fid-dettall is-suċċessi u l-isfidi tal-proġett, filwaqt li jirrakkomanda mudelli u alternattivi għal djalogu futur UE-Ċina-Afrika dwar SALW u l-proċess ATT.

l-organizzazzjoni ta' żewġ avvenimenti għat-tnedija uffiċjali u l-għeluq tal-proġett.

2.1.3.   Riżultati tal-proġett

sensibilizzazzjoni, għarfien u intendiment akbar mill-500 attur tal-komunità għat-tfassil tal-politika taċ-Ċina, l-Afrika, u l-Unjoni, inklużi l-uffiċjali inkarigati minn kwistjonijiet dwar armi konvenzjonali u kontrolli ta' esportazzjoni tagħhom, akkademiċi, membri parlamentari, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u ġurnalisti, tal-proċess ATT tan-NU u tal-pożizzjonijiet nazzjonali rispettivi, sa u lil hinn mill-konferenza diplomatika ATT tal-2012.

djalogu, interazzjoni u kooperazzjoni aħjar dwar SALW u l-proċess ATT tan-NU fost is-60 uffiċjal tal-Unjoni, Ċiniżi u dawk Afrikani, u s-soċjetajiet ċivili, inkluż permezz tal-identifikazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u opportunitajiet għal azzjonijiet kollettivi;

konnessjonijiet sostenibbli fost il-50 individwu li jirrappreżentaw l-istituzzjonijiet tal-komunità għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni, l-Afrika u ċ-Ċina li jipprovdu mezz għal informazzjoni u kondiviżjoni ta' esperjenzi kontinwati, kif ukoll kooperazzjoni prattika dwar SALW u kwistjonijiet oħrajn relatati mal-kontroll ta' armi konvenzjonali wara li dan il-proġett ikun intemm.

2.2   Promozzjoni tal-kooperazzjoni UE-Ċina b'appoġġ għall-Istati Afrikani fil-prevenzjoni tal-kummerċ illegali u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW

2.2.1.   Objettivi tal-proġett

appoġġ għall-analiżi u r-riċerka konġunta mir-riċerkaturi tal-Unjoni, iċ-Ċina u l-Afrika dwar il-problemi assoċjati mal-proliferazzjoni ta' SALW fl-Afrika u l-opportunitajiet għal attivitajiet kooperattivi UE-Ċina f'dan il-qasam;

għajnuna għall-Istati Afrikani biex jidentifikaw il-ħtiġijiet ta' assistenza u jifformulaw talbiet għal assistenza fl-oqsma relatati mal-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW;

formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet, għal dawk li jfasslu l-politika Ċiniżi u tal-Unjoni, dwar opportunitajiet għal assistenza konġunta UE-Ċina lil pajjiżi terzi fl-Afrika.

2.2.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Permezz tal-proġett ser ikunu jistgħu jiġu identifikati opportunitajiet għall-kooperazzjoni UE-Ċina fl-għoti ta' għajnuna lil pajjiżi terzi Afrikani fl-indirizzar tat-theddid mill-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW. Dan ser jikkonsisti f'sensiela ta' attivitajiet li jinkludu:

l-organizzazzjoni ta' mhux aktar minn tliet żjarat ta' studju fl-Afrika mill-membri tal-EWG biex japprofondixxu l-fehim tagħhom dwar l-impatt tal-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW fil-kontinent, jiltaqgħu mal-atturi lokali, u jiddiskutu l-bżonnijiet għal assistenza teknika;

l-organizzazzjoni fl-Afrika ta' seminar dwar il-politika internazzjonali rigward il-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta' SALW fil-kontinent. Għal-laqgħa ser jattendu sa 30 parteċipant, inklużi l-membri tal-EWG, u rappreżentanti oħrajn tas-soċjetà ċivili u uffiċjali Afrikani, Ċiniżi u tal-UE inkarigati mill-kwistjonijiet dwar armi konvenzjonali, u l-kontroll tagħhom. Barra minn hekk din ser tidentifika oqsma fejn it-talbiet mill-Afrika għal assistenza fil-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW jistgħu jintrabtu mal-assistenza miċ-Ċina u l-Unjoni;

il-valutazzjoni teknika tal-ħtiġijiet dwar il-kontroll ta' SALW f'pajjiż Afrikan wieħed, inklużi stimi tal-ispejjeż, żoni ta' intervent u rakkomandazzjonijiet dwar l-aġenziji tal-implimentazzjoni. L-istudju ser jiġi żviluppat f'relazzjoni mill-qrib mal-uffiċjali tal-gvern involuti fl-amministrazzjoni tas-sistema ta' kontroll ta' SALW, kif ukoll mar-rappreżentanti tas-settur tad-difiża, fil-pajjiż Afrikan rilevanti;

