|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.042.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 42 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
15.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 42/1 |
Huma biss it-testi oriġinali tal-UN/ECE li għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat tal-UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Suppliment 1 għas-serje 06 tal-emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: it-23 ta’ Ġunju 2011
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Ambitu |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet u testijiet |
|
6. |
Modifikazzjonijiet tat-tip ta’ vettura |
|
7. |
Estensjonijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip |
|
8. |
Il-konformità tal-produzzjoni (COP) |
|
9. |
Il-konformità waqt it-tħaddim |
|
10. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għal kollox |
|
12. |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
|
13. |
L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli biex jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi |
APPENDIĊI
|
1 — |
Proċedura biex tiġi vverifikata l-konformità tal-ħtiġijiet tal-produzzjoni jekk id-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-fabbrikant tkun sodisfaċenti |
|
2 — |
Proċedura biex tiġi vverifikata l-konformità tal-ħtiġijiet tal-produzzjoni jekk id-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-fabbrikant ma tkunx sodisfaċenti jew ma teżistix |
|
3 — |
Spezzjoni tal-konformità waqt it-tħaddim |
|
4 — |
Proċedura statistika għall-ittestjar tal-konformità waqt it-tħaddim |
|
5 — |
Responsabbiltajiet għall-konformità waqt it-tħaddim |
|
6 — |
Rekwiżiti għal vetturi li jużaw reaġent għas-sistema tal-egżost wara t-trattament |
ANNESSI
|
1 — |
Il-karatteristiċi tal-magna u tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-twettiq tat-testijiet |
|
Appendiċi 1 — |
Informazzjoni dwar il-kundizzjoni tat-test |
|
2 — |
Il-komunikazzjoni |
|
Appendiċi 1 — |
Informazzjoni relatata mal-OBD |
|
Appendiċi 2 — |
Ċertifikat ta’ konformità tal-fabbrikant mar-rekwiżiti tar-rendiment waqt l-użu tal-OBD |
|
3 — |
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni |
|
4a — |
Test tat-Tip I (Li jivverifika l-emissjonijiet tal-egżost wara startjatura kiesħa) |
|
Appendiċi 1 — |
Sistema tad-dajnamometru tax-xażi |
|
Appendiċi 2 — |
Sistema ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-egżost |
|
Appendiċi 3 — |
Apparat għall-kejl tal-emissjonijiet tal-gass |
|
Appendiċi 4 — |
Apparat għall-kejl tal-emissjonijiet tal-piż tal-partikuli separati |
|
Appendiċi 5 — |
Apparat għall-kejl tal-emissjonijiet ta’ numru ta’ partikuli |
|
Appendiċi 6 — |
Verifika tal-inerzja simulata |
|
Appendiċi 7 — |
Il-kejl tat-tagħbija tal-vettura fit-triq |
|
5 — |
Test tat-Tip II — (Test tal-emissjoni tal-monossidu tal-karbonju f’idling speed) |
|
6 — |
Test tat-Tip III — (Li jivverifika l-emissjonijiet tal-gassijiet mill-crankcase) |
|
7 — |
Test tat-Tip IV — (Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet li jevaporaw minn vetturi b’magni positive-ignition) |
|
Appendiċi 1: — |
Il-kalibrazzjoni tal-apparat għall-ittestjar tal-emissjonijiet li jevaporaw |
|
Appendiċi 2 |
|
|
8 — |
Test tat-Tip VI — (Li jivverifika l-emissjonijiet medji tal-egżost ta’ monossidu tal-karbonju u idrokarbonji wara startjatura kiesħa f’temperatura ambjentali baxxa) |
|
9 — |
Test tat-Tip V — (Deskrizzjoni tat-test tar-reżistenza għall-verifika tad-durabbiltà tal-mekkaniżmi li jikkontrollaw it-tniġġis) |
|
Appendiċi 1 — |
Iċ-Ċiklu Standard tal-Bank (SBC) |
|
Appendiċi 2 — |
Iċ-Ċiklu Standard tal-Bank għad-Diżil (SDBC) |
|
Appendiċi 3 — |
Iċ-Ċiklu Standard tat-Triq (SRC) |
|
10 — |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza |
|
10a — |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils tal-gass ta’ referenza |
|
11 — |
Id-dijanjostika abbord (OBD) għall-vetturi bil-mutur |
|
Appendiċi 1 — |
L-aspetti funzjonali tas-sistemi tad-dijanjostika abbord (OBD) |
|
Appendiċi 2 — |
Il-karatteristiċi essenzjali tal-familja tal-vetturi |
|
12 — |
L-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-ECE għal vettura li taħdem bl-LPG jew bl-NG/bijometan |
|
13 — |
Il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet għal vettura mgħammra b’sistema li tirriġenera perjodikament |
|
14 — |
Il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet għal vetturi elettriċi ibridi (HEV) |
|
Appendiċi — |
Mekkaniżmu li jaħżen l-enerġija elettrika/is-saħħa bi profil State Of Charge (SOC) għat-Test tat-Tip I għall-HEV tal-OVC |
1. AMBITU
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur.
Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-konformità waqt it-tħaddim, id-durabbiltà tal-apparat tal-kontroll tat-tniġġis u s-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD).
|
1.1. |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’piż ta’ referenza li ma jaqbiżx l-2 610 kg (1).
Fuq it-talba tal-fabbrikant, l-approvazzjoni tat-tip mogħtija skont dan ir-Regolament tista’ tiġi estiża mill-vetturi msemmija hawn fuq għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’piż ta’ referenza li ma jaqbiżx l-2 840 kg u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2.1. “Tip ta’ vettura” tfisser grupp ta’ vetturi li ma jvarjawx fil-karatteristiċi li ġejjin:
|
2.1.1. |
L-inerzja ekwivalenti determinata skont il-piż ta’ referenza kif preskritt fl-Anness 4a, Tabella 3; u |
|
2.1.2. |
Il-karatteristiċi tal-magna u tal-vettura kif definiti fl-Anness 1; |
2.2. “Piż ta’ referenza” tfisser il-“piż mingħajr tagħbija” tal-vettura miżjud b’figura uniformi ta’ 100 kg għat-test skont l-Annessi 4a u 8;
|
2.2.1. |
“Il-piż mingħajr tagħbija” tfisser il-piż tal-vettura meta tkun qiegħda taħdem sew mingħajr il-piż uniformi tax-xufier ta’ 75 kg, il-passiġġieri jew it-tagħbija, iżda bit-tank tal-fjuwil mimli sa 90 fil-mija u bis-sett normali ta’ għodda u stepni abbord, fejn applikabbli; |
|
2.2.2. |
“Il-piż tal-vettura meta tkun qiegħda taħdem sew” tfisser il-piż deskritt fil-Paragrafu 2.6 tal-Anness 1 ma’ dan ir-Regolament u għal vetturi ddisinjati u mibnija biex iġorru aktar minn 9 okkupanti (minbarra x-xufier), il-piż ta’ membru tal-ekwipaġġ (75 kg), jekk ikun hemm post tal-ekwipaġġ fost id-disa’ postijiet jew aktar. |
2.3. “Piż massimu” tfisser il-piż massimu li huwa teknikament permessibbli ddikjarat mill-fabbrikant tal-vettura (dan il-piż jista’ jkun akbar mill-piż massimu awtorizzat mill-amministrazzjoni nazzjonali);
2.4. “Sustanzi li jniġġsu tal-gass” tfisser l-emissjonijiet tal-gass tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju, l-ossidi tan-nitroġenu espressi f’dijossidu nitroġeniku (NO2) ekwivalenti u idrokarboni li jassumu proporzjon ta’:
|
(a) |
C1H2525 għal gass likwidifikat taż-żejt mhux raffinat (LPG) |
|
(b) |
C1H4 għal gass naturali (NG) u bijometan |
|
(c) |
C1H1.89O0 016 għall-petrol (E5) |
|
(d) |
C1H1.86O0 005 għad-diżil (B5) |
|
(e) |
C1H2.74O0 385 għall-etanol (E85); |
2.5. “Sustanzi li jniġġsu tal-partikuli separati” tfisser komponenti tal-egżost tal-gass li jitneħħew mill-egżost tal-gass imnaqqas fil-konċentrazzjoni f’temperatura massima ta’ 325 K (52 °C) permezz tal-filters deskritti fl-Anness 4a; Appendiċi 4.
|
2.5.1. |
“Numri tal-partikuli” tfisser in-numru totali ta’ partikuli ta’ dijametru akbar minn 23 mm preżenti fil-gass tal-egżost imnaqqas fil-konċentrazzjoni wara li jkun ġie kkundizzjonat sabiex jitneħħa l-materjal volatili, kif deskritt fl-Anness 4a, Appendiċi 5. |
2.6. “Emissjonijiet tal-egżost” tfisser
|
— |
Għal magni positive-ignition (P.I.), emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu tal-gass u tal-partikuli separati; |
|
— |
Għal magni compression-ignition (C.I.), emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu tal-gass, sustanzi li jniġġsu tal-partikuli separati u numri ta’ partikuli; |
2.7. “Emissjonijiet li jevaporaw” tfisser il-fwar tal-idrokarboni li jintilfu mis-sistema tal-fjuwil ta’ vettura bil-mutur għajr dawk mill-emissjonijiet tal-egżost;
|
2.7.1. |
“Telf fit-tank li jirrespira” huma l-emissjonijiet tal-idrokarboni kkawżati minn bidliet fit-temperatura fit-tank tal-fjuwil (jekk jassumu proporzjon ta’ C1H2.33). |
|
2.7.2. |
“Telf b’riżultat ta’ waqfien b’magna sħuna” huma l-emissjonijiet tal-idrokarboni li joħorġu mis-sistema tal-fjuwil ta’ vettura wieqfa wara perjodu ta’ sewqan (jekk jassumu proporzjon ta’ C1 H2.20); |
2.8. “Il-crankcase tal-magna” tfisser l-ispazji ġol-magna jew barra minnha li huma mqabbda mas-sump taż-żejt permezz ta’ pajpijiet interni jew esterni li minnhom jistgħu jgħaddu l-gassijiet u l-fwar;
2.9. “Mekkaniżmu ta’ startjar bil-kesħa” tfisser mekkaniżmu li temporanjament jarrikkixxi t-taħlita ta’ arja/fjuwil tal-magna biex b’hekk jgħin lill-magna tistartja;
2.10. “Għajnuna biex tistartja” tfisser mekkaniżmu li jgħin lill-magna biex tistartja mingħajr ma tkun arrikkita t-taħlita tal-arja/fjuwil tal-magna, eż. plagg li jiddi, bidla fil-ħin tal-injezzjoni, eċċ.;
2.11. “Il-kapaċità tal-magna” tfisser:
|
2.11.1. |
Għall-magni bil-pistin li jirreċiproka, iċ-ċilindrata nominali tal-magna; |
|
2.11.2. |
Għall-magni bil-pistin idur (Wankel), darbtejn iċ-ċilindrata nominali tal-ispazju tal-kombustjoni għal kull pistin; |
2.12. “Mekkaniżmi li jikkontrollaw it-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet tal-egżost u li jevaporaw;
2.13. “OBD” tfisser sistema dijanjostika abbord li tikkontrolla l-emissjonijiet, li kapaċi tidentifika ż-żona li x’aktarx jiġrilha ħsara permezz ta’ kodiċijiet tal-ħsara li hemm maħżuna fil-memorja tal-kompjuter;
2.14. “Test waqt it-tħaddim” tfisser it-test u l-evalwazzjoni tal-konformità mwettqa skont il-paragrafu 9.2.1 ta’ dan ir-Regolament;
2.15. “Miżmuma u użata sewwa” tfisser, għall-fini tat-test tal-vettura, li dik il-vettura tissodisfa l-kriterji biex tkun aċċettata vettura magħżula kif stipulati fil-paragrafu 2 tal-Appendiċi 3 ma’ dan ir-Regolament;
2.16. “Mekkaniżmu ta’ diżattivazzjoni” tfisser kwalunkwe element tad-disinn li jissensja t-temperatura, il-veloċità tal-vettura, il-veloċità ta’ kemm tgħaqqad il-magna, il-ger tat-trasmissjoni, il-vakwu tal-manifold jew xi parametru ieħor bil-għan li jattiva, jirregola, jirritardja jew jiddiżattiva l-operazzjoni ta’ kwalunkwe parti mis-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effikaċja tas-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet taħt kundizzjonijiet li wieħed mistenni jiltaqa’ magħhom meta l-vettura tkun qiegħda taħdem u tintuża b’mod normali. Tali element tad-disinn jista’ ma jitqiesx bħala mekkaniżmu ta’ diżattivazzjoni jekk:
|
2.16.1. |
Il-ħtieġa għall-mekkaniżmu huwa ġustifikat f’termini tal-protezzjoni tal-magna minn ħsarat jew inċidenti u biex il-vettura taħdem b’mod sikur; jew |
|
2.16.2. |
Il-mekkaniżmu ma jiffunzjonax lil hinn mir-rekwiżiti tal-istartjar tal-magna; jew |
|
2.16.3. |
Il-kundizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tat-test tat-Tip I jew tat-Tip VI; |
2.17. “Familja ta’ vetturi” tfisser grupp ta’ tipi ta’ vetturi identifikat minn vettura tal-oriġini għall-fini tal-Anness 12;
2.18. “Il-fjuwil li teħtieġ il-magna” tfisser it-tip ta’ fjuwil normalment użat mill-magna:
|
(a) |
Petrol (E5); |
|
(b) |
LPG (gass likwidifikat taż-żejt mhux raffinat); |
|
(c) |
NG/bijometan (gass naturali); |
|
(d) |
Jew petrol (E5) jew LPG; |
|
(e) |
Jew petrol (E5) jew NG/bijometan; |
|
(f) |
Fjuwil tad-diżil (B5); |
|
(g) |
Taħlita ta’ etanol (E85) u petrol (E5) (Flex fuel); |
|
(h) |
Taħlita ta’ bijodiżil u diżil (B5) (Flex fuel); |
|
(i) |
Idroġenu |
|
(j) |
Jew petrol (E5) jew Idroġenu (Bijofjuwil); |
|
2.18.1. |
“Bijofjuwil” tfisser likwidu jew fjuwil tal-gass għat-trasport, prodott minn bijomassa; |
2.19. “L-approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-limitazzjoni tal-kundizzjonijiet li ġejjin (2):
|
2.19.1. |
Limitazzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost mill-vettura, l-emissjonijiet li jevaporaw, l-emissjonijiet mill-crankcase, id-durabbiltà tal-mekkaniżmi li jikkontrollaw it-tniġġis, l-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes meta tistartja kiesħa u dijanjostiċi abbord vetturi li jieħdu fjuwil ta’ petrol mingħajr ċomb, jew li jistgħu jieħdu fjuwil jew ta’ petrol mingħajr ċomb u LPG jew NG/bijometan jew bijofjuwils (Approvazzjoni B); |
|
2.19.2. |
Limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu tal-gass u tal-partikuli separati, id-durabbiltà tal-mekkaniżmi li jikkontrollaw it-tniġġis u d-dijanjostiċi abbord vetturi li jieħdu fjuwil tad-diżil (Approvazzjoni Ċ) jew li jistgħu jieħdu fjuwil ta’ diżil u bijofjuwil; |
|
2.19.3. |
Limitazzjoni tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu tal-gass mill-magna, l-emissjonijiet mill-crankcase, id-durabbiltà tal-mekkaniżmi li jikkontrollaw it-tniġġis, l-emissjonijiet meta tistartja kiesħa u d-dijanjostiċi abbord vetturi li jieħdu fjuwil LPG jew NG/bijometan (Approvazzjoni D); |
2.20. “Sistema li tirriġenera perjodikament” tfisser mekkaniżmu kontra t-tniġġis (eż. konvertur katalitiku, maqbad tal-partikuli separati) li jeħtieġ proċess ta’ riġenerazzjoni perjodiku f’inqas minn 4 000 km tat-tħaddim normali tal-vettura. Waqt iċ-ċikli fejn issir ir-riġenerazzjoni, l-istandards tal-emissjonijiet jistgħu jinqabżu. Jekk ikun hemm riġenerazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra t-tniġġis mill-inqas darba għal kull test tat-Tip I u li diġà jkun ġie riġenerat mill-inqas darba waqt iċ-ċiklu tal-preparazzjoni tal-vettura, hija titqies bħala sistema li tirriġenera kontinwament li ma teħtieġx proċedura speċjali tat-test. L-Anness 13 ma japplikax għal sistemi li jirriġeneraw kontinwament.
Fuq it-talba tal-fabbrikant, il-proċedura tat-test speċifika għas-sistemi li jirriġeneraw perjodikament ma tkunx tapplika għall-mekkaniżmu li jirriġenera jekk il-fabbrikant jipprovdi dejta lill-Awtorità li toħroġ l-Approvazzjoni tat-tip li, waqt iċ-ċikli meta ssir ir-riġenerazzjoni, l-emissjonijiet jibqgħu taħt l-istandards imsemmija fil-paragrafu 5.3.1.4 applikati għall-kategorija tal-vettura kkonċernata wara l-kunsens tas-Servizz Tekniku;
2.21. Vetturi ibridi (HV)
|
2.21.1. |
Definizzjoni ġenerali ta’ vetturi ibridi (HV):
“Vettura ibrida (HV)” tfisser vettura li għandha mill-inqas żewġ konverturi tal-enerġija differenti u żewġ sistemi ta’ ħażniet tal-enerġija differenti (fuq il-vettura) għall-fini ta’ propulsjoni tal-vettura; |
|
2.21.2. |
Definizzjoni ta’ vetturi elettriċi ibridi (HEV):
“Vettura elettrika ibrida (HEV)” tfisser vettura li, għall-fini ta’ propulsjoni mekkanika, tieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi li ġejjin ta’ enerġija/saħħa li jkun hemm maħżuna fuq il-vettura:
|
2.22. “Vettura li tieħu fjuwil wieħed” tfisser vettura li hija ddisinjata primarjament biex taħdem b’tip wieħed ta’ fjuwil;
|
2.22.1. |
“Vettura bi fjuwil wieħed li taħdem bil-gass” tfisser vettura li hija ddisinjata primarjament għat-tħaddim permanenti fuq l-LPG jew l-NG/bijometan jew idroġenu, iżda jista’ jkollha wkoll sistema tal-petrol għal skopijiet ta’ emerġenza jew biex tistartja biss, fejn it-tank tal-petrol ma jkunx fih aktar minn 15-il litru ta’ petrol; |
2.23. “Vettura b’żewġ tipi ta’ fjuwils” tfisser vettura b’żewġ sistemi separati li jaħżnu l-fjuwil li tista’ taħdem parzjalment fuq iż-żewġ fjuwils differenti u li hija ddisinjata biex taħdem fuq fjuwil wieħed biss f’ħin partikolari;
|
2.23.1. |
“Vettura b’żewġ fjuwils li taħdem bil-gass” tfisser vettura b’żewġ fjuwils li tista’ taħdem kemm fuq il-petrol kif ukoll fuq LPG, NG/bijometan jew idroġenu. |
2.24. “Vettura li tuża fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem fuq mill-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jkun jew fih il-gass f’temperatura u pressjoni atmosferika, jew inkella jkun sostanzjalment imnissel minn żejt mhux minerali;
2.25. “Vettura flex fuel” tfisser vettura b’sistema waħda ta’ ħażna tal-fjuwil li tista’ taħdem fuq taħlitiet differenti ta’ żewġ fjuwils jew aktar;
|
2.25.1. |
“Vettura flex fuel li tieħu l-etanol” tfisser vettura flex fuel li tista’ taħdem bil-petrol jew taħlita ta’ petrol u etanol sa taħlita b’85 % tal-etanol (E85); |
|
2.25.2. |
“Vettura flex fuel li tieħu l-bijodiżil” tfisser vettura flex fuel li tista’ taħdem bid-diżil minerali jew b’taħlita ta’ diżil minerali u bijodiżil; |
2.26. “Vetturi ddisinjati biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi” tfisser vetturi li jieħdu d-diżil tal-kategorija M1 li huma jew:
|
(a) |
Vetturi bi skop speċjali b’piż ta’ referenza li jaqbeż l-2 000 kg (3); |
|
(b) |
Vetturi b’piż ta’ referenza li jaqbeż l-2 000 kg u li huma ddisinjati biex iġorru seba’ okkupanti jew aktar, inkluż ix-xufier, bl-esklużjoni, mill-1 ta’ Settembru 2012, ta’ vetturi li jaqgħu taħt il-kategorija M1G3; |
|
(c) |
Vetturi b’piż ta’ referenza li jaqbeż l-1 760 kg li huma mibnija speċifikament għal skopijiet kummerċjali sabiex jakkomodaw l-użu tas-siġġu tar-roti ġewwa l-vettura. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost, l-emissjonijiet mill-crankcase u d-durabbiltà tal-mekkaniżmi li jikkontrollaw it-tniġġis, kif ukoll is-sistema dijanjostika tagħha abbord (OBD) għandha tiġi sottomessa mill-fabbrikant tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu lill-Awtorità tal-Approvazzjoni. |
|
3.1.1. |
Barra minn hekk, il-fabbrikant għandu jissottometti l-informazzjoni li ġejja:
|
|
3.1.2. |
Għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 3 tal-Anness 11, vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura jew familja ta’ vettura mgħammra bis-sistema OBD biex tiġi approvata għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku responsabbli għat-test tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk is-Servizz Tekniku jistabbilixxi li l-vettura sottomessa ma tirrappreżentax għal kollox it-tip tal-vettura jew il-familja tal-vettura deskritta fl-Anness 11, l-Appendiċi 2, vettura alternattiva u, jekk ikun hemm bżonn, vettura addizzjonali, għandha titressaq għat-test skont il-paragrafu 3 tal-Anness 11. |
|
3.2. |
Mudell tad-dokument informattiv relatat mal-emissjonijiet tal-egżost, l-emissjonijiet li jevaporaw, id-durabbiltà u s-sistema dijanjostika abbord (OBD) jinsab fl-Anness 1. L-informazzjoni msemmija taħt il-paragrafu 3.2.12.2.7.6 tal-Anness 1 għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi 1 “INFORMAZZJONI RELATATA MAL-OBD” tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip mogħtija fl-Anness 2. |
|
3.2.1. |
Fejn xieraq, għandhom jiġu sottomessi kopji ta’ approvazzjonijiet oħrajn tat-tip bid-dejta rilevanti biex ikunu jistgħu jsiru estensjonijiet tal-approvazzjonijiet u jiġu stabbiliti l-fatturi ta’ deterjorament. |
|
3.3. |
Għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi sottomessa vettura rappreżentattiva tat-tip tal-vettura li jrid jiġi approvat lis-Servizz Tekniku responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. |
|
3.4.1. |
L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.1. għandha titħejja b’konformità mal-mudell tad-dokument informattiv stabbilit fl-Anness 1. |
|
3.4.2. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3.1.1.(d), il-fabbrikant għandu juża l-mudell ta’ ċertifikat ta’ konformità tal-fabbrikant mar-rekwiżiti ta’ rendiment waqt l-użu tal-OBD stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness 2. |
|
3.4.3. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3.1.1.(e), l-Awtorità tal-Approvazzjoni li tagħti l-approvazzjoni għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija f’dak il-punt disponibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni, meta tintalab tagħmel dan. |
|
3.4.4. |
Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 3.1.1, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhomx japprovaw vettura jekk l-informazzjoni sottomessa mill-fabbrikant ma tkunx xierqa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 7 tal-Appendiċi 1 mal-Anness 11. Il-paragrafi 7.2, 7.3 u 7.7 tal-Appendiċi 1 mal-Anness 11 għandhom japplikaw taħt il-kundizzjonijiet tas-sewqan kollha li jkunu raġonevolment prevedibbli. Għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jieħdu kont tal-istat tat-teknoloġija. |
|
3.4.5. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3.1.1.(f), id-dispożizzjonijiet li ttieħdu sabiex jipprevjenu li l-kompjuter għall-kontroll tal-emissjonijiet jiġi mbagħbas u mmodifikat għandhom jinkludu l-faċilità biex isir l-aġġornament billi jintuża programm approvat jew kalibrazzjoni approvata mill-fabbrikant. |
|
3.4.6. |
Għat-testijiet speċifikati fit-Tabella A, il-fabbrikant għandu jressaq quddiem is-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat. |
|
3.4.7. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi flex fuel għandha tkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-paragrafi 4.9.1 u 4.9.2. |
|
3.4.8. |
Il-bidliet fl-għamla ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata li jseħħu wara approvazzjoni tat-tip ma għandhomx awtomatikament jinvalidaw approvazzjoni tat-tip, ħlief jekk il-karatteristiċi oriġinali jew il-parametri tekniċi tagħha jinbidlu b’tali mod li tkun affettwata l-funzjonalità tal-magna jew tas-sistema għall-kontroll tat-tniġġis. |
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk il-vettura tat-tip li ġiet sottomessa għall-approvazzjoni wara din l-emenda tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta’ hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dik it-tip ta’ vettura.
4.2. Għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni lil kull tip approvat.
L-ewwel żewġ numri tiegħu għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li fuqhom ingħatat l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil Tip Ieħor ta’ vettura.
4.3. In-notifika dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament.
|
4.3.1. |
F’każ li t-test preżenti jiġi emendat, pereżempju, jekk jiġu preskritti valuri ta’ limitu ġodda, il-Partijiet għall-Ftehim għandhom ikunu mgħarrfa dwar liema tipi ta’ vetturi diġà approvati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet il-ġodda. |
4.4. Għandu jkun hemm imwaħħal, f’post fejn jidher u li huwa aċċessibbli malajr speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” flimkien man-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4). |
|
4.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, flimkien mal-ittra “R”, sing u numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.4.3. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandu jkun fiha ittra addizzjonali wara n-numru tal-approvazzjoni tat-tip, bl-iskop li tiddistingwi l-kategorija tal-vetturi u l-klassi li għalihom ingħatat l-approvazzjoni. Din l-ittra għandha tintgħażel skont it-Tabella 1 fl-Anness 3 ma’ dan ir-Regolament. |
4.5. Jekk il-vettura tikkonforma ma’ vettura tat-tip approvata, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għaliex jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni, kif ukoll is-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara sew u ma titħassarx.
4.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq it-tabella tad-dejta tal-vettura.
4.8. L-Anness 3 ma’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.
4.9. Rekwiżiti addizzjonali għall-approvazzjoni ta’ vetturi flex fuel
|
4.9.1. |
Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura flex fuel li tieħu l-etanol jew il-bijodiżil, il-fabbrikant tal-vettura għandu jiddeskrivi l-kapaċità tal-vettura li tadatta għal kwalunkwe taħlita ta’ fjuwil ta’ petrol u etanol (sa taħlita b’85 % tal-etanol) jew diżil u bijodiżil li jista’ jkun hemm fis-suq. |
|
4.9.2. |
Għal vetturi flex fuel, it-tranżizzjoni minn fjuwil ta’ referenza wieħed għal ieħor bejn it-testijiet għandha sseħħ mingħajr aġġustament manwali tas-settings tal-magna. |
4.10. Rekwiżiti għal approvazzjoni rigward is-sistema OBD
|
4.10.1. |
Il-fabbrikant għandu jiżgura li l-vetturi kollha jkunu mgħammra b’sistema OBD. |
|
4.10.2. |
Is-sistema OBD għandha tiġi ddisinjata, mibnija u installata fuq vettura b’tali mod li tkun tista’ tidentifika t-tipi ta’ deterjorament jew ħsara tul il-ħajja kollha tal-vettura. |
|
4.10.3. |
Is-sistema OBD għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament matul il-kundizzjonijiet ta’ użu normali. |
|
4.10.4. |
Meta tiġi ttestjata b’komponent difettuż skont l-Appendiċi 1 tal-Anness 11, l-indikatur ta’ ħsara tas-sistema OBD għandu jiġi attivat. L-indikatur tal-ħsara tas-sistema OBD jista’ jiġi attivat ukoll waqt dan it-test f’livelli ta’ emissjonijiet taħt il-limiti ta’ limitu tal-OBD speċifikati fl-Anness 11. |
|
4.10.5. |
Il-fabbrikant għandu jiżgura li s-sistema OBD tkun konformi mar-rekwiżiti għal rendiment waqt l-użu stabbilit fil-paragrafu 7 tal-Appendiċi 1 mal-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament taħt il-kundizzjonijiet kollha ta’ sewqan li jkunu raġonevolment prevedibbli. |
|
4.10.6. |
Il-fabbrikant għandu jagħmel faċilment disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-operaturi indipendenti bla ebda encryption id-dejta relatata mar-rendiment waqt l-użu li għandha tinħażen u tiġi rrapportata minn sistema OBD ta’ vettura skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 7.6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11. |
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET
Il-fabbrikanti ta’ volum baxx
Bħala alternattiva għar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, il-fabbrikanti tal-vetturi li l-produzzjoni annwali tagħhom mad-dinja kollha hija inqas minn 10 000 unità jistgħu jiksbu approvazzjoni abbażi tar-rekwiżiti tekniċi korrispondenti speċifikati fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
Att Leġiżlattiv |
Rekwiżiti |
|
Il-Kodiċi tar-Regolamenti ta’ Kalifornja, Titolu 13, paragrafi 1961(a) u 1961(b)(1)(C)(1) applikabbli għall-vetturi tal-2001 u mudelli li ħarġu fis-snin ta’ wara, 1968,1, 1968,2, 1968,5, 1976 u 1975, ippubblikata minn Barclay’s Publishing |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata skont il-Kodiċi tar-Regolamenti ta’ Kalifornja applikabbli għas-sena tal-aktar mudell reċenti ta’ vettura light-duty |
It-testijiet tal-emissjonijiet sabiex ikun żgurat li l-vettura tkun tajba għat-triq stabbiliti fl-Anness 5 u r-rekwiżiti għall-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura stabbiliti fil-paragrafu 5 tal-Anness 11 xorta għandhom ikunu meħieġa sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet skont dan il-paragrafu.
L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni l-oħrajn tal-Partijiet Kontraenti biċ-ċirkostanzi ta’ kull approvazzjoni tat-tip mogħtija skont dan il-paragrafu.
5.1. Ġenerali
5.1.1. Il-komponenti li x’aktarx jaffettwaw l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom ikunu iddisinjati, mibnija u mmontati b’tali mod li jagħtu lok biex il-vettura, waqt l-użu normali tagħha, minkejja l-vibrazzjonijiet li tista’ tkun soġġetta għalihom, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
5.1.2. Il-miżuri tekniċi meħuda mill-fabbrikant għandhom ikunu tali li jiżguraw li b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-emissjonijiet tal-gass tal-egżost u li jevaporaw ikunu limitati b’mod effikaċi kemm iddum taħdem sew il-vettura u taħt il-kundizzjonijiet normali tal-użu tagħha. Dan irid jinkludi s-sikurezza ta’ dawk il-pajpijiet u l-ġonot u l-konnessjonijiet tagħhom, użati fis-sistemi li jikkontrollaw l-emissjonijiet, li għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jikkonformaw mal-pjan tad-disinn oriġinali. Għall-emissjonijiet tal-egżost, dawn id-dispożizzjonijiet jitqiesu bħala li ġew issodisfati jekk ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.3.1.4 u 8.2.3.1, rispettivament. Għall-emissjonijiet li jevaporaw, dawn il-kundizzjonijiet jitqiesu bħala li ġew issodisfati jekk ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.3.1.4 u 8.2.3.1, rispettivament.
|
5.1.2.1. |
L-użu ta’ mekkaniżmu ta’ diżattivazzjoni huwa pprojbit. |
5.1.3. Il-ftuħ tal-bokki tat-tankijiet tal-petrol
|
5.1.3.1. |
Skont il-paragrafu 5.1.3.2, il-ftuħ tal-bokki tat-tank tal-petrol jew tal-etanol għandu jkun iddisinjat b’tali mod li ma jħallix li t-tank jimtela min-nozzle tal-pajp tal-fjuwil li għandha dijametru estern ta’ 23,6 mm jew akbar. |
|
5.1.3.2. |
Il-paragrafu 5.1.3.1 ma għandux japplika għal vettura li għaliha għandhom jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin, jiġifieri:
|
5.1.4. Għandu jkun hemm dispożizzjoni li tipprevjeni li jkun hemm emissjonijiet eċċessivi li jevaporaw u tixrid ta’ fjuwil minħabba li ma jkunx hemm tapp fit-tank tal-fjuwil.
Dan jista’ jinkiseb billi jintuża wieħed minn dawn li ġejjin:
|
5.1.4.1. |
Tapp tat-tank tal-fjuwil li jinfetaħ u jingħalaq awtomatikament u li ma jistax jitneħħa; |
|
5.1.4.2. |
Karatteristiċi fid-disinn li jevitaw li jkun hemm emissjonijiet eċċessivi li jevaporaw f’każ li ma jkunx hemm tapp fit-tank tal-fjuwil; |
|
5.1.4.3. |
Kull dispożizzjoni oħra li jkollha l-istess effett. Xi eżempji jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, tapp tat-tank marbut b’ħabel, tapp tat-tank marbut b’katina jew wieħed li jagħmel użu mill-istess ċavetta biex issakkar it-tank bħal dik użata biex tixgħel il-vettura. F’dan il-każ, iċ-ċavetta tista’ titneħħa biss mit-tapp tat-tank meta dan ikun imsakkar. |
5.1.5. Dispożizzjonijiet għal sistema ta’ sigurtà elettronika
|
5.1.5.1. |
Kull vettura li għandha kompjuter li jikkontrolla l-emissjonijiet għandu jkollha karatteristiċi li jżommu milli jsiru modifikazzjonijiet, ħlief kif awtorizzat mill-fabbrikant. Il-fabbrikant għandu jawtorizza l-modifikazzjonijiet jekk dawn il-modifikazzjonijiet huma meħtieġa għad-dijanjożi, is-servizz, l-ispezzjoni, il-modifikazzjoni biex isiru bidliet jew it-tiswija tal-vettura. Kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter li jista’ jerġa’ jiġi pprogrammat jew il-parametri tat-tħaddim għandhom ikunu magħmula b’tali mod li ma jkunx jista’ jsir tbagħbis fihom u jkollhom livell ta’ protezzjoni li jkun tajjeb mill-inqas daqs id-dispożizzjonijiet fl-ISO DIS 15031-7, bid-data ta’ Ottubru 1998 (SAE J2186 bid-data ta’ Ottubru 1996), dejjem jekk l-iskambju tas-sikurezza jsir billi jintużaw il-protokolli u l-konnettur dijanjostiku kif preskritt fil-paragrafu 6.5 tal-Anness II, l-Appendiċi 1. Kull ċippa ta’ kalibrazzjoni tal-memorja li tista’ titneħħa għandha titqiegħed b’mod sikur, magħluqa ġo kontenitur issiġillat jew protetta permezz ta’ algoritmi elettroniċi u ma għandhomx jinbidlu mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati. |
|
5.1.5.2. |
Il-parametri tat-tħaddim ta’ magna kkodiċijata bil-kompjuter ma għandhomx jinbidlu mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati (eż. komponenti tal-kompjuter issaldjati jew ippreservati jew f’kontenituri ssiġillati (jew issaldjati) tal-kompjuter. |
|
5.1.5.3. |
Fil-każ tal-pompi mekkaniċi li jinjettaw il-fjuwil imwaħħla mal-magni li jaħdmu bil-kompressjoni, il-fabbrikanti għandhom jieħdu passi adegwati biex jaraw li ma jkunx jista’ jsir tbagħbis fis-setting li jwassal il-fjuwil massimu waqt li vettura tkun qiegħda taħdem. |
|
5.1.5.4. |
Il-fabbrikanti jistgħu japplikaw mal-Awtorità tal-Approvazzjoni għal eżenzjoni għal wieħed minn dawn ir-rekwiżiti għal dawk il-vetturi li x’aktarx ma jkollhomx bżonn protezzjoni. Il-kriterji li sejra tevalwa l-Awtorità tal-Approvazzjoni meta tiġi biex tikkunsidra l-eżenzjoni sejrin jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, id-disponibbiltà attwali taċ-ċipep li jaħdmu, il-kapaċità għolja ta’ kif taħdem il-vettura u l-volum tal-bejgħ previst tal-vettura. |
|
5.1.5.5. |
Il-fabbrikanti li jużaw sistemi ta’ kodiċijiet tal-kompjuter programmabbli (eż. Memorja Programmabbli li Tinqara Biss u li Titħassar b’Mod Elettriku, EEPROM) ma għandhomx iħallu li jsir programmar mill-ġdid mhux awtorizzat. Il-fabbrikanti għandhom jinkludu strateġiji avvanzati biex jipproteġu milli jsir tbagħbis u karatteristiċi li jipproteġu milli ssir kitba li jeħtieġu aċċess elettroniku għal kompjuter f’post ieħor li jieħu ħsiebu l-fabbrikant. Barra minn hekk, l-awtorità sejra tapprova metodi li jagħtu livell xieraq ta’ protezzjoni mit-tbagħbis. |
5.1.6. Għandu jkun possibbli li l-vettura tiġi spezzjonata biex ikun magħruf jekk hijiex tajba għat-triq, bil-għan li jkun determinat kif qiegħda taħdem skont id-dejta miġbura b’konformità mal-paragrafu 5.3.7 ta’ dan ir-Regolament. Jekk din l-ispezzjoni tirrikjedi proċedura speċjali, din għandha tiġi spjegata fid-dettall fil-manwal dwar is-servis (jew mezzi ekwivalenti). Din il-proċedura speċjali ma għandhiex teħtieġ l-użu ta’ tagħmir speċjali għajr dak ipprovdut mal-vettura.
5.2. Il-proċedura tat-test
It-Tabella A tindika d-diversi possibbiltajiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura.
5.2.1. Il-vetturi li għandhom magni positive ignition u l-vetturi elettriċi ibridi mgħammra b’magna positive ignition għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet li ġejjin:
|
|
Tip I (li jivverifika l-emissjonijiet medji tal-egżost wara startjatura kiesħa); |
|
|
Tip II (l-emissjoni tal-monossidu tal-karbonju meta l-vettura ma tkunx fuq ger); |
|
|
Tip III (l-emissjoni tal-gassijiet tal-crankcase); |
|
|
Tip IV (emissjonijiet li jevaporaw); |
|
|
Tip V (id-durabbiltà tal-mekkaniżmi ta’ kontra t-tniġġis); |
|
|
Tip VI (li jivverifika t-temperatura ambjentali baxxa medja tal-emissjonijiet tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarbonju wara startjatura kiesħa; |
|
|
Test OBD. |
5.2.2. Il-vetturi li għandhom magna positive ignition u l-vetturi elettriċi ibridi mgħammra b’magni positive ignition li jieħdu fjuwil LPG jew NG/bijometan (fjuwil wieħed jew żewġ fjuwils) għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet li ġejjin (skont it-Tabella A):
|
|
Tip I (li jivverifika l-emissjonijiet medji tal-egżost wara startjatura kiesħa); |
|
|
Tip II (l-emissjoni tal-monossidu tal-karbonju meta l-vettura ma tkunx fuq ger); |
|
|
Tip III (l-emissjoni tal-gassijiet tal-crankcase); |
|
|
Tip IV (emissjonijiet li jevaporaw), fejn applikabbli; |
|
|
Tip V (id-durabbiltà tal-mekkaniżmi ta’ kontra t-tniġġis); |
|
|
Tip VI (li jivverifika t-temperatura ambjentali baxxa medja tal-emissjonijiet tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarbonju wara startjatura kiesħa), fejn applikabbli, |
|
|
Test OBD. |
5.2.3. Il-vetturi li għandhom magni li jaħdmu bil-kompressjoni u l-vetturi elettriċi ibridi mgħammra b’magni li jaħdmu bil-kompressjoni għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet li ġejjin:
|
|
Tip I (li jivverifika l-emissjonijiet medji tal-egżost wara startjatura kiesħa); |
|
|
Tip V (id-durabbiltà tal-mekkaniżmi ta’ kontra t-tniġġis); |
|
|
Test OBD. |
Tabella A
Rekwiżiti
Applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-test għall-approvazzjoni tat-tip u l-estensjonijiet
|
|
Vetturi b’magni positive ignition inklużi ibridi |
Vetturi b’magni C.I inklużi ibridi |
||||||||
|
Fjuwil wieħed |
Żewġ fjuwils (5) |
Flex fuel (5) |
Flex fuel |
Fjuwil wieħed |
||||||
|
Fjuwil ta’ referenza |
Petrol (E5) |
LPG |
NG/Bijometan |
Idroġenu |
Petrol (E5) |
Petrol (E5) |
Petrol (E5) |
Petrol (E5) |
Diżil (B5) |
Diżil (B5) |
|
LPG |
NG/Bijometan |
Idroġenu |
Etanol (E85) |
Bijodiżil |
||||||
|
Sustanzi li jniġġsu tal-gass (Test tat-Tip I) |
Iva |
Iva |
Iva |
|
Iva (iż-żewġ fjuwils) |
Iva (iż-żewġ fjuwils) |
Iva (petrol biss) (6) |
Iva (iż-żewġ fjuwils) |
Iva (B5 biss) (6) |
Iva |
|
Partikuli separati (Test tat-Tip I) |
Iva (injezzjoni diretta) |
— |
— |
|
Iva (injezzjoni diretta) (petrol biss) |
Iva (injezzjoni diretta) (petrol biss) |
Iva (injezzjoni diretta) (petrol biss) (6) |
Iva (injezzjoni diretta) (iż-żewġ fjuwils) |
Iva (B5 biss) (6) |
Iva |
|
Emissjonijiet meta l-vettura tkun wieqfa (Test tat-Tip II) |
Iva |
Iva |
Iva |
|
Iva (iż-żewġ fjuwils) |
Iva (iż-żewġ fjuwils) |
Iva (petrol biss) (6) |
Iva (iż-żewġ fjuwils) |
— |
— |
|
Emissjonijiet mill-crankcase (Test tat-Tip III) |
Iva |
Iva |
Iva |
|
Iva (petrol biss) |
Iva (petrol biss) |
Iva (petrol biss) (6) |
Iva (petrol) |
— |
— |
|
Emissjonijiet li jevaporaw (Test tat-Tip IV) |
Iva |
— |
— |
|
Iva (petrol biss) |
Iva (petrol biss) |
Iva (petrol biss) (6) |
Iva (petrol) |
— |
— |
|
Id-durabbiltà (Test tat-Tip V) |
Iva |
Iva |
Iva |
|
Iva (petrol biss) |
Iva (petrol biss) |
Iva (petrol biss) (6) |
Iva (petrol) |
Iva (B5 biss) (6) |
Iva |
|
Emissjonijiet f’temperaturi baxxi (Test tat-Tip VI) |
Iva |
— |
— |
|
Iva (petrol biss) |
Iva (petrol biss) |
Iva (petrol biss) (6) |
Iva (iż-żewġ fjuwils) (7) |
— |
— |
|
Il-konformità waqt it-tħaddim |
Iva |
Iva |
Iva |
|
Iva (iż-żewġ fjuwils) |
Iva (iż-żewġ fjuwils) |
Iva (petrol biss) (6) |
Iva (iż-żewġ fjuwils) |
Iva (B5 biss) (6) |
Iva |
|
Id-dijanjostika abbord |
Iva |
Iva |
Iva |
|
Iva |
Iva |
Iva |
Iva |
Iva (B5 biss) |
Iva |
5.3. Deskrizzjoni tat-testijiet
5.3.1. Test tat-Tip I (Simulazzjoni tal-emissjonijiet medji tal-egżost wara startjatura kiesħa).
|
5.3.1.1. |
Il-figura 1 turi r-rotot għat-test tat-Tip I. Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fil-paragrafu 1 u fis-subparagrafi tiegħu. |
|
5.3.1.2. |
Il-vettura titqiegħed fuq dajnamometru tax-xażi mgħammar b’mezz ta’ simulazzjoni tal-piż u l-inerzja. |
|
5.3.1.2.1. |
Test li jdum b’kollox 19-il minuta u 40 sekonda, maqsum f’żewġ partijiet, Waħda u Tnejn, isir mingħajr waqfien. Perjodu li fih ma jittiħdux kampjuni ta’ mhux aktar minn 20 sekonda jista’ jiġi introdott, bil-kunsens tal-fabbrikant, bejn it-tmiem tal-Ewwel Parti u l-bidu tat-Tieni Parti sabiex jiffaċilita l-aġġustament tat-tagħmir tat-test. |
|
5.3.1.2.1.1. |
Vetturi li jieħdu fjuwil LPG jew NG/bijometan għandhom ikunu ttestjati bit-test tat-Tip I għal varjazzjoni fil-kompożizzjoni tal-LPG jew l-NG/bijometan, kif stipulat fl-Anness 12. Vetturi li jistgħu jieħdu jew petrol jew inkella LPG jew NG/bijometan għandhom jiġu ttestjati fuq iż-żewġ fjuwils, bit-testijiet fuq l-LPG jew l-NG/bijometan isiru għall-varjazzjoni fil-kompożizzjoni tal-LPG jew l-NG/bijometan, kif stipulat fl-Anness 12. |
|
5.3.1.2.1.2. |
Minkejja r-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.1.2.1.1, vetturi li jistgħu jieħdu jew petrol jew inkella fjuwil tal-gass, iżda fejn is-sistema tal-petrol hija mwaħħla biss għal skopijiet ta’ emerġenza jew biex tistartja u li t-tank tal-petrol ma jistax jesa’ aktar minn 15-il litru petrol, sejrin jitqiesu għat-test tat-Tip I bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss bil-fjuwil tal-gass. |
|
5.3.1.2.2. |
L-Ewwel Parti tat-test hija magħmula minn erba’ ċikli urbani elementari. Kull ċiklu urban elementari fih ħmistax-il fażi (meta l-vettura ma tkunx fuq ger, b’aċċellerazzjoni, b’veloċità stabbli, bi tnaqqis fl-aċċellerazzjoni, eċċ.). |
|
5.3.1.2.3. |
It-Tieni Parti tat-test hija magħmula minn ċiklu wieħed extra urban. Iċ-ċiklu extra urban huwa magħmul minn 13-il fażi (meta l-vettura ma tkunx fuq ger, bl-aċċellerazzjoni, b’veloċità stabbli, bi tnaqqis fl-aċċellerazzjoni, eċċ.). |
|
5.3.1.2.4. |
Waqt it-test, il-gassijiet tal-egżost jitnaqqsu fil-konċentrazzjoni u kampjun proporzjonali jinġabar f’basket wieħed jew aktar. Il-gassijiet tal-egżost tal-vettura ttestjata jitnaqqsu fil-konċentrazzjoni, jittieħed kampjun minnhom u jiġu analizzati, skont il-proċedura deskritta hawn taħt, filwaqt li jitkejjel il-volum totali tal-egżost imnaqqas fil-konċentrazzjoni. Mhux biss l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, l-idrokarbonju u l-ossidu nitroġeniku jiġu rrekordjati iżda wkoll l-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes tal-partikuli separati minn vetturi mgħammra b’magni li jaħdmu bil-kompressjoni. |
|
5.3.1.3. |
It-test isir permezz tal-proċedura tat-test tat-Tip 1 kif deskritta fl-Anness 4a. Il-metodu użat għall-ġbir u l-analiżi tal-gassijiet huwa preskritt fl-Appendiċi 2 u 3 tal-Anness 4a, u l-metodu għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-partikuli separati għandu jkun kif preskritt fl-Appendiċi 4 u 5 tal-Anness 4a. |
|
5.3.1.4. |
Skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.1.5, it-test għandu jiġi mtenni tliet darbiet. Ir-riżultati jiġu mmultiplikati bil-fatturi xierqa ta’ deterjorament miksuba mill-paragrafu 5.3.6 u, fil-każ ta’ sistemi li jirriġeneraw perjodikament kif definit fil-paragrafu 2.20, għandhom jiġu mmultiplikati wkoll bill-fatturi Ki miksuba mill-Anness 13. Il-piżijiet li jirriżultaw mill-emissjonijiet tal-gass u, fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’magni li jaħdmu bil-kompressjoni, il-piż tal-partikuli separati miksuba f’kull test għandu jkun inqas mil-limiti indikati fit-Tabella 1 ta’ hawn taħt:
Tabella 1 Limitu tal-emissjonijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.3.1.4.1. |
Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.1.4, għal kull sustanza li tniġġes jew taħlita ta’ sustanzi li jniġġsu, wieħed mit-tliet piżijiet li jirriżultaw miksuba jista’ jaqbeż, b’mhux aktar minn 10 fil-mija, il-limitu preskritt, bil-kundizzjoni li l-medja aritmetika tat-tliet riżultati tkun taħt il-limitu preskritt. Fejn il-limiti preskritti jinqabżu għal aktar minn sustanza waħda li tniġġes, ma tagħmilx differenza jekk dan jiġrix fl-istess test jew f’testijiet differenti. |
|
5.3.1.4.2. |
Meta t-testijiet isiru bil-fjuwils tal-gass, il-piż li jirriżulta mill-emissjonijiet tal-gass għandu jkun inqas mil-limiti għall-vetturi li għandhom magna petrol imsemmija fit-tabella ta’ hawn fuq. |
|
5.3.1.5. |
In-numru ta’ testijiet preskritti fil-paragrafu 5.3.1.4 jiġi mnaqqas fil-kundizzjonijiet definiti minn hawn ‘il quddiem, fejn V1 huwa r-riżultat tal-ewwel test u V2 huwa r-riżultat tat-tieni test għal kull sustanza li tniġġes jew għall-emissjoni taż-żewġ sustanzi li jniġġsu f’daqqa soġġetti għal limitazzjoni. |
|
5.3.1.5.1. |
Jekk ir-riżultat miksub għal kull sustanza li tniġġes jew għall-emissjoni taż-żewġ sustanzi li jniġġsu f’daqqa soġġetti għal limitazzjoni, ikun inqas minn jew daqs 0,70 L, għandu jsir test wieħed (jiġifieri V1 ≤ 0,70 L). |
|
5.3.1.5.2. |
Jekk ir-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.1.5.1 ma jiġix issodisfat, isiru biss żewġ testijiet jekk, għal kull sustanza li tniġġes jew għall-emissjoni taż-żewġ sustanzi li jniġġsu f’daqqa soġġetti għal limitazzjoni, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
V1 ≤ 0,85 L u V1 + V2 ≤ 1,70 L u V2 ≤ L. |
Figura 1
Flow chart għall-approvazzjoni tat-tip tat-Tip I
5.3.2. Test tat-Tip II (Test tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju meta l-vettura ma tkunx fuq ger)
|
5.3.2.1. |
Dan it-test isir fuq il-vetturi kollha li għandhom magni positive-ignition li jkollhom:
|
|
5.3.2.2. |
Għat-test tat-Tip II stabbilit fl-Anness 5, bl-idling speed normali tal-magna, il-fabbrikant tal-vettura għandu jiddikjara l-kontenut massimu permessibbli tal-monossidu tal-karbonju fil-gassijiet tal-egżost. Madankollu, il-kontenut massimu tal-monossidu tal-karbonju ma għandux jaqbeż il-volum ta’ 0,3 %.
B’idling speed għoli, il-kontenut tal-monossidu tal-karbonju skont il-volum tal-gassijiet tal-egżost ma għandux jaqbeż iż-0,2 %, bil-veloċità tal-magna tkun mill-inqas 2 000 min-1 u l-Lambda tkun 1 ± 0,03 jew skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant. |
5.3.3. Test tat-Tip III (li jivverifika l-emissjonijiet tal-gassijiet mill-crankcase)
|
5.3.3.1. |
Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fil-paragrafu 1 għajr dawk li għandhom magni li jaħdmu bil-kompressjoni. |
|
5.3.3.1.1. |
Il-vetturi li jistgħu jieħdu kemm petrol kif ukoll LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati fit-test tat-Tip III fuq il-petrol biss. |
|
5.3.3.1.2. |
Minkejja r-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.3.1.1, il-vetturi li jistgħu jieħdu kemm petrol kif ukoll fjuwil tal-gass, iżda fejn is-sistema tal-petrol hija mwaħħla biss għal skopijiet ta’ emerġenza jew biex tistartja l-vettura u fejn it-tank tal-petrol ma jesax aktar minn 15-il litru petrol, sejrin jitqiesu għat-test tat-Tip III bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss bi fjuwil tal-gass. |
|
5.3.3.2. |
Meta tiġi ttestjata skont l-Anness 6, is-sistema ta’ ventilazzjoni tal-crankcase tal-magna ma għandhiex tippermetti l-emissjoni ta’ gassijiet tal-crankcase fl-atmosfera. |
5.3.4. Test tat-Tip IV (Determinazzjoni tal-emissjonijiet li jevaporaw)
|
5.3.4.1. |
Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fil-paragrafu 1 għajr dawk il-vetturi li għandhom magni li jaħdmu bil-kompressjoni u vetturi li jieħdu l-LPG jew l-NG/bijometan. |
|
5.3.4.1.1. |
Il-vetturi li jistgħu jieħdu kemm petrol kif ukoll LPG jew NG/bijometan għandhom jiġu ttestjati fit-test tat-Tip IV fuq il-petrol biss. |
|
5.3.4.2. |
Meta jiġu ttestjati skont l-Anness 7, l-emissjonijiet li jevaporaw għandhom ikunu inqas minn 2 g/test. |
5.3.5. Test tat-Tip VI (li jivverifika t-temperatura ambjentali baxxa medja tal-emissjonijiet tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarbonju wara startjatura kiesħa).
|
5.3.5.1. |
Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha tal-kategoriji M1 u N1 mgħammra b’magna positive-ignition għajr dawk il-vetturi li jaħdmu biss bi fjuwil tal-gass (LPG jew NG). Il-vetturi li jistgħu jieħdu kemm petrol kif ukoll fjuwil tal-gass, iżda fejn is-sistema tal-petrol hija mwaħħla biss għal skopijiet ta’ emerġenza jew biex tistartja l-vettura u fejn it-tank tal-petrol ma jesax aktar minn 15-il litru petrol, sejrin jitqiesu għat-test tat-Tip VI bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss bi fjuwil tal-gass. Il-vetturi li jistgħu jieħdu kemm petrol kif ukoll LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati fit-test tat-Tip VI fuq il-petrol biss.
Dan il-paragrafu huwa applikabbli għal tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji N1 u M1 b’piż massimu li ma jaqbiżx it-3 500 kg. |
|
5.3.5.1.1. |
Il-vettura titqiegħed fuq dajnamometru tax-xażi mgħammar b’mezz ta’ simulazzjoni tal-piż u l-inerzja. |
|
5.3.5.1.2. |
It-test jikkonsisti mill-erba’ ċikli tas-sewqan urbani elementari tal-Ewwel Parti tat-test tat-Tip I. It-test tal-Ewwel Parti huwa deskritt fil-paragrafu 6.1.1 tal-Anness 4a, u mfisser fil-figura 1 tal-istess anness. It-test tat-temperatura ambjentali baxxa li jdum total ta’ 780 sekonda għandu jsir mingħajr waqfien u jibda hekk kif tistartja l-magna. |
|
5.3.5.1.3. |
It-test tat-temperatura ambjentali baxxa għandu jsir f’temperatura ambjentali tat-test ta’ 266 K (– 7 °C). Qabel ma jsir it-test, il-vetturi tat-test għandhom ikunu kkundizzjonati b’mod uniformi biex ikun żgurat li r-riżultati tat-test ikunu jistgħu jerġgħu jinkisbu. L-ikkundizzjonar u proċeduri oħrajn tat-test jitwettqu kif deskritt fl-Anness 8. |
|
5.3.5.1.4. |
Waqt it-test, il-gassijiet tal-egżost jitilfu fil-konċentrazzjoni u jinġabar kampjun proporzjonali. Il-gassijiet tal-egżost tal-vettura ttestjata jitilfu fil-konċentrazzjoni, jittieħed kampjun tagħhom u jiġu analizzati, skont il-proċedura deskritta fl-Anness 8, filwaqt li jitkejjel il-volum totali tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni. Il-gassijiet tal-egżost li tilfu fil-konċentrazzjoni jiġu analizzati għall-monossidu tal-karbonju u għall-idrokarbonji totali. |
|
5.3.5.2. |
Skont ir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.3.5.2.2 u 5.3.5.3 it-test għandu jsir tliet darbiet. Il-piż li jirriżulta mill-emissjoni tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarbonju għandu jkun inqas mil-limiti indikati fit-tabella ta’ hawn taħt:
Il-limitu tal-emissjoni għall-emissjonijiet ta’ monossidu tal-karbonju u idrokarbonju mit-tailpipe wara test ta’ startjatura kiesħa. Temperatura tat-test 266 K (– 7 °C)
|
|
5.3.5.2.1. |
Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.5.2, għal kull sustanza li tniġġes, mhux aktar minn wieħed mit-tliet riżultati miksuba jista’ jaqbeż il-limitu preskritt b’mhux aktar minn 10 fil-mija, bil-kundizzjoni li l-valur tal-medja aritmetika tat-tliet riżultati jkun taħt il-limitu preskritt. Meta l-limiti preskritti jinqabżu għal aktar minn sustanza waħda li tniġġes, ma tagħmilx differenza jekk dan jiġrix fl-istess test jew f’testijiet differenti. |
|
5.3.5.2.2. |
In-numru ta’ testijiet preskritti fil-paragrafu 5.3.5.2 jista’, fuq it-talba tal-fabbrikant, jiżdied għal 10 jekk il-medja aritmetika tal-ewwel tliet riżultati tkun inqas minn 110 fil-mija tal-limitu. F’dan il-każ, il-ħtieġa wara l-ittestjar hija biss li l-medja aritmetika tal-10 riżultati kollha għandha tkun inqas mill-valur tal-limitu. |
|
5.3.5.3. |
In-numru ta’ testijiet preskritti fil-paragrafu 5.3.5.2 jista’ jitnaqqas skont il-paragrafi 5.3.5.3.1 u 5.3.5.3.2. |
|
5.3.5.3.1. |
Jekk ir-riżultat miksub għal kull sustanza li tniġġes tal-ewwel test ikun inqas minn jew daqs 0,70 L, għandu jsir test wieħed. |
|
5.3.5.3.2. |
Jekk ir-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.5.3.1 ma jiġix issodisfat, isiru biss żewġ testijiet jekk, għal kull sustanza li tniġġes, ir-riżultat tal-ewwel test ikun inqas minn jew daqs 0,85 L u t-total tal-ewwel żewġ riżultati ikun inqas minn jew daqs 1,70 L u r-riżultat tat-tieni test ikun inqas minn jew ugwali għal L.
(V1 ≤ 0,85 L u V1 + V2 ≤ 1,70 L u V2 ≤ L). |
5.3.6. Test tat-Tip V (Id-durabbiltà tal-mekkaniżmi kontra t-tniġġis)
|
5.3.6.1. |
Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fil-paragrafu 1, li għalihom japplika t-test speċifikat fil-paragrafu 5.3.1. It-test jirrappreżenta test ta’ tiqdim ta’ 160 000 kilometru skont il-programm deskritt fl-Anness 9 fuq korsa tat-test, fit-triq jew fuq dajnamometru tax-xażi. |
|
5.3.6.1.1. |
Il-vetturi li jistgħu jaħdmu bil-petrol jew b’LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati fit-test tat-Tip V fuq il-petrol biss. F’dak il-każ, il-fattur tad-deterjorament li jinsab fil-petrol mingħajr ċomb għandu jitqies ukoll għal-LPG jew għall-NG. |
|
5.3.6.2. |
Minkejja r-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.6.1, fabbrikant jista’ jagħżel li jintużaw il-fatturi ta’ deterjorament mit-tabella li ġejja bħala alternattiva għall-ittestjar fil-paragrafu 5.3.6.1.
Fuq it-talba tal-fabbrikant, is-Servizz Tekniku jista’ jagħmel it-test tat-Tip I qabel ma jkun tlesta t-test tat-Tip V billi jintużaw il-fatturi tad-deterjorament imsemmija fit-tabella ta’ hawn fuq. Meta jitlesta t-test tat-Tip V, is-Servizz Tekniku jista’ mbagħad jemenda r-riżultati tal-approvazzjoni tat-tip imniżżla fl-Anness 2 billi jissostitwixxi l-fatturi ta’ deterjorament fit-tabella ta’ hawn fuq ma’ dawk imkejla fit-test tat-Tip V. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.3.6.3. |
Il-fatturi tad-deterjorament jiġu ddeterminati billi tintuża jew il-proċedura fil-paragrafu 5.3.6.1 jew il-valuri fit-tabella fil-paragrafu 5.3.6.2. Il-fatturi jintużaw sabiex jistabbilixxu l-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.3.1.4 u 8.2.3.1. |
5.3.7. Dejta dwar l-emissjoni meħtieġa għall-ittestjar biex jiġi stabbilit jekk il-vettura hijiex tajba għat-triq
|
5.3.7.1. |
Dan ir-rekwiżit japplika għall-vetturi kollha li għandhom magna positive-ignition li għalihom titfittex approvazzjoni tat-tip skont din l-emenda. |
|
5.3.7.2. |
Meta l-vettura tiġi ttestjata skont l-Anness 5 (test tat-Tip II) b’idling speed normali:
|
|
5.3.7.3. |
Meta l-vettura tiġi ttestjata b’idling speed għoli (jiġifieri > 2 000 min.–1)
|
|
5.3.7.4. |
It-temperatura taż-żejt tal-magna meta jsir it-test għandha titkejjel u tiġi rrekordjata. |
|
5.3.7.5. |
It-tabella fl-entrata 2.2 tal-Anness 2 għandha timtela. |
|
5.3.7.6. |
Il-fabbrikant għandu jikkonferma l-preċiżjoni tal-valur Lambda rrekordjat meta l-approvazzjoni tat-tip fil-paragrafu 5.3.7.3 titqies bħala rappreżentattiva tal-vetturi tipiċi tal-produzzjoni fi żmien 24 xahar mid-data tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip mill-Awtorità Kompetenti. Għandha ssir evalwazzjoni abbażi tas-servejs u l-istudji tal-vetturi tal-produzzjoni. |
5.3.8. Test OBD - Dijanjostika Abbord
Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, għandha tiġi segwita l-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 3 tal-Anness 11.
6. MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA’ VETTURA
|
6.1. |
Kull modifikazzjoni tat-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lis-Servizz Tekniku li approva t-tip ta’ vettura. Imbagħad, id-dipartiment jista’:
|
|
6.2. |
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, li jispeċifikaw it-tibdiliet, għandhom jintbagħtu lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 aktar ‘il fuq. |
|
6.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lill-estensjoni u tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament. |
7. ESTENSJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP
7.1. Estensjonijiet għall-emissjonijiet mit-tailpipe (testijiet tat-Tip I, tat-Tip II u tat-Tip VI)
7.1.1. Vetturi b’piżijiet ta’ referenza differenti
7.1.1.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża biss għal vetturi b’piż ta’ referenza li jkun jirrikjedi l-użu taż-żewġ kategoriji ogħla li jmiss ta’ inerzja ekwivalenti jew xi kategorija ekwivalenti aktar baxxa ta’ inerzja.
7.1.1.2. Għall-vetturi tal-kategorija N, l-approvazzjoni għandha tiġi estiża biss għal vetturi b’piż ta’ referenza aktar baxx, jekk l-emissjonijiet tal-vettura approvata diġà jkunu fi ħdan il-limiti preskritti għall-vettura li għaliha tintalab estensjoni tal-approvazzjoni.
7.1.2. Vetturi bi proporzjonijiet globali ta’ ingranaġġ differenti
7.1.2.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal vetturi bi proporzjonijiet ta’ ingranaġġ differenti taħt ċerti kundizzjonijiet biss.
7.1.2.2. Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-approvazzjoni tat-tip tistax tiġi estiża, għal kull wieħed mill-proporzjonijiet ta’ ingranaġġ li ntużaw fit-testijiet tat-Tip I u tat-Tip VI, għandu jiġi stabbilit il-proporzjon,
E = |(V2 - V1)|/V1
fejn, b’veloċità tal-magna ta’ 1 000 min-1, V1 hija l-veloċità tat-tip ta’ vettura approvata u V2 hija l-veloċità tat-tip ta’ vettura li għaliha qiegħda tintalab estensjoni tal-approvazzjoni.
7.1.2.3. Jekk, għal kull proporzjon ta’ ingranaġġ, E ≤ 8 %, l-estensjoni għandha tingħata mingħajr ma jiġu ripetuti t-testijiet tat-Tip I u tat-Tip VI.
7.1.2.4. Jekk, għal mill-inqas proporzjon ta’ ingranaġġ wieħed, E > 8 %, u jekk, għal kull proporzjon tal-gerijiet, E ≤ 13 %, it-testijiet tat-Tip I u tat-Tip VI għandhom jiġu ripetuti. It-testijiet jistgħu jitwettqu f’laboratorju magħżul mill-fabbrikant soġġett għall-approvazzjoni tas-Servizz Tekniku. Ir-rapport tat-testijiet għandu jintbagħat lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.
7.1.3. Vetturi b’piżijiet ta’ referenza u bi proporzjonijiet ta’ ingranaġġ differenti
L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża għal vetturi b’piżijiet ta’ referenza u bi proporzjonijiet ta’ ingranaġġ differenti, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha preskritti fil-paragrafi 7.1.1 u 7.1.2.
7.1.4. Vetturi b’sistemi li jirriġeneraw perjodikament
L-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura mgħammra b’sistema li tirriġenera perjodikament għandha tkun estiża għal vetturi oħrajn b’sistemi li jirriġeneraw perjodikament, li l-parametri tagħhom deskritti aktar ‘l isfel huma identiċi jew fi ħdan it-tolleranzi ddikjarati. L-estensjoni għandha tkun relatata biss mal-qisien speċifiċi għas-sistema definita li tirriġenera perjodikament.
7.1.4.1. Il-parametri identiċi għall-estensjoni tal-approvazzjoni huma:
|
(a) |
Il-magna; |
|
(b) |
Il-proċess ta’ kombustjoni; |
|
(c) |
Is-sistema li tirriġenera perjodikament (jiġifieri l-katalista, in-nasba għall-partikuli); |
|
(d) |
Il-kostruzzjoni (jiġifieri t-tip ta’ għeluq, it-tip ta’ metall prezzjuż, it-tip ta’ sottostrat, id-densità taċ-ċelluli); |
|
(e) |
It-tip u l-prinċipju tax-xogħol; |
|
(f) |
Is-sistema ta’ dożaġġ u tal-additivi; |
|
(g) |
Il-volum ± 10 fil-mija; |
|
(h) |
Il-post (temperatura ta’ ± 50 °C f’veloċità ta’ 120 km/h jew 5 fil-mija differenza ta’ temperatura/pressjoni massima). |
7.1.4.2. L-użu tal-fatturi Ki għal vetturi b’mases ta’ referenza differenti
Il-fatturi Ki li ġew żviluppati permezz tal-proċeduri fil-paragrafu 3 tal-Anness 13 ta’ dan ir-Regolament għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura b’sistema li tirriġenera perjodikament, jistgħu jintużaw minn vetturi oħrajn li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 7.1.4.1 u li għandhom massa ta’ referenza fi ħdan iż-żewġ klassijiet ta’ inerzja ekwivalenti ogħla li jmiss jew kwalunkwe inerzja ekwivalenti aktar baxxa.
7.1.5. L-applikazzjoni tal-estensjonijiet għal vetturi oħrajn
Meta tkun ingħatat estensjoni skont il-paragrafi 7.1.1. sa 7.1.4, tali approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tiġi estiża aktar għal vetturi oħrajn.
7.2. L-estensjonijiet għall-emissjonijiet li jevaporaw (test tat-Tip IV)
7.2.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża għal vetturi mgħammra b’sistema ta’ kontroll għall-emissjonijiet li jevaporaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
7.2.1.1. |
Il-prinċipju bażiku tal-kejl tal-fjuwil/tal-arja (eż injezzjoni f’punt wieħed) għandu jkun l-istess. |
|
7.2.1.2. |
Il-forma tat-tank tal-fjuwil u l-materjal tat-tank tal-fjuwil u tal-pajpijiet tal-fjuwil likwidu għandhom ikunu identiċi. |
|
7.2.1.3. |
Il-vettura tal-agħar każ fir-rigward tas-sezzjoni trasversali u t-tul approssimattiv tal-pajp għandhom jiġu ttestjati. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiddeċiedi jekk is-separaturi mhux identiċi tal-fwar/likwidu humiex aċċettabbli. |
|
7.2.1.4. |
Il-volum tat-tank tal-fjuwil għandu jkun f’medda ta’ ± 10 %. |
|
7.2.1.5. |
L-issettjar tal-valv li jtaffi l-pressjoni tat-tank tal-fjuwil għandu jkun identiku. |
|
7.2.1.6. |
Il-metodu ta’ ħżin tal-fwar tal-fjuwil għandu jkun identiku, jiġifieri l-forma u l-volum tal-mekkaniżmu tal-ilqugħ, il-mezz tal-ħżin, it-tagħmir għat-tindif tal-arja (jekk jintuża għall-kontroll tal-emissjonijiet li jevaporaw), eċċ. |
|
7.2.1.7. |
Il-metodu tat-tindif tal-fwar maħżun għandu jkun identiku (eż il-fluss tal-arja, il-punt tat-tluq jew il-volum tat-tindif waqt iċ-ċiklu tal-prekundizzjonament). |
|
7.2.1.8. |
Il-metodu tas-siġillar u tal-ventilazzjoni tas-sistema tal-kejl tal-fjuwil għandu jkun identiku. |
7.2.2. L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal vetturi bi:
|
7.2.2.1. |
Magni ta’ daqsijiet differenti; |
|
7.2.2.2. |
Magni b’qawwiet differenti; |
|
7.2.2.3. |
Gerboksis awtomatiċi u manwali; |
|
7.2.2.4. |
Ingranaġġi fuq żewġ jew erba’ roti; |
|
7.2.2.5. |
Stili ta’ bodi differenti; u |
|
7.2.2.6. |
Roti u tajers ta’ daqsijiet differenti. |
7.3. L-estensjonijiet għad-durabbiltà tal-mekkaniżmi għal kontra t-tniġġis (test tat-Tip V)
7.3.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal tipi differenti ta’ vetturi, sakemm il-parametri tal-vettura, tal-magna jew tas-sistema għall-kontroll tat-tniġġis speċifikati hawn taħt ikunu identiċi jew jibqgħu fi ħdan it-tolleranzi preskritti:
7.3.1.1. Il-vettura:
Il-kategorija tal-inerzja: iż-żewġ kategoriji ta’ inerzja eżatt fuq u kwalunkwe kategorija ta’ inerzja taħt.
It-tagħbija totali fit-triq f’veloċità ta’ 80 km/h: +5 % ‘il fuq u kwalunkwe valur taħt.
7.3.1.2. Il-magna
|
(a) |
Il-kapaċità taċ-ċilindri tal-magna (± 15 %); |
|
(b) |
In-numru u l-kontroll tal-valvi; |
|
(c) |
Is-sistema tal-fjuwil; |
|
(d) |
It-tip ta’ sistema ta’ tkessiħ; |
|
(e) |
Il-proċess ta’ kombustjoni. |
7.3.1.3. Il-parametri tas-sistema għall-kontroll tat-tniġġis:
|
(a) |
Il-konverturi katalitiċi u l-filtri tal-partikuli:
|
|
(b) |
L-injezzjoni tal-arja:
|
|
(c) |
EGR:
|
7.3.1.4. It-test tad-durabbiltà jista’ jitwettaq billi tintuża vettura, li jkollha stil tal-bodi, gerboks (awtomatika jew manwali) u d-daqs tar-roti jew tat-tajers differenti minn dawk tat-tip ta’ vettura li għalih tkun qiegħda tintalab l-approvazzjoni tat-tip.
7.4. L-estensjonijiet għad-dijanjostika abbord
7.4.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal vetturi differenti b’magna u sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet identiċi kif definiti fl-Appendiċi 2 tal-Anness 11. L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża, irrispettivament mill-karatteristiċi li ġejjin tal-vetturi:
|
(a) |
L-aċċessorji tal-magna; |
|
(b) |
It-tajers; |
|
(c) |
L-inerzja ekwivalenti; |
|
(d) |
Is-sistema tat-tkessiħ; |
|
(e) |
Il-proporzjon globali tal-ingranaġġ; |
|
(f) |
It-tip ta’ ingranaġġ; u |
|
(g) |
It-tip ta’ qafas. |
8. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI (COP)
8.1. Kull vettura li jkollha marka tal-approvazzjoni kif preskritta taħt dan ir-Regolament għandha tikkonforma, fir-rigward tal-komponenti li jaffettwaw l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu tal-gass u tal-partikuli separati mill-magna, l-emissjonijiet mill-crankcase u l-emissjonijiet li jevaporaw, mat-tip ta’ vettura approvata. Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha tkun konformi ma’ dawk stipulati fil-Ftehim tal-1958, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), mar-rekwiżiti li ġejjin stabbiliti fil-paragrafi ta’ hawn taħt.
|
8.1.1. |
Fejn applikabbli, għandhom isiru t-testijiet tat-Tipi I, II, III, IV u t-test għall-OBD, kif deskritt fit-Tabella A ma’ dan ir-Regolament. Il-proċeduri speċifiċi għall-konformità tal-produzzjoni huma stipulati fil-paragrafi 8.2. sa 8.10. |
8.2. Il-kontroll tal-konformità tal-vettura għal test tat-Tip I
|
8.2.1. |
It-test tat-Tip I għandu jitwettaq fuq vettura tal-istess speċifikazzjoni kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip. Meta jkun irid isir test tat-Tip I għal approvazzjoni tat-tip ta’ vettura li jkollha estensjoni waħda jew diversi estensjonijiet, it-testijiet tat-Tip 1 għandhom jitwettqu jew fuq il-vettura deskritta fil-pakkett tal-informazzjoni inizjali jew fuq il-vettura deskritta fil-pakkett tal-informazzjoni relatat mal-estensjoni rilevanti. |
|
8.2.2. |
Wara li ssir l-għażla mill-Awtorità tal-Approvazzjoni, il-fabbrikant ma għandu jagħmel l-ebda aġġustament fuq il-vetturi magħżula. |
|
8.2.2.1. |
B’mod mhux sistematiku, għandhom jintgħażlu tliet vetturi fis-serje u jiġu ttestjati kif deskritt fil-paragrafu 5.3.1 ta’ dan ir-Regolament. Il-fatturi ta’ deterjorament għandhom jintużaw bl-istess mod. Il-valuri tal-limitu huma stipulati fil-paragrafu 5.3.1.4, it-Tabella 1. |
|
8.2.2.2. |
Jekk l-Awtorità tal-Approvazzjoni tkun sodisfatta bid-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-fabbrikant, it-testijiet għandhom isiru skont l-Appendiċi 1 ta’ dan ir-Regolament. Jekk l-Awtorità tal-Approvazzjoni ma tkunx sodisfatta bid-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-fabbrikant, it-testijiet għandhom isiru skont l-Appendiċi 2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
8.2.2.3. |
Il-produzzjoni ta’ serje titqies bħala li tikkonforma jew ma tikkonformax fuq il-bażi ta’ test tat-teħid tal-kampjuni tal-vetturi ladarba tintlaħaq deċiżjoni li tgħaddi għas-sustanzi li jniġġsu kollha jew tintlaħaq deċiżjoni li ma tgħaddix għal sustanza waħda li tniġġes, skont il-kriterji tat-test applikati fl-appendiċi xieraq.
Meta tintlaħaq deċiżjoni li tgħaddi għal sustanza waħda li tniġġes, dik id-deċiżjoni ma għandhiex tinbidel minn kwalunkwe test addizzjonali ieħor li jsir biex tintlaħaq deċiżjoni għas-sustanzi l-oħrajn li jniġġsu. Jekk ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni li tgħaddi għas-sustanzi li jniġġsu kollha u ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni li ma tgħaddix għal sustanza waħda li tniġġes, għandu jsir test fuq vettura oħra (ara l-Figura 2). Figura 2 Test ta’ tliet vetturi Komputazzjoni tat-test statistiku Skont l-appendiċi x-xieraq, it-test statistiku jaqbel mal-kriterji għal riżultat ta’ nuqqas ta’ suċċess fis-serje għal mill-inqas pollutant wieħed? IVA Serje rifjutata LE LE Skont l-appendiċi x-xieraq, it-test statistiku jaqbel mal-kriterji għal riżultat ta’ suċċess fis-serje għal mill-inqas pollutant wieħed? IVA Deċiżjoni pożittiva ntlaħqet għal pollutant wieħed jew aktar Deċiżjoni pożittiva ntlaħqet għall-pollutanti kollha? IVA Serje aċċettata LE Test ta’ vettura addizzjonali |
|
8.2.3. |
Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.1 ta’ dan ir-Regolament, it-testijiet għandhom isiru fuq vetturi li jkunu għadhom kif ġejjin mil-linja tal-produzzjoni. |
|
8.2.3.1. |
Madankollu, fuq it-talba tal-fabbrikant, it-testijiet jistgħu jsiru fuq vetturi li kkompletaw:
Il-proċedura tat-tħaddim tal-bidu trid issir mill-fabbrikant, li għandu jimpenja ruħu li ma jagħmel l-ebda aġġustament f’dawn il-vetturi. |
|
8.2.3.2. |
Jekk il-fabbrikant jixtieq li jagħmel lill-vetturi t-tħaddim tal-bidu, (“x” km, fejn x ≤ 3 000 km għal vetturi mgħammra b’magna positive-ignition u x ≤ 15 000 km għal vetturi mgħammra b’magna compression-ignition), il-proċedura għandha tkun din li ġejja:
|
|
8.2.3.3. |
Dawn it-testijiet kollha għandhom isiru bi fjuwil kummerċjali. Madankollu, fuq it-talba tal-fabbrikant, jistgħu jintużaw il-fjuwils ta’ referenza deskritti fl-Anness 10 jew fl-Anness 10a. |
8.3. Il-kontroll tal-konformità tal-vettura għal test tat-Tip III
|
8.3.1. |
Jekk irid isir test tat-Tip III, dan għandu jsir fuq il-vetturi kollha magħżula għat-test ta’ konformità tal-produzzjoni tat-Tip I stabbilit fil-paragrafu 8.2. Għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness 6. |
8.4. Il-kontroll tal-konformità tal-vettura għal test tat-Tip IV
|
8.4.1. |
Jekk irid isir test tat-Tip IV, dan għandu jsir skont l-Anness 7. |
8.5. Il-kontroll tal-konformità tal-vettura għad-Dijanjostika Abbord (OBD)
|
8.5.1. |
Jekk sejra titwettaq verifika tar-rendiment tas-sistema OBD, din għandha ssir skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
8.6. Il-kontroll tal-konformità ta’ vettura li taħdem bl-LPG jew bl-NG/bijometan
|
8.6.1. |
It-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni jistgħu jsiru bi fjuwil kummerċjali li l-proporzjon ta’ C3/C4 tiegħu jinsab bejn dawk tal-fjuwils ta’ referenza, fil-każ tal-LPG, jew li l-indiċi Wobbe tiegħu jinsab bejn dawk tal-fjuwils ta’ referenza estremi fil-każ tal-NG/bijometan. F’dak il-każ għandha tiġi ppreżentata analiżi tal-fjuwil lill-Awtorità tal-Approvazzjoni. |
9. IL-KONFORMITÀ WAQT IT-TĦADDIM
9.1. Introduzzjoni
Dan il-paragrafu jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-konformità waqt it-tħaddim għal vetturi tat-tip approvati skont dan ir-Regolament.
9.2. Il-verifika tal-konformità waqt it-tħaddim
9.2.1. Il-verifika tal-konformità waqt it-tħaddim mill-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha tittwettaq fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu l-fabbrikant, skont l-istess proċeduri bħal dawk għall-konformità tal-produzzjoni definiti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim E/ECE/324//E/ECE/TRANS/505/Rev.2. L-informazzjoni mill-ittestjar tas-sorveljanza tal-Awtorità tal-Approvazzjoni u tal-Parti Kontraenti tista’ tikkumplimenta r-rapporti ta’ monitoraġġ waqt it-tħaddim ipprovduti mill-fabbrikant.
9.2.2. Il-figuri 4/1 u 4/2 tal-Appendiċi 4 ma’ dan ir-Regolament jispjegaw il-proċedura għall-kontroll tal-konformità waqt it-tħaddim. Il-proċess għall-konformità waqt it-tħaddim huwa deskritt fl-Appendiċi 5 ma’ dan ir-Regolament.
9.2.3. Bħala parti mill-informazzjoni pprovduta għall-kontroll tal-konformità waqt it-tħaddim, fuq it-talba tal-Awtorità tal-Approvazzjoni, il-fabbrikant għandu jirrapporta lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip dwar talbiet għal garanzija, xogħlijiet ta’ tiswija bil-garanzija u ħsarat fl-OBD irreġistrati waqt is-servis, skont format miftiehem waqt l-approvazzjoni tat-tip. L-informazzjoni għandha tispjega fid-dettall il-frekwenza u s-sustanza tal-ħsarat għall-komponenti u s-sistemi relatati mal-emissjonijiet. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati mill-inqas darba fis-sena għal kull mudell ta’ vettura sakemm idum il-perjodu sa 5 snin jew 100 000 km, skont liema minnhom tkun l-ewwel.
9.2.4. Il-parametri li jiddefinixxu l-familja ta’ waqt it-tħaddim
Il-familja ta’ waqt it-tħaddim tista’ tiġi definita permezz tal-parametri bażiċi tad-disinn li għandhom ikunu komuni għall-vetturi fi ħdan il-familja. Għaldaqstant, it-tipi ta’ vetturi jistgħu jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess familja ta’ waqt it-tħaddim jekk ikollhom komuni, jew fi ħdan it-tolleranzi ddikjarati, il-parametri li ġejjin:
|
9.2.4.1. |
Il-proċess tal-kombustjoni (two stroke, four stroke, rotatorju); |
|
9.2.4.2. |
In-numru ta’ ċilindri; |
|
9.2.4.3. |
Il-konfigurazzjoni tal-blokka taċ-ċilindru (allinjata, V, radjali, orizzontalment opposta, oħrajn). L-inklinazzjoni jew l-orjentazzjoni taċ-ċilindri mhijiex kriterju); |
|
9.2.4.4. |
Il-metodu tal-alimentazzjoni tal-magna (eż injezzjoni indiretta jew diretta); |
|
9.2.4.5. |
It-tip ta’ sistema ta’ tkessiħ (arja, ilma, żejt); |
|
9.2.4.6. |
Il-metodu ta’ aspirazzjoni (aspirat b’mod naturali, iċċarġjat bil-pressjoni); |
|
9.2.4.7. |
Il-fjuwil li għalih hija ddisinjata l-magna (petrol, diżil, NG/bijometan, LPG, eċċ.). Vetturi li jieħdu żewġ fjuwils jistgħu jiġu aggruppati mal-vetturi li jieħdu fjuwil speċifiku sakemm wieħed mill-fjuwils ikun komuni; |
|
9.2.4.8. |
It-tip ta’ konvertur katalitiku (katalista three-way, nasba rqiqa għall-NOX, SCR, katalista rqiqa tal-NOX jew oħrajn); |
|
9.2.4.9. |
It-tip ta’ nasba għall-partikuli (biha jew mingħajrha); |
|
9.2.4.10. |
Ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (biha jew mingħajrha, imkessħa jew mhux imkessħa); u |
|
9.2.4.11. |
Il-kapaċità taċ-ċilindri tal-magna tal-akbar magna fi ħdan il-familja nieqes 30 %. |
9.2.5. Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni
Verifika tal-konformità waqt it-tħaddim sejra ssir mill-Awtorità tal-Approvazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-fabbrikant. Tali informazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:
|
9.2.5.1. |
L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant; |
|
9.2.5.2. |
L-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-indirizz tal-e-mail tar-rappreżentant awtorizzat fi ħdan l-oqsma koperti mill-informazzjoni tal-fabbrikant; |
|
9.2.5.3. |
L-isem/ismijiet tal-mudell(i) tal-vetturi inklużi fl-informazzjoni tal-fabbrikant; |
|
9.2.5.4. |
Fejn ikun xieraq, il-lista tat-tipi ta’ vetturi koperti mill-informazzjoni tal-fabbrikant, jiġifieri l-grupp tal-familja ta’ waqt it-tħaddim skont il-paragrafu 9.2.1.; |
|
9.2.5.5. |
Il-kodiċijiet tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja ta’ waqt it-tħaddim (prefiss tal-VIN); |
|
9.2.5.6. |
In-numri tal-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja ta’ waqt it-tħaddim, inklużi, fejn applikabbli, in-numri tal-estensjonijiet u tat-tiswijiet li jsiru fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż (mudelli ġodda) kollha; |
|
9.2.5.7. |
Id-dettalji tal-estensjonijiet, tat-tiswijiet fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż, eċċ. għal dawk l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi koperti mill-informazzjoni tal-fabbrikant (jekk jintalbu mill-Awtorità tal-Approvazzjoni); |
|
9.2.5.8. |
Il-perjodu ta’ żmien li matulu nġabret l-informazzjoni tal-fabbrikant; |
|
9.2.5.9. |
Il-perjodu tal-bini tal-vettura kopert mill-informazzjoni tal-fabbrikant (eż il-vetturi manifatturati matul is-sena kalendarja 2007); |
|
9.2.5.10. |
Il-proċedura tal-fabbrikant għall-kontroll tal-konformità waqt it-tħaddim, inklużi:
|
|
9.2.5.11. |
Ir-riżultati mill-proċedura tal-fabbrikant għall-konformità waqt it-tħaddim, inklużi:
|
|
9.2.5.12. |
Ir-rekords ta’ indikazzjoni mis-sistema OBD. |
9.3. L-għażla tal-vetturi għall-konformità waqt it-tħaddim
9.3.1. L-informazzjoni miġbura mill-fabbrikant għandha tkun komprensiva biżżejjed biex tiżgura li r-rendiment waqt it-tħaddim ikun jista’ jiġi vvalutat għall-kundizzjonijiet normali tal-użu kif definit fil-paragrafu 9.2. It-teħid tal-kampjuni tal-fabbrikant għandu jsir minn mill-inqas żewġ Partijiet Kontraenti b’kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi li jkunu sostanzjalment differenti. Fl-għażla tal-Partijiet Kontraenti għandhom jitqiesu fatturi bħad-differenzi fil-fjuwils, il-kundizzjonijiet ambjentali, il-veloċitajiet medji fit-triq, u l-qasma bejn is-sewqan urban/fl-awtostrada.
9.3.2. Fl-għażla tal-Partijiet Kontraenti għat-teħid tal-kampjuni tal-vetturi, il-fabbrikant jista’ jagħżel vetturi minn Parti Kontraenti li titqies bħala partikolarment rappreżentattiva. F’dan il-każ, il-fabbrikant għandu juri lill-Awtorità tal-Approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip li l-għażla hija rappreżentattiva (eż. billi s-suq ikollu l-akbar bejgħ annwali ta’ familja ta’ vetturi fi ħdan il-Parti Kontraenti applikabbli). Meta familja ta’ waqt it-tħaddim tkun teħtieġ li jiġu ttestjati aktar minn lott ta’ kampjun wieħed kif definit fil-paragrafu 9.3.5, il-vetturi fit-tieni u fit-tielet lottijiet tal-kampjun għandhom jirriflettu kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi differenti minn dawk magħżula għall-ewwel kampjun.
9.3.3. L-ittestjar tal-emissjonijiet jista’ jsir f’faċilità tat-testijiet li tinsab f’suq jew f’reġjun differenti minn fejn intgħażlu l-vetturi.
9.3.4. It-testijiet ta’ konformità waqt it-tħaddim mill-fabbrikant għandhom jitwettqu b’mod kontinwu fejn jirriflettu ċ-ċiklu ta’ produzzjoni tat-tipi ta’ vetturi applikabbli fi ħdan familja partikolari ta’ vetturi waqt it-tħaddim. Il-perjodu massimu ta’ żmien bejn il-bidu ta’ żewġ kontrolli tal-konformità waqt it-tħaddim ma għandux jaqbeż it-18-il xahar. Fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi koperti minn estensjoni għall-approvazzjoni tat-tip li ma kinitx teħtieġ test tal-emissjonijiet, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 24 xahar.
9.3.5. Meta tiġi applikata l-proċedura statistika definita fl-Appendiċi 4, in-numru ta’ lottijiet tal-kampjun għandu jiddependi mill-volum ta’ bejgħ annwali ta’ familja waqt it-tħaddim fit-territorji ta’ organizzazzjoni reġjonali (eż il-Komunità Ewropea), kif definit fit-tabella li ġejja:
|
Reġistrazzjonijiet għal kull sena kalendarja |
Numru ta’ lottijiet tal-kampjun |
|
Sa 100 000 |
1 |
|
100 001 sa 200 000 |
2 |
|
Aktar minn 200 000 |
3 |
9.4. Fuq il-bażi tal-verifika msemmija fil-paragrafu 9.2, l-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha tadotta waħda mid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Tiddeċiedi li l-konformità waqt it-tħaddim ta’ tip ta’ vettura jew ta’ familja ta’ vetturi ta’ waqt it-tħaddim hija sodisfaċenti u ma tieħu l-ebda azzjoni oħra; |
|
(b) |
Tiddeċiedi li d-dejta pprovduta mill-fabbrikant mhijiex biżżejjed sabiex tintlaħaq deċiżjoni u, għalhekk, titlob informazzjoni jew dejta tat-testijiet addizzjonali mingħand il-fabbrikant; |
|
(c) |
Tiddeċiedi li fuq il-bażi tad-dejta mill-programmi tal-ittestjar tas-sorveljanza tal-Awtorità tal-Approvazzjoni jew tal-Parti Kontraenti, dik l-informazzjoni pprovduta mill-fabbrikant mhijiex biżżejjed sabiex tintlaħaq deċiżjoni u, għalhekk, titlob informazzjoni jew dejta tat-testijiet addizzjonali mingħand il-fabbrikant; |
|
(d) |
Tiddeċiedi li l-konformità waqt it-tħaddim ta’ tip ta’ vettura, li hija parti minn familja ta’ waqt it-tħaddim, mhijiex sodisfaċenti u, għalhekk, tipproċedi biex tali tip ta’ vettura jiġi ttestjat skont l-Appendiċi 3. |
9.4.1. Fejn it-testijiet tat-Tip I jitqiesu li huma meħtieġa għall-kontroll tal-konformità tal-mekkaniżmi li jikkontrollaw l-emissjonijiet għar-rendiment tagħhom waqt it-tħaddim, tali testijiet għandhom jitwettqu billi tintuża proċedura tat-test li tissodisfa l-kriterji statistiċi definiti fl-Appendiċi 2.
9.4.2. L-Awtorità tal-Approvazzjoni, b’kooperazzjoni mal-fabbrikant, għandha tagħżel kampjun ta’ vetturi li għamlu biżżejjed mili u li l-użu tagħhom f’kundizzjonijiet normali jista’ jkun żgurat b’mod raġonevoli. Il-fabbrikant għandu jkun ikkonsultat dwar l-għażla tal-vetturi fil-kampjun u jitħalla jattendi għall-kontrolli ta’ konferma fuq il-vetturi.
9.4.3. Il-fabbrikant għandu jkun awtorizzat, taħt is-superviżjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni, li jwettaq kontrolli, anki ta’ natura qerrieda, fuq dawk il-vetturi b’livelli ta’ emissjonijiet li jaqbżu l-valuri tal-limitu bil-għan li jistabbilixxi l-kawżi possibbli ta’ deterjorament li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-fabbrikant innifsu (eż. l-użu ta’ petrol biċ-ċomb qabel id-data tat-test). Fejn ir-riżultati tal-kontrolli jikkonfermaw tali kawżi, dawk ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu esklużi mill-kontroll tal-konformità.
10. PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
10.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont din l-emenda, tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8.1 ta’ hawn fuq jew jekk il-vettura jew vetturi meħuda ma jgħaddux mit-testijiet preskritti fil-paragrafu 8.1.1 ta’ hawn fuq. |
|
10.2. |
Jekk Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
11. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-fabbrikazzjoni ta’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopji tal-formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
12. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
12.1. Dispożizzjonijiet ġenerali
|
12.1.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 06, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 06. |
12.2. Dispożizzjonijiet speċjali
|
12.2.1. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu l-approvazzjonijiet għal dawk il-vetturi li jikkonformaw mal-livelli preċedenti ta’ dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li l-vetturi jkunu intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li japplikaw ir-rekwiżiti relatati fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom. |
13. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u miċ-ċertifikazzjoni tal-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.
(1) Kif definit fl-Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).
(2) L-approvazzjoni A ġiet ikkanċellata. Is-serje 05 tal-emendi għal dan ir-Regolament jipprojbixxu l-użu tal-petrol biċ-ċomb.
(3) Kif definit fl-Anness 7 mar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).
(4) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Bjelorussja, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (il-Kazakistan), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Azerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vakanti), 56 għall-Montenegro, 57 (Vakanti) u 58 għat-Tuneżija. In-numri suċċessivi għandhom jingħataw lil pajjiżi oħrajn fl-ordni kronoloġika li biha jirratifikaw jew jaderixxu mal-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
(5) Meta vettura li tieħu żewġ fjuwils tiġi kkombinata ma’ vettura flex fuel, ikunu applikabbli ż-żewġ rekwiżiti tat-testijiet.
(6) Din id-dispożizzjoni hija temporanja, filwaqt li aktar rekwiżiti għall-bijodiżil u l-idroġenu għandhom jiġu proposti aktar ‘il quddiem.
(7) Għal dan it-test, għandu jintuża l-fjuwil applikabbli għat-temperaturi baxxi tal-ambjent. Fin-nuqqas ta’ speċifikazzjoni ta’ fjuwil ta’ referenza ta’ livell tax-xitwa, għandu jintlaħaq qbil bejn l-Awtorità tal-Approvazzjoni u l-fabbrikant dwar il-fjuwil applikabbli ta’ livell tax-xitwa għal dan it-test skont l-ispeċifikazzjonijiet eżistenti tas-suq. Bħalissa għaddej l-iżvilupp ta’ fjuwil ta’ referenza għal din l-applikazzjoni.
(8) L-istandard tal-piż tal-partikuli separati ta’ positive ignition għandu japplika biss għal vetturi b’magni ta’ injezzjoni diretta.
(9) Għajr għal vetturi ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt okkupanti u vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2 500 kg.
(10) U vetturi tal-kategorija M1 speċifikati fin-nota (1).
(11) Il-valur Lambda għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-ekwazzjoni simplifikata msejħa Brettschneider kif ġej:
Fejn:
|
[] |
= |
Konċentrazzjoni fil-mija fil-volum, |
||||||||
|
K1 |
= |
Il-fattur tal-konverżjoni mill-kejl NDIR għall-kejl FID (ipprovdut mill-fabbrikant tal-apparat tal-kejl), |
||||||||
|
Hcv |
= |
Il-proporzjon atomiku tal-idroġenu għall-karbonju,
|
||||||||
|
Ocv |
= |
Il-proporzjon atomiku tal-ossiġnu għall-karbonju,
|
Appendiċi 1
Proċedura li tivverifika li r-rekwiżiti tal-produzzjoni huma konformi jekk id-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-fabbrikant tkun sodisfaċenti
|
1. |
Dan l-appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li trid tintuża sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-produzzjoni għat-Test tat-Tip I meta d-devjazzjoni standard tal-produzzjoni tal-fabbrikant tkun sodisfaċenti. |
|
2. |
B’daqs ta’ kampjun minimu ta’ 3, il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni hija stabbilita sabiex il-probabbiltà li lott jgħaddi mit-test b’40 fil-mija tal-produzzjoni difettuża hija 0,95 (ir-riskju tal-produttur = 5 fil-mija) filwaqt li l-probabbiltà li lott ikun aċċettat b’65 fil-mija tal-produzzjoni difettuża hija 0,1 (ir-riskju tal-konsumatur = 10 fil-mija). |
|
3. |
Għal kull waħda mis-sustanzi li jniġġsu mogħtija fit-Tabella 1 tal-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament, tintuża l-proċedura li ġejja (ara l-Figura 2 ta’ dan ir-Regolament).
Fejn:
|
|
4. |
Aħdem għall-kampjun l-istatistika tat-test li tikkwantifika s-somma tad-devjazzjonijiet standard mil-limitu u mfissra bħala:
|
|
5. |
Imbagħad:
Tabella 1/1
|
Appendiċi 2
Proċedura li tivverifika l-konformità tar-rekwiżiti tal-produzzjoni jekk id-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-fabbrikant ma tkunx sodisfaċenti jew ma teżistix
1. Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li trid tintuża biex tivverifika li r-rekwiżiti tal-produzzjoni huma konformi għat-test tat-Tip I meta l-evidenza tal-fabbrikant dwar id-devjazzjoni standard tal-produzzjoni ma tkunx sodisfaċenti jew ma teżistix.
2. B’daqs ta’ kampjun minimu ta’ 3, il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni hija stabbilita sabiex il-probabbiltà li lott jgħaddi mit-test b’40 fil-mija tal-produzzjoni difettuża hija 0.95 (ir-riskju tal-produttur = 5 fil-mija) filwaqt li l-probabbiltà li lott ikun aċċettat b’65 fil-mija tal-produzzjoni difettuża hija 0,1 (ir-riskju tal-konsumatur = 10 fil-mija).
3. Il-qisien tas-sustanzi li jniġġsu msemmija fit-Tabella 1 tal-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament huma meqjusa bħala li huma normalment imqassma f’log u għandhom l-ewwel jiġu ttrasformati billi jittieħdu l-logaritmi naturali tagħhom. Ħalli m0 u m jirrappreżentaw id-daqsijiet minimi u massimi tal-kampjun rispettivament (m0 = 3 u m = 32) u ħalli n tirrappreżenta n-numru tal-kampjun attwali.
4. Jekk il-logaritmi naturali tal-qisien fis-serje huma x1,x2, xi u L huwa l-logaritmu naturali tal-valur tal-limitu għas-sustanza li tniġġes, imbagħad iddefinixxi:
d1 = x1 – L
u
5. It-tabella 1/2 turi l-valuri tan-numri tad-deċiżjonijiet li jgħaddu (An) u li jeħlu (Bn) meta mqabbla man-numru tal-kampjun attwali. L-istatistika tat-test hija l-proporzjon
Għal mo ≤ n ≤ m
|
(i) |
Tgħaddi s-serje jekk
|
|
(ii) |
Ma tgħaddix is-serje jekk
|
|
(iii) |
Ħu kejl ieħor jekk
|
6. Rimarki
Il-formuli ripetuti li ġejjin huma utli sabiex jinħadmu l-valuri wara xulxin tal-istatistika tat-test:
(n = 2, 3, …;
Tabella 1/2
Daqs minimu tal-kampjun = 3
|
Daqs tal-kampjun (n) |
L-ogħla limitu tad-deċiżjoni li tgħaddi (An) |
L-ogħla limitu tad-deċiżjoni li tfalli (Bn) |
|
3 |
–0,80381 |
16,64743 |
|
4 |
–0,76339 |
7,68627 |
|
5 |
–0,72982 |
4,67136 |
|
6 |
–0,69962 |
3,25573 |
|
7 |
–0,67129 |
2,45431 |
|
8 |
–0,64406 |
1,94369 |
|
9 |
–0,61750 |
1,59105 |
|
10 |
–0,59135 |
1,33295 |
|
11 |
–0,56542 |
1,13566 |
|
12 |
–0,53960 |
0,97970 |
|
13 |
–0,51379 |
0,85307 |
|
14 |
–0,48791 |
0,74801 |
|
15 |
–0,46191 |
0,65928 |
|
16 |
–0,43573 |
0,58321 |
|
17 |
–0,40933 |
0,51718 |
|
18 |
–0,38266 |
0,45922 |
|
19 |
–0,35570 |
0,40788 |
|
20 |
–0,32840 |
0,36203 |
|
21 |
–0,30072 |
0,32078 |
|
22 |
–0,27263 |
0,28343 |
|
23 |
–0,24410 |
0,24943 |
|
24 |
–0,21509 |
0,21831 |
|
25 |
–0,18557 |
0,18970 |
|
26 |
–0,15550 |
0,16328 |
|
27 |
–0,12483 |
0,13880 |
|
28 |
–0,09354 |
0,11603 |
|
29 |
–0,06159 |
0,09480 |
|
30 |
–0,02892 |
0,07493 |
|
31 |
0,00449 |
0,05629 |
|
32 |
0,03876 |
0,03876 |
Appendiċi 3
Il-verifika tal-konformità waqt it-tħaddim
1. INTRODUZZJONI
Dan l-appendiċi jistabbilixxi l-kriterji msemmija fil-paragrafu 8.2.7 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-għażla tal-vetturi biex jiġu ttestjati u l-proċeduri għall-kontroll tal-konformità waqt it-tħaddim.
2. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-kriterji biex tiġi aċċettata vettura magħżula huma definiti fil-paragrafi 2.1 sa 2.8 ta’ dan l-appendiċi. L-informazzjoni tinġabar billi tiġi eżaminata l-vettura u ssir intervista mas-sid/xufier.
|
2.1. |
Il-vettura għandha tappartjeni għal tip ta’ vettura li hija approvata għat-tip skont dan ir-Regolament u koperta b’ċertifikat ta’ konformità skont il-Ftehim tal-1958. Hija għandha tkun irreġistrata u użata f’pajjiż tal-Partijiet Kontraenti. |
|
2.2. |
Il-vettura għandha tkun ilha taħdem għal mill-inqas 15 000 km jew 6 xhur, skont liema minnhom tkun l-aktar tard, u għal mhux aktar minn 100 000 km jew 5 snin, skont liema minnhom tkun l-ewwel. |
|
2.3. |
Għandu jkun hemm rekord ta’ manutenzjoni li juri li l-vettura nżammet sewwa, pereżempju sarilha s-servis skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant. |
|
2.4. |
Il-vettura ma għandha turi l-ebda indikazzjoni ta’ abbuż (eż tellqu biha, għabbewha żżejjed, tawha fjuwil ħażin, jew xi użu ħażin ieħor), jew fatturi oħrajn (eż tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment tal-emissjonijiet. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistema OBD, għandhom jiġu kkunsidrati l-kodiċi tal-ħsara u l-informazzjoni dwar il-mili maħżuna fil-kompjuter. Vettura ma għandhiex tintgħażel għall-ittestjar jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter turi li l-vettura ħadmet wara li nħażen kodiċi tal-ħsara u ma saritx tiswija relattivament immedjata. |
|
2.5. |
Ma għandhiex tkun saret xi tiswija kbira mhux awtorizzata fuq il-magna jew xi tiswija kbira tal-vettura. |
|
2.6. |
Il-kontenut taċ-ċomb u tal-kubrit f’kampjun tal-fjuwil meħud mit-tank tal-vettura għandu jissodisfa l-istandards applikabbli u ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta’ għoti ta’ fjuwil ħażin. Jistgħu jsiru spezzjonijiet fl-egżost, eċċ. |
|
2.7. |
Ma għandu jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta’ xi problema li tista’ tipperikola s-sigurtà tal-persunal tal-laboratorju. |
|
2.8. |
Il-komponenti kollha tas-sistema ta’ kontra t-tniġġis li hemm fuq il-vettura għandhom ikunu konformi mal-approvazzjoni tat-tip applikabbli. |
3. ID-DIJANJOŻI U L-MANUTENZJONI
Id-dijanjożi u kull manutenzjoni normali meħtieġa għandha ssir fuq vetturi aċċettati biex jiġu ttestjati, qabel ma jitkejlu l-emissjonijiet tal-egżost, skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 3.1 sa 3.7 ta’ hawn taħt.
|
3.1. |
Għandhom isiru l-kontrolli li ġejjin: kontrolli fuq il-filter tal-arja, iċ-ċintorini tas-sigurtà kollha, il-livelli tal-fluwidi kollha, il-kappa tar-radjatur, il-pajpijiet tal-vakwu u l-wajers tal-elettriku kollha marbuta mas-sistema ta’ kontra t-tniġġis għall-integrità; kontrolli fuq l-ignixin, il-kejl tal-fjuwil u komponenti tal-mekkaniżmi ta’ kontra t-tniġġis għal aġġustamenti ħżiena u/jew tbagħbis. Id-diskrepanzi kollha għandhom jiġu rreġistrati. |
|
3.2. |
Is-sistema OBD għandha tiġi kkontrollata sabiex ikun ivverifikat li qiegħda taħdem sewwa. Kwalunkwe indikazzjoni ta’ ħsara għandha tiġi rreġistrata fil-memorja tal-OBD u għandhom isiru t-tiswijiet meħtieġa. Jekk l-indikatur ta’ ħsara fl-OBD jirreġistra ħsara waqt ċiklu tal-prekundizzjonament, il-ħsara tista’ tiġi identifikata u msewwija. It-test jista’ jerġa’ jsir u jintużaw ir-riżultati ta’ dik il-vettura msewwija. |
|
3.3. |
Is-sistema tal-ignixin għandha tiġi kkontrollata u l-komponenti difettużi jinbidlu, pereżempju l-ispark plaggs, il-kejbils, eċċ. |
|
3.4. |
Il-kompressjoni għandha tiġi kkontrollata. Jekk ir-riżultat ma jkunx sodisfaċenti, il-vettura għandha tiġi miċħuda. |
|
3.5. |
Il-parametri tal-magna għandhom jiġu kkontrollati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant u, jekk ikun meħtieġ, jiġu aġġustati. |
|
3.6. |
Jekk il-vettura jonqosha 800 km għal servis ta’ manutenzjoni skedat, dak is-servis għandu jsir skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-fabbrikant. Irrispettivament mill-qari tal-odometru, il-filtri taż-żejt u tal-arja jistgħu jitbiddlu fuq it-talba tal-fabbrikant. |
|
3.7. |
Kif tiġi aċċettata l-vettura, il-fjuwil għandu jiġi sostitwit bil-fjuwil ta’ referenza tat-test tal-emissjonijiet xieraq, sakemm il-fabbrikant ma jaċċettax li jintuża l-fjuwil tas-suq. |
|
3.8. |
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistemi li jirriġeneraw perjodikament kif definit fil-paragrafu 2.20, għandu jiġi stabbilit jekk il-vettura hijiex qiegħda toqrob lejn perjodu ta’ riġenerazzjoni. (Il-fabbrikant għandu jingħata l-opportunità li jikkonferma dan). |
|
3.8.1. |
Jekk dan ikun il-każ, il-vettura għandha tinstaq sal-aħħar tar-riġenerazzjoni. Jekk ir-riġenerazzjoni ssir waqt li jkunu qegħdin jitkejlu l-emissjonijiet, imbagħad għandu jsir test ieħor biex ikun żgurat li r-riġenerazzjoni tkompliet. Imbagħad għandu jsir test ġdid komplut, u r-riżultati tal-ewwel u tat-tieni test ma għandhomx jiġu kkunsidrati. |
|
3.8.2. |
Bħala alternattiva għall-paragrafu 3.8.1, jekk il-vettura tkun qiegħda toqrob lejn riġenerazzjoni, il-fabbrikant jista’ jitlob li jintuża ċiklu ta’ kundizzjonar speċifiku biex jiżgura li ssir dik ir-riġenerazzjoni (pereżempju, dan jista’ jinvolvi veloċità għolja, sewqan b’tagħbija kbira).
Il-fabbrikant jista’ jitlob li l-ittestjar isir eżatt wara r-riġenerazzjoni jew wara ċ-ċiklu tal-kundizzjonament speċifikat mill-fabbrikant u l-prekundizzjonament tat-test normali. |
4. L-ITTESTJAR WAQT IT-TĦADDIM
|
4.1. |
Meta jitqies li jkun hemm bżonn kontroll fuq il-vetturi, it-testijiet tal-emissjonijiet skont l-Anness 4a ta’ dan ir-Regolament jitwettqu fuq vetturi prekundizzjonati magħżula skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Appendiċi. Iċ-ċikli tal-prekundizzjonament addizzjonali għal dawk speċifikati fil-paragrafu 6.3 tal-Anness 4a ta’ dan ir-Regolament ser ikunu permessi biss jekk ikunu rappreżentattivi ta’ sewqan normali. |
|
4.2. |
Il-vetturi mgħammra b’sistema OBD jistgħu jiġu kkontrollati għall-funzjonalità xierqa waqt it-tħaddim tal-indikazzjoni ta’ ħsara, eċċ, fir-rigward tal-livelli tal-emissjonijiet (eż il-limiti tal-indikazzjoni ta’ ħsara definiti fl-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament) għall-ispeċifikazzjonijiet approvati għat-tip. |
|
4.3. |
Is-sistema OBD tista’ tiġi kkontrollata, pereżempju, għal-livelli ta’ emissjonijiet ‘il fuq mill-valuri tal-limitu applikabbli bl-ebda indikazzjoni ta’ ħsara, l-attivazzjoni sistematika żbaljata tal-indikazzjoni ta’ ħsara u l-komponenti difettużi jew deterjorati identifikati fis-sistema OBD. |
|
4.4. |
Jekk komponent jew sistema jaħdmu b’mod mhux kopert mill-partikolaritajiet fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u/jew fil-pakkett ta’ informazzjoni għal tali tipi ta’ vetturi u tali devjazzjoni ma ġietx awtorizzata skont il-Ftehim tal-1958, bl-ebda indikazzjoni ta’ ħsara mill-OBD, il-komponent jew is-sistema ma għandhomx jiġu sostitwiti qabel l-ittestjar tal-emissjonijiet, sakemm ma jkunx stabbilit li l-komponent jew is-sistema ġew imbagħbsa jew abbużati b’tali mod li s-sistema OBD ma tiskoprix il-ħsara li tirriżulta. |
5. L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI
|
5.1. |
Ir-riżultati tat-test għandhom jitressqu għall-proċedura ta’ evalwazzjoni skont l-Appendiċi 4. |
|
5.2. |
Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu mmultiplikati bil-fatturi ta’ deterjorament. |
|
5.3. |
Fil-każ ta’ sistemi li jirriġeneraw perjodikament kif definiti fil-paragrafu 2.20, ir-riżultati għandhom jiġu mmultiplikati bil-fatturi Ki miksuba fiż-żmien meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip. |
6. IL-PJAN TAL-MIŻURI RIMEDJALI
|
6.1. |
Meta jinstab li aktar minn vettura waħda tkun qiegħda tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost (outlying emitter) li:
L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha titlob li l-fabbrikant jissottometti pjan ta’ miżuri rimedjali sabiex jiġi rrimedjat in-nuqqas ta’ konformità. |
|
6.2. |
Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jkun ippreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip mhux aktar tard minn 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 6.1 ta’ hawn fuq. Fi żmien 30 jum tax-xogħol, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddikjara l-approvazzjoni jew id-diżapprovazzjoni tagħha rigward il-pjan tal-miżuri rimedjali. Madankollu, għandha tingħata estensjoni meta l-fabbrikant jista’ juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-approvazzjoni tat-tip, li hemm bżonn ta’ aktar żmien għall-investigazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità sabiex jitressaq pjan tal-miżuri rimedjali. |
|
6.3. |
Il-miżuri rimedjali għandhom japplikaw għall-vetturi kollha li x’aktarx jiġu affettwati mill-istess difett. Għandha tkun ivvalutata l-ħtieġa li jiġu emendati d-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
6.4. |
Il-fabbrikant għandu jipprovdi kopja tal-komunikazzjonijiet kollha relatati mal-pjan tal-miżuri rimedjali, u għandu jżomm ukoll rekord tal-kampanja ta’ rtirar ta’ prodott difettuż, eċċ, u jipprovdi rapporti ta’ status regolari lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
6.5. |
Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jinkludi r-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafi 6.5.1 sa 6.5.11. Il-fabbrikant għandu jassenja isem jew numru uniku ta’ identifikazzjoni lill-pjan tal-miżuri rimedjali. |
|
6.5.1. |
Deskrizzjoni ta’ kull tip ta’ vettura inkluż fil-pjan tal-miżuri rimedjali. |
|
6.5.2. |
Deskrizzjoni tal-modifikazzjonijiet, tal-alterazzjonijiet, tat-tiswijiet, tal-korrezzjonijiet, tal-aġġustamenti, jew ta’ bidliet speċifiċi oħrajn li għandhom isiru sabiex il-vetturi jsiru konformi, inkluż sommarju qasir tad-dejta u tal-istudji tekniċi li jappoġġjaw id-deċiżjoni tal-fabbrikant rigward il-miżuri partikolari li għandhom jittieħdu sabiex ikun korrett in-nuqqas ta’ konformità. |
|
6.5.3. |
Deskrizzjoni tal-metodu li permezz tiegħu l-fabbrikant jinforma lis-sidien tal-vetturi. |
|
6.5.4. |
Deskrizzjoni tal-manutenzjoni jew tal-użu xierqa, jekk ikun hemm, li l-fabbrikant jistipula bħala kundizzjoni tal-eliġibbiltà għal tiswija skont il-pjan tal-miżuri rimedjali, u spjegazzjoni tar-raġunijiet tal-fabbrikant sabiex jimponi kwalunkwe kundizzjoni bħal din. Ma tista’ tiġi imposta l-ebda kundizzjoni dwar il-manutenzjoni jew l-użu sakemm jintwera biċ-ċar li tkun relatata man-nuqqas ta’ konformità u mal-miżuri rimedjali. |
|
6.5.5. |
Deskrizzjoni tal-proċedura li għandhom isegwu s-sidien tal-vetturi biex jiksbu korrezzjoni tan-nuqqas ta’ konformità. Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi data li warajha jistgħu jittieħdu l-miżuri rimedjali, iż-żmien stmat biex il-ħanut tax-xogħol iwettaq it-tiswijiet u fejn jistgħu jsiru. It-tiswija għandha ssir b’mod xieraq, fi żmien raġonevoli wara li tkun ikkonsenjata l-vettura. |
|
6.5.6. |
Kopja tal-informazzjoni trażmessa lis-sid tal-vettura. |
|
6.5.7. |
Deskrizzjoni qasira tas-sistema li juża l-fabbrikant sabiex jiżgura provvista adegwata ta’ komponenti jew sistemi biex ikun jista’ jwettaq l-azzjoni rimedjali. Għandu jkun indikat meta se jkun hemm provvista adegwata ta’ komponenti jew sistemi biex tinbeda l-kampanja. |
|
6.5.8. |
Kopja tal-istruzzjonijiet kollha għandha tintbagħat lil dawk il-persuni li sejrin jagħmlu t-tiswija. |
|
6.5.9. |
Deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri rimedjali proposti fuq l-emissjonijiet, il-konsum tal-fjuwil, il-kumdità fis-sewqan, u s-sigurtà ta’ kull tip ta’ vettura, koperta mill-pjan tal-miżuri rimedjali bid-dejta, l-istudji tekniċi, eċċ. li jappoġġjaw dawn il-konklużjonijiet. |
|
6.5.10. |
Kwalunkwe informazzjoni, rapporti jew dejta oħrajn li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ raġonevolment tqis li huma meħtieġa sabiex jiġi evalwat il-pjan tal-miżuri rimedjali. |
|
6.5.11. |
Fejn il-pjan tal-miżuri rimedjali jinkludi rtirar ta’ prodott difettuż, eċċ, għandha titressaq deskrizzjoni tal-metodu biex tkun irreġistrata t-tiswija quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk tintuża tikketta, għandu jitressaq eżempju tagħha. |
|
6.6. |
Il-fabbrikant jista’ jintalab iwettaq testijiet raġonevolment iddisinjati u meħtieġa fuq komponenti u vetturi li jinkorporaw bidla, tiswija, jew modifikazzjoni proposta biex juri l-effikaċja tal-bidla, tat-tiswija, jew tal-modifikazzjoni. |
|
6.7. |
Il-fabbrikant huwa responsabbli biex iżomm rekord ta’ kull vettura rtirata (minħabba difett, eċċ.) u msewwija u tal-ħanut tax-xogħol li wettaq it-tiswija. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha aċċess għar-rekord, meta titolbu, għal perjodu ta’ 5 snin mill-implimentazzjoni tal-pjan tal-miżuri rimedjali. |
|
6.8. |
It-tiswija u/jew il-modifikazzjoni jew iż-żieda ta’ tagħmir ġdid għandhom jiġu rreġistrati f’ċertifikat ipprovdut mill-fabbrikant lis-sid tal-vettura. |
Appendiċi 4
Il-proċedura statistika għall-ittestjar tal-konformità waqt it-tħaddim
1. Dan l-appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li trid tintuża sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-konformità waqt it-tħaddim għat-test tat-Tip I.
2. Għandhom jiġu segwiti żewġ proċeduri differenti:
|
(i) |
Waħda li tittratta l-vetturi identifikati fil-kampjun, minħabba difett marbut mal-emissjonijiet, li wassal għal riżultati li jvarjaw ħafna aktar mill-oħrajn fir-riżultati (il-paragrafu 3 ta’ hawn taħt); |
|
(ii) |
L-oħra tittratta l-kampjun kollu (il-paragrafu 4 ta’ hawn taħt). |
3. Il-proċedura li trid tiġi segwita fil-każ tar-riżultat tal-emissjonijiet li jvarja ħafna aktar minn oħrajn fl-istess kampjun
|
3.1. |
B’daqs ta’ kampjun minimu ta’ tlieta u daqs ta’ kampjun massimu kif determinat mill-proċedura fil-paragrafu 4, għandha tittieħed vettura b’mod mhux sistematiku mill-kampjun u jitkejlu l-emissjonijiet mis-sustanzi rregolati li jniġġsu sabiex jiġi stabbilit jekk tali vettura tagħmilx emissjonijiet li jvarjaw ħafna mill-oħrajn fl-istess kampjun. |
|
3.2. |
Vettura tingħad li tkun tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.2.1. |
|
3.2.1. |
Fil-każ ta’ vettura li ġiet approvata għat-tip skont il-valuri tal-limitu mogħtija fit-Tabella 1 fil-paragrafu 5.3.1.4, ir-riżultat tal-emissjonijiet li jvarja ħafna minn oħrajn fl-istess kampjun huwa vettura fejn il-valur tal-limitu applikabbli għal xi sustanza rregolata li tniġġes jinqabeż b’fattur ta’ 1.5. |
|
3.2.2. |
Fil-każ speċifiku ta’ vettura b’emissjoni mkejla għal kwalunkwe sustanza rregolata li tniġġes fi ħdan iż-“żona intermedjarja” (1). |
|
3.2.2.1. |
Jekk il-vettura tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tiġi ddeterminata l-kawża tal-emissjoni żejda u mbagħad tittieħed vettura oħra b’mod mhux sistematiku mill-kampjun. |
|
3.2.2.2. |
Meta jkun hemm aktar minn vettura waħda li tissodisfa l-kundizzjoni ta’ dan il-paragrafu, id-Dipartiment Amministrattiv u l-fabbrikant għandhom jiddeterminaw jekk l-emissjoni żejda miż-żewġ vetturi hijiex dovuta għall-istess kawża jew le. |
|
3.2.2.2.1. |
Jekk kemm id-Dipartiment Amministrattiv kif ukoll il-fabbrikant jaqblu li l-emissjoni żejda hija dovuta għall-istess kawża, il-kampjun jitqies li falla u għalhekk japplika l-pjan tal-miżuri rimedjali deskritt fil-paragrafu 6 tal-Appendiċi 3. |
|
3.2.2.2.2. |
Jekk id-Dipartiment Amministrattiv u l-fabbrikant ma jkunux jistgħu jaqblu la dwar il-kawża tal-emissjoni żejda minn vettura individwali u lanqas jekk il-kawżi għal aktar minn vettura waħda humiex l-istess, tittieħed vettura oħra b’mod mhux sistematiku mill-kampjun, sakemm ma jkunx diġà ntlaħaq id-daqs massimu tal-kampjun. |
|
3.2.2.3. |
Meta jkun instab li vettura waħda biss tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, jew meta jkunu nstabu aktar minn vettura waħda u d-Dipartiment Amministrattiv u l-fabbrikant jaqblu li dan huwa dovut għal kawżi differenti, tittieħed vettura oħra b’mod mhux sistematiku mill-kampjun, sakemm ma jkunx diġà ntlaħaq id-daqs massimu tal-kampjun. |
|
3.2.2.4. |
Jekk jintlaħaq id-daqs massimu tal-kampjun u ma tkunx instabet aktar minn vettura waħda li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu fejn l-emissjoni żejda tkun dovuta għall-istess kawża, il-kampjun jitqies li għadda fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Appendiċi. |
|
3.2.2.5. |
Jekk, f’xi ħin, il-kampjun inizjali jkun ġie eżawrit, tiżdied vettura oħra mal-kampjun inizjali u tittieħed dik il-vettura. |
|
3.2.2.6. |
Kull meta tittieħed vettura oħra mill-kampjun, il-proċedura statistika tal-paragrafu 4 ta’ dan l-appendiċi tiġi applikata għall-kampjun miżjud. |
|
3.2.3. |
Fil-każ speċifiku ta’ vettura bl-emissjoni mkejla għal xi sustanza rregolata li tniġġes fi ħdan iż-“żona tal-falliment” (2). |
|
3.2.3.1. |
Jekk il-vettura tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, id-Dipartiment Amministrattiv għandu jiddetermina l-kawża tal-emissjoni żejda u mbagħad tittieħed vettura oħra b’mod sistematiku mill-kampjun. |
|
3.2.3.2. |
Meta jkun hemm aktar minn vettura waħda li tissodisfa l-kundizzjoni ta’ dan il-paragrafu, u d-Dipartiment Amministrattiv jiddetermina li l-emissjoni żejda hija dovuta għall-istess kawża, il-fabbrikant għandu jkun mgħarraf li l-kampjun huwa meqjus bħala li falla, flimkien mar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, u japplika l-pjan tal-miżuri rimedjali deskritt fil-paragrafu 6 tal-Appendiċi 3. |
|
3.2.3.3. |
Meta jkun instab li vettura waħda biss tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, jew meta jkunu nstabu aktar minn vettura waħda u d-Dipartiment Amministrattiv ikun iddetermina li dan huwa dovut għal kawżi differenti, tittieħed vettura oħra b’mod mhux sistematiku mill-kampjun, sakemm ma jkunx diġà ntlaħaq id-daqs massimu tal-kampjun. |
|
3.2.3.4. |
Jekk jintlaħaq id-daqs massimu tal-kampjun u ma jkunux instabu aktar minn vettura waħda li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu fejn l-emissjoni żejda tkun dovuta għall-istess kawża, il-kampjun jitqies li għadda fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-appendiċi. |
|
3.2.3.5. |
Jekk, f’xi ħin, il-kampjun inizjali jkun ġie eżawrit, tiżdied vettura oħra mal-kampjun inizjali u tittieħed dik il-vettura. |
|
3.2.3.6. |
Kull meta tittieħed vettura oħra mill-kampjun, il-proċedura statistika tal-paragrafu 4 ta’ dan l-appendiċi tiġi applikata għall-kampjun miżjud. |
|
3.2.4. |
Meta vettura ma tinstabx li qiegħda tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost (outlying emitter), tittieħed vettura oħra b’mod mhux sistematiku mill-kampjun. |
|
3.3. |
Meta tinstab vettura li tkun qiegħda tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost (outlying emitter), għandha tiġi ddeterminata l-kawża tal-emissjoni żejda. |
|
3.4. |
Meta jinstabu aktar minn vettura waħda li jagħmlu emissjonijiet aktar milli suppost, minħabba l-istess kawża, il-kampjun jitqies bħala li falla. |
|
3.5. |
Meta tinstab vettura waħda biss li tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost, jew meta jinstabu aktar minn vettura waħda li tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost, iżda minħabba kawżi differenti, il-kampjun jiżdied b’vettura waħda, sakemm ma jkunx diġà ntlaħaq id-daqs massimu tal-kampjun. |
|
3.5.1. |
Meta fil-kampjun miżjud tinstab aktar minn vettura waħda li tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost, minħabba l-istess kawża, il-kampjun jitqies bħala li falla. |
|
3.5.2. |
Meta fid-daqs massimu tal-kampjun ma tinstabx aktar minn vettura waħda li tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost, fejn l-emissjoni żejda tkun dovuta għall-istess kawża, il-kampjun jitqies bħala li għadda fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-appendiċi. |
|
3.6. |
Kull meta kampjun jiżdied minħabba r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.5, il-proċedura statistika tal-paragrafu 4 ta’ hawn taħt tiġi applikata għall-kampjun miżjud. |
4. Il-proċedura li trid tiġi segwita mingħajr evalwazzjoni separata tal-vetturi li jagħmlu emissjonijiet aktar milli suppost fil-kampjun
|
4.1. |
B’daqs ta’ kampjun minimu ta’ tlieta, il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni hija stabbilita sabiex il-probabbiltà li lott jgħaddi mit-test b’40 fil-mija tal-produzzjoni difettuża hija 0,95 (ir-riskju tal-produttur = 5 fil-mija) filwaqt li l-probabbiltà li lott ikun aċċettat b’75 fil-mija tal-produzzjoni difettuża hija 0,15 (ir-riskju tal-konsumatur = 15 fil-mija). |
|
4.2. |
Għal kull waħda mis-sustanzi li jniġġsu mogħtija fit-Tabella 1 tal-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament, tintuża l-proċedura li ġejja (ara l-Figura 4/2 ta’ hawn taħt).
Fejn:
|
|
4.3. |
L-istatistika tat-test li tikkwantifika l-għadd ta’ vetturi mhux konformi, jiġifieri xi > L, tinħadem għall-kampjun. |
|
4.4. |
Imbagħad:
Fit-tabella li ġejja, in-numri tad-deċiżjonijiet li jgħaddu u li jeħlu jinħadmu skont l-Istandard Internazzjonali ISO 8422:1991. |
5. Kampjun jitqies bħala li għadda mit-test meta jkun issodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-appendiċi.
Tabella 4/1
Tabella biex jiġi aċċettat/irrifjutat il-pjan tat-teħid tal-kampjuni skont il-kwalitajiet karatteristiċi
|
Daqs tal-kampjun kumulattiv (n) |
Numru tad-deċiżjoni li tgħaddi |
Numru tad-deċiżjoni li tfalli |
|
3 |
0 |
— |
|
4 |
1 |
— |
|
5 |
1 |
5 |
|
6 |
2 |
6 |
|
7 |
2 |
6 |
|
8 |
3 |
7 |
|
9 |
4 |
8 |
|
10 |
4 |
8 |
|
11 |
5 |
9 |
|
12 |
5 |
9 |
|
13 |
6 |
10 |
|
14 |
6 |
11 |
|
15 |
7 |
11 |
|
16 |
8 |
12 |
|
17 |
8 |
12 |
|
18 |
9 |
13 |
|
19 |
9 |
13 |
|
20 |
11 |
12 |
Figura 4/1
Iċċekkjar tal-konformità waqt it-tħaddim — proċedura ta’ verifika
BIDU
Manifattur ta’ vettura u awtorità tal-approvazzjoni tat-tip approvazzjoni tal-vettura kompleta għat-tip ġdid ta’ vettura. Awtorità ta’ approvazzjoni tat-tip (TAA) tagħti approvazzjoni tat-tip.
Manifattura u bejgħ ta’ tip ta’ vettura approvat
Manifattur ta’ vettura jiżviluppa proċedura ta’ konformità waqt it-tħaddim tiegħu stess
Manifattur ta’ vettura jwettaq proċedura ta’ konformità waqt it-tħaddim tiegħu stess (tip ta’ vettura jew familja)
Rapport ta’ konformità waqt it-tħaddim in-house għal tip jew familja ta’ vettura approvata
Manifattur tal-vetturi jikkompila rapport tal-proċedura in-house (inkluż id-dejta kollha meħtieġa mill-paragrafu 8.2.1.)
Informazzjoni minn awtorità ta’ approvazzjoni
TAA (1) tirrevedi r-rapport ta’ konformità waqt it-tħaddim tal-manifattur u informazzjoni kumplimentar mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip
Il-manifattur jissottometti rapport ta’ konformità waqt it-tħaddim lit-TAA (1) għal verifika
Il-manifattur jipprovdi jew jikseb informazzjoni addizzjonali jew dejta tat-test
Il-manifattur jikkompila rapport ġdid ta’ konformità waqt it-tħaddim
It-TAA (1) taċċetta li r-rapport ta’ konformità waqt it-tħaddim tal- manifattur jikkonferma l-aċċettabbiltà ta’ tip ta’ vettura fi ħdan il-familja? (paragrafu 8.2.1.)
LE
TAA (1) tiddeċiedi li l-informazzjoni mhijiex biżżejjed sabiex tintlaħaq deċiżjoni?
IVA
IVA
LE
Proċess Mitmum. Ebda azzjoni oħra meħtieġa.
TAA (1) tibda programm ta’ sorveljanza tal-konformità waqt it-tħaddim formali fuq tip ta’ vettura sospetta (kif deskritt f’ Appendiċi 3)
Mur fil-Figura 4/2 tal-Appendiċi 4
(1) TAA tfisser l-“Awtorità ta’ Approvazzjoni” li tat l-approvazzjonijet tat-tip skont dan ir-Regolament (ara d-definizzjoni f’ ECE/TRANS/WP.29/1059, paġna 2, nota ta’ qiegħ il-paġna 2).
Figura 4/2
Ittestjar tal-konformità waqt it-tħaddim — l-għażla u l-ittestjar tal-vetturi
Test minimu 3 vetturi
Żid kampjun b’ 1
LE
(test wieħed)
Emitturi barra?
Żid kampjun b’ 1
IVA
(żewġ testijiet)
Applika statistiċi tat-test
Aktar minn 1?
LE
IVA
Ma rnexxiex?
IVA
Kampjun ma rnexxiex
IVA
L-istess kawża?
LE
LE
Għadda?
IVA
Kampjun għadda (*)
IVA
Daqs massimu tal-kampjun?
(*) Jekk tissodisfa ż-żewġ testijiet.
(1) Għal kwalunkwe vettura, iż-“żona intermedjarja” tiġi ddeterminata kif ġej: Il-vettura għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 3.2.1 u, barra minn hekk, il-valur imkejjel għall-istess sustanza rregolata li tniġġes għandu jkun inqas minn livell li jiġi ddeterminat mill-prodott tal-valur tal-limitu għall-istess sustanza rregolata li tniġġes mogħtija fit-Tabella 1 fil-paragrafu 5.3.1.4 immultiplikat b’fattur ta’ 2,5.
(2) Għal kwalunkwe vettura, iż-“żona tal-falliment” tiġi ddeterminata kif ġej: Il-valur imkejjel għal kwalunkwe sustanza rregolata li tniġġes jaqbeż livell li jiġi ddeterminat mill-prodott tal-valur tal-limitu għall-istess sustanza rregolata li tniġġes mogħtija fit-Tabella 1 fil-paragrafu 5.3.1.4 immultiplikat b’fattur ta’ 2,5.
Appendiċi 5
Ir-responsabbiltajiet għall-konformità waqt it-tħaddim
|
1. |
Il-proċess biex jiġi kkontrollat il-kontroll tal-konformità waqt it-tħaddim huwa spjegat fil-Figura 1 |
|
2. |
Il-fabbrikant għandu jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-anness. L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tieħu wkoll f’kunsiderazzjoni l-informazzjoni mill-programmi ta’ sorveljanza. |
|
3. |
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq il-proċeduri u t-testijiet kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rigward il-konformità waqt it-tħaddim (Fażijiet 2 sa 4). |
|
4. |
Fil-każ ta’ diskrepanzi jew nuqqas ta’ qbil fil-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob kjarifika mingħand is-servizz tekniku li wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
5. |
Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta’ miżuri rimedjali. Dan il-pjan għandu jkun approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni qabel ma jkun implimentat (Fażi 5). |
Figura 1
Spjegazzjoni tal-proċess ta’ konformità waqt it-tħaddim
Karatteristiċi ewlenin tal-kontroll ta ’ konformità waqt is- servizz
Fażi 1
Paragrafu 8.2.1.
Informazzjoni pprovduta mill-manifattur u minn programmi ta ’ sorveljanza
Fażi 2
Paragrafu 8.2.1.
Valutazzjoni tal-informazzjoni skont l- approvazzjoni tat-tip
Fażi 3
Appendiċi 3
Għażla ta ’ vetturi
Fażi 4
Appendiċi 3
Spezzjoni ta ’ vetturi
Fażi 5
Appendiċi 3 Paragrafu 6
Sottomissjoni u approvazzjoni ta ’ pjan ta ’ rimedju
Appendiċi 6
Rekwiżiti għall-vetturi li jużaw reaġent għas-sistema tat-trattament wara l-egżost
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-vetturi li jiddependu fuq l-użu ta’ reaġent għas-sistema tat-trattament ta’ wara sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet.
2. L-INDIKAZZJONI TAR-REAĠENT
|
2.1. |
Il-vettura għandha tinkludi indikatur speċifiku fuq id-daxxbord li jinforma lix-xufier b’livelli baxxi ta’ reaġent fit-tank tal-ħażna tar-reaġent u meta t-tank tar-reaġent jiżvojta. |
3. IS-SISTEMA TA’ TWISSIJA GĦAX-XUFIER
|
3.1. |
Il-vettura għandha tinkludi sistema ta’ twissija, li tikkonsisti minn twissijiet viżwali, li tinforma lix-xufier meta l-livell ta’ reaġent ikun baxx, li t-tank dalwaqt jeħtieġ li jerġa’ jimtela, jew li r-reaġent mhuwiex ta’ kwalità speċifikata mill-fabbrikant. Is-sistema ta’ twissija tista’ tinkludi wkoll komponent li jinstema’ sabiex jallarma lix-xufier. |
|
3.2. |
Is-sistema ta’ twissija għandha teskala fl-intensità hekk kif ir-reaġent ikun wasal biex jiżvojta. Hija għandha tikkulmina f’notifika lix-xufier li ma tistax tingħeleb jew tiġi injorata faċilment. Ma għandux ikun possibbli li s-sistema tintefa sakemm ir-reaġent ma jerġax jimtela. |
|
3.3. |
It-twissija viżwali għandha turi messaġġ li jindika livell baxx ta’ reaġent. It-twissija ma għandhiex tkun l-istess bħat-twissiija li tintuża għall-finijiet tal-manutenzjoni tal-OBD jew ta’ xi manutenzjoni oħra tal-magna. It-twissija għandha tkun ċara biżżejjed biex ix-xufier jifhem li l-livell tar-reaġent huwa baxx (eż. “urea level low” - “il-livell tal-urea huwa baxx”, “AdBlue level low” - “il-livell tal-AdBlue huwa baxx”, jew “reagent low” - “il-livell tar-reaġent huwa baxx”). |
|
3.4. |
Għall-bidu, ma hemmx bżonn li s-sistema ta’ twissija tkun attivata kontinwament, madankollu, it-twissija għandha teskala sabiex issir kontinwa hekk kif il-livell tar-reaġent joqrob lejn il-punt fejn tidħol fis-seħħ is-sistema ta’ inċentiv għax-xufier imsemmija fil-paragrafu 8. Għandha tintwera twissija espliċita (eż. “fill up urea” — “imla l-urea”, “fill up AdBlue” — “imla l-AdBlue”, jew “fill up AdBlue” — “imla r-reaġent”). Is-sistema ta’ twissija kontinwa tista’ tiġi interrotta temporanjament minn sinjali oħrajn ta’ twissija li jipprovdu messaġġi importanti relatati mas-sigurtà. |
|
3.5. |
Is-sistema ta’ twissija għandha tkun attivata f’distanza ekwivalenti għal firxa ta’ sewqan ta’ mill-inqas 2 400 km qabel ma jiżvojta t-tank tar-reaġent. |
4. L-IDENTIFIKAZZJONI TA’ REAĠENT ŻBALJAT
|
4.1. |
Il-vettura għandha tinkludi mezz biex ikun iddeterminat jekk reaġent li jikkorrispondi għall-karatteristiċi ddikjarati mill-fabbrikant u li ġew irreġistrati fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament ikunx preżenti fuq il-vettura. |
|
4.2. |
Jekk ir-reaġent fit-tank tal-ħażna ma jikkorrispondix għar-rekwiżiti minimi ddikjarati mill-fabbrikant, is-sistema ta’ twissija tax-xufier fil-paragrafu 3 għandha tiġi attivata u għandha turi messaġġ li jindika twissija xierqa (eż. “incorrect urea detected” — “urea żbaljata skoperta”, “incorrect AdBlue detected” — “AdBlue żbaljat skopert”, jew “incorrect reagent detected” — “reaġent żbaljat skopert”). Jekk il-kwalità tar-reaġent ma tiġix rettifikata fi ħdan 50 km mill-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ inċentiv għax-xufier imsemmija fil-paragrafu 8. |
5. Il-MONITORAĠĠ TAL-KONSUM TAR-REAĠENT
|
5.1. |
Il-vettura għandha tinkludi mezz biex ikun iddeterminat il-konsum tar-reaġent u jkun ipprovdut aċċess mhux abbord għal informazzjoni dwar il-konsum. |
|
5.2. |
Il-konsum medju tar-reaġent u l-konsum medju tar-reaġent mitlub mis-sistema tal-magna għandhom ikunu disponibbli permezz tal-port serjali tal-konnettur dijanjostiku standard. Id-dejta għandha tkun disponibbli tul il-perjodu preċedenti komplut ta’ 2 400 km ta’ tħaddim tal-vettura. |
|
5.3. |
Sabiex ikun immonitorjat il-konsum tar-reaġent, fi ħdan il-vettura għandhom jiġu mmonitorjati mill-inqas il-parametri li ġejjin:
|
|
5.4. |
Devjazzjoni ta’ aktar minn 50 % bejn il-konsum medju tar-reaġent u l-konsum medju tar-reaġent mitlub mis-sistema tal-magna tul perjodu ta’ 30 minuta ta’ tħaddim tal-vettura, għandha tirriżulta fl-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija lix-xufier fil-paragrafu 3, li għandha turi messaġġ li jindika twissija xierqa (eż. “urea dosing malfunction” - “ħsara fid-dożaġġ tal-urea”, “AdBlue dosing malfunction” - “ħsara fid-dożaġġ tal-AdBlue”, jew “reagent dosing malfunction” - “ħsara fid-dożaġġ tar-reaġent”). Jekk il-konsum tar-reaġent ma jkunx rettifikat f’distanza ta’ 50 km mill-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ inċentiv għax-xufier imsemmija fil-paragrafu 8. |
|
5.5. |
Fil-każ ta’ interruzzjoni fl-attività ta’ dożaġġ tar-reaġent, għandha tiġi attivata s-sistema ta’ twissija lix-xufier kif imsemmi fil-paragrafu 3, li għandha turi messaġġ li jindika twissija xierqa. Din l-attivazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa fejn l-interruzzjoni tintalab mill-ECU tal-magna għaliex il-kundizzjonijiet operattivi tal-vettura jkunu tali li r-rendiment tal-emissjoni tal-vettura ma jkunx jeħtieġ dożaġġ tar-reaġent, bil-kundizzjoni li l-fabbrikant ikun informa b’mod ċar lill-awtorità tal-approvazzjoni meta japplikaw tali kundizzjonijiet operattivi. Jekk id-dożaġġ tar-reaġent ma jkunx rettifikat f’distanza ta’ 50 km mill-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ inċentiv għax-xufier imsemmija fil-paragrafu 8. |
6. IL-MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET TAL-NOx
|
6.1. |
Bħala alternattiva għar-rekwiżiti tal-monitoraġġ fil-paragrafi 4 u 5, il-fabbrikanti jistgħu jużaw sensuri tal-gassijiet tal-egżost direttament sabiex isiru jafu b’livelli eċċessivi ta’ NOx fl-egżost. |
|
6.2. |
Il-fabbrikant għandu juri li l-użu ta’ dawn is-sensuri u ta’ kwalunkwe sensur ieħor fuq il-vettura jirriżulta fl-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija għax-xufier kif imsemmi fil-paragrafu 3, bit-turija ta’ messaġġ li jindika twissija xierqa (eż. “emissions too high — check urea” — “emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-urea”, “emissions too high — check AdBlue” — “emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-AdBlue”, “emissions too high — check reagent” — “emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla r-reaġent”), u s-sistema ta’ inċentiv għax-xufier kif imsemmi fil-paragrafu 8.3, meta jseħħu s-sitwazzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 4.2, 5.4 jew 5.5. |
7. L-INFORMAZZJONI DWAR IN-NUQQAS TA’ ĦAŻNA
|
7.1. |
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu jinħażen Identifikatur tal-Parametri (PID) li ma jistax jitħassar u li jidentifika r-raġuni għall-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv. Il-vettura għandha żżomm rekord tal-PID u tad-distanza vvjaġġata mill-vettura waqt l-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv għal mill-inqas 800 jum jew 30 000 km ta’ tħaddim tal-vettura. Il-PID għandu jkun disponibbli permezz tal-port serjali tal-konnettur dijanjostiku standard fuq talba ta’ għodda ġenerika tal-iskenjar. |
|
7.2. |
Il-ħsarat fis-sistema tad-dożaġġ tar-reaġent attribwiti lil ħsarat tekniċi (eż. ħsarat mekkaniċi jew elettriċi) għandhom ikunu soġġetti wkoll għar-rekwiżiti tal-OBD fl-Anness 11. |
8. SISTEMA TA’ INĊENTIV GĦAX-XUFIER
|
8.1. |
Il-vettura għandha tinkludi sistema ta’ inċentiv għax-xufier sabiex ikun żgurat li l-vettura taħdem b’sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet li tiffunzjona l-ħin kollu. Is-sistema ta’ inċentiv għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tiżgura li l-vettura ma tkunx tista’ taħdem b’tank tar-reaġent vojt. |
|
8.2. |
Is-sistema ta’ inċentiv għandha tiġi attivata mhux aktar tard minn meta l-livell tar-reaġent fit-tank jilħaq livell ekwivalenti għall-firxa medja ta’ sewqan tal-vettura b’tank mimli bil-fjuwil. Is-sistema għandha tiġi attivata wkoll meta jkunu seħħew il-ħsarat imsemmija fil-paragrafi 4, 5 jew 6, jiddependi mill-metodu ta’ monitoraġġ tal-NOx. L-iskoperta ta’ tank tar-reaġent vojt u tal-ħsarat li jissemmew fil-paragrafi 4, 5 jew 6 għandha twassal biex jidħlu fis-seħħ ir-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħażna msemmija fil-paragrafu 7. |
|
8.3. |
Il-fabbrikant għandu jagħżel liema tip ta’ sistema ta’ inċentiv irid jinstalla. L-għażliet għal sistema huma deskritti fil-paragrafi 8.3.1, 8.3.2, 8.3.3 u 8.3.4.
|
|
8.4. |
Ladarba s-sistema ta’ inċentiv tkun ġiet attivata b’mod sħiħ u tkun iddiżattivat il-vettura, is-sistema ta’ inċentiv għandha tiġi deattivata biss jekk il-kwantità ta’ reaġent miżjud mal-vettura jkun ekwivalenti għal firxa medja ta’ sewqan ta’ 2 400 km jew jekk ikunu ġew rettifikati l-ħsarat speċifikati fil-paragrafi 4, 5 jew 6. Wara li tkun saret tiswija sabiex tiġi kkoreġuta ħsara fejn tkun ġiet attivata s-sistema OBD skont il-paragrafu 7.2, is-sistema ta’ inċentiv tista’ terġa’ tiġi inizjalizzata permezz tal-port serjali tal-OBD (eż. b’għodda ġenerika tal-iskenjar) sabiex il-vettura tkun tista’ terġa’ tistartja għal finijiet ta’ awto-dijanjożi. Il-vettura għandha taħdem għal massimu ta’ 50 km sabiex is-suċċess tat-tiswija jkun jista’ jiġi validat. Is-sistema ta’ inċentiv għandha tiġi attivata kompletament mill-ġdid jekk il-ħsara tippersisti wara din il-validazzjoni. |
|
8.5. |
Is-sistema ta’ twissija għax-xufier imsemmija fil-paragrafu 3 għandha turi messaġġ li jindika b’mod ċar:
|
|
8.6. |
Is-sistema ta’ inċentiv għax-xufier għandha tiġi deattivata meta ma jibqgħux jeżistu aktar il-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tagħha. Is-sistema ta’ inċentiv għax-xufier ma għandhiex tiġi deattivata awtomatikament mingħajr ma jkun instab rimedju għar-raġuni tal-attivazzjoni tagħha. |
|
8.7. |
Fi żmien l-approvazzjoni għandha tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata bil-miktub li tiddeskrivi b’mod sħiħ il-karatteristiċi operattivi funzjonali tas-sistema ta’ inċentiv għax-xufier lill-awtorità tal-approvazzjoni. |
|
8.8. |
Bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament, il-fabbrikant għandu juri t-tħaddim tas-sistemi ta’ twissija u ta’ inċentiv għax-xufier. |
9. IR-REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI
|
9.1. |
Il-fabbrikant għandu jipprovdi lis-sidien kollha ta’ vetturi ġodda b’informazzjoni bil-miktub dwar is-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet. Din l-informazzjoni għandha tiddikjara li jekk is-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet tal-vettura ma tkunx qiegħda tiffunzjona sewwa, ix-xufier għandu jkun informat dwar problema mis-sistema ta’ twissija għax-xufier u li s-sistema ta’ inċentiv għax-xufier konsegwentement għandha twassal biex il-vettura ma tkunx tista’ tistartja. |
|
9.2. |
L-istruzzjonijiet għandhom jindikaw ir-rekwiżiti għall-użu u l-manutenzjoni xierqa tal-vetturi, inkluż l-użu xieraq tar-reaġenti konsumabbli. |
|
9.3. |
L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw jekk ir-reaġenti konsumabbli għandhomx jimtlew mill-ġdid mill-operatur tal-vettura bejn l-intervalli normali ta’ manutenzjoni. Dawn għandhom jindikaw kif ix-xufier għandu jimla mill-ġdid it-tank tar-reaġent. L-informazzjoni għandha tindika wkoll rata probabbli tal-konsum tar-reaġent għal dak it-tip ta’ vettura u kemm ta’ spiss għandu jimtela mill-ġdid it-tank tar-reaġent. |
|
9.4. |
L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw li l-użu ta’, u l-mili mill-ġdid ta’ reaġent meħtieġ tal-ispeċifikazzjonijiet korretti huma obbligatorji sabiex il-vettura tkun konformi maċ-ċertifikat ta’ konformità maħruġ għal dak it-tip ta’ vettura. |
|
9.5. |
L-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li jista’ jkun reat kriminali li tintuża vettura li ma tikkonsma l-ebda reaġent jekk dan ikun meħtieġ għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. |
|
9.6. |
L-istruzzjonijiet għandhom jispjegaw kif jaħdmu s-sistema ta’ twissija u s-sistema ta’ inċentiv għax-xufier. Barra minn hekk, għandhom jiġu spjegati l-konsegwenzi li tiġi injorata s-sistema ta’ twissija u li r-reaġent ma jimteliex mill-ġdid. |
10. IL-KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI TAS-SISTEMA TAT-TRATTAMENT TA’ WARA
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li s-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet iżżomm il-funzjoni tagħha ta’ kontroll tal-emissjonijiet matul il-kundizzjonijiet ambjentali kollha, speċjalment f’temperaturi ambjentali baxxi. Dan jinkludi t-teħid ta’ miżuri sabiex jiġi evitat l-iffriżar sħiħ tar-reaġent waqt il-ħinijiet meta l-vettura tkun ipparkjata sa 7 ijiem f’temperatura ta’ 258 K (– 15 °C) bit-tank tar-reaġent ikun 50 % mimli. Jekk ir-reaġent ikun iffriża, il-fabbrikant għandu jiżgura li r-reaġent ikun disponibbli għall-użu fi żmien 20 minuta minn meta l-vettura tistartja f’temperatura ta’ 258 K (– 15 °C) imkejla fit-tank tar-reaġent, sabiex ikun żgurat it-tħaddim korrett tas-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet.
ANNESS 1
KARATTERISTIĊI TAL-MAGNA U TAL-VETTURA U INFORMAZZJONI DWAR KIF GĦANDHOM ISIRU T-TESTIJIET
L-informazzjoni li ġejja, meta applikabbli, għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u trid tinkludi werrej.
Jekk ikun hemm xi tpinġijiet, dawn għandhom ikunu ta’ daqs addattat u juru biżżejjed dettalji; dawn għandhom jiġu ppreżentati f’format A4 jew mitnija għal dak il-format. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru biżżejjed dettall.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom il-kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni rigward ir-rendiment tagħhom.
0. Ġenerali
0.1. Il-marka (isem l-intrapriża): …
0.2. It-tip: …
0.2.1. L-isem/ismijiet kummerċjali, jekk disponibbli: …
0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (1): …
0.3.1. Il-post ta’ dak l-immarkar: …
0.4. Il-kategorija tal-vettura (2): …
0.5. L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant: …
0.8. L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-fabbrikant, fejn ikunu xierqa: …
1. Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura
1.1. Ir-ritratti u/jew it-tpinġijiet ta’ vettura rappreżentattiva: …
1.3.3. Il-fusien imħaddma b’enerġija mekkanika (in-numru, il-pożizzjoni, l-interkonnessjoni): …
2. Il-piżijiet u d-dimensjonijiet (3) (f’kg u mm) (fejn ikun applikabbli, irreferi għat-tpinġija): …
2.6. Il-piż tal-vettura bil-qafas u, fil-każ ta’ vettura tal-irmonk ta’ kategorija oħra għajr M1, b’tagħmir għall-akkoppjar, jekk imwaħħal mill-fabbrikant, lesta biex taħdem, jew il-piż tax-xażi jew tax-xażi b’kabina, mingħajr il-qafas u/jew it-tagħmir tal-akkoppjar jekk il-fabbrikant ma jwaħħalx il-qafas u/jew it-tagħmir tal-akkoppjar (inklużi l-likwidi, l-għodod, l-istepni, jekk imwaħħal, u s-sewwieq u, għall-karozzi tal-linja u għall-kowċis, membru tal-ekwipaġġ jekk ikun hemm sit għall-ekwipaġġ fil-vettura) (4) (massimu u minimu għal kull varjant): …
2.8. Il-piż massimu mgħobbi teknikament permessibbli kif iddikjarat mill-fabbrikant (5), (6): …
3. Deskrizzjoni tal-konverturi tal-enerġija u tal-impjant tal-enerġija (7) (Fil-każ ta’ vettura li tista’ taħdem bil-petrol, bid-diżil, eċċ, jew ukoll f’kombinazzjoni ma’ fjuwil ieħor, il-punti għandhom jiġu ripetuti (8)) …
3.1. Il-Fabbrikant tal-Magna: …
3.1.1. Il-kodiċi mogħti lill-magna mill-fabbrikant (kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni): …
3.2. Magna b’kombustjoni interna: …
3.2.1. Informazzjoni speċifika dwar il-magna: …
3.2.1.1. Il-prinċipju ta’ kif taħdem il-vettura: positive-ignition/compression-ignition, four-stroke/two-stroke/ċiklu rotatorju (9)
3.2.1.2. In-numru u l-arranġament taċ-ċilindri: …
3.2.1.2.1. Toqba (10): … mm
3.2.1.2.2. Stroke (10): … mm
3.2.1.2.3. L-ordni tal-qbid: …
3.2.1.3. Il-kapaċità tal-magna: (11): … cm3
3.2.1.4. Il-proporzjon tal-kompressjoni volumetrika (12): …
3.2.1.5. It-tpinġijiet tal-kompartiment tal-kombustjoni, ta’ ras il-pistun u, fil-każ ta’ magna positive-ignition, l-anelli tal-pistun: …
3.2.1.6. L-idling speed normali tal-magna (12): …
3.2.1.6.1. L-idling speed għoli tal-magna (12): …
3.2.1.7. Il-kontenut ta’ monossidu tal-karbonju skont il-volum fil-gass tal-egżost meta l-magna ma tkunx fuq ger (skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant, magni positive-ignition biss) (12) … fil-mija
3.2.1.8. Saħħa massima netta (12): … kW f’min–1
3.2.1.9. Il-veloċità tal-magna massima permessa kif preskritta mill-fabbrikant: … min–1
3.2.1.10. It-torque nett massimu (13): … Nm f’: … min–1 (il-valur iddikjarat mill-fabbrikant)
3.2.2. Fjuwil: diżil/petrol/LPG/NG-Bijometan/Etanol (E85)/Bijodiżil/Idroġenu (9)
3.2.2.2. In-numru tar-riċerka tal-ottanu (RON), mingħajr ċomb: …
3.2.2.3. Id-daħla tat-tank tal-fjuwil: fetħa ristretta/tikketta (9)
3.2.2.4. It-tip ta’ fjuwil tal-vettura: Fjuwil wieħed/Żewġ fjuwils/Flex-fuel (9)
3.2.2.5. L-ammont massimu ta’ bijofjuwil aċċettabbli fil-fjuwil (il-valur iddikjarat mill-fabbrikant): … fil-mija skont il-volum
3.2.4. L-alimentazzjoni tal-fjuwil
3.2.4.2. B’injezzjoni tal-fjuwil (compression-ignition biss): iva/le (9)
3.2.4.2.1. Deskrizzjoni tas-sistema: …
3.2.4.2.2. Il-prinċipju ta’ kif taħdem il-vettura: injezzjoni diretta/pre-chamber/swirl Chamber (9)
3.2.4.2.3. Il-pompa tal-injezzjoni
3.2.4.2.3.1. Il-marka/i: …
3.2.4.2.3.2. It-tip(i): …
3.2.4.2.3.3. Il-provvista massima tal-fjuwil (9) (12) … mm3 stroke jew ċiklu b’veloċità tal-magna ta’: (9) (12) … min–1 jew dijagramma tal-karatteristiċi: …
3.2.4.2.3.5. Il-kurva tal-avvanz tal-injezzjoni: (12) …
3.2.4.2.4. Il-governatur
3.2.4.2.4.2. Il-punt tal-qtugħ: …
3.2.4.2.4.2.1. Il-punt tal-qtugħ meta mgħobbija: … min–1
3.2.4.2.4.2.2. Il-punt tal-qtugħ mingħajr tagħbija: … min–1
3.2.4.2.6. L-injettur(i): …
3.2.4.2.6.1. Il-marka/i: …
3.2.4.2.6.2. It-tip(i): …
3.2.4.2.7. Is-sistema ta’ startjatura kiesħa …
3.2.4.2.7.1. Il-marka/i: …
3.2.4.2.7.2. It-tip(i): …
3.2.4.2.7.3. Deskrizzjoni: …
3.2.4.2.8. L-għajnuna awżiljarja għall-istartjar
3.2.4.2.8.1. Il-marka/i: …
3.2.4.2.8.2. It-tip(i): …
3.2.4.2.8.3. Deskrizzjoni tas-sistema: …
3.2.4.2.9. Injezzjoni elettronikament ikkontrollata: iva/le (9)
3.2.4.2.9.1. Il-marka/i: …
3.2.4.2.9.2. It-tip(i): …
3.2.4.2.9.3. Deskrizzjoni tas-sistema, fil-każ ta’ sistemi oħrajn għajr injezzjoni kontinwa, agħti d-dettalji ekwivalenti: …
3.2.4.2.9.3.1. Il-marka u t-tip tal-unità tal-kontroll: …
3.2.4.2.9.3.2. Il-marka u t-tip tar-regolatur tal-fjuwil: …
3.2.4.2.9.3.3. Il-marka u t-tip tas-sensur tal-fluss tal-arja: …
3.2.4.2.9.3.4. Il-marka u t-tip tad-distributur tal-fjuwil: …
3.2.4.2.9.3.5. Il-marka u t-tip tal-kisi tat-throttle: …
3.2.4.2.9.3.6. Il-marka u t-tip tas-sensur tat-temperatura tal-ilma: …
3.2.4.2.9.3.7. Il-marka u t-tip tas-sensur tat-temperatura tal-arja: …
3.2.4.2.9.3.8. Il-marka u t-tip tas-sensur tal-pressjoni tal-arja: …
3.2.4.3. B’injezzjoni tal-fjuwil (positive-ignition biss): iva/le (9)
3.2.4.3.1. Il-prinċipju ta’ kif taħdem il-vettura: manifold tal-intake (punt wieħed/ħafna punti) injezzjoni diretta/oħra (speċifika) …
3.2.4.3.2. Il-marka/i: …
3.2.4.3.3. It-tip(i): …
3.2.4.3.4. Deskrizzjoni tas-sistema, fil-każ ta’ sistemi oħrajn għajr injezzjoni kontinwa, agħti d-dettalji ekwivalenti: …
3.2.4.3.4.1. Il-marka u t-tip tal-unità tal-kontroll: …
3.2.4.3.4.2. Il-marka u t-tip tar-regolatur tal-fjuwil: …
3.2.4.3.4.3. Il-marka u t-tip tas-sensur tal-fluss tal-arja: …
3.2.4.3.4.6. Il-marka u t-tip tal-mikro-swiċċ: …
3.2.4.3.4.8. Il-marka u t-tip tal-kisi tat-throttle: …
3.2.4.3.4.9. Il-marka u t-tip tas-sensur tat-temperatura tal-ilma: …
3.2.4.3.4.10. Il-marka u t-tip tas-sensur tat-temperatura tal-arja: …
3.2.4.3.5. L-injetturi: il-pressjoni tal-ftuħ: (9) (12) …kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi: …
3.2.4.3.5.1. Il-marka/i: …
3.2.4.3.5.2. It-tip(i): …
3.2.4.3.6. Il-ħin tal-injezzjoni: …
3.2.4.3.7. Is-sistema ta’ startjatura kiesħa: …
3.2.4.3.7.1. Il-prinċipju/i operattiv(i): …
3.2.4.3.7.2. Il-limiti/settings operattivi (9) (12) …
3.2.4.4. Il-pompa tal-alimentazzjoni …
3.2.4.4.1. Il-pressjoni (9), (12)… kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi: …
3.2.5. Is-sistema tal-elettriku …
3.2.5.1. Il-vultaġġ ikkalkulat: … V, bażi pożittiva jew negattiva (9)
3.2.5.2. Ġeneratur
3.2.5.2.1. It-tip: …
3.2.5.2.2. L-output nominali: … VA
3.2.6. L-ignixin …
3.2.6.1. Il-marka/i: …
3.2.6.2. It-tip(i): …
3.2.6.3. Il-prinċipju ta’ kif taħdem il-vettura: …
3.2.6.4. Il-kurva tal-avvanz tal-ignixin: (12) …
3.2.6.5. Il-ħin tal-ignixin statika: (12): … gradi qabel it-TDC …
3.2.7. Is-sistema ta’ tkessiħ: likwidu/arja (9)
3.2.7.1. Is-setting nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: …
3.2.7.2. Il-likwidu
3.2.7.2.1. In-natura tal-likwidu: …
3.2.7.2.2. Il-pompa/i taċ-ċirkolazzjoni: iva/le (9)
3.2.7.2.3. Il-karatteristiċi: …, jew
3.2.7.2.3.1. Il-marka/i: …
3.2.7.2.3.2. It-tip(i): …
3.2.7.2.4. Il-proporzjon(ijiet) tas-sewqan: …
3.2.7.2.5. Deskrizzjoni tal-fann u tal-mekkaniżmu ta’ tħaddim tiegħu: …
3.2.7.3. L-arja
3.2.7.3.1. Il-blower: iva/le (9)
3.2.7.3.2. Il-karatteristiċi: …, jew
3.2.7.3.2.1. Il-marka/i: …
3.2.7.3.2.2. It-tip(i): …
3.2.7.3.3. Il-proporzjon(ijiet) tas-sewqan: …
3.2.8. Is-sistema tal-intake: …
3.2.8.1. Iċ-ċarġer tal-pressjoni: iva/le (9)
3.2.8.1.1. Il-marka/i: …
3.2.8.1.2. It-tip(i): …
3.2.8.1.3. Deskrizzjoni tas-sistema (pressjoni massima taċ-ċarġ: … kPa, waste-gate, jekk applikabbli) …
3.2.8.2. L-intercooler: iva/le (9)
3.2.8.2.1. It-tip: arja-arja/arja-ilma (9)
3.2.8.3. Id-dipressjoni tal-intake b’veloċità tal-magna kklassifikata u b’tagħbija ta’ 100 % (magni compression-ignition biss)
Il-minimu permess: … kPa
Il-massimu permess: … kPa
3.2.8.4. Deskrizzjoni u t-tpinġijiet tal-pajpijiet tad-daħla u l-aċċessorji tagħhom (il-kompartiment tal-plenum, l-apparat tat-tisħin, l-intakes tal-arja addizzjonali, eċċ.): …
3.2.8.4.1. Deskrizzjoni tal-manifold tal-intake (tpinġijiet u/jew ritratti): …
3.2.8.4.2. Il-filtru tal-arja, tpinġijiet: …, jew
3.2.8.4.2.1. Il-marka/i: …
3.2.8.4.2.2. It-tip(i): …
3.2.8.4.3. Is-silenzjatur tal-intake, tpinġijiet …, jew
3.2.8.4.3.1. Il-marka/i: …
3.2.8.4.3.2. It-tip(i): …
3.2.9. Is-sistema tal-egżost …
3.2.9.1. Deskrizzjoni u/jew tpinġija tal-manifold tal-egżost: …
3.2.9.2. Deskrizzjoni u/jew tpinġija tas-sistema tal-egżost: …
3.2.9.3. Il-pressjoni massima permessibbli ta’ wara tal-egżost b’veloċita kklassifikata tal-magna u b’tagħbija ta’ 100 % (magni compression-ignition biss): …kPa
3.2.9.10. Iż-żoni trasversali minimi tal-portijiet tad-dħul u tal-ħruġ: …
3.2.11. Il-ħin tal-valv jew dejta ekwivalenti: …
3.2.11.1. L-għoli massimu tal-valvi, l-angoli tal-ftuħ u tal-għeluq, jew id-dettalji tal-ħin ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni alternattivi, fir-rigward ta’ ċentri mejta (għal sistema tal-ħin varjabbli, għall-ħin minimu u massimu): …
3.2.11.2. Il-firxa ta’ referenza u/jew tas-settings: (9), (12): …
3.2.12. Il-miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja: …
3.2.12.1. It-tagħmir għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-crankcase (deskrizzjoni u tpinġijiet): …
3.2.12.2. Tagħmir addizzjonali għall-kontroll tat-tniġġis (jekk ikun hemm, u jekk ikun kopert minn intestatura oħra): …
3.2.12.2.1. Il-konvertur katalitiku: iva/le (9)
3.2.12.2.1.1. In-numru ta’ konverturi katalitiċi u ta’ elementi (ipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn taħt għal kull unità separata: …
3.2.12.2.1.2. Id-dimensjonijiet u l-forma tal-konvertur(i) katalitiku/ċi (volum,...): …
3.2.12.2.1.3. It-tip ta’ azzjoni katalitika: …
3.2.12.2.1.4. Iċ-ċarġ totali tal-metall prezzjuż: …
3.2.12.2.1.5. Il-konċentrazzjoni relattiva: …
3.2.12.2.1.6. Is-sottostrat (l-istruttura u l-materjal): …
3.2.12.2.1.7. Id-densità taċ-ċelluli: …
3.2.12.2.1.8. It-tip ta’ kisi għall-konvertur(i) katalitiku/ċi: …
3.2.12.2.1.9. Il-pożizzjonar tal-konvertur(i) katalitiku/ċi (il-post u d-distanzi ta’ referenza fis-sistema tal-egżost): …
3.2.12.2.1.10. L-irpar mis-sħana: iva/le (9)
3.2.12.2.1.11. Is-sistemi ta’ riġenerazzjoni/il-metodu tas-sistemi ta’ trattament ta’ wara l-egżost, deskrizzjoni: …
3.2.12.2.1.11.1. In-numru ta’ ċikli operattivi tat-Tip I, jew ta’ ċikli ekwivalenti tal-magna tal-bank tat-test, bejn żewġ ċikli fejn il-fażijiet riġenerattivi jseħħu f’kundizzjonijiet ekwivalenti għat-test tat-Tip I (id-Distanza “D” fil-figura 1 fl-Anness 13: …
3.2.12.2.1.11.2. Deskrizzjoni tal-metodu użat biex ikun iddeterminat in-numru ta’ ċikli bejn żewġ ċikli fejn iseħħu l-fażijiet riġenerattivi: …
3.2.12.2.1.11.3. Il-parametri biex jiġi stabbilit il-livell ta’ tagħbija meħtieġ qabel ma sseħħ ir-riġenerazzjoni (jiġifieri t-temperatura, il-pressjoni, eċċ.): …
3.2.12.2.1.11.4. Deskrizzjoni tal-metodu użat biex is-sistema tiġi mgħobbija fil-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 3.1, Anness 13: …
3.2.12.2.1.11.5. Il-firxa normali tat-temperaturi operattivi (K): …
3.2.12.2.1.11.6. Ir-reaġenti konsumabbli (fejn ikun xieraq): …
3.2.12.2.1.11.7. It-tip u l-konċentrazzjoni tar-reaġent meħtieġ għal azzjoni katalitika (fejn ikun xieraq): …
3.2.12.2.1.11.8. Il-firxa normali tat-temperaturi operattivi tar-reaġent (fejn ikun xieraq): …
3.2.12.2.1.11.9. L-istandard internazzjonali (fejn ikun xieraq): …
3.2.12.2.1.11.10. Il-frekwenza tal-mili mill-ġdid tar-reaġent: kontinwa/manutenzjoni (9) (fejn ikun xieraq): …
3.2.12.2.1.12. Il-marka tal-konvertur katalitiku: …
3.2.12.2.1.13. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti: …
3.2.12.2.2. Is-sensur tal-ossiġnu: iva/le (9)
3.2.12.2.2.1. It-tip …
3.2.12.2.2.2. Il-post tas-sensur tal-ossiġnu: …
3.2.12.2.2.3. Il-firxa ta’ kontroll tas-sensur tal-ossiġnu: (12) …
3.2.12.2.2.4. Il-marka tas-sensur tal-ossiġnu: …
3.2.12.2.2.5. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti: …
3.2.12.2.3. Injezzjoni bl-arja: iva/le (9)
3.2.12.2.3.1. It-tip (pulse air, pompa tal-arja, eċċ...): …
3.2.12.2.4. Ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (EGR): iva/le (9)
3.2.12.2.4.1. Il-karatteristiċi (ir-rata tal-fluss, eċċ...): …
3.2.12.2.4.2. Is-sistema mkessħa bl-ilma: iva/le (9)
3.2.12.2.5. Is-sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet li jevaporaw: iva/le (9):
3.2.12.2.5.1. Deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmi u l-istat ta’ aġġustament tagħhom: …
3.2.12.2.5.2. Tpinġija tas-sistema għall-kontroll evaporattiv: …
3.2.12.2.5.3. Tpinġija taċ-ċilindru tal-karbonju: …
3.2.12.2.5.4. Il-piż tal-faħam tal-kannol niexef: … g
3.2.12.2.5.5. Tpinġija skematika tat-tank tal-fjuwil b’indikazzjoni tal-kapaċità u tal-materjal: …
3.2.12.2.5.6. Tpinġija tal-irpar mis-sħana bejn it-tank u s-sistema tal-egżost: …
3.2.12.2.6. In-nasba għall-partikuli separati: iva/le (9)
3.2.12.2.6.1. Id-dimensjonijiet u l-forma tan-nasba għall-partikuli separati (il-kapaċità):
3.2.12.2.6.2. It-tip u d-disinn tan-nasba għall-partikuli separati u d-disinn: …
3.2.12.2.6.3. Il-post tan-nasba għall-partikuli separati (id-distanzi ta’ referenza fil-linja tal-egżost): …
3.2.12.2.6.4. Is-sistema/metodu ta’ riġenerazzjoni. Deskrizzjoni u/jew tpinġija: …
3.2.12.2.6.4.1. In-numru ta’ ċikli operattivi tat-Tip I jew ta’ ċikli ekwivalenti tal-magna tal-bank tat-test, bejn żewġ ċikli fejn il-fażijiet riġenerattivi jseħħu f’kundizzjonijiet ekwivalenti għat-test tat-Tip I (id-Distanza “D” fil-figura 1 fl-Anness 13): …
3.2.12.2.6.4.2. Deskrizzjoni tal-metodu użat biex ikun iddeterminat in-numru ta’ ċikli bejn żewġ ċikli fejn iseħħu l-fażijiet riġenerattivi: …
3.2.12.2.6.4.3. Il-parametri biex jiġi stabbilit il-livell ta’ tagħbija meħtieġ qabel ma sseħħ ir-riġenerazzjoni (jiġifieri t-temperatura, il-pressjoni, eċċ.): …
3.2.12.2.6.4.4. Deskrizzjoni tal-metodu użat biex s-sistema tiġi mgħobbija fil-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 13: …
3.2.12.2.6.5. Il-marka tan-nasba għall-partikuli separati: …
3.2.12.2.6.6. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti: …
3.2.12.2.7. Is-sistema tad-dijanjostika abbord (OBD): (iva/le) (9)
3.2.12.2.7.1. Deskrizzjoni bil-miktub u/jew tpinġija tal-indikatur ta’ ħsara (MI): …
3.2.12.2.7.2. Lista u l-iskop tal-komponenti kollha mmonitorjati mis-sistema OBD: …
3.2.12.2.7.3. Deskrizzjoni bil-miktub (il-prinċipji ta’ ħidma ġenerali) għal: …
3.2.12.2.7.3.1. Il-magni positive-ignition
3.2.12.2.7.3.1.1. Il-monitoraġġ tal-katalisti: …
3.2.12.2.7.3.1.2. L-iskoperta tan-nuqqas ta’ qbid tal-magna: …
3.2.12.2.7.3.1.3. Il-monitoraġġ tas-sensur tal-ossiġnu: …
3.2.12.2.7.3.1.4. Komponenti oħrajn immonitorjati mis-sistema OBD: …
3.2.12.2.7.3.2. Il-magni compression-ignition
3.2.12.2.7.3.2.1. Il-monitoraġġ tal-katalisti: …
3.2.12.2.7.3.2.2. Il-monitoraġġ tan-nasba għall-partikuli separati: …
3.2.12.2.7.3.2.3. Il-monitoraġġ tas-sistema elettronika għall-alimentazzjoni: …
3.2.12.2.7.3.2.4. Komponenti oħrajn immonitorjati mis-sistema OBD: …
3.2.12.2.7.4. Il-kriterji għall-attivazzjoni tal-MI (in-numru fiss ta’ ċikli tas-sewqan jew metodu statistiku): …
3.2.12.2.7.5. Lista tal-kodiċijiet kollha tal-outputs tal-OBD u tal-formats użati (bi spjegazzjoni ta’ kull wieħed): …
3.2.12.2.7.6. L-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi pprovduta mill-fabbrikant tal-vettura sabiex ikunu jistgħu jiġu manifatturati partijiet sostituti jew ta’ servizz u għodod dijanjostiċi u tagħmir tat-test li jkunu kompatibbli mal-OBD, sakemm tali informazzjoni ma tkunx koperta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew ma tkunx tikkostitwixxi għarfien speċifiku tal-fabbrikant jew tal-fornitur(i) tal-OEM.
3.2.12.2.7.6.1. Deskrizzjoni tat-tip u tan-numru taċ-ċikli ta’ prekundizzjonament użati għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura.