il-pubblikazzjoni mill-EWG ta' rapport fid-dettall li jiffoka fuq iċ-ċirkolazzjoni ta' SALW fl-Afrika, filwaqt li jivvaluta l-effettività tal-interventi attwali u jagħmel rakkomandazzjonijiet ċari lil dawk li jfasslu l-politika dwar azzjonijiet UE-Ċina-Afrika bbażati fuq il-valutazzjoni teknika, iż-żjarat ta' studju u s-seminar fl-Afrika. Ir-rapport ser jiġi tradott u ser jitqassam lil madwar 500 attur tas-soċjetà ċivili, lil dawk li jfasslu l-politika u lil politikanti fiċ-Ċina, l-UE u l-Afrika sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni ġenerali tal-opportunità għall-kooperazzjoni UE-Ċina-Afrika dwar il-kontroll ta' SALW fl-Afrika. Dan ser jiġi ppreżentat ukoll waqt laqgħat ma' uffiċjali kif previst taħt il-proġett imsemmi fil-punt 2.1.;

l-appoġġ lil pajjiż Afrikan biex jiddefinixxi u jikkomunika l-bżonnijiet tiegħu u t-talbiet uffiċjali għal assistenza dwar il-kontroll ta' SALW;

l-organizzazzjoni ta' laqgħat ma' uffiċjali rilevanti tal-Unjoni u taċ-Ċina biex jippromwovu l-iżvilupp ta' kunċett ta' proġett konġunt;

l-organizzazzjoni fiċ-Ċina ta' seminar dwar linji ta' politika UE-Ċina-Afrika biex jiġu ppreżentati r-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-EWG. Għal-laqgħa ser jattendu sa 50 parteċipant, inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u uffiċjali Afrikani, Ċiniżi u tal-Unjoni responsabbli mill-kwistjonijiet dwar armi konvenzjonali, u l-kontroll tal-esportazzjoni tagħhom. Din ser tipprovdi l-opportunità għal rieżami tal-ħidma mill-EWG dwar SALW u għal dibattitu tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, u tipprovdi qafas għal azzjonijiet kollaborattivi prattiċi, bħall-għajnuna mill-Unjoni u ċ-Ċina fl-oqsma tal-ġestjoni tal-ħażniet, id-distruzzjoni tal-ħażniet żejda u ż-żamma ta' rekords.

2.2.3.   Riżultati tal-proġett

sensibilizzazzjoni akbar minn madwar 500 attur tal-komunità għat-tfassil tal-politika, Ċiniżi u tal-Unjoni, inklużi akkademiċi, membri parlamentari, NGOs u ġurnalisti, tal-problemi assoċjati mal-proliferazzjoni ta' SALW fl-Afrika u l-opportunitajiet għal attivitajiet kooperattivi UE-Ċina f'dan il-qasam;

kapaċità akbar ta' Stat Afrikan li jidentifika l-ħtieġa ta' assistenza u jifformula talbiet għal assistenza fil-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW;

identifikazzjoni ta' opportunitajiet għal assistenza konġunta UE-Ċina lil pajjiżi terzi fl-Afrika fil-qasam tal-kontroll ta' SALW.

3.   Postijiet għal seminars/workshops u avvenimenti ta' għeluq u ta' ftuħ

Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-test ta' dan l-Anness, Saferworld ser tipproponi postijiet potenzjali għal seminars/workshops, u avvenimenti ta' għeluq u ta' ftuħ taħt il-proġetti msemmija fil-punti 2.1 u 2.2, li mbagħad jiġu approvati mir-RGħ, f'konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

4.   Benefiċjarji

Huwa stmat li l-benefiċjarji diretti tal-proġetti ser ikunu 500 attur tal-komunità għat-tfassil tal-politika, fiċ-Ċina, l-Afrika, u l-Unjoni, inklużi NGOs, think tanks, rappreżentanti tal-industrija, uffiċjali tal-gvern inkarigati mill-kontroll tal-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali, u l-membri parlamentari.

Il-benefiċjarji indiretti ser ikunu l-popolazzjoni, il-gruppi u l-individwi fl-Afrika li huma milquta ħażin mill-kummerċ illegali ta' SALW.

5.   Valutazzjoni tal-impatt

L-impatt ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi vvalutat b'mod tekniku wara li jintemmu l-aħħar attivitajiet previsti fiha. Il-valutazzjoni tal-impatt ser jitwettaq mir-RGħ, f'kooperazzjoni mal-Gruppi ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill, id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċina, u partijiet interessati rilevanti oħrajn.

6.   Tul ta' żmien

It-tul ta' żmien totali tal-proġetti hu stmat li jkun ta' 24 xahar.

7.   Entità ta' implementazzjoni teknika

L-implimentazzjoni teknika tad-Deċiżjoni ser tiġi fdata lil Saferworld li ser twettaq ħidmitha taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ.

8.   Rappurtar

Saferworld ser tħejji rapporti regolari ta' kull tliet xhur, inkluż wara li tkun tlestiet kull waħda mill-attivitajiet deskritti. Ir-rapporti għandhom ikunu ppreżentati lir-RGħ mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li jitlestew l-attivitajiet rilevanti.

9.   Spiża totali stmata tal-proġetti u l-miżuri u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE

L-ispiża totali tal-proġetti u l-miżuri hija ta' EUR 830 000.


28.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/122/PESK

tas-27 ta’ Frar 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (1).

(2)

Fit-23 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill tenna t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fis-Sirja u b’mod partikolari l-ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem. F’konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill ikkonferma wkoll li l-Unjoni ser tkompli l-politika tagħha li timponi miżuri addizzjonali kontra r-reġim sakemm tkompli r-ripressjoni.

(3)

F’dan il-kuntest, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi kontra l-Bank Ċentrali tas-Sirja.

(4)

Barra minn hekk, għandhom ikunu pprojbiti l-bejgħ, ix-xiri, it-trasport u s-senserija ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tas-Sirja.

(5)

Minbarra dan, aċċess għall-ajruporti tal-Istati Membri għal-tijiriet ta’ merkanzija operati minn trasportaturi Sirjani għandhom jiġu projbiti.

(6)

Addizzjonalment, għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(7)

Madanakollu, mhemmx aktar lok biex tinżamm persuna waħda fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(8)

Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Huma pprojbiti l-bejgħ, xiri, trasport jew senserija diretti jew indiretti ta’ deheb jew metalli prezzjużi, kif ukoll djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tas-Sirja, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tas-Sirja, kif ukoll lil, minn jew għal persuni u entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni mingħandhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni.”;

(2)

għandu jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“KAPITOLU 2a

SETTUR TAT-TRASPORT

Artikolu 17a

Istati Membri, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b’mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, partikolarment ma ftehim internazzjonali relevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-aċċess għall-ajruporti taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom tat-titjiriet kollha tal-merkanzija operati minn trasportaturi Sirjani bl-eċċezzjoni ta’ passiġġieri mħalta u titjiriet ta’ merkanzija.”;

(3)

fl-Artikolu 19, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“8.   Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal trasferiment minn jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi riċevuti u ffriżati wara d-data li jkun ġie inkluż fil-lista jew għal trasferiment ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi għal jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja wara d-data li jkun ġie inkluż fil-lista fejn tali trasferiment ikun marbut ma’ ħlas minn istituzzjoni finanzjarja mhux inkluża fil-lista li jkun dovut b’konnessjoni ma’ kuntratt ta’ kummerċ speċifiku, sakemm l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina, każ b’każ, li l-ħlas mhuwiex direttament jew indirettament riċevut minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

9.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal trasferiment li jsir minn jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati fejn tali trasferiment ikun biex jipprovdi likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ lill-istituzzjonijiet finanzjarji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, sakemm it-trasferiment ikun ġie awtorizzat mill-Istat Membru rilevanti.”.

Artikolu 2

Il-persuni u entità elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

Artikolu 3

Il-persuna elenkata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi imħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


ANNESS I

Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Central Bank of Syria (Bank Ċentrali tas-Sirja)

Sirja, Damasku, Pjazza Sabah Bahrat

Indirizz postali:

Pjazza Altjreda al Maghrebeh, Damasku,

Repubblika Għarbija Sirjana,

P.O.Box: 2254

Ipprovda għajnuna finanzjarja lir-regim.

27.2.2012

2.

Al –Halqi, Dr. Wael Nader

Imwieled fil-Provinċja ta' Daraa, fl-1964

Ministru tas-Saħħa.

Meta kienu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-isptarijiet ġew ordnati biex jirrifjutaw il-kura lil min kien jipprotesta.

27.2.2012

3.

Azzam, Mansour Fadlallah

Imwieled fil-Provinċja ta' Sweida, fl-1960

Ministru tal-Affarijiet Presidenzjali

Konsulent tal-President.

27.2.2012

4.

Sabouni, Dr. Emad Abdul-Ghani

Imwieled f'Damasku, fl-1964

Ministru tal-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-aċċess liberu għall-mezzi tax-xandir qed jixxekkel serjament.