3.2.12.2.7.6.2. Deskrizzjoni tat-tip taċ-ċiklu ta’ wiri tal-OBD użat għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura għall-komponent immonitorjat mis-sistema OBD.
3.2.12.2.7.6.3. Dokument komprensiv li jiddeskrivi l-komponenti kollha li nħassu permezz tal-istrateġija għall-iskoperta tal-ħsarat u għall-attivazzjoni tal-MI (in-numru fiss ta’ ċikli tas-sewqan jew metodu statistiku), inkluża lista tal-parametri sekondarji rilevanti li nħassu għal kull komponent immonitorjat mis-sistema OBD. Lista tal-kodiċijiet kollha tal-output tal-OBD u l-format użat (bi spjegazzjoni ta’ kull wieħed) assoċjati mal-emissjoni individwali relatata mal-komponenti tal-power-train u mal-komponenti individwali li mhumiex relatati mal-emissjonijiet, fejn il-monitoraġġ tal-komponent jintuża biex tkun iddeterminata l-attivazzjoni tal-MI. B’mod partikolari, għandha tingħata spjegazzjoni komprensiva għad-dejta mogħtija fis-servizz $05 Test ID $21 għal FF u d-dejta mogħtija fis-servizz $06. Fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi li jużaw link għall-komunikazzjoni skont l-ISO 15765-4 “Il-vetturi fit-triq — Id-Dijanjostika fuq Netwerk taż-Żona tal-Kontrollur (CAN) — Parti 4: ir-rekwiżiti għas-sistemi relatati mal-emissjonijiet”, għandha tingħata spjegazzjoni dettaljata għad-dejta mogħtija fis-servizz $06 Test ID $00 għal FF, għal kull moniter tal-OBD appoġġjat mill-ID.
3.2.12.2.7.6.4. L-informazzjoni meħtieġa minn dan il-paragrafu tista’, pereżempju, tiġi definita billi timtela tabella kif ġej, li għandha tkun mehmuża ma’ dan l-anness:
|
Komponent |
Kodiċi tal-ħsara |
Strateġija ta’ monitoraġġ |
Kriterji għall-iskoperta tal-ħsarat |
Kriterji għall-attivazzjoni tal-MI |
Parametri sekondarji |
Prekundizzjonament |
Test ta’ wiri |
|
Katalista |
P0420 |
Sinjali tas-sensuri tal-ossiġnu 1 u 2 |
Differenza bejn is-sinjali tas-sensur 1 u tas-sensur 2 |
It-tielet ċiklu |
Il-veloċità tal-magna, it-tagħbija tal-magna, il-modalità A/F, it-temperatura tal-katalista |
Żewġ ċikli tat-Tip I |
It-Tip I |
3.2.12.2.8. Sistemi oħrajn (deskrizzjoni u operazzjoni): …
3.2.13. Il-post tas-simbolu tal-koeffiċjent ta’ assorbiment (magni compression-ignition biss): …
3.2.14. Id-dettalji ta’ kwalunkwe tagħmir iddisinjat biex jinfluwenza l-ekonomija tal-fjuwil (jekk mhux kopert minn punti oħrajn):
3.2.15. Is-sistema ta’ alimentazzjoni tal-LPG: iva/le (9)
3.2.15.1. In-numru tal-approvazzjoni (in-numru tal-approvazzjoni tar-Regolament Nru 67): …
3.2.15.2. L-unità ta’ kontroll ta’ ġestjoni tal-magna elettronika għall-alimentazzjoni bl-LPG
3.2.15.2.1. Il-marka/i: …
3.2.15.2.2. It-tip(i): …
3.2.15.2.3. Il-possibbiltajiet ta’ aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …
3.2.15.3. Dokumentazzjoni ulterjuri: …
3.2.15.3.1. Deskrizzjoni tas-salvagwardja tal-katalista fil-bidla minn petrol għal LPG jew lura: …
3.2.15.3.2. L-arranġament tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, pajpijiet ta’ kumpens għall-konnessjonijiet tal-vakwu, eċċ.)
3.2.15.3.3. Tpinġija tas-simbolu: …
3.2.16. Is-sistema ta’ alimentazzjoni bl-NG: iva/le (9)
3.2.16.1. In-numru tal-approvazzjoni (in-numru tal-approvazzjoni tar-Regolament Nru 110): …
3.2.16.2. L-unità ta’ kontroll ta’ ġestjoni tal-magna elettronika għall-alimentazzjoni bl-NG
3.2.16.2.1. Il-marka/i: …
3.2.16.2.2. It-tip(i): …
3.2.16.2.3. Il-possibbiltajiet ta’ aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …
3.2.16.3. Dokumentazzjoni ulterjuri: …
3.2.16.3.1. Deskrizzjoni tas-salvagwardja tal-katalista fil-bidla minn petrol għal NG jew lura: …
3.2.16.3.2. L-arranġament tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, pajpijiet ta’ kumpens għall-konnessjonijiet tal-vakwu, eċċ.): …
3.2.16.3.3. Tpinġija tas-simbolu: …
3.4. Il-kombinazzjonijiet ta’ magni jew ta’ muturi
3.4.1. Vettura Elettrika Ibrida: iva/le (9)
3.4.2. Il-kategorija ta’ vettura elettrika ibrida
Iċċarġjar Mhux Fuq il-Vettura/Iċċarġjar Fuq il-Vettura (9)
3.4.3. Is-swiċċ operattiv tal-modalitajiet: bih/mingħajru (9)
3.4.3.1. Il-modalitajiet li jistgħu jintgħażlu
3.4.3.1.1. Purament elettrika: iva/le (9)
3.4.3.1.2. Purament konsum tal-fjuwil: iva/le (9)
3.4.3.1.3. Modalitajiet ibridi: iva/le (9)
(jekk iva, deskrizzjoni qasira …)
3.4.4. Deskrizzjoni tal-mekkaniżmu għall-ħażna tal-enerġija: (batterija, kapaċitatur, volant/ġeneratur)
3.4.4.1. Il-marka/i: …
3.4.4.2. It-tip(i): …
3.4.4.3. In-numru ta’ identifikazzjoni: …
3.4.4.4. It-tip ta’ akkoppjar elettrokimiku: …
3.4.4.5. L-enerġija: … (għal batterija: il-vultaġġ u l-kapaċità Ah f’sagħtejn, għall-kapaċitatur: J, ..)
3.4.4.6. Iċ-ċarġer: abbord/estern/mingħajru (9)
3.4.5. Il-magni elettriċi (iddeskrivi kull tip ta’ magna elettrika separatament)
3.4.5.1. Il-marka: …
3.4.5.2. It-tip: …
3.4.5.3. L-użu primarju: il-mutur ta’ trazzjoni/ġeneratur (9)
3.4.5.3.1. Meta tintuża bħala mutur ta’ trazzjoni: mutur wieħed/ħafna muturi (9) (numru): …
3.4.5.4. Il-qawwa massima: … kW
3.4.5.5. Il-prinċipju ta’ kif taħdem il-vettura: …
3.4.5.5.1. Kurrent dirett/kurrent alternat/in-numru ta’ fażijiet: …
3.4.5.5.2. Tqanqil separat/serje/kompost (9)
3.4.5.5.3. Sinkroniku/mhux sinkroniku (9)
3.4.6. L-unità ta’ kontroll
3.4.6.1. Il-marka: …
3.4.6.2. It-tip: …
3.4.6.3. In-numru ta’ identifikazzjoni: …
3.4.7. Il-kontrollur tal-qawwa
3.4.7.1. Il-marka: …
3.4.7.2. It-tip: …
3.4.7.3. In-numru ta’ identifikazzjoni: …
3.4.8. Il-firxa elettrika tal-vettura … km (skont l-Anness 7 tar-Regolament Nru 101): …
3.4.9. Ir-rakkomandazzjoni tal-fabbrikant għall-prekundizzjonament:
3.6. It-temperaturi permessi mill-fabbrikant
3.6.1. Is-sistema ta’ tkessiħ
3.6.1.1. It-tkessiħ tal-likwidi
3.6.1.1.1. It-temperatura massima fil-ħruġ: … K
3.6.1.2. It-tkessiħ tal-arja
3.6.1.2.1. Punt ta’ referenza:
3.6.1.2.2. It-temperatura massima fil-punt ta’ referenza: … K
3.6.2. It-temperatura massima tal-ħruġ tal-intercooler tad-daħla: … K
3.6.3. It-temperatura massima tal-egżost fil-punt fil-pajp(ijiet) tal-egżost maġenb il-flanġ(ijiet) ta’ barra tal-manifold tal-egżost: … K
3.6.4. It-temperatura tal-fjuwil
3.6.4.1. Minima: … K
3.6.4.2. Massima: … K
3.6.5. It-temperatura tal-lubrikant
3.6.5.1. Minima: … K
3.6.5.2. Massima: … K
3.8. Is-sistema ta’ lubrikazzjoni
3.8.1. Deskrizzjoni tas-sistema
3.8.1.1. Il-pożizzjoni tat-tank tal-lubrikant: …
3.8.1.2. Is-sistema ta’ alimentazzjoni (bil-pompa/b’injezzjoni fl-intake/b’taħlit mal-fjuwil, eċċ.) (9)
3.8.2. Il-pompa lubrikanti
3.8.2.1. Il-marka/i: …
3.8.2.2. It-tip(i): …
3.8.3. Taħlita mal-fjuwil
3.8.3.1. Perċentwali: …
3.8.4. Il-cooler taż-żejt: iva/le (9)
3.8.4.1. Tpinġija/ijiet: …, jew
3.8.4.1.1. Il-marka/i: …
3.8.4.1.2. It-tip(i): …
4. L-ingranaġġ (14)
4.3. Il-mument tal-inerzja tal-volant tal-magna: …
4.3.1. Il-mument addizzjonali tal-inerzja bl-ebda ger ingranat: …
4.4. Il-klaċċ (it-tip): …
4.4.1. Il-konverżjoni massima tat-torque: …
4.5. Il-gerboks: …
4.5.1. It-tip (manwali/awtomatika/CVT (ingranaġġ kontinwament varjabbli) (9)
4.6. Il-proporzjonijiet tal-gerijiet …
|
Indiċi |
Proporzjonijiet tal-gerboks interna (proporzjonijiet tal-magna għar-rivoluzzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gerboks) |
Proporzjonijiet finali tas-sewqan (proporzjon tax-xaft tal-output tal-gerboks għar-rivoluzzjonijiet tar-rota misjuqa) |
Proporzjonijiet totali tal-gerijiet |
|
Massimu għas-CVT (*1) |
|
|
|
|
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
4, 5, oħrajn |
|
|
|
|
Minimu għas-CVT (*1) |
|
|
|
|
Reverse |
|
|
|
6. Is-saspenxin
6.6. It-tajers u r-roti
6.6.1. Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tajers/tar-roti
|
(a) |
Għall-possibbiltajiet kollha tat-tajers indika l-isem tad-daqs, l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità; |
|
(b) |
Għat-tajers tal-kategorija Z maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi li l-veloċità massima tagħhom taqbeż it-300 km/h għandha tiġi pprovduta informazzjoni ekwivalenti; għar-roti indika d-daqsijiet tar-rimm u l-bilanċ(i). |
6.6.1.1. Il-fusien
6.6.1.1.1. Fus 1: …
6.6.1.1.2. Fus 2: …
6.6.1.1.3. Fus 3: …
6.6.1.1.4. Fus 4: … eċċ.
6.6.2. Il-limiti ta’ fuq u ta’ isfel tar-radji tad-dawrien/ċirkonferenza (15): …
6.6.2.1. Il-fusien
6.6.2.1.1. Fus 1: …
6.6.2.1.2. Fus 2: …
6.6.2.1.3. Fus 3: …
6.6.2.1.4. Fus 4: … eċċ.
6.6.3. Il-pressjoni(jiet) tat-tajers kif irrakkomandat(i) mill-fabbrikant: … kPa
9. Il-qafas
9.1. It-tip ta’ qafas (2): …
9.10.3. Is-siġġijiet
9.10.3.1. In-numru: …
(1) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jinkludi karattri li mhumiex rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi ta’ vetturi, ta’ komponenti jew ta’ unitajiet tekniċi separati koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(2) Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).
(3) Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, għandhom jiġu ddikjarati ż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u dimensjonijiet.
(4) Il-piż tax-xufier u, jekk ikun applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ jiġi vvalutat bħala li jlaħħaq il-75 kg (sottodiviżi fi 68 kg ta’ piż tal-okkupanti u f’7 kg ta’ piż tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416-1992), it-tank tal-fjuwil ikun mimli għal livell ta’ 90 % u s-sistemi l-oħrajn li jkun fihom likwidi (ħlief dawk għall-ilma użat) ikunu mimlija għal livell ta’ 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-fabbrikant.
(5) Għat-trejlers jew għas-semitrejlers u għall-vetturi akkoppjati ma’ trejler jew ma’ semitrejler, li jeżerċitaw tagħbija vertikali sinjifikanti fuq it-tagħmir tal-akkoppjar jew fuq l-istepni, din it-tagħbija, diviża bl-aċċellerazzjoni standard tal-gravità, tiġi inkluża fil-piż massimu teknikament permessibbli.
(6) Jekk jogħġbok niżżel hawnhekk il-valuri ta’ fuq u ta’ isfel għal kull varjant.
(7) Fil-każ ta’ magni u ta’ sistemi mhux konvenzjonali, il-partikolaritajiet ekwivalenti għal dawk imsemmija hawnhekk għandhom jiġu pprovduti mill-fabbrikant.
(8) Il-vetturi jistgħu jiġu alimentati kemm bil-petrol kif ukoll bi fjuwil tal-gass, iżda jekk is-sistema tal-petrol tkun imwaħħla għal finijiet ta’ emerġenza jew għal startjar biss, u t-tank tal-petrol ma jistax jesa’ aktar minn 15-il litru ta’ petrol, huma jitqiesu għat-test bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss bi fjuwil tal-gass.
(9) Aqta’ dak li ma japplikax.
(10) Dan il-valur għandu jiżdied jew jitnaqqas sal-eqreb wieħed minn kull għaxra ta’ millimetru.
(11) Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat bil-formula π = 3,1416 u jiżdied jew jitnaqqas sal-eqreb cm3.
(12) Speċifika t-tolleranza.
(13) Iddeterminati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 85.
(14) Il-partikolaritajiet speċifikati għandhom jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.
(*1) CVT – Ingranaġġ kontinwament varjabbli
(15) Speċifika wieħed jew l-ieħor.
Appendiċi
Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test
1. L-ispark plagg
1.1. Il-marka: …
1.2. It-tip: …
1.3. Is-setting tal-ispazju fl-ispark plagg: …
2. Il-kojl tal-ignixin
2.1. Il-marka: …
2.2. It-tip: …
3. Il-lubrikant użat
3.1. Il-marka: …
3.2. It-tip (iddikjara l-perċentwali ta’ żejt fit-taħlita jekk il-lubrikant u l-fjuwil ikunu mħallta): …
4. L-informazzjoni dwar is-setting tat-tagħbija tad-dajnamometru (irrepeti l-informazzjoni għal kull test tad-dajnamometru)
4.1. It-tip ta’ qafas tal-vettura (varjant/verżjoni): …
4.2. It-tip ta’ gerboks (manwali/awtomatika/CVT): …
4.3. L-informazzjoni dwar is-setting tad-dajnamometru tal-kurva tat-tagħbija fissa (jekk jintuża): …
4.3.1. Il-metodu alternattiv għall-iffissar tat-tagħbija tad-dajnamometru użat (iva/le): …
4.3.2. Il-piż tal-inerzja (kg): …
4.3.3. Il-qawwa effettiva assorbita fi 80 km/h inkluż it-telf mit-tħaddim tal-vettura fuq id-dajnamometru (kW): …
4.3.4. Il-qawwa effettiva assorbita fi 50 km/h inkluż it-telf mit-tħaddim tal-vettura fuq id-dajnamometru (kW): …
4.4. L-informazzjoni dwar is-setting tad-dajnamometru tal-kurva tat-tagħbija aġġustabbli (jekk jintuża): …
4.4.1. L-informazzjoni dwar sewqan mingħajr saħħa mill-korsa tat-test: …
4.4.2. Il-marka u t-tip tat-tajers: …
4.4.3. Id-dimensjonijiet tat-tajers (ta’ quddiem/wara): …
4.4.4. Il-pressjoni tat-tajers (ta’ quddiem/wara) (kPa): …
4.4.5. Il-piż tal-vettura użata fit-test, inkluż ix-xufier (kg): …
4.4.6. Id-dejta dwar sewqan mingħajr saħħa fit-triq (jekk tintuża)
|
V (km/h) |
V2 (km/h) |
V1 (km/h) |
Il-ħin intermedju kkoreġut ta’ sewqan mingħajr saħħa (s) |
|
120 |
|
|
|
|
100 |
|
|
|
|
80 |
|
|
|
|
60 |
|
|
|
|
40 |
|
|
|
|
20 |
|
|
|
4.4.7. Il-qawwa medja kkoreġuta fit-triq (jekk tintuża)
|
V (km/h) |
CP kkoreġut (kW) |
|
120 |
|
|
100 |
|
|
80 |
|
|
60 |
|
|
40 |
|
|
20 |
|
Addendum
għall-Komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-Tip Nru … li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost skont ir-Regolament Nru 83, serje 06 tal-emendi
1. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI
1.1. Il-piż tal-vettura lesta biex taħdem: …
1.2. Il-piż ta’ referenza tal-vettura: …
1.3. Il-piż massimu tal-vettura: …
1.4. In-numru ta’ siġġijiet (inkluż tax-xufier): …
1.6. It-tip ta’ qafas:
1.6.1. Għal M1, M2: saloon/hatchback/station wagon/coupé/convertible/vettura b’ħafna skopijiet (1)
1.6.2. Għal N1, N2: lori, vann (1)
1.7. Ir-roti tas-sewqan: ta’ quddiem, ta’ wara, 4 x 4 (1)
1.8. Vettura purament elettrika: iva/le (1)
1.9. Vettura elettrika ibrida: iva/le (1)
1.9.1. Il-kategorija tal-vettura elettrika ibrida: Iċċarġjar Mhux Fuq il-Vettura (OVC)/Iċċarġjar Fuq il-Vettura (NOVC) (1)
1.9.2. Is-swiċċ operattiv tal-modalitajiet: bih/mingħajru (1)
1.10. L-identifikazzjoni tal-magna: …
1.10.1. L-ispostament tal-magna: …
1.10.2. Is-sistema tal-provvista tal-fjuwil: injezzjoni diretta/injezzjoni indiretta (1)
1.10.3. Il-fjuwil rakkomandat mill-fabbrikant: …
1.10.4. Il-qawwa massima: … kW f’ … min–1
1.10.5. It-tagħmir tal-iċċarġjar tal-pressjoni: iva/le (1)
1.10.6. Is-sistema tal-ignixin: compression ignition/positive ignition (1)
1.11. Il-power train (għal vettura purament elettrika jew għal vettura elettrika ibrida) (1)
1.11.1. Il-qawwa netta massima: … kW, fi: … sa. … min–1
1.11.2. Il-qawwa massima wara tletin minuta: … kW
1.12. Il-batterija tat-trazzjoni (għal vettura purament elettrika jew għal vettura elettrika ibrida)
1.12.1. Il-vultaġġ nominali: … V
1.12.2. Il-kapaċità (rata ta’ sagħtejn): … Ah
1.13. L-ingranaġġ
1.13.1. Ingranaġġ manwali jew awtomatiku jew ingranaġġ kontinwament varjabbli: (1) (2) …
1.13.2. In-numru ta’ proporzjonijiet tal-gerijiet: …
1.13.3. Il-proporzjonijiet totali tal-gerijiet (inklużi ċ-ċirkonferenzi tat-tidwir tat-tajers mgħobbija): il-veloċitajiet fit-triq għal kull 1 000 min– 1 (km/h)
L-ewwel ger: … Is-sitt ger: …
It-tieni ger: … Is-seba’ ger: …
It-tielet ger: … It-tmien ger: …
Ir-raba’ ger: … L-overdrive: …
Il-ħames ger: …
1.13.4. Il-proporzjon finali tas-sewqan: …
1.14. It-tajers: …
1.14.1. It-tip: …
1.14.2. Id-dimensjonijiet: …
1.14.3. Iċ-ċirkonferenza tat-tidwir meta mgħobbija: …
1.14.4. Iċ-ċirkonferenza tat-tidwir tat-tajers li ntużaw għat-test tat-Tip I
2. IR-RIŻULTATI TAT-TEST
2.1. Ir-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet mit-tailpipe: …
Il-klassifikazzjoni tal-emissjonijiet: serje 06 tal-emendi
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip jekk ma tkunx il-vettura tal-oriġini (1):
|
Riżultat tat-Tip I |
Test |
CO (mg/km) |
THC (mg/km) |
NMHC (mg/km) |
NOx (mg/km) |
THC + NOx (mg/km) |
Partikuli separati (mg/km) |
Partikuli (#/km) |
|
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Valur intermedju mkejjel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Valur intermedju kkalkulat b’Ki (M.Ki) (4) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Valur finali intermedju kkalkulat b’Ki u b’DF (M.Ki.DF) (6) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Valur tal-limitu |
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-pożizzjoni tal-fann li jkessaħ il-magna waqt it-test:
L-għoli tal-aktar tarf baxx ‘il fuq mill-art: … cm
Il-pożizzjoni laterali taċ-ċentru tal-fann: … cm
Il-lemin/ix-xellug tal-linja taċ-ċentru tal-vettura (1)
Informazzjoni dwar l-istrateġija ta’ riġenerazzjoni
D— In-numru ta’ ċikli operattivi bejn żewġ (2) ċikli fejn iseħħu l-fażijiet riġenerattivi: …
d— In-numru ta’ ċikli operattivi meħtieġa għar-riġenerazzjoni: …
It-Tip II: … fil-mija
It-Tip III: …
It-Tip IV: … g/test
It-tip V: It-tip ta’ test tad-durabbiltà: test fuq vettura sħiħa/test tat-tiqdim fuq il-bank/l-ebda test (1)
|
— |
Il-fattur ta’ deterjorament DF: ikkalkulat/assenjat (1) |
|
— |
Speċifika l-valuri (DF): … |
It-tip VI
|
It-tip VI |
CO (mg/km) |
THC (mg/km) |
|
Valur imkejjel |
|
|
2.1.1. Irrepeti t-tabella għall-vetturi li jieħdu gass tal-fjuwil wieħed għall-gassijiet ta’ referenza kollha tal-LPG jew tal-NG/bijometan, li turi jekk ir-riżultati humiex imkejla jew ikkalkulati. Fil-każ ta’ vettura li tieħu żewġ gassijiet tal-fjuwil intiża biex taħdem bil-petrol jew b’LPG jew NG/bijometan: irrepeti t-tabella għall-petrol u għall-gassijiet ta’ referenza kollha tal-LPG jew tal-NG/tal-bijometan, fejn turi jekk ir-riżultat huwiex imkejjel jew ikkalkulat u rrepeti t-tabella għar-riżultat finali (wieħed) tal-emissjonijiet tal-vettura fuq l-LPG jew l-NG/il-bijometan. Fil-każ ta’ vetturi oħrajn li jieħdu żewġ fjuwils u flex fuel, uri r-riżultati fuq iż-żewġ fjuwils ta’ referenza differenti.
It-test OBD
2.1.2. Deskrizzjoni bil-miktub u/jew tpinġija tal-indikatur ta’ ħsara (MI): …
2.1.3. Il-lista u l-funzjoni tal-komponenti kollha mmonitorjati mis-sistema OBD: …
2.1.4. Deskrizzjoni bil-miktub (prinċipji ta’ ħidma ġenerali) għal: …
|
2.1.4.1. |
L-iskoperta ta’ nuqqas ta’ qbid (3): … |
|
2.1.4.2. |
Il-monitoraġġ tal-katalista (3): … |
|
2.1.4.3. |
Il-monitoraġġ tas-sensur tal-ossiġnu (3): … |
|
2.1.4.4. |
Komponenti oħrajn immonitorjati mis-sistema OBD (3): … |
|
2.1.4.5. |
Il-monitoraġġ tal-katalista (4): … |
|
2.1.4.6. |
Il-monitoraġġ tan-nasba għall-partikuli separati (4): … |
|
2.1.4.7. |
Il-monitoraġġ tal-attivatur tas-sistema elettronika tal-alimentazzjoni (4): … |
|
2.1.4.8. |
Komponenti oħrajn immonitorjati mis-sistema OBD: … |
2.1.5. Kriterji għall-attivazzjoni tal-MI (in-numru fiss taċ-ċikli ta’ sewqan jew metodu statistiku): …
2.1.6. Il-lista tal-kodiċijiet tal-output OBD u tal-formats użati kollha (bi spjegazzjoni ta’ kull wieħed): …
2.2. Id-dejta dwar l-emissjonijiet meħtieġa għall-ittestjar biex ikun ivverifikat jekk il-vettura tkunx tajba għat-triq
|
Test |
Valur tas-CO (% vol.) |
Lambda (5) |
Veloċità tal-magna (min–1) |
Temperatura taż-żejt tal-magna (°C) |
|
Test b’idling speed baxx |
|
N/A |
|
|
|
Test b’idling speed għoli |
|
|
|
|
2.3. Il-konverturi katalitiċi: iva/le (1)
2.3.1. It-tagħmir oriġinali tal-konvertur katalitiku ttestjat għar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament iva/le (1)
2.4. Ir-riżultati tat-test tal-opaċità tad-duħħan (6) (1): …
2.4.1. B’veloċitajiet stabbli: Ara n-numru tar-rapport tat-test tas-servizz tekniku: …
2.4.2. It-testijiet b’aċċellerazzjoni ħielsa
|
2.4.2.1. |
Il-valur imkejjel tal-koeffiċjent ta’ assorbiment: … m–1 |
|
2.4.2.2. |
Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent ta’ assorbiment: … m–1 |
|
2.4.2.3. |
Il-post tas-simbolu tal-koeffiċjent ta’ assorbiment fuq il-vettura: … |
4. RIMARKI:
…
(1) Ħassar jew aqta’ dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma jkun hemm xejn li jeħtieġ li jitħassar meta jkun hemm aktar minn sottomissjoni waħda applikabbli).
(2) Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’gerboksis li jaqilbu awtomatikament, agħti d-dejta teknika kollha rilevanti għalihom.
(1) Fejn applikabbli.
(2) Mhux applikabbli.
(3) Valur intermedju kkalkulat billi jiġu miżjuda l-valuri intermedji (M.Ki) ikkalkulati għat-THC u għall-NOx.
(4) Qarreb għal żewġ postijiet deċimali.
(5) Qarreb għal erba’ postijiet deċimali.
(6) Qarreb għal post deċimali wieħed aktar mill-valur tal-limitu.
(3) Għal vetturi b’magni compression-ignition.
(4) Għal vetturi mgħammra b’magni positive-ignition.
(5) Il-formula Lambda: ara l-paragrafu 5.3.7.3 ta’ dan ir-Regolament.
(6) Il-kejl tal-opaċità tad-duħħan li għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 24.
Appendiċi 1
Informazzjoni relatata mal-OBD
Kif ġie innotat fil-punt 3.2.12.2.7.6 tad-dokument ta’ informazzjoni fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni f’dan l-appendiċi hija pprovduta mill-fabbrikant tal-vettura sabiex ikunu jistgħu jiġu manifatturati partijiet sostituti jew ta’ servizz u għodod dijanjostiċi u tagħmir tat-test li jkunu kompatibbli mal-OBD.
Meta tintalab, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli għal kwalunkwe fabbrikant interessat ta’ komponenti, għodod dijanjostiċi jew tagħmir tat-testijiet, fuq bażi mhux diskriminatorja.
|
1. |
Deskrizzjoni tat-tip u tan-numru taċ-ċikli ta’ prekundizzjonament li ntużaw għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura. |
|
2. |
Deskrizzjoni tat-tip taċ-ċiklu ta’ wiri tal-OBD li ntuża għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura għall-komponent immonitorjat mis-sistema OBD. |
|
3. |
Dokument komprensiv li jiddeskrivi l-komponenti kollha li nħassu permezz tal-istrateġija għall-iskoperta tal-ħsarat u għall-attivazzjoni tal-MI (in-numru fiss ta’ ċikli tas-sewqan jew metodu statistiku), inkluża lista tal-parametri sekondarji rilevanti li nħassu għal kull komponent immonitorjat mis-sistema OBD u lista tal-kodiċijiet kollha tal-output tal-OBD u l-format użat (bi spjegazzjoni ta’ kull wieħed) assoċjati mal-emissjoni individwali relatata mal-komponenti tal-power-train u mal-komponenti individwali li mhumiex relatati mal-emissjonijiet, fejn il-monitoraġġ tal-komponent jintuża biex tkun iddeterminata l-attivazzjoni tal-MI. B’mod partikolari, għandha tingħata spjegazzjoni komprensiva għad-dejta mogħtija fis-servizz $05 Test ID $21 għal FF u d-dejta mogħtija fis-servizz $06. Fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi li jużaw link għall-komunikazzjoni skont l-ISO 15765-4 “Il-vetturi fit-triq — Id-Dijanjostika fuq Netwerk taż-Żona tal-Kontrollur (CAN) — Parti 4: ir-rekwiżiti għas-sistemi relatati mal-emissjonijiet”, għandha tingħata spjegazzjoni dettaljata għad-dejta mogħtija fis-servizz $06 Test ID $00 għal FF, għal kull moniter tal-OBD appoġġjat mill-ID. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-forma ta’ tabella, kif ġej:
|
Appendiċi 2
Ċertifikat ta’ konformità tal-fabbrikant mar-rekwiżiti tar-rendiment waqt l-użu tal-OBD
…
(Il-fabbrikant):
…
(L-indirizz tal-fabbrikant):
Jiċċertifika li:
|
1. |
Il-tipi ta’ vetturi elenkati fid-dokument mehmuż ma’ dan iċ-Ċertifikat huma f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament relatati mar-rendiment waqt l-użu tas-sistema OBD fil-kundizzjonijiet kollha ta’ sewqan li jkunu raġonevolment prevedibbli; |
|
2. |
Il-pjan(ijiet) li jiddeskrivi/u l-kriterji tekniċi dettaljati biex jiġu inkrementati n-numeratur u d-denominatur ta’ kull moniter mehmuż ma’ dan iċ-Ċertifikat huwa/huma korrett(i) u komplut(i) għat-tipi kollha ta’ vetturi li għalihom japplika dan iċ-Ċertifikat. |
|
Magħmul fi … fi … |
|
|
[Post] |
[Data] |
…
[Il-Firma tar-Rappreżentant tal-Fabbrikant]
Annessi:
|
(a) |
Lista tat-tipi ta’ vetturi li għalihom japplika dan iċ-Ċertifikat; |
|
(b) |
Il-pjan(ijiet) li jiddeskrivi/u l-kriterji tekniċi dettaljati biex jiġu inkrementati n-numeratur u d-denominatur ta’ kull moniter, kif ukoll il-pjan(ijiet) biex jiġu diżattivati n-numeraturi, id-denominaturi u d-denominatur ġenerali. |
ANNESS 3
ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI
Fil-marka tal-approvazzjoni maħruġa u mwaħħla ma’ vettura b’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan ir-Regolament, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun akkumpanjat minn ittra alfabetika assenjata skont it-Tabella 1 ta’ dan l-Anness, li tkun tirrifletti l-kategorija u l-klassi tal-vetturi li l-approvazzjoni hija limitata għalihom.
Dan l-anness jispjega d-dehra ta’ din il-marka, u jagħti eżempju ta’ kif għandha tkun komposta.
Id-dijagramma skematika li ġejja tippreżenta l-istruttura, il-proporzjonijiet u l-kontenut ġenerali tal-marka. It-tifsira tan-numri u tal-ittra alfabetika huma identifikati, u jissemmew ukoll is-sorsi sabiex jiġu ddeterminati l-alternattivi korrispondenti għal kull każ ta’ approvazzjoni.
Id-dijagramma li ġejja hija eżempju prattiku ta’ kif għandha tkun komposta l-marka.
Il-marka ta’ approvazzjoni preċedenti mwaħħla ma’ vettura b’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan ir-Regolament turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat kien approvat fir-Renju Unit (E11), skont ir-Regolament Nru 83 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 2439. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bis-serje 06 tal-emendi inkorporati. Barra minn hekk, l-ittra (J) li takkumpanja tindika li l-vettura tappartjeni għall-kategorija ta’ vetturi M jew N1,I.
Tabella 1
Ittri b’referenza għall-kategorija ta’ fjuwil, tal-magna u tal-vettura
|
Ittra |
Il-kategorija u l-klassi tal-vettura |
It-tip ta’ magna |
|
J |
M, N1 klassi I. |
PI CI |
|
K |
M1 sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet soċjali speċifiċi (eskluża l-M1G) |
CI |
|
L |
N1 klassi II |
PI CI |
|
M |
N1 klassi III, N2 |
PI CI |
ANNESS 4A
TEST TAT-TIP I
(Li jivverifika l-emissjonijiet tal-egżost wara startjatura kiesħa)
1. APPLIKABBILTÀ
Dan l-Anness jissostitwixxi effettivament dak li kien l-Anness 4.
2. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tat-Tip I definita fil-paragrafu 5.3.1 ta’ dan ir-Regolament. Meta l-fjuwil ta’ referenza li jrid jintuża jkun l-LPG jew l-NG/bijometan, id-dispożizzjonijiet tal-Anness 12 għandhom japplikaw addizzjonalment.
3. IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
3.1. Il-kundizzjonijiet ambjentali
3.1.1. Waqt it-test, it-temperatura taċ-ċelluli tat-test għandha tkun bejn 293 K u 303 K (20 °C u 30 °C). L-umdità assoluta (H) tal-arja fiċ-ċellula tat-test jew tal-arja tal-intake tal-magna għandha tkun tali li:
5,5 ≤ H ≤ 12,2 (g H2O/kg ta’ arja niexfa)
Għandha titkejjel l-umdità assoluta (H).
Għandhom jitkejlu t-temperaturi li ġejjin:
|
|
L-arja ambjentali taċ-ċellula tat-test |
|
|
It-temperaturi tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni u t-tnaqqis fil-konċentrazzjoni kif meħtieġa għas-sistemi li jkejlu l-emissjonijiet definiti fl-Appendiċi 2 sa 5 ta’ dan l-anness. |
Għandha titkejjel il-pressjoni atmosferika.
3.2. Il-vettura tat-test
3.2.1. Il-vettura għandha tiġi ppreżentata f’kundizzjoni mekkanika tajba. Hija għandu jkun sarilha t-tħaddim tal-bidu u tkun misjuqa għal mill-inqas 3 000 km qabel it-test.
3.2.2. Il-mekkaniżmu tal-egżost ma għandu juri l-ebda tnixxija li tista’ twassal għal tnaqqis fil-kwantità tal-gass miġbura, liema kwantità għandha tkun dik li toħroġ mill-magna.
3.2.3. Is-sħuħija tas-sistema tal-intake tista’ tiġi ċċekkjata biex ikun żgurat li l-karburazzjoni ma tkunx affettwata minn dħul mhux intenzjonat tal-arja.
3.2.4. Is-settings tal-magna u tal-kontrolli tal-vettura għandhom ikunu dawk preskritti mill-fabbrikant. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll, b’mod partikolari, għas-settings meta ma tkunx fuq ger (il-veloċità tat-tidwir u l-kontenut tal-monossidu tal-karbonju tal-gassijiet tal-egżost), għall-mekkaniżmu li jistartjaha kiesħa u għas-sistema li tnaddaf il-gass tal-egżost.
3.2.5. Il-vettura li trid tiġi ttestjata, jew vettura ekwivalenti, għandha tkun mgħammra, jekk ikun meħtieġ, b’mekkaniżmu li jagħti lok biex ikunu jistgħu jitkejlu l-parametri karatteristiċi meħtieġa għas-setting tad-dajnamometru tax-xażi, b’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-anness.
3.2.6. Is-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet jista’ jivverifika li l-mod kif taħdem il-vettura huwa konformi ma’ dak iddikjarat mill-fabbrikant, li tista’ tintuża għal sewqan normali u, b’mod aktar partikolari, li hija kapaċi tistartja meta tkun kiesħa u meta tkun sħuna.
3.3. Il-fjuwil tat-test
3.3.1. Għall-ittestjar għandu jintuża l-fjuwil ta’ referenza addattat kif definit fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament.
3.3.2. Vetturi li jistgħu jieħdu jew fjuwil tal-petrol jew LPG jew NG/bijometan għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 12 bil-fjuwil(s) ta’ referenza xierqa kif definiti fl-Anness 10a.
3.4. L-installazzjoni tal-vettura
3.4.1. Il-vettura għandha tkun kważi orizzontali waqt it-test sabiex ikun evitat kull tqassim mhux normali tal-fjuwil.
3.4.2. Għandu jintnefaħ kurrent ta’ arja b’veloċità varjabbli fuq il-vettura. Il-veloċità tal-blower għandha tkun tali li, fil-firxa tat-tħaddim ta’ 10 km/h sa mill-inqas 50 km/h, jew fil-firxa tat-tħaddim ta’ 10 km/h sa mill-inqas il-veloċità massima taċ-ċiklu tat-test li jkun qiegħed jintuża. Il-veloċità lineari tal-arja fl-iżbokk tal-blower għandha tkun sa ± 5 km/h tal-veloċità korrispondenti tar-roller fil-firxa ta’ 10 km/h sa 50 km/h. Fil-firxa ta’ aktar minn 50 km/h, il-veloċità lineari tal-arja għandha tkun fi ħdan ± 10 km/h tal-veloċità korrispondenti tar-roller. F’veloċitajiet tar-roller ta’ inqas minn 10 km/h, il-veloċità tal-arja tista’ tkun żero.
Il-veloċità tal-arja msemmija hawn fuq għandha tiġi ddeterminata bħala valur medju ta’ numru ta’ punti tal-kejl li:
|
(a) |
Għal blowers bi żbokki rettangulari jinsabu fiċ-ċentru ta’ kull rettangolu li jaqsam l-iżbokk kollu tal-blower f’disa’ żoni (id-diviżjoni tan-naħat orizzontali u vertikali tal-iżbokk tal-blower fi 3 partijiet ugwali); |
|
(b) |
Għal blowers bi żbokki ċirkolari, l-iżbokk għandu jinqasam fi tmien arkati ugwali permezz ta’ linji vertikali, orizzontali u ta’ 45°. Il-punti tal-kejl jinsabu fuq il-linja taċ-ċentru radjali ta’ kull arkata (22,5°) f’radjus ta’ żewġ terzi tat-total (kif muri fid-dijagramma ta’ hawn taħt).
|
Dan il-kejl għandu jsir mingħajr ebda vettura jew ostakolu ieħor quddiem il-fann.
Il-mekkaniżmu li jintuża biex ikejjel il-veloċità lineari tal-arja għandu jkun pożizzjonat bejn 0 u 20 cm mill-iżbokk tal-arja.
L-għażla finali tal-blower għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:
|
(a) |
Spazju: mill-inqas 0,2 m2; |
|
(b) |
L-għoli tal-aktar tarf baxx ‘il fuq mill-art: madwar 0,2 m; |
|
(c) |
Distanza mill-parti ta’ quddiem tal-vettura: madwar 0,3 m. |
Bħala alternattiva, il-veloċità tal-blower għandha tkun iffissata f’veloċità tal-arja ta’ mill-inqas 6 m/s (21,6 km/h).
L-għoli u l-pożizzjoni laterali tal-fann li jkessaħ jistgħu jiġu mmodifikati, jekk ikun xieraq.
4. TAGĦMIR TAT-TEST
4.1. Id-dajnamometru tax-xażi
Ir-rekwiżiti tad-dajnamometru tax-xażi huma mogħtija fl-Appendiċi 1.
4.2. Is-sistema ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-egżost
Ir-rekwiżiti tas-sistema ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-egżost huma mogħtija fl-Appendiċi 2.
4.3. It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-emissjonijiet tal-gass
Ir-rekwiżiti tat-tagħmir għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-emissjonijiet tal-gass huma mogħtija fl-Appendiċi 3.
4.4. It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-Piż tal-Partikuli Separati (PM)
Ir-rekwiżiti tat-teħid tal-kampjuni u l-kejl tal-piż tal-partikuli separati huma mogħtija fl-Appendiċi 4.
4.5. It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tan-Numru ta’ Partikuli (PN)
Ir-rekwiżiti tat-teħid tal-kampjuni u l-kejl tan-numru ta’ partikuli huma mogħtija fl-Appendiċi 5.
4.6. It-tagħmir taċ-ċellola tat-test ġenerali
It-temperaturi li ġejjin għandhom jitkejlu bi preċiżjoni ta’ ± 1,5 K:
|
(a) |
L-arja ambjentali taċ-ċellola tat-test; |
|
(b) |
Id-dħul tal-arja fil-magna; |
|
(c) |
It-temperaturi tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni u t-tnaqqis fil-konċentrazzjoni kif meħtieġa għas-sistemi li jkejlu l-emissjonijiet definiti fl-Appendiċi 2 sa 5 ta’ dan l-anness. |
Il-pressjoni atmosferika għandha tkun tista’ titkejjel sa ± 0,1 kPa.
L-umdità assoluta (H) għandha tkun tista’ titkejjel sa ± 5 fil-mija.
5. DETERMINAZZJONI TAT-TAGĦBIJA TAL-VETTURA FIT-TRIQ
5.1. Il-proċedura tat-test
Il-proċedura biex titkejjel it-tagħbija tal-vettura fit-triq hija deskritta fl-Appendiċi 7.
Din il-proċedura mhijiex meħtieġa jekk it-tagħbija fuq id-dajnamometru tax-xażi trid tiġi stabbilita skont il-piż ta’ referenza tal-vettura.
6. IL-PROĊEDURA TAT-TEST TAL-EMISSJONIJIET
6.1. Iċ-ċiklu tat-test
Iċ-ċiklu operattiv, magħmul mill-Ewwel Parti (ċiklu urban) u t-Tieni Parti (ċiklu extra-urban), huwa spjegat fil-Figura 1. Waqt it-test komplut, iċ-ċiklu urban elementari jitħaddem erba’ darbiet, segwit mit-Tieni Parti.
6.1.1. Ċiklu urban elementari
L-Ewwel Parti taċ-ċiklu tat-test hija magħmula minn erba’ darbiet iċ-ċiklu urban elementari li huwa definit fit-Tabella 1, spjegat fil-Figura 2, u miġbur fil-qosor hawn taħt.
|
|
Tqassim skont il-fażijiet:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Tqassim skont l-użu tal-gerijiet:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Informazzjoni ġenerali:
|
6.1.2. Ċiklu extra-urban
It-Tieni Parti taċ-ċiklu tat-test huwa ċ-ċiklu extra-urban li huwa definit fit-Tabella 2, spjegat fil-Figura 3, u miġbur fil-qosor hawn taħt.
|
|
Tqassim skont il-fażijiet:
|
|
|
Tqassim skont l-użu tal-gerijiet:
|
|
|
Informazzjoni ġenerali:
|
6.1.3. L-użu tal-gerboks
6.1.3.1. Jekk il-veloċità massima li tista’ tintlaħaq fuq l-ewwel ger hija inqas minn 15 km/h, għandhom jintużaw it-tieni, it-tielet u r-raba’ ger għaċ-ċiklu urban (L-Ewwel Parti) u t-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames ger għaċ-ċiklu extra-urban (It-Tieni Parti). It-tieni, it-tielet u r-raba’ ger jistgħu jintużaw ukoll għaċ-ċiklu urban (L-Ewwel Parti) u t-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames ger għaċ-ċiklu extra-urban (It-Tieni Parti) meta l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant jirrakkomandaw li l-vettura tiġi startjata fuq it-tieni ger meta tkun fuq art ċatta, jew meta l-ewwel ger tagħha jkun imfisser fihom bħala ger riservat għal sewqan fil-kampanja, sewqan bil-mod jew irmonkar.
Vetturi li ma jilħqux il-valuri tal-aċċellerazzjoni u tal-veloċità massima meħtieġa fiċ-ċiklu tat-tħaddim għandhom jiġu mħaddma bil-pedala tal-gass magħfusa kollha sakemm jerġgħu jilħqu għal darba oħra l-kurva meħtieġa tat-tħaddim. Id-devjazzjonijiet miċ-ċiklu tat-tħaddim għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.
Vetturi mgħammra b’gerboksis li jaqilbu b’mod semiawtomatiku għandhom jiġu ttestjati billi jintużaw il-gerijiet li normalment jintużaw għas-sewqan, u l-qlib tal-ger jintuża skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.
6.1.3.2. Vetturi mgħammra b’gerboksis li jaqilbu b’mod awtomatiku għandhom jiġu ttestjati meta jkunu fuq l-ogħla ger (“Sewqan”). Il-gass għandu jintuża b’tali mod sabiex tinkiseb l-aktar aċċellerazzjoni kostanti possibbli, li tagħti lok lill-gerijiet differenti biex jintużaw fl-ordni normali. Barra minn hekk, il-punti fejn jinbidlu l-gerijiet li jidhru fit-Tabelli 1 u 2 ta’ dan l-anness ma għandhomx japplikaw; l-aċċellerazzjoni għandha tibqa’ sejra waqt il-perjodu rrappreżentat mil-linja dritta li tgħaqqad it-tarf ta’ kull perjodu tal-idling mal-bidu tal-perjodu li jmiss b’veloċità kostanti. Għandhom japplikaw it-tolleranzi mogħtija fil-paragrafi 6.1.3.4 u 6.1.3.5 ta’ hawn taħt.
6.1.3.3. Vetturi mgħammra bl-overdrive li jista’ jħaddem ix-xufier għandhom jiġu ttestjati meta dan il-ger ma jkunx qiegħed jintuża għaċ-ċiklu urban (L-Ewwel Parti) u meta l-overdrive jkun qiegħed jintuża għaċ-ċiklu extra-urban (It-Tieni Parti).
6.1.3.4. Għandha tingħata tolleranza ta’ ± 2 km/h bejn il-veloċità indikata u l-veloċità teoretika waqt l-aċċellerazzjoni, waqt il-veloċità kostanti, u waqt it-tnaqqis fl-aċċellerazzjoni meta jintużaw il-brejkijiet tal-vettura. Jekk il-vettura tibda tnaqqas il-veloċità aktar malajr mingħajr ma jintużaw il-brejkijiet, għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4.4.3 ta’ hawn taħt. Tolleranzi tal-veloċità akbar minn dawk preskritti għandhom jiġu aċċettati waqt il-bidliet tal-fażijiet dejjem jekk it-tolleranzi qatt ma jinqabżu għal aktar minn 0,5 s fi kwalunkwe okkażjoni waħda.
6.1.3.5. It-tolleranzi tal-ħin għandhom ikunu ± 1 s. It-tolleranzi ta’ hawn fuq għandhom japplikaw ugwalment fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ bdil tal-gerijiet għaċ-ċiklu urban (L-Ewwel Parti) u għall-operazzjonijiet Nri 3, 5 u 7 taċ-ċiklu extra-urban (It-Tieni Parti). Għandu jiġi innotat li l-ħin ta’ żewġ sekondi permess jinkludi l-ħin għall-bdil tal-gerijiet u, jekk ikun meħtieġ, ċertu ammont ta’ latitudni sabiex tlaħħaq maċ-ċiklu.
6.2. Preparazzjoni tat-test
6.2.1. Setting tat-tagħbija u tal-inerzja
6.2.1.1. It-tagħbija ddeterminata bit-test tal-vettura fit-triq
Id-dajnamometru għandu jkun aġġustat b’tali mod li l-inerzja totali tal-piżijiet li jduru tissimula l-inerzja u forzi oħrajn ta’ tagħbija fit-triq li jaġixxu fuq il-vettura meta tkun qiegħda tinstaq fit-triq. Il-mezz li permezz tiegħu tiġi ddeterminata din it-tagħbija huwa deskritt fil-paragrafu 5 ta’ dan l-anness.
Dajnamometru b’kurva fissa tat-tagħbija: is-simulatur tat-tagħbija għandu jkun aġġustat biex jassorbi s-saħħa eżerċitata fuq ir-roti b’veloċità stabbli ta’ 80 km/h u s-saħħa assorbita f’50 km/h għandha tkun innotata.
Dajnamometru b’kurva aġġustabbli tat-tagħbija: is-simulatur tat-tagħbija għandu jkun aġġustat biex jassorbi s-saħħa eżerċitata fuq ir-roti b’veloċitajiet stabbli ta’ 120, 100, 80, 60 u 40 u 20 km/h.
6.2.1.2. It-tagħbija ddeterminata bil-piż ta’ referenza tal-vettura
Bil-kunsens tal-fabbrikant jista’ jintuża l-metodu li ġej.
Il-brejk huwa aġġustat b’tali mod li jassorbi t-tagħbija eżerċitata fuq ir-roti b’veloċità kostanti ta’ 80 km/h, skont it-Tabella 3.
Jekk l-inerzja ekwivalenti korrispondenti ma tkunx disponibbli fuq id-dajnamometru, jintuża l-akbar valur li huwa l-eqreb tal-piż ta’ referenza tal-vettura.
Fil-każ ta’ vetturi għajr il-karozzi tal-passiġġieri, b’piż ta’ referenza ta’ aktar minn 1 700 kg jew vetturi li jingranaw fuq ir-roti kollha b’mod permanenti, il-valuri tas-saħħa mogħtija fit-Tabella 3 jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ 1,3.
6.2.1.3. Il-metodu użat u l-valuri miksuba (inerzja ekwivalenti — parametru ta’ aġġustament karatteristiku) għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test.
6.2.2. Ċikli tal-ittestjar preliminari
Iċ-ċikli tal-ittestjar preliminari jistgħu jsiru, jekk ikun hemm bżonn, biex jiddeterminaw kif l-aħjar li jiġu mqabbdin l-aċċelleratur u l-pedali tal-brejk sabiex jintlaħaq ċiklu li jqarreb iċ-ċiklu teoretiku fi ħdan il-limiti preskritti li taħthom jitwettaq iċ-ċiklu.
6.2.3. Il-pressjonijiet tat-tajer
Il-pressjonijiet tat-tajer għandhom ikunu l-istess bħal dawk speċifikati mill-fabbrikant u użati għat-test preliminari fit-triq biex jiġu aġġustati l-brejkijiet. Il-pressjoni tat-tajer tista’ tiżdied b’sa 50 fil-mija mis-setting irrakkomandat mill-fabbrikant fil-każ ta’ dajnamometru b’żewġ rollers. Il-pressjoni proprja li ntużat għandha titniżżel fir-rapport tat-test.
6.2.4. Il-kejl tal-piż tal-partikuli separati fl-isfond
Il-livell tal-arja li titlef fil-konċentrazzjoni fl-isfond tal-partikuli separati jista’ jiġi ddeterminat billi l-arja ffiltrata li titlef fil-konċentrazzjoni tiġi mgħoddija mill-filtru tal-partikuli separati. Din tista’ tittieħed mill-istess punt bħall-kampjun tal-partikuli separati. Jista’ jsir kejl wieħed qabel jew wara t-test. Il-kejl tal-piż tal-partikuli separati jista’ jiġi kkoreġut billi titnaqqas il-kontribuzzjoni fl-isfond mis-sistema tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni. Il-kontribuzzjoni permessibbli fl-isfond għandha tkun ≤ 1 mg/km (jew il-piż ekwivalenti fuq il-filtru). Jekk l-isfond jaqbeż dan il-livell, għandha tiġi applikata l-figura default ta’ 1 mg/km (jew il-piż ekwivalenti fuq il-filtru). Meta t-tnaqqis tal-kontribuzzjoni fl-isfond jagħti riżultat negattiv, ir-riżultat tal-piż tal-partikuli separati għandu jitqies bħala żero.
6.2.5. Il-kejl tan-numru tal-partikuli fl-isfond
It-tnaqqis tan-numri tal-partikuli fl-isfond jista’ jiġi ddeterminat billi jittieħdu kampjuni tal-arja li titlef fil-konċentrazzjoni meħuda minn punt ‘l isfel mill-filtri tal-partikuli u tal-idrokarbonji fis-sistema tal-kejl tan-numru ta’ partikuli. Il-korrezzjoni fl-isfond tal-kejl tan-numru ta’ partikuli ma għandhiex titħalla ssir għall-approvazzjoni tat-tip, iżda tista’ tintuża fuq it-talba tal-fabbrikant għall-konformità tal-produzzjoni u għall-konformità waqt it-tħaddim fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-kontribuzzjoni tal-mina hija sinjifikanti.
6.2.6. L-għażla tal-filtru tal-piż tal-partikuli separati
Għandu jiġi applikat filtru wieħed tal-partikuli separati mingħajr back-up għall-fażijiet urbani u extra-urbani taċ-ċiklu kkombinat.
Jistgħu jintużaw żewġ filtri tal-partikuli separati, wieħed għall-fażi urbana u ieħor għall-fażi extra-urbana, mingħajr filtri ta’ back-up, biss meta ż-żieda fil-waqgħa fil-pressjoni tul il-filtru tal-kampjun bejn il-bidu u t-tmiem tat-test tal-emissjonijiet tkun mistennija li taqbeż il-25 kPa.
6.2.7. Preparazzjoni tal-filtru għall-piż tal-partikuli separati
6.2.7.1. Il-filtri għat-teħid tal-kampjuni tal-piż tal-partikuli separati għandhom jiġu kkundizzjonati (fir-rigward tat-temperatura u tal-umdità) f’dixx miftuħ li jkun ġie protett biex ma jidħolx trab fih għal mill-inqas sagħtejn u għal mhux aktar minn 80 siegħa qabel it-test f’kompartiment bl-arja kundizzjonata. Wara dan l-ikkundizzjonar, il-filtri mhux ikkontaminati jintiżnu u jinħażnu sakemm jintużaw. Jekk il-filtri ma jintużawx fi żmien siegħa minn meta jitneħħew mill-kompartiment għandhom jerġgħu jintiżnu.
6.2.7.2. Il-limitu ta’ siegħa jista’ jinbidel b’limitu ta’ tmien sigħat jekk tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:
|
6.2.7.2.1. |
Filtru stabbilizzat jitqiegħed u jinżamm ġo kontenitur tal-filtru ssiġillat bit-truf imqabbda, jew; |
|
6.2.7.2.2. |
Filtru stabbilizzat jitqiegħed ġo kontenitur tal-filtru ssiġillat li mbagħad jitqiegħed immedjatament ġo linja tal-kampjun li minnu ma jkun hemm l-ebda fluss. |
6.2.7.3. Is-sistema għat-teħid tal-kampjuni tal-partikuli separati għandha tinbeda u tiġi mħejjija għat-teħid tal-kampjuni.
6.2.8. Preparazzjoni tal-kejl tan-numru ta’ partikuli
6.2.8.1. Is-sistema speċifika ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-partikuli u t-tagħmir tal-kejl għandhom jinbdew u jitlestew għat-teħid tal-kampjuni.
6.2.8.2. Qabel it-test(ijiet), il-funzjoni korretta tal-kalkolatur tal-partikuli u l-elementi tar-remover tal-partikuli volatili tas-sistema kampjunarja tal-partikuli għandhom jiġu kkonfermati skont l-Appendiċi 5, il-paragrafi 2.3.1 u 2.3.3:
|
|
Ir-rispons tal-kalkolatur tal-partikuli għandu jiġi ttestjat qrib iż-żero qabel kull test u, fuq bażi ta’ kuljum, f’konċentrazzjonijiet għoljin ta’ partikuli permezz tal-arja ambjentali. |
|
|
Meta d-daħla tkun mgħammra b’filtru HEPA, għandu jintwera li s-sistema kollha għat-teħid tal-kampjuni ta’ partikuli tkun ħielsa minn kull tnixxija. |
6.2.9. L-iċċekkjar tal-analizzaturi tal-gass
L-analizzaturi tal-emissjonijiet għall-gassijiet għandhom jiġu ssettjati fuq żero u jiġu spanned. Il-boroż kampjunarji għandhom jiġu evakwati.
6.3. Il-proċedura tal-kundizzjonar
6.3.1. Għall-fini tal-kejl tal-partikuli separati, l-aktar 36 siegħa u mill-inqas 6 sigħat qabel l-ittestjar, għandu jintuża ċ-ċiklu tat-Tieni Parti deskritt fil-paragrafu 6.1 ta’ dan l-anness għall-prekundizzjonar tal-vetturi. Għandhom isiru tliet ċikli konsekuttivi. Is-setting tad-dajnamometru għandu jiġi indikat bħal fil-paragrafu 6.2.1 ta’ hawn fuq.
Fuq talba tal-fabbrikant, vetturi mgħammra b’magni positive-ignition b’injezzjoni indiretta jistgħu jiġu prekundizzjonati b’ċiklu tas-sewqan wieħed tal-Ewwel Parti u tnejn tat-Tieni Parti.
F’faċilità tat-testijiet fejn jista’ jkun hemm kontaminazzjoni possibbli ta’ test ta’ vettura li tarmi partikuli separati baxxi b’residwu minn test preċedenti fuq vettura li tarmi partikuli separati għoljin, huwa rakkomandat, għall-fini tal-prekundizzjonar tat-tagħmir għat-teħid tal-kampjuni, li jsir ċiklu ta’ sewqan fi stat stabbli ta’ 120 km/h għal 20 minuta segwit minn tliet ċikli konsekuttivi tat-Tieni Parti minn vettura li tarmi partikuli separati baxxi.
Wara dan il-prekundizzjonar, u qabel l-ittestjar, il-vetturi għandhom jinżammu f’kamra li fiha t-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293 u 303K (20 °C u 30 °C). Dan il-kundizzjonar għandu jsir għal mill-inqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra.
Jekk ikun irid hekk il-fabbrikant, it-test għandu jsir mhux aktar tard minn 30 siegħa wara li l-vettura tkun tħaddmet fit-temperatura normali tagħha.
6.3.3. Il-vetturi li għandhom magni positive-ignition li jieħdu fjuwil ta’ LPG jew NG/bijometan jew mgħammra b’tali mod li jistgħu jieħdu kemm petrol kif ukoll LPG jew NG/bijometan, bejn it-testijiet fuq l-ewwel fjuwil ta’ referenza tal-gass u t-tieni fjuwil ta’ referenza tal-gass, il-vettura għandha tkun prekundizzjonata qabel it-test fuq it-tieni fjuwil ta’ referenza. Dan il-prekundizzjonar isir fuq it-tieni fjuwil ta’ referenza billi jinstaq ċiklu ta’ prekundizzjonar magħmul minn wieħed tal-Ewwel Parti (il-parti urbana) u darbtejn it-Tieni Parti (parti extra-urbana) taċ-ċiklu tat-test deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. Fuq talba tal-fabbrikant u bil-kunsens tas-servizz tekniku, dan il-prekundizzjonar jista’ jiġi estiż. Is-setting tad-dajnamometru għandu jkun dak indikat fil-paragrafu 6.2 ta’ dan l-anness.
6.4. Il-proċedura tat-test
6.4.1. Startjar tal-magna
6.4.1.1. Il-magna għandha tiġi startjata permezz tal-mekkaniżmi pprovduti għal dan il-għan skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, kif inkorporati fil-manwal tas-sewqan tal-vetturi fil-produzzjoni.
6.4.1.2. L-ewwel ċiklu jibda hekk kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-magna.
6.4.1.3. F’każijiet fejn l-LPG jew l-NG/bijometan jintuża bħala fjuwil, huwa permessibbli li l-magna tiġi startjata fuq il-petrol u mbagħad taqleb għal-LPG jew l-NG/bijometan wara perjodu ta’ żmien determinat minn qabel li ma jistax jinbidel mix-xufier.
6.4.2. Tħaddim mhux fuq ger
6.4.2.1. Gerboks manwali jew semiawtomatika, ara t-Tabelli 1 u 2.
6.4.2.2. Gerboks li taqleb b’mod awtomatiku
Wara l-ewwel tħaddim, is-selettur ma għandux jitħaddem f’xi ħin waqt it-test għajr fil-każ speċifikat fil-paragrafu 6.4.3.3 ta’ hawn taħt jew jekk is-selettur jista’ jattiva l-overdrive, jekk ikun hemm.
6.4.3. L-aċċellerazzjonijiet
6.4.3.1. L-aċċellerazzjonijiet għandhom isiru b’tali mod li r-rata ta’ aċċellerazzjoni tkun kemm jista’ jkun kostanti matul l-operazzjoni kollha.
6.4.3.2. Jekk l-aċċellerazzjoni ma tkunx tista’ ssir fil-ħin preskritt, il-ħin żejjed meħtieġ għandu jitnaqqas mill-ħin allokat biex jinbidel il-ger, jekk ikun possibbli, iżda inkella mill-perjodu sussegwenti ta’ veloċità stabbli.
6.4.3.3. Gerboksis li jaqilbu b’mod awtomatiku
Jekk l-aċċellerazzjoni ma tkunx tista’ ssir fil-ħin preskritt, is-selettur tal-ger għandu jaħdem skont il-rekwiżiti għall-gerboksis li jaqilbu b’mod manwali.
6.4.4. It-tnaqqis fl-aċċellerazzjonijiet
6.4.4.1. It-tnaqqis fl-aċċellerazzjonijiet kollha taċ-ċiklu urban elementari (l-Ewwel Parti) għandu jsir billi titneħħa s-sieq kompletament minn fuq il-pedala tal-gass, bil-pedala tal-klaċċ tibqa’ magħfusa. Il-klaċċ għandu jintreħa, mingħajr ma jintuża l-gerliver, fuq l-ogħla minn dawn il-veloċitajiet li ġejjin: 10 km/h jew il-veloċità korrispondenti għall-veloċità tal-magna meta ma tkunx fuq ger.
It-tnaqqis fl-aċċellerazzjonijiet kollha taċ-ċiklu extra-urban (it-Tieni Parti) għandu jsir billi s-sieq titneħħa kompletament minn fuq il-pedala tal-gass, bil-klaċċ jibqa’ magħfus. Il-klaċċ għandu jintreħa, mingħajr ma jintuża l-gerliver, f’veloċità ta’ 50 km/h għall-aħħar tnaqqis fl-aċċellerazzjoni.
6.4.4.2. Jekk il-perjodu ta’ tnaqqis fl-aċċellerazzjoni jkun itwal minn dak preskritt għall-fażi korrispondenti, għandhom jintużaw il-brejkijiet tal-vettura sabiex tkun tista’ tintlaħaq il-konformità maż-żamma tal-ħin taċ-ċiklu.
6.4.4.3. Jekk il-perjodu ta’ tnaqqis fl-aċċellerazzjoni jkun iqsar minn dak preskritt għall-fażi korrispondenti, iż-żamma tal-ħin taċ-ċiklu teoretiku għandha tinġieb lura permezz ta’ veloċità kostanti jew permezz ta’ perjodu ta’ tħaddim mhux fuq ger li jitħallat fl-operazzjoni li ġejja.
6.4.4.4. Fl-aħħar tal-perjodu tat-tnaqqis fl-aċċellerazzjoni (twaqqif tal-vettura fuq ir-rollers) taċ-ċiklu urban elementari (l-Ewwel Parti) il-gerijiet għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni newtrali u bil-klaċċ magħfus.
6.4.5. Veloċitajiet stabbli
6.4.5.1. “L-ippumpjar” jew l-għeluq tat-throttle għandu jiġi evitat meta ssir il-bidla mill-aċċellerazzjoni għall-veloċità stabbli li ġejja.
6.4.5.2. Għandhom jintlaħqu perjodi ta’ veloċità kostanti billi l-aċċelleratur jinżamm f’pożizzjoni fissa.
6.4.6. Teħid ta’ kampjuni
It-teħid tal-kampjuni (BS) għandu jibda qabel jew meta tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-magna u jagħlaq mat-tmiem tal-perjodu finali ta’ tħaddim mhux fuq ger fiċ-ċiklu extra-urban (it-Tieni Parti, tmiem tat-teħid tal-kampjuni (ES)) jew, fil-każ tat-test tat-Tip VI, mat-tmiem tal-perjodu finali ta’ tħaddim mhux fuq ger tal-aħħar ċiklu urban elementari (l-Ewwel Parti).
6.4.7. Waqt it-test, il-veloċità tiġi rrekordjata meta mqabbla mal-ħin jew tinġabar permezz ta’ sistema li tikseb id-dejta sabiex ikun jista’ jiġi evalwat kemm saru b’mod korrett iċ-ċikli.
6.4.8. Il-partikuli għandhom jitkejlu kontinwament fis-sistema tat-teħid ta’ kampjuni ta’ partikuli. Il-konċentrazzjonijiet medji għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-integrazzjoni tas-sinjali tal-analizzatur tul iċ-ċiklu tat-test.
6.5. Il-proċeduri wara t-test
6.5.1. L-iċċekkjar tal-analizzatur tal-gass
Għandu jiġi ċċekkjat il-qari tal-gass żero u tal-gass span tal-analizzaturi użati għall-kejl kontinwu. It-test għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta’ qabel it-test u dawk ta’ wara t-test tkun inqas minn 2 fil-mija tal-valur tal-gass span.
6.5.2. Il-kejl tal-filtru tal-partikuli separati
Il-filtri ta’ referenza għandhom jintiżnu fi żmien 8 sigħat mill-kejl tal-filtru tat-test. Il-filtru kkontaminat tat-test tal-partikuli separati għandu jittieħed fil-kamra tal-użin fi żmien siegħa wara l-analiżi tal-gassijiet tal-egżost. Il-filtru tat-test għandu jiġi kkundizzjonat għal mill-inqas sagħtejn u għal mhux aktar minn 80 siegħa u mbagħad jintiżen.
6.5.3. Analiżi tal-borża
6.5.3.1. Il-gassijiet tal-egżost li jinsabu fil-borża għandhom jiġu analizzati mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 20 minuta wara t-tmiem taċ-ċiklu tat-test.
6.5.3.2. Qabel l-analiżi ta’ kull kampjun, il-firxa tal-analizzatur li jrid jintuża għal kull sustanza li tniġġes għandha tiġi ssettjata għal żero bil-gass żero addattat.
6.5.3.3. L-analizzaturi għandhom imbagħad jiġu ssettjati għall-kurvi tal-kalibrar permezz ta’ gassijiet span ta’ konċentrazzjonijiet nominali ta’ 70 sa 100 fil-mija tal-firxa.
6.5.3.4. Is-settings żero tal-analizzaturi għandhom imbagħad jiġu ċċekkjati mill-ġdid: jekk kwalunkwe qari jvarja b’aktar minn 2 fil-mija tal-firxa minn dak stipulat fil-paragrafu 6.5.3.2 ta’ hawn fuq, il-proċedura għandha tiġi mtennija għal dak l-analizzatur.
6.5.3.5. Il-kampjuni għandhom imbagħad jiġu analizzati.
6.5.3.6. Wara l-analiżi, il-punti żero u span għandhom jiġu ċċekkjati mill-ġdid permezz tal-istess gassijiet. Jekk dawn il-kontrolli mill-ġdid huma fi ħdan ±2 fil-mija ta’ dawk fil-paragrafu 6.5.3.3 ta’ hawn fuq, l-analiżi għandha titqies bħala aċċettabbli.
6.5.3.7. Fil-punti kollha f’dan il-paragrafu, ir-rati tal-fluss u l-pressjonijiet tal-gassijiet differenti għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jintużaw waqt il-kalibrar tal-analizzaturi.
6.5.3.8. Il-figura adottata għall-kontenut tal-gassijiet f’kull waħda mis-sustanzi li jniġġsu mkejla għandha tkun dik li nqrat wara l-istabbilizzazzjoni tat-tagħmir tal-kejl. Il-piż tal-emissjonijiet tal-idrokarbonji tal-magni li jaħdmu bil-kompressjoni għandu jiġi kkalkulat mill-qari integrat HFID, ikkoreġut għall-fluss varjabbli, jekk ikun hemm bżonn, kif muri fil-paragrafu 6.6.6 ta’ hawn taħt.
6.6. Kalkolazzjoni tal-emissjonijiet
6.6.1. Determinazzjoni tal-volum
6.6.1.1. Il-kalkolu tal-volum meta jintuża mekkaniżmu li jvarja n-nuqqas ta’ konċentrazzjoni b’kontroll tal-fluss kostanti permezz ta’ fetħa jew venturi.
Irreġistra kontinwament il-parametri li juru l-fluss volumetriku, u kkalkula l-volum totali għat-tul kollu tat-test.
6.6.1.2. Kalkolazzjoni tal-volum meta tintuża pompa b’ċaqliq pożittiv
Il-volum tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni mkejjel f’sistemi magħmula minn pompa b’ċaqliq pożittiv jiġi kkalkulat permezz tal-formula li ġejja:
V = Vo · N
Fejn:
|
V |
= |
il-volum tal-gass li tilef fil-konċentrazzjoni mfisser f’litri għal kull test (qabel it-tiswija), |
|
Vo |
= |
il-volum tal-gass imwassal permezz tal-pompa b’ċaqliq pożittiv f’kundizzjonijiet tat-test imfissra f’litri għal kull dawra, |
|
N |
= |
in-numru ta’ dawriet għal kull test. |
6.6.1.3. Korrezzjoni tal-Volum għal Kundizzjonijiet Standard
Il-volum tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni jiġi kkoreġut permezz tal-formula li ġejja:
|
|
(1) |
Fejn:
|
|
(2) |
|
PB |
= |
il-pressjoni barometrika fil-kamra tat-test f’kPa, |
|
P1 |
= |
il-vakwu fid-daħla tal-pompa b’ċaqliq pożittiv f’kPa relattiv għall-pressjoni barometrika ambjentali, |
|
Tp |
= |
it-temperatura medja tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni li jidħol fil-pompa b’ċaqliq pożittiv waqt it-test (K). |
6.6.2. Il-piż totali tas-sustanzi li jniġġsu tal-gass u tal-partikuli separati li joħorġu
Il-piż M ta’ kull sustanza li tniġġes li tarmi l-vettura waqt it-test għandu jiġi ddeterminat billi jinkiseb it-total tal-konċentrazzjoni volumetrika u tal-volum tal-gass imsemmi, b’attenzjoni xierqa għad-densitajiet li ġejjin taħt il-kundizzjonijiet ta’ referenza msemmija hawn fuq:
|
Fil-każ tal-monossidu tal-karbonju (CO): |
d = 1,25 g/l |
|
Fil-każ tal-idrokarbonji: |
|
|
Għall-petrol (E5) (C1H1,89O0,016) |
d = 0,631 g/1 |
|
Għad-diżil (B5) (C1H1,86O0,005) |
d = 0,622 g/1 |
|
Għal-LPG (CH2,525) |
d = 0,649 g/l |
|
Għall-NG/bijometan (C1H4) |
d = 0,714 g/l |
|
Għall-etanol (E85) (C1H2,74O0,385) |
d = 0,932 g/l |
|
Fil-każ tal-ossidi nitroġeniċi (NOx): |
d = 2,05 g/1 |
6.6.3. Il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu tal-gass għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formula li ġejja:
|
|
(3) |
Fejn:
|
Mi |
= |
il-piż tal-emissjoni tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru, |
|
Vmix |
= |
il-volum tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni mfisser f’litri għal kull test u kkoreġut għall-kundizzjonijiet standard (273,2 K u 101,33 kPa), |
|
Qi |
= |
id-densità tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull litru f’temperatura normali u pressjoni normali (273,2 K u 101,33 kPa), |
|
kh |
= |
il-fattur tal-korrezzjoni tal-umdità użat biex jiġi kkalkulat il-piż tal-emissjonijiet tal-ossidi nitroġeniċi. Ma hemm l-ebda korrezzjoni tal-umdità għal HC u CO, |
|
Ci |
= |
il-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes i fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni mfisser f’ppm u kkoreġut bl-ammont tas-sustanza li tniġġes i li jinsab fl-arja mhux konċentrata, |
|
d |
= |
id-distanza li tikkorrispondi għaċ-ċiklu tat-tħaddim f’kilometri. |
6.6.4. Korrezzjoni għall-konċentrazzjoni tal-arja mhux konċentrata
Il-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni għandha tiġi kkoreġuta bl-ammont tas-sustanza li tniġġes fl-arja mhux konċentrata kif ġej:
|
|
(4) |
Fejn:
|
Ci |
= |
il-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes i fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni mfisser f’ppm u kkoreġut bl-ammont tas-sustanza li tniġġes i li jinsab fl-arja mhux konċentrata, |
|
Ce |
= |
il-konċentrazzjoni mkejla tas-sustanza li tniġġes i fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni, imfissra f’ppm, |
|
Cd |
= |
il-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes i fl-arja użata għat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni, imfissra f’ppm, |
|
DF |
= |
il-fattur tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni. |
Il-fattur tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni jiġi kkalkulat kif ġej:
|
|
għall-petrol (E5) |
(5a) |
|
|
u għad-diżil (B5) |
(5a) |
|
|
għal-LPG |
(5b) |
|
|
għall-NG/bijometan |
(5c) |
|
|
għall-Etanol (E85) |
(5d) |
F’dawn l-ekwazzjonijiet:
|
CCO2 |
= |
il-konċentrazzjoni tas-CO2 fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni li tinsab fil-borża kampjunarja, imfissra f’perċentwal tal-volum, |
|
CHC |
= |
il-konċentrazzjoni tal-HC fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni li tinsab fil-borża kampjunarja, imfissra f’ppm karbonju ekwivalenti, |
|
CCO |
= |
il-konċentrazzjoni tas-CO fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni li hemm fil-borża kampjunarja, imfissra f’ppm. |
Il-konċentrazzjoni tal-idrokarbonji li mhumiex metanu tiġi kkalkulata kif ġej:
CNMHC = CTHC – (Rf CH4 · CCH4)
fejn:
|
CNMHC |
= |
il-konċentrazzjoni korretta ta’ NMHC fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni, imfissra f’ppm ta’ ekwivalenti għall-karbonju, |
|
CTHC |
= |
il-konċentrazzjoni ta’ THC fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni, imfissra f’ppm ta’ ekwivalenti għall-karbonju u kkoreġuta bl-ammont ta’ THC li jinsab fl-arja mhux konċentrata, |
|
CCH4 |
= |
il-konċentrazzjoni ta’ CH4 fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni, imfissra f’ppm ta’ ekwivalenti għall-karbonju u kkoreġuta bl-ammont ta’ CH4 li jinsab fl-arja mhux konċentrata, |
|
Rf CH4 |
= |
huwa l-fattur ta’ reazzjoni tal-FID għall-metanu kif definit fil-paragrafu 2.3.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a. |
6.6.5. Kalkolazzjoni tal-fattur tal-korrezzjoni tal-umdità NO
Sabiex tiġi kkoreġuta l-influwenza tal-umdità fuq ir-riżultati tal-ossidi nitroġeniċi, jiġu applikati l-kalkoli li ġejjin:
|
|
(6) |
li fihom:
Fejn:
|
H |
= |
l-umdità assoluta espressa fi grammi ta’ ilma għal kull kilogramma ta’ arja niexfa, |
|
Ra |
= |
l-umdità relattiva tal-arja ambjentali espressa bħala perċentwal, |
|
Pd |
= |
il-pressjoni tas-saturazzjoni tal-fwar f’temperatura ambjentali espressa f’kPa, |
|
PB |
= |
il-pressjoni atmosferika ġewwa, espressa f’kPa. |
6.6.6. Determinazzjoni tal-HC għall-magni li jaħdmu bil-kompressjoni
Sabiex tiġi kkalkulata l-emissjoni tal-piż tal-HC għall-magni li jaħdmu bil-kompressjoni, il-konċentrazzjoni medja ta’ HC tiġi kkalkulata kif ġej:
|
|
(7) |
fejn:
|
|
= |
integrata bl-irrekordjar tal-FID imsaħħan fuq it-test (t2 - t1) |
|
Ce |
= |
il-konċentrazzjoni ta’ HC imkejla fl-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni f’ppm ta’ Ci hija sostitwita għal CHC fl-ekwazzjonijiet kollha rilevanti. |
6.6.7. Determinazzjoni tal-partikuli separati
L-emissjoni tal-partikuli separati Mp (g/km) tiġi kkalkulata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn il-gassijiet tal-egżost huma mitfugħa ‘l barra mill-mina;
Fejn il-gassijiet tal-egżost huma rritornati lejn il-mina;
Fejn:
|
Vmix |
= |
il-volum tal-gassijiet tal-egżost li tilfu fil-konċentrazzjoni (ara l-paragrafu 6.6.1), taħt kundizzjonijiet standard, |
|
Vep |
= |
il-volum tal-gass tal-egżost li jgħaddi mill-filtru tal-partikuli separati taħt kundizzjonijiet standard, |
|
Pe |
= |
il-piż tal-partikuli separati miġbur permezz tal-filtri, |
|
D |
= |
id-distanza li tikkorrispondi għaċ-ċiklu tat-tħaddim f’km, |
|
Mp |
= |
l-emissjoni tal-partikuli separati fi g/km. |
Fejn tintuża l-korrezzjoni għal-livell tal-partikuli separati fl-isfond mis-sistema tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni, din għandha tiġi ddeterminata skont il-paragrafu 6.2.4. F’dan il-każ, il-piż tal-partikuli separati (g/km) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Fejn il-gassijiet tal-egżost huma mitfugħa ‘l barra mill-mina;
Fejn il-gassijiet tal-egżost huma rritornati lejn il-mina;
Fejn:
|
Vap |
= |
il-volum tal-arja maqbuda fil-mina li tgħaddi mill-filtru tal-partikuli separati fl-isfond taħt kundizzjonijiet standard, |
|
Pa |
= |
il-piż tal-partikuli separati miġbura mill-filtru fl-isfond, |
|
DF |
= |
Il-fattur tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 6.6.4. |
Meta l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni fl-isfond tirriżulta f’piż negattiv ta’ partikuli separati (fi g/km), ir-riżultat għandu jitqies bħala piż ta’ partikuli separati f’żero g/km.
6.6.8. Determinazzjoni tan-numri ta’ partikuli
L-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli għandhom jiġu kkalkulati permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
|
N |
= |
l-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli espressi f’partikuli kull kilometru, |
|
V |
= |
il-volum tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni espress f’litri kull test u kkoreġut għal kundizzjonijiet standard (273,2 K u 101,33 kPa), |
|
K |
= |
il-fattur tal-kalibrar biex jikkoreġi l-kejl tal-kalkolatur tan-numru ta’ partikuli għal-livell tal-istrument ta’ referenza fejn dan ma jiġix applikat internament fil-kalkolatur tan-numru ta’ partikuli. Fejn il-fattur tal-kalibrar jiġi applikat internament fil-kalkolatur tan-numru ta’ partikuli, għandu jintuża valur ta’ 1 għal k fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq, |
|
|
= |
il-konċentrazzjoni kkoreġuta tal-partikuli mill-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni espressa bħala l-partikuli medji għal kull figura ta’ ċentimetru kubu mit-test tal-emissjonijiet, inkluż it-tul kollu taċ-ċiklu tas-sewqan. Jekk ir-riżultati tal-konċentrazzjoni medja volumetrika ( |
|
|
= |
il-fattur ta’ tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-partikuli medji tar-remover tal-partikuli volatili speċifiku għall-konfigurazzjoni tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni użata għat-test, |
|
D |
= |
id-distanza li tikkorrespondi għaċ-ċiklu tat-tħaddim espressa f’kilometri, |
|
|
= |
għandha tiġi kkalkulata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja: |
Fejn:
|
Ci = |
kejl diskret ta’ konċentrazzjoni ta’ partikuli fil-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni mill-kalkolatur tal-partikuli espress f’partikuli għal kull ċentimetru kubu u kkoreġut għal koinċidenza, |
|
N = |
in-numru totali tal-kejl tal-konċentrazzjoni tal-partikuli diskreti magħmul waqt iċ-ċiklu tat-tħaddim, |
|
N |
għandu jiġi kkalkulat permezz tal-ekwazzjoni li ġejja: n = T · f |
Fejn:
|
T |
= |
it-tul ta’ żmien taċ-ċiklu tat-tħaddim espress f’sekondi, |
|
f |
= |
il-frekwenza tal-illoggjar tad-dejta tal-kalkolatur tal-partikuli espressa f’Hz. |
6.6.9. Allowance għall-piż tal-emissjonijiet minn vetturi mgħammra b’mekkaniżmi li jirriġeneraw perjodikament
Meta l-vettura tkun mgħammra b’sistema li tirriġenera perjodikament kif definit fir-Regolament Nru 83, serje 06 tal-emendi, Anness 13: Il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet għal vettura mgħammra b’sistema li tirriġenera perjodikament:
|
6.6.9.1. |
Id-dispożizzjonijiet tal-Anness 13 għandhom japplikaw għall-finijiet tal-kejl tal-piż tal-partikuli separati biss u mhux għall-kejl tan-numru ta’ partikuli. |
|
6.6.9.2. |
Għat-teħid ta’ kampjuni tal-piż tal-partikuli separati waqt test li fih il-vettura tgħaddi minn riġenerazzjoni skedata, it-temperatura tal-wiċċ tal-filtru ma għandhiex taqbeż il-192 °C. |
|
6.6.9.3. |
Għat-teħid ta’ kampjuni tal-piż tal-partikuli separati waqt test meta l-mekkaniżmu tar-riġenerazzjoni jkun f’kundizzjoni ta’ tagħbija stabbilizzata (jiġifieri l-vettura ma tkunx għaddejja minn riġenerazzjoni), huwa rakkomandat li l-vettura tkun ikkompletat > 1/3 tal-kilometraġġ bejn ir-riġenerazzjonijiet skedati jew li l-mekkaniżmu li jirriġenera perjodikament ikun għadda minn tagħbija ekwivalenti minn fuq il-vettura. Għall-fini tal-ittestjar tal-Konformità tal-Produzzjoni, il-fabbrikant jista’ jiżgura li dan jiġi inkluż fi ħdan il-koeffiċjent tal-evoluzzjoni. F’dan il-każ, il-paragrafu 8.2.3.2.2 ta’ dan ir-Regolament huwa sostitwit mill-paragrafu 6.6.9.3.1 ta’ dan l-anness.
|
Tabella 1
Iċ-ċiklu tat-tħaddim urban elementari fuq id-dajnamometru tax-xażi (l-Ewwel Parti)
|
|
Operazzjoni |
Fażi |
Aċċellerazzjoni (m/s2) |
Veloċità (km/h) |
Tul ta’ kull waħda |
Ħin kumulattiv (s) |
Ger li jrid jintuża fil-każ ta’ gerboks manwali |
|
|
Operazzjoni (s) |
Fażi (s) |
|||||||
|
1 |
Tħaddim mhux fuq ger |
1 |
0 |
0 |
11 |
11 |
11 |
6 s PM + 5 s K1 (*1) |
|
2 |
Aċċellerazzjoni |
2 |
1,04 |
0-15 |
4 |
4 |
15 |
1 |
|
3 |
Veloċità stabbli |
3 |
0 |
15 |
9 |
8 |
23 |
1 |
|
4 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni |
4 |
–0,69 |
15-10 |
2 |
5 |
25 |
1 |
|
5 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni, klaċċ mhux magħfus |
|
–0,92 |
10-0 |
3 |
|
28 |
K1 (*1) |
|
6 |
Tħaddim mhux fuq ger |
5 |
0 |
0 |
21 |
21 |
49 |
16 s PM + 5 s K1 (*1) |
|
7 |
Aċċellerazzjoni |
6 |
0,83 |
0-15 |
5 |
12 |
54 |
1 |
|
8 |
Bdil tal-ger |
|
|
15 |
2 |
|
56 |
|
|
9 |
Aċċellerazzjoni |
0,94 |
15-32 |
5 |
61 |
2 |
||
|
10 |
Veloċità stabbli |
7 |
0 |
32 |
24 |
24 |
85 |
2 |
|
11 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni |
8 |
–0,75 |
32-10 |
8 |
11 |
93 |
2 |
|
12 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni, klaċċ mhux magħfus |
|
–0,92 |
10-0 |
3 |
|
96 |
K 2 (*1) |
|
13 |
Tħaddim mhux fuq ger |
9 |
0 |
0 |
21 |
|
117 |
16 s PM + 5 s K1 (*1) |
|
14 |
Aċċellerazzjoni |
10 |
0,83 |
0-15 |
5 |
26 |
122 |
1 |
|
15 |
Bdil tal-ger |
|
|
15 |
2 |
|
124 |
|
|
16 |
Aċċellerazzjoni |
0,62 |
15-35 |
9 |
133 |
2 |
||
|
17 |
Bdil tal-ger |
|
35 |
2 |
135 |
|
||
|
18 |
Aċċellerazzjoni |
0,52 |
35-50 |
8 |
143 |
3 |
||
|
19 |
Veloċità stabbli |
11 |
0 |
50 |
12 |
12 |
155 |
3 |
|
20 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni |
12 |
–0,52 |
50-35 |
8 |
8 |
163 |
3 |
|
21 |
Veloċità stabbli |
13 |
0 |
35 |
13 |
13 |
176 |
3 |
|
22 |
Bdil tal-ger |
14 |
|
35 |
2 |
12 |
178 |
|
|
23 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni |
|
–0,99 |
35-10 |
7 |
|
185 |
2 |
|
24 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni, klaċċ mhux magħfus |
–0,92 |
10-0 |
3 |
188 |
K2 (*1) |
||
|
25 |
Tħaddim mhux fuq ger |
15 |
0 |
0 |
7 |
7 |
195 |
7 s PM (*1) |
Tabella 2
Ċiklu extra-urban (it-Tieni Parti) għat-test tat-Tip I
|
In-Nru tal-operazzjoni |
Operazzjoni |
Fażi |
Aċċellerazzjoni (m/s2) |
Veloċità (km/h) |
Tul ta’ kull waħda |
Ħin kumulattiv (s) |
Ger li jrid jintuża fil-każ ta’ gerboks manwali |
|
|
Operazzjoni (s) |
Fażi (s) |
|||||||
|
1 |
Tħaddim mhux fuq ger |
1 |
0 |
0 |
20 |
20 |
20 |
K1 (1) |
|
2 |
Aċċellerazzjoni |
2 |
0,83 |
0-15 |
5 |
41 |
25 |
1 |
|
3 |
Bdil tal-ger |
|
15 |
2 |
27 |
— |
||
|
4 |
Aċċellerazzjoni |
0,62 |
15-35 |
9 |
36 |
2 |
||
|
5 |
Bdil tal-ger |
|
35 |
2 |
38 |
— |
||
|
6 |
Aċċellerazzjoni |
0,52 |
35-50 |
8 |
46 |
3 |
||
|
7 |
Bdil tal-ger |
|
50 |
2 |
48 |
— |
||
|
8 |
Aċċellerazzjoni |
0,43 |
50-70 |
13 |
61 |
4 |
||
|
9 |
Veloċità stabbli |
3 |
0 |
70 |
50 |
50 |
111 |
5 |
|
10 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni |
4 |
–0,69 |
70-50 |
8 |
8 |
119 |
4 s,5 + 4 s,4 |
|
11 |
Veloċità stabbli |
5 |
0 |
50 |
69 |
69 |
188 |
4 |
|
12 |
Aċċellerazzjoni |
6 |
0,43 |
50-70 |
13 |
13 |
201 |
4 |
|
13 |
Veloċità stabbli |
7 |
0 |
70 |
50 |
50 |
251 |
5 |
|
14 |
Aċċellerazzjoni |
8 |
0,24 |
70-100 |
35 |
35 |
286 |
5 |
|
15 |
Veloċità stabbli (2) |
9 |
0 |
100 |
30 |
30 |
316 |
5 (2) |
|
16 |
Aċċellerazzjoni (2) |
10 |
0,28 |
100-120 |
20 |
20 |
336 |
5 (2) |
|
17 |
Veloċità stabbli (2) |
11 |
0 |
120 |
10 |
20 |
346 |
5 (2) |
|
18 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni (2) |
12 |
–0,69 |
120-80 |
16 |
34 |
362 |
5 (2) |
|
19 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni (2) |
–1,04 |
80-50 |
8 |
370 |
5 (2) |
||
|
20 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni, klaċċ mhux magħfus |
1,39 |
50-0 |
10 |
380 |
K5 (1) |
||
|
21 |
Tħaddim mhux fuq ger |
13 |
0 |
0 |
20 |
20 |
400 |
PM (1) |
Tabella 3
L-inerzja simulata u r-rekwiżiti tat-tagħbija tad-dajnamometru
|
Il-piż ta’ referenza tal-vettura RW (kg) |
Inerzja ekwivalenti |
Il-qawwa u t-tagħbija assorbiti mid-dajnamometru f’veloċità ta’ 80 km/h |
Il-Koeffiċjenti tat-Tagħbija fit-Triq |
||
|
|
kg |
kW |
N |
a (N) |
b (N/kph) |
|
RW ≤ 480 |
455 |
3,8 |
171 |
3,8 |
0,0261 |
|
480 < RW ≤ 540 |
510 |
4,1 |
185 |
4,2 |
0,0282 |
|
540 < RW ≤ 595 |
570 |
4,3 |
194 |
4,4 |
0,0296 |
|
595 < RW ≤ 650 |
625 |
4,5 |
203 |
4,6 |
0,0309 |
|
650 < RW ≤ 710 |
680 |
4,7 |
212 |
4,8 |
0,0323 |
|
710 < RW ≤ 765 |
740 |
4,9 |
221 |
5,0 |
0,0337 |
|
765 < RW ≤ 850 |
800 |
5,1 |
230 |
5,2 |
0,0351 |
|
850 < RW ≤ 965 |
910 |
5,6 |
252 |
5,7 |
0,0385 |
|
965 < RW ≤ 1 080 |
1 020 |
6,0 |
270 |
6,1 |
0,0412 |
|
1 080 < RW ≤ 1 190 |
1 130 |
6,3 |
284 |
6,4 |
0,0433 |
|
1 190 < RW ≤ 1 305 |
1 250 |
6,7 |
302 |
6,8 |
0,0460 |
|
1 305 < RW ≤ 1 420 |
1 360 |
7,0 |
315 |
7,1 |
0,0481 |
|
1 420 < RW ≤ 1 530 |
1 470 |
7,3 |
329 |
7,4 |
0,0502 |
|
1 530 < RW ≤ 1 640 |
1 590 |
7,5 |
338 |
7,6 |
0,0515 |
|
1 640 < RW ≤ 1 760 |
1 700 |
7,8 |
351 |
7,9 |
0,0536 |
|
1 760 < RW ≤ 1 870 |
1 810 |
8,1 |
365 |
8,2 |
0,0557 |
|
1 870 < RW ≤ 1 980 |
1 930 |
8,4 |
378 |
8,5 |
0,0577 |
|
1 980 < RW ≤ 2 100 |
2 040 |
8,6 |
387 |
8,7 |
0,0591 |
|
2 100 < RW ≤ 2 210 |
2 150 |
8,8 |
396 |
8,9 |
0,0605 |
|
2 210 < RW ≤ 2 380 |
2 270 |
9,0 |
405 |
9,1 |
0,0619 |
|
2 380 < RW ≤ 2 610 |
2 270 |
9,4 |
423 |
9,5 |
0,0646 |
|
2 610 < RW |
2 270 |
9,8 |
441 |
9,9 |
0,0674 |
Figura 1
Iċ-ċiklu tat-tħaddim għat-test tat-Tip I
Figura 2
Iċ-ċiklu urban elementari għat-test tat-Tip I
Figura 3
Iċ-ċiklu extra-urban (it-Tieni Parti) għat-test tat-Tip I
(*1) PM = il-gerboks fil-pożizzjoni newtrali, klaċċ magħfus. K1, K2 = l-ewwel u t-tieni ger imdaħħla, klaċċ mhux magħfus.