27.2.2012

5.

Allaw, Sufian

Imwieled f'al-Bukamal, Deir Ezzor, fl-1944

Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.

Responsabbli għall-politiki dwar iż-żejt u r-riżorsi minerali li jipprovdu sors ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim.

27.2.2012

6.

Slakho, Dr Adnan

Imwieled f'Damasku, fl-1955

Ministru tal-Industrija

Responsabbli għall-politiki ekonomiċi u industrijali li jipprovdu riżorsi u appoġġ lir-reġim.

27.2.2012

7.

Al-Rashed, Dr. Saleh

Imwieled fil-Provinċja ta' Aleppo, fl-1964

Ministru tal-Edukazzjoni.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-iskejjel qed jintużaw bħala ħabsijiet proviżorji

27.2.2012

8.

Abbas, Dr. Fayssal

Imwieled fil-Provinċja ta' Hama, fl-1955

Ministru tat-Trasport.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, qed jiġi pprovdut appoġġ loġistiku għar-repressjoni.

27.2.2012


ANNESS II

Persuna msemmija fl-Artikolu 3

52.

Emad Ghraiwati


28.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/123/PESK

tas-27 ta’ Frar 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/523/UE li parzjalment tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 1977, il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana kkonkludew Ftehim ta’ Kooperazzjoni (1) (“il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni”) biex jippromwovu l-kooperazzjoni ġenerali bil-ħsieb li jsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejniethom.

(2)

Fit-2 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/523/UE (2) li parzjalment tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni sa meta l-awtoritajiet Sirjani jtemmu l-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u jkunu jistgħu mill-ġdid jitqiesu bħala konformi mal-liġi internazzjonali ġenerali u mal-prinċipji li jiffurmaw il-bażi tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni.

(3)

Minn dak iż-żmien, u fid-dawl ta’ aktar deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni fis-Sirja, l-Unjoni adottat miżuri restrittivi ulterjuri kontra r-reġim tas-Sirja (3).

(4)

F’dan ir-rigward, is-sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għandha tkompli sejra. F’konformità mad-Deċiżjoni 2011/523/UE, is-sospensjoni għandha jkollha l-għan li tolqot lill-awtoritajiet Sirjani biss u mhux lill-poplu tas-Sirja, u għalhekk għandha tkun limitata kif meħtieġ. Ladarba d-deheb, il-metalli prezzjużi u d-djamanti huma prodotti li l-kummerċ fihom jibbenefika b’mod partikolari r-reġim tas-Sirja, u li għalhekk isostni l-politika tagħha ta’ ripressjoni, is-sospensjoni għandha tiġi estiża biex tapplika wkoll għall-kummerċ f’dawn il-materjali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/523/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lir-Repubblika Għarbija tas-Sirja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, is-27 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 269, 27.9.1978, p. 2.

(2)  ĠU L 228, 3.9.2011, p. 19.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 6), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 33).


ANNESS

Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

“(6)

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretti jew indiretti, ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, kif elenkati hawn taħt, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lill-Gvern tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, lill-Bank Ċentrali tas-Sirja, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni minnhom, jew lil kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom;

(7)

Ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport, direttament jew indirettament, ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, kif elenkati hawn taħt, kemm jekk l-oġġett ikkonċernat joriġina fis-Sirja kif ukoll jekk le, mill-Gvern tas-Sirja, mill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, mill-Bank Ċentrali tas-Sirja u minn kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni minnhom, jew minn kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom; u

(8)

Il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ assistenza teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mal-merċi msemmija fil-punti (6) u (7), lill-Gvern tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, lill-Bank Ċentrali tas-Sirja u lil kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni minnhom, jew lil kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom;

Id-deheb, il-metalli prezzjużi u d-djamanti msemmija f’dan l-Anness huma:

Kodiċi tas-SA

Isem tal-merkanzija

7102

Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati.

7106

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab.

7108

Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu), mhux maħdum jew f’għamla semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab.

7109

Metalli komuni jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati.

7110

Platinu, f’għamliet mhux maħdumin jew semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab.

7111

Metalli komuni, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati.

7112

Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fihom metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż.”.


28.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/20


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/124/PESK

tas-27 ta’ Frar 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(2)

L-informazzjoni marbuta ma' persuna waħda fuq il-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha tiġi aġġornata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6.


ANNESS

L-entrata għal Cephas George Msipa għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tidher hawn taħt:

 

Isem (u psewdonomi)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

“60.

Msipa, Cephas George

Ex-Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931.

Passaport ZD001500

I.D. 63-358147A67

Ex-Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni ZANU-PF tal-Gvern.”