(1) PM = il-gerboks fil-pożizzjoni newtrali, klaċċ magħfus. K1, K5 = l-ewwel jew it-tieni ger imdaħħla, klaċċ mhux magħfus.
(2) Jistgħu jintużaw gerijiet addizzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant jekk il-vettura tkun mgħammra b’tali mod biex tingrana fuq aktar minn ħames gerijiet.
Appendiċi 1
Is-sistema tad-dajnamometru tax-xażi
1. SPEĊIFIKAZZJONI
1.1. Rekwiżiti Ġenerali
|
1.1.1. |
Id-dajnamometru għandu jkun kapaċi jissimula t-tagħbija fit-triq fi ħdan waħda mill-klassifikazzjonijiet li ġejjin:
|
|
1.1.2. |
Id-dajnamometri b’simulazzjoni ta’ inerzja elettrika għandhom jintwerew bħala li huma ekwivalenti għas-sistemi ta’ inerzja mekkanika. Il-mezzi li permezz tagħhom tiġi stabbilita l-ekwivalenza huma deskritti fl-Appendiċi 6 ta’ dan l-anness. |
|
1.1.3. |
F’każ li r-reżistenza totali għall-mixi fit-triq ma tistax terġa’ ssir fuq id-dajnamometru tax-xażi bejn il-veloċitajiet ta’ 10 km/h u 120 km/h, huwa rrakkomandat li jintuża dajnamometru tax-xażi li jkollu l-karatteristiċi definiti hawn taħt. |
|
1.1.3.1. |
It-tagħbija assorbita mill-brejk u l-effetti interni frizzjonali tad-dajnamometru tax-xażi bejn il-veloċitajiet ta’ 0 u 120 km/h huma kif ġej:
F = (a + b · V2) ± 0.1 · F80 (mingħajr ma jkun negattiv) Fejn:
|
1.2. Rekwiżiti Speċifiċi
|
1.2.1. |
Is-setting tad-dajnamometru ma għandux ikun affettwat mill-intervall tal-ħin. Huwa ma għandux jipproduċi vibrazzjonijiet li jkunu jidhru għall-vettura u jkollhom tendenza li jxekklu l-operazzjonijiet normali tal-vettura. |
|
1.2.2. |
Id-dajnamometru tax-xażi jista’ jkollu roller wieħed jew tnejn. Ir-roller ta’ quddiem irid imexxi, direttament jew indirettament, il-piżijiet tal-inerzja u l-mekkaniżmu li jassorbi s-saħħa. |
|
1.2.3. |
Għandu jkun possibbli li t-tagħbija indikata tiġi mkejla u tinqara bi preċiżjoni ta’ ±5 fil-mija. |
|
1.2.4. |
Fil-każ ta’ dajnamometru b’kurva fissa tat-tagħbija, il-preċiżjoni tas-setting tat-tagħbija fi 80 km/h għandha tkun ± 5 fil-mija. Fil-każ ta’ dajnamometru b’kurva aġġustabbli tat-tagħbija, il-preċiżjoni tat-tqabbil tat-tagħbija tad-dajnamometru mat-tagħbija tat-triq għandha tkun ± 5 fil-mija f’120, 100, 80, 60, u 40 km/h u ±10 fil-mija f’20 km/h. Taħt dan, l-assorbiment tad-dajnamometru għandu jkun pożittiv. |
|
1.2.5. |
L-inerzja totali tal-partijiet li jduru (inkluż l-inerzja simulata, fejn applikabbli) għandha tkun magħrufa u għandha tkun fi ħdan ± 20 kg tal-klassi tal-inerzja għat-test. |
|
1.2.6. |
Il-veloċità tal-vettura għandha titkejjel bil-veloċità tat-tidwir tar-roller (ir-roller ta’ quddiem fil-każ ta’ dajnamometru b’żewġ rollers). Din għandha titkejjel bi preċiżjoni ta’ ± 1 km/h f’veloċitajiet ‘il fuq minn 10 km/h.
Id-distanza li tkun kopriet fil-verità l-vettura għandha titkejjel mill-moviment tat-tidwir tar-roller (ir-roller ta’ quddiem fil-każ ta’ dajnamometru b’żewġ rollers). |
2. IL-PROĊEDURA TA’ KALIBRAR TAD-DAJNAMOMETRU
2.1. Introduzzjoni
Din it-taqsima tiddeskrivi l-metodu li jrid jintuża biex jiddetermina t-tagħbija assorbita mill-brejk tad-dajnamometru. It-tagħbija assorbita hija magħmula mit-tagħbija assorbita mill-effetti frizzjonali u t-tagħbija assorbita mill-mekkaniżmu li jassorbi s-saħħa.
Id-dajnamometru jibda jitħaddem lil hinn mill-firxa tal-veloċitajiet tat-test. Il-mekkaniżmu użat biex jistartja d-dajnamometru mbagħad jiġi skonnettjat: il-veloċità tat-tidwir tar-roller misjuq tonqos.
L-enerġija kinetika tar-rollers hija mferrxa mill-unità li tassorbi s-saħħa u mill-effetti frizzjonali. Dan il-metodu ma jikkunsidrax il-varjazzjonijiet fl-effetti interni frizzjonali tar-roller ikkawżati mir-rollers bil-vettura jew mingħajrha. L-effetti frizzjonali tar-roller ta’ wara ma għandhomx jiġu kkunsidrati meta r-roller ikun liberu.
2.2. Kalibrar tal-indikatur tat-tagħbija f’veloċità ta’ 80 km/h
Il-proċedura li ġejja għandha tintuża għall-kalibrar tal-indikatur tat-tagħbija għal 80 km/h bħala funzjoni tat-tagħbija assorbita (ara wkoll il-Figura 4):
|
2.2.1. |
Kejjel il-veloċità tat-tidwir tar-roller jekk dan ma sarx diġà. Tista’ tintuża l-ħames rota, kalkulatur tar-revoluzzjoni jew xi metodu ieħor. |
|
2.2.2. |
Qiegħed il-vettura fuq id-dajnamometru jew oħloq xi metodu ieħor biex tistartja d-dajnamometru. |
|
2.2.3. |
Uża l-volant jew xi sistema oħra ta’ simulazzjoni tal-inerzja għall-klassi tal-inerzja partikolari li trid tintuża. Figura 4 Dijagramma li turi s-saħħa assorbita mid-dajnamometru tax-xażi = F = a + b · V2 ● = (a + b · V2) – 0,1 · F80 Δ = (a + b · V2) + 0,1 · F80 |
|
2.2.4. |
Ġib id-dajnamometru għal veloċità ta’ 80 km/h. |
|
2.2.5. |
Ħu nota tat-tagħbija indikata Fi (N). |
|
2.2.6. |
Ġib id-dajnamometru għal veloċità ta’ 90 km/h. |
|
2.2.7. |
Skonnettja l-mekkaniżmu użat biex jistartja d-dajnamometru. |
|
2.2.8. |
Ħu nota tal-ħin meħud mid-dajnamometru biex jgħaddi minn veloċità ta’ 85 km/h għal veloċità ta’ 75 km/h. |
|
2.2.9. |
Issettja l-mekkaniżmu li jassorbi s-saħħa fuq livell differenti. |
|
2.2.10. |
Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2.2.4. sa 2.2.9. għandhom jiġu mtennija kemm ikun hemm bżonn sabiex ikopru l-firxa ta’ tagħbijiet użati. |
|
2.2.11. |
Ikkalkula t-tagħbija assorbita billi tuża l-formula:
Fejn:
|
|
2.2.12. |
Il-figura 5 turi t-tagħbija indikata f’veloċità ta’ 80 km/h fir-rigward tat-tagħbija assorbita f’veloċità ta’ 80 km/h. Figura 5 It-tagħbija indikata f’veloċità ta’ 80 km/h fir-rigward tat-tagħbija assorbita f’veloċità ta’ 80 km/h |
|
2.2.13. |
Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2.2.3 sa 2.2.12 ta’ hawn fuq għandhom jiġu mtennija għall-klassijiet kollha tal-inerzja li jridu jintużaw. |
2.3. Il-kalibrar tal-indikatur tat-tagħbija f’veloċitajiet oħrajn
Il-proċeduri deskritti fil-paragrafu 2.2 ta’ hawn fuq għandhom jiġu mtennija kemm ikun hemm bżonn għall-veloċitajiet magħżula.
2.4. Il-kalibrar tal-forza jew tat-torque
Għandha tintuża l-istess proċedura għall-kalibrar tal-forza jew tat-torque.
3. VERIFIKA TAL-KURVA TAT-TAGĦBIJA
3.1. Il-proċedura
Il-kurva tal-assorbiment tat-tagħbija tad-dajnamometru mis-setting ta’ referenza f’veloċità ta’ 80 km/h għandha tiġi vverifikata kif ġej:
|
3.1.1. |
Qiegħed il-vettura fuq id-dajnamometru jew oħloq xi metodu ieħor biex tistartja d-dajnamometru. |
|
3.1.2. |
Aġġusta d-dajnamometru għat-tagħbija assorbita (F) fi 80 km/h. |
|
3.1.3. |
Ħu nota tat-tagħbija assorbita f’120, 100, 80, 60, 40 u 20 km/h. |
|
3.1.4. |
Pinġi l-kurva F(V) u vverifika li din tikkorrispondi għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.3.1 ta’ dan l-appendiċi. |
|
3.1.5. |
Irrepeti l-proċedura stipulata fil-paragrafi 3.1.1 sa 3.1.4 ta’ hawn fuq għall-valuri l-oħrajn tas-saħħa F fi 80 km/h u għall-valuri l-oħrajn tal-inerzja. |
Appendiċi 2
Sistema ta’ Tnaqqis fil-Konċentrazzjoni tal-Egżost
1. SPEĊIFIKAZZJONI TAS-SISTEMA
1.1. Ħarsa Ġenerali lejn is-Sistema
Għandha tintuża sistema ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-egżost bi fluss sħiħ. Din teħtieġ li l-egżost tal-vettura jitħallat kontinwament mal-arja ambjentali taħt kundizzjonijiet kontrollati. Għandu jitkejjel il-volum totali tat-taħlita tal-egżost u tal-arja mhux konċentrata u għandu jinġabar kampjun kontinwament proporzjonali tal-volum għall-analiżi. Il-kwantitajiet tas-sustanzi li jniġġsu jiġu ddeterminati mill-konċentrazzjonijiet tal-kampjun, ikkoreġuti għall-kontenut tas-sustanzi li jniġġsu tal-arja ambjentali u l-fluss totalizzat fuq il-perjodu tat-test.
Is-sistema ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-egżost għandha tkun magħmula minn tubu tat-trasferiment, kompartiment fejn isir it-taħlit u mina li titlef fil-konċentrazzjoni, kundizzjonar tal-arja li titlef fil-konċentrazzjoni, mekkaniżmu li jiġbed u mekkaniżmu li jkejjel il-fluss. Is-sondi kampjunarji għandhom jitwaħħlu fil-mina li titlef fil-konċentrazzjoni kif speċifikat fl-Appendiċi 3, 4 u 5.
Il-kompartiment fejn isir it-taħlit deskritt hawn fuq sejjer ikun kontenitur, bħal dawk deskritti fil-Figuri 6 u 7, fejn il-gassijiet tal-egżost tal-vetturi u l-arja li titlef fil-konċentrazzjoni jitħalltu flimkien sabiex jipproduċu taħlita uniformi fl-iżbokk tal-kompartiment.
1.2. Rekwiżiti Ġenerali
1.2.1. Il-gassijiet tal-egżost tal-vettura għandhom jitilfu fil-konċentrazzjoni b’ammont suffiċjenti ta’ arja ambjentali biex ma jkunx hemm kondensazzjoni tal-ilma fis-sistema tat-teħid tal-kampjuni u tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kollha li jistgħu jiġru waqt test.
1.2.2. It-taħlita tal-arja u tal-gassijiet tal-egżost għandha tkun uniformi fil-post fejn tinsab is-sonda kampjunarja (ara l-paragrafu 1.3.3 ta’ hawn taħt). Is-sonda kampjunarja għandha tiġbed kampjun rappreżentattiv tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni.
1.2.3. Is-sistema għandha tagħti lok biex jitkejjel il-volum kollu tal-gassijiet tal-egżost li tilfu fil-konċentrazzjoni.
1.2.4. Is-sistema kampjunarja ma għandhiex tnixxi gass minnha. Id-disinn tas-sistema kampjunarja bil-konċentrazzjoni mnaqqsa varjabbli u l-materjal li jintuża għandu jkun tali li ma jaffettwax il-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes fil-gassijiet tal-egżost li tilfu fil-konċentrazzjoni. Jekk xi komponent fis-sistema (skambjatur tas-sħana, separatur taċ-ċiklun, blower, eċċ.) jibdel il-konċentrazzjoni ta’ xi waħda mis-sustanzi li jniġġsu fil-gassijiet tal-egżost li tilfu fil-konċentrazzjoni u l-iżball ma jkunx jista’ jiġi kkoreġut, imbagħad it-teħid tal-kampjuni għal dik is-sustanza li tniġġes għandu jsir ‘il fuq minn dak il-komponent.
1.2.5. Il-partijiet kollha tas-sistema li titlef fil-konċentrazzjoni li huma f’kuntatt ma’ gass tal-egżost mhux maħdum u li tilef fil-konċentrazzjoni, għandhom jiġu ddisinjati sabiex inaqqsu d-depożitu jew it-tibdil tal-partikuli separati jew tal-partikuli. Il-partijiet kollha għandhom isiru minn materjal li jgħaddi d-dawl minnu li ma jirreaġixxix mal-komponenti tal-gass tal-egżost, u għandhom ikunu marbuta elettrikament mal-art bil-għan li jiġu evitati effetti elettrostatiċi.
1.2.6. Jekk il-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata tkun mgħammra b’pajp tal-egżost li jkun magħmul minn diversi fergħat, it-tubi li jgħaqqdu għandhom ikunu mqabbda mill-aktar qrib possibbli tal-vettura mingħajr ma jaffettwaw it-tħaddim tagħha b’mod negattiv.
1.2.7. Is-sistema ta’ konċentrazzjoni mnaqqsa varjabbli għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tagħti lok biex ikunu jistgħu jittieħdu kampjuni tal-gassijiet tal-egżost mingħajr ma titbiddel sew il-pressjoni fuq wara tal-iżbokk tal-pajp tal-egżost.
1.2.8. It-tubu li jgħaqqad bejn il-vettura u s-sistema ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jnaqqas it-telf tas-sħana.
1.3. Rekwiżiti Speċifiċi
1.3.1. Konnessjoni mal-Egżost tal-Vettura
It-tubu li jgħaqqad bejn l-iżbokki tal-egżost tal-vettura u s-sistema ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni għandu jkun qasir kemm jista’ jkun; u jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
Ikun iqsar minn 3,6 m, jew iqsar minn 6,1 m jekk ikun insulat għas-sħana. Id-dijametru intern tiegħu ma għandux jaqbeż il-105 mm; |
|
(b) |
Ma għandux jikkawża li l-pressjoni statika fl-iżbokki tal-egżost fil-vettura li qiegħda tiġi ttestjata biex tvarja b’aktar minn ± 0,75 kPa f’veloċità ta’ 50 km/h, jew b’aktar minn ± 1,25 kPa għat-tul kollu tat-test mill-pressjonijiet statiċi meħuda meta ma jkun hemm xejn imqabbad mal-iżbokki tal-egżost tal-vettura. Il-pressjoni għandha titkejjel fl-iżbokk tal-egżost jew f’estensjoni li għandha l-istess dijametru, qrib kemm jista’ jkun tat-tarf tal-pajp. Is-sistemi kampjunarji li kapaċi jżommu l-pressjoni statika f’mhux aktar minn ± 0,25 kPa jistgħu jintużaw jekk talba bil-miktub minn fabbrikant lis-Servizz Tekniku tissostanzja l-ħtieġa għat-tolleranza eqreb; |
|
(c) |
Ma għandux ibiddel in-natura tal-gass tal-egżost; |
|
(d) |
Kwalunkwe konnettur elastomeru applikat għandu jkun kemm jista’ jkun termalment stabbli u jkollu espożizzjoni minima għall-gassijiet tal-egżost. |
1.3.2. Kundizzjonar tal-Arja li Titlef fil-Konċentrazzjoni
L-arja mnaqqsa fil-konċentrazzjoni li tintuża għad-dilwizzjoni primarja tal-egżost fil-mina CVS għandha tiġi mgħoddija minn mekkaniżmu li jkun kapaċi jnaqqas il-partikoli fl-aktar daqs penetranti tal-partikuli tal-materjal tal-filtru b’≥ 99,95 fil-mija, jew minn ġo filtru ta’ mill-inqas il-klassi H13 ta’ EN 1822:1998. Din tirrappreżenta l-ispeċifikazzjoni tal-filtri għall-Arja ta’ Partikuli Separati b’Effiċjenza Għolja (HEPA). L-arja mnaqqsa fil-konċentrazzjoni tista’, b’mod mhux obbligatorju, titnaddaf permezz tal-faħam tal-kannol qabel ma tgħaddi mill-filtru HEPA. Huwa rakkomandat li filtru addizzjonali tal-partikuli ħorox jitqiegħed qabel il-filtru HEPA u wara l-iscrubber tal-faħam tal-kannol, jekk jintuża.
Fuq talba tal-fabbrikant tal-vettura, jistgħu jittieħdu kampjuni mill-arja li titlef fil-konċentrazzjoni skont prattika inġineristika tajba sabiex tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni tal-mina għal livelli tal-piż tal-partikuli separati fl-isfond, li mbagħad jistgħu jitnaqqsu mill-valuri mkejla fl-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni.
1.3.3. Il-Mina li Titlef fil-Konċentrazzjoni
Għandu jsir provvediment għall-gassijiet tal-egżost tal-vettura u l-arja li titlef fil-konċentrazzjoni sabiex ikunu jistgħu jitħalltu flimkien. Jista’ jintuża ftuħ għat-taħlit.
Sabiex jitnaqqsu l-effetti fuq il-kundizzjonijiet fl-iżbokk tal-egżost u biex tkun limitata l-waqgħa fil-pressjoni ġol-mekkaniżmu tal-arja kundizzjonata li tilfet fil-konċentrazzjoni, jekk hemm, il-pressjoni fil-punt tat-taħlit ma għandhiex tvarja b’aktar minn ± 0,25 kPa mill-pressjoni atmosferika.
L-uniformità tat-taħlita fi kwalunkwe taqsima trasversali fejn tkun tinsab is-sonda kampjunarja ma għandhiex tvarja b’aktar minn ± 2 fil-mija mill-medja tal-valuri miksuba għal mill-inqas ħames punti li jinsabu f’intervalli ugwali fuq id-dijametru tal-kurrent tal-gass.
Għat-teħid ta’ kampjuni tal-emissjonijiet ta’ partikuli separati u partikuli, għandha tintuża mina li titlef fil-konċentrazzjoni li:
|
(a) |
Għandha tkun magħmula minn pajp dritt ta’ materjal li jgħaddi d-dawl minnu, li għandu jkun ertjat; |
|
(b) |
Għandha tkun żgħira biżżejjed fid-dijametru li tkun tista’ tikkawża fluss turbulenti (Reynolds numru ≥ 4 000) u twila biżżejjed li tkun tista’ tikkawża taħlit komplet tal-egżost u tal-arja li titlef fil-konċentrazzjoni; |
|
(c) |
Għandu jkollha dijametru ta’ mill-inqas 200 mm; |
|
(d) |
Tista’ tkun insulata. |
1.3.4. Mekkaniżmu li jiġbed
Dan il-mekkaniżmu jista’ jkollu firxa ta’ veloċitajiet fissi sabiex jiżgura fluss biżżejjed biex ma jħallix li ssir kondensazzjoni tal-ilma. Dan ir-riżultat ġeneralment jinkiseb jekk il-fluss ikun:
|
(a) |
Għoli darbtejn aktar mill-fluss massimu tal-gass tal-egżost magħmul mill-aċċellerazzjonijiet taċ-ċiklu tas-sewqan; jew |
|
(b) |
Biżżejjed biex jiżgura li l-konċentrazzjoni ta’ CO2 fil-borża kampjunarja tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni hija inqas minn 3 fil-mija bil-volum għall-petrol u d-diżil, inqas minn 2,2 fil-mija bil-volum għal-LPG u inqas minn 1,5 fil-mija bil-volum għall-NG/bijometan. |
1.3.5. Il-Kejl tal-Volum fis-Sistema Primarja tat-Tnaqqis fil-Konċentrazzjoni
Il-metodu tal-kejl tal-volum totali tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni inkorporat fil-kampjunarju ta’ volum kostanti għandu jkun tali li l-kejl ikun preċiż għal ± 2 fil-mija taħt il-kundizzjonijiet kollha tat-tħaddim. Jekk il-mekkaniżmu ma jistax jagħmel tajjeb għall-varjazzjonijiet fit-temperatura tat-taħlita tal-gassijiet tal-egżost u l-arja li titlef fil-konċentrazzjoni fil-punt tal-kejl, għandu jintuża skambjatur tas-sħana biex iżomm it-temperatura sa mhux aktar minn ± 6 K tat-temperatura tat-tħaddim speċifikata.
Jekk ikun hemm bżonn, tista’ tintuża xi forma ta’ protezzjoni għall-mekkaniżmu li jkejjel il-volum, pereżempju, separatur taċ-ċiklun, filtru tal-kurrent f’bulk, eċċ.
Għandu jitwaħħal sensur tat-temperatura eżatt qabel il-mekkaniżmu li jkejjel il-volum. Dan is-sensur tat-temperatura għandu jkollu eżattezza u preċiżjoni ta’ ± 1 K u ħin li jirrispondi ta’ 0,1 s fi 62 fil-mija tal-varjazzjoni ta’ temperatura partikolari (valur imkejjel fiż-żejt bis-silikon).
Il-kejl tad-differenza fil-pressjoni mill-pressjoni atmosferika għandu jittieħed ‘il fuq minn u, jekk ikun meħtieġ, ‘l isfel mill-mekkaniżmu li jkejjel il-volum.
Il-kejl tal-pressjoni għandu jkollu preċiżjoni u eżattezza ta’ ± 0,4 kPa waqt it-test.
1.4. Deskrizzjonijiet tas-Sistema Rakkomandata
Il-Figura 6 u l-Figura 7 huma tpinġijiet skematiċi ta’ żewġ tipi ta’ sistemi rakkomandati ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-egżost li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-anness.
Billi diversi konfigurazzjonijiet jistgħu jagħtu riżultati preċiżi, il-konformità eżatta ma’ dawn il-figuri mhijiex essenzjali. Komponenti addizzjonali bħal strumenti, valvi, solenojdi u swiċċijiet jistgħu jintużaw biex jagħtu informazzjoni oħra u jikkoordinaw il-funzjonijiet tas-sistema tal-komponent.
1.4.1. Sistema bi Fluss Sħiħ ta’ Tnaqqis fil-Konċentrazzjoni b’Pompa ta’ Ċaqliq Pożittiv
Figura 6
Sistema ta’ Tnaqqis fil-Konċentrazzjoni tal-Pompa b’Ċaqliq Pożittiv
Is-sistema bi fluss sħiħ ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni b’pompa ta’ ċaqliq pożittiv (PDP) tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-anness billi tkejjel il-fluss tal-gass permezz tal-pompa f’temperatura u pressjoni kostanti. Il-volum totali jitkejjel billi jingħaddu r-revoluzzjonijiet li tagħmel il-pompa kalibrata b’ċaqliq pożittiv. Il-kampjun proporzjonali jinkiseb permezz ta’ teħid ta’ kampjuni bil-pompa, bil-miter tal-fluss u bil-valv li jikkontrolla l-fluss b’rata ta’ fluss kostanti. It-tagħmir li jiġbor huwa magħmul minn:
|
1.4.1.1. |
Filtru (DAF) għall-arja mhux konċentrata, li jista’ jissaħħan minn qabel jekk ikun meħtieġ. Dan il-filtru għandu jkun magħmul mill-filtri li ġejjin f’sekwenza: filtru tal-faħam tal-kannol attivat mhux mandatorju (fuq in-naħa ta’ ġewwa), u filtru għall-arja ta’ partikuli separati b’effiċjenza għolja (HEPA) (fuq in-naħa ta’ barra). Huwa rrakkomandat li jitqiegħed filtru addizzjonali tal-partikuli inferjuri quddiem il-filtru HEPA u wara l-filtru tal-faħam tal-kannol, jekk jintuża. L-għan tal-filtru tal-faħam tal-kannol huwa li jnaqqas u jistabbilizza l-konċentrazzjonijiet ta’ idrokarbonju tal-emissjonijiet ambjentali fl-arja mhux konċentrata; |
|
1.4.1.2. |
Tubu tat-trasferiment (TT) li permezz tiegħu l-egżost tal-vettura jiddaħħal f’mina li titlef fil-konċentrazzjoni (DT) fejn il-gass tal-egżost u l-arja mhux konċentrata jitħalltu b’mod uniformi; |
|
1.4.1.3. |
Il-pompa b’ċaqliq pożittiv (PDP), li tipproduċi fluss ta’ volum kostanti tat-taħlita tal-arja/gass tal-egżost. Ir-revoluzzjonijiet tal-PDP, flimkien mat-temperatura assoċjata u l-kejl tal-pressjoni jintużaw sabiex jiddeterminaw ir-rata tal-fluss; |
|
1.4.1.4. |
Skambjatur tas-sħana (HE) li jiflaħ biżżejjed biex jiżgura li tul it-test it-temperatura tat-taħlita tal-arja/gass tal-egżost imkejla f’punt eżatt ‘il fuq mill-pompa b’ċaqliq pożittiv ma tkunx aktar minn 6K tat-temperatura medja tat-tħaddim waqt it-test. Dan il-mekkaniżmu ma għandux jaffettwa l-konċentrazzjonijiet tas-sustanza li tniġġes tal-gassijiet li tilfu fil-konċentrazzjoni mneħħija wara għall-analiżi. |
|
1.4.1.5. |
Kompartiment tat-taħlit (MC) fejn il-gass tal-egżost u l-arja jitħalltu b’mod uniformi, u li jista’ jitqiegħed qrib il-vettura sabiex b’hekk jitnaqqas it-tul tat-tubu tat-trasferiment (TT). |
1.4.2. Sistema bi Fluss Sħiħ ta’ Tnaqqis fil-Konċentrazzjoni bi Fluss Kritiku tal-Venturi
Figura 7
Sistema ta’ Tnaqqis fil-Konċentrazzjoni bi Fluss Kritiku tal-Venturi
L-użu ta’ venturi bi fluss kritiku (CFV) għas-sistema bi fluss sħiħ ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-mekkaniċi tal-fluss għall-fluss kritiku. Ir-rata tal-fluss tat-taħlita varjabbli tal-gass tal-egżost u tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni tinżamm f’veloċità sonika li hija direttament proporzjonali għall-isquare root tat-temperatura tal-gass. Il-fluss jiġi mmonitorjat, maħdum u integrat kontinwament matul it-test.
L-użu ta’ venturi kampjunarju addizzjonali tal-fluss kritiku jiżgura l-proporzjonalità tal-kampjuni tal-gass meħuda mill-mina li titlef fil-konċentrazzjoni. Billi kemm il-pressjoni kif ukoll it-temperatura huma indaqs fiż-żewġ daħliet tal-venturi, il-volum tal-fluss tal-gass għat-teħid tal-kampjuni huwa proporzjonali għall-volum totali tat-taħlita li tilfet fil-konċentrazzjoni tal-gass tal-egżost prodott u, għalhekk, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan l-anness. It-tagħmir li jiġbor huwa magħmul minn:
|
1.4.2.1. |
Filtru (DAF) għall-arja mhux konċentrata, li jista’ jissaħħan minn qabel jekk ikun meħtieġ. Dan il-filtru għandu jkun magħmul mill-filtri li ġejjin f’sekwenza: filtru tal-faħam tal-kannol attivat mhux mandatorju (fuq in-naħa ta’ ġewwa), u filtru għall-arja ta’ partikuli separati b’effiċjenza għolja (HEPA) (fuq in-naħa ta’ barra). Huwa rrakkomandat li jitqiegħed filtru addizzjonali tal-partikuli inferjuri quddiem il-filtru HEPA u wara l-filtru tal-faħam tal-kannol, jekk jintuża. L-għan tal-filtru tal-faħam tal-kannol huwa li jnaqqas u jistabbilizza l-konċentrazzjonijiet ta’ idrokarbonju tal-emissjonijiet ambjentali fl-arja mhux konċentrata; |
|
1.4.2.2. |
Kompartiment tat-taħlit (MC) fejn il-gass tal-egżost u l-arja jitħalltu b’mod uniformi, u li jista’ jitqiegħed qrib il-vettura sabiex b’hekk jitnaqqas it-tul tat-tubu tat-trasferiment (TT); |
|
1.4.2.3. |
Mina li titlef fil-konċentrazzjoni (DT) li minnha jittieħdu kampjuni ta’ partikuli u partikuli separati; |
|
1.4.2.4. |
Tista’ tintuża xi forma ta’ protezzjoni għas-sistema tal-kejl, pereżempju, separatur taċ-ċiklun, filtru tal-kurrent f’bulk, eċċ.; |
|
1.4.2.5. |
Tubu venturi (CFV) li jkejjel il-fluss kritiku, biex ikejjel il-volum tal-fluss tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni; |
|
1.4.2.6. |
Blower (BL), li jiflaħ biżżejjed il-volum totali tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni. |
2. PROĊEDURA TAL-KALIBRAR TAS-SISTEMA CVS
2.1. Rekwiżiti Ġenerali
Is-sistema CVS għandha tkun ikkalibrata permezz ta’ miter tal-fluss preċiż u mekkaniżmu li jirrestrinġi. Il-fluss mis-sistema għandu jitkejjel f’diversi qari tal-pressjoni u l-parametri tal-kontroll tas-sistema għandhom jitkejlu u jitqabblu mal-flussi. Il-mekkaniżmu li jkejjel il-fluss għandu jkun dinamiku u addattat għar-rata għolja tal-fluss li hemm fl-ittestjar tal-kampjunarju f’volumi kostanti. Il-mekkaniżmu għandu jkollu preċiżjoni ċertifikata marbuta ma’ standard nazzjonali jew internazzjonali approvat.
2.1.1. Jistgħu jintużaw diversi tipi ta’ miters tal-fluss, pereżempju venturi kkalibrati, miter tal-fluss mhux turbolenti, miter tat-turbini kkalibrat, diment li jkunu sistemi ta’ kejl dinamiċi u li jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.3.5 ta’ dan l-appendiċi.
2.1.2. Il-paragrafi li ġejjin fihom dettalji tal-metodi ta’ kalibrar tal-unitajiet PDP u CFV, li jużaw miter tal-fluss mhux turbolenti, li jagħti l-preċiżjoni meħtieġa, flimkien ma’ kontroll statistiku fuq il-validità tal-kalibrar.
2.2. Il-kalibrar tal-pompa b’ċaqliq pożittiv (PDP)
2.2.1. Il-proċedura ta’ kalibrar li ġejja tiddeskrivi t-tagħmir, il-konfigurazzjoni tat-test u l-parametri differenti li huma mkejla biex tiġi stabbilita r-rata tal-fluss tal-pompa CVS. Il-parametri kollha marbuta mal-pompa jiġu mkejla fl-istess ħin mal-parametri marbuta mal-miter tal-fluss li huwa mqabbad f’serje mal-pompa. Ir-rata tal-fluss ikkalkulata (mogħtija f’m3/min fid-daħla tal-pompa, il-pressjoni assoluta u t-temperatura assoluta) jistgħu mbagħad jiġu ipplottjati meta mqabbla mal-funzjoni tal-korrelazzjoni li hija l-valur ta’ taħlita speċifika ta’ parametri tal-pompa. Imbagħad tiġi ddeterminata l-ekwazzjoni lineari li torbot il-fluss tal-pompa mal-funzjoni tal-korrelazzjoni. F’każ li s-CVS ikollha diversi veloċitajiet tas-sewqan, għandu jsir kalibrar għal kull firxa użata.
2.2.2. Din il-proċedura ta’ kalibrar hija bbażata fuq il-kejl tal-valuri assoluti tal-parametri tal-pompa u tal-miter tal-fluss li jirrelataw ir-rata tal-fluss f’kull punt. Għandhom jinżammu tliet kundizzjonijiet sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni u l-integrità tal-kurva tal-kalibrar:
|
2.2.2.1. |
Il-pressjonijiet tal-pompi għandhom jitkejlu b’daqqiet żgħar fuq il-pompa minflok fuq il-pajp estern fid-daħla u l-iżbokk tal-pompa. Il-viti tal-pressjoni li huma mwaħħlin fil-parti ta’ fuq taċ-ċentru u fil-parti ta’ isfel taċ-ċentru tal-headplate li jdawwar il-pompa huma esposti għall-pressjonijiet proprja tal-ħofra tal-pompa, u għalhekk jirriflettu d-differenzi tal-pressjoni assoluta; |
|
2.2.2.2. |
It-temperatura għandha tinżamm stabbli waqt il-kalibrar. Il-miter tal-fluss mhux turbulenti huwa sensittiv għall-ossillazzjonijiet tat-temperatura fid-daħla li jikkawżaw it-tferrix tal-punti tad-dejta. Tibdiliet gradwali ta’ ± 1 K fit-temperatura huma aċċettabbli dejjem jekk iseħħu fuq perjodu ta’ diversi minuti; |
|
2.2.2.3. |
Il-konnessjonijiet kollha bejn il-miter tal-fluss u l-pompa CVS għandhom ikunu ħielsa minn kull tnixxija. |
2.2.3. Waqt test dwar l-emissjoni tal-egżost, il-kejl ta’ dawn l-istess parametri tal-pompa jagħti ċans lill-utent jikkalkula r-rata tal-fluss mill-ekwazzjoni tal-kalibrar.
2.2.4. Il-Figura 8 ta’ dan l-appendiċi turi mod wieħed kif jista’ jiġi organizzat it-test. Jista’ jkun hemm varjazzjonijiet, diment li dawn jiġu approvati mis-Servizz Tekniku bħala li għandhom preċiżjoni komparabbli. Jekk jintuża t-tqassim muri fil-Figura 8, id-dejta li ġejja għandha tinstab li hija fil-limiti tal-preċiżjoni msemmija:
|
Il-pressjoni barometrika (ikkoreġuta)(Pb) |
± 0,03 kPa |
|
It-temperatura ambjentali (T) |
± 0,2 K |
|
It-temperatura tal-arja f’LFE (ETI) |
± 0,15 K |
|
Id-dipressjoni fil-pressjoni ‘l fuq minn LFE (EPI) |
± 0,01 kPa |
|
Il-waqgħa fil-pressjoni tul il-matrix LFE (EDP) |
± 0,0015 kPa |
|
It-temperatura tal-arja fid-daħla tal-pompa CVS (PTI) |
± 0,2 K |
|
It-temperatura tal-arja fl-iżbokk tal-pompa CVS (PTO) |
± 0,2 K |
|
Id-dipressjoni fil-pressjoni fid-daħla tal-pompa CVS (PPI) |
± 0,22 kPa |
|
Ir-ras tal-pressjoni fl-iżbokk tal-pompa CVS (PPO) |
± 0,22 kPa |
|
Id-dawrien tal-pompa waqt il-perjodu tat-test (n) |
± 1 min-1 |
|
Il-ħin li għadda għal perjodu (minimu ta’ 250 s) (t) |
± 0,1 s |
Figura 8
Konfigurazzjoni tal-Kalibrar PDP
2.2.5. Wara li s-sistema tkun ġiet imqabbda kif indikat fil-Figura 8 ta’ dan l-Appendiċi, issettja r-ristrinġitur varjabbli fil-pożizzjoni miftuħa għal kollox u ħaddem il-pompa CVS għal 20 minuta qabel tibda l-kalibrar.
2.2.6. Erġa’ ssettja l-valv tar-ristrinġitur f’kundizzjoni aktar ristretta b’żieda fid-dipressjoni fid-daħla tal-pompa (madwar 1 kPa) li tagħti minimu ta’ sitt punti tad-dejta għall-kalibrar totali. Ħalli lis-sistema tistabbilizza għal tliet minuti u rrepeti l-ksib tad-dejta.
2.2.7. Ir-rata tal-fluss tal-arja (Qs) f’kull punt tat-test tiġi kkalkulata fi standard m3/min mid-dejta tal-miter tal-fluss permezz tal-metodu preskritt mill-fabbrikant.
2.2.8. Ir-rata tal-fluss tal-arja mbagħad tinqaleb fi fluss tal-pompa (V0) f’m3/rev f’temperatura assoluta u pressjoni assoluta fid-daħla tal-pompa.
Fejn:
|
V0 |
= |
ir-rata tal-fluss tal-pompa f’Tp u Pp (m3/rev), |
|
Qs |
= |
il-fluss tal-arja f’101,33 kPa u 273,2 K (m3/min), |
|
Tp |
= |
it-temperatura fid-daħla tal-pompa (K), |
|
Pp |
= |
il-pressjoni assoluta fid-daħla tal-pompa (kPa), |
|
N |
= |
il-veloċità tal-pompa (min-1). |
2.2.9. Sabiex tagħmel tajjeb għall-aġir reċiproku tal-varjazzjonijiet tal-pressjoni fil-veloċità tal-pompa fir-rata tal-pompa u fir-rata fejn taqtal-pompa, il-funzjoni tal-korrelazzjoni (x0) bejn il-veloċità tal-pompa (n) u d-differenza fil-pressjoni mid-daħla tal-pompa sal-iżbokk tal-pompa u l-pressjoni assoluta fl-iżbokk tal-pompa tiġi mbagħad ikkalkulata kif ġej:
Fejn:
|
x0 |
= |
il-funzjoni tal-korrelazzjoni, |
|
ΔΡp |
= |
id-differenza fil-pressjoni mid-daħla tal-pompa sal-iżbokk tal-pompa (kPa), |
|
Pe |
= |
il-pressjoni assoluta fl-iżbokk (PPO + Pb) (kPa). |
L-inqas daqs ta’ kwadru li jogħqod lineari jsir biex jiġu ġġenerati l-ekwazzjonijiet tal-kalibrar li għandhom il-formula:
|
|
V0 = D0 – M (x0) |
|
|
n = A – B (ΔΡp) |
D0, M, A u B huma l-kostanti tal-interċezzjoni tan-niżla li jiddeskrivu l-linji.
2.2.10. Sistema CVS li għandha diversi veloċitajiet għandha tkun kalibrata fuq kull veloċità użata. Il-kurvi tal-kalibrar maħluqa għall-firxiet għandhom ikunu bejn wieħed u ieħor paralleli u l-valuri tal-interċezzjoni (D0) għandhom jiżdiedu hekk kif tonqos il-firxa tal-fluss tal-pompa.
2.2.11. Jekk il-kalibrar ikun sar sew u bir-reqqa, il-valuri kkalkulati mill-ekwazzjoni għandhom ikunu fi ħdan 0.5 fil-mija tal-valur imkejjel ta’ V0. Il-valuri ta’ M sejrin ivarjaw minn pompa għall-oħra. Il-kalibrar isir meta tiġi startjata l-pompa u wara li ssirilha xi manutenzjoni kbira.
2.3. Kalibrar tal-venturi bi fluss kritiku (CFV)
2.3.1. Il-kalibrar tas-CFV huwa bbażat fuq l-ekwazzjoni tal-fluss għal venturi kritiku:
Fejn:
|
Qs |
= |
il-fluss, |
|
Kv |
= |
il-koeffiċjent tal-kalibrar, |
|
P |
= |
il-pressjoni assoluta (kPa), |
|
T |
= |
it-temperatura assoluta (K). |
Il-fluss tal-gass hija funzjoni tal-pressjoni u t-temperatura fid-daħla.
Il-proċedura tal-kalibrar deskritta hawn taħt tistabbilixxi l-valur tal-koeffiċjent tal-kalibrar f’valuri mkejla tal-pressjoni, tat-temperatura u tal-fluss tal-arja.
2.3.2. Il-proċedura rrakkomandata tal-fabbrikant għandha tiġi segwita biex jiġu kalibrati l-porzjonijiet elettroniċi tas-CFV.
2.3.3. Huwa meħtieġ kejl għall-kalibrar tal-fluss tal-venturi bi fluss kritiku u d-dejta li ġejja għandha tinstab fi ħdan il-limiti ta’ preċiżjoni mogħtija:
|
Il-pressjoni barometrika (ikkoreġuta) (Pb) |
± 0,03 kPa, |
|
Temperatura tal-arja LFE, miter tal-fluss (ETI) |
± 0,15 K, |
|
Dipressjoni fil-pressjoni ‘l fuq minn LFE (EPI) |
± 0,01 kPa, |
|
Waqgħa fil-pressjoni tul il-matrix (EDP) LFE |
± 0,0015 kPa, |
|
Il-fluss tal-arja (Qs) |
± 0,5 fil-mija, |
|
Dipressjoni fid-daħla CFV (PPI) |
± 0,02 kPa, |
|
Temperatura fid-daħla tal-venturi (Tv) |
± 0,2 K. |
2.3.4. It-tagħmir għandu jiġi organizzat kif jidher fil-figura 9 ta’ dan l-appendiċi u ċċekkjat jekk inixxix. Kull tnixxija bejn il-mekkaniżmu li jkejjel il-fluss u l-venturi bi fluss kritiku sejra taffettwa serjament il-preċiżjoni tal-kalibrar.
Figura 9
Il-Konfigurazzjoni tal-Kalibrar CFV
2.3.5. Ir-ristrinġitur tal-fluss varjabbli għandu jkun issettjat fil-pożizzjoni miftuħa, il-blower għandu jiġi startjat u s-sistema stabbilizzata. Għandha tiġi rrekordjata d-dejta mill-istrumenti kollha.
2.3.6. Ir-ristrinġitur tal-fluss għandu jkun varjat u għandhom jittieħdu mill-inqas tmien reġistrazzjonijiet taċ-ċifri tul il-firxa tal-fluss kritiku tal-venturi.
2.3.7. Id-dejta rrekordjata waqt il-kalibrar għandha tintuża fil-kalkoli li ġejjin. Ir-rata tal-fluss tal-arja (Qs) f’kull punt tat-test tiġi kkalkulata mid-dejta tal-miter tal-fluss permezz tal-metodu preskritt mill-fabbrikant.
Ikkalkula l-valuri tal-koeffiċjent tal-kalibrar għal kull punt tat-test:
Fejn:
|
Qs |
= |
ir-rata tal-fluss f’m3/min f’273,2 K u 101,33 kPa, |
|
Tv |
= |
it-temperatura fid-daħla tal-venturi (K), |
|
Pv |
= |
il-pressjoni assoluta fid-daħla tal-venturi (kPa). |
Ipplottja Kv bħala funzjoni tal-pressjoni fid-daħla tal-venturi. Għall-fluss soniku, Kv ser ikollu valur relattivament kostanti. Hekk kif il-pressjoni tonqos (il-vakwu jiżdied), il-venturi jsir bla ċowk u l-Kv jonqos. Il-bidliet Kv li jirriżultaw mhumiex permessibbli.
Għal minimu ta’ tmien punti fir-reġjun kritiku, ikkalkula l-Kv medju u d-devjazzjoni standard.
Jekk id-devjazzjoni standard taqbeż 0,3 fil-mija tal-Kv medju, ħu azzjoni korrettiva.
3. IL-PROĊEDURA TA’ VERIFIKA TAS-SISTEMA
3.1. Rekwiżiti Ġenerali
Il-preċiżjoni totali tas-sistema kampjunarja CVS u tas-sistema analitika għandha tiġi stabbilita billi jiddaħħal piż magħruf ta’ sustanza li tniġġes tal-gass fis-sistema waqt li tkun qed titħaddem bħallikieku waqt test normali u mbagħad jiġi analizzat u kkalkulat il-piż tas-sustanza li tniġġes skont il-formula msemmija fil-paragrafu 6.6 tal-Anness 4a, għajr li d-densità tal-propan għandha titqies bħala 1,967 gramma kull litru f’kundizzjonijiet standard. Iż-żewġ tekniki li ġejjin huma magħrufa li jagħtu biżżejjed preċiżjoni.
Id-devjazzjoni massima permessibbli bejn il-kwantità ta’ gass imdaħħla u l-kwantità ta’ gass imkejla hija 5 fil-mija.
3.2. Metodu CFO
3.2.1. It-tkejjil ta’ fluss kostanti tal-gass pur (CO jew C3H8) permezz ta’ mekkaniżmu fil-ftuħ tal-fluss kritiku.
3.2.2. Kwantità magħrufa ta’ gass pur (CO jew C3H8) tiddaħħal fis-sistema CVS mill-bokka kritika kalibrata. Jekk il-pressjoni fid-daħla tkun għolja biżżejjed, ir-rata tal-fluss (q), li hija aġġustata permezz tal-bokka tal-fluss kritiku, ma għandhiex x’taqsam mal-pressjoni fl-iżbokk tal-fetħa (fluss kritiku). Jekk ikun hemm devjazzjonijiet li jaqbżu l-5 fil-mija, għandha tiġi stabbilita l-kawża tal-ħsara u tiġi msewwija. Is-sistema CVS hija mħaddma bħal f’test tal-emissjonijiet tal-egżost għal madwar 5 sa 10 minuti. Il-gass miġbur fil-borża kampjunarja jiġi analizzat permezz tat-tagħmir tas-soltu u r-riżultati jiġu mqabbla mal-konċentrazzjoni tal-kampjuni tal-gass li kienet magħrufa minn qabel.
3.3. Metodu li Jkejjel il-Piż
3.3.1. It-tkejjil ta’ kwantità limitata ta’ gass pur (CO jew C3H8) permezz ta’ teknika li tkejjel il-piż.
3.3.2. Il-proċedura li ġejja li tkejjel il-piż tista’ tintuża biex tivverifika s-sistema CVS.
Il-piż ta’ ċilindru żgħir mimli bil-monossidu tal-karbonju jew bil-propan jiġi ddeterminat bi preċiżjoni ta’ ± 0,01 g. Għal madwar 5 sa 10 minuti, is-sistema CVS tiġi mħaddma bħal f’test tal-emissjoni normali tal-egżost, filwaqt li s-CO jew il-propan jiġu injettati fis-sistema. Il-kwantità ta’ gass pur involut tiġi ddeterminata billi tintiżen b’modi differenti. Il-gass akkumulat fil-borża mbagħad jiġi analizzat permezz tat-tagħmir użat normalment għall-analiżi tal-gass tal-egżost. Ir-riżultati mbagħad jiġu mqabbla mal-figuri ta’ konċentrazzjoni maħduma qabel.
Appendiċi 3
It-tagħmir għall-kejl tal-emissjonijiet tal-gass
1. SPEĊIFIKAZZJONI
1.1. Ħarsa Ġenerali lejn is-Sistema
Għandu jinġabar kampjun proporzjonali kontinwu tal-gassijiet tal-egżost li tilfu fil-konċentrazzjoni u tal-arja mhux konċentrata sabiex jiġi analizzat.
Il-piż tal-emissjonijiet tal-gass għandu jiġi ddeterminat mill-kampjun proporzjonali tal-konċentrazzjonijiet u l-volum totali mkejjel waqt it-test. Il-kampjun tal-konċentrazzjonijiet għandu jiġi kkoreġut sabiex jieħu kont tal-kontenut tas-sustanza li tniġġes tal-arja ambjentali.
1.2. Ir-Rekwiżiti tas-Sistema tat-Teħid tal-Kampjuni
1.2.1. Il-kampjun tal-gassijiet tal-egżost li jitilfu fil-konċentrazzjoni għandu jittieħed ‘il fuq mill-mekkaniżmu li jiġbed iżda ‘l isfel mill-mekkaniżmi li jikkundizzjonaw (jekk ikun hemm).
1.2.2. Ir-rata tal-fluss ma għandhiex tvarja mill-medja b’aktar minn ±2 fil-mija.
1.2.3. Ir-rata tat-teħid tal-kampjuni ma għandhiex taqa’ taħt il-5 litri fil-minuta u ma għandhiex taqbeż iż-0.2 fil-mija tar-rata tal-fluss tal-gassijiet tal-egżost li jitilfu fil-konċentrazzjoni. Għas-sistemi tat-teħid tal-kampjuni b’piż kostanti għandu japplika limitu ekwivalenti.
1.2.4. Kampjun tal-arja li titlef fil-konċentrazzjoni għandu jittieħed b’rata ta’ fluss kostanti qrib id-daħla tal-arja ambjentali (wara l-filtru jekk ikun hemm wieħed imwaħħal).
1.2.5. Il-kampjun tal-arja li titlef fil-konċentrazzjoni ma għandux ikun ikkontaminat bil-gassijiet tal-egżost miż-żona fejn isir it-taħlit.
1.2.6. Ir-rata tat-teħid tal-kampjuni għall-arja li titlef fil-konċentrazzjoni għandha tkun komparabbli ma’ dik użata fil-każ tal-gassijiet tal-egżost li tilfu fil-konċentrazzjoni.
1.2.7. Il-materjal użat għall-operazzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni għandu jkun tali li ma jbiddilx il-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes.
1.2.8. Jistgħu jintużaw filtri sabiex jiġbdu l-partikuli solidi mill-kampjun.
1.2.9. Il-valvi differenti użati biex jidderieġu l-gassijiet tal-egżost għandhom ikunu tat-tip li jaġġustaw ruħhom malajr u li jaġixxu malajr.
1.2.10. Konnessjonijiet li ma jnixxux gass minnhom u li jintrabtu malajr jistgħu jintużaw bejn il-valvi fi tliet direzzjonijiet u l-boroż kampjunarji, bil-konnessjonijiet jissiġillaw ruħhom awtomatikament fuq il-ġenb tal-borża. Jistgħu jintużaw sistemi oħrajn biex jgħaddu l-kampjuni fl-analizzatur (pereżempju, valvi li jagħlqu fi tliet postijiet).
1.2.11. Il-ħżin tal-kampjun
Il-kampjuni tal-gass għandhom jinġabru f’boroż kampjunarji li jesgħu biżżejjed sabiex ma jnaqqsux il-fluss tal-kampjun; il-materjal tal-borża għandu jkun tali li ma jaffettwax la l-qisien infushom u lanqas il-kompożizzjoni kimika tal-kampjuni tal-gass b’aktar minn ± 2 fil-mija wara 20 minuta (pereżempju: films tal-polietilene/poliammid laminati, jew poliidrokarbonji fluworinati).
1.2.12. Is-Sistema tat-Teħid tal-Kampjuni tal-Idrokarbonji — Magni Diżil
|
1.2.12.1. |
Is-sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-idrokarbonji għandha tkun magħmula minn sonda kampjunarja msaħħna, linja, filtru u pompa. Is-sonda kampjunarja għandha titwaħħal ‘il bogħod mid-daħla tal-gass tal-egżost daqs kemm hija ‘l bogħod is-sonda kampjunarja tal-partikuli separati, b’tali mod li l-ebda waħda minnhom ma tinterferixxi ma’ kampjuni meħuda mill-oħra. Hija għandu jkollha dijametru minimu intern ta’ 4 mm. |
|
1.2.12.2. |
Il-partijiet kollha msaħħnin għandhom jinżammu f’temperatura ta’ 463 K (190 °C) ± 10 K permezz tas-sistema tat-tisħin. |
|
1.2.12.3. |
Il-konċentrazzjoni medja tal-idrokarbonji mkejla għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ integrazzjoni. |
|
1.2.12.4. |
Il-linja tal-kampjun imsaħħan għandha tkun mgħammra b’filtru msaħħan (FH) 99 fil-mija effiċjenti b’partikuli ≥ 0,3 μm, biex jiġbed xi partikuli solidi mill-fluss kontinwu tal-gass meħtieġa għall-analiżi. |
|
1.2.12.5. |
Il-ħin tar-rispons tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni (mis-sonda għad-daħla tal-analizzatur) ma għandux ikun aktar minn erba’ sekondi. |
|
1.2.12.6. |
L-HFID għandu jintuża b’sistema ta’ fluss kostanti (skambjatur tas-sħana) biex ikun żgurat li l-kampjun huwa rappreżentattiv, sakemm ma jsirx kumpens biex ikun varjat il-fluss CFV jew CFO. |
1.3. Rekwiżiti tal-Analiżi tal-Gass
1.3.1. Analiżi tal-monossidu tal-karbonju (CO) u tad-diossidu tal-karbonju (CO2):
L-analizzaturi għandhom ikunu tat-tip li ma jinfirxux u jassorbu l-infraaħmar (NDIR).
1.3.2. Analiżi tal-Idrokarbonji Totali (THC) — magni li jixegħlu bl-ispark:
L-analizzatur għandu jkun tat-tip tal-jonizzazzjoni tal-fjamma (FID) ikkalibrat bil-gass tal-propan espress b’mod ekwivalenti għall-atomi tal-karbonju (C1).
1.3.3. Analiżi tal-Idrokarbonji Totali (THC) — magni li jaħdmu bil-kompressjoni:
L-analizzatur għandu jkun tat-tip tal-jonizzazzjoni tal-fjamma bid-ditekter, il-valvi, ix-xogħol tal-pajpijiet, eċċ, imsaħħna għal 463 K (190 °C) ± 10 K (HFID). Huwa għandu jkun ikkalibrat bil-gass propan espress b’mod ekwivalenti għall-atomi tal-karbonju (C1).
1.3.4. Analiżi tal-ossidu nitroġeniku (NOx):
L-analizzatur għandu jkun jew tat-tip li jitfa’ d-dawl waqt reazzjoni kimika (CLA) jew li ma jxerridx l-assorbiment tar-riżonanza ultravjola (NDUVR), it-tnejn b’konverturi NOx-NO.
1.3.5. Analiżi tal-metanu (CH4):
L-analizzatur għandu jkun kromatografu tal-gass ikkombinat ma’ tip ta’ jonizzazzjoni tal-fjamma (FID) jew ma’ tip ta’ jonizzazzjoni tal-fjamma (FID) b’tip ta’ cutter mhux tal-metanu, ikkalibrat b’gass tal-metanu espress f’ekwivalenti għall-atomi tal-karbonju (C1).
1.3.6. L-analizzaturi għandu jkollhom medda ta’ kejl li tkun kompatibbli mal-preċiżjoni meħtieġa biex jitkejlu l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fil-kampjun tal-gass tal-egżost.
1.3.7. L-iżball fil-kejl ma għandux ikun akbar minn ± 2 fil-mija (żball intrinsiku tal-analizzatur) mingħajr ma jitqies il-valur proprju għall-gassijiet tal-kalibrar.
1.3.8. Għal konċentrazzjonijiet ta’ inqas minn 100 ppm, l-iżball fil-kejl ma għandux ikun akbar minn ± 2 ppm.
1.3.9. Il-kampjun tal-arja ambjentali għandu jitkejjel fuq l-istess analizzatur b’medda addattata.
1.3.10. Ma għandu jintuża l-ebda mekkaniżmu li jnixxef il-gass qabel l-analizzaturi sakemm ma jkunx magħruf li ma jħallix effett fuq il-kontenut tas-sustanza li tniġġes tal-kurrent tal-gass.
1.4. Deskrizzjonijiet tas-Sistema Rakkomandata
Il-figura 10 hija tpinġija skematika tas-sistema għat-teħid tal-kampjuni tal-emissjonijiet tal-gass.
Figura 10
Dijagramma Skematika tat-Teħid tal-Kampjuni tal-Emissjonijiet tal-Gass
Il-komponenti tas-sistema huma dawn li ġejjin:
|
1.4.1. |
Żewġ sondi kampjunarji (S1 u S2) għat-teħid kontinwu tal-kampjuni ta’ arja mhux konċentrata, kif ukoll tat-taħlita mhux konċentrata tal-gass tal-egżost/tal-arja; |
|
1.4.2. |
Filtru (F), biex jiġbed il-partikuli solidi mill-flussi tal-gass miġbura għall-analiżi; |
|
1.4.3. |
Il-pompi (P), biex jiġbru fluss kostanti tal-arja mhux konċentrata, kif ukoll tat-taħlita mhux konċentrata tal-gass tal-egżost/tal-arja waqt it-test; |
|
1.4.4. |
Kontrolluri tal-fluss (N), biex jiżguraw fluss uniformi kostanti tal-kampjuni tal-gass meħuda waqt it-test mis-sondi kampjunarji S1 u S2 (għal PDP-CVS) u l-fluss tal-kampjuni tal-gass għandhom ikunu tali li, fl-aħħar ta’ kull test, il-kwantità tal-kampjuni tkun biżżejjed għall-analiżi (madwar 10 litri kull minuta); |
|
1.4.5. |
Miters tal-fluss (FL), biex jaġġustaw u jimmonitorjaw il-fluss kostanti tal-kampjuni tal-gass waqt it-test; |
|
1.4.6. |
Valvi li jaġixxu malajr (V), biex idawru l-fluss kostanti tal-kampjuni tal-gass għal ġol-boroż kampjunarji jew lejn iż-żbokk fuq barra; |
|
1.4.7. |
Elementi tal-akkoppjar li ma jnixxix gass minnhom u li jissakkru malajr (Q) bejn il-valvi li jaġixxu malajr u l-boroż kampjunarji; l-akkoppjar għandu jagħlaq awtomatikament fuq in-naħa tal-borża kampjunarja; bħala alternattiva, jistgħu jintużaw modi oħrajn biex iġorru l-kampjuni għal ġol-analizzatur (pereżempju, stopcocks fi tliet direzzjonijiet); |
|
1.4.8. |
Boroż (B), għall-ġbir tal-kampjuni tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni u tal-arja mhux konċentrata waqt it-test; |
|
1.4.9. |
Venturi kampjunarju tal-fluss kritiku (SV), biex jieħu kampjuni proporzjonali tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni fis-sonda kampjunarja S2 A(CFV-CVS biss); |
|
1.4.10. |
Scrubber (PS), fil-medda tat-teħid tal-kampjuni (CFV-CVS biss); |
|
1.4.11. |
Komponenti għat-teħid tal-kampjuni tal-idrokarbonji permezz tal-HFID:
|
2. IL-PROĊEDURI TA’ KALIBRAR
2.1. Il-Proċedura ta’ Kalibrar tal-Analizzatur
2.1.1. Kull analizzatur għandu jkun kalibrat kemm ikun hemm bżonn u fi kwalunkwe każ fix-xahar qabel l-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip u mill-inqas darba kull sitt xhur biex tkun ivverifikata l-konformità tal-produzzjoni.
2.1.2. Kull firxa tat-tħaddim użata normalment għandha tkun kalibrata permezz tal-proċedura li ġejja:
|
2.1.2.1. |
Il-kurva tal-kalibrar tal-analizzatur hija stabbilita permezz ta’ mill-inqas ħames punti ta’ kalibrar li jkollhom spazju bejniethom li jkun uniformi kemm jista’ jkun possibbli. Il-konċentrazzjoni nominali tal-gass tal-kalibrar tal-ogħla konċentrazzjoni ma għandhiex tkun inqas minn 80 fil-mija tal-iskala kollha. |
|
2.1.2.2. |
Il-konċentrazzjoni tal-gass tal-kalibrar meħtieġa tista’ tinkiseb permezz ta’ dak li jiddividi l-gass, billi jitlef fil-konċentrazzjoni permezz ta’ N2 purifikat jew permezz ta’ arja sintetika purifikata. Il-preċiżjoni tal-mekkaniżmu li jħallat għandha tkun tali li l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet tal-kalibrar li tilfu fil-konċentrazzjoni jistgħu jiġu ddeterminati sa mhux aktar minn ± 2 fil-mija. |
|
2.1.2.3. |
Il-kurva tal-kalibrar tiġi kkalkulata permezz tal-metodu tal-inqas kwadri. Jekk il-grad polinomjali li jirriżulta jkun akbar minn 3, l-għadd tal-punti ta’ kalibrar għandu jkun mill-inqas ugwali għal dan il-grad polinomjali u 2. |
|
2.1.2.4. |
Il-kurva tal-kalibrar ma għandhiex tvarja b’aktar minn ± 2 fil-mija mill-valur nominali ta’ kull gass tal-kalibrar. |
2.1.3. Traċċa tal-kurva tal-kalibrar
Mit-traċċa tal-kurva tal-kalibrar u l-punti tal-kalibrar, huwa possibbli li jiġi vverifikat jekk il-kalibrar sarx kif suppost. Għandhom jiġu indikati l-parametri karatteristiċi differenti tal-analizzatur, partikolarment:
|
|
Id-daqs; |
|
|
Is-sensittività; |
|
|
Il-punt żero; |
|
|
Id-data ta’ meta jsir il-kalibrar. |
2.1.4. Jekk jista’ jiġi ppruvat għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku li teknoloġija alternattiva (eż. kompjuter, swiċċ b’medda kkontrollata b’mod elettroniku, eċċ.) tista’ tagħti l-istess preċiżjoni, imbagħad ikunu jistgħu jintużaw dawn l-alternattivi.
2.2. Il-Proċedura ta’ Verifika tal-Analizzatur
2.2.1. Kull firxa tat-tħaddim użata normalment għandha tiġi ċċekkjata qabel kull analiżi skont dan li ġej:
2.2.2. Il-kalibrar għandu jiġi ċċekkjat permezz ta’ gass żero u permezz ta’ gass span li l-valur nominali tiegħu huwa bejn 80-95 fil-mija tal-valur li suppost jiġi analizzat.
2.2.3. Jekk, għaż-żewġ punti kkunsidrati, il-valur li nstab ma jvarjax b’aktar minn ± 5 fil-mija tal-iskala kollha mill-valur teoretiku, il-parametri tal-aġġustament jistgħu jiġu mmodifikati. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandha tiġi stabbilita kurva ġdida tal-kalibrar skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-appendiċi.
2.2.4. Wara l-ittestjar, il-gass żero u l-istess gass span jintużaw biex isir l-iċċekkjar mill-ġdid. L-analiżi titqies li hija aċċettabbli jekk id-differenza bejn iż-żewġ riżultati li jkejlu tkun inqas minn 2 fil-mija.
2.3. Proċedura ta’ Kontroll tar-Rispons tal-Idrokarbonju FID
2.3.1. Titjib fir-rispons tad-ditekter
L-FID għandu jiġi aġġustat, kif speċifikat mill-fabbrikant tal-istrument. Għandu jintuża propan fl-arja, biex itejjeb ir-rispons, fuq l-aktar medda komuni tat-tħaddim.
2.3.2. Kalibrar tal-analizzatur HC
L-analizzatur għandu jiġi kkalibrat billi jintuża propan fl-arja u arja sintetika purifikata (ara l-paragrafu 3 ta’ dan l-appendiċi).
Stabbilixxi kurva ta’ kalibrar kif deskritt fil-paragrafu 2.1 ta’ dan l-appendiċi.
2.3.3. Il-fatturi tar-rispons tal-idrokarbonji differenti u l-limiti rrakkomandati
Il-fattur tar-rispons (Rf), għal speċi ta’ idrokarbonju partikolari huwa l-proporzjon tal-qari FID C1 għall-konċentrazzjoni fiċ-ċilindru tal-gass, espress bħala ppm C1.
Il-konċentrazzjoni tal-gass tat-test għandha tkun fuq livell li jagħti rispons ta’ madwar 80 fil-mija tal-iskala kollha tad-diflezzjoni, għall-firxa tat-tħaddim. Il-konċentrazzjoni għandha tkun magħrufa, għal preċiżjoni ta’ ± 2 fil-mija b’referenza għall-istandard tal-kejl tal-piż espress f’volum. Barra minn hekk, iċ-ċilindru tal-gass għandu jkun prekundizzjonat għal 24 siegħa f’temperatura bejn 293 K u 303 K (20 u 30 °C).
Il-fatturi tar-rispons għandhom jiġu ddeterminati meta jibda jaħdem l-analizzatur u minn hemm ‘il quddiem f’intervalli kbar tal-manutenzjoni. Il-gassijiet tat-test li jridu jintużaw u l-fatturi tar-rispons irrakkomandati huma:
|
|
Metanu u arja purifikata: 1 00 < Rf < 1,15 jew 1 < Rf < 1 05 għal vetturi li jieħdu l-NG/bijometan |
|
|
Propylene u arja purifikata: 0,90 < Rf < 1 |
|
|
Toluene u arja purifikata: 0,90 < Rf < 1 |
Dawn huma relattivi għal fattur tar-rispons (Rf) ta’ 1 għall-propan u l-arja purifikata.
2.3.4. Kontroll tal-interferenza tal-ossiġnu u l-limiti rrakkomandati
Il-fattur tar-rispons għandu jiġi ddeterminat kif deskritt fil-paragrafu 2.3.3 ta’ hawn fuq. Il-gass tat-test li jrid jintuża u l-firxa tal-fattur tar-rispons irrakkomandata hija:
Propan u nitroġenu: 0,95 < Rf < 1 05
2.4. Il-Proċedura tat-Test tal-Effiċjenza tal-Konvertur NOx
L-effiċjenza tal-konvertur użat biex jibdel l-NO2 f’NO hija ttestjata kif ġej:
Permezz tat-tqassim tat-test kif muri fil-Figura 11 u l-proċedura deskritta hawn taħt, l-effiċjenza tal-konverturi tista’ tiġi ttestjata permezz ta’ ożonatur.
2.4.1. Ikkalibra l-analizzatur fl-aktar firxa tat-tħaddim komuni billi ssegwi l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant u tuża l-gass żero u l-gass span (il-kontenut NO tiegħu għandu jammonta għal madwar 80 fil-mija tal-firxa tat-tħaddim u l-konċentrazzjoni NO2 tat-taħlita tal-gass għandha tkun inqas minn 5 fil-mija tal-konċentrazzjoni NO). L-analizzatur NOx għandu jkun fil-modalità NO sabiex il-gass span ma jgħaddix mill-konvertur. Ħu nota tal-konċentrazzjoni indikata.
2.4.2. Permezz ta’ fitting forma ta’ T, l-ossiġnu jew l-arja sintetika tiżdied kontinwament mal-fluss tal-gass span sakemm il-konċentrazzjoni indikata tkun madwar 10 fil-mija inqas mill-konċentrazzjoni tal-kalibrar indikata msemmija fil-paragrafu 2.4.1 ta’ hawn fuq. Ħu nota tal-konċentrazzjoni indikata (c). L-ożonatur jinżamm mhux attivat tul dan il-proċess kollu.
2.4.3. L-ożonatur issa huwa attivat biex jiġġenera biżżejjed ożonu ħalli l-konċentrazzjoni NO titnaqqas għal 20 fil-mija (minimu ta’ 10 fil-mija) tal-konċentrazzjoni tal-kalibrar imsemmija fil-paragrafu 2.4.1 ta’ hawn fuq. Ħu nota tal-konċentrazzjoni indikata (d).
2.4.4. L-analizzatur NOx imbagħad jiġi swiċċjat għall-modalità NOx, li jfisser li t-taħlita tal-gass (li tikkonsisti minn NO, NO2, O2 u N2) issa tgħaddi mill-konvertur. Ħu nota tal-konċentrazzjoni indikata (a).
2.4.5. L-ożonatur issa huwa diżattivat. It-taħlita tal-gassijiet deskritti fil-paragrafu 2.4.2 ta’ hawn fuq tgħaddi mill-konvertur għal ġod-ditekter. Ħu nota tal-konċentrazzjoni indikata (b).
Figura 11
Konfigurazzjoni tat-Test tal-Effiċjenza tal-Konvertur NOx
2.4.6. Meta l-ożonatur ikun diżattivat, il-fluss tal-ossiġnu jew tal-arja sintetika jkun magħluq ukoll. Il-qari NO2 tal-analizzatur ma għandux imbagħad ikun aktar minn 5 fil-mija aktar mill-figura mogħtija fil-paragrafu 2.4.1 ta’ hawn fuq.
2.4.7. L-effiċjenza tal-konvertur NOx tiġi kkalkulata kif ġej:
2.4.8. L-effiċjenza tal-konvertur ma għandhiex tkun inqas minn 95 fil-mija.
2.4.9. L-effiċjenza tal-konvertur għandha tiġi ttestjata mill-inqas darba fil-ġimgħa.
3. GASSIJIET TA’ REFERENZA
3.1. Gassijiet puri
Il-gassijiet puri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun meħtieġ, għall-kalibrar u l-operazzjoni:
|
|
Nitroġenu purifikat: (purezza: ≤ 1 ppm C, ≤ 1 ppm CO, ≤ 400 ppm CO2, ≤ 0,1 ppm NO); |
|
|
Arja sintetika purifikata: (purezza: ≤ 1 ppm C, ≤ 1 ppm CO, ≤ 400 ppm CO2, ≤ 0.1 ppm NO); il-kontenut tal-ossiġnu bejn 18 u 21 fil-mija tal-volum; |
|
|
Ossiġnu purifikat: (purezza > 99,5 fil-mija tal-volum O2); |
|
|
Idroġenu purifikat (u taħlita li fiha l-ħiljum): (purezza ≤ 1 ppm C, ≤ 400 ppm CO2); |
|
|
Monossidu tal-karbonju: (purezza minima ta’ 99,5 fil-mija); |
|
|
Propan: (purezza minima ta’ 99,5 fil-mija). |
3.2. Kalibrar u gassijiet span
Għandhom ikunu disponibbli taħlitiet ta’ gassijiet li jkollhom il-kompożizzjonijiet simili li ġejjin:
|
(a) |
C3 H8 u arja sintetika purifikata (ara l-paragrafu 3.1 ta’ hawn fuq); |
|
(b) |
CO u nitroġenu purifikat; |
|
(c) |
CO2 u nitroġenu purifikat. |
NO u nitroġenu purifikat (l-ammont ta’ NO2 li hemm f’dan il-gass tal-kalibrar ma għandux jaqbeż il-5 fil-mija tal-kontenut ta’ NO).
Il-konċentrazzjoni proprja ta’ gass tal-kalibrar ma għandhiex tkun aktar minn ± 2 fil-mija tal-figura msemmija.
Appendiċi 4
Tagħmir li jkejjel l-emissjonijiet tal-piż tal-partikuli separati
1. SPEĊIFIKAZZJONI
1.1. Ħarsa ġenerali lejn is-sistema
1.1.1. L-unità kampjunarja tal-partikuli separati għandha tkun magħmula minn sonda kampjunarja li tkun tinsab fil-mina li titlef fil-konċentrazzjoni, tubu tat-trasferiment tal-partikuli, kontenitur tal-filtru, pompa bi fluss parzjali, u regolaturi li jirregolaw ir-rata tal-fluss u unitajiet tal-kejl.
1.1.2. Huwa rakkomandat li jiġi applikat preklassifikatur tad-daqs tal-partikuli (eż. ċiklun jew impakter) ‘il fuq mill-kontenitur tal-filtru. Madankollu, sonda kampjunarja, li taġixxi bħala mekkaniżmu addattat għall-klassifikazzjoni tad-daqs, bħal dik murija fil-Figura 13, hija aċċettabbli.
1.2. Rekwiżiti Ġenerali
1.2.1. Is-sonda kampjunjarja għat-test tal-fluss tal-gass għall-partikuli separati għandha tkun irranġata b’tali mod fil-pajp li jitlef fil-konċentrazzjoni li jkun jista’ jittieħed kampjun rappreżentattiv tal-fluss tal-gass mit-taħlita uniformi tal-arja/egżost.
1.2.2. Ir-rata tal-fluss tal-kampjun ta’ partikuli separati għandha tkun proporzjonali għall-fluss totali tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni fil-mina li titlef fil-konċentrazzjoni għal tolleranza ta’ mhux aktar minn ± 5 fil-mija tar-rata tal-fluss tal-kampjun ta’ partikuli separati.
1.2.3. Il-gass tal-egżost li jitlef fil-konċentrazzjoni u li jittieħdu kampjuni tiegħu għandu jinżamm f’temperatura taħt it-325 K (52 °C) f’medda ta’ 20 cm ‘il fuq jew ‘l isfel mill-wiċċ tal-filtru tal-partikuli separati, għajr fil-każ ta’ test ta’ riġenerazzjoni fejn it-temperatura għandha tkun taħt il-192 °C.
1.2.4. Il-kampjun tal-partikuli separati għandu jinġabar fuq filtru wieħed imwaħħal f’kontenitur fil-fluss tal-gass tal-egżost li jitlef fil-konċentrazzjoni u li jittieħdu kampjuni tiegħu.
1.2.5. Il-partijiet kollha tas-sistema li titlef fil-konċentrazzjoni u tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni mill-pajp tal-egżost sal-kontenitur tal-filtru, li huma f’kuntatt mal-gass tal-egżost mhux maħdum u li tilef fil-konċentrazzjoni, għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li jnaqqsu d-depożitu jew it-tibdil tal-partikuli separati. Il-partijiet kollha għandhom isiru minn materjal li jgħaddi d-dawl minnu li ma jirreaġixxix mal-komponenti tal-gass tal-egżost, u għandhom ikunu marbuta elettrikament mal-art bil-għan li jiġu evitati effetti elettrostatiċi.
1.2.6. Jekk ma jkunx possibbli li jagħmlu tajjeb għall-varjazzjonijiet fir-rata tal-fluss, għandu jkun hemm dispożizzjoni għal skambjatur tas-sħana u għal mekkaniżmu li jikkontrolla t-temperatura kif speċifikat fl-Appendiċi 2 sabiex ikun żgurat li r-rata tal-fluss fis-sistema tkun kostanti u r-rata kampjunarja tkun proporzjonali bl-istess mod.
1.3. Rekwiżiti Speċifiċi
1.3.1. Sonda Kampjunarja PM
1.3.1.1. Is-sonda kampjunarja għandha tagħti l-istess rendiment ta’ klassifikazzjoni tad-daqs tal-partikuli deskritt fil-paragrafu 1.3.1.4. Huwa rakkomandat li dan ir-rendiment jinkiseb permezz tal-użu ta’ sonda miftuħa u bit-tarf jaqta’ li tħares direttament fid-direzzjoni tal-fluss flimkien ma’ preklassifikatur (ċiklun, impakter, eċċ.). Inkella, tista’ tintuża sonda kampjunarja addattata, bħal dik indikata fil-Figura 13, bil-kundizzjoni li din tikseb ir-rendiment tal-klassifikazzjoni minn qabel deskritta fil-paragrafu 1.3.1.4.
1.3.1.2. Is-sonda kampjunarja għandha tiġi installata qrib il-linja tan-nofs tal-mina, bejn 10 u 20 dijametru tal-mina ‘l isfel mid-daħla tal-gass tal-egżost lejn il-mina u għandu jkollha dijametru intern ta’ mill-inqas 12-il mm.
Jekk jittieħdu aktar minn kampjun simultanju wieħed minn sonda kampjunarja waħda, il-fluss li jittieħed minn dik is-sonda għandu jinqasam f’sottoflussi identiċi sabiex jiġu evitati l-artifatti kampjunarji.
Jekk jintużaw diversi sondi, kull sonda għandha tkun bit-tarf jaqta’, miftuħa u tħares direttament fid-direzzjoni tal-fluss. Is-sondi għandhom ikunu spazjati b’mod indaqs madwar l-assi lonġitudinali ċentrali tal-mina li titlef fil-konċentrazzjoni, bl-ispazji ta’ bejn is-sondi jkunu ta’ mill-inqas 5 cm.
1.3.1.3. Id-distanza mill-ponta kampjunarja sa fejn huwa mwaħħal il-filtru għandha tkun mill-inqas ħames dijametri tas-sonda, iżda ma għandhiex tkun aktar minn 1 020 mm.
1.3.1.4. Il-preklassifikatur (eż. ċiklun, impakter, eċċ.) għandu jitqiegħed ‘l isfel mill-assemblaġġ tal-kontenitur tal-filtru. Il-preklassifikatur b’dijametru tal-partikuli fil-punt tal-qtugħ ta’ 50 fil-mija għandu jkun bejn 2,5 μm u 10 μm bir-rata tal-fluss volumetriku magħżula għat-teħid tal-kampjuni tal-emissjonijiet tal-piż tal-partikuli separati. Il-preklassifikatur għandu jippermetti li mill-inqas 99 fil-mija tal-konċentrazzjoni tal-piż ta’ 1 μm partikuli li jidħlu fil-preklassifikatur jgħaddu mill-ħruġ tal-preklassifikatur bir-rata tal-fluss volumetriku magħżula għat-teħid tal-kampjuni tal-emissjonijiet tal-piż tal-partikuli separati. Madankollu, sonda kampjunarja, li taġixxi bħala mekkaniżmu addattat għall-klassifikazzjoni tad-daqs, bħal dik murija fil-Figura 13, hija aċċettabbli bħala alternattiva għal preklassifikatur separat.
1.3.2. Il-Pompa tal-Kampjun u l-Miter tal-Fluss
1.3.2.1. L-unità li tkejjel il-kampjun tal-fluss tal-gass għandha tkun magħmula minn pompi, regolaturi li jirregolaw il-fluss tal-gass u unitajiet għall-kejl tal-fluss.
1.3.2.2. It-temperatura tal-fluss tal-gass fil-miter tal-fluss ma għandhiex titla’ jew tinżel b’aktar minn ± 3 K, għajr waqt it-testijiet ta’ riġenerazzjoni fuq vetturi mgħammra b’mekkaniżmi li jirriġeneraw perjodikament wara t-trattament. Barra minn hekk, ir-rata tal-piż tal-fluss fil-kampjun għandha tibqa’ proporzjonali għall-fluss totali tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni għal tolleranza ta’ mhux aktar minn ± 5 fil-mija tar-rata tal-piż tal-fluss fil-kampjun ta’ partikuli separati. Jekk il-volum tal-fluss jinbidel b’mod mhux aċċettabbli minħabba li l-filtru jitgħabba żżejjed, it-test għandu jitwaqqaf. Meta jiġi mtenni, ir-rata tal-fluss għandha titnaqqas.
1.3.3. Il-Filtru u l-Kontenitur tal-Filtru
1.3.3.1. Il-valv għandu jitqiegħed ‘l isfel mill-filtru fid-direzzjoni tal-fluss. Il-valv għandu jaġixxi malajr biżżejjed biex jinfetaħ u jingħalaq fi żmien 1 s mill-bidu u mit-tmiem tat-test.
1.3.3.2. Huwa rakkomandat li l-piż miġbur fuq il-filtru b’dijametru ta’ 47 mm (Pe) ikun ≥ 20 μg u li t-tagħbija tal-filtru għandha tiġi massimizzata b’mod konsistenti mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1.2.3 u 1.3.3.
1.3.3.3. Għal test partikolari, il-veloċità fil-wiċċ tal-filtru tal-gass għandha tiġi stabbilita għal valur waħdieni fi ħdan il-medda ta’ 20 cm/s sa 80 cm/s sakemm is-sistema tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni ma tkunx qiegħda titħaddem bi fluss kampjunarju proporzjonali għar-rata tal-fluss tas-CVS.
1.3.3.4. Il-filtri tal-fajber tal-ħġieġ miksija bil-florokarbonju jew il-filtri tal-membranu miksija fil-florokarbonju huma meħtieġa. It-tipi kollha ta’ filtri għandu jkollhom effiċjenza miġbura ta’ 0.3 μm DOP (dioktilftalat) ta’ mill-inqas 99 fil-mija f’veloċità fil-wiċċ tal-filtru tal-gass ta’ mill-inqas 35 cm/s.
1.3.3.5. Id-disinn tal-assemblaġġ tal-kontenitur tal-filtru għandu jkun tali li jipprovdi distribuzzjoni ta’ fluss uniformi tul l-istain area tal-filtru. L-istain area tal-filtru għandha tkun mill-inqas 1 075 mm2.
1.3.4. Il-Miżien u l-Kompartiment għall-Użin tal-Filtru
1.3.4.1. Il-miżien tal-mikrogrammi użat biex jiddetermina l-piż ta’ filtru għandu jkollu preċiżjoni (devjazzjoni standard) ta’ 2 μg u riżoluzzjoni ta’ 1 μg jew aħjar.
Huwa rakkomandat li l-microbalance jiġi ċċekkjat fil-bidu ta’ kull sessjoni ta’ użin billi jintiżen piż wieħed ta’ referenza ta’ 50 mg. Dan il-piż għandu jintiżen tliet darbiet u mbagħad jittieħed ir-riżultat medju. Jekk ir-riżultat medju tal-piżijiet ikun ± 5 μg tar-riżultat mis-sessjoni tal-użin preċedenti, imbagħad is-sessjoni tal-użin u l-miżien jitqiesu bħala validi.
Iċ-ċejmber (jew kamra) tal-użin għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin waqt l-operazzjonijiet kollha tal-użin u tal-kundizzjonar tal-filtri:
|
|
It-temperatura għandha tinżamm f’295 ± 3 K (22 ± 3 °C); |
|
|
L-umdità relattiva għandha tinżamm f’45 ± 8 fil-mija; |
|
|
It-temperatura li fiha tissawwar in-nida għandha tinżamm f’9,5 °C ± 3 °C. |
Huwa rakkomandat li l-kundizzjonijiet tat-temperatura u tal-umdità jiġu rreġistrati flimkien mal-piżijiet tal-filtri ta’ referenza u tal-kampjuni.
1.3.4.2. Korrezzjoni għall-Kapaċità taż-Żamma f’Wiċċ l-Ilma
Il-piżijiet kollha tal-filtri għandhom jiġu kkoreġuti għaż-żamma tal-filtru f’wiċċ l-ilma fl-arja.
Il-korrezzjoni għall-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma tiddependi mid-densità tal-filtru għat-teħid tal-kampjuni, mid-densità tal-arja u mid-densità tal-piż tal-kalibrar użat għall-kalibrar tal-miżien. Id-densità tal-arja hija dipendenti fuq il-pressjoni, it-temperatura u l-umdità.
Huwa rakkomandat li t-temperatura u l-punt li fih tissawwar in-nida tal-ambjent tal-użin jiġu kkontrollati għal 22 °C ± 1 °C u l-punt li fih tissawwar in-nida ta’ 9,5 °C ± 1 °C rispettivament. Madankollu, ir-rekwiżiti minimi msemmija fil-paragrafu 1.3.4.1. ser iwasslu wkoll għal korrezzjoni aċċettabbli għall-effetti tal-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma. Il-korrezzjoni għall-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma għandha tiġi applikata kif ġej:
mcorr = muncorr · (1–((ρair)/(ρweight)))/(1–((ρair)/(ρmedia)))
Fejn:
|
mcorr |
= |
il-piż tal-PM ikkoreġut għall-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma |
|
muncorr |
= |
il-piż tal-PM mhux ikkoreġut għall-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma |
|
ρair |
= |
id-densità tal-arja fl-ambjent tal-miżien |
|
ρweight |
= |
id-densità tal-piż tal-kalibrar użat għall-miżien span |
|
ρmedia |
= |
id-densità tal-mezz (filtru) għat-teħid tal-kampjuni ta’ PM skont it-tabella ta’ hawn taħt: |
|
Il-Mezz tal-Filtru |
ρmedia |
|
Fajber tal-ħġieġ miksi bit-teflon (eż. TX40) |
2 300 kg/m3 |
ρair tista’ tiġi kkalkulata kif ġej:
Fejn:
|
Pabs |
= |
il-pressjoni assoluta fl-ambjent tal-miżien, |
|
Mmix |
= |
il-piż molari tal-arja fl-ambjent tal-miżien (28,836 gmol–1), |
|
R |
= |
il-kostanti tal-gass molari (8,314 Jmol–1K–1), |
|
Tamb |
= |
it-temperatura ambjentali assoluta fl-ambjent tal-miżien. |
L-ambjent tal-kompartiment (jew kamra) għandu jkun ħieles minn kwalunkwe kontaminanti ambjentali (bħal trab) li jista’ jaqa’ fuq il-filtri tal-partikuli separati waqt l-istabbilizzazzjoni tagħhom.
Id-devjazzjonijiet limitati mit-temperatura tal-kamra tal-użin u l-ispeċifikazzjonijiet tal-umdità huma permessibbli sakemm it-tul ta’ żmien totali tagħhom ma jaqbiżx it-30 minuta fi kwalunkwe perjodu wieħed ta’ kundizzjonar tal-filtru. Il-kamra tal-użin għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa qabel ma l-persunal jidħol fil-kamra tal-użin. Matul l-operazzjoni tal-użin ma tista’ ssir l-ebda devjazzjoni mill-kundizzjonijiet speċifikati.
1.3.4.3. L-effetti tal-elettriċità statika għandhom jiġu nullifikati. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-grounding tal-miżien billi jitqiegħed fuq pjanċa antistatika u n-newtralizzazzjoni tal-filtri tal-partikuli separati billi jintiżnu permezz ta’ newtralizzatur polonium jew xi apparat b’effett simili. Alternattivament, in-nullifikazzjoni tal-effetti statiċi tista’ tinkiseb permezz tal-ekwalizzazzjoni taċ-ċarġ statiku.
1.3.4.4. Filtru tat-test għandu jitneħħa mill-kompartiment mhux aktar kmieni minn siegħa qabel jibda t-test.
1.4. Deskrizzjoni tas-Sistema Rakkomandata
Il-Figura 12 hija tpinġija skematika tas-sistema rakkomandata għat-teħid tal-kampjuni ta’ partikuli separati. Billi diversi konfigurazzjonijiet jistgħu jagħtu riżultati ekwivalenti, il-konformità eżatta ma’ din il-figura mhijiex essenzjali. Komponenti addizzjonali bħal strumenti, valvi, solenojdi, pompi u swiċċijiet jistgħu jintużaw biex jagħtu informazzjoni oħra u jikkoordinaw il-funzjonijiet tas-sistema tal-komponent. Komponenti oħrajn li mhumiex meħtieġa sabiex tinżamm il-preċiżjoni ma’ konfigurazzjonijiet ta’ sistemi oħrajn jistgħu jiġu esklużi jekk l-esklużjoni tagħhom tkun ibbażata fuq ġudizzju inġineristiku tajjeb.
Figura 12
Sistema għat-Teħid tal-Kampjuni ta’ Partikuli Separati
Kampjun tal-gass tal-egżost li tilef fil-konċentrazzjoni jittieħed mill-mina li titlef fil-konċentrazzjoni (DT) bi fluss sħiħ permezz tas-sonda tat-teħid tal-kampjuni tal-partikuli separati (PSP) u t-tubu tat-trasferiment tal-partikuli separati (PTT) bl-użu tal-pompa (P). Il-kampjun jiġi mgħoddi mill-preklassifikatur tad-daqs tal-partikuli (PCF) u mill-kontenitur(i) tal-filtru (FH) li jkun fihom il-filtru/i għat-teħid tal-kampjuni tal-partikuli separati. Ir-rata tal-fluss għat-teħid tal-kampjuni tiġi stabbilita mill-kontrollur tal-fluss (FC).
2. IL-PROĊEDURI TAL-KALIBRAR U L-VERIFIKA
2.1. Il-Kalibrar tal-Miter tal-Fluss
Is-Servizz Tekniku għandu jassigura l-eżistenza ta’ ċertifikat tal-kalibrar għall-miter tal-fluss li juri l-konformità ma’ standard traċċabbli fi żmien perjodu ta’ 12-il xahar qabel it-test, jew minn kwalunkwe tiswija jew bidla li tista’ tinfluwenza l-kalibrar.
2.2. Il-Kalibrar tal-Miżien tal-Mikrogrammi
Is-Servizz Tekniku għandu jassigura l-eżistenza ta’ ċertifikat tal-kalibrar għall-miżien tal-mikrogrammi li juri l-konformità ma’ standard traċċabbli fi żmien perjodu ta’ 12-il xahar qabel it-test.
2.3. L-Użin tal-Filtru ta’ Referenza
Sabiex jiġu ddeterminati l-piżijiet speċifiċi tal-filtru ta’ referenza, għandhom jintiżnu mill-inqas żewġ filtri ta’ referenza mhux użati fi żmien 8 sigħat, iżda preferibbilment fl-istess ħin, li jintiżen il-filtru tal-kampjun. Il-filtri ta’ referenza għandhom ikunu tal-istess daqs u materjal bħall-filtru tal-kampjun.
Jekk il-piż speċifiku ta’ kwalunkwe filtru ta’ referenza jinbidel b’aktar minn ± 5 μg bejn il-piżijiet tal-filtru tal-kampjun, imbagħad il-filtru tal-kampjun u l-filtri ta’ referenza għandhom jiġu kkundizzjonati mill-ġdid fil-kamra tal-użin u mbagħad jerġgħu jintiżnu.
It-tqabbil tal-piżijiet tal-filtru ta’ referenza għandu jsir bejn il-piżijiet speċifiċi u l-medja tad-dawrien tal-piżijiet speċifiċi ta’ dak il-filtru ta’ referenza.
Il-medja tad-dawrien għandha tiġi kkalkulata mill-piżijiet speċifiċi miġbura fil-perjodu minn meta l-filtri ta’ referenza tqiegħdu fil-kamra tal-użin. Il-perjodu medju għandu jkun mill-inqas ġurnata waħda iżda mhux aktar minn 30 ġurnata.
Huwa permess li l-filtri tal-kampjun u ta’ referenza jintiżnu u jiġu kkundizzjonati għal aktar minn darba sakemm jgħaddi perjodu ta’ 80 siegħa wara l-kejl tal-gassijiet mit-test tal-emissjonijiet.
Jekk, qabel jew fil-punt ta’ 80 siegħa, aktar minn nofs in-numru ta’ filtri ta’ referenza jilħqu l-kriterju ta’ ± 5 μg, imbagħad l-użin tal-filtru tal-kampjun ikun jista’ jitqies bħala validu.
Jekk, fil-punt ta’ 80 siegħa, jiġu applikati żewġ filtri ta’ referenza u filtru wieħed ma jilħaqx il-kriterju ta’ ± 5 μg, l-użin tal-filtru tal-kampjun ikun jista’ jitqies bħala validu taħt il-kundizzjoni li s-somma tad-differenzi assoluti bejn il-medji speċifiċi u l-medji tad-dawrien miż-żewġ filtri ta’ referenza għandha tkun inqas minn jew ugwali għal 10 μg.
F’każ li inqas minn nofs il-filtri ta’ referenza jilħqu l-kriterju ta’ ± 5 μg, il-filtru tal-kampjun għandu jiġi mwarrab u t-test tal-emissjonijiet jiġi ripetut. Il-filtri kollha ta’ referenza għandhom jiġu mwarrba u jinbidlu fi żmien 48 siegħa.
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-filtri ta’ referenza għandhom jinbidlu mill-inqas kull 30 ġurnata u b’tali mod li ma jintiżen l-ebda filtru tal-kampjun mingħajr ma jiġi mqabbel ma’ filtru ta’ referenza li jkun ilu preżenti fil-kamra tal-użin għal mill-inqas ġurnata waħda.
Jekk il-kriterji tal-istabbilità tal-kamra tal-użin spjegati fil-paragrafu 1.3.4 ma jiġux issodisfati, iżda l-piżijiet tal-filtri ta’ referenza jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq, il-fabbrikant tal-vettura għandu l-għażla li jaċċetta l-piżijiet tal-filtru tal-kampjun jew inkella li jħassar it-testijiet, jirranġa s-sistema tal-kontroll tal-kamra tal-użin u jerġa’ jagħmel it-test.
Figura 13
Il-konfigurazzjoni tas-sonda kampjunarja tal-partikuli separati
Appendiċi 5
Tagħmir għall-kejl tal-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli
1. SPEĊIFIKAZZJONI
1.1. Ħarsa Ġenerali lejn is-Sistema
1.1.1. Is-sistema kampjunarja tal-partikuli għandha tkun magħmula minn mina li titlef fil-konċentrazzjoni, sonda kampjunarja u remover ta’ partikuli volatili (VPR) ‘il fuq mill-kalkolatur tan-numru ta’ partikuli (PNC) u tubi addattati għat-trasferiment.
1.1.2. Huwa rakkomandat li l-preklassifikatur tad-daqs tal-partikuli (eż. ċiklun, impakter, eċċ.) ikun jinsab qabel il-bokka tal-VPR. Madankollu, sonda kampjunarja li taġixxi bħala mekkaniżmu għall-klassifikazzjoni tad-daqs xieraq, bħal dik murija fil-Figura 13, hija alternattiva aċċettabbli għall-użu tal-preklassifikatur tad-daqs tal-partikuli.
1.2. Rekwiżiti Ġenerali
1.2.1. Il-ponta kampjunarja tal-partikuli għandha tkun tinsab ġewwa mina li titlef fil-konċentrazzjoni.
Il-ponta tas-sonda kampjunarja (PSP) u t-tubu ta’ trasferiment tal-partikuli (PTT) flimkien jikkostitwixxu s-sistema tat-trasferiment tal-partikuli (PTS). Il-PTS twettaq il-kampjun mill-mina li titlef fil-konċentrazzjoni sad-daħla tal-VPR. Il-PTS għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Hija għandha titwaħħal qrib il-linja tan-nofs tal-mina, bejn 10 sa 20 dijametru tal-mina ‘l isfel mill-bokka tal-gass, tħares ‘il fuq mill-fluss tal-gass tal-mina bl-assi tagħha fil-ponta parallel għal dak tal-mina li titlef fil-konċentrazzjoni. |
|
|
Hija għandu jkollha dijametru intern ta’ ≥ 8 mm. |
Il-gass tal-kampjun meħud mill-PTS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Huwa għandu jkollu numru Reynolds ta’ fluss (Re) ta’ < 1 700; |
|
|
Huwa għandu jkollu ħin ta’ residenza fil-PTS ta’ ≤ 3 sekondi. |
Kwalunkwe konfigurazzjoni kampjunarja oħra għall-PTS, li għaliha tkun tista’ tintwera penetrazzjoni ta’ partikuli ekwivalenti fi 30 nm, sejra titqies bħala aċċettabbli.
It-tubu tal-iżbokk (OT) li jwassal il-kampjun li tilef fil-konċentrazzjoni mill-VPR sal-bokka tal-PNC għandu jkollu l-proprjetajiet li ġejjin:
|
|
Huwa għandu jkollu dijametru intern ta’ ≥ 4 mm; |
|
|
Il-fluss tal-gass tal-kampjun mill-OT għandu jkollu ħin ta’ residenza ta’ ≤ 0,8 sekondi. |
Kwalunkwe konfigurazzjoni kampjunarja oħra għall-OT, li għaliha tkun tista’ tintwera penetrazzjoni ta’ partikuli ekwivalenti fi 30 nm, sejra titqies bħala aċċettabbli.
1.2.2. Il-VPR għandu jinkludi mekkaniżmi għat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-kampjun u għat-tneħħija tal-partikuli volatili. Is-sonda kampjunarja għall-fluss tal-gass tat-test għandha tkun irranġata b’tali mod fil-pajp li jitlef fil-konċentrazzjoni li jkun jista’ jittieħed kampjun rappreżentattiv minn taħlita uniformi ta’ arja/egżost.
1.2.3. Il-partijiet kollha tas-sistema li titlef fil-konċentrazzjoni u s-sistema tat-teħid tal-kampjuni mill-pajp tal-egżost sal-PNC, li huma f’kuntatt mal-gass tal-egżost mhux maħdum u li tilef fil-konċentrazzjoni, għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li jnaqqsu d-depożitu tal-partikuli. Il-partijiet kollha għandhom ikunu magħmula minn materjal li jgħaddi d-dawl minnu li ma jirreaġixxix ma’ komponenti tal-gass tal-egżost, u għandhom ikunu marbuta elettrikament mal-art bil-għan li jiġu evitati l-effetti elettrostatiċi.
1.2.4. Is-sistema tat-teħid tal-kampjuni ta’ partikuli għandha tinkorpora prattika tajba ta’ teħid ta’ kampjuni tal-ajrusol li tinkludi l-evitar ta’ liwjiet stretti u bidliet f’daqqa fit-taqsima trasversali, l-użu ta’ uċuh interni lixxi u t-tnaqqis fit-tul tal-linja kampjunarja. Il-bidliet gradwali fit-taqsima trasversali huma permessibbli.
1.3. Rekwiżiti Speċifiċi
1.3.1. Il-kampjun tal-partikuli ma għandux jgħaddi minn pompa qabel ma jgħaddi mill-PNC.
1.3.2. Huwa rakkomandat li jintuża preklassifikatur ta’ kampjun.
1.3.3. L-unità tal-prekundizzjonament tal-kampjun għandha:
|
1.3.3.1. |
Tkun kapaċi tnaqqas il-konċentrazzjoni tal-kampjun fi stadju wieħed jew aktar sabiex tintlaħaq konċentrazzjoni ta’ numru ta’ partikuli inqas mill-ogħla limitu tal-modalità tal-għadd ta’ partikula waħda tal-PNC u temperatura tal-gass taħt il-35 °C fil-bokka tal-PNC; |
|
1.3.3.2. |
Tinkludi stadju inizjali msaħħan ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni li jagħmel kampjun b’temperatura ta’ ≥ 150 °C u ≤ 400 °C u li jitlef fil-konċentrazzjoni b’fattur ta’ mill-inqas 10; |
|
1.3.3.3. |
Tikkontrolla l-istadji msaħħna għal temperaturi kostanti li joperaw b’mod nominali, fil-medda speċifikata fil-paragrafu 1.3.3.2, għal tolleranza ta’ ± 10 °C. Hija għandha tipprovdi indikazzjoni ta’ jekk l-istadji msaħħna humiex qegħdin fit-temperaturi operattivi korretti jew le. |
|
1.3.3.4. |
Tikseb fattur ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-partikuli (fr(di)), kif definit fil-paragrafu 2.2.2, għal partikuli ta’ dijametri ta’ mobilità elettrika ta’ 30 nm u 50 nm, jiġifieri mhux aktar minn 30 fil-mija u 20 fil-mija rispettivament ogħla, u mhux aktar minn 5 fil-mija inqas minn dak għall-partikuli ta’ dijametru ta’ mobilità elettrika ta’ 100 nm għall-VPR kollu kemm hu; |
|
1.3.3.5. |
Tikseb ukoll > 99 fil-mija vaporizzazzjoni ta’ 30 nm ta’ partikuli (CH3(CH2)38CH3) tetracontane, b’konċentrazzjoni fil-bokka ta’ ≥ 10 000 cm–3, permezz ta’ tisħin u tnaqqis tal-pressjonijiet parzjali tat-tetracontane. |
1.3.4. Il-PNC għandu:
|
1.3.4.1. |
Jopera taħt kundizzjonijiet operattivi ta’ fluss sħiħ; |
|
1.3.4.2. |
Ikollu preċiżjoni fl-għadd ta’ ± 10 fil-mija fuq il-medda kollha ta’ 1 cm–3 sal-ogħla limitu tal-modalità waħdanija tal-għadd ta’ partikuli tal-PNC meta mqabbel ma’ standard traċċabbli. F’konċentrazzjonijiet ta’ inqas minn 100 cm–3, kejl li l-medja tiegħu tkun ittieħdet fuq perjodi estiżi għat-teħid tal-kampjuni jista’ jkun mitlub li juri l-preċiżjoni tal-PNC b’livell għoli ta’ fiduċja fl-istatistika; |
|
1.3.4.3. |
Ikollu leġibbiltà ta’ mhux inqas minn 0,1 partikuli cm–3 f’konċentrazzjonijiet ta’ inqas minn 100 cm–3; |
|
1.3.4.4. |
Ikollu rispons lineari għall-konċentrazzjonijiet ta’ partikuli fuq il-medda ta’ kejl sħiħ f’modalità waħdanija tal-għadd ta’ partikuli; |
|
1.3.4.5. |
Ikollu frekwenza ta’ rappurtar tad-dejta ugwali għal jew akbar minn 0,5 Hz; |
|
1.3.4.6. |
Ikollu ħin ta’ rispons ta’ T90 fuq il-medda ta’ konċentrazzjoni mkejla ta’ inqas minn 5 s; |
|
1.3.4.7. |
Jinkorpora funzjoni ta’ korrezzjoni koinċidentali sa massimu ta’ korrezzjoni ta’ 10 fil-mija, u jista’ jagħmel użu minn fattur ta’ kalibrar intern kif stabbilit fil-paragrafu 2.1.3, iżda ma jistax jagħmel użu minn xi algoritmu ieħor biex jikkoreġi jew jiddefinixxi l-effiċjenza tal-għadd; |
|
1.3.4.8. |
Ikollu effiċjenzi tal-għadd b’daqsijiet ta’ partikuli ta’ dijametru ta’ mobilità elettrika ta’ 23 nm (± 1 nm) u 41 nm (± 1 nm) ta’ 50 fil-mija (± 12 fil-mija) u > 90 fil-mija rispettivament. Dawn l-effiċjenzi tal-għadd jistgħu jinkisbu permezz ta’ mezzi interni (pereżempju; kontroll tad-disinn tal-istrument) jew esterni (pereżempju; preklassifikazzjoni tad-daqs); |
|
1.3.4.9. |
Jekk il-PNC jagħmel użu minn likwidu operattiv, dan għandu jkun sostitwit bil-frekwenza speċifikata mill-fabbrikant tal-istrument. |
1.3.5. Meta ma jinżammux f’livell kostanti magħruf fil-punt li fih ir-rata tal-fluss tal-PNC tkun ikkontrollata, il-pressjoni u/jew it-temperatura fil-bokka tal-PNC għandhom jitkejlu u jiġu rrapportati għall-finijiet ta’ korrezzjoni tal-kejl tal-konċentrazzjoni ta’ partikuli għal kundizzjonijiet standard.
1.3.6. Is-somma tal-ħin ta’ residenza tal-PTS, VPR u OT kif ukoll tal-ħin ta’ rispons T90 tal-PNC ma għandhiex tkun akbar minn 20 s.
1.4. Deskrizzjoni tas-Sistema Rakkomandata
It-taqsima li ġejja tinkludi l-prattika rakkomandata għall-kejl tan-numru ta’ partikuli. Madankollu, kwalunkwe sistema li tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tat-tħaddim fil-paragrafi 1.2 u 1.3 hija aċċettabbli.
Il-Figura 14 hija tpinġija skematika tas-sistema rakkomandata għat-teħid tal-kampjuni ta’ partikuli.
Figura 14
Skematika tas-Sistema Rakkomandata għat-Teħid tal-Kampjuni ta’ Partikuli
1.4.1. Deskrizzjoni tas-Sistema tat-Teħid tal-Kampjuni
Is-sistema tat-teħid tal-kampjuni ta’ partikuli għandha tikkonsisti minn ponta ta’ sonda kampjunarja fil-mina li titlef fil-konċentrazzjoni (PSP), tubu ta’ trasferiment tal-partikuli (PTT), preklassifikatur tal-partikuli (PCF) u remover tal-partikuli volatili (VPR) ‘il fuq mill-unità tal-kejl tal-konċentrazzjoni tan-numru ta’ partikuli (PNC). Il-VPR għandu jinkludi apparat għat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ kampjuni (dilwituri ta’ numru ta’ partikuli: PND1 u PND2) u l-evaporazzjoni tal-partikuli (Tubu tal-evaporazzjoni, ET). Is-sonda kampjunarja għall-fluss tal-gass tat-test għandha tkun irranġata b’tali mod fit-tratt tad-dilwizzjoni li jkun jista’ jittieħed kampjun rappreżentattiv tal-fluss tal-gass minn taħlita uniformi ta’ arja/egżost. Is-somma tal-ħin ta’ residenza tas-sistema flimkien mal-ħin tar-rispons T90 tal-PNC ma għandhiex tkun akbar minn 20 s.
1.4.2. Sistema ta’ Trasferiment tal-Partikuli
Il-ponta tas-sonda kampjunarja (PSP) u t-tubu ta’ trasferiment tal-partikuli (PTT) flimkien jikkostitwixxu s-sistema ta’ trasferiment tal-partikuli (PTS). Il-PTS twettaq il-kampjun mill-mina li titlef fil-konċentrazzjoni sad-daħla tal-ewwel dilwitur tan-numru ta’ partikuli. Il-PTS għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Hija għandha tiġi installata qrib il-linja ċentrali tal-mina, 10 sa 20 dijametri tal-mina ‘l isfel mill-bokka tal-gass, li tħares ‘il fuq fil-fluss tal-gass tal-mina bl-assi tagħha fil-ponta parallel ma’ dak tal-mina li titlef fil-konċentrazzjoni. |
|
|
Hija għandu jkollha dijametru intern ta’ ≥ 8 mm. |
Il-gass tal-kampjun meħud mill-PTS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Huwa għandu jkollu numru Reynolds ta’ fluss (Re) ta’ < 1 700; |
|
|
Huwa għandu jkollu ħin ta’ residenza fil-PTS ta’ ≤ 3 sekondi. |
Kwalunkwe konfigurazzjoni kampjunarja oħra għall-PTS, li għaliha tkun tista’ tintwera penetrazzjoni ta’ partikuli ekwivalenti għal partikuli b’dijametru ta’ mobilità elettrika ta’ 30 nm, sejra titqies bħala aċċettabbli.
It-tubu tal-iżbokk (OT) li jwassal il-kampjun li tilef fil-konċentrazzjoni mill-VPR sal-bokka tal-PNC għandu jkollu l-proprjetajiet li ġejjin:
|
|
Huwa għandu jkollu dijametru intern ta’ ≥ 4 mm; |
|
|
Il-fluss tal-gass tal-kampjuni mill-POT għandu jkollu ħin ta’ residenza ta’ ≤ 0,8 sekondi. |
Kwalunkwe konfigurazzjoni kampjunarja oħra għall-OT, li għaliha tkun tista’ tintwera penetrazzjoni ta’ partikuli ekwivalenti għal partikuli b’dijametru ta’ mobilità elettrika ta’ 30 nm, sejra titqies bħala aċċettabbli.
1.4.3. Preklassifikatur tal-Partikuli
Il-preklassifikatur rakkomandat tal-partikuli għandu jkun jinsab ‘il fuq mill-VPR. Il-preklassifikatur b’dijametru ta’ partikuli b’punt ta’ qtugħ ta’ 50 fil-mija għandu jkun bejn 2,5 μm u 10 μm bir-rata ta’ fluss volumetrika magħżula għat-teħid ta’ kampjuni tal-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli. Il-preklassifikatur għandu jippermetti mill-inqas 99 fil-mija tal-konċentrazzjoni tal-piż ta’ partikuli 1 μm li jidħlu fil-preklassifikatur biex jgħaddu mill-ħruġ tal-preklassifikatur bir-rata ta’ fluss volumetrika magħżula għat-teħid ta’ kampjuni tal-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli.
1.4.4. Remover ta’ Partikuli Volatili (VPR)
Il-VPR għandu jinkludi dilwitur wieħed tan-numru ta’ partikuli (PND1), tubu tal-evaporazzjoni u t-tieni dilwitur (PND2) fis-serje. Din il-funzjoni ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni għandha tnaqqas il-konċentrazzjoni tan-numru tal-kampjun li jidħol fl-unità tal-kejl tal-konċentrazzjoni tal-partikuli għal inqas mill-ogħla limitu tal-modalità waħdanija tal-għadd ta’ partikuli tal-PNC u biex jissopprimi n-nukleazzjoni fil-kampjun. Il-VPR għandu jipprovdi indikazzjoni ta’ jekk il-PND1 u t-tubu tal-evaporazzjoni humiex joperaw fit-temperaturi korretti tagħhom.
Il-VPR għandu jikseb > 99 fil-mija vaporizzazzjoni ta’ 30 nm ta’ partikuli (CH3(CH2)38CH3) tetracontane, b’konċentrazzjoni fil-bokka ta’ ≥ 10 000 cm–3, permezz ta’ tisħin u tnaqqis tal-pressjonijiet parzjali tat-tetracontane. Huwa għandu jikseb ukoll fattur ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-partikuli (fr) għal partikoli b’dijametri ta’ mobilità elettrika ta’ 30 nm u 50 nm, jiġifieri mhux aktar minn 30 fil-mija u 20 fil-mija rispettivament ogħla, u mhux aktar minn 5 fil-mija inqas minn dak għall-partikuli ta’ dijametru ta’ mobilità elettrika ta’ 100 nm għall-VPR kollu kemm hu.
1.4.4.1. L-Ewwel Apparat ta’ Tnaqqis fil-Konċentrazzjoni tan-Numru ta’ Partikuli (PND1)
L-ewwel apparat ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tan-numru ta’ partikuli għandu jkun iddisinjat speċifikament biex inaqqas il-konċentrazzjoni tan-numru ta’ partikuli u jopera b’temperatura (tal-ħajt) ta’ 150 °C sa 400 °C. Il-punt stabbilit tat-temperatura tal-ħajt għandha tinżamm f’temperatura operattiva nominali kostanti, f’din il-medda, sa tolleranza ta’ ± 10 °C u mhux aktar mit-temperatura tal-ħajt tal-ET (paragrafu 1.4.4.2). L-apparat li jnaqqas il-konċentrazzjoni għandu jiġi fornut b’arja HEPA li titlef fil-konċentrazzjoni u ffiltrata u jkollu l-kapaċità ta’ fattur ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ 10 sa 200 darba.
1.4.4.2. Tubu tal-Evaporazzjoni
It-tul kollu tal-ET għandu jkun ikkontrollat għal temperatura tal-ħajt akbar minn jew ugwali għal dik tal-ewwel apparat ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tan-numru ta’ partikuli u t-temperatura tal-ħajt miżmuma f’temperatura operattiva nominali fissa ta’ bejn it-300 °C u l-400 °C, sa tolleranza ta’ ± 10 °C.
1.4.4.3. It-Tieni Apparat ta’ Tnaqqis fil-Konċentrazzjoni tan-Numru ta’ Partikuli (PND2)
Il-PND2 għandu jkun iddisinjat speċifikament biex inaqqas il-konċentrazzjoni tan-numru ta’ partikuli. L-apparat li jnaqqas il-konċentrazzjoni għandu jiġi fornut b’arja HEPA li titlef fil-konċentrazzjoni u ffiltrata u jkollu l-kapaċità li jżomm fattur wieħed ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni f’medda ta’ 10 sa 30 darba. Il-fattur ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-PND2 għandu jintgħażel fil-medda bejn 10 u 15 b’tali mod li l-konċentrazzjoni tan-numru ta’ partikuli ‘l isfel mit-tieni apparat li jnaqqas il-konċentrazzjoni tkun inqas mill-ogħla limitu tal-modalità waħdanija tal-għadd ta’ partikuli tal-PNC u t-temperatura tal-gass qabel id-dħul fil-PNC tkun < 35 °C.
1.4.5. Kalkolatur tan-Numru ta’ Partikuli (PNC)
Il-PNC għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.3.4.
2. KALIBRAR/VALIDAZZJONI TAS-SISTEMA TAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI TA’ PARTIKULI (1)
2.1. Kalibrar tal-Kalkolatur tan-Numru ta’ Partikuli
2.1.1. Is-Servizz Tekniku għandu jassigura l-eżistenza ta’ ċertifikat tal-kalibrar għall-PNC li juri l-konformità ma’ standard traċċabbli fi żmien perjodu ta’ 12-il xahar qabel it-test tal-emissjonijiet.
2.1.2. Il-PNC għandu wkoll jiġi kkalibrat mill-ġdid u jinħareġ ċertifikat ta’ kalibrar ġdid wara kwalunkwe manutenzjoni kbira.
2.1.3. Il-kalibrar għandu jkun traċċabbli għal metodu ta’ kalibrar standard:
|
(a) |
Permezz ta’ paragun tar-rispons tal-PNC taħt kalibrar ma’ dak ta’ elettrometru aerosol kalibrat meta simultanjament ikunu qegħdin jittieħdu kampjuni ta’ partikuli ta’ kalibrar ikklassifikati elettrostatikament; jew |
|
(b) |
Permezz ta’ paragun tar-rispons tal-PNC taħt kalibrar ma’ dak tat-tieni PNC li jkun ġie kkalibrat direttament bil-metodu msemmi hawn fuq. |
Fil-każ ta’ elettrometru, il-kalibrar għandu jitwettaq bl-użu ta’ mill-inqas sitt konċentrazzjonijiet standard spazjati b’mod uniformi kemm jista’ jkun fil-medda kollha tal-kejl tal-PNC. Dawn il-punti ser jinkludu punt ta’ konċentrazzjoni nominali żero prodotta billi jitqabbdu l-filtri HEPA ta’ mill-inqas klassi H13 ta’ EN 1822:2008, jew ta’ prestazzjoni ekwivalenti, mal-bokka ta’ kull strument. Mingħajr ebda fattur ta’ kalibrar applikat għall-PNC taħt kalibrar, il-konċentrazzjonijiet imkejla għandhom ikunu f’medda ta’ ± 10 fil-mija tal-konċentrazzjoni standard għal kull konċentrazzjoni użata, bl-eċċezzjoni tal-punt żero, inkella l-PNC taħt kalibrar jiġi miċħud. Il-gradjent minn rigressjoni lineari taż-żewġ settijiet ta’ dejta għandu jiġi kkalkulat u rreġistrat. Fattur ta’ kalibrar ugwali għar-reċiproku tal-gradjent għandu jiġi applikat għall-PNC taħt kalibrar. Il-linearità tar-rispons tiġi kkalkulata bħala l-kwadru tal-koeffiċjent tal-korrelazzjoni tal-mument prodott Pearson (R2) taż-żewġ settijiet ta’ dejta u għandha tkun ugwali għal jew akbar minn 0.97. Fil-kalkolazzjoni tal-gradjent u l-R2, ir-rigressjoni lineari għandha tkun sfurzata mill-oriġini (konċentrazzjoni żero fuq iż-żewġ strumenti).
Fil-każ ta’ PNC ta’ referenza, il-kalibrar għandu jitwettaq bl-użu ta’ mill-inqas sitt konċentrazzjonijiet standard fil-medda kollha tal-kejl tal-PNC. Mill-inqas tliet punti għandhom ikunu f’konċentrazzjonijiet taħt l-1 000 cm–3, il-konċentrazzjonijiet li jkun fadal għandhom ikunu spazjati b’mod lineari bejn 1 000 cm–3 u l-massimu tal-medda tal-PNC fil-modalità waħdanija tal-għadd ta’ partikuli. Dawn il-punti ser jinkludu punt ta’ konċentrazzjoni nominali żero prodotta billi jitqabbdu l-filtri HEPA ta’ mill-inqas klassi H13 ta’ EN 1822:2008, jew ta’ prestazzjoni ekwivalenti, mal-bokka ta’ kull strument. Mingħajr ebda fattur ta’ kalibrar applikat għall-PNC taħt kalibrar, il-konċentrazzjonijiet imkejla għandhom ikunu f’medda ta’ ± 10 fil-mija tal-konċentrazzjoni standard għal kull konċentrazzjoni użata, bl-eċċezzjoni tal-punt żero, inkella l-PNC taħt kalibrar jiġi miċħud. Il-gradjent minn rigressjoni lineari taż-żewġ settijiet ta’ dejta għandu jiġi kkalkulat u rreġistrat. Fattur ta’ kalibrar ugwali għar-reċiproku tal-gradjent għandu jiġi applikat għall-PNC taħt kalibrar. Il-linearità tar-rispons tiġi kkalkulata bħala l-kwadru tal-koeffiċjent tal-korrelazzjoni tal-mument prodott Pearson (R2) taż-żewġ settijiet ta’ dejta u għandha tkun ugwali għal jew akbar minn 0,97. Fil-kalkolazzjoni tal-gradjent u l-R2, ir-rigressjoni lineari għandha tkun sfurzata mill-oriġini (konċentrazzjoni żero fuq iż-żewġ strumenti).
2.1.4. Il-kalibrar għandu jinkludi wkoll verifika, imqabbla mar-rekwiżiti fil-paragrafu 1.3.4.8, dwar l-effiċjenza tad-detezzjoni tal-PNC b’partikuli ta’ dijametru ta’ mobilità elettrika ta’ 23 nm. Verifika tal-effiċjenza tal-għadd b’partikuli ta’ 41 nm mhijiex meħtieġa.
2.2. Kalibrar/Validazzjoni tar-Remover tal-Partikuli Volatili
2.2.1. Il-kalibrar tal-fatturi ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ partikuli tal-VPR fil-medda sħiħa tiegħu tas-settings tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni, fit-temperaturi operattivi nominali fissi tal-istrument, għandu jkun meħtieġ meta l-unità tkun ġdida u wara kull manutenzjoni kbira. Il-ħtieġa ta’ validazzjoni perjodika għall-fattur ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ partikuli tal-VPR hija limitata għal verifika fuq setting uniku, tipiku ta’ dak użat għall-kejl fuq vetturi mgħammra b’filtri ta’ partikuli ta’ diżil. Is-Servizz Tekniku għandu jassigura l-eżistenza ta’ ċertifikat ta’ kalibrar jew ta’ validazzjoni għar-remover tal-partikuli volatili f’perjodu ta’ 6 xhur qabel it-test tal-emissjonijiet. Jekk ir-remover tal-partikuli volatili jinkorpora allarmi ta’ monitoraġġ tat-temperaturi, għandu jkun permessibbli intervall ta’ 12-il xahar għall-validazzjoni.
Il-VPR għandu jkun karatterizzat għall-fattur ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ partikuli b’partikuli solidi b’dijametru tal-mobilità elettrika ta’ 30 nm, 50 nm u 100 nm. Il-fatturi ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ partikuli (fr(d)) għal partikuli b’dijametri ta’ mobilità elettrika ta’ 30 nm u 50 nm għandhom ikunu mhux aktar minn 30 fil-mija u 20 fil-mija ogħla rispettivament, u mhux aktar minn 5 fil-mija inqas minn dak għal partikuli b’dijametru ta’ mobilità elettrika ta’ 100 nm. Għall-finijiet ta’ validazzjoni, il-fattur ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-partikula medja għandha tkun f’medda ta’ ± 10 fil-mija tal-fattur ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-partikuli (
2.2.2. L-aerosol tat-test għal dawn il-qisien għandhom ikunu partikuli solidi b’dijametru ta’ mobilità elettrika ta’ 30, 50 u 100 nm u b’konċentrazzjoni minima ta’ 5 000 partikula cm–3 fil-bokka tal-VPR. Il-konċentrazzjonijiet tal-partikuli għandhom jitkejlu ‘l fuq u ‘l isfel mill-komponenti.
Il-fattur ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tal-partikuli f’kull daqs ta’ partikula (fr(di)) għandu jiġi kkalkulat kif ġej;
Fejn:
|
Nin(di) |
= |
konċentrazzjoni tan-numru ta’ partikuli ‘l fuq għall-partikuli ta’ dijametru d i ; |
|
Nout(di) |
= |
konċentrazzjoni tan-numru ta’ partikuli ‘l isfel għall-partikuli ta’ dijametru di; u |
|
di |
= |
dijametru tal-mobilità elettrika tal-partikuli (30, 50 jew 100 nm). |
Nin(di ) u Nout(di ) għandhom jiġu kkoreġuti għall-istess kundizzjonijiet.
It-tnaqqis medju fil-konċentrazzjoni tal-partikuli (
Huwa rakkomandat li l-VPR jiġi kkalibrat u validat bħala unità kompluta.
2.2.3. Is-Servizz Tekniku għandu jassigura l-eżistenza ta’ ċertifikat ta’ validazzjoni għall-VPR li juri l-effiċjenza tat-tneħħija ta’ partikuli volatili effettivi fi żmien 6 xhur qabel it-test tal-emissjonijiet. Jekk ir-remover tal-partikuli volatili jinkorpora allarmi ta’ monitoraġġ tat-temperaturi, għandu jkun permessibbli intervall ta’ 12-il xahar għall-validazzjoni. Il-VPR għandu juri tneħħija ta’ partikuli ta’ tetracontane (CH3(CH2)38CH3) ta’ aktar minn 99 fil-mija b’dijametru ta’ mobilità elettrika ta’ mill-inqas 30 nm b’konċentrazzjoni fil-bokka ta’ ≥ 10 000 cm–3 meta mħaddem bis-setting minimu ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni u t-temperatura operattiva rakkomandata mill-fabbrikanti.
2.3. Proċeduri ta’ Verifika tas-Sistema tan-Numru ta’ Partikuli
2.3.1. Qabel kull test, il-kalkolatur tal-partikuli għandu jirrapporta konċentrazzjoni mkejla ta’ inqas minn 0.5 partikuli cm–3 meta filtru HEPA ta’ mill-inqas klassi H13 ta’ EN 1822:2008, jew prestazzjoni ekwivalenti, ikun imqabbad mal-bokka tas-sistema kollha tat-teħid tal-kampjuni ta’ partikuli (VPR u PNC).
2.3.2. Fuq bażi ta’ kull xahar, il-fluss fil-kalkolatur tal-partikuli għandu jirrapporta valur imkejjel f’5 fil-mija tar-rata ta’ fluss nominali tal-kalkolatur tal-partikuli meta jkun ivverifikat b’miter tal-fluss kalibrat.
2.3.3. Kuljum, wara l-applikazzjoni ta’ filtru HEPA ta’ mill-inqas klassi H13 ta’ EN 1822:2008, jew prestazzjoni ekwivalenti, fil-bokka tal-kalkolatur tal-partikuli, il-kalkolatur tal-partikuli għandu jirrapporta konċentrazzjoni ta’ ≤ 0,2 cm–3. Mat-tneħħija ta’ dan il-filtru, il-kalkolatur tal-partikuli għandu juri żieda fil-konċentrazzjoni mkejla għal mill-inqas 100 partikula cm–3 meta jkun ikkontestat b’arja ambjentali u ritorn għal ≤ 0,2 cm–3 mat-tibdil tal-filtru HEPA.
2.3.4. Qabel il-bidu ta’ kull test, għandu jkun ikkonfermat li s-sistema ta’ kejl tindika li t-tubu tal-evaporazzjoni, fejn jagħmel parti mis-sistema, laħaq it-temperatura operattiva korretta tiegħu.
2.3.5. Qabel il-bidu ta’ kull test, għandu jkun ikkonfermat li s-sistema ta’ kejl tindika li d-dilwitur PND1 laħaq it-temperatura operattiva korretta tiegħu.
(1) Eżempji tal-metodi ta’ kalibrar/validazzjoni huma disponibbli fuq http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29grpe/pmpFCP.html.
Appendiċi 6
Verifika tal-inerzja simulata
1. GĦAN
Il-metodu deskritt f’dan l-appendiċi jagħmilha possibbli li jiġi vverifikat li l-inerzja totali simulata tad-dajnamometru qiegħda ssir b’mod sodisfaċenti fil-fażi tas-sewqan taċ-ċiklu tat-tħaddim. Il-fabbrikant tad-dajnamometru għandu jispeċifika metodu biex ikunu vverifikati l-ispeċifikazzjonijiet skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-appendiċi.
2. PRINĊIPJU
2.1. Ekwazzjonijiet biex jinħadmu s-somom totali
Billi d-dajnamometru huwa soġġett għal varjazzjonijiet fil-veloċità tat-tidwir tar-roller(s), il-forza fil-wiċċ tar-roller(s) tista’ tiġi mfissra permezz tal-formula li ġejja:
F = I · γ = IM · γ + F1
Fejn:
|
F |
= |
il-forza fil-wiċċ tar-roller(s), |
|
I |
= |
l-inerzja totali tad-dajnamometru (l-inerzja ekwivalenti tal-vettura: ara t-tabella fil-paragrafu 5.1), |
|
IM |
= |
l-inerzja tal-piżijiet mekkaniċi tad-dajnamometru, |
|
γ |
= |
l-aċċellerazzjoni tanġenzjali fil-wiċċ tar-roller, |
|
F1 |
= |
il-forza tal-inerzja. |
Nota: Hemm spjegazzjoni annessa ta’ din il-formula b’referenza għad-dajnamometri b’inerzja simulata mekkanikament.
Għalhekk, l-inerzja totali hija espressa kif ġej:
I = Im + F1 / γ
Fejn:
|
Im |
tista’ tiġi kkalkulata jew imkejla permezz ta’ metodi tradizzjonali, |
|
F1 |
tista’ tiġi mkejla fuq id-dajnamometru, |
|
γ |
tista’ tiġi kkalkulata mill-veloċità periferali tar-rollers. |
L-inerzja totali (I) ser tiġi stabbilita waqt test tal-aċċellerazzjoni jew tat-tnaqqis fl-aċċellerazzjoni b’valuri ogħla minn jew ugwali għal dawk miksuba waqt ċiklu tat-tħaddim.
2.2. Speċifikazzjoni biex tiġi kkalkulata l-inerzja totali
It-test u l-metodi ta’ kalkolazzjoni għandhom jagħtu lok biex tiġi stabbilita l-inerzja totali I bi żball relattiv (ΔI/I) ta’ inqas minn ± 2 fil-mija.
3. SPEĊIFIKAZZJONI
3.1. Il-piż tal-inerzja totali simulata I għandu jibqa’ l-istess bħall-valur teoretiku tal-inerzja ekwivalenti (ara l-Appendiċi 1) fi ħdan il-limiti li ġejjin:
|
3.1.1. |
± 5 fil-mija tal-valur teoretiku għal kull valur istantanju; |
|
3.1.2. |
± 2 fil-mija tal-valur teoretiku għall-valur medju kkalkulat għal kull sekwenza taċ-ċiklu. |
Il-limitu mogħti fil-paragrafu 3.1.1 ta’ hawn fuq jinġieb għal ± 50 fil-mija għal sekonda waħda meta tistartja u, għal vetturi li jingranaw b’mod manwali, għal żewġ sekondi waqt it-tibdil tal-gerijiet.
4. PROĊEDURA TA’ VERIFIKA
4.1. Il-verifika ssir waqt kull test matul iċ-ċiklu definit fil-paragrafu 6.1 tal-Anness 4a.
4.2. Madankollu, jekk ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ hawn fuq jiġu ssodisfati, b’aċċellerazzjonijiet istantanji li huma mill-inqas tliet darbiet akbar jew iżgħar mill-valuri miksuba fis-sekwenzi taċ-ċiklu teoretiku, il-verifika deskritta hawn fuq ma tkunx meħtieġa.
Appendiċi 7
Il-kejl tat-tagħbija tal-vettura fit-triq
Metodu li jkejjel ir-reżistenza ta’ vettura biex ma timxix ‘il quddiem fit-triq permezz ta’ simulazzjoni fuq id-dajnamometru tax-xażi
1. L-GĦAN TAL-METODI
L-għan tal-metodi mfissra hawn taħt huwa li jkejlu r-reżistenza li jkollha vettura meta timxi ‘l quddiem f’veloċitajiet kostanti fit-triq u biex tiġi simulata din ir-reżistenza fuq dajnamometru, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 6.2.1 tal-Anness 4a.
2. DEFINIZZJONI TAT-TRIQ
It-triq għandha tkun livell u twila biżżejjed biex ikun jista’ jsir il-kejl speċifikat f’dan l-appendiċi. In-niżla għandha tkun kostanti sa mhux aktar minn ± 0,1 fil-mija u ma għandhiex taqbeż il-1,5 fil-mija.
3. IL-KUNDIZZJONIJIET ATMOSFERIĊI
3.1. Ir-riħ
L-ittestjar għandu jkun limitat għall-veloċitajiet tar-riħ li jkollhom medja ta’ inqas minn 3 m/s b’veloċitajiet li jilħqu l-qofol ta’ inqas minn 5 m/s. Barra minn hekk, il-komponent tal-vektor tal-veloċità tar-riħ fit-test kollu tat-triq għandu jkun inqas minn 2 m/s. Il-veloċità tar-riħ għandha titkejjel 0,7 m ‘il fuq mill-wiċċ tat-triq.
3.2. L-umdità
It-triq għandha tkun niexfa.
3.3. Il-Pressjoni u t-Temperatura
Id-densità tal-arja meta jsir it-test ma għandhiex tiddevja b’aktar minn ± 7,5 fil-mija mill-kundizzjonijiet ta’ referenza, P = 100 kPa u T = 293,2 K.
4. PREPARAZZJONI TAL-VETTURA (1)
4.1. L-għażla tal-vettura tat-test
Jekk ma jitkejlux il-varjanti kollha ta’ tip ta’ vettura, għandhom jintużaw il-kriterji li ġejjin għall-għażla tal-vettura tat-test.
4.1.1. Il-bodi
Jekk ikun hemm tipi differenti ta’ bodi, it-test għandu jsir fuq l-inqas bodi ajrudinamiku. Il-fabbrikant għandu jipprovdi d-dejta meħtieġa biex issir l-għażla.
4.1.2. It-tajers
Għandu jintgħażel l-aktar tajer wiesa’. Jekk ikun hemm aktar minn tliet daqsijiet ta’ tajers, għandu jintgħażel l-usa’ wieħed tneħħi wieħed.
4.1.3. Piż li jittestja
Il-piż li jittestja għandu jkun il-piż ta’ referenza tal-vettura bl-akbar firxa ta’ inerzja.
4.1.4. Il-magna
Il-vettura tat-test għandu jkollha l-akbar skambjatur(i) tas-sħana.
4.1.5. L-ingranaġġ
Għandu jsir test b’kull tip ta’ ingranaġġ li ġej:
|
— |
Tingrana fuq quddiem, |
|
— |
Tingrana fuq wara, |
|
— |
Full-time 4 × 4, |
|
— |
Part-time 4 × 4, |
|
— |
Gerboks awtomatika, |
|
— |
Gerboks manwali. |
4.2. It-tħaddim tal-bidu
Il-vettura għandha tkun qed taħdem sew u aġġustata wara li tkun tħaddmet fil-bidu għal mill-inqas 3 000 km. It-tajers għandhom jitħaddmu fil-bidu fl-istess waqt mal-vettura jew ikollhom il-wiċċ ta’ barra mfelfel tat-tajer fond 90 u 50 fil-mija tal-fond inizjali tal-wiċċ ta’ barra mfelfel tat-tajer.
4.3. Verifikajiet
Il-kontrolli li ġejjin għandhom isiru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant għall-użu kkunsidrat:
Roti, it-trims tar-roti, tajers (il-marka, it-tip, il-pressjoni), il-ġeometrija tal-fus ta’ quddiem, l-aġġustament tal-brejk (eliminazzjoni tat-tkaxkira parasitika), lubrikazzjoni tal-fusien ta’ quddiem u ta’ wara, aġġustament tas-saspenxin u tal-livell tal-vettura, eċċ.
4.4. Preparazzjoni għat-test
4.4.1. Il-vettura għandha tkun mgħobbija sal-piż ta’ referenza tagħha. Il-livell tal-vettura għandu jkun dak miksub meta ċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbija jkun jinsab nofs triq bejn il-punti “R” tas-sit ta’ barra ta’ quddiem u fuq linja dritta li tgħaddi minn dawk il-punti.
4.4.2. Fil-każ ta’ testijiet fit-triq, it-twieqi tal-vettura għandhom ikunu magħluqin. L-għotjien kollha tas-sistema tal-klimatizzazzjoni tal-arja, il-fanali ta’ quddiem, eċċ. ma għandhomx ikunu qegħdin jaħdmu.
4.4.3. Il-vettura għandha tkun nadifa.
4.4.4. Eżatt qabel it-test, il-vettura għandha tinġieb f’temperatura tat-tħaddim normali b’mod xieraq.
5. METODI
5.1. Varjazzjoni tal-enerġija waqt il-metodu ta’ sewqan mingħajr saħħa
5.1.1. Fit-triq
5.1.1.1. Tagħmir tat-test u żball tat-test
Il-ħin għandu jitkejjel għal żball aktar baxx minn ± 0,1 s.
Il-veloċità għandha titkejjel għal żball aktar baxx minn ± 2 %.
5.1.1.2. Il-proċedura tat-test
|
5.1.1.2.1. |
Aċċellera l-vettura għal veloċità ta’ 10 km/h aktar mill-veloċità V magħżula għat-test. |
|
5.1.1.2.2. |
Qiegħed il-gerboks fil-pożizzjoni “newtrali”. |
|
5.1.1.2.3. |
Kejjel il-ħin meħud mill-vettura (t1) biex tnaqqas fl-aċċellerazzjoni mill-veloċità
V2 = V + ΔV km/h għal V1 = V – ΔV km/h |
|
5.1.1.2.4. |
Agħmel l-istess test fid-direzzjoni opposta: t2. |
|
5.1.1.2.5. |
Ħu l-medja T taż-żewġ ħinijiet t1 u t2. |
|
5.1.1.2.6. |
Irrepeti dawn it-testijiet diversi drabi sakemm il-preċiżjoni statistika (p) tal-medja
Il-preċiżjoni statistika (p) hija mfissra permezz ta’:
Fejn:
|
|
5.1.1.2.7. |
Ikkalkula s-saħħa permezz tal-formula:
Fejn:
|
|
5.1.1.2.8. |
Is-saħħa (P) li nstabet fuq il-korsa għandha tiġi kkoreġuta għall-kundizzjonijiet ambjentali ta’ referenza kif ġej:
PIkkoreġuta = K · PImkejla
Fejn:
Il-proporzjonijiet RR/RT u RAERO/RT għandhom ikunu speċifikati mill-fabbrikant tal-vettura abbażi tad-dejta normalment disponibbli għall-kumpanija. Jekk dawn il-valuri ma jkunux disponibbli, dejjem bil-kunsens tal-fabbrikant u tas-servizz tekniku kkonċernat, jistgħu jintużaw il-figuri għar-reżistenza tat-tidwir/totali mogħtija bil-formula li ġejja:
Fejn:
|
5.1.2. Fuq id-dajnamometru
5.1.2.1. It-tagħmir tal-kejl u l-preċiżjoni tal-kejl
It-tagħmir għandu jkun identiku għal dak użat fit-triq.
5.1.2.2. Il-proċedura tat-test
|
5.1.2.2.1. |
Qiegħed il-vettura fuq id-dajnamometru tat-test. |
|
5.1.2.2.2. |
Aġġusta l-pressjoni tat-tajer (kiesħa) tar-roti kif meħtieġ mid-dajnamometru. |
|
5.1.2.2.3. |
Aġġusta l-inerzja ekwivalenti tad-dajnamometru. |
|
5.1.2.2.4. |
Ara li l-vettura u d-dajnamometru jinġiebu għal temperatura tat-tħaddim b’mod xieraq. |
|
5.1.2.2.5. |
Agħmel l-operazzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 5.1.1.2 ta’ hawn fuq (bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 5.1.1.2.4 u 5.1.1.2.5), billi tibdel l-M b’I fil-formula stabbilita fil-paragrafu 5.1.1.2.7. |
|
5.1.2.2.6. |
Irranġa l-brejk biex jerġa’ jagħti s-saħħa kkorreġuta (il-paragrafu 5.1.1.2.8) u qis id-differenza bejn il-piż tal-vettura (M) fuq il-korsa u l-piż (I) tat-test tal-inerzja ekwivalenti li jrid jintuża. Dan jista’ jsir billi jkun ikkalkulat il-ħin medju kkorreġut tal-inżul ‘l isfel fit-triq mingħajr ma tintuża l-magna minn V2 sa V1 u jerġa’ jkun hemm l-istess ħin fuq id-dajnamometru permezz tar-relazzjoni li ġejja:
K = il-valur speċifikat fil-paragrafu 5.1.1.2.8 hawn fuq. |
|
5.1.2.2.7. |
Il-qawwa Pa li trid tiġi assorbita mid-dajnamometru għandha tiġi ddeterminata sabiex tagħti lok li l-istess qawwa (il-paragrafu 5.1.1.2.8) tkun tista’ terġa’ ssir għall-istess vettura fi ġranet differenti. |
5.2. Metodu tal-kejl tat-torque f’veloċità kostanti
5.2.1. Fit-triq
5.2.1.1. It-tagħmir tal-kejl u l-iżball fil-kejl
Il-kejl tat-torque għandu jsir permezz ta’ mekkaniżmu tal-kejl addattat preċiż fil-medda ta’ ± 2 fil-mija.
Il-kejl tal-veloċità għandu jkun preċiż fil-medda ta’ ± 2 fil-mija.
5.2.1.2. Il-proċedura tat-test
|
5.2.1.2.1. |
Ara li l-vettura tilħaq il-veloċità stabbilizzata magħżula V. |
|
5.2.1.2.2. |
Ħu nota tat-torque Ct u l-veloċità fuq perjodu ta’ mill-inqas 20 sekonda. Il-preċiżjoni tas-sistema li tirrekordja d-dejta għandha tkun mill-inqas ± 1 Nm għat-torque u ± 0,2 km/h għall-veloċità. |
|
5.2.1.2.3. |
Id-differenzi fit-torque Ct u l-veloċità mqabbla mal-ħin ma għandhomx ikunu aktar minn 5 fil-mija għal kull sekonda tal-perjodu tal-kejl. |
|
5.2.1.2.4. |
It-torque Ct1 hija t-torque medja mnissla mill-formula li ġejja:
|
|
5.2.1.2.5. |
It-test għandu jsir tliet darbiet f’kull direzzjoni. Iddetermina t-torque medja minn dawn is-sitt qisien għall-veloċità ta’ referenza. Jekk il-veloċità medja tiddevja b’aktar minn 1 km/h mill-veloċità ta’ referenza, għandha tintuża rigressjoni lineari biex tiġi kkalkulata t-torque medja. |
|
5.2.1.2.6. |
Iddetermina l-medja ta’ dawn iż-żewġ torques Ct1 u Ct2, jiġifieri Ct. |
|
5.2.1.2.7. |
It-torque CT medja misjuba fuq il-korsa għandha tiġi kkoreġuta għall-kundizzjonijiet ambjentali ta’ referenza kif ġej:
CT ikkoreġuta = K · CT imkejla Fejn K ikollha l-valur speċifikat fil-paragrafu 5.1.1.2.8 ta’ dan l-appendiċi. |
5.2.2. Fuq id-dajnamometru
5.2.2.1. It-tagħmir tal-kejl u l-iżball fil-kejl
It-tagħmir għandu jkun identiku għal dak użat fit-triq.
5.2.2.2. Il-proċedura tat-test
|
5.2.2.2.1. |
Agħmel l-operazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 5.1.2.2.1 sa 5.1.2.2.4 ta’ hawn fuq. |
|
5.2.2.2.2. |
Agħmel l-operazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 5.2.1.2.1 sa 5.2.1.2.4 ta’ hawn fuq. |
|
5.2.2.2.3. |
Aġġusta l-unità li tassorbi l-qawwa sabiex tirriproduċi t-torque totali kkoreġut fil-korsa indikata fil-paragrafu 5.2.1.2.7 ta’ hawn fuq. |
|
5.2.2.2.4. |
Ipproċedi bl-istess operazzjonijiet bħal fil-paragrafu 5.1.2.2.7, għall-istess għan. |
(1) Għall-HEV, u sakemm jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tekniċi uniformi, il-fabbrikant sejjer jaqbel mas-servizz tekniku dwar l-istat tal-vettura waqt it-twettiq tat-test kif definit f’dan l-appendiċi.
ANNESS 5
TEST TAT-TIP II
(Test tal-emissjoni tal-monossidu tal-karbonju f’veloċità meta ma tkunx fuq ger)
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tat-Tip II imfissra fil-paragrafu 5.3.2 ta’ dan ir-Regolament.
2. KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL
2.1. Il-fjuwil għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza, li l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu jinsabu fl-Annessi 10 u 10a ta’ dan ir-Regolament.
2.2. Waqt it-test, it-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 293 u 303 K (20 u 30 °C). Il-magna għandha tisħon sakemm tilħaq it-temperaturi kollha tal-mezzi tat-tkessiħ u lubrikazzjoni u l-pressjoni tal-mezzi ta’ lubrikazzjoni jkunu laħqu ekwilibriju.
2.2.1. Il-vetturi li jaħdmu jew bil-petrol jew bl-LPG jew NG/bijometanu għandhom jiġu ttestjati bil-fjuwil(s) ta’ referenza użat(i) għat-test tat-Tip I.
2.3. Fil-każ ta’ vetturi li għandhom gerboksis li jaħdmu b’mod manwali jew li jaqilbu b’mod semiawtomatiku, it-test għandu jsir bil-gerliver fil-pożizzjoni “newtrali” u bil-klaċċ magħfus.
2.4. Fil-każ ta’ dawk il-vetturi li għandhom gerboksis li jaqilbu b’mod awtomatiku, it-test għandu jsir bis-selettur tal-ger jew fil-pożizzjoni “newtrali” jew fil-pożizzjoni tal-“parking”.
2.5. Komponenti biex jaġġustaw il-veloċità meta ma tkunx fuq ger
2.5.1. Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “ komponenti biex jaġġustaw il-veloċità meta mhux fuq ger ” tfisser kontrolli biex ibiddlu l-kundizzjonijiet tal-magna meta ma tkunx fuq ger li tista’ titħaddem faċilment minn mekkanik bl-użu biss tal-għodod deskritti fil-paragrafu 2.5.1.1 t’hawn taħt. B’mod partikolari, mezzi li jikkalibraw il-flussi tal-fjuwil u tal-arja mhumiex meqjusa bħala komponenti li jaġġustaw jekk is-setting tagħhom jitlob li jitneħħew il-waqfiet issettjati, operazzjoni li normalment ma tistax issir ħlief minn mekkanik professjonali.
|
2.5.1.1. |
Għodod li jistgħu jintużaw biex jikkontrollaw il-komponenti li jaġġustaw il-veloċità meta ma tkunx fuq ger: turnaviti (normali jew forma ta’ stilla), spanners (tondi, miftuħa jew li jaġġustaw ruħhom), tnalji, Allen keys. |
2.5.2. Stabbiliment tal-punti ta’ kejl
|
2.5.2.1. |
L-ewwel għandu jsir il-kejl fis-setting skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-fabbrikant; |
|
2.5.2.2. |
Għal kull komponent ta’ aġġustament b’varjazzjoni kontinwa, għandu jiġi stabbilit numru suffiċjenti ta’ pożizzjonijiet karatteristiċi. |
|
2.5.2.3. |
Il-kejl tal-kontenut ta’ monossidu tal-karbonju fil-gassijiet tal-egżost għandu jsir għall-pożizzjonijiet kollha possibbli tal-komponenti ta’ aġġustament, iżda għall-komponenti b’varjazzjoni kontinwa għandhom jiġu adottati biss il-pożizzjonijiet imfissra fil-paragrafu 2.5.2.2 t’hawn fuq. |
|
2.5.2.4. |
It-test tat-Tip II għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk jintlaħqu waħda jew iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
2.5.2.5. |
Il-pożizzjonijiet possibbli tal-komponenti ta’ aġġustament għandhom ikunu limitati:
|
|
2.5.2.6. |
Barra minn hekk, is-settings li ma jkunux kompatibbli mat-tħaddim sew tal-magna m’għandhomx jiġu adottati bħala settings tal-kejl. B’mod partikolari, meta l-magna tkun mgħammra b’diversi karburaturi, il-karburaturi kollha għandu jkollhom l-istess setting. |
3. TEĦID TA’ KAMPJUNI TAL-GASSIJIET
3.1. Is-sonda kampjunarja għandha tiddaħħal fil-pajp tal-egżost sa fond ta’ mill-inqas 300 mm fil-pajp li jgħaqqad l-egżost mal-borża kampjunarja u qrib kemm jista’ jkun tal-egżost.
3.2. Il-konċentrazzjoni f’CO (CCO) u CO2 (CCO2) għandha tiġi determinata mill-qari jew ir-reġistrazzjonijiet tal-istrument tal-kejl, permezz ta’ kurvi tal-kalibrar adattati.
3.3. Il-konċentrazzjoni kkoreġuta għall-monossidu tal-karbonju fir-rigward tal-magni four-stroke hija:
3.4. Il-konċentrazzjoni f’CCO (ara l-paragrafu 3.2) imkejla skont il-formuli li hemm fil-paragrafu 3.3 m’hemmx għalfejn tiġi kkoreġuta jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet imkejla (CCO + CCO2) għall-magni four-stroke jkun mill-anqas:
|
(a) |
Għall-petrol 15 fil-mija |
|
(b) |
Għal-LPG 13,5 fil-mija |
|
(c) |
Għan-NG/bijometanu 11,5 fil-mija |
ANNESS 6
TEST TAT-TIP III
(Verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankcase)
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura għat-Test tat-Tip III imfisser fil-paragrafu 5.3.3 ta’ dan ir-Regolament.
2. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
2.1. It-test tat-Tip III għandu jsir fuq vettura mgħammra b’magna positive-ignition, li tkun ġiet sottoposta għat-test tat-Tip I u tat-Tip II, kif applikabbli.
2.2. Il-magni ttestjati għandhom jinkludu magni li ma jnixxux għajr dawk iddisinjati b’mod li anki tnixxija żgħira tista’ tikkawża ħsarat mhux aċċettabbli fit-tħaddim (bħal magni flat-twin).
3. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
3.1. It-tħaddim mhux fuq ger għandu jiġi regolat b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant.
3.2. Il-kejl għandu jsir fit-tliet settijiet ta’ kundizzjonijiet li ġejjin ta’ tħaddim tal-magna:
|
Numru tal-Kundizzjoni |
Veloċità tal-vettura (km/h) |
|
1 |
Tħaddim mhux fuq ger |
|
2 |
50 ± 2 (fuq it-tielet ger jew “sewqan”) |
|
3 |
50 ± 2 (fuq it-tielet ger jew “sewqan”) |
|
Numru tal-Kundizzjoni |
Is-saħħa li jassorbi l-brejk |
|
1 |
Xejn |
|
2 |
Dik li tikkorrispondi mas-setting għat-test tat-Tip I f’50 km/h |
|
3 |
Dik għall-kundizzjonijiet Nru 2, immultiplikata b’fattur ta’ 1,7 |
4. METODU TAT-TEST
4.1. Għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim kif elenkati fil-paragrafu 3.2 hawn fuq, għandu jiġi ċċekkjat kemm hu affidabbli l-mod kif qed taħdem is-sistema ta’ ventilazzjoni tal-crankcase.
5. METODU TA’ VERIFIKA TAS-SISTEMA TA’ VENTILAZZJONI TAL-CRANKCASE
5.1. L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif instabu.
5.2. Il-pressjoni fil-crankcase għandha titkejjel f’post xieraq. Għandha tiġi mkejla fit-toqba tad-dip-stick b’manometru ta’ tubu inklinat.
5.3. Il-vettura għandha titqies sodisfaċenti jekk, f’kull kundizzjoni ta’ kejl imfissra fil-paragrafu 3.2 hawn fuq, il-pressjoni mkejla fil-crankcase ma taqbiżx il-pressjoni atmosferika preżenti fil-ħin tal-kejl.
5.4. Għat-test bil-metodu deskritt hawn fuq, il-pressjoni fil-manifold tad-dħul għandha titkejjel sa mhux aktar minn ± 1 kPa.
5.5. Il-veloċità tal-vettura kif indikata fid-dinamometru għandha tiġi mkejla sa mhux aktar minn ± 2 km/h.
5.6. Il-pressjoni mkejla fil-crankcase għandha tiġi mkejla fil-limitu ta’ ± 0,01 kPa.
5.7. Jekk f’waħda mill-kundizzjonijiet ta’ kejl imfissra fil-paragrafu 3.2 hawn fuq, il-pressjoni mkejla fil-crankcase taqbeż il-pressjoni atmosferika, għandu jsir test ieħor kif imfisser fil-paragrafu 6 hawn isfel jekk ikun jeħtieġ hekk il-fabbrikant.
6. METODU IEĦOR TAT-TEST
6.1. L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif instabu.
6.2. Borża flessibbli li ma tħallix il-gassijiet tal-crankcase jgħaddu minnha u li tesa’ madwar ħames litri għandha tiġi mqabbda mat-toqba tad-dipstick. Il-borża għandha tkun vojta qabel kull kejl.
6.3. Il-borża għandha tingħalaq qabel kull kejl. Għandha tinfetaħ għall-crankcase għal ħames minuti għal kull kundizzjoni ta’ kejl preskritta fil-paragrafu 3.2 aktar ‘il fuq.
6.4. Il-vettura għandha titqies bħala sodisfaċenti jekk, f’kull kundizzjoni ta’ kejl imfissra fil-paragrafu 3.2 t’hawn fuq, ma jkun hemm l-ebda nefħa viżibbli tal-borża.
6.5. Rimarka
|
6.5.1. |
Jekk it-tqassim strutturali tal-magna jkun tali li t-test ma jkunx jista’ jsir bil-metodi deskritti fil-paragrafi 6.1 sa 6.4 t’hawn fuq, il-kejl għandu jsir b’dak il-metodu modifikat kif ġej: |
|
6.5.2. |
Qabel it-test, l-aperturi kollha barra dawk meħtieġa għall-irkuprar tal-gassijiet għandhom jingħalqu; |
|
6.5.3. |
Il-borża għandha titqiegħed f’post adattat tat-tluq li ma jdaħħal l-ebda telf ieħor ta’ pressjoni u tiġi mwaħħla fuq iċ-ċirkuwitu ta’ riċiklaġġ tal-mekkaniżmu direttament fl-apertura mqabbda mal-magna. |
Test tat-Tip III
ANNESS 7
TEST TAT-TIP IV
(Determinazzjoni tal-emissjonijiet evaporattivi minn vetturi li għandhom magni positive-ignition)
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura tat-test tat-Tip IV skont il-paragrafu 5.3.4 ta’ dan ir-Regolament.
Din il-proċedura tiddeskrivi metodu biex jiġi determinat it-telf ta’ idrokarburi minħabba l-evaporazzjoni mis-sistemi tal-fjuwil tal-vetturi li għandhom magni positive-ignition.
2. DESKRIZZJONI TAT-TEST
It-test tal-emissjonijiet evaporattivi (il-Figura 7/1 t’hawn taħt) hu ddisinjat biex jiddetermina l-emissjonijiet evaporattivi tal-idrokarburi minħabba l-varjazzjoni fit-temperaturi ta’ binhar, it-tgħaddis sħun waqt l-ipparkjar, u s-sewqan urban. It-test jikkonsisti minn dawn il-fażijiet:
|
2.1. |
Il-preparazzjoni tat-test tinkludi ċiklu ta’ sewqan urban (l-Ewwel Parti) u extra-urban (it-Tieni Parti), |
|
2.2. |
Stabbiliment tat-telf minħabba tgħaddis sħun, |
|
2.3. |
Stabbiliment tat-telf binhar. |
L-emissjonijiet totali ta’ idrokarburi mill-fażijiet tat-tgħaddis sħun u t-telf binhar jingħaddu flimkien biex jagħtu riżultat globali għat-test.
3. IL-VETTURA U L-FJUWIL
3.1. Il-vettura
3.1.1. Il-vettura għandha tkun f’kundizzjoni mekkanika tajba u sarilha t-tħaddim tal-bidu u nsaqet għal mill-anqas 3 000 km qabel it-test. Is-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet evaporattivi għandha tkun imqabbda u tkun ilha taħdem sew tul dan il-perjodu u ċ-ċilindru/i tal-karbonju għandhom ikunu sottoposti għall-użu normali, bla ma xi wieħed minnhom ikun tnaddaf b’mod mhux normali jew ġie mgħobbi b’mod mhux normali.
3.2. Il-fjuwil
3.2.1. Għandu jintuża l-fjuwil ta’ referenza adattat, kif imfisser fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament.
4. TAGĦMIR TAT-TEST GĦAT-TEST TAL-EVAPORAZZJONI
4.1. Dinamometru tax-xażi
Id-dinamometru tax-xażi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 4.
4.2. Għeluq għall-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi
L-għeluq għall-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi għandu jkun kompartiment tal-kejl forma ta’ rettangolu li ma jnixxix gass minnu li kapaċi jżomm il-vettura li se tiġi ttestjata. Il-vettura għandha tkun aċċessibbli mill-ġnub kollha u l-għeluq madwarha meta jiġi ssiġillat m’għandux inixxi gass skont l-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. Il-wiċċ ta’ ġewwa tal-għeluq m’għandux jidħol ilma minnu u m’għandux jirreaġixxi għall-idrokarburi. Is-sistema ta’ kundizzjonar tat-temperatura għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura tal-arja ta’ ġewwa l-għeluq biex tiġi segwita t-temperatura preskritta meta mqabbla mal-profil tal-ħin tul it-test, u tolleranza medja ta’ 1 K tul it-test kollu.
Is-sistema ta’ kontroll għandha tiġi intunata sabiex tipprovdi mudell stabbli ta’ temperatura li jkollu minimu ta’ overshoot, hunting u instabilità fuq il-profil mixtieq tat-temperatura ambjentali fuq perjodu fit-tul. It-temperaturi tal-wiċċ intern m’għandhomx ikunu inqas minn 278 K (5 °C) jew aktar minn 328 K (55 °C) fi kwalunkwe ħin waqt it-test tal-emissjonijiet binhar.
Id-disinn tal-ħajt għandu jkun tali li jgħin biex is-sħana tinfirex sewwa. It-temperaturi tal-wiċċ intern m’għandhomx ikunu anqas minn 293 K (20 °C), u lanqas ogħla minn 325 K (52 °C) għat-tul tal-waqfien b’tgħaddis sħun.
Sabiex jiġu akkomodati l-bidliet fil-volum minħabba l-bidliet fit-temperatura tal-għeluq, jista’ jintuża għeluq bil-volum varjabbli jew għeluq bil-volum fiss.
4.2.1. Għeluq bil-volum varjabbli
L-għeluq bil-volum varjabbli jespandi u jiċkien b’reazzjoni għall-bidla fit-temperatura tal-massa tal-arja fl-għeluq. Żewġ mezzi potenzjali sabiex jakkomodaw il-bidliet fil-volum intern huma panew(ijiet) li jiċċaqalqu, jew disinn tal-minfaħ, li fih borża jew boroż impermeabbli ġewwa l-għeluq jespandu u jiċkienu b’reazzjoni għall-bidliet fil-pressjoni interna billi jibdlu l-arja minn barra l-għeluq. Kwalunkwe disinn għall-akkomodazzjoni tal-volum għandu jżomm is-sħuħija tal-għeluq kif speċifikat fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness fuq il-medda speċifikata ta’ temperaturi.
Kwalunkwe metodu ta’ akkomodazzjoni tal-volum għandu jillimita d-differenzjali bejn il-pressjoni interna tal-għeluq u l-pressjoni barometrika sa valur massimu ta’ ± 5 KPa.
L-għeluq għandu jkun kapaċi jorbot ma’ volum fiss. Għeluq ta’ volum varjabbli għandu jkun kapaċi jakkomoda bidla ta’ + 7 fil-mija mill-“volum nominali” (ara l-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness, paragrafu 2.1.1), billi tqis il-varjazzjoni fit-temperatura u l-pressjoni barometrika waqt l-ittestjar.
4.2.2. Għeluq ta’ volum fiss
L-għeluq ta’ volum fiss għandu jkun mibni b’panewijiet riġidi li jżommu volum ta’ għeluq fiss, u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ hawn isfel.
|
4.2.2.1. |
L-għeluq għandu jkun mgħammar b’kurrent tal-fluss fl-iżbokk li jiġbed l-arja b’rata baxxa, kostanti mill-għeluq tul it-test. Kurrent tal-fluss fid-daħla jista’ jipprovdi l-arja magħmula biex tibbilanċja l-fluss li joħroġ mal-arja ambjentali dieħla ‘l ġewwa. L-arja fid-daħla għandha tiġi ffiltrata b’karbonju attivat sabiex tipprovdi livell ta’ idrokarburi relattivament kostanti. Kwalunkwe metodu ta’ akkomodazzjoni tal-volum għandu jżomm id-differenza bejn il-pressjoni interna tal-għeluq u l-pressjoni barometrika bejn 0 u - 5 kPa. |
|
4.2.2.2. |
It-tagħmir għandu jkun kapaċi jkejjel il-piż tal-idrokarburi fil-kurrent tal-fluss tad-daħla u tal-iżbokk b’riżoluzzjoni ta’ 0,01 gramma. Tista’ tintuża borża kampjunarja biex tiġbor kampjun proporzjonali tal-arja miġbuda u mdaħħla fl-għeluq. Inkella, il-kurrenti fil-flussi tad-daħla u tal-iżbokk jistgħu jiġu analizzati b’mod kontinwu bl-użu ta’ analizzatur FID online u mgħammar bil-kejlijiet tal-fluss sabiex jipprovdi rekord kontinwu tat-tneħħija tal-piż tal-idrokarburi. |
Figura 7/1
Stabbiliment tal-emissjonijiet evaporattivi
Perjodu ta’ tħaddim tal-bidu ta’ 3 000 km (l-ebda tindif/tagħbija eċċessivi)
Ivverifikat id-deterjorament taċ-ċilindru/i
Tindif tal-vettura bil-fwar (jekk meħtieġ)
Noti:
|
1. |
Familji ta’ kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi - dettalji ċċarati. |
|
2. |
L-emissjonijiet tal-egżost jistgħu jitkejlu waqt it-test tas-sewqan tat-Tip I iżda dawn ma jintużawx għal finijiet leġiżlattivi. It-test leġiżlattiv dwar l-emissjonijiet tal-egżost jibqa’ separat. |
Bidu
Tbattil u mili mill-ġdid tal-fjuwil
Mass. 1 h
Temperatura tal-fjuwil 283 sa 287 K (10°-14 °C)
40 % ± 2 % tal-kapaċità nominali tat-tank
Temperatura ambjentali: 293 K sa 303 K (20° - 30°)
Tagħbija tal-kannestru sa breakthrough (petrol)
Tagħbija tal-kannestru sa breakthrough (butane)
Tagħbija ta’ butane/nitroġenu għal breakthrough sa 2-grammi
Sħana diurnali ripetuta titla’ sa breakthrough ta’ 2- grammi
Tbidu = 293 K (20 °C)
ΔT = 15 K
Mass. 1 h
Tbattil u mili millġdid tal-fjuwil
Temperatura tal-fjuwil 291K ± 8K (18 K ± 8 °C)
40 % ± 2 % tal-kapaċità nominali tat-tank
Temperatura ambjentali 293 K to 303 K (20° - 30 °C)
Drive ta’ prekundizzjonament
Tip 1: waħda Part 1 + żewġ Parti 2
Tstart = 293 K sa 303 (20° - 30 °C)
12 sa 36 h
max 5 min
Tgħaddis
Temperatura ambjentali: 293 K sa 303 K (20° - 30 °C)
Mass. 2 min
Test drive tip 1
Tip 1: waħda Part 1 + waħda Parti 2.
Tstart = 293 K sa 303 (20° - 30 °C)
kundizzjonament-tħaddim tas- sistema evaporattiva
Tip 1: waħda Parti 1
Mass. 7 min
u mass. 2 min mit-tifi tal-magna
Test ta’ tgħaddis jaħraq
Tmin = 296 K (23 °C)
Tmax = 304 K (31 °C)
60 min ± 0,5 min
6 sa 36 h
Tixrib
T = 293 K ± 2 K (20° ± 2 °C) l-aħħar 6 sigħat
Test Diurnali
Tstart = 203 K (20 °C)
Tmin = 308 K; ΔT = 15 K
24 siegħa, Nru ta’ diurnali = 1
Tmiem
4.3. Sistemi analitiċi
4.3.1. Analizzatur tal-idrokarburi
|
4.3.1.1. |
L-atmosfera fil-kompartiment hi mmonitorjata permezz ta’ ditekter tal-idrokarburi tat-tip li jidditektja l-jonizzazzjoni tal-fjamma (FID). Għandu jinġibed kampjun tal-gass mill-punt tan-nofs ta’ ħajt tal-ġenb jew tas-saqaf tal-kompartiment u kull fluss tal-bajpass għandu jiġi ritornat lejn l-għeluq, preferibbilment lejn punt eżatt ‘l isfel mill-fann li jħawwad. |
|
4.3.1.2. |
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkollu ħin ta’ reazzjoni sa 90 fil-mija tal-qari finali ta’ inqas minn 1,5 sekondi. L-istabbilità tiegħu għandha tkun aħjar minn 2 fil-mija tal-iskala kollha f’żero u fi 80 ± 20 fil-mija tal-iskala kollha fuq perjodu ta’ 15-il minuta għall-firxiet tat-tħaddim kollha. |
|
4.3.1.3. |
Ir-ripetibilità tal-analizzatur imfissra bħala devjazzjoni waħda standard għandha tkun aħjar minn ±1 fil-mija tad-diflezzjoni tal-iskala kollha f’żero u fi 80 ±20 fil-mija tal-iskala sħiħa fil-meded kollha użati. |
|
4.3.1.4. |
Il-meded operattivi tal-analizzatur għandhom jintgħażlu biex jagħtu l-aħjar riżoluzzjoni fuq il-proċeduri tal-kejl, kalibrar u ċċekkjar għat-tnixxija. |
4.3.2. Sistema li tirreġistra d-dejta tal-analizzatur tal-idrokarburi
|
4.3.2.1. |
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun mgħammar b’apparat li jirreġistra l-output ta’ sinjali elettriċi permezz ta’ strip chart recorder jew sistema oħra ta’ proċessar tad-dejta bi frekwenza ta’ mill-anqas darba fil-minuta. Is-sistema tar-reġistrazzjoni għandu jkollha karatteristiċi operattivi tal-anqas ekwivalenti għas-sinjal li jkun qed jiġi rreġistrat u għandha tipprovdi rekord permanenti tar-riżultati. Ir-rekord għandu juri indikazzjoni pożittiva tal-bidu u t-tmiem tat-tgħaddis sħun jew tat-test tal-emissjonijiet binhar (inklużi l-bidu u t-tmiem tal-perjodi ta’ kampjunar flimkien mal-ħin li jkun għadda bejn il-bidu u t-tmiem ta’ kull test). |
4.4. Tisħin tat-tank tal-fjuwil (jgħodd biss għall-opzjoni tat-tagħbija taċ-ċilindru tal-petrol)
4.4.1. Il-fjuwil fit-tank(ijiet) tal-vettura għandu jiġi msaħħan permezz ta’ sors ta’ sħana kontrollabbli, pereżempju biċċa materjal li ssaħħan b‘kapaċità ta’ 2 000 W hi tajba. Is-sistema tat-tisħin għandha tapplika s-sħana b’mod uniformi lill-ħitan tat-tank taħt il-livell tal-fjuwil sabiex ma toħloqx tisħin żejjed lokali tal-fjuwil. Is-sħana m’għandhiex tiġi applikata għall-fwar fit-tank ‘il fuq mill-fjuwil.
4.4.2. Il-mezz ta’ tisħin tat-tank għandu jagħmilha possibbli li l-fjuwil ta’ ġot-tank jissaħħan b’mod uniformi b’14 K minn 289 K (16 °C) fi żmien 60 minuta, bil-pożizzjoni tas-senser tat-temperatura kif tidher fil-paragrafu 5.1.1 hawn isfel. Is-sistema li ssaħħan għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura tal-fjuwil għal ±1,5 K tat-temperatura meħtieġa waqt il-proċess ta’ tisħin tat-tank.
4.5. Teħid tat-temperatura
4.5.1. It-temperatura fil-kompartiment tittieħed f’żewġ punti permezz ta’ sensers tat-temperatura li jkunu mqabbda sabiex juru valur medju. Il-punti tal-kejl huma estiżi madwar 0,1 m fl-għeluq mil-linja tan-nofs vertikali ta’ kull ħajt tal-ġenb f’għoli ta’ 0,9 ± 0,2 m.
4.5.2. It-temperaturi tat-tank(ijiet) tal-fjuwil jittieħdu permezz ta’ senser imqiegħed fit-tank tal-fjuwil bħal fil-paragrafu 5.1.1 ta’ hawn isfel f’każ li tintuża l-opzjoni tat-tagħbija taċ-ċilindru bil-petrol (il-paragrafu 5.1.5 hawn isfel).
4.5.3. It-temperaturi għandhom, tul il-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi, jinżammu jew jiddaħħlu f’sistema li tipproċessa d-dejta bi frekwenza ta’ mill-anqas darba kull minuta.
4.5.4. Il-preċiżjoni tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tat-temperatura għandha tkun fil-limitu ta’ ± 1 K u t-temperatura għandha tkun kapaċi tiġi riżolta sa ± 0,4 K.
4.5.5. Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew tal-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi tirrisolvi l-ħin sa ± 15-il sekonda.
4.6. Irrekordjar tal-pressjoni
4.6.1. Id-differenza Δp bejn il-pressjoni barometrika fl-erja tat-test u l-pressjoni interna tal-għeluq għandha, tul il-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi, tiġi rreġistrata jew imdaħħla f’sistema li tipproċessa d-dejta bi frekwenza ta’ mill-anqas darba kull minuta.
4.6.2. Il-preċiżjoni tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-pressjoni għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 kPa u l-pressjoni għandha tkun kapaċi tiġi riżolta sa ± 0,2 kPa.
4.6.3. Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew tal-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi tirrisolvi l-ħin sa ± 15-il sekonda.
4.7. Fannijiet
4.7.1. Permezz ta’ fann jew blower wieħed jew aktar bil-bieba/bibien SHED miftuħa għandu jkun possibbli li titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-idrokarburi fil-kompartiment għal-livell tal-idrokarburi fl-ambjent.
4.7.2. Il-kompartiment għandu jkollu fann jew blower wieħed jew aktar bl-istess saħħa ta’ 0,1 sa 0,5 m3/min. li permezz tagħhom tista’ titħallat sewwa l-atmosfera fl-għeluq. Għandu jkun possibbli tinkiseb temperatura u konċentrazzjoni ta’ idrokarburi uniformi fil-kompartiment waqt il-kejl. Il-vettura fl-għeluq m’għandhiex tiġi sottoposta għal kurrent dirett tal-arja mill-fannijiet jew mill-blowers.
4.8. Gassijiet
4.8.1. Il-gassijiet puri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-ikkalibrar u t-tħaddim:
|
|
Arja sintetika purifikata: (purità < 1 ppm ekwivalenti ta’ C1, ≤1 ppm CO, ≤ 400 ppm CO2, ≤ 0,1 ppm NO); kontenut ta’ ossiġnu bejn 18 u 21 fil-mija bil-volum. |
|
|
Gass tal-fjuwil tal-analizzatur tal-idrokarbonju: (40 ± 2 fil-mija idroġenu, u bbilanċja l-elju b’inqas minn 1 ppm C1 idrokarbonju ekwivalenti, inqas minn 400 ppm CO2), |
|
|
Propan (C3H8): purità minima ta’ 99,5 fil-mija. |
|
|
Butanu (C4H10): purità minima ta’ 98 fil-mija. |
|
|
Nitroġenu (N2): purità minima ta’ 98 fil-mija. |
4.8.2. Għandhom ikunu disponibbli gassijiet ta’ kalibrazzjoni u gassijiet span li fihom taħlitiet ta’ propan (C3H8) u arja sintetika purifikata. Il-konċentrazzjonijiet veri tal-gass ta’ kalibrazzjoni għandhom ikunu fil-limitu ta’ 2 fil-mija tal-figuri ddikjarati. Il-preċiżjoni tal-gassijiet dilwiti miksuba meta jkun qiegħed jintuża d-diviżur tal-gass għandha tkun sa ±2 fil-mija tal-valur reali. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 1 jistgħu jinkisbu wkoll bl-użu ta’ diviżur tal-gass li juża l-arja sintetika bħala l-gass li jagħmel id-dilwizzjoni.
4.9. Tagħmir addizzjonali
4.9.1. L-umdità assoluta fiż-żona tat-test għandha tkun tista’ titkejjel sal-limitu ta’ ± 5 fil-mija.
5. PROĊEDURA TAT-TEST
5.1. Preparazzjoni għat-test
5.1.1. Il-vettura tiġi ppreparata mekkanikament qabel it-test kif ġej:
|
(a) |
Is-sistema tal-egżost tal-vettura m’għandhiex tkun tnixxi; |
|
(b) |
Il-vettura tista’ tiġi mnaddfa bl-istim qabel it-test; |
|
(c) |
F’każ li tintuża l-opzjoni tat-tagħbija taċ-ċilindru tal-petrol (il-paragrafu 5.1.5 hawn isfel), it-tank tal-fjuwil tal-vettura għandu jkun mgħammar b’senser tat-temperatura biex it-temperatura tkun tista’ tiġi mkejla fin-nofs tal-fjuwil fit-tank tal-fjuwil meta mimli sa 40 fil-mija ta’ kemm jesa’; |
|
(d) |
Aċċessorji oħra, adapters tal-apparat jistgħu jitwaħħlu mas-sistema tal-fjuwil biex jippermettu tbattil sħiħ tat-tank tal-fjuwil. Għal dan il-għan m’hemmx għalfejn tiġi modifikata l-qoxra tat-tank; |
|
(e) |
Il-fabbrikant jista’ jipproponi metodu ta’ ttestjar sabiex iqis it-telf tal-idrokarburi minħabba l-evaporazzjoni li toħroġ biss mis-sistema tal-fjuwil tal-vettura. |
5.1.2. Il-vettura tittieħed fiż-żona tat-test fejn it-temperatura ambjentali tkun bejn 293 u 303 K (20 u 30 °C).
5.1.3. Irid jiġi verifikat it-tiqdim taċ-ċilindru/i. Dan jista’ jsir billi jintwera li akkumula minimu ta’ 3 000 km. Jekk dan ma jkunx jista’ jintwera, tintuża l-proċedura li ġejja. F’każ ta’ sistema b’ħafna ċilindri, kull ċilindru għandu jgħaddi mill-proċedura separatament.
|
5.1.3.1. |
Iċ-ċilindru jitneħħa mill-vettura. Għandha tingħata attenzjoni speċjali waqt dan l-istadju biex ma ssirx ħsara lill-komponenti u lis-sħuħija tas-sistema tal-fjuwil. |
|
5.1.3.2. |
Għandu jiġi ċċekkjat il-piż taċ-ċilindru. |
|
5.1.3.3. |
Iċ-ċilindru jiġi mqabbad ma’ tank tal-fjuwil, jekk jista’ jkun wieħed fuq barra, mimli bil-fjuwil ta’ referenza, sa 40 fil-mija tal-volum tat-tank(ijiet) tal-fjuwil. |
|
5.1.3.4. |
It-temperatura tal-fjuwil fit-tank tal-fjuwil għandha tkun bejn 283 K u 287 K (10 u 14 °C). |
|
5.1.3.5. |
It-tank tal-fjuwil (estern) jiġi msaħħan minn 288 K għal 318 K (15 għal 45 °C) (żieda ta’ 1 °C kull 9 minuti). |
|
5.1.3.6. |
Jekk iċ-ċilindru jilħaq il-punt fejn jinqasam qabel ma t-temperatura tilħaq 318 K (45 °C), is-sors tas-sħana għandu jintefa. Imbagħad iċ-ċilindru jintiżen. Jekk iċ-ċilindru ma jkunx laħaq il-punt tal-qsim waqt it-tisħin għal 318 K (45 °C), il-proċedura mill-paragrafu 5.1.3.3 t’hawn fuq għandha tiġi mtennija sakemm isir il-qsim. |
|
5.1.3.7. |
Il-punt tal-qsim jista’ jiġi ċċekkjat kif deskritt fil-paragrafi 5.1.5 u 5.1.6 ta’ dan l-anness, jew permezz ta’ arranġament kampjunarju u analitiku ieħor li kapaċi jirrileva l-emissjoni ta’ idrokarburi miċ-ċilindru meta jinqasam. |
|
5.1.3.8. |
Iċ-ċilindru għandu jitnaddaf b’25 ± 5 litri kull minuta bl-arja tal-emissjoni tal-laboratorju sakemm jintlaħqu 300 skambju tal-volum tas-sodda. |
|
5.1.3.9. |
Għandu jiġi ċċekkjat il-piż taċ-ċilindru. |
|
5.1.3.10. |
Il-passi tal-proċedura fil-paragrafi 5.1.3.4 sa 5.1.3.9 għandhom jiġu ripetuti disa’ darbiet. It-test jista’ jiġi mitmum qabel, wara mhux anqas minn tliet ċikli ta’ tiqdim, jekk il-piż taċ-ċilindru wara l-aħħar ċikli jkun ġie stabbilizzat. |
|
5.1.3.11. |
Iċ-ċilindru tal-emissjonijiet evaporattivi jerġa’ jiġi mqabbad u l-vettura terġa’ tinġieb fil-kundizzjoni tat-tħaddim normali tagħha. |
5.1.4. Għandu jintuża wieħed mill-metodi speċifikati fil-paragrafi 5.1.5 u 5.1.6 biex jiġi prekundizzjonat iċ-ċilindru evaporattiv. Fil-każ ta’ vetturi b’ħafna ċilindri, kull ċilindru għandu jiġi prekundizzjonat separatament.
|
5.1.4.1. |
L-emissjonijiet taċ-ċilindru jitkejlu biex jiġi stabbilit il-punt tal-qsim.
Il-punt tal-qsim hawnhekk huwa definit bħala l-punt li fih il-kwantità kumulattiva tal-idrokarburi emessi tkun ugwali għal 2 grammi. |
|
5.1.4.2. |
Il-punt tal-qsim jista’ jiġi verifikat permezz tal-għeluq madwar l-emissjonijiet evaporattivi kif deskritti fil-paragrafi 5.1.5 u 5.1.6 rispettivament. Inkella, il-punt tal-qsim jista’ jiġi determinat permezz ta’ ċilindru evaporattiv awżiljarju mqabbad ‘l isfel fiċ-ċilindru tal-vettura. Iċ-ċilindru awżiljarju għandu jkun imnaddaf sew bl-arja xotta qabel ma jitgħabba. |
|
5.1.4.3. |
Il-kompartiment tal-kejl għandu jiġi mnaddaf għal diversi minuti eżatt qabel it-test sakemm jinkiseb sfond stabbli. Il-fann(ijiet) li jħalltu l-arja fil-kompartiment għandhom jinxtegħlu f’dan il-ħin.
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun fuq żero u jiġi spanned eżatt qabel it-test. |
5.1.5. It-tagħbija taċ-ċilindru bi sħana ripetuta twassal għall-punt tal-qsim
|
5.1.5.1. |
It-tank(ijiet) tal-fjuwil tal-vettura/i jiġi/u mbattal/imbattla permezz tad-drejn(ijiet) tat-tank tal-fjuwil. Dan għandu jsir sabiex ma jitnaddfux jew jitgħabbew b’mod mhux normali l-mekkaniżmi ta’ kontroll mwaħħla mal-vettura. It-tneħħija tat-tapp tal-fjuwil normalment hi biżżejjed biex jintlaħaq dan. |
|
5.1.5.2. |
It-tank(ijiet) tal-fjuwil jerġa’/jerġgħu jimtlew bil-fjuwil tat-test f’temperatura ta’ bejn 283 K sa 287 K (10 sa 14 °C)) sa 40 ± 2 fil-mija tal-kapaċità volumetrika normali tat-tank. It-tapp(ijiet) tal-fjuwil tal-vettura għandu/għandhom jiġi/u mwaħħal/imwaħħla f’dan il-ħin. |
|
5.1.5.3. |
Fi żmien siegħa mill-għoti tal-fjuwil, il-vettura għandha titpoġġa, bil-magna mitfija, fl-għeluq għall-emissjonijiet evaporattivi. Is-senser tat-temperatura tat-tank tal-fjuwil jiġi mqabbad mas-sistema li tieħu t-temperatura. Sors tas-sħana għandu jiġi pożizzjonat sewwa fir-rigward tat-tank(ijiet) tal-fjuwil u jitqabbad mal-kontrollur tat-temperatura. Is-sors tas-sħana huwa speċifikat fil-paragrafu 4.4 hawn fuq. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’iżjed minn tank wieħed tal-fjuwil, it-tankijiet kollha għandhom jiġu msaħħna bl-istess mod kif deskritt hawn isfel. It-temperaturi tat-tankijiet kollha għandhom ikunu identiċi sa ±1,5 K. |
|
5.1.5.4. |
Il-fjuwil jista’ jiġi msaħħan b’mod artifiċjali għat-temperatura inizjali ta’ binhar ta’ 293 K (20 °C) ± 1 K. |
|
5.1.5.5. |
Meta t-temperatura tal-fjuwil tilħaq mill-anqas 292 K (19 °C), għandhom jittieħdu immedjatament il-passi li ġejjin: għandu jintefa l-blower li jnaddaf; il-bibien tal-għeluq jiġu magħluqa u ssiġillati; u jinbeda l-kejl tal-livell ta’ idrokarburi fl-għeluq. |
|
5.1.5.6. |
Meta t-temperatura tal-fjuwil ġewwa t-tank tal-fjuwil tilħaq 293 K (20 °C) tibda binja lineari tas-sħana ta’ 15 K (15 °C). Il-fjuwil għandu jissaħħan b’tali mod li t-temperatura tal-fjuwil waqt it-tisħin tikkonforma mal-funzjoni t’hawn taħt sa ± 1,5 K. Il-ħin li jgħaddi tal-binja tas-sħana u taż-żieda fit-temperatura jiġi rreġistrat.
Tr = To + 0,2333 · t Fejn:
|
|
5.1.5.7. |
Malli jseħħ il-qsim jew meta t-temperatura tal-fjuwil tilħaq 308 K (35 °C), liema minnhom tiġri l-ewwel, is-sors tas-sħana jintefa, il-bibien tal-għeluq ma jibqgħux issiġillati u jinfetħu, u t-tapp(ijiet) tat-tank tal-fjuwil tal-vettura jitneħħa/jitneħħew. Jekk il-qsim ma jsirx sakemm it-temperatura tal-fjuwil tkun 308 K (35 °C), is-sors tas-sħana jitneħħa mill-vettura, il-vettura titneħħa mill-għeluq tal-emissjonijiet evaporattivi u l-proċedura kollha deskritta fil-paragrafu 5.1.7 t’hawn taħt tiġi ripetuta sakemm isir il-qsim. |
5.1.6. Tagħbija tal-butanu sal-punt tal-qsim
|
5.1.6.1. |
Jekk l-għeluq jintuża biex jiġi stabbilit il-punt tal-qsim (ara l-paragrafu 5.1.4.2 aktar ‘il fuq) il-vettura għandha titqiegħed, bil-magna mitfija, fl-għeluq tal-emissjonijiet evaporattivi. |
|
5.1.6.2. |
Iċ-ċilindru tal-emissjonijiet evaporattivi għandu jiġi ppreparat għall-operazzjoni tat-tagħbija taċ-ċilindru. Iċ-ċilindru m’għandux jitneħħa mill-vettura, sakemm l-aċċess għalih fil-post normali tiegħu ma jkunx tant ristrett li t-tagħbija tista’ raġonevolment issir biss billi jitneħħa ċ-ċilindru mill-vettura. Għandha ssir attenzjoni speċjali waqt dan l-istadju biex ma ssirx ħsara lill-komponenti u lis-sħuħija tas-sistema tal-fjuwil. |
|
5.1.6.3. |
Iċ-ċilindru jitgħabba b’taħlita magħmula minn 50 fil-mija butanu u 50 fil-mija nitroġenu bil-volum b’rata ta’ 40 gramma butanu kull siegħa. |
|
5.1.6.4. |
Malli ċ-ċilindru jilħaq il-punt tal-qsim, is-sors tal-fwar għandu jingħalaq. |
|
5.1.6.5. |
Iċ-ċilindru tal-emissjonijiet evaporattivi mbagħad għandu jerġa’ jiġi mqabbad u l-vettura tinġieb lura fil-kundizzjoni operattiva normali tagħha. |
5.1.7. Tbattil tal-fjuwil u mili mill-ġdid
|
5.1.7.1. |
It-tank(ijiet) tal-fjuwil tal-vettura/i jiġi/jiġu mbattal/imbattla permezz tad-drejn(ijiet) tat-tank tal-fjuwil. Dan għandu jsir sabiex ma jitnaddfux jew jitgħabbew b’mod mhux normali l-mekkaniżmi tal-kontroll evaporattiv imwaħħla mal-vettura. It-tneħħija tat-tapp tal-fjuwil normalment hi biżżejjed biex jintlaħaq dan. |
|
5.1.7.2. |
It-tank(ijiet) tal-fjuwil jerġa’/jerġgħu jimtela/jimtlew bil-fjuwil tat-test f’temperatura ta’ bejn 291 ± 8 K (18 ± 8 °C) sa 40 + 2 fil-mija tal-kapaċità volumetrika normali tat-tank. It-tapp(ijiet) tal-fjuwil tal-vettura għandhom jiġu mwaħħla f’dan il-punt. |
5.2. Sewqan ta’ prekundizzjonament
5.2.1. Fi żmien siegħa minn meta titlesta t-tagħbija taċ-ċilindru skont il-paragrafi 5.1.5 jew 5.1.6 il-vettura titqiegħed fuq id-dinamometru tax-xażi u tinstaq għal ċiklu wieħed ta’ sewqan tal-Ewwel Parti u għal żewġ ċikli ta’ sewqan mit-Tieni Parti tat-test tat-Tip I kif speċifikat fl-Anness 4. Waqt din l-operazzjoni ma jittiħdux kampjuni tal-emissjonijiet tal-egżost.
5.3. Tgħaddis
5.3.1. Fi żmien ħames minuti minn meta titlesta l-operazzjoni ta’ prekundizzjonament speċifikata fil-paragrafu 5.2.1 hawn fuq, il-bonnit tal-magna għandu jiġi magħluq għal kollox u l-vettura titneħħa minn fuq ix-xażi tad-dinamometru u tiġi pparkjata fiż-żona tat-tgħaddis. Il-vettura tiġi pparkjata għal minimu ta’ 12-il siegħa u massimu ta’ 36 siegħa. It-temperaturi taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ għandhom ikunu laħqu t-temperatura taż-żona jew sa ± 3 K tagħha fl-aħħar tal-perjodu.
5.4. Test tad-dinamometru
5.4.1. Wara li jintemm il-perjodu ta’ tgħaddis il-vettura tinstaq għal test tas-sewqan sħiħ tat-Tip I kif deskritt fl-Anness 4a (test bi startjar kiesaħ urban u extra urban). Imbagħad il-magna tintefa. Jista’ jittieħed kampjun tal-emissjonijiet tal-egżost waqt din l-operazzjoni iżda r-riżultati m’għandhomx jintużaw għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tal-egżost.
5.4.2. Fi żmien żewġ minuti mit-tlestija tat-test tas-sewqan tat-Tip I speċifikat fil-paragrafu 5.4.1 hawn fuq, il-vettura tinstaq dawra oħra ta’ kundizzjonament magħmula minn ċiklu wieħed tat-test urban (startjar sħun) ta’ test tat-Tip I. Imbagħad il-magna terġa’ tintefa. M’hemmx għalfejn jittieħed kampjun tal-emissjonijiet tal-egżost waqt din l-operazzjoni.
5.5. Test tal-emissjonijiet evaporattivi b’tgħaddis sħun
5.5.1. Qabel ma titlesta d-dawra tat-test, il-kompartiment tal-kejl għandu jitnaddaf għal diversi minuti sakemm jinkiseb sfond stabbli ta’ idrokarburi. Il-fann(ijiet) li jħalltu tal-għeluq għandhom ukoll jinxtegħlu f’dan il-ħin.
5.5.2. L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jitqiegħed fuq żero u jiġi spanned eżatt qabel it-test.
5.5.3. Fl-aħħar taċ-ċiklu tas-sewqan, il-bonnit tal-magna għandu jingħalaq għal kollox u l-konnessjonijiet kollha bejn il-vettura u l-istend tat-test jiġu skonnettjati. Il-vettura mbagħad tinstaq lejn il-kompartiment tat-tkejjil b’użu minimu tal-pedala tal-gass. Il-magna għandha tintefa qabel ma xi parti mill-vettura tidħol fil-kompartiment tat-tkejjil. Il-ħin meta l-magna tiġi mitfija jiġi rreġistrat fuq is-sistema li tirrekordja d-dejta dwar il-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi u tibda tittieħed it-temperatura. It-twieqi u l-kompartimenti tal-bagalji tal-vettura għandhom jinfetħu f’dan l-istadju, jekk ma jkunux diġà miftuħa.
5.5.4. Il-vettura għandha tiġi mbuttata jew inkella mressqa fil-kompartiment tat-tkejjil bil-magna mitfija.
5.5.5. Il-bibien tal-għeluq jingħalqu u jiġu ssiġillati b’mod li ma jnixxix gass minnhom f’temp ta’ żewġ minuti minn meta l-magna tintefa u f’temp ta’ seba’ minuti mit-tmiem tas-sewqan ta’ kundizzjonament.
5.5.6. Il-bidu ta’ perjodu ta’ tgħaddis sħun ta’ 60 ± 0,5 minuta jibda meta jiġi ssiġillat l-kompartiment. Il-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika tal-idrokarburi jiġu mkejla biex jagħtu l-qari inizjali CHCi, Pi u Ti għat-test b’tgħaddis sħun. Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjonijiet evaporattivi, paragrafu 6 hawn isfel. It-temperatura ambjentali T tal-għeluq m’għandhiex tkun inqas minn 296 K u mhux aktar minn 304 K waqt il-perjodu ta’ tgħaddis sħun ta’ 60 minuta.
5.5.7. L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jitqiegħed fuq żero u jiġi spanned eżatt qabel it-tmiem tal-perjodu tat-test ta’ 60 ± 0,5 minuta.
5.5.8. Fl-aħħar tal-perjodu tat-test ta’ 60 ± 0,5 minuta, għandha titkejjel il-konċentrazzjoni tal-idrokarburi fil-kompartiment. Jitkejlu wkoll it-temperatura u l-pressjoni barometrika. Dawn huma l-qari finali CHCf, Pf u Tf għat-test b’tgħaddis sħun użat għall-kalkulazzjoni fil-paragrafu 6 hawn isfel.
5.6. Tgħaddis
5.6.1. Il-vettura tat-test għandha tiġi imbuttata jew inkella mressqa lejn iż-żona tat-tgħaddis mingħajr ma tintuża l-magna u titgħaddas għal mhux inqas minn 6 sigħat u mhux aktar minn 36 siegħa bejn it-tmiem tat-test tat-tgħaddis sħun u l-bidu tat-test tal-emissjonijiet binhar. Għal mill-anqas 6 sigħat ta’ dan il-perjodu l-vettura għandha tiġi mxarrba f’293 ± 2 K (20 ± 2 °C).
5.7. Test binhar
5.7.1. Il-vettura tat-test għandha tiġi esposta għal ċiklu wieħed tat-temperatura ambjentali skont il-profil speċifikat fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness b’devjazzjoni massima ta’ ± 2 K fi kwalunkwe ħin. Id-devjazzjoni medja tat-temperatura mill-profil, ikkalkulata permezz tal-valur assolut ta’ kull devjazzjoni mkejla, m’għandhiex taqbeż ± 1 K. It-temperatura ambjentali għandha titkejjel mill-anqas kull minuta. Iċ-ċikli tat-temperatura jibdew meta l-ħin Tstart = 0, kif speċifikat fil-paragrafu 5.7.6 hawn isfel.
5.7.2. Il-kompartiment tat-tkejjil għandu jitnaddaf għal diversi minuti eżatt qabel it-test sakemm jinkiseb sfond stabbli. Il-fann(ijiet) li jħalltu fil-kompartiment għandhom jinxtegħlu wkoll f’dan il-ħin.
5.7.3. Il-vettura tat-test, bil-magna mitfija u t-twieqi u l-kompartiment(i) tal-bagalji tal-vettura tat-test miftuħa għandhom jitressqu fil-kompartiment tat-tkejjil. Il-fann(ijiet) li jħalltu għandhom jiġu aġġustati b’tali mod li jżommu veloċità minima ta’ ċirkolazzjoni tal-arja ta’ 8 km/h taħt it-tank tal-fjuwil tal-vettura tat-test.
5.7.4. L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jitqiegħed fuq żero u jiġi spanned eżatt qabel it-test.
5.7.5. Il-bibien tal-għeluq għandhom jiġu magħluqa u ssiġillati biex ma jnixxux gass.
5.7.6. Fi żmien 10 minuti mill-għeluq u l-issiġillar tal-bibien, il-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika tal-idrokarburi jitkejlu biex jagħtu l-qari inizjali CHCi, Pi u Ti għat-test ta’ binhar. Dan huwa l-punt fejn Tstart = 0.
5.7.7. L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jitqiegħed fuq żero u jiġi spanned eżatt qabel ma jintemm it-test.
5.7.8. It-tmiem tal-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni tal-emissjonijiet iseħħ 24 siegħa ± 6 minuti wara l-bidu tat-teħid ta’ kampjuni inizjali, kif speċifikat fil-paragrafu 5.7.6 hawn fuq. Il-ħin li jgħaddi jiġi rrekordjat. Il-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika tal-idrokarburi jitkejlu biex jagħtu l-qari finali CHCf, Pf u Tf għat-test ta’ binhar użat għall-kalkulazzjoni fil-paragrafu 6. Dan itemm il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet evaporattivi.
6. KALKULAZZJONI
6.1. It-testijiet tal-emissjonijiet evaporattivi deskritti fil-paragrafu 5 jagħmluha possibbli li jiġu kkalkulati l-emissjonijiet ta’ idrokarburi mill-fażijiet ta’ binhar u tat-tgħaddis sħun. It-telf evaporattiv minn kull waħda minn dawn il-fażijiet huwa kkalkulat bl-użu tal-konċentrazzjonijiet, it-temperaturi u l-pressjonijiet inizjali u finali tal-idrokarburi fl-għeluq, flimkien mal-volum nett tal-għeluq. Hija użata l-formula ta’ hawn isfel:
Fejn:
|
MHC |
= |
il-piż tal-idrokarburi fi grammi, |
|
MHC,out |
= |
il-piż tal-idrokarburi li joħroġ mill-għeluq, fil-każ ta’ għeluq bil-volum fiss għall-ittestjar tal-emissjonijiet binhar (grammi), |
|
MHC,i |
= |
il-piż tal-idrokarburi li jidħol fl-għeluq, fil-każ ta’ għeluq b’volum fiss għall-ittestjar tal-emissjonijiet binhar (grammi), |
|
CHC |
= |
il-konċentrazzjoni mkejla ta’ idrokarburi fl-għeluq (volum ppm f’ekwivalenti ta’ C1), |
|
V |
= |
il-volum nett tal-għeluq f’metri kubi kkoreġut għall-volum tal-vettura, bit-twieqi u l-kompartiment tal-bagalji miftuħa. Jekk ma jiġix stabbilit il-volum tal-vettura, jitnaqqas volum ta’ 1,42 m3, |
|
T |
= |
it-temperatura ambjentali tal-kompartiment, f’K, |
|
P |
= |
il-pressjoni barometrika f’kPa, |
|
H/C |
= |
il-proporzjon tal-idroġenu għall-karbonju, |
|
k |
= |
1,2 · (12 + H/C); |
Fejn:
|
i |
= |
huwa l-qari inizjali, |
|
f |
= |
huwa l-qari finali, |
|
H/C |
= |
jittieħed bħala 2,33 għat-telf tat-test ta’ binhar, |
|
H/C |
= |
jittieħed bħala 2,20 għat-telf tat-tgħaddis sħun. |
6.2. Riżultati globali tat-test
L-emissjoni globali ta’ piż tal-idrokarburi għall-vettura huwa meħud bħala:
Mtotal = MDI + MHS
Fejn:
|
Mtotal |
= |
il-piż globali tal-emissjonijiet tal-vettura (grammi), |
|
MDI |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tal-idrokarburi għat-test ta’ binhar (grammi), |
|
MHS |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tal-idrokarburi għat-tgħaddis sħun (grammi). |
7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
7.1. Għall-ittestjar ta’ rutina fl-aħħar tal-linja tal-produzzjoni, id-detentur tal-approvazzjoni jista’ juri konformità billi jieħu kampjuni ta’ vetturi li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
7.2. Test għat-tnixxija
7.2.1. Il-fetħiet għall-atmosfera mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet għandhom ikunu iżolati.
7.2.2. Għandha tiġi applikata pressjoni ta’ 370 ± 10 mm ta’ H2O fuq is-sistema tal-fjuwil.
7.2.3. Il-pressjoni għandha titħalla tistabbilizza ruħha qabel ma tiġi iżolata s-sistema tal-fjuwil mis-sors tal-pressjoni.
7.2.4. Wara l-iżolament tas-sistema tal-fjuwil, il-pressjoni m’għandhiex taqa’ b’aktar minn 50 mm ta’ H2O f’ħames minuti.
7.3. Test għall-ventilazzjoni
7.3.1. Il-fetħiet għall-atmosfera mill-kontroll tal-emissjonijiet għandhom ikunu iżolati.
7.3.2. Għandha tiġi applikata pressjoni ta’ 370 ± 10 mm ta’ H2O fuq is-sistema tal-fjuwil.
7.3.3. Il-pressjoni għandha titħalla tistabbilizza ruħha qabel ma tiġi iżolata s-sistema tal-fjuwil mis-sors tal-pressjoni.
7.3.4. L-iżbokki tal-ventilazzjoni mis-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet għandhom jitreġġgħu lura fil-kundizzjoni tal-produzzjoni.
7.3.5. Il-pressjoni tas-sistema tal-fjuwil għandha taqa’ għal inqas minn 100 mm ta’ H20 f’mhux inqas minn 30 sekonda iżda f’mhux aktar minn żewġ minuti.
7.3.6. Fuq talba tal-fabbrikant, il-kapaċità funzjonali għall-ventilazzjoni tista’ tintwera permezz ta’ proċedura alternattiva ekwivalenti. Il-proċedura speċifika għandha tintwera mill-fabbrikant lis-servizz tekniku waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip.
7.4. Test tat-tindif
7.4.1. Tagħmir li kapaċi jidentifika rata ta’ fluss tal-arja ta’ 1 litru f’minuta għandu jkun imqabbad mad-daħla tat-tindif u kontenitur tal-pressjoni kbir biżżejjed biex ma jkollux effett fuq is-sistema tat-tindif għandu jkun imqabbad permezz ta’ valv li jiswiċċja mad-daħla tat-tindif, jew mod ieħor.
7.4.2. Il-fabbrikant jista’ juża miter tal-fluss tal-għażla tiegħu, jekk ikun aċċettabbli għall-awtorità kompetenti.
7.4.3. Il-vettura għandha titħaddem b’mod li kull karatteristika tad-disinn tas-sistema tat-tindif li tista’ tillimita l-operazzjoni tat-tindif tiġi ditektjata u ċ-ċirkustanzi nnutati.
7.4.4. Waqt li l-magna tkun qiegħda taħdem fil-limiti nnutati fil-paragrafu 7.4.3 hawn fuq, il-fluss tal-arja għandu jiġi determinat jew permezz ta’:
|
7.4.4.1. |
L-apparat indikat fil-paragrafu 7.4.1 aktar ‘il fuq billi jinxtegħel. Għandha tiġi osservata waqgħa fil-pressjoni minn dik atmosferika għal livell li jindika li volum ta’ 1 litru ta’ arja jkun daħal fis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi fi żmien minuta; jew |
|
7.4.4.2. |
Jekk jintuża apparat alternattiv li jkejjel il-fluss, għandu jkun jista’ jiġi ditektjat qari ta’ mhux inqas minn 1 litru kull minuta. |
|
7.4.4.3. |
Fuq talba tal-fabbrikant tista’ tintuża proċedura alternattiva tat-test tat-tindif, jekk il-proċedura tkun ġiet ippreżentata u aċċettata mis-servizz tekniku waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip. |
7.5. L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni.
7.5.1. L-ispettur għandu jieħu kampjun kbir biżżejjed mis-serje.
7.5.2. L-ispettur jista’ jittestja dawn il-vetturi billi japplika l-paragrafu 8.2.5 ta’ dan ir-Regolament.
7.6. Jekk ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.5 t’hawn fuq ma jintlaħqux, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li jittieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni kemm jista’ jkun malajr.
Appendiċi 1
Kalibrar tat-tagħmir għall-ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi
1. FREKWENZA U METODI TA’ KALIBRAR
1.1. It-tagħmir kollu għandu jiġi kkalibrat qabel l-ewwel użu tiegħu u mbagħad jiġi kkalibrat ta’ spiss kemm ikun hemm bżonn u fi kwalunkwe każ fix-xahar ta’ qabel l-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Il-metodi ta’ kalibrar li għandhom jintużaw huma deskritti f’dan l-appendiċi.
1.2. Normalment għandhom jintużaw is-sensiela ta’ temperaturi li jkunu msemmija l-ewwel. Inkella jistgħu jintużaw is-sensiela ta’ temperaturi fil-parentesi kwadri.
2. KALIBRAR TAL-GĦELUQ
2.1. Stabbiliment inizjali tal-volum intern tal-għeluq
|
2.1.1. |
Qabel jintuża għall-ewwel darba, il-volum intern tal-kompartiment għandu jiġi stabbilit kif ġej:
Il-qisien interni tal-kompartiment jiġu mkejla sewwa, billi jitħalla spazju għal xi irregolaritajiet bħall-ħadid tal-brejżing. Il-volum intern tal-kompartiment jiġi stabbilit minn dawn il-qisien. Għall-għeluq b’volum varjabbli, l-għeluq għandu jkun imqabbad ma’ volum fiss meta l-għeluq jinżamm f’temperatura ambjentali ta’ 303 K (30 °C) [(302 K (29 °C)]. Dan il-volum nominali għandu jkun jista’ jiġi ripetut sa ±0,5 fil-mija tal-valur irrappurtat. |
|
2.1.2. |
Il-volum intern nett jiġi stabbilit billi jitnaqqas 1,42 m3 mill-volum intern tal-kompartiment. Inkella jista’ jintuża l-volum tal-vettura tat-test bil-kompartiment tal-bagalji u t-twieqi miftuħin minflok il-1,42 m3. |
|
2.1.3. |
Il-kompartiment għandu jiġi ċċekkjat bħal fil-paragrafu 2.3 hawn isfel. Jekk il-piż tal-propan ma jikkorrispondix mal-piż injettat sa ± 2 fil-mija, f’dak il-każ trid tittieħed azzjoni korrettiva. |
2.2. Stabbiliment tal-emissjonijiet fl-isfond tal-kompartiment
Din l-operazzjoni tistabbilixxi li l-kompartiment ma jkunx fih materjali li jarmu ammonti sinfikanti ta’ idrokarburi. L-ispezzjoni għandha ssir mal-introduzzjoni tal-għeluq fis-servizz, wara kwalunkwe operazzjoni fl-għeluq li tista’ taffettwa l-emissjonijiet fl-isfond u bi frekwenza ta’ mill-anqas darba fis-sena.
|
2.2.1. |
L-għeluq b’volum varjabbli jistgħu jitħaddmu b’konfigurazzjoni tal-volum imqabbad jew mhux imqabbad, kif deskritt fil-paragrafu 2.1.1 aktar ‘il fuq, it-temperaturi ambjentali għandhom jinżammu fi 308 K ± 2 K. (35 ± 2 °C) [309 K ± 2 K (36 ± 2 °C)], tul il-perjodu ta’ 4 sigħat imsemmi hawn isfel. |
|
2.2.2. |
L-għeluq b’volum varjabbli jistgħu jitħaddmu bil-kurrenti tal-fluss fid-daħla u l-ħruġ magħluqa. It-temperaturi ambjentali għandhom jinżammu fi 308 K ± 2 K (35 ± 2 °C) [309 K ± 2 K (36 ± 2 °C)] tul il-perjodu ta’ 4 sigħat imsemmi hawn isfel. |
|
2.2.3. |
L-għeluq jista’ jiġi ssiġillat u l-fann li jħallat jitħaddem għal perjodu sa 12-il siegħa qabel ma jibda l-perjodu kampjunarju tal-isfond għal 4 sigħat. |
|
2.2.4. |
L-analizzatur (jekk ikun meħtieġ) għandu jiġi kalibrat, imbagħad jitqiegħed fuq żero u jiġi spanned. |
|
2.2.5. |
L-għeluq għandu jitnaddaf sakemm jinkiseb qari stabbli tal-idrokarburi, u l-fann li jħallat jinxtegħel jekk ma jkunx diġà mixgħul. |
|
2.2.6. |
Imbagħad il-kompartiment jiġi ssiġillat u jitkejlu l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika tal-idrokarburi fl-isfond. Dan huwa l-qari inizjali CHCi, Pi, Ti użat fil-kalkulazzjoni tal-isfond tal-għeluq. |
|
2.2.7. |
L-għeluq jitħalla joqgħod mingħajr ma jiġi disturbat bil-fann tat-taħlit mixgħul għal perjodu ta’ erba’ sigħat. |
|
2.2.8. |
Fl-aħħar ta’ dan il-ħin l-istess analizzatur jintuża biex ikejjel il-konċentrazzjoni ta’ idrokarburi fil-kompartiment. Jitkejlu wkoll it-temperatura u l-pressjoni barometrika. Dan huwa l-qari finali CHCf, Pf, Tf. |
|
2.2.9. |
Il-bidla fil-piż tal-idrokarburi fl-għeluq għandha tiġi kkalkulata tul il-ħin tat-test skont il-paragrafu 2.4 hawn isfel u m’għandhiex taqbeż 0,05 g. |
2.3. Test tal-ikkalibrar u taż-żamma tal-idrokarburi fil-kompartiment
It-test tal-ikkalibrar u taż-żamma tal-idrokarburi fil-kompartiment jipprovdi kontroll dwar il-volum ikkalkulat fil-paragrafu 2.1 hawn fuq u jkejjel ukoll kwalunkwe rata ta’ tnixxija. Ir-rata tat-tnixxija tal-għeluq għandha tiġi stabbilita meta jibda jitħaddem l-għeluq, wara kwalunkwe operazzjoni fl-għeluq li tista’ taffettwa s-sħuħija tal-għeluq, u suċċessivament tal-anqas darba fix-xahar. Jekk sitt spezzjonijiet konsekuttivi ta’ kull xahar taż-żamma jiġu mitmuma b’suċċess mingħajr azzjoni korrettiva, ir-rata tat-tnixxija tal-għeluq wara tista’ tiġi stabbilita kull tliet xhur sakemm ma tkunx meħtieġa azzjoni korrettiva.
|
2.3.1. |
L-għeluq għandu jitnaddaf sakemm tintlaħaq konċentrazzjoni stabbli ta’ idrokarburi. Il-fann li jħallat jinxtegħel, jekk ma jkunx diġà mixgħul. L-analizzatur tal-idrokarburi jitqiegħed fuq żero, jekk ikun meħtieġ jiġi kalibrat, u jiġi spanned. |
|
2.3.2. |
Fl-għeluq bil-volum varjabbli, l-għeluq għandu jkun imqabbad mal-pożizzjoni tal-volum nominali. Fl-għeluq bil-volum fiss il-kurrenti tal-fluss fl-iżbokk u fid-dħul għandhom ikunu magħluqa. |
|
2.3.3. |
Is-sistema ta’ kontroll tat-temperatura ambjentali mbagħad tiġi mixgħula (jekk ma tkunx diġà mixgħula) u tiġi aġġustata għal temperatura inizjali ta’ 308 K (35 °C) [309 K (36 °C)]. |
|
2.3.4. |
Meta l-għeluq jistabbilizza ruħu f’308 K ± 2 K (35 ± 2 °C) [309 K ± 2 K (36 ± 2 °C)], l-għeluq jiġi ssiġillat u jitkejlu l-konċentrazzjoni fl-isfond, it-temperatura u l-pressjoni barometrika. Dan huwa l-qari inizjali CHCi, Pi, Ti użat biex jiġi kkalibrat l-għeluq. |
|
2.3.5. |
Kwantità ta’ madwar 4 grammi ta’ propan tiġi injettata fl-għeluq. Il-piż tal-propan għandu jiġi mkejjel b’eżattezza u preċiżjoni sa ± 2 fil-mija tal-valur imkejjel. |
|
2.3.6. |
Il-kontenut tal-kompartiment għandu jitħalla jitħawwad għal ħames minuti u mbagħad jitkejlu l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika tal-idrokarburi. Dan huwa l-qari CHCf, Pf, Tf għall-ikkalibrar tal-għeluq kif ukoll il-qari inizjali CHCi, Pi, Ti għall-ispezzjoni taż-żamma. |
|
2.3.7. |
Abbażi tal-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.4 u 2.3.6 hawn fuq u l-formula fil-paragrafu 2.4 aktar ‘l isfel, jiġi kkalkulat il-piż tal-propan fl-għeluq. Dan għandu jkun sa ± 2 fil-mija tal-piż tal-propan imkejjel fil-paragrafu 2.3.5 t’hawn fuq. |
|
2.3.8. |
Għall-għeluq bil-volum varjabbli, l-għeluq m’għandux jibqa’ mqabbad mal-konfigurazzjoni tal-volum nominali. Għall-għeluq bil-volum fiss, il-kurrenti tal-fluss fl-iżbokk u fid-daħla għandhom jinfetħu. |
|
2.3.9. |
Imbagħad jinbeda l-proċess ta’ ċiklar tat-temperatura ambjentali minn 308 K (35 °C) għal 293 K (20 °C) u lura għal 308 K (35 °C) [308,6 K (35,6 °C) għal 295,2 K (22,2 °C) u lura għal 308,6 K (35,6 °C)] fuq perjodu ta’ 24 siegħa skont il-profil [profil alternattiv] speċifikat fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness fi 15-il minuta mis-siġillar tal-għeluq. (Tolleranzi kif speċifikati fil-paragrafu 5.7.1 tal-Anness 7). |
|
2.3.10. |
Kif jitlesta l-perjodu ta’ ċiklar ta’ 24 siegħa, jitkejlu l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika finali tal-idrokarburi u jiġu rekordjati. Dan huwa l-qari finali CHCf, Pf, Tf għall-ispezzjoni taż-żamma tal-idrokarburi. |
|
2.3.11. |
Permezz tal-formula fil-paragrafu 2.4 hawn isfel, il-piż tal-idrokarburi mbagħad jiġi kkalkulat mill-qari meħud fil-paragrafi 2.3.10 u 2.3.6 hawn fuq. Il-piż m’għandux ivarja b’aktar minn 3 fil-mija mill-piż tal-idrokarburi mogħti fil-paragrafu 2.3.7 hawn fuq. |
2.4. Kalkulazzjonijiet
Il-kalkulazzjoni tal-bidla fil-piż nett tal-idrokarburi fl-għeluq tintuża biex tiġi stabbilita r-rata tal-isfond u tat-tnixxija tal-idrokarburi fil-kompartiment. Qari inizjali u finali tal-konċentrazzjoni, tat-temperatura u tal-pressjoni barometrika tal-idrokarburi jintużaw fil-formula li ġejja biex tiġi kkalkulata l-bidla fil-piż.
Fejn:
|
MHC |
= |
il-piż tal-idrokarburi fi grammi, |
|
MHC,out |
= |
il-piż tal-idrokarburi li joħorġu mill-għeluq, fil-każ ta’ għeluq b’volum fiss għall-ittestjar tal-emissjonijiet binhar (grammi), |
|
MHC,i |
= |
il-piż tal-idrokarburi li jidħlu fl-għeluq meta jintuża għeluq b’volum fiss għall-ittestjar tal-emissjonijiet binhar (grammi), |
|
CHC |
= |
il-konċentrazzjoni tal-idrokarburi fl-għeluq (ppm karbonju (Nota: ppm karbonju = ppm propan x 3)), |
|
V |
= |
il-volum tal-għeluq f’metri kubi, |
|
T |
= |
it-temperatura ambjentali fl-għeluq, (K), |
|
P |
= |
il-pressjoni barometrika, (kPa), |
|
K |
= |
17,6; |
Fejn:
|
i |
huwa l-qari inizjali, |
|
f |
huwa l-qari finali. |
3. IĊĊEKKJAR TAL-ANALIZZATUR FID TAL-IDROKARBURI
3.1. Titjib fir-rispons tad-ditekter
Il-FID għandu jiġi aġġustat kif speċifikat mill-fabbrikant tal-istrument. Il-propan fl-arja għandu jintuża biex itejjeb ir-rispons fuq l-aktar firxa tat-tħaddim komuni.
3.2. Kalibrar tal-analizzatur tal-idrokarburi
L-analizzatur għandu jiġi kalibrat permezz tal-propan fl-arja u permezz ta’ arja sintetika purifikata. Ara l-paragrafu 3.2 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a.
Stabbilixxi kurva tal-kalibrar kif deskritt fil-paragrafi 4.1. sa 4.5 ta’ dan l-appendiċi.
3.3. Spezzjoni dwar l-interferenza tal-ossiġnu u l-limiti rakkomandati
Il-fattur ta’ rispons (Rf) għal speċi partikolari ta’ idrokarbonju huwa l-proporzjon tal-qari FID C1 għall-qari tal-konċentrazzjoni fiċ-ċilindru tal-gass, imfisser bħala ppm C1. Il-konċentrazzjoni tal-gass tat-test għandha tkun fuq livell li jagħti rispons ta’ madwar 80 fil-mija tad-diflezzjoni fuq skala sħiħa, għall-firxa tat-tħaddim. Il-konċentrazzjoni għandha tkun magħrufa, bi preċiżjoni ta’ ± 2 fil-mija b’referenza għall-standard tal-kejl tal-piż imfisser f’volum. Barra minn hekk iċ-ċilindru tal-gass għandu jiġi prekundizzjonat għal 24 siegħa f’temperatura bejn 293 K u 303 K (20 u 30 °C).
Il-fatturi ta’ rispons għandhom jiġu determinati meta jibda jitħaddem analizzatur u suċċessivament f’intervalli ta’ manutenzjoni maġġuri. Il-gass ta’ referenza li għandu jintuża huwa propan b’arja purifikata ta’ bilanċ li titqies li tagħti fattur ta’ rispons ta’ 1.
Il-gass tat-test li għandu jintuża għall-interferenza tal-ossiġnu u l-firxa tal-fattur ta’ rispons rakkomandat huma mogħtija hawn taħt:
Propan u nitroġenu: 0,95 ≤ Rf ≤ 1,05.
4. KALIBRAR TAL-ANALIZZATUR TAL-IDROKARBURI
Kull waħda mill-meded operattivi li normalment jintużaw hi kkalibrata permezz tal-proċedura li ġejja:
4.1. Stabbilixxi l-kurva tal-ikkalibrar b’mill-anqas ħames punti ta’ kalibrar spazjati kemm jista’ jkun indaqs tul il-firxa tat-tħaddim. Il-konċentrazzjoni nominali tal-gass tal-ikkalibrar bl-ogħla konċentrazzjonijiet għandha tkun mill-anqas 80 fil-mija tal-iskala sħiħa.
4.2. Ikkalkula l-kurva tal-ikkalibrar permezz tal-metodu tal-inqas kwadri. Jekk il-grad polynomial li jirriżulta jkun akbar minn 3, f’dak il-każ in-numru ta’ punti ta’ kalibrar għandu jkun tal-anqas in-numru tal-grad polynomial flimkien ma’ 2.
4.3. Il-kurva tal-ikkalibrar m’għandhiex tvarja b’aktar minn 2 fil-mija mill-valur nominali ta’ kull gass tal-ikkalibrar.
4.4. Billi jintużaw il-koeffiċjenti tal-polynomial derivati mill-paragrafu 3.2 hawn fuq, għandha tissawwar tabella bil-qari indikat imqabbel mal-konċentrazzjoni vera fi stadji ta’ mhux akbar minn 1 fil-mija tal-iskala sħiħa. Dan għandu jsir għal kull firxa kalibrata tal-analizzatur. It-tabella għandu jkun fiha wkoll dejta oħra rilevanti bħal:
|
(a) |
Id-data tal-ikkalibrar, il-qari fuq il-potenzjometru tal-ispan u żero (fejn applikabbli); |
|
(b) |
L-iskala nominali; |
|
(c) |
Id-dejta ta’ referenza ta’ kull gass tal-ikkalibrar li jintuża; |
|
(d) |
Il-valur proprju u dak indikat ta’ kull gass tal-ikkalibrar użat flimkien mad-differenzi fil-perċentwali; |
|
(e) |
Il-fjuwil FID u t-tip; |
|
(f) |
Il-pressjoni tal-arja FID. |
4.5. Jekk ikun jista’ jiġi ppruvat għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku li teknoloġija alternattiva (eż il-kompjuter, swiċċ bil-medda kkontrollata b’mod elettroniku) tista’ tagħti preċiżjoni ekwivalenti, f’dak il-każ ikunu jistgħu jintużaw dawk l-alternattivi.
Appendiċi 2
|
Profil tat-temperatura ambjentali ta’ binhar għall-ikkalibrar tal-għeluq u tat-test tal-emissjonijiet ta’ binhar |
Profil alternattiv tat-temperatura ambjentali ta’ binhar għall-ikkalibrar tal-għeluq skont l-Anness 7, Appendiċi 1, paragrafi 1.2 u 2.3.9. |
|||
|
Ħin (sigħat) |
Temperatura (°Ci) |
Ħin (sigħat) |
Temperatura (°Ci) |
|
|
Kalibrar |
Test |
|||
|
13 |
0/24 |
20 |
0 |
35,6 |
|
14 |
1 |
20,2 |
1 |
35,3 |
|
15 |
2 |
20,5 |
2 |
34,5 |
|
16 |
3 |
21,2 |
3 |
33,2 |
|
17 |
4 |
23,1 |
4 |
31,4 |
|
18 |
5 |
25,1 |
5 |
29,7 |
|
19 |
6 |
27,2 |
6 |
28,2 |
|
20 |
7 |
29,8 |
7 |
27,2 |
|
21 |
8 |
31,8 |
8 |
26,1 |
|
22 |
9 |
33,3 |
9 |
25,1 |
|
23 |
10 |
34,4 |
10 |
24,3 |
|
24/0 |
11 |
35 |
11 |
23,7 |
|
1 |
12 |
34,7 |
12 |
23,3 |
|
2 |
13 |
33,8 |
13 |
22,9 |
|
3 |
14 |
32 |
14 |
22,6 |
|
4 |
15 |
30 |
15 |
22,2 |
|
5 |
16 |
28,4 |
16 |
22,5 |
|
6 |
17 |
26,9 |
17 |
24,2 |
|
7 |
18 |
25,2 |
18 |
26,8 |
|
8 |
19 |
24 |
19 |
29,6 |
|
9 |
20 |
23 |
20 |
31,9 |
|
10 |
21 |
22 |
21 |
33,9 |
|
11 |
22 |
20,8 |
22 |
35,1 |
|
12 |
23 |
20,2 |
23 |
3,4 |
|
|
|
|
24 |
35,6 |
ANNESS 8
TEST TAT-TIP VI
(Verifika tal-emissjonijiet medji tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi wara startjar kiesaħ f’temperatura ambjentali baxxa)
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness japplika biss għal vetturi b’magni positive-ignition. Jiddeskrivi t-tagħmir meħtieġ u l-proċedura għat-test tat-Tip VI imfisser fil-paragrafu 5.3.5 ta’ dan ir-Regolament sabiex jivverifika l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi f’temperaturi ambjentali baxxi. Is-suġġetti indirizzati f’dan ir-Regolament jinkludu:
|
(i) |
Ir-rekwiżiti tat-tagħmir; |
|
(ii) |
Il-kundizzjonijiet tat-test; |
|
(iii) |
Il-proċeduri tat-test u r-rekwiżiti tad-dejta. |
2. TAGĦMIR TAT-TEST
2.1. Sommarju
2.1.1. Dan il-kapitolu jittratta dwar l-apparat meħtieġ għat-testijiet tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa tal-vetturi li għandhom magni positive-ignition. It-tagħmir meħtieġ u l-ispeċifikazzjonijiet huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għat-test tat-Tip I kif speċifikat fl-Anness 4a, bl-appendiċi, jekk ir-rekwiżiti speċifiċi għat-test tat-Tip VI ma jkunux preskritti. Il-paragrafi 2.2 sa 2.6 jiddeskrivu d-devjazzjonijiet li jgħoddu għall-ittestjar f’temperatura ambjentali baxxa tat-Tip VI.
2.2. Dinamometru tax-xażi
2.2.1. Japplikaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a. Id-dinamometru għandu jiġi aġġustat sabiex jissimula l-operazzjoni ta’ vettura fit-triq f’temperatura ta’ 266 K (– 7 °C). Tali aġġustament jista’ jkun ibbażat fuq id-determinazzjoni tal-profil tal-forza tat-tagħbija fit-triq f’temperatura ta’ 266 K (– 7 °C). Inkella r-reżistenza tas-sewqan determinata skont l-Appendiċi 7 tal-Anness 4a tista’ tiġi aġġustata għal tnaqqis ta’ 10 fil-mija tal-ħin fis-sewqan f’niżla mingħajr ma tintuża l-magna. Is-servizz tekniku jista’ japprova l-użu ta’ metodi oħra li jistabbilixxu r-reżistenza tas-sewqan.
2.2.2. Għall-ikkalibrar tad-dinamometru japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a.
2.3. Sistema tat-teħid tal-kampjuni
2.3.1. Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 2 u l-Appendiċi 3 tal-Anness 4a.
2.4. Tagħmir analitiku
2.4.1. Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a, iżda biss għall-ittestjar tal-monossidu tal-karbonju, id-dijossidu tal-karbonju, u l-idrokarburi totali.
2.4.2. Għall-ikkalibrar tat-tagħmir analitiku japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 4a.
2.5. Gassijiet
2.5.1. Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 tal-Anness 4a, fejn ikunu rilevanti.
2.6. Tagħmir addizzjonali
2.6.1. Għat-tagħmir użat fil-kejl tal-volum, tat-temperatura, tal-pressjoni u tal-umdità japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 4.6 tal-Anness 4a.
3. SEKWENZA TAT-TEST U L-FJUWIL
3.1. Rekwiżiti ġenerali
3.1.1. Is-sekwenza tat-test fil-Figura 8/1 turi l-passi mgħoddija hekk kif il-vettura tat-test tgħaddi mill-proċeduri għat-test tat-Tip VI. Il-livelli tat-temperatura ambjentali li tiltaqa’ magħhom il-vettura tat-test għandu jkollhom medja ta’: 266 K (– 7 °C) ±3 K u m’għandhomx ikunu inqas minn 260 K (– 13 °C), jew aktar minn 272 K (– 1 °C).
It-temperatura ma tistax taqa’ taħt 263 K (– 10 °C), jew taqbeż 269 K (– 4 °C) għal iżjed minn tliet minuti konsekuttivi.
3.1.2. It-temperatura taċ-ċellola tat-test immonitorjata waqt l-ittestjar għandha titkejjel f’dak li joħroġ mill-fann li jkessaħ (paragrafu 5.2.1 ta’ dan l-anness). It-temperatura ambjentali rrappurtata għandha tkun il-medja aritmetika tat-temperaturi taċ-ċellola tat-test imkejla f’intervalli kostanti li ma jkunux aktar minn minuta ‘l bogħod minn xulxin.
3.2. Proċedura tat-test
Iċ-ċiklu tas-sewqan urban tal-Ewwel Parti skont il-Figura 1 fl-Anness 4a, jikkonsisti minn erba’ ċikli urbani elementari li flimkien jagħmlu ċiklu komplut tal-Ewwel Parti.
3.2.1. L-istartjar tal-magna, il-bidu tat-teħid tal-kampjuni u l-operazzjoni tal-ewwel ċiklu għandhom ikunu skont it-Tabella 1 u l-Figura 1 fl-Anness 4a.
3.3. Preparazzjoni għat-test
3.3.1. Għall-vettura tat-test japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.2 tal-Anness 4a. Biex jiġi ssettjat il-piż ekwivalenti tal-inerzja fuq id-dinamometru japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1 tal-Anness 4a.
Figura 8/1
Proċedura għat-test b’temperatura ambjentali baxxa
BIDU
Jekk ikun hemm bżonn: battal u erġa’ imla l-fjuwil
prekundizzjonament sezzjoni 4
żewġ opzjonijiet
Tixrib kiesaħ ambjentali 4.3.2.
Tkessiħ furzat 4.3.3.
Tixrib kiesaħ min 1 h
12-36 h
Test tal-emissjoni tal-egżost temperatura baxxa 266 K ± 3 K Sezzjoni 5.3
TMIEM
3.4. Fjuwil tat-test
3.4.1. Il-fjuwil tat-test irid jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 2 tal-Anness 10.
4. PREKUNDIZZJONAR TAL-VETTURA
4.1. Sommarju
4.1.1. Sabiex ikun assigurat li t-testijiet tal-emissjonijiet ikunu jistgħu jiġu riprodotti, il-vetturi tat-test għandhom jiġu kkundizzjonati b’mod uniformi. L-ikkundizzjonar jikkonsisti minn sewqan preparatorju fuq dinamometru tax-xażi segwit minn perjodu ta’ tgħaddis qabel it-test tal-emissjonijiet skont il-paragrafu 4.3.
4.2. Prekundizzjonar
4.2.1. It-tank(ijiet) tal-fjuwil għandu jimtela bil-fjuwil tat-test speċifikat. Jekk il-fjuwil eżistenti fit-tank(ijiet) tal-fjuwil ma jilħaqx l-ispeċifikazzjonijiet li hemm fil-paragrafu 3.4.1 t’hawn fuq, il-fjuwil eżistenti għandu jitbattal qabel ma t-tank jimtela bil-fjuwil. Il-fjuwil tat-test għandu jkun f’temperatura inqas minn jew ugwali għal 289 K (+ 16 °C). Għall-operazzjonijiet t’hawn fuq, is-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet evaporattivi m’għandhiex titnaddaf jew titgħabba b’mod mhux normali.
4.2.2. Il-vettura titmexxa lejn iċ-ċellola tat-test u titpoġġa fuq id-dinamometru tax-xażi.
4.2.3. Il-prekundizzjonar jikkonsisti minn ċiklu wieħed sħiħ ta’ sewqan, l-Ewwel u t-Tieni Parti, skont it-Tabelli 1 u 2 u l-Figura 1 tal-Anness 4a. Fuq talba tal-fabbrikant, vetturi b’magni positive-ignition jistgħu jiġu prekundizzjonati b’ċiklu tas-sewqan wieħed tal-Ewwel Parti u żewġ ċikli tas-sewqan tat-Tieni Parti.
4.2.4. Waqt il-prekundizzjonar, it-temperatura taċ-ċellola tat-test għandha tibqa’ relattivament kostanti u m’għandhiex tkun ogħla minn 303 K (30 °C)
4.2.5. Il-pressjoni tat-tajer tar-rota għandha tkun issettjata skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.3 tal-Anness 4a.
4.2.6. Fi żmien għaxar minuti mit-tlestija tal-prekundizzjonar, il-magna għandha tintefa.
4.2.7. Jekk jiġi mitlub mill-fabbrikant u jkun approvat mis-servizz tekniku, jista’ f’każijiet eċċezzjonali jitħalla li jsir prekundizzjonar ieħor. Is-servizz tekniku jista’ wkoll jagħżel li jagħmel prekundizzjonar ieħor. Il-prekundizzjonar addizzjonali jikkonsisti minn skeda waħda jew aktar tas-sewqan taċ-ċiklu tal-Ewwel Parti kif deskritt fit-Tabella 1 u l-Figura 1 tal-Anness 4a. Il-livell ta’ tali prekundizzjonar addizzjonali għandu jitniżżel fir-rapport tat-test.
4.3. Metodi ta’ tgħaddis
4.3.1. Għandu jintuża wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin, li jrid jintgħażel mill-fabbrikant, biex tiġi stabbilizzata l-vettura qabel it-test tal-emissjonijiet.
4.3.2. Metodu standard
Il-vettura tinħażen għal mhux inqas minn 12-il siegħa u għal mhux aktar minn 36 siegħa qabel it-test tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa. It-temperatura ambjentali (bozza niexfa) matul dan il-perjodu għandha tinżamm f’temperatura medja ta’:
266 K (– 7 °C) ± 3 K matul kull siegħa ta’ dan il-perjodu u m’għandhiex tkun inqas minn 260 K (– 13 °C) jew aktar minn 272 K (– 1 °C). Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax tinżel taħt 263 K (– 10 °C) u lanqas aktar minn 269 K (– 4 °C) għal aktar minn tliet minuti konsekuttivi.
4.3.3. Metodu sfurzat
Il-vettura għandha tinħażen għal mhux aktar minn 36 siegħa qabel it-test tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa.
|
4.3.3.1. |
Il-vettura m’għandhiex tinħażen f’temperaturi ambjentali li jaqbżu t-303 K (30 °C) waqt dan il-perjodu. |
|
4.3.3.2. |
It-tkessiħ tal-vettura jista’ jsir billi l-vettura tiġi mkessħa b’mod sfurzat għat-temperatura tat-test. Jekk it-tkessiħ jiżdied permezz ta’ fannijiet, il-fannijiet għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni vertikali sabiex jinkiseb it-tkessiħ massimu tat-trejn u tal-magna li ddawwar u mhux primarjament tas-sump. M’għandhomx jitqiegħdu fannijiet taħt il-vettura. |
|
4.3.3.3. |
It-temperatura ambjentali trid tiġi kkontrollata b’mod strett biss wara li l-vettura tkun tkessħet għal 266 K (– 7 °C) ± 2 K, kif stabbilit minn temperatura ta’ massa taż-żejt rappreżentattiva.
It-temperatura ta’ massa taż-żejt rappreżentattiva hi t-temperatura taż-żejt imkejla qrib in-nofs tas-sump taż-żejt, mhux fil-wiċċ jew fil-qiegħ tas-sump taż-żejt. Jekk jiġu mmonitorjati żewġ postijiet differenti jew aktar fiż-żejt, huma għandhom jilħqu r-rekwiżiti kollha tat-temperatura. |
|
4.3.3.4. |
Il-vettura għandha tinħażen mill-anqas għal siegħa wara li tkun tkessħet għal 266 K (– 7 °C) ± 2 K, qabel it-test tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa. It-temperatura ambjentali (bozza niexfa) matul dan il-perjodu għandha tilħaq medja ta’ 266 K (– 7 °C) ± 3 K, u m’għandhiex tkun inqas minn 260 K (– 13 °C) jew aktar minn 272 K (– 1 °C),
Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax taqa’ taħt il-263 K (– 10 °C) jew taqbeż il-269 K (– 4 °C), għal aktar minn tliet minuti konsekuttivi. |
4.3.4. Jekk il-vettura tiġi stabbilizzata f’temperatura ta’ 266 K (– 7 °C), f’żona separata u tiġi mgħoddija minn żona sħuna lejn iċ-ċellola tat-test, il-vettura għandha tiġi distabbilizzata fiċ-ċellola tat-test għal mill-anqas sitt darbiet il-perjodu li fih il-vettura tkun esposta għal temperaturi aktar sħan. It-temperatura ambjentali (bozza niexfa) matul dan il-perjodu għandha tilħaq medja ta’ 266 K (– 7 °C) ± 3 K u m’għandhiex tkun inqas minn 260 K (– 13 °C) jew aktar minn 272 K (– 1 °C).
Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax taqa’ taħt il-263 K (–10 °C) jew taqbeż il-269 K (– 4 °C), għal aktar minn tliet minuti konsekuttivi.
5. PROĊEDURA TAD-DINAMOMETRU
5.1. Sommarju
5.1.1. It-teħid ta’ kampjuni tal-emissjonijiet isir fuq proċedura tat-test li tikkonsisti miċ-ċiklu tal-Ewwel Parti (l-Anness 4a, it-Tabella 1 u l-Figura 1). L-istartjar tal-magna, it-teħid ta’ kampjuni mill-ewwel, it-tħaddim fuq iċ-ċiklu tal-Ewwel Parti u t-tifi tal-magna jiffurmaw test komplet f’temperatura ambjentali baxxa, b’ħin totali tat-test ta’ 780 sekonda. L-emissjonijiet tal-egżost jiġu dilwiti bl-arja ambjentali u jinġabar kampjun proporzjonali kontinwu għall-analiżi. Il-gassijiet tal-egżost miġbura fil-borża jiġu analizzati għall-idrokarburi, għall-monossidu tal-karbonju, u għad-dijossidu tal-karbonju. Kampjun parallel tal-arja ta’ dilwizzjoni jiġi analizzat bl-istess mod għall-monossidu tal-karbonju, għall-idrokarburi u għad-dijossidu tal-karbonju.
5.2. Tħaddim tad-dinamometru
5.2.1. Fann li jkessaħ
|
5.2.1.1. |
Fann li jkessaħ jitqiegħed b’mod li l-arja li tiffriska tiġi direzzjonata sew lejn ir-radjatur (tkessiħ tal-ilma) jew lejn id-dħul tal-arja (iffriskar tal-arja) u lejn il-vettura. |
|
5.2.1.2. |
Għall-vetturi bil-magna fuq quddiem, il-fann għandu jitqiegħed quddiem il-vettura, sa 300 mm ‘il bogħod minnha. Fil-każ ta’ vetturi li għandhom il-magna fuq wara jew jekk l-arranġament t’hawn fuq ma jkunx prattiku, il-fann għandu jitqiegħed b’tali mod li tgħaddi arja biżżejjed biex tkessaħ il-vettura. |
|
5.2.1.3. |
Il-veloċità tal-fann għandha tkun tali li, fil-medda tat-tħaddim ta’ 10 km/h sa mill-anqas 50 km/h, il-veloċità lineari tal-arja fl-iżbokk tal-blower tkun sa ± 5 km/h tal-veloċità korrispondenti tar-romblu. L-għażla finali tal-blower għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:
Bħala alternattiva, il-veloċità lineari tal-arja tal-blower għandha tkun tal-anqas 6 m/s (21,6 km/h). Fuq talba tal-fabbrikant, għal vetturi speċjali (eż. vannijiet, dawk li jsuqu fl-imħarbat) l-għoli tal-fann li jkessaħ jista’ jiġi modifikat. |
|
5.2.1.4. |
Għandha tintuża l-veloċità tal-vettura kif imkejla mid-dawrien tad-dinamometru (paragrafu 1.2.6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a). |
5.2.3. Jekk ikun meħtieġ jistgħu jsiru ċikli ta’ ttestjar preliminari, biex jiġi stabbilit kif l-aħjar li jiġu azzjonati l-aċċelleratur u l-pedali tal-brejk sabiex jintlaħaq ċiklu li jqarreb iċ-ċiklu teoretiku fi ħdan il-limiti preskritti, jew sabiex ikun jista’ jsir aġġustament tas-sistema kampjunarja. Dak id-dawrien għandu jsir qabel “L-ISTARTJAR” skont il-Figura 8/1.
5.2.4. L-umdità fl-arja għandha tinżamm baxxa biżżejjed biex ma tħallix li jkun hemm kondensazzjoni fuq ir-romblu/i tad-dinamometru.
5.2.5. Id-dinamometru għandu jissaħħan sewwa kif irrikkmandat mill-fabbrikant tad-dinamometru, u permezz tal-proċeduri jew metodi ta’ kontroll li jassiguraw l-istabilità tal-forza frizzjonali li jifdal.
5.2.6. Il-ħin bejn it-tisħin tad-dinamometru u l-bidu tat-test tal-emissjonijiet m’għandux ikun itwal minn 10 minuti jekk il-bearings tad-dinamometru ma jissaħħnux għalihom. Jekk il-bearings tad-dinamometru jissaħħnu għalihom, it-test tal-emissjonijiet għandu jibda mhux aktar tard minn 20 minuta wara li jisħon id-dinamometru.
5.2.7. Jekk is-saħħa tad-dinamometru se tiġi aġġustata b’mod manwali, din għandha tiġi ssettjata fi żmien siegħa qabel il-fażi tat-test tal-emissjonijiet tal-egżost. Il-vettura tat-test ma tistax tintuża biex isir l-aġġustament. Id-dinamometru, bl-użu ta’ kontroll awtomatiku tas-settings tas-saħħa magħżula minn qabel, jista’ jiġi ssettjat fi kwalunkwe ħin qabel ma jibda t-test tal-emissjonijiet.
5.2.8. Qabel ma tkun tista’ tibda l-iskeda tas-sewqan tat-test tal-emissjonijiet, it-temperatura taċ-ċellola tat-test għandha tkun 266 K (– 7 °C) ± 2 K, kif imkejla fil-kurrent tal-arja tal-fann li jkessaħ b’distanza massima ta’ 1,5 m mill-vettura.
5.2.9. Waqt it-tħaddim tal-vettura, l-apparat li jsaħħan u li jwaqqa’ s-silġ għandu jkun mitfi.
5.2.10. Jiġu rreġistrati d-distanza totali tas-sewqan jew id-dawriet imkejla tar-rombli.
5.2.11. Vettura li tingrana fuq erba’ roti għandha tiġi ttestjata fil-pożizzjoni ta’ tħaddim b’ingranaġġ fuq żewġ roti. L-istabbiliment tas-saħħa totali tat-triq għas-setting tad-dinamometru jsir waqt li l-vettura titħaddem bil-mod tas-sewqan prinċipali ddisinjat tagħha.
5.3. Twettiq tat-test
5.3.1. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4, minbarra 6.4.1.2, tal-Anness 4a japplikaw fir-rigward tal-istartjar tal-magna, it-twettiq tat-test u t-teħid ta’ kampjuni tal-emissjonijiet. It-teħid tal-kampjuni jibda qabel jew meta tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-magna u jintemm fi tmiem l-aħħar perjodu ta’ tħaddim mhux fuq ger tal-aħħar ċiklu elementari tal-Ewwel Parti (ċiklu tas-sewqan urban), wara 780 sekonda.
L-ewwel ċiklu ta’ sewqan jibda b’perjodu ta’ 11-il sekonda tħaddim mhux fuq ger hekk kif il-magna tkun startjat.
5.3.2. Għall-analiżi tal-kampjuni tal-emissjonijiet, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.5, minbarra l-paragrafu 6.5.2 tal-Anness 4a. Meta jkun qed jagħmel l-analiżi tal-kampjuni tal-egżost, is-servizz tekniku għandu joqgħod attent biex jevita li jkun hemm kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma fil-boroż kampjunarji tal-gass tal-egżost.
5.3.3. Għall-kalkoli tal-piż tal-emissjonijiet japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.6 tal-Anness 4a.
6. REKWIŻITI OĦRA
6.1. Strateġija irrazzjonali għall-kontroll tal-emissjonijiet
6.1.1. Kwalunkwe strateġija irrazzjonali dwar kontroll tal-emissjonijiet li twassal għal tnaqqis fl-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim b’sewqan f’temperaturi baxxi, sakemm ma tkunx koperta bit-testijiet standardizzati tal-emissjonijiet, tista’ titqies bħala mekkaniżmu ta’ telf.
ANNESS 9
TEST TAT-TIP V
(Deskrizzjoni tat-test tar-reżistenza biex tiġi verifikata d-durabilità tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis)
1. INTRODUZZJONI
1.1. Dan l-anness jiddeskrivi t-test biex tiġi verifikata d-durabilità tal-apparat ta’ kontra t-tniġġis imwaħħal fuq vetturi b’magni positive-ignition jew compression ignition. Ir-rekwiżiti tad-durabilità għandhom jintwerew bl-użu ta’ waħda mit-tliet opzjonijiet ippreżentati fil-paragrafi 1.2, 1.3 u 1.4.
1.2. It-test kollu tad-durabilità tal-vettura jirrappreżenta test ta’ tiqdim ta’ 160 000 kilometru. Dan it-test għandu jitwettaq misjuq fuq korsa tat-test, fit-triq, jew fuq dinamometru tax-xażi.
1.3. Il-fabbrikant jista’ jagħżel li juża test tad-durabilità tat-tiqdim fuq il-bank.
1.4. Bħala alternattiva għall-ittestjar tad-durabilità, fabbrikant jista’ jagħżel li japplika l-fatturi ta’ deterjorament assenjati mit-tabella fil-paragrafu 5.3.6.2 ta’ dan ir-Regolament.
1.5. Fuq talba tal-fabbrikant, is-servizz tekniku jista’ jwettaq it-test tat-Tip I qabel ma jkun tlesta t-test tad-durabilità tat-tiqdim fuq il-bank jew fuq il-vettura sħiħa billi jintużaw il-fatturi ta’ deterjorament assenjati fit-tabella fil-paragrafu 5.3.6.2 ta’ dan ir-Regolament. Mat-tlestija tat-test tad-durabilità tat-tiqdim fuq il-vettura sħiħa jew fuq il-bank, is-servizz tekniku jista’ mbagħad jemenda r-riżultati tal-approvazzjoni tat-tip irreġistrati fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament billi jissostitwixxi l-fatturi ta’ deterjorament assenjati fit-tabella t’hawn ma’ dawk imkejla fit-test tad-durabilità tat-tiqdim fuq il-vettura sħiħa jew fuq il-bank.
1.6. Il-fatturi ta’ deterjorament jiġu stabbiliti billi tintuża xi waħda mill-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 1.2 u 1.3 jew billi jintużaw il-valuri assenjati fit-tabella msemmija fil-paragrafu 1.4. Il-fatturi ta’ deterjorament jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tal-limiti xierqa ta’ emissjonijiet stabbiliti fit-Tabella 1 fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament matul il-ħajja utli tal-vettura.
2. REKWIŻITI TEKNIĊI
2.1. Bħala alternattiva għaċ-ċiklu ta’ tħaddim deskritt fil-paragrafu 6.1. għat-test tad-durabilità fuq il-vettura sħiħa, il-fabbrikant tal-vettura jista’ juża ċ-Ċiklu Standard tat-Triq (SRC) deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness. Dan iċ-ċiklu tat-test għandu jitwettaq sakemm il-vettura tkun kopriet minimu ta’ 160 000 km.
2.2. Test tad-Durabilità tat-Tiqdim fuq il-Bank
2.2.1. Minbarra r-rekwiżiti tekniċi għat-test tat-tiqdim fuq il-bank stabbiliti fil-paragrafu 1.3, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f’din is-sezzjoni.
2.3. Il-fjuwil li għandu jintuża waqt it-test għandu jkun dak speċifikat fil-paragrafu 4.
2.3.1. Vetturi b’Magni Positive-ignition
|
2.3.1.1. |
Il-proċedura segwenti ta’ tiqdim fuq il-bank għandha tkun applikabbli għall-vetturi positive-ignition inklużi l-vetturi ibridi li jużaw katalizzatur bħala t-tagħmir prinċipali għall-kontroll tal-emissjonijiet ta’ wara t-trattament.
Il-proċedura tat-tiqdim fuq il-bank teħtieġ l-installazzjoni tas-sistema tal-katalizzatur flimkien mas-senser tal-ossiġnu fuq bank tat-tiqdim tal-katalizzatur. It-tiqdim fuq il-bank għandu jitwettaq billi jiġi segwit iċ-ċiklu standard tal-bank (SBC) għall-perjodu ta’ ħin ikkalkulat mill-ekwazzjoni tal-ħin tat-tiqdim fuq il-bank (BAT). L-ekwazzjoni tal-BAT teħtieġ, bħala input, dejta tal-ħin fit-temperatura tal-katalizzatur imkejla fuq iċ-Ċiklu Standard tat-Triq (SRC), deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness. |
|
2.3.1.2. |
Iċ-ċiklu standard tal-bank (SBC). It-tiqdim standard tal-katalizzatur fuq il-bank għandu jitwettaq billi jiġi segwit l-SBC. L-SBC għandu jitwettaq għall-perjodu ta’ ħin ikkalkulat mill-ekwazzjoni tal-BAT. L-SBC huwa deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. |
|
2.3.1.3. |
Dejta tal-ħin fit-temperatura tal-katalizzatur. It-temperatura tal-katalizzatur għandha titkejjel mill-inqas waqt żewġ ċikli sħaħ tal-SCR kif deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.
It-temperatura tal-katalizzatur għandha titkejjel fil-post tal-ogħla temperatura fl-iżjed katalizzatur sħun fuq il-vettura tat-test. Inkella, it-temperatura tista’ titkejjel f’post ieħor bil-kundizzjoni li tiġi aġġustata sabiex tirrappreżenta t-temperatura mkejla fil-post l-aktar sħun billi jintuża ġudizzju tajjeb tal-inġinerija. It-temperatura tal-katalizzatur għandha titkejjel b’rata minima ta’ 1 hertz (kejl wieħed fis-sekonda). Ir-riżultati tat-temperatura mkejla tal-katalizzatur għandhom jiġu tabulati f’istogramma bi gruppi ta’ temperaturi li ma jkunux ikbar minn 25 °C. |
|
2.3.1.4. |
Ħin tat-tiqdim fuq il-bank. Il-ħin tat-tiqdim fuq il-bank għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-ekwazzjoni tal-ħin tat-tiqdim fuq il-bank (BAT) kif ġej:
Fejn: A=
R= Ir-reattività termika tal-katalizzatur = 17 500 th= Il-ħin (f’sigħat) imkejjel fil-firxa tat-temperaturi preskritta tal-istogramma tat-temperaturi tal-katalizzatur tal-vettura aġġustat għal bażi ta’ ħajja utli sħiħa, eż jekk l-istogramma kienet tirrappreżenta 400 km, u l-ħajja utli hija ta’ 160 000 km; l-annotamenti kollha tal-ħin fl-istogramma għandhom jiġu multiplikati b’400 (160 000/400). te totali= Il-ħin ekwivalenti (f’sigħat) sabiex jixxejjaħ il-katalizzatur f’temperatura ta’ Tr fuq il-bank tat-tiqdim tal-katalizzatur billi jintuża ċ-ċiklu ta’ tiqdim tal-katalizzatur sabiex ikun prodott l-istess ammont ta’ deterjorament esperjenzat mill-katalizzatur minħabba diżattivazzjoni termika fuq 160 000 km. te għal firxa= Il-ħin ekwivalenti (f’sigħat) sabiex jixxejjaħ il-katalizzatur f’temperatura ta’ Tr fuq il-bank tat-tiqdim tal-katalizzatur billi jintuża ċ-ċiklu ta’ tiqdim tal-katalizzatur sabiex ikun prodott l-istess ammont ta’ deterjorament esperjenzat mill-katalizzatur minħabba diżattivazzjoni termika fil-firxa tat-temperaturi ta’ Tv fuq 160 000 km. Tr= It-temperatura effettiva ta’ referenza (fi oK) tal-katalizzatur fuq is-sekwenza tal-bank tal-katalizzatur fuq iċ-ċiklu ta’ tiqdim fuq il-bank. It-temperatura effettiva hija t-temperatura kostanti li għandha tirriżulta fl-istess ammont ta’ tiqdim bħad-diversi temperaturi esperjenzati matul iċ-ċiklu ta’ tiqdim fuq il-bank. Tv= It-temperatura nofsana (fi oK) tal-firxa ta’ temperaturi tal-istogramma tat-temperaturi tal-katalizzatur fit-triq tal-vettura. |
|
2.3.1.5. |
It-temperatura effettiva ta’ referenza fuq l-SBC. It-temperatura effettiva ta’ referenza taċ-ċiklu standard tal-bank (SBC) għandha tiġi determinata għad-disinn effettiv tas-sistema tal-katalizzaturi u għall-bank tat-tiqdim effettiv li se jintużaw permezz tal-proċeduri li ġejjin:
|
|
2.3.1.6. |
Bank tat-Tiqdim tal-Katalizzatur. Il-Bank tat-tiqdim tal-katalizzatur għandu jsegwi l-SBC u jipprovdi l-fluss tal-egżost, il-kostitwenti tal-egżost u t-temperatura tal-egżost xierqa fil-wiċċ tal-katalizzatur.
It-tagħmir u l-proċeduri kollha tat-tiqdim fuq il-bank għandhom jirreġistraw informazzjoni xierqa (bħal proporzjonijiet imkejla ta’ A/F u l-ħin fit-temperatura fil-katalizzatur) sabiex ikun żgurat li fil-fatt ikun seħħ biżżejjed tiqdim. |
|
2.3.1.7. |
L-Ittestjar Meħtieġ. Biex jiġu kkalkulati l-fatturi ta’ deterjorament fuq il-vettura tat-test għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ testijiet tat-Tip I qabel it-tiqdim fuq il-bank tal-ħardwer għall-kontroll tal-emissjonijiet u mill-inqas żewġ testijiet tat-Tip I wara li l-ħardwer tal-emissjonijijiet imxejjaħ fuq il-bank ikun reġa’ ġie installat.
Il-fabbrikant jista’ jwettaq ittestjar addizzjonali. Il-kalkolu tal-fatturi ta’ deterjorament irid isir skont il-metodu ta’ kalkolazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu 7 ta’ dan l-anness. |
2.3.2. Vetturi b’Magni Compression-Ignition
|
2.3.2.1. |
Il-proċedura li ġejja ta’ tiqdim fuq il-bank hija applikabbli għal vetturi compression-ignition inklużi l-vetturi ibridi.
Il-proċedura ta’ tiqdim fuq il-bank teħtieġ l-installazzjoni tas-sistema tat-trattament ta’ wara fuq bank tat-tiqdim tas-sistema tat-trattament ta’ wara. It-tiqdim fuq il-bank jitwettaq billi jiġi segwit iċ-ċiklu standard tal-bank tad-diżil (SDBC) għan-numru ta’ riġenerazzjonijiet/tneħħijiet ta’ kubrit ikkalkulati mill-ekwazzjoni tat-tul tat-tiqdim fuq il-bank (BAD). |
|
2.3.2.2. |
Iċ-Ċiklu Standard tal-Bank għad-Diżil (SDBC). It-tiqdim standard fuq il-bank jitwettaq billi jiġi segwit l-SDBC. L-SDBC għandu jitwettaq għall-perjodu ta’ ħin ikkalkulat mill-ekwazzjoni tat-tul tat-tiqdim fuq il-bank (BAD). L-SDBC huwa deskritt fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness. |
|
2.3.2.3. |
Dejta dwar ir-riġenerazzjoni. L-intervalli ta’ riġenerazzjoni għandhom jitkejlu matul mill-inqas 10 ċikli sħaħ tal-SRC kif deskritt fl-Appendiċi 3. Bħala alternattiva, jistgħu jintużaw l-intervalli mill-istabbiliment tal-Ki.
Jekk ikun applikabbli, l-intervalli tat-tneħħija tal-kubrit għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fuq il-bażi tad-dejta tal-fabbrikant. |
|
2.3.2.4. |
Tul tat-tiqdim fuq il-bank tad-diżil. It-tul tat-tiqdim fuq il-bank jiġi kkalkulat bl-użu tal-ekwazzjoni tal-BAD kif ġej:
Tul tat-Tiqdim fuq il-Bank = in-numru ta’ ċikli ta’ riġenerazzjoni u/jew tneħħija tal-kubrit (liema minnhom ikun l-itwal) ekwivalenti għal 160 000 km ta’ sewqan. |
|
2.3.2.5. |
Bank tat-Tiqdim. Il-bank tat-tiqdim għandu jsegwi l-SDBC u jipprovdi fluss tal-egżost, kostitwenti tal-egżost, u temperatura tal-egżost xierqa lid-daħla tas-sistema tat-trattament ta’ wara.
Il-fabbrikant għandu jirreġistra n-numru ta’ riġenerazzjonijiet/tneħħija tal-kubrit (jekk applikabbli) sabiex ikun żgurat li fil-fatt ikun seħħ tiqdim suffiċjenti. |
|
2.3.2.6. |
Ittestjar Meħtieġ. Biex jiġu kkalkulati l-fatturi ta’ deterjorament għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ testijiet tat-Tip I qabel it-tiqdim fuq il-bank tal-ħardwer għall-kontroll tal-emissjonijiet u mill-inqas żewġ testijiet tat-Tip I wara li l-ħardwer tal-emissjonijiet imxejjaħ fuq il-bank ikun reġa’ ġie installat. Il-fabbrikant jista’ jwettaq ittestjar addizzjonali. Il-kalkolu tal-fatturi ta’ deterjorament għandu jsir skont il-metodu ta’ kalkolazzjoni stabbilit fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Anness u bir-rekwiżiti addizzjonali inklużi f’dan ir-Regolament. |
3. VETTURA TAT-TEST
3.1. Il-vettura għandha tkun f’kundizzjoni mekkanika tajba; il-magna u l-apparat ta’ kontra t-tniġġis għandhom ikunu ġodda. Il-vettura tista’ tkun l-istess bħal dik ippreżentata għat-test tat-Tip I; dan it-test tat-Tip I irid isir wara li l-vettura tkun instaqet għal mill-anqas 3 000 km taċ-ċiklu ta’ tiqdim tal-paragrafu 6.1 hawn isfel.
4. IL-FJUWIL
It-test tad-durabilità jsir bi fjuwil adattat li jinstab fis-suq.
5. MANUTENZJONI U AĠĠUSTAMENTI TAL-VETTURA
Il-manutenzjoni, l-aġġustamenti kif ukoll l-użu tal-kontrolli tal-vettura tat-test għandhom ikunu dawk irrikkmandati mill-fabbrikant.
6. TĦADDIM TAL-VETTURA FUQ KORSA, FIT-TRIQ JEW FUQ DINAMOMETRU TAX-XAŻI
6.1. Ċiklu tat-tħaddim
Waqt it-tħaddim fuq il-korsa, fit-triq jew fuq bank tat-test bir-rombli, id-distanza għandha tkun koperta skont l-iskeda tas-sewqan (il-Figura 9/1) deskritta hawn taħt:
|
6.1.1. |
L-iskeda tat-test tad-durabilità tikkonsisti minn 11-il ċiklu li jkopru 6 kilometri kull wieħed; |
|
6.1.2. |
Waqt l-ewwel disa’ ċikli, il-vettura titwaqqaf erba’ darbiet f’nofs iċ-ċiklu, bil-magna taħdem mhux fuq ger kull darba għal 15-il sekonda; |
|
6.1.3. |
Aċċellerazzjoni u deċellerazzjoni normali; |
|
6.1.4. |
Ħames deċellerazzjonijiet f’nofs kull ċiklu, bi tnaqqis fil-veloċità taċ-ċiklu għal 32 km/h, u l-vettura terġa’ tiġi aċċellerata bil-mod sakemm tintlaħaq il-veloċità taċ-ċiklu; |
|
6.1.5. |
L-10 ċiklu jsir b’veloċità stabbli ta’ 89 km/h; |
|
6.1.6. |
Il-11-il ċiklu jibda b’aċċellerazzjoni massima minn punt ta’ waqfien sa 113 km/h. F’nofs triq, il-brejkijiet jingħafsu b’mod normali sakemm il-vettura tieqaf. Dan jiġi segwit minn perjodu ta’ tħaddim mhux fuq ger ta’ 15-il sekonda u aċċellerazzjoni massima oħra. L-iskeda mbagħad terġa’ tinbeda mill-bidu. Il-veloċità massima ta’ kull ċiklu hi mogħtija fit-tabella li ġejja. Tabella 9/1 Veloċità massima ta’ kull ċiklu
|
Figura 9/1
Skeda tas-sewqan
6.2. It-test tad-durabilità, jew jekk il-fabbrikant ikun għażel, it-test modifikat tad-durabilità għandu jitwettaq sakemm il-vettura tkun għamlet minimu ta’ 160 000 km.
6.3. Tagħmir tat-test
6.3.1. Dinamometru tax-xażi
|
6.3.1.1. |
Meta t-test tad-durabilità jsir fuq dinamometru tax-xażi, id-dinamometru għandu jagħmilha possibbli li jsir iċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 6.1. B’mod partikolari, għandu jkun mgħammar b’sistemi li jissimulaw l-inerzja u r-reżistenza għall-mixi ‘l quddiem. |
|
6.3.1.2. |
Il-brejk għandu jiġi aġġustat biex jassorbi s-saħħa eżerċitata fuq ir-roti b’veloċità stabbli ta’ 80 km/h. Il-metodi li jridu jiġu applikati sabiex jistabbilixxu din is-saħħa u biex jaġġustaw il-brejk huma l-istess bħal dawk deskritti fl-Appendiċi 7 tal-Anness 4a. |
|
6.3.1.3. |
Is-sistema ta’ tkessiħ tal-vettura għandha tippermetti lill-vettura li taħdem f’temperaturi simili għal dawk miksuba fit-triq (żejt, ilma, sistema tal-egżost, eċċ.). |
|
6.3.1.4. |
Ċerti aġġustamenti u karatteristiċi oħra tal-bank tat-test jitqiesu li huma identiċi, fejn ikun hemm bżonn, għal dawk deskritti fl-Anness 4a ta’ dan ir-Regolament, (l-inerzja, pereżempju, li tista’ tkun mekkanika jew elettronika). |
|
6.3.1.5. |
Il-vettura tista’ tittieħed, fejn ikun hemm bżonn, għal bank differenti sabiex isiru t-testijiet għall-kejl tal-emissjonijiet. |
6.3.2. Tħaddim fuq korsa jew fit-triq
Meta t-test tad-durabilità jitwettaq fuq korsa jew fit-triq, il-piż ta’ referenza tal-vettura jrid ikun mill-anqas ugwali għal dak miżmum għat-testijiet imwettqa fuq dinamometru tax-xażi.
7. TKEJJIL TAL-EMISSJONIJIET TA’ SUSTANZI LI JNIĠĠSU
Fil-bidu tat-test (0 km), u kull 10 000 km (± 400 km) jew aktar ta’ spiss, f’intervalli regolari sakemm ikunu koperti 160 000 km, l-emissjonijiet tal-egżost jitkejlu skont it-test tat-Tip I kif imfisser fil-paragrafu 5.3.1 ta’ dan ir-Regolament. Il-valuri tal-limitu li jridu jiġu osservati huma dawk stipulati fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament.
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistemi ta’ riġenerazzjoni perjodika kif imfisser fil-paragrafu 2.20 ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi ċċekkjat li l-vettura ma tkunx riesqa lejn perjodu ta’ riġenerazzjoni. Jekk dan ikun il-każ, il-vettura trid tinstaq sal-aħħar tar-riġenerazzjoni. Jekk ir-riġenerazzjoni ssir waqt il-kejl tal-emissjonijiet, għandu jsir test ġdid (bil-prekundizzjonar inkluż), u ma jitqiesx l-ewwel riżultat.
Ir-riżultati kollha tal-emissjonijiet tal-egżost għandhom jiġu plottjati bħala funzjoni tad-distanza tal-ġiri fuq is-sistema mqarrba lejn l-eqreb kilometru u l-linja li toqgħod l-aħjar mqiegħda bil-metodu tal-inqas kwadri titpinġa minn dawn il-punti kollha tad-dejta. Din il-kalkolazzjoni m’għandhiex tikkunsidra r-riżultati tat-test f’0 km.
Id-dejta se tkun aċċettabbli biex tintuża fil-kalkolazzjoni tal-fattur ta’ deterjorament biss jekk il-punti ta’ interpolazzjoni ta’ 6 400 km u 160 000 km fuq din il-linja jkunu fi ħdan il-limiti msemmija hawn fuq.
Id-dejta xorta tibqa’ aċċettabbli meta linja dritta li toqgħod l-aħjar tgħaddi minn fuq limitu applikabbli b’niżla negattiva (il-punt ta’ interpolazzjoni ta’ 6 400 km hu ogħla mill-punt ta’ interpolazzjoni ta’ 160 000 km) iżda l-punt tad-dejta proprju ta’ 160 000 km huwa taħt il-limitu.
Fattur ta’ deterjorament tal-emissjonijiet tal-egżost li jimmultiplika ruħu għandu jiġi kkalkulat għal kull sustanza li tniġġes kif ġej:
Fejn:
|
Mi1 |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i f’g/km interpolat għal 6 400 km, |
|
Mi2 |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i f’g/km interpolat għal 160 000 km. |
Dawn il-valuri interpolati għandhom isiru sa minimu ta’ erba’ postijiet lejn il-lemin tal-punt deċimali qabel ma wieħed jiġi diviż bl-ieħor sabiex jiġi determinat il-fattur ta’ deterjorament. Ir-riżultat għandu jitqarreb lejn tliet postijiet lejn il-lemin tal-punt deċimali.
Jekk fattur ta’ deterjorament ikun inqas minn wieħed, jitqies li hu ugwali għal wieħed.
Fuq talba ta’ fabbrikant, għandu jiġi kkalkulat fatttur ta’ deterjorament addittiv tal-emissjonijiet tal-egżost għal kull sustanza li tniġġes kif ġej:
D. E. F. = Mi2 – Mi1
Appendiċi 1
Ċiklu Standard tal-Bank (SBC)
1. INTRODUZZJONI
Il-proċedura standard tad-durabilità tat-tiqdim tikkonsisti mit-tiqdim ta’ sistema ta’ katalizzatur/senser tal-ossiġnu fuq bank tat-tiqdim li jsegwi ċ-ċiklu standard tal-bank (SBC) deskritt f’dan l-Appendiċi. L-SBC jeħtieġ l-użu ta’ bank tat-tiqdim b’magna bħala s-sors tal-gass ta’ alimentazzjoni għall-katalizzatur. L-SBC huwa ċiklu ta’ 60 sekonda li jiġi ripetut kif ikun meħtieġ fuq il-bank tat-tiqdim sabiex jitwettaq it-tiqdim għall-perjodu ta’ ħin meħtieġ. L-SBC huwa definit fuq il-bażi tat-temperatura tal-katalizzatur, tal-proporzjon ta’ arja/fjuwil tal-magna (A/F), u l-ammont ta’ injezzjoni ta’ arja sekondarja li tiġi miżjuda quddiem l-ewwel katalizzatur.
2. KONTROLL TAT-TEMPERATURA TAL-KATALIZZATUR
|
2.1. |
It-temperatura tal-katalizzatur għandha titkejjel fis-saff tal-katalizzaturi fil-post fejn ikun hemm l-ogħla temperatura fl-aktar katalizzatur sħun. Inkella, it-temperatura tal-gass ta’ alimentazzjoni tista’ titkejjel u tiġi konvertita għat-temperatura tas-saff tal-katalizzaturi billi tintuża trasformazzjoni lineari kkalkulata mid-dejta ta’ korrelazzjoni miġbura dwar id-disinn tal-katalizzatur u l-bank tat-tiqdim li għandhom jintużaw fil-proċess tat-tiqdim. |
|
2.2. |
Ikkontrolla t-temperatura tal-katalizzatur f’operazzjoni stojkometrika (1 sa 40 sekonda fuq iċ-ċiklu) għal minimu ta’ 800 °C (± 10 °C) billi tagħżel il-veloċità tal-magna, it-tagħbija u l-ħin tal-ispark xierqa għall-magna. Ikkontrolla t-temperatura massima tal-katalizzatur li sseħħ matul iċ-ċiklu sa 890 °C (± 10 °C) billi tagħżel il-proporzjon tal-A/F xieraq tal-magna waqt il-fażi “rikka” deskritta fit-tabella aktar ‘l isfel. |
|
2.3. |
Jekk tintuża temperatura ta’ kontroll baxxa għajr 800 °C, it-temperatura ta’ kontroll għolja għandha tkun 90 °C ogħla mit-temperatura ta’ kontroll baxxa.
Ċiklu Standard tal-Bank (SBC)
Ċiklu tal-Bench Standard |
3. TAGĦMIR U PROĊEDURI TAL-BANK TAT-TIQDIM
|
3.1. |
Konfigurazzjoni tal-Bank tat-Tiqdim. Il-bank tat-tiqdim għandu jipprovdi r-rata ta’ fluss tal-egżost, it-temperatura, il-proporzjon tal-arja u tal-fjuwil, il-kostitwenti tal-egżost u l-injezzjoni tal-arja sekondarja xierqa fil-wiċċ tad-daħla tal-katalizzatur.
Il-bank standard tat-tiqdim jikkonsisti minn magna, kontrollur tal-magna u dinamometru tal-magna. Konfigurazzjonijiet oħrajn jistgħu jkunu aċċettabbli (eż. vettura sħiħa fuq dinamometru, jew berner li jipprovdi l-kundizzjonijiet korretti tal-egżost), bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tad-daħla tal-katalizzatur u l-karatteristiċi ta’ kontroll speċifikati f’dan l-appendiċi. Bank wieħed tat-tiqdim jista’ jkollu l-fluss tal-egżost maqsum f’diversi kurrenti bil-kundizzjoni li kull kurrent tal-egżost jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-appendiċi. Jekk il-bank ikollu aktar minn kurrent wieħed tal-egżost, sistemi b’aktar minn katalizzatur wieħed jistgħu jixxejħu fl-istess ħin. |
|
3.2. |
Installazzjoni tas-Sistema tal-Egżost. Is-sistema kollha tal-katalizzatur(i) flimkien mas-senser(s) tal-ossiġnu, flimkien mal-pajpijiet kollha tal-egżost li jikkonnettjaw dawn il-komponenti, se jkunu installati fuq il-bank. Għall-magni b’kurrenti multipli tal-egżost (bħal uħud mill-magni V6 u V8), kull bank tas-sistema tal-egżost se jkun installat separatament fuq il-bank b’mod parallel.
Għas-sistemi tal-egżost li fihom diversi katalizzaturi f’linja, is-sistema kollha tal-katalizzaturi inklużi l-katalizzaturi kollha, is-sensers kollha tal-ossiġnu u l-pajpijiet tal-eżgost assoċjati se tkun installata bħala unità għat-tiqdim. Inkella, kull katalizzatur individwali jista’ jixxejjaħ separatament għal perjodu ta’ ħin xieraq. |
|
3.3. |
Kejl tat-Temperatura. It-temperatura tal-katalizzatur għandha titkejjel billi tintuża termokoppja mqiegħda fis-saff tal-katalizzaturi fil-post fejn ikun hemm l-ogħla temperatura fl-aktar katalizzatur sħun. Inkella, tista’ titkejjel it-temperatura tal-gass ta’ alimentazzjoni eżatt quddiem il-wiċċ tad-daħla tal-katalizzatur u tiġi konvertita għat-temperatura tas-saff tal-katalizzaturi billi tintuża trasformazzjoni lineari kkalkulata mid-dejta ta’ korrelazzjoni miġbura fuq id-disinn tal-katalizzatur u tal-bank tat-tiqdim li għandhom jintużaw fil-proċess tat-tiqdim. It-temperatura tal-katalizzatur għandha tinħażen b’mod diġitali bil-veloċità ta’ 1 hertz (kejl wieħed fis-sekonda). |
|
3.4. |
Kejl tal-Arja/Fjuwil. Għandhom isiru provvedimenti għall-kejl tal-proporzjon tal-arja/tal-fjuwil (A/F) (bħal senser tal-ossiġnu ta’ firxa wiesgħa) kemm jista’ jkun qrib id-daħla tal-katalizzatur u l-flanġijiet tal-ħruġ. L-informazzjoni minn dawn is-sensers għandha tinħażen b’mod diġitali bil-veloċità ta’ 1 hertz (kejl wieħed fis-sekonda). |
|
3.5. |
Bilanċ tal-Fluss tal-Egżost. Għandhom isiru provvedimenti sabiex ikun żgurat li l-ammont xieraq ta’ egżost (imkejjel fi grammi/sekonda fl-istojkometrija, b’tolleranza ta’ ± 5 grammi/sekonda) jgħaddi minn kull sistema ta’ katalizzaturi li tkun qed tixxejjaħ fuq il-bank.
Ir-rata xierqa ta’ fluss tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-fluss tal-egżost li jkun hemm fil-magna oriġinali tal-vettura bil-veloċità tal-magna fi stat stabbli u bit-tagħbija magħżula għat-tiqdim fuq il-bank fil-paragrafu 3.6 ta’ dan l-Appendiċi. |
|
3.6. |
Arranġament. Il-veloċità tal-magna, it-tagħbija u l-ħin tal-ispark jintgħażlu sabiex tintlaħaq temperatura tas-saff tal-katalizzaturi ta’ 800 °C (± 10 °C) b’operazzjoni stojkometrika fi stat stabbli.
Is-sistema tal-injezzjoni tal-arja tiġi ssettjata sabiex tipprovdi l-fluss tal-arja neċessarju sabiex ikun prodott 3 fil-mija ossiġnu (± 0,1 %) fil-kurrent tal-egżost stojkometriku fi stat stabbli eżattament quddiem l-ewwel katalizzatur. Qari tipiku fil-punt ‘il fuq mill-punt tal-kejl tal-A/F (meħtieġ fil-paragrafu 5) huwa lambda 1,16 (li huwa bejn wieħed u ieħor 3 fil-mija ta’ ossiġnu). Bl-injezzjoni tal-arja mixgħula, issettja għal “Rikk” l-proporzjon tal-A/F biex tkun prodotta temperatura tas-saff tal-katalizzaturi ta’ 890 °C (± 10 °C). Valur tipiku tal-A/F għal dan il-pass huwa lambda 0.94 (bejn wieħed u ieħor 2 % ta’ CO). |
|
3.7. |
Il-proċeduri standard tat-tiqdim fuq il-bank jużaw iċ-ċiklu standard tal-bank (SBC). L-SBC jiġi ripetut sakemm jintlaħaq l-ammont ta’ tiqdim ikkalkulat mill-ekwazzjoni tal-ħin ta’ tiqdim fuq il-bank (BAT). |
|
3.8. |
Assigurazzjoni tal-Kwalità. It-temperaturi u l-proporzjon tal-A/F fil-paragrafi 3.3 u 3.4 ta’ dan l-appendiċi għandhom jiġu riveduti perjodikament (mill-inqas kull 50 siegħa). Għandhom isiru l-aġġustamenti meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-SBC ikun qed jiġi segwit b’mod xieraq matul il-proċess kollu tat-tiqdim.
Wara li jkun tlesta t-tiqdim, il-ħin fit-temperatura tal-katalizzatur miġbur matul il-proċess tat-tiqdim għandu jiġi tabulat f’istogramma bi gruppi ta’ temperaturi li ma jkunux ikbar minn 10 °C. L-ekwazzjoni tal-BAT u t-temperatura effettiva ta’ referenza kkalkulata għaċ-ċiklu ta’ tiqdim skont il-paragrafu 2.3.1.4 tal-Anness 9 se jintużaw biex jiġi stabbilit jekk fil-fatt ikunx seħħ l-ammont xieraq ta’ tiqdim termiku tal-katalizzatur. It-tiqdim fuq il-bank se jkun estiż jekk l-effett termiku tal-ħin ta’ tiqdim ikkalkulat ma jkunx mill-inqas ta’ 95 % tat-tiqdim termiku fil-mira. |
|
3.9. |
Startjar u Tifi. Għandha ssir attenzjoni sabiex ikun żgurat li t-temperatura massima tal-katalizzatur għal deterjorament rapidu (eż, 1 050 °C) ma sseħħx waqt l-istartjar jew it-tifi. Jistgħu jintużaw proċeduri speċjali f’temperatura baxxa għall-istartjar u għat-tifi sabiex jittaffa dan it-tħassib. |
4. STABBILIMENT B’MOD SPERIMENTALI TAL-FATTUR R GĦALL-PROĊEDURI TAD-DURABILITÀ TAT-TIQDIM FUQ IL-BANK
|
4.1. |
Il-Fattur R huwa l-koeffiċjent tar-reattività termika tal-katalizzatur li jintuża fl-ekwazzjoni tal-ħin ta’ tiqdim fuq il-bank (BAT). Il-fabbrikanti jistgħu jiddeterminaw il-valur ta’ R b’mod sperimentali billi jużaw il-proċeduri li ġejjin. |
|
4.1.1. |
Billi tuża ċ-ċiklu tal-bank u l-ħardwer tat-tiqdim fuq il-bank applikabbli, qaddem diversi katalizzaturi (minimu ta’ 3 tal-istess disinn ta’ katalizzatur) f’temperaturi ta’ kontroll differenti bejn it-temperatura operattiva normali u t-temperatura tal-limitu ta’ ħsara. Kejjel l-emissjonijiet (jew l-ineffiċjenza tal-katalizzatur (1-effiċjenza tal-katalizzatur)) għal kull kostitwent tal-egżost. Kun żgur li l-ittestjar finali jipprovdi dejta bejn darba u darbtejn l-istandard ta’ emissjoni. |
|
4.1.2. |
Istma l-valur ta’ R u kkalkula t-temperatura effettiva ta’ referenza (Tr) għaċ-ċiklu ta’ tiqdim fuq il-bank għal kull temperatura ta’ kontroll skont il-paragrafu 2.3.1.4 tal-Anness 9. |
|
4.1.3. |
Ipplottja l-emissjonijiet (jew l-ineffiċjenza tal-katalizzatur) kontra l-ħin ta’ tiqdim għal kull katalizzatur. Ikkalkula l-linja l-inqas kwadrata li toqgħod l-aħjar li tgħaddi mid-dejta. Biex is-sett tad-dejta jkun utli għal dan il-għan, id-dejta għandu jkollha interċezzjoni bejn wieħed u ieħor komuni ta’ bejn 0 u 6 400 km. Ara l-graff li ġejja għal eżempju. |
|
4.1.4. |
Ikkalkula ż-żerżieqa tal-linja li toqgħod l-aħjar għal kull temperatura tat-tiqdim. |
|
4.1.5. |
Ipplottja l-log naturali (ln) taż-żerżieqa ta’ kull linja li toqgħod l-aħjar (stabbilita fil-pass 4.1.4) tul l-assi vertikali, kontra l-invers tat-temperatura tat-tiqdim (1/(temperatura tat-tiqdim, gradi K)) tul l-assi orizzontali. Ikkalkula l-linji l-inqas kwadrati li joqogħdu l-aħjar li jgħaddu mid-dejta. Iż-żerżieqa tal-linja hija l-fattur R. Ara l-graff li ġejja għal eżempju.
Rispons tal-Katalista maż-Żmien |
|
4.1.6. |
Qabbel il-fattur R mal-valur inizjali li ntuża fil-Pass 4.1.2. Jekk il-fattur R ikkalkulat ivarja mill-valur inizjali b’aktar minn 5 %, agħżel fattur R ġdid li jkun bejn il-valuri inizjali u dawk ikkalkulati, u mbagħad irrepeti l-Passi 2-6 biex tislet fattur R ġdid. Irrepeti dan il-proċess sakemm il-fattur R ikkalkulat ikun sa 5 % tal-fattur R preżunt inizjalment. |
|
4.1.7. |
Qabbel il-fattur R stabbilit separatament għal kull kostitwent tal-egżost. Uża l-aktar valur baxx tal-fattur R (l-agħar każ) għall-ekwazzjoni tal-BAT.
Stabbiliment tal-fattur R 1/(temperatura maż-żmien) pendil = rata ta’ bidla fl-emissjonijiet/ħin |
Appendiċi 2
Ċiklu Standard tal-Bank tad-Diżil (SDBC)
1. Introduzzjoni
Għall-filtri tal-materja partikulata, in-numru ta’ riġenerazzjonijiet huwa kritiku għall-proċess tat-tiqdim. Għas-sistemi li jeħtieġu ċikli biex jitneħħa l-kubrit (eż il-katalizzaturi għall-ħażna tal-NOx), dan il-proċess huwa wkoll importanti.
Il-proċedura standard tad-durabilità tat-tiqdim fuq il-bank tad-diżil tikkonsisti mit-tiqdim ta’ sistema ta’ trattament wara fuq bank tat-tiqdim li ssegwi ċ-ċiklu standard tal-bank (SDBC) deskritt f’dan l-appendiċi. L-SDBC jeħtieġ l-użu ta’ bank tat-tiqdim b’magna bħala s-sors tal-gass ta’ alimentazzjoni għas-sistema.
Matul l-SDBC, l-istrateġiji ta’ riġenerazzjoni/tneħħija tal-kubrit tas-sistema għandhom jibqgħu f’kundizzjoni ta’ tħaddim normali.
2. Iċ-Ċiklu Standard tal-Bank tad-Diżil jirriproduċi l-kundizzjonijiet ta’ veloċità tal-magna u t-tagħbija li wieħed isib fl-SRC kif ikun xieraq għall-perjodu li għalih trid tiġi stabbilita d-durabilità. Sabiex ikun aċċellerat il-proċess tat-tiqdim, is-settings tal-magna fuq il-bank tat-test jistgħu jiġu modifikati sabiex jitnaqqsu l-ħinijiet tat-tagħbija tas-sistema. Pereżempju, jistgħu jiġu modifikati l-ħin tal-injezzjoni tal-fjuwil jew l-istrateġija tal-EGR.
3. Tagħmir u Proċeduri tal-Bank tat-Tiqdim
|
3.1. |
Il-bank standard tat-tiqdim jikkonsisti minn magna, kontrollur tal-magna u dinamometru tal-magna. Jistgħu jkunu aċċettabbli konfigurazzjonijiet oħrajn (eż. vettura sħiħa fuq dinamometru, jew berner li jipprovdi l-kundizzjonijiet korretti tal-egżost), sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fid-daħla u l-karatteristiċi ta’ kontroll tas-sistema tat-trattament ta’ wara speċifikati f’dan l-appendiċi.
Bank wieħed tat-tiqdim jista’ jkollu l-fluss tal-egżost maqsum f’diversi kurrenti bil-kundizzjoni li kull kurrent tal-egżost jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-appendiċi. Jekk il-bank ikollu aktar minn kurrent wieħed tal-egżost, sistemi multipli tat-trattament ta’ wara jistgħu jitqaddmu fl-istess ħin. |
|
3.2. |
Installazzjoni tas-Sistema tal-Egżost. Is-sistema sħiħa tat-trattament ta’ wara, flimkien mal-pajpijiet kollha tal-egżost li jikkonnettjaw dawn il-komponenti, se jkunu installati fuq il-bank. Għal magni b’kurrenti multipli tal-egżost (bħal uħud mill-magni V6 u V8), kull bank tas-sistema tal-egżost se jkun installat separatament fuq il-bank.
Is-sistema sħiħa tat-trattament ta’ wara se tkun installata bħala unità għat-tiqdim. Inkella, kull komponent individwali jista’ jitqaddem separatament għall-perjodu ta’ ħin xieraq. |
Appendiċi 3
Ċiklu Standard tat-Triq (SRC)
1. INTRODUZZJONI
Iċ-ċiklu standard tat-triq (SRC) huwa ċiklu ta’ akkumulazzjoni tal-kilometri. Il-vettura tista’ titħaddem fuq korsa għall-ittestjar jew fuq dinamometru tal-akkumulazzjoni tal-kilometri.
Iċ-ċiklu jikkonsisti minn 7 dawriet ma’ korsa ta’ 6 km. It-tul tad-dawra jista’ jitbiddel sabiex jiġi akkomodat it-tul tal-korsa għall-ittestjar tal-akkumulazzjoni tal-mili.
Ċiklu Standard tat-Triq
|
Dawra |
Deskrizzjoni |
Rata tipika ta’ aċċellerazzjoni m/s2 |
|
1 |
(startja l-magna) mhux fuq ger għal 10 sekondi |
0 |
|
1 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 48 km/h |
1,79 |
|
1 |
Veloċità stabbli ta’ 48 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
1 |
Deċellerazzjoni moderata għal 32 km/h |
–2,23 |
|
1 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 48 km/h |
1,79 |
|
1 |
Veloċità stabbli ta’ 48 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
1 |
Deċellerazzjoni moderata sal-waqfien |
–2,23 |
|
1 |
Mhux fuq ger għal 5 sekondi |
0 |
|
1 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 56 km/h |
1,79 |
|
1 |
Veloċità stabbli ta’ 56 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
1 |
Deċellerazzjoni moderata għal 40 km/h |
–2,23 |
|
1 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 56 km/h |
1,79 |
|
1 |
Veloċità stabbli ta’ 56 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
1 |
Deċellerazzjoni moderata sal-waqfien |
–2,23 |
|
2 |
Mhux fuq ger għal 10 sekondi |
0 |
|
2 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 64 km/h |
1,34 |
|
2 |
Veloċità stabbli ta’ 64 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
2 |
Deċellerazzjoni moderata għal 48 km/h |
–2,23 |
|
2 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 64 km/h |
1,34 |
|
2 |
Veloċità stabbli ta’ 64 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
2 |
Deċellerazzjoni moderata sal-waqfien |
–2,23 |
|
2 |
Mhux fuq ger għal 5 sekondi |
0 |
|
2 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 72 km/h |
1,34 |
|
2 |
Veloċità stabbli ta’ 72 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
2 |
Deċellerazzjoni moderata għal 56 km/h |
–2,23 |
|
2 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 72 km/h |
1,34 |
|
2 |
Veloċità stabbli ta’ 72 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
2 |
Deċellerazzjoni moderata sal-waqfien |
–2,23 |
|
3 |
Mhux fuq ger għal 10 sekondi |
0 |
|
3 |
Aċċellerazzjoni f’daqqa għal 88 km/h |
1,79 |
|
3 |
Veloċità stabbli ta’ 88 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
3 |
Deċellerazzjoni moderata għal 72 km/h |
–2,23 |
|
3 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 88 km/h |
0,89 |
|
3 |
Veloċità stabbli ta’ 88 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
3 |
Deċellerazzjoni moderata għal 72 km/h |
–2,23 |
|
3 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 97 km/h |
0,89 |
|
3 |
Veloċità stabbli ta’ 97 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
3 |
Deċellerazzjoni moderata għal 80 km/h |
–2,23 |
|
3 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 97 km/h |
0,89 |
|
3 |
Veloċità stabbli ta’ 97 km/h għal ¼ lap |
0 |
|
3 |
Deċellerazzjoni moderata sal-waqfien |
–1,79 |
|
4 |
Mhux fuq ger għal 10 sekondi |
0 |
|
4 |
Aċċellerazzjoni f’daqqa għal 129 km/h |
1,34 |
|
4 |
Sewqan fri għal 113 km/h |
–0,45 |
|
4 |
Veloċità stabbli ta’ 113 km/h għal ½ dawra |
0 |
|
4 |
Deċellerazzjoni moderata għal 80 km/h |
–1,34 |
|
4 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 105 km/h |
0,89 |
|
4 |
Veloċità stabbli ta’ 105 km/h għal ½ dawra |
0 |
|
4 |
Deċellerazzjoni moderata għal 80 km/h |
–1,34 |
|
5 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 121 km/h |
0,45 |
|
5 |
Veloċità stabbli ta’ 121 km/h għal ½ dawra |
0 |
|
5 |
Deċellerazzjoni moderata għal 80 km/h |
–1,34 |
|
5 |
Aċċellerazzjoni ħafifa għal 113 km/h |
0,45 |
|
5 |
Veloċità stabbli ta’ 113 km/h għal ½ dawra |
0 |
|
5 |
Deċellerazzjoni moderata għal 80 km/h |
–1,34 |
|
6 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 113 km/h |
0,89 |
|
6 |
Sewqan fri għal 97 km/h |
–0,45 |
|
6 |
Veloċità stabbli ta’ 97 km/h għal ½ dawra |
0 |
|
6 |
Deċellerazzjoni moderata għal 80 km/h |
–1,79 |
|
6 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 104 km/h |
0,45 |
|
6 |
Veloċità stabbli ta’ 104 km/h għal ½ dawra |
0 |
|
6 |
Deċellerazzjoni moderata sal-waqfien |
–1,79 |
|
7 |
Mhux fuq ger għal 45 sekonda |
0 |
|
7 |
Aċċellerazzjoni f’daqqa għal 88 km/h |
1,79 |
|
7 |
Veloċità stabbli ta’ 88 km/h għal ¼ dawra |
0 |
|
7 |
Deċellerazzjoni moderata għal 64 km/h |
–2,23 |
|
7 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 88 km/h |
0,89 |
|
7 |
Veloċità stabbli ta’ 88 km/h għal ¼ dawra |
0 |
|
7 |
Deċellerazzjoni moderata għal 64 km/h |
–2,23 |
|
7 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 80 km/h |
0,89 |
|
7 |
Veloċità stabbli ta’ 80 km/h għal ¼ ta’ dawra |
0 |
|
7 |
Deċellerazzjoni moderata għal 64 km/h |
–2,23 |
|
7 |
Aċċellerazzjoni moderata għal 80 km/h |
0,89 |
|
7 |
Veloċità stabbli ta’ 80 km/h għal ¼ lap |
0 |
|
7 |
Deċellerazzjoni moderata sal-waqfien |
–2,23 |
Iċ-ċiklu standard tat-triq huwa rappreżentat b’mod grafiku fil-figura li ġejja:
Ċiklu tat-Triq Standard
Veloċità (km/h)
Dawriet (5,95 km)
ANNESS 10
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FJUWILS TA’ REFERENZA
1. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FJUWILS TA’ REFERENZA GĦALL-ITTESTJAR TAL-VETTURI SKONT IL-LIMITI TAL-EMISSJONIJIET
1.1. Dejta teknika dwar il-fjuwil ta’ referenza li għandu jintuża biex jiġu ttestjati vetturi mgħammra b’magni positive-ignition
Tip: Petrol (E5)
|
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu tat-test |
|||
|
Minimu |
Massimu |
|||||
|
Numru ottan tar-riċerka, RON |
|
95 |
— |
EN 25164 prEN ISO 5164 |
||
|
Numru ottan tal-mutur, MON |
|
85 |
— |
EN 25163 prEN ISO 5163 |
||
|
Densità fi 15 °C |
kg/m3 |
743 |
756 |
EN ISO 3675 EN ISO 12185 |
||
|
Pressjoni tal-fwar |
kPa |
56 |
60 |
EN ISO 13016-1 (DVPE) |
||
|
Kontenut ta’ ilma |
% v/v |
|
0,015 |
ASTM E 1064 |
||
|
Distillazzjoni: |
||||||
|
% v/v |
24 |
44 |
EN-ISO 3405 |
||
|
% v/v |
48 |
60 |
EN-ISO 3405 |
||
|
% v/v |
82 |
90 |
EN-ISO 3405 |
||
|
°C |
190 |
210 |
EN-ISO 3405 |
||
|
Fdal |
% v/v |
— |
2 |
EN-ISO 3405 |
||
|
Analiżi tal-idrokarburi: |
||||||
|
% v/v |
3 |
13 |
ASTM D 1319 |
||
|
% v/v |
29 |
35 |
ASTM D 1319 |
||
|
% v/v |
— |
1 |
EN 12177 |
||
|
% v/v |
Rapport |
ASTM 1319 |
|||
|
Proporzjon ta’ karbonju/idroġenu |
|
Rapport |
|
|||
|
Proporzjon ta’ karbonju/ossiġnu |
|
Rapport |
|
|||
|
Perjodu ta’ induzzjoni (2) |
minuti |
480 |
— |
EN-ISO 7536 |
||
|
Kontenut ta’ ossiġnu (3) |
% m/m |
Rapport |
EN 1601 |
|||
|
Gomma eżistenti |
mg/ml |
— |
0,04 |
EN-ISO 6246 |
||
|
Kontenut ta’ kubrit (4) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
||
|
Korrużjoni tar-ram |
|
— |
Class 1 |
EN-ISO 2160 |
||
|
Kontenut ta’ ċomb |
mg/l |
— |
5 |
EN 237 |
||
|
Kontenut ta’ fosfru |
mg/l |
— |
1,3 |
ASTM D 3231 |
||
|
Etanol (5) |
% v/v |
4,7 |
5,3 |
EN 1601 EN 13132 |
||
Tip: Etanol (E85)
|
Parametru |
Unità |
Limiti (6) |
Metodu tat-test (7) |
|
|
Minimu |
Massimu |
|||
|
Numru ottan tar-riċerka, RON |
|
95 |
— |
EN ISO 5164 |
|
Numru ottan tal-mutur, MON |
|
85 |
— |
EN ISO 5163 |
|
Densità fi 15 °C |
kg/m3 |
Rapport |
ISO 3675 |
|
|
Pressjoni tal-fwar |
kPa |
40 |
60 |
EN ISO 13016-1 (DVPE) |
|
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
|
|
Stabilità tal-ossidazzjoni |
minuti |
360 |
|
EN ISO 7536 |
|
Kontenut eżistenti ta’ gomma (maħsula b’solvent) |
mg/(100 ml) |
— |
5 |
EN-ISO 6246 |
|
Dehra Din għandha tiġi determinata f’temperatura ambjentali jew 15 °C skont liema tkun l-ogħla |
|
Ċar u jleqq, viżibbilment ħieles minn kontaminanti sospiżi jew preċipitati |
Spezzjoni viżwali |
|
|
Etanol u alkoħols aktar qawwija (10) |
% V/V |
83 |
85 |
EN 1601 EN 13132 EN 14517 |
|
Alkoħols aktar qawwija (C3-C8) |
% V/V |
— |
2 |
|
|
Metanol |
% V/V |
|
0,5 |
|
|
Petrol (11) |
% V/V |
Bilanċ |
EN 228 |
|
|
Fosfru |
mg/l |
0,3 (12) |
ASTM D 3231 |
|
|
Kontenut ta’ ilma |
% V/V |
|
0,3 |
ASTM E 1064 |
|
Kontenut ta’ klorur inorganiku |
mg/l |
|
1 |
ISO 6227 |
|
pHe |
|
6,5 |
9 |
ASTM D 6423 |
|
Korrużjoni tal-istrixxa tar-ram (3 sigħat f’50 °C) |
Klassifikazzjoni |
Klassi 1 |
|
EN ISO 2160 |
|
Aċidità, (bħala aċidu aċetiku CH3COOH) |
% m/m (mg/l) |
— |
0,005 (40) |
ASTM D 1613 |
|
Proporzjon ta’ karbonju/idroġenu |
|
rapport |
|
|
|
Proporzjon ta’ karbonju/ossiġnu |
|
rapport |
|
|
1.2. Dejta teknika dwar il-fjuwil ta’ referenza li għandu jintuża biex jiġu ttestjati vetturi mgħammra b’magni diżil
Tip: Fjuwil Diżil (B5)
|
Parametru |
Unità |
Limiti (13) |
Metodu tat-test |
|||
|
Minimu |
Massimu |
|||||
|
Numru tas-cetane (14) |
|
52 |
54 |
EN-ISO 5165 |
||
|
Densità fi 15 °C |
kg/m3 |
833 |
837 |
EN-ISO 3675 |
||
|
Distillazzjoni: |
||||||
|
°C |
245 |
— |
EN-ISO 3405 |
||
|
°C |
345 |
350 |
EN-ISO 3405 |
||
|
°C |
— |
370 |
EN-ISO 3405 |
||
|
It-temperatura li fiha l-fwar taż-żejt jista’ jaqbad |
°C |
55 |
— |
EN 22719 |
||
|
CFPP |
°C |
— |
–5 |
EN 116 |
||
|
Viskożità f’40 °C |
mm2/s |
2,3 |
3,3 |
EN-ISO 3104 |
||
|
Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi |
% m/m |
2 |
6 |
EN 12916 |
||
|
Kontenut ta’ kubrit (15) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846/EN ISO 20884 |
||
|
Korrużjoni tar-ram |
|
— |
Klassi 1 |
EN-ISO 2160 |
||
|
Fdal ta’ karbonju conradson (10 % DR) |
% m/m |
— |
0,2 |
EN-ISO 10370 |
||
|
Kontenut ta’ rmied |
% m/m |
— |
0,01 |
EN-ISO 6245 |
||
|
Kontenut ta’ ilma |
% m/m |
— |
0,02 |
EN-ISO 12937 |
||
|
Numru tan-newtralizzazzjoni (aċtu qawwi) |
mg KOH/g |
— |
0,02 |
ASTM D 974 |
||
|
Stabilità tal-ossidazzjoni (16) |
mg/ml |
— |
0,025 |
EN-ISO 12205 |
||
|
Lubriċità (dijametru skennjat ta’ kemm ittiekel l-HFRR f’60 °C) |
μm |
— |
400 |
EN ISO 12156 |
||
|
h |
20 |
|
EN 14112 |
|||
|
FAME (18) |
% v/v |
4,5 |
5,5 |
EN 14078 |
||
2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FJUWIL TA’ REFERENZA LI GĦANDU JINTUŻA BIEX JIĠU TTESTJATI VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI POSITIVE-IGNITION F’TEMPERATURA AMBJENTALI BAXXA – TEST TAT-TIP VI
Tip: Petrol (E5)
|
Parametru |
Unità |
Limiti (19) |
Metodu tat-test |
|||
|
Minimu |
Massimu |
|||||
|
Numru ottan tar-riċerka, RON |
|
95 |
— |
EN 25164 Pr, EN ISO 5164 |
||
|
Numru ottan tal-mutur, MON |
|
85 |
— |
EN 25163 Pr, EN ISO 5163 |
||
|
Densità fi 15 °C |
kg/m3 |
743 |
756 |
EN ISO 3675 EN ISO 12185 |
||
|
Pressjoni tal-fwar |
kPa |
56 |
95 |
EN ISO 13016-1 (DVPE) |
||
|
Kontenut ta’ ilma |
% v/v |
|
0,015 |
ASTM E 1064 |
||
|
Distillazzjoni: |
||||||
|
% v/v |
24 |
44 |
EN-ISO 3405 |
||
|
% v/v |
50 |
60 |
EN-ISO 3405 |
||
|
% v/v |
82 |
90 |
EN-ISO 3405 |
||
|
°C |
190 |
210 |
EN-ISO 3405 |
||
|
Fdal |
% v/v |
— |
2 |
EN-ISO 3405 |
||
|
Analiżi tal-idrokarburi: |
||||||
|
% v/v |
3 |
13 |
ASTM D 1319 |
||
|
% v/v |
29 |
35 |
ASTM D 1319 |
||
|
% v/v |
— |
1 |
EN 12177 |
||
|
% v/v |
Rapport |
ASTM 1319 |
|||
|
Proporzjon ta’ karbonju/idroġenu |
|
Rapport |
|
|||
|
Proporzjon ta’ karbonju/ossiġnu |
|
Rapport |
|
|||
|
Perjodu ta’ induzzjoni (20) |
minuti |
480 |
— |
EN-ISO 7536 |
||
|
Kontenut ta’ ossiġnu (21) |
% m/m |
Rapport |
EN 1601 |
|||
|
Gomma eżistenti |
mg/ml |
— |
0,04 |
EN-ISO 6246 |
||
|
Kontenut ta’ kubrit (22) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
||
|
Korrużjoni tar-ram |
|
— |
Klassi 1 |
EN-ISO 2160 |
||
|
Kontenut ta’ ċomb |
mg/l |
— |
5 |
EN 237 |
||
|
Kontenut ta’ fosfru |
mg/l |
— |
1,3 |
ASTM D 3231 |
||
|
Etanol (23) |
% v/v |
4,7 |
5,3 |
EN 1601 EN 13132 |
||
Tip: Etanol (E75)
L-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil ta’ referenza għandha tiġi żviluppata qabel id-dati għall-iffissar tat-Test tat-Tip VI li huwa obbligatorju għall-vetturi li jaħdmu bl-etanol.
(1) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limitu tagħhom ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Prodotti taż-żejt mhux raffinat — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ dejta preċiża f’relazzjoni mal-metodi tat-test” u fl-iffissar ta’ valur minimu, ġiet ikkunsidrata differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hi 4R (R = riproduċibbiltà).
Minkejja din il-miżura, li hi meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-fabbrikant tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira lejn valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u lejn il-valur medju fil-każ tal-kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jilħaqx ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.
(2) Il-fjuwil jista’ jkun fih inibituri tal-ossidazzjoni u d-diżattivaturi tal-metall normalment użati biex jistabbilizzaw il-flussi tal-petrol fir-raffinerija, iżda m’għandhomx jiżdiedu addittivi tad-deterġenti/li jinfirxu u żjut solventi.
(3) Etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ pr. EN 15376 huwa l-uniku ossiġinat li għandu jiżdied intenzjonalment mal-fjuwil ta’ referenza.
(4) Il-kontenut proprju ta’ kubrit fil-fjuwil użat għat-test tat-Tip I għandu jiġi rrappurtat.
(5) M’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, ħadid, manganiż, jew ċomb, ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.
(6) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limitu tagħhom ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Prodotti taż-żejt mhux raffinat — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ dejta preċiża f’relazzjoni mal-metodi tat-test” u fl-iffissar ta’ valur minimu, ġiet ikkunsidrata differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hi 4R (R = riproduċibbiltà).
Minkejja din il-miżura, li hi meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-fabbrikant tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira lejn valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u lejn il-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jilħaqx ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.
(7) F’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil, għandhom jintużaw il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwima u l-interpretazzjoni tar-riżultati fuq il-bażi ta’ preċiżjoni tal-metodu tat-test, deskritti fl-EN ISO 4259.
(8) F’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil nazzjonali dwar il-kontenut ta’ kubrit, għandhom jintużaw jew EN ISO 20846 jew EN ISO 20884 simili għar-referenza fl-anness nazzjonali tal-EN 228.
(9) Il-kontenut proprju ta’ kubrit fil-fjuwil użat għat-Test tat-Tip I għandu jiġi rrappurtat.
(10) Etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ EN 15376 huwa l-uniku ossiġinat li għandu jiżdied intenzjonalment ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.
(11) Il-kontenut tal-petrol bla ċomb għandu jiġi stabbilit bħala 100 tnaqqas minnu s-somma tal-kontenut perċentwali ta’ ilma u alkoħols.
(12) M’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, ħadid, manganiż jew ċomb, ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.
(13) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limitu tagħhom ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Prodotti taż-żejt mhux raffinat — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ dejta preċiża f’relazzjoni mal-metodi tat-test” u fl-iffissar ta’ valur minimu, ġiet ikkunsidrata differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hi 4R (R = riproduċibbiltà).
Minkejja din il-miżura, li hi meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-fabbrikant tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira lejn valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u lejn il-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jilħaqx ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.
(14) Il-firxa għan-numru tas-cetane mhix skont ir-rekwiżiti ta’ firxa minima ta’ 4R. Madankollu, fil-każ ta’ tilwima bejn dak li jissupplixxi l-fjuwil u min juża l-fjuwil, jistgħu jintużaw it-termini ta’ ISO 4259 biex jirrisolvu dak it-tilwim bil-kundizzjoni li kejlijiet repliċi, ta’ numru suffiċjenti biex tinħażen il-preċiżjoni meħtieġa, isiru b’referenza għal determinazzjonijiet waħdanija.
(15) Il-kontenut proprju tal-kubrit fil-fjuwil użat għat-test tat-Tip I għandu jiġi rrappurtat.
(16) Anki jekk l-istabbilità tal-ossidazzjoni tkun kkontrollata, huwa probabbli li t-tul taż-żmien ta’ ħażna se jkun limitat. Wieħed għandu jieħu parir mingħand il-fornitur dwar il-kundizzjonijiet tal-ħżin u kemm iservu.
(17) L-istabilità tal-ossidazzjoni tista’ tintwera permezz ta’ EN-ISO 12205 jew permezz ta’ EN 14112. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi rivedut fuq il-bażi tal-evalwazzjonijiet CEN/TC19 tal-prestazzjoni tal-istabilità ossidattiva u l-limiti tat-test.
(18) Kontenut ta’ FAME sabiex tintlaħaq l-ispeċifikazzjoni ta’ EN 14214.
(19) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limitu tagħhom ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Prodotti taż-żejt mhux raffinat — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ dejta preċiża f’relazzjoni mal-metodi tat-test” u fl-iffissar ta’ valur minimu, ġiet ikkunsidrata differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hi 4R (R = riproduċibbiltà)
Minkejja din il-miżura, li hi meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-fabbrikant tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira lejn valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u lejn il-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jilħaqx ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.
(20) Il-fjuwil jista’ jkun fih inibituri tal-ossidazzjoni u diżattivaturi tal-metall li normalment jintużaw sabiex ikunu stabbilizzati l-kurrenti tal-petrol tar-raffineriji, imma m’għandhomx jiżdiedu addittivi tad-deterġenti/dispersivi u żjut solventi.
(21) Etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ pr. EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment mal-fjuwil ta’ referenza.
(22) Il-kontenut proprju ta’ kubrit fil-fjuwil użat għat-test tat-Tip I għandu jiġi rrappurtat.
(23) M’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, ħadid, manganiż jew ċomb, ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.
ANNESS 10A
1. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FJUWILS GASSUŻI TA’ REFERENZA
1.1. Dejta teknika tal-fjuwils LPG ta’ referenza użati biex jiġu ttestjati vetturi skont il-limiti ta’ emissjonijiet mogħtija fit-Tabella 1 fil-paragrafu 5.3.1.4 = Test tat-Tip I
|
Parametru |
Unità |
Fjuwil A |
Fjuwil B |
Metodu tat-test |
|
Kompożizzjoni: |
|
|
|
ISO 7941 |
|
Kontenut ta’ C3 |
volum fil-mija |
30 ± 2 |
85 ± 2 |
|
|
Kontenut ta’ C4 |
volum fil-mija |
Bilanċ (1) |
Bilanċ (1) |
|
|
< C3, > C4 |
volum fil-mija |
mass. 2 |
mass. 2 |
|
|
Olefini |
volum fil-mija |
mass. 12 |
mass. 15 |
|
|
Fdal tal-evaporazzjoni |
mg/kg |
mass. 50 |
mass. 50 |
ISO 13757 jew EN 15470 |
|
Ilma f’0°C |
|
ħieles |
ħieles |
EN 15469 |
|
Kontenut totali ta’ kubrit |
mg/kg |
mass. 50 |
mass. 50 |
EN 24260 jew ASTM 6667 |
|
Sulfid tal-idroġenu |
|
xejn |
xejn |
ISO 8819 |
|
Korrużjoni tal-istrixxa tar-ram |
klassifikazzjoni |
Klassi 1 |
klassi 1 |
ISO 6251 (2) |
|
Riħa |
|
karatteristika |
karatteristika |
|
|
Numru ottan tal-mutur |
|
min. 89 |
min. 89 |
EN 589 Anness B |
1.2. Dejta teknika tan-NG jew tal-fjuwils ta’ referenza tal-bijometanu
|
Karatteristiċi |
Unitajiet |
Bażi |
Limiti |
Metodu tat-Test |
|
|
min. |
mass. |
||||
|
Fjuwil ta’ referenza G20 |
|||||
|
Kompożizzjoni: |
|
|
|
|
|
|
Metanu |
mole fil-mija |
100 |
99 |
100 |
ISO 6974 |
|
Bilanċ (3) |
mole fil-mija |
— |
— |
1 |
ISO 6974 |
|
N2 |
mole fil-mija |
|
|
|
ISO 6974 |
|
Kontenut ta’ kubrit |
mg/m3 (4) |
— |
— |
10 |
ISO 6326-5 |
|
Indiċi Wobbe (nett) |
MJ/m3 (5) |
48,2 |
47,2 |
49,2 |
|
|
Fjuwil ta’ Referenza G25 |
|||||
|
Kompożizzjoni: |
|
|
|
|
|
|
Metanu |
mole fil-mija |
86 |
84 |
88 |
ISO 6974 |
|
Bilanċ (3) |
mole fil-mija |
— |
— |
1 |
ISO 6974 |
|
N2 |
mole fil-mija |
14 |
12 |
16 |
ISO 6974 |
|
Kontenut ta’ kubrit |
mg/m3 (4) |
— |
— |
10 |
ISO 6326-5 |
|
Indiċi Wobbe (nett) |
MJ/m3 (5) |
39,4 |
38,2 |
40,6 |
|
(1) Il-bilanċ irid jinqara kif ġej: bilanċ = 100 – C3 ≤ C3 ≥ C4.
(2) Dan il-metodu jista’ ma jiddeterminax b’mod eżatt il-materjal korrużiv li jkun hemm jekk il-kampjun ikun fih inibituri tal-korrużjoni jew xi kimiċi oħra li jnaqqsu l-korrużività tal-kampjun għall-istrixxa tar-ram. Għalhekk, iż-żieda ta’ tali il-komposti għall-iskop biss li tinfluwenza l-metodu tat-test hi projbita.
(3) Inerti (differenti minn N2) + C2 + C2+.
(4) Il-valur irid jiġi determinat f’293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa.
(5) Il-valur irid jiġi determiant f’273,2 K (0 °C) u 101,3 kPa.
ANNESS 11
Dijanjostiċi abbord (OBD) għall-vetturi bil-magna
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness japplika għall-aspetti funzjonali tas-sistema dijanjostika abbord (OBD) għall-kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi bil-magna.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan l-anness:
2.1. “OBD” tfisser sistema dijanjostika abbord għall-kontroll tal-emissjonijiet li għandha tkun kapaċi tidentifika ż-żona probabbli ta’ ħsara permezz ta’ kodiċijiet tal-ħsara maħżuna fil-memorja tal-kompjuter.
2.2. “Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi bil-magna li ma jvarjawx f’dawk il-karatteristiċi essenzjali tal-magna u tas-sistema OBD.
2.3. “Familja tal-vettura” tfisser vetturi miġbura flimkien mill-fabbrikant li, mid-disinn tagħhom, ikunu mistennija li jkollhom emissjonijiet tal-egżost u karatteristiċi tas-sistema OBD simili. Kull vettura f’din il-familja trid tkun ikkonformat mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif imfisser fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness.
2.4. “Sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet” tfisser il-kontrollur li jimmaniġġja l-magna b’mod elettroniku u kwalunkwe komponent marbut mal-emissjonijiet fis-sistema tal-egżost jew evaporattiva li tforni input jew tirċievi output mingħand dan il-kontrollur.
2.5. “Indikatur tal-ħsara (MI)” tfisser indikatur li jidher jew li jinstema’ li jgħarraf lix-xufier f’każ li ma jkunx qed jaħdem sew xi komponent marbut mal-emissjonijiet imqabbad mas-sistema OBD, jew is-sistema OBD innifisha.
2.6. “Ħsara” tfisser il-ħsara f’xi komponent jew sistema marbuta mal-emissjonijiet li tista’ twassal biex l-emissjonijiet jaqbżu l-limiti fil-paragrafu 3.3.2 jew jekk is-sistema OBD ma tkunx kapaċi tilħaq ir-rekwiżiti bażiċi ta’ monitoraġġ ta’ dan l-anness.
2.7. “Arja sekondarja” tfisser l-arja mdaħħla fis-sistema tal-egżost permezz ta’ pompa jew valv tal-aspiratur jew xi mezz ieħor maħsub biex jgħin fl-ossidazzjoni tal-HC u s-CO li hemm fil-kurrent tal-gass tal-egżost.
2.8. “Ma qabditx il-magna” tfisser nuqqas ta’ kombustjoni fiċ-ċilindru ta’ magna positive-ignition minħabba nuqqas ta’ spark, kejl ħażin tal-fjuwil, kompressjoni ħażina jew xi kawża oħra. F’termini ta’ monitoraġġ tal-OBD huwa dak il-perċentwali ta’ meta l-magna ma taqbadx sewwa minn total ta’ drabi ta’ tqabbid (kif dikjarat mill-fabbrikant) li jwassal biex l-emissjonijiet jaqbżu l-limiti mogħtija fil-paragrafu 3.3.2 jew dak il-perċentwali li jista’ jwassal biex il-katalizzatur, jew il-katalizzaturi jisħnu żżejjed u jikkawżaw ħsara irreparabbli.
2.9. “Test tat-Tip I” ifisser iċ-ċiklu tas-sewqan (L-Ewwel Parti u t-Tieni Parti) użat għall-approvazzjonijiet tal-emissjonijiet, kif deskritt fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness 4a.
2.10. “Ċiklu tas-sewqan” hu magħmul mill-istartjar tal-magna, il-mod tas-sewqan fejn jekk ikun hemm ħsara din tiġi ditektjata, u t-tifi tal-magna.
2.11. “Ċiklu tat-tisħin” ifisser tħaddim suffiċjenti tal-vetturi b’tali mod li t-temperatura tal-likwidu li jkessaħ tkun għoliet b’tal-anqas 22 K minn meta startjat il-magna u tilħaq temperatura minima ta’ 343 K (70 °C).
2.12. “Aġġustament fin tal-livell tal-fjuwil” tirreferi għall-aġġustamenti skont l-informazzjoni mogħtija lura fl-iskeda bażika tal-fjuwil. Aġġustament fin tal-livell tal-fjuwil immedjat jirreferi għall-aġġustamenti dinamiċi jew istantanji. Aġġustament fin tal-livell tal-fjuwil fit-tul jirreferi għall-aġġustamenti aktar gradwali fl-iskeda tal-kalibrar tal-fjuwil mill-aġġustamenti fi żmien immedjat. Dawn l-aġġustamenti fit-tul jagħmlu tajjeb għad-differenzi fil-vetturi u l-bidliet gradwali li jseħħu tul iż-żmien.
2.13. “Valur tat-tagħbija kkalkulat” jirreferi għal indikazzjoni tal-fluss tal-arja preżenti diviż bil-fluss tal-arja l-aktar intens, fejn il-fluss tal-arja l-aktar intens hu kkoreġut għall-altitudni, jekk disponibbli. Din id-definizzjoni tipprovdi numru mingħajr dimensjoni li mhuwiex marbut mal-magna u tagħti lit-tekniku tal-manutenzjoni indikazzjoni ta’ kemm hu l-proporzjon tal-kapaċità tal-magna li qed jintuża (bit-throttle miftuħ għal kollox daqs 100 fil-mija);
2.14. “Modalità default tal-emissjonijiet permanenti” tirreferi għall-każ fejn il-kontrollur li jimmaniġġja l-magna jaqleb b’mod permanenti għal setting li ma jeħtieġx input minn komponent jew sistema li falliet fejn tali komponent jew sistema li falliet kieku jwassal għal żieda fl-emissjonijiet mill-vettura għal livell ogħla mil-limiti mogħtija fil-paragrafu 3.3.2 ta’ dan l-anness.
2.15. “Unità minn fejn tista’ tieħu l-enerġija” tfisser provvediment ta’ output imħaddem permezz ta’ magna bl-iskop li jagħti l-enerġija lit-tagħmir awżiljari, imwaħħal fuq vettura.
2.16. “Aċċess” tfisser id-disponibbiltà tad-dejta kollha marbuta mal-emissjonijiet inkluż il-kodiċijiet kollha tal-ħsarat li huma meħtieġa biex issir spezzjoni, dijanjosi, manutenzjoni jew tiswija ta’ partijiet tal-vettura li għandhom x’jaqsmu mal-emissjonijiet, permezz tal-interface serjali għall-konnessjoni dijanjostika standard (skont l-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness, il-paragrafu 6.5.3.5.).
2.17. “Mhux ristrett” tfisser:
|
2.17.1. |
Aċċess li ma jiddependix fuq kodiċi ta’ aċċess li jinkiseb biss mingħand il-fabbrikant, jew mekkaniżmu simili, jew |
|
2.17.2. |
Aċċess li jippermetti li ssir evalwazzjoni tad-dejta maħluqa mingħajr il-bżonn ta’ xi informazzjoni unika ta’ dekodifikazzjoni, sakemm dik l-informazzjoni nnifsha ma tkunx standardizzata. |
2.18. “Standardizzata” tfisser li l-informazzjoni kollha tad-dejta msawra, fosthom il-kodiċijiet tal-ħsarat kollha użati, għandha tissawwar biss skont l-istandards tal-industrija li, minħabba l-format u l-għażliet permessi tagħhom huma mfissra sew, jipprovdu għal livell massimu ta’ armonizzazzjoni fl-industrija tal-vetturi bil-mutur, u li l-użu tagħhom hu esplicitament permess f’dan ir-Regolament.
2.19. “Informazzjoni dwar it-tiswija” tfisser l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dijanjosi, manutenzjoni, spezzjoni, monitoraġġ perjodiku jew tiswija tal-vettura u li l-fabbrikanti jipprovdu lin-negozjanti/ħwienet tat-tiswija awtorizzati tagħhom. Fejn ikun hemm bżonn, dik l-informazzjoni għandha tinkludi manwali dwar il-manutenzjoni, manwali tekniċi, informazzjoni dijanjostika (eż. valuri teoretiċi minimi u massimi għall-kejlijiet), dijagrammi dwar kif jiġu mgħoddija l-wajers, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-kalibrar tas-softwer applikabbli għal tip ta’ vettura, istruzzjonijiet għal każijiet individwali u speċjali, informazzjoni mogħtija fir-rigward tal-għodod u t-tagħmir, informazzjoni dwar iż-żamma ta’ dejta u monitoraġġ u dejta tat-test lejn żewġ naħat. Il-fabbrikant m’għandux ikun obbligat li jagħti dik l-informazzjoni li tkun koperta bid-drittijiet tal-proprjetà intelletwali jew li tkun parti mill-għerf speċifiku tal-fabbrikanti u/jew tal-fornituri OEM; f’dan il-każ l-informazzjoni teknika neċessarja m’għandhiex tinżamm lura b’mod mhux xieraq.
2.20. “Defiċjenza” tfisser, fil-każ tas-sistemi OBD tal-vetturi, li sa żewġ komponenti jew sistemi separati li jkunu mmonitorjati jkun fihom karatteristiċi temporanji jew permanenti tat-tħaddim li jfixklu l-monitoraġġ altrimenti effiċjenti tal-OBD ta’ dawk il-komponenti jew sistemi jew li ma jilħqux ir-rekwiżiti l-oħra kollha dettaljati għall-OBD. Il-vetturi jistgħu jkunu approvati għat-tip, irreġistrati u mibjugħa b’dawk id-defiċjenzi skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta’ dan l-anness.
3. REKWIŻITI U TESTIJIET
3.1. Il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra b’sistema OBD iddisinjata, mibnija u installata f’vettura b’tali mod li tgħinha tidentifika t-tipi ta’ deterjorament jew ħsarat għall-perjodu sħiħ ta’ kemm iddum isservi l-vettura. Biex jintlaħaq dan il-għan l-awtorità li toħroġ l-approvazzjoni għandha taċċetta li vetturi li jkunu vjaġġaw distanzi akbar mid-distanza ta’ durabilità tat-Tip V (skont l-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament) imsemmija fil-paragrafu 3.3.1, jistgħu juri xi deterjorament fil-mod kif taħdem is-sistema OBD b’tali mod li l-limiti ta’ emissjonijiet mogħtija fil-paragrafu 3.3.2 jistgħu jinqabżu qabel ma s-sistema OBD tindika ħsara lix-xufier tal-vettura.
3.1.1. L-aċċess għas-sistema OBD li huwa meħtieġ biex issir spezzjoni, dijanjosi, manutenzjoni jew tiswija tal-vettura m’għandux ikun ristrett u jrid ikun standardizzat. Il-kodiċijiet kollha tal-ħsarat marbuta mal-emissjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-paragrafu 6.5.3.4 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness.
3.1.2. Mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-fabbrikant jkun ta lil xi negozjant jew ħanut tat-tiswija awtorizzat informazzjoni dwar it-tiswija, il-fabbrikant għandu jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli (inklużi l-emendi u s-supplimenti kollha sussegwenti) bi ħlas raġonevoli u mhux diskriminatorju u għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità tal-approvazzjoni.
F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha taġixxi biex tassigura li l-informazzjoni dwar it-tiswija tkun disponibbli, skont il-proċeduri stipulati għall-approvazzjoni tat-tip u l-istħarriġ dwar it-tħaddim.
3.2. Is-sistema OBD għandha tkun iddisinjata, mibnija u installata fuq il-vettura b’mod li tgħinha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan l-anness waqt li qed tintuża f’kundizzjonijiet normali.
3.2.1. Diżattivazzjoni temporanja tas-sistema OBD
|
3.2.1.1. |
Fabbrikant jista’ jiddiżattiva s-sistema OBD jekk l-abbiltà tagħha ta’ monitoraġġ tkun affettwata minn livelli baxxi ta’ fjuwil. M’għandhiex isseħħ diżattivazzjoni meta l-livell tat-tank tal-fjuwil ikun ogħla minn 20 fil-mija tal-kapaċità nominali tat-tank tal-fjuwil. |
|
3.2.1.2. |
Fabbrikant jista’ jiddiżattiva is-sistema OBD f’temperaturi ambjentali tal-istartjar tal-magna taħt 266 K (–7 °C) jew f’telgħat ‘il fuq minn 2 500 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar bil-kundizzjoni li l-fabbrikant jissottometti dejta u/jew evalwazzjoni tal-inġinerija li turi adegwatament li l-monitoraġġ ma jkunx affidabbli f’dawk il-kundizzjonijiet. Fabbrikant jista’ jitlob ukoll id-diżattivazzjoni tas-sistema OBD f’temperaturi ambjentali oħra tal-istartjar tal-magna jekk huwa juri lill-awtorità permezz ta’ dejta u/jew evalwazzjoni tal-inġinerija li ssir dijanjosi ħażina f’dawk il-kundizzjonijiet. M’hemmx għalfejn jinxtegħel l-indikatur tal-ħsara (MI) jekk jinqabżu l-limiti tal-OBD waqt riġenerazzjoni bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda difett. |
|
3.2.1.3. |
Fil-każ ta’ vetturi ddisinjati biex ikunu jistgħu jeħlu fuqhom unitajiet minn fejn tista’ tieħu l-enerġija, id-diżattivazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ affettwati hija permessa biss meta tkun mixgħula l-unità minn fejn tittieħed l-enerġija.
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ din is-sezzjoni, il-fabbrikant jista’ jiddiżattiva temporanjament is-sistema OBD fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3.2.2. Meta l-magna ma taqbadx sewwa f’vetturi mgħammra b’magni positive-ignition
|
3.2.2.1. |
Il-fabbrikanti jistgħu jadottaw kriterji ta’ ħsarat b’perċentwali ogħla ta’ kemm il-magna ma taqbadx sewwa minn dawk iddikjarati lill-awtorità, taħt veloċità speċifika tal-magna u kundizzjonijiet speċifiċi tat-tagħbija fejn ikun jista’ jiġi ppruvat lill-awtorità li ma jkunx affidabbli li jiġu osservati livelli aktar baxxi ta’ meta l-magna ma taqbadx sewwa. |
|
3.2.2.2. |
Meta fabbrikant ikun jista’ juri lill-awtorità li xorta jkun għadu mhux possibbli li jiġu osservati livelli ogħla ta’ perċentwali ta’ meta l-magna ma taqbadx sewwa, jew li dak in-nuqqas ta’ tqabbid ma jistax ikun distint minn effetti oħra (eż toroq imħarbtin, ingranaġġ tal-ger, wara li tiġi startjata l-magna; eċċ.) is-sistema li timmonitorja meta l-magna ma taqbadx sewwa tista’ tiġi diżattivata meta jkun hemm dawk il-kundizzjonijiet. |
3.3. Deskrizzjoni tat-testijiet
3.3.1. It-testijiet isiru fuq il-vettura użata għat-test tad-durabilità tat-Tip V, mogħti fl-Anness 9, u permezz tal-proċedura tat-test fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. It-testijiet isiru meta jitlesta l-ittestjar tad-durabilità tat-Tip V.
Meta ma jsir l-ebda ttestjar tad-durabilità tat-Tip V, jew fuq talba tal-fabbrikant, vettura li jkollha żmien adattat u li tkun rappreżentattiva sew tista’ tintuża għal dawn it-testijiet tal-wiri tal-OBD.
3.3.2. Is-sistema OBD għandha tindika l-ħsara f’komponent jew sistema marbuta mal-emissjonijiet meta dik il-ħsara twassal biex l-emissjonijiet jaqbżu l-limiti massimi mogħtija hawn taħt:
Limiti massimi tal-OBD
|
|
Piż ta’ referenza (RW) (kg) |
Piż tal-monossidu tal-karbonju |
Piż tal-idrokarburi mhux tal-metanu |
Piż tal-ossidi tan-nitroġenu |
Piż tal-materja partikulata |
|||||
|
(CO) (mg/km) |
(NMHC) (mg/km) |
(NOx) (mg/km) |
(PM) (mg/km) |
|||||||
|
Kategorija |
Klassi |
|
PI |
CI |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI (1) |
CI (2) |
|
M |
— |
Kollha |
1 900 |
1 900 |
250 |
320 |
300 |
540 |
50 |
50 |
|
N1 (3) |
I |
RW ≤ 1 305 |
1 900 |
1 900 |
250 |
320 |
300 |
540 |
50 |
50 |
|
II |
1 305 < RW ≤ 1 760 |
3 400 |
2 400 |
330 |
360 |
375 |
705 |
50 |
50 |
|
|
III |
1 760 < RW |
4 300 |
2 800 |
400 |
400 |
410 |
840 |
50 |
50 |
|
|
N2 |
— |
Kollha |
4 300 |
2 800 |
400 |
400 |
410 |
840 |
50 |
50 |
|
Spjegazzjoni: PI = Positive-ignition, CI = Compression Ignition |
||||||||||
3.3.3. Rekwiżiti ta’ monitoraġġ għall-vetturi mgħammra b’magni positive-ignition;
Waqt li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.3.2 is-sistema OBD għandha, bħala minimu, timmonitorja:
|
3.3.3.1. |
It-tnaqqis fl-effiċjenza tal-konvertitur katalittiku fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ THC and NOx. Il-fabbrikanti jistgħu jimmonitorjaw il-katalizzatur ta’ quddiem waħdu jew inkella flimkien mal-katalizzatur(i) li jmiss aktar ‘l isfel. Kull katalizzatur jew kombinazzjoni ta’ katalizzaturi monitorjati għandhom jitqiesu li mhux qed jaħdmu sew meta l-emissjonijiet jaqbżu l-limiti massimi tal-NMHC or NOx previsti fil-paragrafu 3.3.2 ta’ dan l-anness. Permezz ta’ deroga, il-ħtieġa ta’ monitoraġġ tat-tnaqqis fl-effiċjenza tal-konvertitur katalittiku fir-rigward tal-emissjonijiet tan-NOx għandha tapplika biss mid-dati stabbiliti fil-paragrafu 12.1.4. |
|
3.3.3.2. |
Il-preżenza ta’ nuqqas ta’ tqabbid tal-magna fir-reġjun tat-tħaddim tal-magna marbuta bil-linji li ġejjin:
|
|
3.3.3.3. |
Deterjorament tas-senser tal-ossiġnu Din is-sezzjoni għandha tfisser li għandu jiġi mmonitorjat id-deterjorament tas-sensers kollha tal-ossiġnu mwaħħla u użati sabiex jiġu mmonitorjati l-ħsarat fil-konvertitur katalittiku skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-anness. |
|
3.3.3.4. |
Jekk ikun attiv fuq il-fjuwil magħżul, sistemi jew komponenti oħra tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, jew komponenti jew sistemi powertrain relatati mal-emissjonijiet li jkunu mqabbda ma’ kompjuter, li ħsara fihom tista’ twassal biex l-emissjonijiet mit-tarf tal-pajp tal-egżost jaqbżu l-limiti mogħtija fil-paragrafu 3.3.2.; |
|
3.3.3.5. |
Sakemm ma jkunx immonitorjat mod ieħor, kwalunkwe komponent ieħor powertrain relatat mal-emissjonijiet li jkun mqabbad ma’ kompjuter, inkluż kwalunkwe senser rilevanti li jippermetti t-twettiq tal-funzjonijiet ta’ monitoraġġ, għandu jiġi mmonitorjat għall-kontinwità taċ-ċirkuwitu; |
|
3.3.3.6. |
Il-kontroll elettroniku tat-tindif tal-emissjonijiet evaporattivi għandu, bħala minimu, jiġi mmonitorjat għall-kontinwità taċ-ċirkuwitu. |
|
3.3.3.7. |
Għall-magni positive-ignition b’injezzjoni diretta, kwalunkwe ħsara li tista’ twassal għal emissjonijiet li jaqbżu l-limiti massimi ta’ materja partikulata stipulati fil-paragrafu 3.3.2 ta’ dan l-anness u li jridu jiġu mmonitorjati skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-anness għall-magni compression ignition, għandha tiġi mmonitorjata. |
3.3.4. Rekwiżiti ta’ monitoraġġ għall-vetturi mgħammra b’magni compression-ignition
Waqt li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.3.2, is-sistema OBD għandha timmonitorja:
|
3.3.4.1. |
Fejn ikun imwaħħal, it-tnaqqis fl-effiċjenza tal-konvertitur katalittiku; |
|
3.3.4.2. |
Fejn ikun imwaħħal, il-funzjonalità u l-integrità tal-maqbad tal-materja partikulata; |
|
3.3.4.3. |
L-attivatur(i) elettroniku tal-kwantità u t-tempiżmu tal-fjuwil tas-sistema tal-injezzjoni tal-fjuwil jiġi/jiġu mmonitorjati għall-kontinwità taċ-ċirkuwitu u għall-ħsara funzjonali totali; |
|
3.3.4.4. |
Komponenti jew sistemi oħra tas-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet, jew komponenti jew sistemi power-train marbuta mal-emissjonijiet, li jkunu mqabbda ma’ kompjuter, li ħsara fihom tista’ twassal biex l-emissjonijiet tal-egżost jaqbżu l-limiti mogħtija fil-paragrafu 3.3.2. Eżempji ta’ tali sistemi jew komponenti huma dawk għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-piż tal-fluss tal-arja, il-fluss volumetriku tal-arja (u tat-temperatura), pressjoni li tqawwi u pressjoni fid-daħla tal-manifold (u sensers rilevanti biex ikunu jistgħu jsiru dawn il-funzjonijiet). |
|
3.3.4.5. |
Sakemm ma jkunx immonitorjat mod ieħor, kwalunkwe komponent ieħor power-train relatat mal-emissjonijiet għandu jiġi mmonitorjat għall-kontinwità taċ-ċirkuwitu. |
|
3.3.4.6. |
Għandhom jiġu mmonitorjati l-ħsarat u t-tnaqqis fl-effiċjenza tas-sistema EGR. |
|
3.3.4.7. |
Għandhom jiġu mmonitorjati l-ħsarat u t-tnaqqis fl-effiċjenza ta’ sistema tat-trattament ta’ wara l-NOx bl-użu ta’ reaġent u s-subsistema ta’ dożaġġ tar-reaġent. |
|
3.3.4.8. |
Għandhom jiġu mmonitorjati l-ħsarat u t-tnaqqis fl-effiċjenza tat-trattament ta’ wara l-NOx li ma jużax reaġent. |
3.3.5. Il-fabbrikanti jistgħu juru lill-awtorità tal-approvazzjoni li ċerti komponenti jew sistemi m’għandhomx għalfejn jiġu mmonitorjati jekk, f’każ ta’ ħsara jew it-tneħħija totali tagħhom, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-limiti ta’ emissjoni mogħtija fil-paragrafu 3.3.2.
3.4. Għandha tinbeda sekwenza ta’ kontrolli dijanjostiċi f’kull startjar tal-magna u titlesta mill-anqas darba bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kundizzjonijiet korretti tat-test. Il-kundizzjonijiet tat-test għandhom jintgħażlu b’mod li kollha jseħħu f’sewqan normali kif rappreżentat mit-Test tat-Tip I.
3.5. Attivazzjoni tal-indikatur tal-ħsara (MI)
3.5.1. Is-sistema OBD għandu jkun fiha indikatur tal-ħsara li l-operatur tal-vettura jkun jista’ jarah mill-ewwel. Il-MI m’għandu jintuża għall-ebda skop ieħor ħlief biex jindika lix-xufier rutini ta’ startjar ta’ emerġenza jew ta’ effiċjenza mnaqqsa. Il-MI għandu jkun jidher fil-kundizzjonijiet kollha raġonevoli tad-dawl. Meta jinxtegħel, għandu juri simbolu b’konformità ma’ ISO 2575. Vettura m’għandhiex tkun mgħammra b’aktar minn MI wieħed li jintuża għal skopijiet ġenerali għal problemi relatati mal-emissjonijiet. Jistgħu jintużaw indikaturi separati għal għan speċifiku (eż. għas-sistema tal-brejkijiet, biex tissikka ċ-ċinturin tas-siġurtà, għall-pressjoni taż-żejt, eċċ.). Hu projbit li jintuża kulur aħmar għall-MI.
3.5.2. Għal strateġiji li jeħtieġu aktar minn żewġ ċikli ta’ prekundizzjonar għall-attivazzjoni tal-MI, il-fabbrikant irid jagħti dejta u/jew evalwazzjoni tal-inġinerija li turi adegwatament li s-sistema ta’ monitoraġġ hi ugwalment effikaċi u tidditektja fil-ħin id-deterjorament tal-komponent. Strateġiji li jeħtieġu bħala medja aktar minn għaxar ċikli ta’ sewqan għall-attivazzjoni tal-MI mhumiex aċċettati. Il-MI jrid jixgħel ukoll meta l-kontroll tal-magna jidħol f’pożizzjoni tat-tħaddim default tal-emissjonijiet permanenti jekk il-limiti tal-emissjonijiet mogħtija fil-paragrafu 3.3.2 jinqabżu jew jekk is-sistema OBD ma tkunx kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti bażiċi ta’ monitoraġġ speċifikati fil-paragrafu 3.3.3 jew 3.3.4 ta’ dan l-anness. Il-MI jrid jaħdem b’mod distintiv ta’ twissija, eż. dawl li jixgħel u jitfi, fi kwalunkwe perjodu li fih ma taqbadx il-magna f’livell li x’aktarx jikkawża ħsara fil-katalizzatur, kif speċifikat mill-fabbrikant. Il-MI jrid jixgħel ukoll meta t-tqabbid tal-vettura jkun fil-pożizzjoni biċ-“ċavetta mixgħula” qabel ma tistartja l-magna jew tiċċaqlaq permezz tal-krank u jintefa wara li tistartja l-magna jekk ma tkunx ġiet idditektjata xi ħsara qabel.
3.6. Is-sistema OBD trid tirrekordja l-kodiċi(jiet) tal-ħsara li jindikaw l-istat tas-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet. Iridu jintużaw kodiċijiet separati li juru l-istat biex jidentifikaw is-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet li jkunu qegħdin jaħdmu sewwa u dawk is-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet li jkunu jeħtieġu aktar tħaddim tal-vettura sabiex jiġu evalwati b’mod sħiħ. Jekk il-MI jixgħel minħabba modi ta’ tħaddim default tad-deterjorament jew ħsara jew emissjonijiet permanenti, irid jinħażen kodiċi tal-ħsara li jidentifika t-tip ta’ ħsara. Il-kodiċi tal-ħsara jrid jinħażen ukoll fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3.3.3.5 u 3.3.4.5 ta’ dan l-anness.
3.6.1. Id-distanza li tkopri l-vettura waqt li jinxtegħel il-MI għandha tkun disponibbli fi kwalunkwe ħin permezz ta’ port serjali fuq il-konnettur li jorbot b’mod standard.
3.6.2. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’magni positive-ignition, iċ-ċilindri li ma jaqbdux m’hemmx għalfejn jiġu identifikati b’mod uniku jekk jinħażen kodiċi tal-ħsara waħdieni jew multiplu distint dwar meta ma jaqbadx iċ-ċilindru.
3.7. Tifi tal-MI
3.7.1. Jekk ma jkunx għad hemm nuqqas ta’ tqabbid f’livelli li x’aktarx jagħmlu ħsara lill-katalizzatur (kif speċifikat mill-fabbrikant), jew jekk il-magna titħaddem wara bidliet fil-kundizzjonijiet tal-veloċità u tat-tagħbija fejn il-livell ta’ nuqqas ta’ tqabbid ma jikkawżax ħsara lill-katalizzatur, il-MI jista’ jiġi swiċċjat lura lejn kif kien attivat waqt l-ewwel ċiklu tas-sewqan li fih ġie ditektjat il-livell ta’ nuqqas ta’ tqabbid u jista’ jiġi swiċċjat fil-pożizzjoni normali attivata f’ċikli tas-sewqan sussegwenti. Jekk il-MI jiġi swiċċjat lura fl-istat tal-attivazzjoni preċedenti, il-kodiċijiet tal-ħsara korrispondenti u l-kundizzjonijiet tat-twaqqif tar-reġistrazzjoni maħżuna jistgħu jitħassru.
3.7.2. Għall-ħsarat l-oħra kollha, il-MI jista’ jiġi diżattivat wara tliet ċikli ta’ sewqan f’sekwenza sussegwenti li matulhom is-sistema ta’ monitoraġġ responsabbli biex tixgħel il-MI ma tibqax tidditektja l-ħsara u jekk ma tkunx ġiet identifikata xi ħsara oħra li kieku tattiva indipendentement il-MI.
3.8. Tħassir ta’ kodiċi tal-ħsara
3.8.1. Is-sistema OBD tista’ tħassar kodiċi tal-ħsara u d-distanza koperta u l-informazzjoni tat-twaqqif tar-reġistrazzjoni jekk l-istess ħsara ma tiġix irreġistrata mill-ġdid f’mill-anqas 40 ċiklu ta’ tisħin tal-magna.
3.9. Vetturi tal-gass li jieħdu żewġ fjuwils
B’mod ġenerali, għall-vetturi tal-gass li jieħdu żewġ tipi ta’ fjuwil, għal kull tip ta’ fjuwil (petrol u NG/bijometanu/LPG) japplikaw ir-rekwiżiti kollha tal-OBD bħal vettura li tieħu tip wieħed ta’ fjuwil. Għal dan il-għan għandha tintuża waħda miż-żewġ opzjonijiet li ġejjin fil-paragrafi 3.9.1 jew 3.9.2 jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom.
3.9.1. Sistema OBD waħda għaż-żewġ tipi ta’ fjuwil.
|
3.9.1.1. |
Il-proċeduri li ġejjin għandhom jitwettqu għal kull dijanjosi f’sistema OBD waħda għal tħaddim fuq il-petrol u fuq l-(NG/bijometanu)/LPG, jew b’mod indipendenti mill-fjuwil li jkun qiegħed jintuża dak il-ħin jew b’mod speċifiku għat-tip ta’ fjuwil:
Sabiex jiġu mmonitorjati komponenti jew sistemi, tista’ tintuża jew dijanjosi separata għal kull tip ta’ fjuwil jew dijanjosi komuni. |
|
3.9.1.2. |
Is-sistema OBD tista’ tinżamm f’kompjuter wieħed jew f’għadd ta’ kompjuters. |
3.9.2. Żewġ sistemi OBD separati, waħda għal kull tip ta’ fjuwil.
|
3.9.2.1. |
Il-proċeduri li ġejjin għandhom jitwettqu indipendentement minn xulxin meta l-vettura titħaddem bil-petrol jew bl-(NG/bijometanu)/LPG:
|
|
3.9.2.2. |
Is-sistemi OBD separati jistgħu jinżammu f’kompjuter wieħed jew f’għadd ta’ kompjuters. |
3.9.3. Rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ sinjali dijanjostiċi minn vetturi tal-gass li jieħdu żewġ fjuwils.
|
3.9.3.1. |
Fuq talba minn strument ta’ skannjar dijanjostiku, is-sinjali dijanjostiċi għandhom jintbagħtu f’wieħed jew aktar indirizzi tas-sors. L-użu tal-indirizzi tas-sors hu deskritt fl-ISO DIS 15031-5 “Vetturi tat-Triq - Komunikazzjoni bejn il-vetturi u t-tagħmir estern tal-ittestjar għad-dijanjostiċi relatati mal-emissjonijiet — Parti 5: Servizzi dijanjostiċi marbuta mal-emissjonijiet”, datat l-1 ta’ Novembru 2001. |
|
3.9.3.2. |
L-identifikazzjoni ta’ informazzjoni speċifika għat-tip ta’ fjuwil tista’ titwettaq:
|
3.9.4. Rigward il-kodiċi tal-istat (kif deskritt fil-paragrafu 3.6 ta’ dan l-anness), għandha tintuża waħda miż-żewġ opzjonijiet li ġejjin, jekk waħda jew aktar mill-prontezza tar-rappurtar dijanjostiku tkun speċifika għat-tip ta’ fjuwil:
|
(a) |
Il-kodiċi tal-istat ikun speċifiku għall-fjuwil, jiġifieri l-użu ta’ żewġ kodiċijiet tal-istat, wieħed għal kull tip ta’ fjuwil; |
|
(b) |
Il-kodiċi tal-istat għandu jindika sistemi ta’ kontroll evalwati b’mod sħiħ għaż-żewġ tipi ta’ fjuwil (petrol u (NG/bijometanu)/LPG) meta s-sistemi ta’ kontroll ikunu evalwati b’mod sħiħ għal wieħed mit-tipi ta’ fjuwil. |
Jekk l-ebda waħda mil-lestezza tar-rappurtar dijanjostiku ma tkun speċifika għat-tip ta’ fjuwil, f’dak il-każ irid jiġi sostnut biss kodiċi wieħed tal-istat.
4. REKWIŻITI MARBUTA MAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAS-SISTEMI DIJANJOSTIĊI ABBORD
4.1. Fabbrikant jista’ jitlob lill-awtorità biex sistema OBD tiġi aċċettata għall-approvazzjoni tat-tip anki jekk is-sistema jkun fiha defiċjenza waħda jew aktar b’tali mod li r-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-anness ma jintlaħqux kollha.
4.2. Meta tkun qiegħda tikkunsidra t-talba, l-awtorità għandha tistabbilixxi jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-anness tkunx impossibbli jew mhux raġonevoli.
L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha tikkunsidra dejta mill-fabbrikant li tiddeskrivi fatturi bħal, iżda li mhumiex limitati għal, il-vijabilità teknika, il-ħin ta’ preparazzjoni u ċ-ċikli tal-produzzjoni fosthom l-introduzzjoni jew it-tneħħija ta’ magni jew disinji ta’ vetturi u titjib ipprogrammat tal-kompjuters, sakemm is-sistema OBD li tirriżulta tibqa’ effikaċi biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li l-fabbrikant ikun wera livell aċċettabbli ta’ sforz biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
4.2.1. L-awtorità mhi se taċċetta l-ebda talba ta’ defiċjenza li tinkludi n-nuqqas sħiħ ta’ moniter dijanjostiku meħtieġ.
4.2.2. L-awtorità mhi se taċċetta l-ebda talba ta’ defiċjenza li ma tirrispettax il-limiti massimi tal-OBD fil-paragrafu 3.3.2.
4.3. Fl-istabbiliment tal-ordni identifikat tad-defiċjenzi, id-defiċjenzi marbuta mal-paragrafi 3.3.3.1, 3.3.3.2 u 3.3.3.3 ta’ dan l-anness għall-magni positive-ignition u l-paragrafi 3.3.4.1, 3.3.4.2 u 3.3.4.3 ta’ dan l-anness għall-magni compression-ignition għandhom jiġu identifikati l-ewwel.
4.4. Qabel jew fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip, ma għandha tingħata l-ebda defiċjenza fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.5, ħlief il-paragrafu 6.5.3.4 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness.
4.5. Perjodu ta’ defiċjenza
4.5.1. Defiċjenza tista’ tiġġebbed għal perjodu ta’ sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod adegwat li jkunu meħtieġa modifiki sostanzjali fil-ħardwer tal-vettura u żmien addizzjonali ta’ preparazzjoni ta’ aktar minn sentejn biex tiġi rranġata d-defiċjenza. F’dak il-każ, id-defiċjenza tista’ tiġi mġebbda għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin.
4.5.2. Fabbrikant jista’ jitlob lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tagħti defiċjenza b’mod retrospettiv meta dik id-defiċjenza tinstab wara l-approvazzjoni tat-tip oriġinali. F’dan il-każ, id-defiċjenza tista’ tiġi mġebbda fuq perjodu ta’ sentejn wara d-data tan-notifika lid-dipartiment amministrattiv sakemm ma jkunx ippruvat sew li jkunu meħtieġa modifiki sostanzjali fil-ħardwer tal-vettura u żmien addizzjonali ta’ preparazzjoni ta’ aktar minn sentejn biex tiġi rranġata d-defiċjenza. F’dak il-każ, id-defiċjenza tista’ tiġġebbed għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin.
4.6. L-awtorità għandha tgħarraf bid-deċiżjoni tagħha li tagħti talba għal defiċjenza lill-Partijiet l-oħra kollha għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament.
5. AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI TAL-OBD
5.1. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew l-emendi ta’ approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni rilevanti dwar is-sistema OBD tal-vettura. Din l-informazzjoni rilevanti għandha tippermetti lill-fabbrikanti ta’ komponenti ta’ sostituzzjoni jew modifikati biex jagħmlu l-partijiet li jiffabbrikaw kompatibbli mas-sistema OBD tal-vettura bl-iskop ta’ tħaddim mingħajr ħsara u li jassiguraw lill-utent tal-vettura li ma jkollux ħsarat. Bl-istess mod, dik l-informazzjoni rilevanti għandha tippermetti lill-fabbrikanti tal-għodod dijanjostiċi u tat-tagħmir tat-test jagħmlu għodod u tagħmir li jipprovdu dijanjosi effettiva u preċiża tas-sistemi li jikkontrollaw l-emissjonijiet tal-vettura.
5.2. Meta jintalbu, id-Dipartimenti Amministrattivi għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni ta’ kwalunkwe fabbrikant interessat ta’ komponenti, strumenti dijanjostiċi jew tagħmir tat-test, mingħajr diskriminazzjoni, l-Appendiċi 1 tal-Anness 2 li fih l-informazzjoni rilevanti dwar is-sistema OBD.
5.2.1. Jekk Dipartiment Amministrattiv jirċievi talba minn xi fabbrikant interessat ta’ komponenti, strumenti dijanjostiċi jew tagħmir tat-test għal informazzjoni dwar is-sistema OBD ta’ vettura li tkun ġiet approvata għat-tip skont verżjoni preċedenti tar-Regolament,
|
(a) |
Id-dipartiment Amministrattiv għandu, fi żmien 30 ġurnata, jitlob lill-fabbrikant tal-vettura inkwistjoni t-tip biex jagħmel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 4.2.12.2.7.6 tal-Anness 1. Ir-rekwiżit tat-tieni sezzjoni tal-paragrafu 4.2.12.2.7.6. ma japplikax; |
|
(b) |
Il-fabbrikant għandu jissottometti din l-informazzjoni lid-Dipartiment Amministrattiv fi żmien xahrejn mit-talba; |
|
(c) |
Id-dipartiment Amministrattiv għandu jgħaddi din l-informazzjoni lid-dipartimenti Ammnistrattivi tal-Partijiet Kontraenti u d-dipartiment Amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip oriġinali għandu jehmeż din l-informazzjoni mal-Anness 1 tal-informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Dan ir-rekwiżit m’għandu jinvalida l-ebda approvazzjoni li tkun ingħatat qabel skont ir-Regolament Nru 83 u lanqas iżomm milli jsiru estensjonijiet għal dawk l-approvazzjonijiet skont it-termini tar-Regolament li bih ikunu ngħataw. |
5.2.2. L-informazzjoni tista’ tintalab biss għall-komponenti ta’ sostituzzjoni jew ta’ manutenzjoni li huma soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip UNECE, jew għal komponenti li jiffurmaw parti minn sistema li tkun soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip tal-UNECE.
5.2.3. It-talba għall-informazzjoni trid tidentifika l-ispeċifikazzjoni eżatta tal-mudell tal-vettura li għalih tkun meħtieġa l-informazzjoni. Din għandha tikkonferma li l-informazzjoni tkun meħtieġa għall-iżvilupp ta’ partijiet ta’ sostituzzjoni jew ta’ modifika jew komponenti jew għodod dijanjostiċi jew tagħmir tat-test.
(1) L-istandards tal-piż tal-materja partikulata għal vetturi positive-ignition japplikaw biss għal vetturi b’magni b’injezzjoni diretta.
(2) Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ vetturi, sal-1 ta’ Settembru 2011 għandu japplika limitu ta’ PM ta’ 80 mg/kg għall-vetturi tal-kategoriji M u N li jkollhom piż ta’ referenza ta’ aktar minn 1 760 kg.
(3) Tinkludi l-vetturi M1 li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “ħtiġijiet soċjali speċjali”.
Appendiċi 1
Aspetti funzjonali tas-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD)
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3 tal-Anness 11. Il-proċedura tiddeskrivi metodu biex tkun iċċekkjata l-funzjoni tas-sistema dijanjostika abbord (OBD) imwaħħla fuq il-vettura permezz ta’ simulazzjoni tal-ħsara tas-sistemi rilevanti fl-immaniġġjar tal-magna jew fis-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet. Hija tistabbilixxi wkoll proċeduri biex tkun determinata d-durabilità tas-sistemi OBD.
Il-fabbrikant għandu jagħmel disponibbli l-komponenti difettużi u/jew l-istrumenti elettriċi li kieku jintużaw biex jissimulaw il-ħsarat. Meta mkejla fuq iċ-ċiklu tat-Test tat-Tip I, tali komponenti jew strumenti difettużi m’għandhomx iwasslu biex l-emissjonijiet tal-vettura jaqbżu l-limiti tal-paragrafu 3.3.2. b’aktar minn 20 fil-mija.
Meta l-vettura tiġi ttestjata bil-komponent jew strument difettuż imwaħħal, is-sistema OBD tiġi approvata jekk jiġi attivat il-MI. Is-sistema OBD tiġi approvata wkoll jekk il-MI jiġi attivat taħt il-limiti massimi tal-OBD.
2. DESKRIZZJONI TAT-TEST
2.1. L-ittestjar tas-sistemi OBD jikkonsisti mill-fażijiet li ġejjin:
|
2.1.1. |
Simulazzjoni tal-ħsara ta’ komponent tal-immaniġġjar tal-magna jew tas-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet, |
|
2.1.2. |
Prekundizzjonar tal-vettura bi ħsara simulata tul il-prekundizzjonar speċifikat fil-paragrafu 6.2.1 jew il-paragrafu 6.2.2, |
|
2.1.3. |
Sewqan tal-vettura bi ħsara simulata tul iċ-ċiklu tat-test tat-Tip I u kejl tal-emissjonijiet tal-vettura, |
|
2.1.4. |
Jiġi stabbilit jekk is-sistema OBD tagħmilx reazzjoni għall-ħsara simulata u tindikax il-ħsara b’mod xieraq lix-xufier tal-vettura. |
2.2. Inkella, fuq talba tal-fabbrikant, il-ħsara ta’ wieħed jew aktar mill-komponenti tista’ tiġi simulata b’mod elettroniku skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6 aktar ‘l isfel.
2.3. Il-fabbrikanti jistgħu jitolbu li l-monitoraġġ isir barra ċ-ċiklu tat-Test tat-Tip I jekk ikun jista’ jiġi ppruvat lill-awtorità li l-monitoraġġ waqt il-kundizzjonijiet misjuba waqt iċ-ċiklu tat-Test tat-Tip I jimponu kundizzjonijiet ristrettivi ta’ monitoraġġ meta l-vettura tintuża fis-servizz.
3. VETTURA TAT-TEST U FJUWIL
3.1. Vettura
Il-vettura tat-test għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2 tal-Anness 4a.
3.2. Fjuwil
Għall-ittestjar irid jintuża l-fjuwil ta’ referenza xieraq kif deskritt fl-Anness 10 għall-fjuwils petrol u diżil u fl-Anness 10a għall-fjuwils LPG u NG. It-tip ta’ fjuwil għal kull mod ta’ ħsara li jrid jiġi ttestjat (deskritt fil-paragrafu 6.3 ta’ dan l-appendiċi) jista’ jintgħażel mid-dipartiment amministrattiv mill-fjuwils ta’ referenza deskritti fl-Anness 10a fil-każ tal-ittestjar ta’ vettura li tieħu fjuwil wieħed tal-gass u mill-fjuwils ta’ referenza deskritti fl-Anness 10 u fl-Anness 10a fil-każ tal-ittestjar ta’ vetturi li jieħdu żewġ fjuwils tal-gass. It-tip ta’ fjuwil magħżul m’għandu jinbidel waqt l-ebda fażi tat-test (deskritti fil-paragrafi 2.1. sa 2.3 ta’ dan l-appendiċi). Fil-każ tal-użu tal-LPG jew l-NG/bijometanu bħala fjuwil, il-magna tista’ tiġi startjata fuq il-petrol u mbagħad taqleb għal-LPG jew l-NG/bijometanu wara perjodu ta’ żmien stabbilit minn qabel li jkun kkontrollat b’mod awtomatiku u mhux ikkontrollat mix-xufier.
4. IT-TEMPERATURA U L-PRESSJONI TAT-TEST
4.1. It-temperatura u l-pressjoni tat-test għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Test tat-Tip I kif deskritt fil-paragrafu 3.2 tal-Anness 4a.
5. TAGĦMIR TAT-TEST
5.1. Dinamometru tax-xażi
Id-dinamometru tax-xażi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a.
6. PROĊEDURA TAT-TEST TAL-OBD
6.1. Iċ-ċiklu tat-tħaddim fuq id-dinamometru tax-xażi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 4a.
6.2. Prekundizzjonar tal-vettura
|
6.2.1. |
Skont it-tip ta’ magna u wara li jiddaħħal wieħed mill-modi ta’ ħsara mogħti fil-paragrafu 6.3, il-vettura għandha tiġi prekundizzjonata billi tinstaq għal mill-anqas żewġ Testijiet konsekuttivi tat-Tip I (L-Ewwel Parti u t-Tieni Parti). Fil-każ tal-vetturi b’magni compression-ignition huwa permess prekundizzjonar addizzjonali ta’ żewġ ċikli tat-Tieni Parti. |
|
6.2.2. |
Fuq talba tal-fabbrikant, jistgħu jintużaw metodi alternattivi ta’ prekundizzjonar. |
6.3. Modi ta’ ħsara li għandhom jiġu ttestjati
|
6.3.1. |
Vetturi b’magni positive-ignition:
|
|
6.3.2. |
Vetturi b’magni compression-ignition:
|
6.4. Test tas-sistema OBD
|
6.4.1. |
Vetturi mgħammra b’magni positive-ignition:
|
|
6.4.2. |
Vetturi mgħammra b’magni compression-ignition:
|
6.5. Sinjali dijanjostiċi
|
6.5.1.1. |
Kif tiġi determinata l-ewwel ħsara ta’ xi komponent jew sistema, il-kundizzjonijiet preżenti fil-ħin li titwaqqaf il-magna biex jittieħed rekord ta’ dak il-mument għandhom jinħażnu fil-memorja tal-kompjuter. Jekk jerġa’ jkun hemm ħsara fis-sistema tal-fjuwil jew il-magna ma taqbadx sewwa, kull kundizzjoni ta’ twaqqif tal-magna biex jittieħed rekord ta’ dak il-mument li tkun ġiet maħżuna qabel għandha tinbidel bil-kundizzjonijiet tas-sistema tal-fjuwil jew tal-magna li ma qabditx (liema minnhom tiġri l-ewwel). Il-kundizzjonijiet maħżuna tal-magna għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-valur ikkalkulat tat-tagħbija, il-veloċità tal-magna, il-valur(i) tal-irqim tal-fjuwil, il-pressjoni tal-fjuwil (jekk disponibbli), il-veloċità tal-vettura (jekk disponibbli), it-temperatura tal-likwidu li jkessaħ, il-pressjoni tad-dħul tal-manifold (jekk disponibbli), operazzjoni biċ-ċirkuwitu tal-elettriku sħiħ kontinwu jew le (jekk disponibbli) u l-kodiċi tal-ħsara li wasslet biex tinħażen id-dejta. Il-fabbrikant għandu jagħżel l-aktar sett xieraq ta’ kundizzjonijiet li jiffaċilitaw tiswijiet effettivi għal ħażna tar-rekord ta’ dak il-mument. Huwa meħtieġ frejm wieħed biss tad-dejta. Il-fabbrikanti jistgħu jagħżlu li jaħżnu frejms oħra bil-kundizzjoni li mill-anqas il-frejm meħtieġ ikun jista’ jinqara permezz ta’ strument ġeneriku tal-iskennjar li jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 6.5.3.2 u 6.5.3.3. Jekk il-kodiċi tal-ħsara li jkun wassal biex il-kundizzjonijiet jinħażnu jiġu mħassra skont il-paragrafu 3.7 tal-Anness 11, il-kundizzjonijiet maħżuna tal-magna jistgħu jitħassru wkoll. |
|
6.5.1.2. |
Jekk ikunu disponibbli, is-sinjali li ġejjin flimkien mal-informazzjoni meħtieġa ta’ meta titwaqqaf il-magna biex jittieħed rekord ta’ dak il-mument għandhom ikunu disponibbli meta jintalbu permezz tal-port serjali fuq il-konnekter standardizzat li jillinkja d-dejta, jekk l-informazzjoni tkun qiegħda fuq il-kompjuter abbord jew tkun tista’ tiġi determinata permezz tal-informazzjoni li jkollu l-kompjuter abbord: kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsara, temperatura tal-likwidu li jkessaħ il-magna, l-istat tas-sistema li tikkontrolla l-fjuwil (biċ-ċirkuwitu magħluq, biċ-ċirkuwitu miftuħ, oħrajn), irqim tal-fjuwil, żieda fil-ħin tal-istartjar tal-magna, temperatura tal-arja li tidħol, il-pressjoni tal-arja fil-manifold, ir-rata tal-fluss tal-arja, il-veloċità tal-magna, il-pożizzjoni tat-throttle skont il-valur tal-output tas-senser, l-istat tal-arja sekondarja (‘il fuq, ‘l isfel jew atmosferika), il-valur ikkalkulat tat-tagħbija, il-veloċità tal-vettura u l-pressjoni tal-fjuwil.
Is-sinjali għandhom jiġu pprovduti f’unitajiet standard ibbażati fuq l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 6.5.3. Is-sinjali proprja għandhom ikunu identifikati b’mod ċar separatament mill-valur default jew mis-sinjali ta’ effiċjenza mnaqqsa. |
|
6.5.1.3. |
Għas-sistemi kollha ta’ kontroll tal-emissjonijiet li għalihom isiru testijiet ta’ evalwazzjoni speċifika abbord (katalizzatur, senser tal-ossiġnu, eċċ.), barra d-ditektjar ta’ meta l-magna ma taqbadx sewwa, il-monitoraġġ tas-sistema tal-fjuwil u monitoraġġ komprensiv tal-komponenti, ir-riżultati tal-aħħar test li għamlet il-vettura u l-limiti li magħhom titqabbel is-sistema għandhom ikunu disponibbli permezz tal-port serjali tad-dejta fuq il-konnekter standardizzat li jillinkja d-dejta skont l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 6.5.3. Għas-sistemi u l-komponenti mmonitorjati li saret eċċezzjoni għalihom hawn fuq, indikazzjoni ta’ jekk għaddewx/weħlux għar-riżultati tal-aktar test reċenti għandha tkun disponibbli permezz ta’ konnekter li jillinkja d-dejta.
Id-dejta kollha li jeħtieġ li tinħażen b’rabta mal-prestazzjoni waqt l-użu tal-OBD skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6 ta’ dan l-appendiċi għandha tkun disponibbli permezz tal-port serjali fuq il-konnekter standardizzat tal-link tad-dejta skont id-dispożizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 6.5.3 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament. |
|
6.5.1.4. |
Ir-rekwiżiti tal-OBD li fuqhom tiġi ċċertifikata l-vettura (jiġifieri l-Anness 11 jew ir-rekwiżiti alternattivi speċifikati fil-paragrafu 5.) u s-sistemi prinċipali għall-kontroll tal-emissjonijiet immonitorjati mis-sistema OBD b’mod konsistenti mal-paragrafu 6.5.3.3. għandhom ikunu disponibbli permezz tal-port serjali tad-dejta fuq il-konnekter standardizzat li jillinkja d-dejta skont l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 6.5.3 ta’ dan l-Appendiċi. |
|
6.5.1.5. |
Mill-1 ta’ Jannar 2003 għat-tipi ġodda u mill-1 ta’ Jannar 2005 għat-tipi kollha ta’ vetturi li jidħlu fis-servizz, in-numru tal-identifikazzjoni tal-ikkalibrar tas-softwer għandu jkun disponibbli permezz tal-port serjali fuq il-konnekter standardizzat li jillinkja d-dejta. In-numru tal-identifikazzjoni tal-ikkalibrar tas-softwer għandu jingħata f’format standardizzat. |
|
6.5.2. |
Is-sistema dijanjostika għall-kontroll tal-emissjonijiet mhix meħtieġa tevalwa komponenti waqt il-ħsara jekk dik l-evalwazzjoni tista’ twassal biex ikun hemm riskju għas-sikurezza jew il-komponent jiġrilu ħsara. |
|
6.5.3. |
Is-sistema dijanjostika għall-kontroll tal-emissjonijiet għandha taħseb għal aċċess standardizzat u mhux ristrett u tikkonforma mal-istandards ISO li ġejjin u/jew mal-ispeċifikazzjoni SAE. |
|
6.5.3.1. |
Wieħed minn dawn l-istandards bir-restrizzjonijiet kif deskritti jrid tintuża bħala l-kollegament komunikattiv bejn l-abbord u dak li mhux abbord:
|
|
6.5.3.2. |
It-tagħmir tat-test u l-għodod dijanjostiċi meħtieġa biex jikkomunikaw mas-sistemi OBD għandhom jilħqu jew jaqbżu l-ispeċifikazzjoni funzjonali mogħtija f’ISO DIS 15031-4 “Vetturi tat-Triq — Komunikazzjoni bejn il-vettura u t-tagħmir estern tat-test għad-dijanjostiċi marbuta mal-emissjonijiet — Parti 4: Tagħmir estern tat-test”, datat l-1 ta’ Novembru 2001. |
|
6.5.3.3. |
Dejta dijanjostika bażika, (kif speċifikata fil-paragrafu 6.5.1.) u informazzjoni ta’ kontroll f’żewġ direzzjonijiet għandha tingħata bil-format u l-unitajiet deskritti fl-ISO DIS 15031-5 “Vetturi tat-Triq — Komunikazzjoni bejn il-vettura u t-tagħmir estern tat-test għad-dijanjostiċi marbuta mal-emissjonijiet — Parti 5: Servizzi dijanjostiċi marbuta mal-emissjonijiet”, datat l-1 ta’ Novembru 2001, u jridu jkunu disponibbli permezz ta’ għodda dijanjostika li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ISO DIS 15031-4.
Il-fabbrikant tal-vettura għandu jipprovdi lill-organu nazzjonali tal-istandardizzazzjoni d-dettalji ta’ kwalunkwe dejta dijanjostika relatata mal-emissjonijiet, eż. PID’s, Id’s tal-moniter tal-OBD, Id’s tat-Test mhux speċifikat f’ISO DIS 15031-5 iżda relatati ma’ dan ir-Regolament. |
|
6.5.3.4. |
Meta tiġi rreġistrata ħsara, il-fabbrikant irid jidentifika l-ħsara permezz ta’ kodiċi xieraq tal-ħsara li jkun konsistenti ma’ dawk mogħtija fis-Sezzjoni 6.3 ta’ ISO DIS 15031-6 “Vetturi tat-triq — Komunikazzjoni bejn il-vettura u t-tagħmir estern tat-test għad-dijanjostiċi marbuta mal-emissjonijiet — Parti 6: Tifsiriet tal-kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsarat”, b’rabta mal-“kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsarat tas-sistema relatata mal-emissjonijiet”. Jekk dik l-identifikazzjoni ma tkunx possibbli, il-fabbrikant jista’ juża kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsarat skont is-Sezzjonijiet 5.3 u 5.6 ta’ ISO DIS 15031-6. Il-kodiċijiet tal-ħsarat iridu jkunu aċċessibbli għal kollox permezz ta’ tagħmir dijanjostiku standardizzat li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.5.3.2 ta’ dan l-anness.
Il-fabbrikant tal-vettura għandu jagħti lill-korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni d-dettalji ta’ kull dejta dijanjostika marbuta mal-emissjonijiet, eż. PID’s, Id’s tal-moniter tal-OBD, Id tat-Test mhux speċifikati fl-ISO DIS 15031-5 iżda marbuta ma’ dan ir-Regolament. |
|
6.5.3.5. |
L-interface tal-konnessjoni bejn il-vettura u t-tester dijanjostiku jrid ikun standardizzat u għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ ISO DIS 15031-3 “Vetturi tat-Triq — Komunikazzjoni bejn il-vettura u t-tagħmir estern tat-test għad-dijanjostiċi marbuta mal-emissjonijiet — Parti 3: Il-konnettur dijanjostiku u ċ-ċirkuwiti elettriċi relatati: speċifikazzjoni u użu”, datat l-1 ta’ Novembru 2001. Il-pożizzjoni tat-twaħħil trid tkun suġġetta għall-qbil tad-dipartiment amministrattiv sabiex tkun faċilment aċċessibbli mill-persunal ta’ manutenzjoni iżda mħarsa mit-tbagħbis minn ħaddiema mhux kwalifikati. |
|
6.5.3.6. |
Il-fabbrikant għandu jagħmel aċċessibbli wkoll, fejn ikun xieraq bi ħlas, l-informazzjoni teknika meħtieġa għat-tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta minn dritt tal-proprjetà intellettwali jew ma tkunx tikkostitwixxi għarfien essenzjali sigriet li jkun identifikat f’forma xierqa; f’każ bħal dan, l-informazzjoni teknika meħtieġa m’għandhiex tinżamm mistura b’mod mhux xieraq.
Din l-informazzjoni għandha dritt għaliha kull persuna imqabbda f’manutenzjoni jew tiswija kummerċjali, fis-salvataġġ mal-ġenb tat-triq, fl-ispezzjoni jew fl-ittestjar ta’ vetturi jew fil-manifattura jew bejgħ ta’ komponenti ta’ bdil jew modifika, għodod dijanjostiċi u tagħmir tat-test. |
7. RENDIMENT WAQT L-UŻU
7.1. Rekwiżiti ġenerali
|
7.1.1. |
Kull moniter tas-sistema OBD għandu jitwettaq mill-inqas darba għal kull ċiklu ta’ sewqan fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ, kif speċifikat fil-paragrafu 3.2. Il-fabbrikanti ma jistgħux jużaw il-proporzjon ikkalkulat (jew xi element tiegħu) jew xi indikazzjoni oħra ta’ frekwenza tal-moniters bħala kundizzjoni ta’ monitoraġġ għal xi monitor. |
|
7.1.2. |
Il-proporzjon tar-rendiment waqt l-użu (IUPR) ta’ moniter speċifiku M tas-sistemi OBD u r-rendiment waqt l-użu tal-apparat għall-kontroll tal-emissjonijiet għandu jkun:
IUPRM = NumeraturM/DenominaturM |
|
7.1.3. |
It-tqabbil tan-Numeratur u tad-Denominatur jagħti indikazzjoni ta’ kemm ikun qiegħed jopera ta’ spiss moniter speċifiku meta mqabbel mat-tħaddim tal-vettura. Sabiex ikun żgurat li l-fabbrikanti kollha qed jittraċċaw l-IUPRM bl-istess mod, qed jingħataw rekwiżiti dettaljati għad-definizzjoni u ż-żieda ta’ dawn il-kalkulaturi. |
|
7.1.4. |
Jekk, skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, il-vettura tkun mgħammra b’moniter speċifiku M, l-IUPRM għandu jkun ikbar jew daqs 0.1 għall-moniters kollha M. |
|
7.1.5. |
Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu jitqies li ġew issodisfati għal moniter M partikolari, jekk għall-vetturi kollha ta’ familja partikolari ta’ OBD immanifatturata f’sena kalendarja partikolari, japplikaw il-kundizzjonijiet statistiċi li ġejjin:
|
|
7.1.6. |
Il-fabbrikant għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li dawn il-kundizzjonijiet statistiċi huma ssodisfati għall-vetturi manifatturati f’sena kalendarja partikolari għall-moniters kollha li jeħtieġ li jiġu rapportati mis-sistema OBD skont it-taqsima 3.6 ta’ dan l-appendiċi mhux aktar tard minn 18-il xahar wara t-tmiem ta’ sena kalendarja. Għal dan il-għan, għandhom jintużaw testijiet statistiċi li jimplimentaw prinċipji statistiċi u livelli ta’ kunfidenza rikonoxxuti. |
|
7.1.7. |
Għall-finijiet ta’ turija ta’ dan il-paragrafu, il-fabbrikant jista’ jiġbor flimkien il-vetturi fi ħdan familja ta’ OBD skont kwalunkwe perjodu suċċessiv ieħor ta’ manifattura ieħor u li ma jintrikibx ta’ 12-il xahar minflok snin kalendarji. Biex jiġi stabbilit il-kampjun tat-test tal-vetturi, għandhom jiġu applikati mill-inqas il-kriterji tal-għażla tal-Appendiċi 3 paragrafu 2. Għall-kampjun kollu tat-test tal-vetturi, il-fabbrikant irid jirrapporta lill-awtorità tal-approvazzjoni d-dejta kollha tar-rendiment waqt l-użu li għandha tiġi rrappurtata mis-sistema OBD skont il-paragrafu 3.6 ta’ dan l-appendiċi. Fuq talba, l-awtorità tal-approvazzjoni li tagħti l-approvazzjoni għandha tagħmel din id-dejta u r-riżultati tal-evalwazzjoni statistika disponibbli għal awtoritajiet oħra tal-approvazzjoni. |
|
7.1.8. |
L-awtoritajiet pubbliċi u d-delegati tagħhom jistgħu jagħmlu aktar testijiet fuq vetturi jew jiġbru dejta xierqa rreġistrata minn vetturi biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-anness. |
7.2. In-numeraturM
|
7.2.1. |
In-numeratur ta’ moniter speċifiku huwa kalkulatur li jkejjel in-numru ta’ drabi li tħaddmet vettura b’tali mod li l-vettura tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ meħtieġa biex il-moniter speċifiku jiskopri ħsara sabiex iwissi lis-sewwieq, hekk kif ġew implimentati mill-fabbrikant. In-numeratur m’għandux jiżdied aktar minn darba għal kull ċiklu ta’ sewqan, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni teknika raġunata. |
7.3. Id-denominaturM
|
7.3.1. |
L-iskop tad-denominatur huwa li jipprovdi kalkulatur li jindika n-numru ta’ avvenimenti ta’ sewqan tal-vettura, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet speċjali għal moniter speċifiku. Id-denominatur għandu jiżdied mill-inqas darba għal kull ċiklu ta’ sewqan, jekk matul dan iċ-ċiklu ta’ sewqan jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet u d-denominatur ġenerali jiġi miżjud kif speċifikat fil-paragrafu 3.5 sakemm id-denominatur ma jiġix diżattivat skont il-paragrafu 3.7 ta’ dan l-appendiċi. |
|
7.3.2. |
Flimkien mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3.3.1.:
Id-denominatur(i) tal-moniter tas-sistema tal-arja sekondarja għandu/għandhom jiżdiedu jekk l-operazzjoni ordnata biex tinxtegħel is-sistema tal-arja sekondarja sseħħ għal 10 sekondi jew aktar. Sabiex jiġi stabbilit dan il-ħin tal-kmand biex tinxtegħel is-sistema, is-sistema OBD ma tistax tinkludi ħin waqt l-operazzjoni invażiva tas-sistema tal-arja sekondarja għall-finijiet biss ta’ monitoraġġ. Id-denominaturi tal-moniters ta’ sistemi li jkunu attivi biss waqt startjar kiesaħ għandhom jiżdiedu jekk il-komponent jew l-istrateġija jiġi kmandat jixgħel għal 10 sekondi jew aktar. Id-denominatur(i) għall-moniters tal-Ħin Varjabbli tal-Valvi (VVT) u/jew tas-sistemi ta’ kontroll għandu/għandhom jiżdiedu jekk il-komponent jiġi kmandat jiffunzjona (eż, ikkmandat jinxtegħel, jinfetaħ, jingħalaq, jissakkar, eċċ), f’żewġ okkażjonijiet jew aktar matul iċ-ċiklu ta’ sewqan jew għal ħin ta’ 10 sekondi jew aktar, liema minnhom iseħħ l-ewwel. Għall-moniters li ġejjin, id-denominatur(i) għandu/għandhom jiżdiedu b’wieħed jekk, minbarra li jissodisfa(w) ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu f’mill-inqas ċiklu wieħed ta’ sewqan, ikunu ġew esperjenzati mill-inqas 800 kilometru kumulattiv ta’ tħaddim tal-vettura mill-aħħar darba li kien inkrementat id-denominatur:
|
|
7.3.3. |
Għall-vetturi ibridi, vetturi li jużaw ħardwer alternattiv jew strateġiji alternattivi għall-istartjar tal-magna (eż. starter u ġeneraturi integrati), jew vetturi li jieħdu fjuwils alternattivi (eż applikazzjonijiet apposta, li jieħdu żewġ fjuwils jew li jieħdu fjuwils doppji), il-fabbrikant jista’ jitlob l-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni sabiex juża kriterji alternattivi għal dawk stabbiliti f’dan il-paragrafu sabiex jiżdied id-denominatur. B’mod ġenerali, l-awtorità tal-approvazzjoni m’għandhiex tapprova kriterji alternattivi għal vetturi li jużaw biss kundizzjonijiet biex tintefa l-magna jew qrib idle/ta’ waqfien tal-vettura. L-approvazzjoni tal-kriterji alternattivi mill-awtorità tal-approvazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ekwivalenza tal-kriterji alternattivi sabiex jiġi determinat l-ammont ta’ tħaddim tal-vettura meta mqabbel mal-kejl tat-tħaddim konvenzjonali tal-vettura skont il-kriterji f’din il-paragrafu. |
7.4. Kalkulatur taċ-Ċiklu tal-Ignixin
|
7.4.1. |
Il-kalkulatur taċ-ċiklu tal-ignixin jindika n-numru ta’ ċikli tal-ignixin li tkun esperjenzat vettura. Il-kalkulatur taċ-ċiklu tal-ignixin ma jistax jiżdied aktar minn darba f’kull ċiklu ta’ sewqan. |
7.5. Denominatur Ġenerali
|
7.5.1. |
Id-denominatur ġenerali huwa kalkulatur li jkejjel in-numru ta’ drabi li tħaddmet vettura. Dan għandu jiżdied fi żmien 10 sekondi, jekk u biss jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin f’ċiklu wieħed ta’ sewqan:
|
7.6. Rappurtar u żieda tal-kalkulaturi
|
7.6.1. |
Is-sistema OBD għandha tirrapporta skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-ISO 15031-5 il-kalkulatur taċ-ċiklu tal-ignixin u d-denominatur ġenerali kif ukoll numeraturi u denominaturi separati għall-moniters li ġejjin, jekk il-preżenza tagħhom fuq il-vettura tkun meħtieġa minn dan l-Anness:
|
|
7.6.2. |
Għal komponenti jew sistemi speċifiċi li jkollhom diversi monitors, li jeħtieġ li jiġu rrappurtati minn dan il-paragrafu (eż il-bank tas-senser tal-ossiġnu 1 jista’ jkollu diversi moniters għal reazzjoni tas-sensers jew għal karatteristiċi oħra tas-sensers), is-sistema OBD għandha tittraċċa separatament in-numeraturi u d-denominaturi għal kull moniter speċifiku u tirrapporta biss in-numeratur u d-denominatur korrispondenti għall-moniter speċifiku li jkollu l-aktar proporzjon numeriku baxx. Jekk żewġ moniters speċifiċi jew aktar ikollhom proporzjonijiet identiċi, in-numeratur u d-denominatur korrispondenti għall-moniter speċifiku li jkollu l-ogħla denonimatur għandhom jiġu rrappurtati għall-komponent speċifiku. |
|
7.6.3. |
Il-kalkulaturi kollha, meta jiżdiedu, għandhom jiżdiedu b’wieħed. |
|
7.6.4. |
Il-valur minimu ta’ kull kalkulatur huwa 0, il-valur massimu m’għandux ikun inqas minn 65 535, minkejja kwalunkwe rekwiżit ieħor dwar ħażna u rappurtar standardizzati tas-sistema OBD. |
|
7.6.5. |
Jekk in-numeratur jew id-denominatur għal moniter speċifiku jilħaq il-valur massimu tiegħu, iż-żewġ kalkulaturi għal dak il-moniter speċifiku għandhom ikunu diviżi bi tnejn qabel ma jerġgħu jiżdiedu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3.2 u 3.3. Jekk il-kalkulatur taċ-ċiklu tal-ignixin jew id-denominatur ġenerali jilħaq il-valur massimu tiegħu, il-kalkulatur rispettiv għandu jinbidel għal żero fiż-żieda tiegħu li jmiss skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3.4 u 3.5, rispettivament. |
|
7.6.6. |
Kull kalkulatur għandu jerġa’ jiġi ssettjat għal żero biss meta jkun hemm issettjar mill-ġdid ta’ memorja mhux volatili (eż avveniment ta’ riprogrammazzjoni, eċċ.) jew, jekk in-numri jinħażnu f’memorja li tinżamm ħajja (keep-alive memory — KAM), meta l-KAM tintilef minħabba interruzzjoni fid-dawl lejn il-modulu ta’ kontroll (eż. skonnettjar tal-batterija, eċċ.). |
|
7.6.7. |
Il-fabbrikant għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-valuri tan-numeratur u tad-denominatur ma jkunux jistgħu jiġu ssettjati mill-ġdid jew modifikati, ħlief fil-każijiet ipprovduti espliċitament f’dan il-paragrafu. |
7.7. Diżattivazzjoni tan-Numeraturi u tad-Denominaturi u tad-Denominatur Ġenerali
|
7.7.1. |
Fi żmien 10 sekondi minn meta tinstab ħsara, li tiddiżattiva moniter meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ ta’ dan l-anness (jiġifieri jinħażen kodiċi pendenti jew ikkonfermat), is-sistema OBD għandha tiddiżattiva aktar żidiet tan-numeratur u tad-denominatur korrispondenti għal kull moniter li jiġi diżattivat. Meta l-ħsara ma tibqax tinstab aktar (jiġifieri, il-kodiċi pendenti jitħassar minħabba t-tindif mis-sistema stess jew permezz ta’ kmand ta’ għodda tal-iskennjar), iż-żieda tan-numeraturi u tad-denominaturi kollha korrispondenti għandha terġa’ tibda fi żmien 10 sekondi. |
|
7.7.2. |
Fi żmien 10 sekondi minn meta tibda operazzjoni ta’ tneħħija tal-enerġija (PTO), li tiddiżattiva moniter meħtieġ biex ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ dan l-anness, is-sistema OBD għandha tiddiżattiva żieda ulterjuri tan-numeratur u tad-denominatur korrispondenti għal kull moniter li jiġi diżattivat. Meta tintemm l-operazzjoni ta’ PTO, iż-żieda tan-numeraturi u tad-denominaturi korrispondenti kollha għandha terġa’ tibda fi żmien 10 sekondi. |
|
7.7.3. |
Is-sistema OBD għandha tiddiżattiva ż-żieda ulterjuri tan-numeratur u tad-denominatur ta’ moniter speċifiku fi żmien 10 sekondi, jekk tkun instabet ħsara ta’ xi komponent użat sabiex ikunu determinati l-kriterji fid-definizzjoni tad-denominatur tal-moniter speċifiku (jiġifieri, il-veloċità tal-magna, it-temperatura ambjentali, l-elevazzjoni, it-tħaddim meta l-vettura tkun idle, l-istartjar kiesaħ tal-magna jew il-ħin tat-tħaddim) u l-kodiċi tal-ħsara pendenti korrispondenti jkun inħażen. Iż-żieda tan-numeratur u tad-denominatur għandha terġa’ tibda fi żmien 10 sekondi meta l-ħsara ma tkunx aktar preżenti (eż il-kodiċi pendenti jitħassar permezz tat-tindif mis-sistema stess jew bi kmand tal-għodda tal-iskennjar). |
|
7.7.4. |
Is-sistema OBD għandha tiddiżattiva aktar żidiet tad-denominatur ġenerali fi żmien 10 sekondi, jekk tkun instabet ħsara ta’ xi komponent użat sabiex jiġi stabbilit jekk il-kriterji fil-paragrafu 3.5 ġewx issodisfati (jiġifieri, il-veloċità tal-magna, it-temperatura ambjentali, l-elevazzjoni, it-tħaddim meta l-vettura tkun idle, jew il-ħin tat-tħaddim) u l-kodiċi ta’ ħsara pendenti korrispondenti jkun inħażen. Id-denominatur ġenerali ma jistax jiġi diżattivat milli jiżdied għal xi kundizzjoni oħra. Iż-żieda tad-denominatur ġenerali għandha terġa’ tibda fi żmien 10 sekondi meta l-ħsara ma tkunx aktar preżenti (eż il-kodiċi pendenti jitħassar permezz tat-tindif mis-sistema stess jew bi kmand tal-għodda tal-iskennjar). |
Appendiċi 2
Karatteristiċi essenzjali tal-familja tal-vettura
1. Parametri li jiddefinixxu l-familja tal-OBD
Il-familja tal-OBD tfisser il-ġabra flimkien ta’ vetturi mill-fabbrikant li, permezz tad-disinn tagħhom, huma mistennija li jkollhom emissjonijiet tal-egżost u karatteristiċi tas-sistema OBD simili. Kull magna ta’ din il-familja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Il-familja tal-OBD tista’ tiġi mfissra permezz ta’ parametri bażiċi tad-disinn li għandhom ikunu komuni għall-vetturi fi ħdan il-familja. F’xi każijiet jista’ jkun hemm interazzjoni bejn il-parametri. Dawn l-effetti għandhom jitqiesu wkoll sabiex ikun assigurat li fi ħdan il-familja tal-OBD jiġu inklużi biss vetturi li jkollhom karatteristiċi simili tal-emissjonijiet tal-egżost.
2. Għal dan il-għan, dawk it-tipi ta’ vetturi li l-parametri tagħhom deskritti hawn isfel huma identiċi jitqiesu li jappartjenu għall-istess kombinazzjoni ta’ magna/kontroll tal-emissjonijiet/sistema OBD.
Il-magna:
|
(a) |
Il-proċess ta’ kombustjoni (jiġifieri positive-ignition, compression-ignition, two-stroke, four-stroke); |
|
(b) |
Il-metodu tal-għoti tal-fjuwil lill-magna (jiġifieri injezzjoni tal-fjuwil f’punt wieħed jew f’ħafna punti); |
|
(c) |
It-tip ta’ fjuwil (jiġifieri petrol, diżil, flex fuel petrol/etanol, flex fuel diżil/bijodiżil, NG/bijometanu, LPG, petrol b’żewġ tipi ta’ fjuwil/NG/bijometanu, petrol b’żewġ tipi ta’ fjuwil/LPG). |
Is-sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet:
|
(a) |
It-tip ta’ konvertitur katalittiku (jiġifieri ossidazzjoni, tliet-naħat, katalizzatur imsaħħan, SCR, oħrajn); |
|
(b) |
It-tip ta’ maqbad tal-materja partikulata; |
|
(c) |
Injezzjoni tal-arja sekondarja (jiġifieri biha jew mingħajrha); |
|
(d) |
Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gass tal-egżost (jiġifieri biha jew mingħajrha); |
Partijiet u funzjonament tal-OBD.
Il-metodi ta’ monitoraġġ funzjonali tal-OBD, is-sejbien tal-ħsara u l-indikazzjoni tal-ħsara lix-xufier tal-vettura.
ANNESS 12
GĦOTI TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP ECE GĦAL VETTURA LI TIEĦU FJUWIL LPG JEW NG/BIJOMETANU
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jiddeskrivi r-rekwiżiti speċjali li japplikaw fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura li taħdem bl-LPG jew b’gass naturali (NG)/bijometanu, jew li tista’ taħdem kemm bil-petrol jew LPG jew bil-gass naturali (NG)/bijometanu, għal dak li għandu x’jaqsam mal-ittestjar fuq l-LPG jew l-NG/bijometanu.
Fil-każ tal-LPG u l-NG/gass naturali tal-bijometanu, fis-suq hemm varjazzjoni kbira fil-kompożizzjoni tal-fjuwil, li titlob li s-sistema tal-għoti tal-fjuwil tadatta r-rati tal-għoti tal-fjuwil tagħha għal dawn il-kompożizzjonijiet. Biex turi din il-kapaċità, il-vettura trid tiġi ttestjata fit-test tat-Tip I fuq żewġ fjuwils ta’ referenza estremi u turi kif is-sistema tal-għoti tal-fjuwil tadatta ruħha waħedha. Ladarba jkun ġie ppruvat li s-sistema tat-teħid tal-fjuwil ta’ vettura tista’ tadatta ruħha waħedha, dik il-vettura tista’ titqies bħala vettura prinċipali ta’ dik il-familja. Vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-membri ta’ dik il-familja, jekk ikunu mgħammra bl-istess sistema ta’ teħid tal-fjuwil, iridu jiġu ttestjati fuq fjuwil wieħed biss.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan l-anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2.1. “Familja” tfisser grupp ta’ tipi ta’ vetturi li jaħdmu bl-LPG, NG/bijometanu identifikati minn vettura prinċipali.
“Vettura prinċipali” tfisser vettura li tintgħażel biex taġixxi bħala l-vettura li fuqha se tintwera l-awtoadattabilità ta’ sistema tat-teħid tal-fjuwil, u li għaliha jirreferu l-membri ta’ familja. Jista’ jkun hemm aktar minn vettura prinċipali waħda f’familja.
2.2. Membru tal-familja
|
2.2.1. |
“Membru tal-familja” hija vettura li jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali li ġejjin bħal tal-vettura/i prinċipali tagħha:
|
|
2.2.2. |
Fir-rigward tar-rekwiżit (c): f’każ fejn il-wiri juri li żewġ vetturi li jieħdu fjuwil tal-gass jistgħu jkunu membri tal-istess familja ħlief għall-output tal-enerġija ċċertifikat tagħhom, rispettivament P1 u P2 (P1 < P2), u t-tnejn jiġu ttestjati daqs li kieku kienu vetturi prinċipali, ir-relazzjoni tal-familja titqies valida għal kwalunkwe vettura b’output ta’ enerġija ċċertifikat ta’ bejn 0,7 P1 u 1,15 P2. |
3. L-GĦOTI TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP
L-approvazzjoni tat-tip tingħata suġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:
3.1. Approvazzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost ta’ vettura prinċipali
Il-vettura prinċipali għandha turi li kapaċi tadatta ruħha għal kwalunkwe kompożizzjoni tal-fjuwil li tista’ tinqala’ fis-suq. Fil-każ tal-LPG hemm varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni C3/G4. Fil-każ tan-NG/bijometanu ġeneralment hemm żewġ tipi ta’ fjuwil, fjuwil kalorifiku għoli (gass-H), u fjuwil kalorifiku baxx (gass-L), iżda b’firxa sinifikanti fi ħdan iż-żewġ meded; huma jvarjaw b’mod sinifikanti fl-indiċi Wobbe. Dawn il-varjazzjonijiet huma riflessi fil-fjuwils ta’ referenza.
|
3.1.1. |
Il-vettura/i prinċipali għandhom jiġu ttestjati fit-test tat-Tip I biż-żewġ fjuwils ta’ referenza estremi tal-Anness 10a. |
|
3.1.1.1. |
Jekk it-tranżizzjoni minn fjuwil għall-ieħor fil-prattika tkun megħjuna minn swiċċ, dan is-iswiċċ m’għandux jintuża waqt l-approvazzjoni tat-tip. F’dak il-każ, fuq talba tal-fabbrikant u bil-qbil tas-Servizz Tekniku, iċ-ċiklu ta’ prekundizzjonar imsemmi fil-paragrafu 6.3 tal-Anness 4a jista’ jiġi estiż. |
|
3.1.2. |
Il-vettura/i titqies/jitqiesu li jikkonformaw jekk, biż-żewġ fjuwils ta’ referenza, il-vettura tikkonforma mal-limiti ta’ emissjonijiet. |
|
3.1.3. |
Il-proporzjon tar-riżultati tal-emissjonijiet “r” għandu jiġi stabbilit għal kull sustanza li tniġġes kif indikat hawn taħt:
|
3.2. Approvazzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost ta’ membru tal-familja:
Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura tal-gass li tieħu tip wieħed ta’ fjuwil u vetturi tal-gass li jieħdu żewġ tipi ta’ fjuwil li joperaw f’modalità tal-gass bħala membru tal-familja, għandu jsir test tat-Tip I bi fjuwil ta’ referenza tal-gass wieħed. Dan il-fjuwil ta’ referenza jista’ jkun kwalunkwe fjuwil ta’ referenza. Il-vettura titqies li tikkonforma jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
|
3.2.1. |
Il-vettura tikkonforma mad-definizzjoni ta’ membru tal-familja kif imfissra taħt il-paragrafu 2.2 hawn fuq. |
|
3.2.2. |
Jekk il-fjuwil tat-test ikun fjuwil ta’ referenza A għal-LPG jew G20 għan-NG/bijometanu, ir-riżultat tal-emissjonijiet għandu jiġi multiplikat bil-fattur rilevanti “r” jekk r > 1; jekk r < 1, ma tkun meħtieġa l-ebda korrezzjoni. Jekk il-fjuwil tat-test ikun fjuwil ta’ referenza B għal-LPG jew G25 għan-NG/bijometanu, ir-riżultat tal-emissjonijiet għandu jiġi diviż bil-fattur rilevanti “r” jekk r < 1; jekk r > 1, ma tkun meħtieġa l-ebda korrezzjoni. Fuq talba tal-fabbrikant, it-test tat-Tip I jista’ jsir fuq iż-żewġ fjuwils ta’ referenza, sabiex ma tkun meħtieġa l-ebda korrezzjoni. |
|
3.2.3. |
Il-vettura għandha tikkonforma mal-limiti ta’ emissjonijiet li jgħoddu għall-kategorija rilevanti kemm għall-emissjonijiet imkejla kif ukoll għal dawk ikkalkulati. |
|
3.2.4. |
Jekk isiru testijiet ripetuti fuq l-istess magna, ir-riżultati fuq il-fjuwil ta’ referenza G20, jew A, u dawk fuq il-fjuwil ta’ referenza G25, jew B, l-ewwel għandha tittieħed medja tagħhom; il-fattur “r” imbagħad għandu jiġi kkalkulat minn dawn ir-riżultati li tagħhom tkun ittieħdet il-medja. |
|
3.2.5. |
Waqt it-test tat-Tip I, il-vettura għandha tuża petrol biss għal massimu ta’ 60 sekonda meta tkun qiegħda topera f’modalità tal-gass. |
4. KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI
4.1. It-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni jistgħu jsiru bi fjuwil kummerċjali li l-proporzjon C3/C4 tiegħu jkun bejn dawk tal-fjuwils ta’ referenza fil-każ tal-LPG, jew li l-indiċi Wobbe tiegħu jkun bejn dawk tal-fjuwils ta’ referenza estremi fil-każ tan-NG/bijometanu. F’dak il-każ trid issir analiżi tal-fjuwil.
ANNESS 13
PROĊEDURA TAT-TEST TAL-EMISSJONIJIET GĦAL VETTURA MGĦAMMRA B’SISTEMA TA’ RIĠENERAZZJONI PERJODIKA
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura mgħammra b’sistema ta’ riġenerazzjoni perjodika kif imfissra fil-paragrafu 2.20 ta’ dan ir-Regolament.
2. AMBITU U FIRXA TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
2.1. Gruppi ta’ familji ta’ vetturi mgħammra b’sistema ta’ riġenerazzjoni perjodika
Il-proċedura tapplika għal vetturi mgħammra b’sistema ta’ riġenerazzjoni perjodika kif imfissra fil-paragrafu 2.20 ta’ dan ir-Regolament. Għall-iskop ta’ dan l-anness jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta’ familji ta’ vetturi. B’dan il-mod, dawk it-tipi ta’ vetturi b’sistemi ta’ riġenerazzjoni, li l-parametri tagħhom deskritti hawn isfel ikunu identiċi, jew fi ħdan it-tolleranzi dikjarati, għandhom jitqiesu li jappartjenu għall-istess familja fir-rigward tal-kejlijiet speċifiċi għas-sistemi definiti ta’ riġenerazzjoni perjodika.
2.1.1. Il-parametri identiċi huma:
|
|
Magna:
|
|
|
Sistema ta’ riġenerazzjoni perjodika (jiġifieri l-katalizzatur, il-maqbad tal-materja partikulata):
|
2.2. Tipi ta’ vetturi b’piżijiet ta’ referenza differenti
Il-fatturi Ki żviluppati permezz tal-proċeduri f’dan l-anness għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura b’sistema ta’ riġenerazzjoni perjodika kif imfissra fil-paragrafu 2.20 ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkunu estiżi għal vetturi oħra fil-grupp tal-familja b’piż ta’ referenza fi ħdan iż-żewġ klassijiet ta’ inerzja ekwivalenti ogħla jew xi inerzja ekwivalenti aktar baxxa.
3. PROĊEDURA TAT-TEST
Il-vettura tista’ tkun mgħammra bi swiċċ li kapaċi jimpedixxi jew jippermetti l-proċess ta’ riġenerazzjoni bil-kundizzjoni li din l-operazzjoni ma jkollhiex effett fuq l-ikkalibrar oriġinali tal-magna. Dan is-swiċċ għandu jkun permess biss biex jipprevjeni r-riġenerazzjoni waqt it-tagħbija tas-sistema ta’ riġenerazzjoni u waqt iċ-ċikli ta’ prekundizzjonar. Madankollu, huwa m’għandux jintuża waqt il-kejl tal-emissjonijiet matul il-fażi ta’ riġenerazzjoni; pjuttost it-test tal-emissjonijiet għandu jsir bl-unità ta’ kontroll tat-Tagħmir Oriġinali tal-Fabbrikant (OEM) mhux mibdula.
3.1. Kejl tal-emissjonijiet tal-egżost bejn żewġ ċikli fejn isiru fażijiet riġenerattivi
3.1.1. L-emissjonijiet medji bejn il-fażijiet ta’ riġenerazzjoni u waqt it-tagħbija tal-apparat riġenerattiv għandhom jiġu determinati mill-medja aritmetika ta’ diversi ċikli ta’ tħaddim tat-Tip I (jekk aktar minn 2) bejn wieħed u ieħor ekwidistanti minn xulxin jew ċikli ekwivalenti tat-test tal-magna fuq il-bank. Bħala alternattiva, il-fabbrikant jista’ jipprovdi dejta li turi li l-emissjonijiet jibqgħu kostanti (± 15 fil-mija) bejn il-fażijiet ta’ riġenerazzjoni. F’dan il-każ, jistgħu jintużaw l-emissjonijiet imkejla waqt it-test regolari tat-Tip I. Fi kwalunkwe każ ieħor irid jitlesta l-kejl tal-emissjonijiet għal mill-anqas żewġ ċikli ta’ tħaddim tat-Tip I jew ċikli ekwivalenti tat-test tal-magna fuq il-bank: wieħed immedjatament wara r-riġenerazzjoni (qabel tagħbija ġdida) u wieħed qrib kemm jista’ jkun qabel il-fażi tar-riġenerazzjoni. Il-kejlijiet u l-kalkolazzjonijiet kollha tal-emissjonijiet għandhom isiru skont l-Anness 4a, paragrafi 6.4. sa 6.6. L-istabbiliment tal-emissjonijiet medji għal sistema riġenerattiva waħda għandu jiġi kkalkulat skont il-paragrafu 3.3 ta’ dan l-anness u għal sistemi riġenerattivi multipli skont il-paragrafu 3.4 ta’ dan l-anness.
3.1.2. Il-proċess tat-tagħbija u l-istabbiliment ta’ Ki għandhom isiru waqt iċ-ċiklu tat-tħaddim tat-Tip I, fuq dinamometru tax-xażi jew fuq bank tat-test tal-magna permezz ta’ ċiklu tat-test ekwivalenti. Dawn iċ-ċikli jistgħu jsiru b’mod kontinwu (jiġifieri mingħajr ma jkun hemm bżonn li l-magna tintefa bejn iċ-ċikli). Wara kwalunkwe numru ta’ ċikli lesti, il-vettura tista’ titneħħa minn fuq id-dinamometru tax-xażi, u t-test jitkompla aktar tard.
3.1.3. In-numru ta’ ċikli (D) bejn żewġ ċikli fejn isiru l-fażijiet ta’ riġenerazzjoni, in-numru ta’ ċikli li matulhom isiru l-kejlijiet tal-emissjonijiet (n), u kull kejl tal-emissjonijiet (M′sij) għandhom jiġu rrappurtati fl-Anness 1, partiti 4.2.11.2.1.10.1. sa 4.2.11.2.1.10.4 jew 4.2.11.2.5.4.1. sa 4.2.11.2.5.4.4. kif applikabbli.
3.2. Kejl tal-emissjonijiet waqt ir-riġenerazzjoni
3.2.1. Il-preparazzjoni tal-vettura, jekk meħtieġa, għat-test tal-emissjonijiet waqt fażi ta’ riġenerazzjoni, tista’ ssir permezz taċ-ċikli ta’ preparazzjoni fil-paragrafu 6.3 tal-Anness 4a jew ċikli ekwivalenti tat-test tal-magna fuq bank, skont il-proċedura tat-tagħbija magħżula fil-paragrafu 3.1.2 aktar ‘il fuq.
3.2.2. Il-kundizzjonijiet tat-test u tal-vettura għat-test tat-Tip I deskritt fl-Anness 4a japplikaw qabel ma jsir l-ewwel test validu tal-emissjonijiet.
3.2.3. Ir-riġenerazzjoni ma tistax isseħħ waqt il-preparazzjoni tal-vettura. Dan jista’ jkun assigurat permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
3.2.3.1. |
Tista’ titwaħħal sistema riġenerattiva “finta” jew sistema għaċ-ċikli ta’ prekundizzjonar. |
|
3.2.3.2. |
Kwalunkwe metodu ieħor maqbul bejn il-fabbrikant u l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
3.2.4. Għandu jsir test tal-emissjonijiet tal-egżost bi startjar kiesaħ li jinkludi proċess ta’ riġenerazzjoni skont iċ-ċiklu ta’ tħaddim tat-Tip I, jew ċiklu ekwivalenti ta’ test tal-magna fuq bank. Jekk it-testijiet tal-emissjonijiet bejn iż-żewġ ċikli fejn iseħħu l-fażijiet tar-riġenerazzjoni jsiru f’test tal-magna fuq bank, it-test tal-emissjonijiet flimkien mal-fażi tar-riġenerazzjoni għandhom jitwettqu wkoll f’test tal-magna fuq bank.
3.2.5. Jekk il-proċess tar-riġenerazzjoni jkun jeħtieġ aktar minn ċiklu wieħed ta’ tħaddim, għandhom immedjatament isiru ċiklu/i tat-test suċċessivi, mingħajr ma tintefa l-magna, sakemm tinkiseb riġenerazzjoni kompleta (għandu jitlesta kull ċiklu). Il-ħin meħtieġ biex jinbeda test ġdid għandu jkun qasir kemm jista’ jkun (eż. bidla tal-filtru tal-materja partikolari). Il-magna trid tintefa matul dan il-perjodu.
3.2.6. Il-valuri tal-emissjonijiet waqt ir-riġenerazzjoni (Mri) għandhom jiġu kkalkulati skont l-Anness 4a, il-paragrafu 6.6. Għandu jittieħed in-numru ta’ ċikli ta’ tħaddim (d) imkejjel għal riġenerazzjoni kompleta.
3.3. Kalkolu tal-emissjonijiet imħallta tal-egżost ta’ sistema riġenerattiva waħda
|
(1) |
|
|
(2) |
|
|
(3) |
|
Fejn għal kull sustanza li tniġġes (i) ikkunsidrata:
|
M′sij |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km fuq ċiklu ta’ tħaddim tat-Tip I (jew ċiklu ekwivalenti tat-test tal-magna fuq bank) mingħajr riġenerazzjoni, |
|
M′rij |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km fuq ċiklu wieħed ta’ tħaddim tat-Tip I (jew ċiklu ekwivalenti tat-test tal-magna fuq bank) waqt ir-riġenerazzjoni (jekk d > 1, l-ewwel test tat-Tip I isir kiesaħ, u ċ-ċikli sussegwenti jsiru sħan), |
|
Msi |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km mingħajr riġenerazzjoni, |
|
Mri |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km waqt ir-riġenerazzjoni, |
|
Mpi |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km, |
|
n |
= |
in-numru ta’ punti tat-test li fihom isir il-kejl tal-emissjonijiet (ċikli tat-tħaddim tat-Tip I jew ċikli ekwivalenti tat-test tal-magna fuq bank) bejn żewġ ċikli fejn iseħħu l-fażijiet riġenerattivi, ≥ 2, |
|
d |
= |
in-numru ta’ ċikli ta’ tħaddim meħtieġa għar-riġenerazzjoni, |
|
D |
= |
in-numru ta’ ċikli ta’ tħaddim bejn żewġ ċikli fejn iseħħu l-fażijiet riġenerattivi. |
Għal illustrazzjoni eżemplari tal-parametri tal-kejl ara l-Figura 8/1.
Figura 8/1
Parametri mkejla waqt it-test tal-emissjonijiet waqt u bejn iċ-ċikli fejn isseħħ ir-riġenerazzjoni (eżempju skematiku, l-emissjonijiet waqt “D” jistgħu jiżdiedu jew jonqsu)
3.3.1. Kalkolu tal-fattur ta’ riġenerazzjoni K għal kull sustanza li tniġġes (i) ikkunsidrata
Ki = Mpi/Msi
Ir-riżultati Msi, Mpi u Ki għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test mogħti mis-Servizz Tekniku.
Ki jista’ jiġi stabbilit billi titlesta sekwenza waħda.
3.4. Kalkolu tal-emissjonijiet imħallta tal-egżost ta’ sistemi multipli ta’ riġenerazzjoni perjodika
|
(1) |
|
|
(2) |
|
|
(3) |
|
|
(4) |
|
|
(5) |
|
|
(6) |
|
|
(7) |
|
Fejn:
|
Msi |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tal-avvenimenti kollha k tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km mingħajr riġenerazzjoni, |
|
Mri |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tal-avvenimenti kollha k tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km waqt ir-riġenerazzjoni, |
|
Mpi |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tal-avvenimenti kollha k tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km, |
|
Msik |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tal-avveniment k tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km mingħajr riġenerazzjoni, |
|
Mrik |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tal-avveniment k tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km waqt ir-riġenerazzjoni, |
|
M′sik,j |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tal-avveniment k tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km fuq ċiklu wieħed ta’ tħaddim tat-Tip I (jew ċiklu ekwivalenti ta’ test tal-magna fuq bank) mingħajr riġenerazzjoni mkejjel fil-punt j; 1 ≤ j ≤ nk, |
|
M′rik,j |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tal-avveniment k tas-sustanza li tniġġes (i) f’g/km fuq ċiklu wieħed ta’ tħaddim tat-Tip I (jew ċiklu ekwivalenti ta’ test tal-magna fuq bank) waqt riġenerazzjoni (meta j > 1, l-ewwel test tat-Tip I isir kiesaħ, u ċ-ċikli sussegwenti jsiru sħan) imkejjel fiċ-ċiklu tat-tħaddim j; 1 ≤ j ≤ nk, |
|
nk |
= |
in-numru ta’ punti tat-test li fihom isir il-kejl tal-emissjonijiet (ċikli tat-tħaddim tat-Tip I jew ċikli ekwivalenti tat-test tal-magna fuq bank) bejn żewġ ċikli fejn iseħħu l-fażijiet riġenerattivi, ≥ 2, |
|
dk |
= |
in-numru ta’ ċikli tat-tħaddim tal-avveniment k meħtieġa għar-riġenerazzjoni, |
|
Dk |
= |
in-numru ta’ ċikli tat-tħaddim tal-avveniment k bejn żewġ ċikli fejn iseħħu fażijiet riġenerattivi. |
Għal illustrazzjoni tal-parametri tal-kejl ara l-Figura 8/2 (hawn isfel)
Figura 8/2
Parametri mkejla waqt it-test tal-emissjonijiet waqt u bejn iċ-ċikli fejn isseħħ ir-riġenerazzjoni (eżempju skematiku)
Għal aktar dettalji tal-proċess skematiku ara l-Figura 8/3
Figura 8/3
Parametri mkejla matul it-test tal-emissjonijiet waqt u bejn iċ-ċikli fejn isseħħ ir-riġenerazzjoni (eżempju skematiku)
Għall-applikazzjoni ta’ każ sempliċi u realistiku, id-deskrizzjoni li ġejja tagħti spjegazzjoni dettaljata tal-eżempju skematiku muri fil-Figura 8/3 hawn fuq:
1. ‘DPF’: avvenimenti riġenerattivi, ekwidistanti, emissjonijiet simili (± 15 fil-mija) minn avveniment għal avveniment
Dk = Dk + 1 = D1
dk = dk + 1 = d1
Mrik – Msik = Mrik + 1 – Msik + 1
nk = n
2. ‘DeNOx’: l-avveniment tat-tneħħija tal-kubrit (tneħħija tal-(SO2) jinbeda qabel tinstab influwenza tal-kubrit fuq l-emissjonijiet (± 15 fil-mija tal-emissjonijiet imkejla) u f’dan l-eżempju għal raġuni eżotermika flimkien mal-aħħar avveniment ta’ riġenerazzjoni DPF imwettaq.
M′sik,j = 1 = kostanti
Mrik = Mrik + 1 = Mri2
Għall-avveniment tat-tneħħija tal- SO2 Mri2, Msi2, d2, D2, n2 = 1
3. Sistema sħiħa (DPF + DeNOx):
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-kalkulazzjoni tal-fattur (Ki) għal sistemi multipli ta’ riġenerazzjoni perjodika hija possibbli biss wara ċertu numru ta’ fażijiet ta’ riġenerazzjoni għal kull sistema. Wara li titwettaq il-proċedura sħiħa (A sa B, ara l-Figura 8/2), għandhom jerġgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet ta’ startjar oriġinali A.
3.4.1. Estensjoni tal-approvazzjoni għal sistema multipla ta’ riġenerazzjoni perjodika
|
3.4.1.1. |
Jekk il-parametru/i tekniku/tekniċi u/jew l-istrateġija ta’ riġenerazzjoni ta’ sistema multipla ta’ riġenerazzjoni għall-avvenimenti kollha fi ħdan din is-sistema kombinata jinbidlu, għandha titwettaq il-proċedura sħiħa li tinkludi l-apparat riġenerattiv kollu permezz ta’ kejl sabiex jiġi aġġornat il-fattur multiplu ki. |
|
3.4.1.2. |
Jekk strument wieħed tas-sistema multipla ta’ riġenerazzjoni jkun inbidel biss fil-parametri tal-istrateġija (jiġifieri bħal “D” u/jew “d” għal DPF) u l-fabbrikant ikun jista’ jippreżenta dejta u informazzjoni teknika vijabbli lis-Servizz Tekniku li:
Il-proċedura neċesssarja tal-aġġornament għal ki tista’ tiġi simplifikata. Kif maqbul bejn il-fabbrikant u s-Servizz Tekniku, f’każ bħal dan għandu jsir biss avveniment wieħed ta’ kampjunar/ħażna u riġenerazzjoni u r-riżultati tat-test (“Msi ”, “Mri ”) flimkien mal-parametri mibdula (“D” u/jew “d”) jistgħu jiddaħħlu fil-formula/i rilevanti sabiex il-fattur multiplu ki jiġi aġġornat b’mod matematiku taħt sostituzzjoni tal-formula/i ta’ bażi eżistenti tal-fattur ki. |
ANNESS 14
PROĊEDURA TAT-TEST TAL-EMISSJONIJIET GĦALL-VETTURI ELETTRIĊI IBRIDI (HEV)
1. INTRODUZZJONI
1.1. Dan l-anness jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura elettrika ibrida (HEV) kif imfissra fil-paragrafu 2.21.2 ta’ dan ir-Regolament.
1.2. Bħala prinċipju ġenerali, għat-testijiet tat-Tip I, II, III, IV, V, VI u OBD, il-vetturi elettriċi ibridi għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 4a, 5, 6, 7, 9, 8 u 11 rispettivament, sakemm ma jkunux modifikati b’dan l-anness.
1.3. Għat-test tat-Tip I biss, il-vetturi OVC (kif ikklassifikati fil-paragrafu 2.) għandhom jiġu ttestjati skont il-kundizzjoni A u skont il-kundizzjoni B. Ir-riżultati tat-test kemm fil-kundizzjoni A kif ukoll fil-kundizzjoni B u l-valuri mkejla għandhom jiġu rrappurtati fil-formola tal-komunikazzjoni.
1.4. Ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet għandhom jikkonformaw mal-limiti fil-kundizzjonijiet tat-test kollha speċifikati ta’ dan ir-Regolament.
2. KATEGORIJI TA’ VETTURI ELETTRIĊI IBRIDI
|
Iċċarġjar tal-vettura |
Iċċarġjar Barra l-Vettura (1) (OVC) |
Iċċarġjar Mhux Minn Barra l-Vettura (2) (NOVC) |
||
|
Swiċċ tal-mod tat-tħaddim |
Mingħajru |
Bih |
Mingħajru |
Bih |
3. METODI TAT-TEST TAT-TIP I
3.1. Jista’ jiġi ċċarġjat minn barra (OVC HEV) mingħajr swiċċ b’funzjoni tat-tħaddim
3.1.1. Għandhom isiru żewġ testijiet fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Kundizzjoni A |
: |
It-test għandu jitwettaq permezz ta’ apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika ċċarġjat kollu. |
|
Kundizzjoni B |
: |
It-test għandu jitwettaq permezz ta’ apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika li jkun l-inqas iċċarġjat (il-ħruġ massimu tal-kapaċità tal-enerġija elettrika). |
Il-profil tal-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika waqt stadji differenti tat-test tat-Tip I jinsab fl-Appendiċi 1.
3.1.2. Kundizzjoni A
3.1.2.1. Il-proċedura għandha tibda bit-twaqqigħ taċ-ċarġ tal-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika tal-vettura waqt is-sewqan (fuq korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.):
|
(a) |
B’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm il-magna li tikkonsma l-fjuwil tal-HEV tistartja; |
|
(b) |
Jew, jekk vettura ma tkunx tista’ tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċità għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ timxi b’veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil ma tistartjax għal żmien/distanza definiti (li jridu jiġu speċifikati bejn is-servizz tekniku u l-fabbrikant); |
|
(c) |
Jew fuq rakkomandazzjoni tal-fabbrikant. |
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha tiġi mwaqqfa fi żmien 10 sekondi minn meta tistartja b’mod awtomatiku.
3.1.2.2. Kundizzjonar tal-vettura
|
3.1.2.2.1. |
Għal vetturi mgħammra b’magni compression-ignition għandu jintuża ċ-ċiklu tat-Tieni Parti deskritt fit-Tabella 2 (u l-Figura 3) tal-Anness 4a. Għandhom isiru tliet ċikli konsekuttivi skont il-paragrafu 3.1.2.5.3 hawn isfel. |
|
3.1.2.2.2. |
Vetturi mgħammra b’magni positive-ignition għandhom jiġu prekundizzjonati b’ċiklu wieħed tas-sewqan tal-Ewwel Parti u tnejn tat-Tieni Parti skont il-paragrafu 3.1.2.5.3 aktar ‘l isfel. |
3.1.2.3. Wara dan il-prekundizzjonar, u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293 u 303 K (20 °C u 30 °C). Dan l-ikkundizzjonar għandu jsir għal mill-anqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra, u l-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika jkun iċċarġjat kollu permezz tal-iċċarġjar preskritt fil-paragrafu 3.1.2.4 hawn taħt.
3.1.2.4. Waqt it-tgħaddis, l-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika għandu jiġi ċċarġjat:
|
(a) |
Permezz taċ-ċarġer abbord jekk ikun imwaħħal, jew |
|
(b) |
Permezz ta’ ċarġer estern irrikkmandat mill-fabbrikant, billi tintuża l-proċedura normali ta’ ċċarġjar matul il-lejl. |
Din il-proċedura teskludi t-tipi kollha ta’ ċċarġjar speċjali li jistgħu jinbdew b’mod awtomatiku jew manwali bħal, ngħidu aħna, l-iċċarġjar ta’ ekwalizzazzjoni jew l-iċċarġjar ta’ manutenzjoni.
Il-fabbrikant għandu jiddikjara li waqt it-test ma kienx hemm proċedura ta’ ċċarġjar speċjali.
3.1.2.5. Proċedura tat-test
|
3.1.2.5.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti lix-xufier għal użu normali. L-ewwel ċiklu jibda hekk kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
|
3.1.2.5.2. |
Il-proċeduri tat-test definiti fil-paragrafu 3.1.2.5.2.1 jew 3.1.2.5.2.2 jistgħu jintużaw bi qbil mal-proċedura magħżula fir-Regolament Nru 101, Anness 8, paragrafu 3.2.3.2. |
|
3.1.2.5.2.1. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura u jintemm kif jitlesta l-perjodu finali ta’ tħaddim mhux fuq ger fiċ-ċiklu extra urban (it-Tieni Parti, it-tmiem tat-teħid ta’ kampjuni (ES)). |
|
3.1.2.5.2.2. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura u jkompli fuq numru ta’ ċikli tat-test ripetuti. Huwa għandu jintemm kif jitlesta l-perjodu finali ta’ tħaddim mhux fuq ger fl-ewwel ċiklu extra urban (it-Tieni Parti) li matulu l-batterija tkun laħqet l-istat minimu ta’ ċarġ skont il-kriterju definit hawn isfel (tmiem tat-teħid ta’ kampjuni (ES)).
Il-bilanċ tal-elettriku Q [Ah] jitkejjel fuq kull ċiklu kombinat, billi tintuża l-proċedura speċifikata fl-Appendiċi 2 tal-Anness 8 tar-Regolament Nru 101, u jintuża biex jiġi determinat meta l-batterija tkun laħqet stat minimu ta’ ċarġ. L-istat minimu ta’ ċarġ tal-batterija jitqies li jintlaħaq fiċ-ċiklu kombinat N jekk il-bilanċ tal-elettriku mkejjel waqt iċ-ċiklu kombinat N + 1 ma jkunx aktar minn telf taċ-ċarġ ta’ 3 fil-mija, espress bħala perċentwali tal-kapaċità nominali tal-batterija (f’Ah) fl-istat ta’ ċarġ massimu tagħha, kif iddikjarata mill-fabbrikant. Fuq talba tal-fabbrikant, jistgħu jsiru ċikli tat-test addizzjonali u r-riżultati tagħhom jiġu inklużi fil-kalkoli fil-paragrafi 3.1.2.5.5 u 3.1.4.2. bil-kundizzjoni li l-bilanċ tal-elettriku għal kull ċiklu tat-test addizzjonali juri inqas telf taċ-ċarġ tal-batterija milli fuq iċ-ċiklu ta’ qabel. Bejn kull ċiklu huwa permess perjodu ta’ tgħaddis sħun ta’ mhux aktar minn 10 minuti. Il-power train għandu jintefa waqt dan il-perjodu. |
|
3.1.2.5.3. |
Il-vettura għandha tinstaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 4a, jew fil-każ ta’ strateġija speċjali għall-qlib tal-gerijiet, skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, kif imniżżla fil-manwal tas-sewwieqa tal-vetturi tal-produzzjoni u indikati permezz ta’ strument tekniku għall-qlib tal-gerijiet (għall-informazzjoni tas-sewwieqa). Għal dawn il-vetturi mhumiex applikati l-punti ta’ qlib tal-gerijiet preskritti fl-Anness 4a. Għall-mudell tal-kurva tat-tħaddim għandha tapplika d-deskrizzjoni skont il-paragrafu 6.1.3 tal-Anness 4a. |
|
3.1.2.5.4. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness 4a. |
|
3.1.2.5.5. |
Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu mqabbla mal-limiti preskritti fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament u għandha tiġi kkalkulata l-emissjoni medja ta’ kull sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru għall-Kundizzjoni A (M1i).
Fil-każ ta’ ttestjar skont il-paragrafu 3.1.2.5.2.1, (M1i) huwa sempliċement ir-riżultat taċ-ċiklu wieħed kombinat. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-paragrafu 3.1.2.5.2.2, ir-riżultat tat-test ta’ kull ċiklu kombinat (M1ia), immultiplikat bil-fatturi xierqa ta’ deterjorament u Ki, għandu jkun inqas mil-limiti preskritti fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni fil-paragrafu 3.1.4, M1i għandha tiġi definita bħala:
Fejn:
|
3.1.3. Kundizzjoni B
3.1.3.1. Kundizzjonar tal-vettura
|
3.1.3.1.1. |
Għall-vetturi mgħammra b’magni compression-ignition għandu jintuża ċ-ċiklu tat-Tieni Parti deskritt fit-Tabella 2 (u l-Figura 3) tal-Anness 4a. Għandhom isiru tliet ċikli konsekuttivi skont il-paragrafu 3.1.3.4.3 hawn isfel. |
|
3.1.3.1.2. |
Vetturi mgħammra b’magni positive-ignition għandhom jiġu prekundizzjonati b’ċiklu wieħed tas-sewqan tal-Ewwel Parti u żewġ ċikli tas-sewqan tat-Tieni Parti skont il-paragrafu 3.1.3.4.3 hawn isfel. |
3.1.3.2. L-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika tal-vettura għandu jitneħħielu ċ-ċarġ waqt is-sewqan (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.):
|
(a) |
B’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm il-magna li tikkonsma l-fjuwil tal-HEV tistartja; |
|
(b) |
Jew jekk il-vettura ma tkunx tista’ tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċità għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ timxi b’veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil ma tistartjax biss għal żmien/distanza definiti (li jridu jiġu speċifikati bejn is-servizz tekniku u l-fabbrikant); |
|
(c) |
Jew fuq rakkomandazzjoni tal-fabbrikant. |
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien 10 sekondi minn meta tistartja b’mod awtomatiku.
3.1.3.3. Wara dan il-prekundizzjonar u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra li fiha t-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293 u 303 K (20 °C u 30 °C). Dan l-ikkundizzjonar għandu jsir għal mill-anqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra.
3.1.3.4. Proċedura tat-test
|
3.1.3.4.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti lix-xufier għall-użu normali. L-ewwel ċiklu jibda hekk kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
|
3.1.3.4.2. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura u jintemm kif jitlesta l-perjodu finali ta’ tħaddim mhux fuq ger fiċ-ċiklu extra urban (it-Tieni Parti, it-tmiem tat-teħid ta’ kampjuni (ES)). |
|
3.1.3.4.3. |
Il-vettura għandha tinstaq skont l-Anness 4a, jew fil-każ ta’ strateġija speċjali għall-qlib tal-gerijiet skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, kif imniżżla fil-manwal tas-sewwieqa tal-vetturi tal-produzzjoni u indikati permezz ta’ strument tekniku għall-qlib tal-gerijiet (għall-informazzjoni tas-sewwieqa). Għal dawn il-vetturi mhumiex applikati l-punti ta’ qlib tal-gerijiet preskritti fl-Anness 4a. Għall-mudell tal-kurva tat-tħaddim għandha tapplika d-deskrizzjoni skont il-paragrafu 6.1.3.2 tal-Anness 4a. |
|
3.1.3.4.4. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont l-Anness 4a. |
3.1.3.5. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu mqabbla mal-limiti preskritti fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu kkalkulati l-emissjonijiet medji ta’ kull sustanza li tniġġes għall-Kundizzjoni B (M2i). Ir-riżultati tat-testijiet M2i, immultiplikati bil-fatturi xierqa ta’ deterjorament u Ki, għandhom ikunu inqas mil-limiti preskritti fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament.
3.1.4. Riżultati tat-testijiet
3.1.4.1. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-paragrafu 3.1.2.5.2.1.
Għall-komunikazzjoni, il-valuri mkejla għandhom jiġu kkalkulati kif jidher hawn taħt:
Mi = (De · M1i + Dav · M2i)/(De + Dav)
Fejn:
|
Mi |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru, |
|
M1i |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru bl-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika ċċarġjat kollu kkalkulat fil-paragrafu 3.1.2.5.5, |
|
M2i |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru bl-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika fi stat ta’ ċarġ minimu (ħruġ massimu tal-kapaċità tal-enerġija elettrika) ikkalkulat fil-paragrafu 3.1.3.5, |
|
De |
= |
il-medda elettrika tal-vettura, skont il-proċedura deskritta fir-Regolament Nru 101, l-Anness 9, fejn il-fabbrikant irid jipprovdi l-mezzi biex isir il-kejl bil-vettura miexja f’modalità purament elettrika, |
|
Dav |
= |
25 km (distanza medja bejn żewġ ċarġjaturi mill-ġdid tal-batterija). |
3.1.4.2. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-paragrafu 3.1.2.5.2.2.
Għall-komunikazzjoni, il-valuri mkejla għandhom jiġu kkalkulati kif jidher hawn taħt
Mi = (Dovc · M1i + Dav · M2i)/(Dovc + Dav)
Fejn:
|
Mi |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru, |
|
M1i |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru bl-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika ċarġjat kollu kkalkulat fil-paragrafu 3.1.2.5.5, |
|
M2i |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru bl-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika fi stat minimu ta’ ċarġ (ħruġ massimu tal-kapaċità tal-enerġija elettrika) ikkalkulat fil-paragrafu 3.1.3.5, |
|
Dovc |
= |
il-medda OVC skont il-proċedura deskritta fir-Regolament Nru 101, Anness 9. |
|
Dav |
= |
25 km (distanza medja bejn żewġ ċarġjaturi mill-ġdid tal-batterija). |
3.2. Iċċarġjar b’mod estern (OVC HEV) bi swiċċ fil-pożizzjoni tat-tħaddim
3.2.1. Għandhom isiru żewġ testijiet fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3.2.1.1. |
|
|
3.2.1.2. |
|
|
3.2.1.3. |
Is-swiċċ fil-modalità tat-tħaddim għandu jkun pożizzjonat skont it-tabella t’hawn taħt:
|
3.2.2. Kundizzjoni A
3.2.2.1. Jekk il-medda elettrika biss tal-vettura tkun ogħla minn ċiklu wieħed sħiħ, fuq talba tal-fabbrikant, it-test tat-Tip I jista’ jitwettaq fil-mod purament elettriku. F’dan il-każ, jista’ jitħalla barra l-prekundizzjonar tal-magna preskritt fil-paragrafu 3.2.2.3.1 jew 3.2.2.3.2.
3.2.2.2. Il-proċedura għandha tibda billi l-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika tal-vettura jitwaqqagħlu ċ-ċarġ waqt is-sewqan bis-swiċċ fil-pożizzjoni purament elettrika (fuq il-korsa tat-test, fuq id-dinamometru tax-xażi, eċċ.) b’veloċità stabbli ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima ta’ tletin minuta tal-vettura (stabbilita skont ir-Regolament Nru 101).
It-twaqqif tat-twaqqigħ taċ-ċarġ iseħħ:
|
(a) |
Meta l-vettura ma tkunx kapaċi timxi f’65 fil-mija tal-veloċità massima ta’ tletin minuta; jew |
|
(b) |
Meta tingħata indikazzjoni lix-xufier biex jieqaf permezz tal-istrumenti abbord; jew |
|
(c) |
Wara li tkun ġiet koperta d-distanza ta’ 100 km. |
Jekk il-vettura ma tkunx mgħammra b’mod elettriku biss, it-tbattil miċ-ċarġ tal-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika għandu jsir billi l-vettura tinstaq (fuq il-korsa tat-test, fuq id-dinamometru tax-xażi, eċċ.):
|
(a) |
B’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm tistartja l-magna tal-HEV li tikkonsma l-fjuwil; jew |
|
(b) |
Jekk vettura ma tkunx tista’ tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċità għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ timxi b’veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil ma tistartjax għal żmien/distanza definiti (li jridu jiġu speċifikati bejn is-servizz tekniku u l-fabbrikant); jew |
|
(c) |
Fuq rakkomandazzjoni tal-fabbrikant. |
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien 10 sekondi minn meta tistartja b’mod awtomatiku.
3.2.2.3. Kundizzjonar tal-vettura
|
3.2.2.3.1. |
Għall-vetturi mgħammra b’magni compression-ignition għandu jintuża ċ-ċiklu tat-Tieni Parti deskritt fit-Tabella 2 (u l-Figura 3) tal-Anness 4a. Għandhom isiru tliet ċikli konsekuttivi skont il-paragrafu 3.2.2.6.3 aktar ‘l isfel. |
|
3.2.2.3.2. |
Vetturi mgħammra b’magni positive-ignition għandhom jiġu prekundizzjonati b’ċiklu tas-sewqan wieħed tal-Ewwel Parti u b’żewġ ċikli tas-sewqan tat-Tieni Parti skont il-paragrafu 3.2.2.6.3 hawn isfel. |
3.2.2.4. Wara dan il-prekundizzjonar, u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra li fiha t-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293 u 303 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kundizzjonar għandu jsir għal mill-anqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra, u l-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika jkun iċċarġjat kollu permezz tal-iċċarġjar preskritt fil-paragrafu 3.2.2.5.
3.2.2.5. Waqt it-tgħaddis, l-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika għandu jiġi ċċarġjat:
|
(a) |
Permezz taċ-ċarġer abbord jekk ikun imwaħħal; jew |
|
(b) |
Permezz ta’ ċarġer estern irrikkmandat mill-fabbrikant, bl-użu tal-proċedura normali tal-iċċarġjar matul il-lejl. |
Din il-proċedura teskludi kull tip ta’ ċċarġjar speċjali li jista’ jinbeda b’mod awtomatiku jew manwali bħal, ngħidu aħna, l-iċċarġjar ta’ ekwalizzazzjoni jew l-iċċarġjar ta’ manutenzjoni.
Il-fabbrikant għandu jiddikjara li matul it-test ma tkun seħħet l-ebda proċedura ta’ ċarġ speċjali.
3.2.2.6. Proċedura tat-test
|
3.2.2.6.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti lix-xufier għall-użu normali. L-ewwel ċiklu jibda hekk kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
|
3.2.2.6.2. |
Il-proċeduri tat-test definiti fil-paragrafu 3.2.2.6.2.1 jew 3.2.2.6.2.2 jistgħu jintużaw bi qbil mal-proċedura magħżula fir-Regolament Nru 101, Anness 8, paragrafu 4.2.4.2. |
|
3.2.2.6.2.1. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura u jintemm kif jitlesta l-perjodu finali ta’ tħaddim mhux fuq ger fiċ-ċiklu extra urban (it-Tieni Parti, it-tmiem tat-teħid ta’ kampjuni (ES)). |
|
3.2.2.6.2.2. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura u jkompli fuq numru ta’ ċikli tat-test ripetuti. Huwa għandu jintemm kif jitlesta l-perjodu finali ta’ tħaddim mhux fuq ger fl-ewwel ċiklu extra urban (it-Tieni Parti) li matulu l-batterija tkun laħqet l-istat minimu ta’ ċarġ skont il-kriterju definit hawn isfel (tmiem tat-teħid ta’ kampjuni (ES)).
Il-bilanċ tal-elettriku Q [Ah] jitkejjel fuq kull ċiklu kombinat, billi tintuża l-proċedura speċifikata fl-Appendiċi 2 tal-Anness 8 tar-Regolament Nru 101, u jintuża biex jiġi determinat meta l-batterija tkun laħqet stat minimu ta’ ċarġ. L-istat minimu ta’ ċarġ tal-batterija jitqies li jintlaħaq fiċ-ċiklu kombinat N jekk il-bilanċ tal-elettriku mkejjel waqt iċ-ċiklu kombinat N + 1 ma jkunx aktar minn twaqqigħ taċ-ċarġ ta’ 3 fil-mija, espress bħala perċentwali tal-kapaċità nominali tal-batterija (f’Ah) fl-istat ta’ ċarġ massimu tagħha, kif iddikjarat mill-fabbrikant. Fuq talba tal-fabbrikant, jistgħu jsiru ċikli tat-test addizzjonali u r-riżultati tagħhom jiġu inklużi fil-kalkoli fil-paragrafi 3.2.2.7 u 3.2.4.3. bil-kundizzjoni li l-bilanċ tal-elettriku għal kull ċiklu tat-test addizzjonali juri inqas twaqqigħ taċ-ċarġ tal-batterija milli fuq iċ-ċiklu ta’ qabel. Bejn kull ċiklu huwa permess perjodu ta’ tgħaddis sħun ta’ mhux aktar minn 10 minuti. Il-power train għandu jintefa waqt dan il-perjodu. |
|
3.2.2.6.3. |
Il-vettura għandha tinstaq skont l-Anness 4a, jew fil-każ ta’ strateġija speċjali għall-qlib tal-gerijiet, skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, kif imniżżla fil-manwal tas-sewwieqa tal-vetturi tal-produzzjoni u indikati permezz ta’ strument tekniku għall-qlib tal-gerijiet (għall-informazzjoni tas-sewwieqa). Għal dawn il-vetturi mhumiex applikati l-punti ta’ qlib tal-gerijiet preskritti fl-Anness 4a. Għall-mudell tal-kurva tat-tħaddim għandha tapplika d-deskrizzjoni skont il-paragrafu 6.1.3 tal-Anness 4a. |
|
3.2.2.6.4. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont l-Anness 4a. |
3.2.2.7. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu mqabbla mal-limiti preskritti fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu kkalkulati l-emissjonijiet medji ta’ kull sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru għall-Kundizzjoni A (M1i).
Fil-każ ta’ ttestjar skont il-paragrafu 3.2.2.6.2.1, (M1i) huwa sempliċement ir-riżultat taċ-ċiklu wieħed kombinat.
Fil-każ ta’ ttestjar skont il-paragrafu 3.2.2.6.2.2, ir-riżultat tat-test ta’ kull ċiklu kombinat (M1ia), immultiplikat bil-fatturi xierqa ta’ deterjorament u Ki, għandu jkun inqas mil-limiti preskritti fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni fil-paragrafu 3.2.4, M1i għandu jiġi definit bħala:
Fejn:
|
i |
: |
is-sustanza li tniġġes |
|
a |
: |
iċ-ċiklu |
3.2.3. Kundizzjoni B
3.2.3.1. Kundizzjonar tal-vettura
|
3.2.3.1.1. |
Għall-vetturi mgħammra b’magni compression-ignition għandu jintuża ċ-ċiklu tat-Tieni Parti deskritt fit-Tabella 2 u l-Figura 2 tal-Anness 4a. Għandhom isiru tliet ċikli konsekuttivi skont il-paragrafu 3.2.3.4.3 hawn isfel. |
|
3.2.3.1.2. |
Vetturi mgħammra b’magni positive-ignition għandhom jiġu prekundizzjonati b’ċiklu wieħed tas-sewqan tal-Ewwel Parti u żewġ ċikli tas-sewqan tat-Tieni Parti skont il-paragrafu 3.2.3.4.3 hawn isfel. |
3.2.3.2. L-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika tal-vettura għandu jitwaqqagħlu ċ-ċarġ skont il-paragrafu 3.2.2.2.
3.2.3.3. Wara dan il-prekundizzjonar u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra li fiha t-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293 u 303 K (20 °C u 30 °C). Dan l-ikkundizzjonar għandu jsir għal mill-anqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra.
3.2.3.4. Proċedura tat-test
|
3.2.3.4.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti lix-xufier għall-użu normali. L-ewwel ċiklu jibda hekk kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
|
3.2.3.4.2. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew kif tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-vettura u jintemm kif jitlesta l-perjodu finali ta’ tħaddim mhux fuq ger fiċ-ċiklu extra urban (it-Tieni Parti, it-tmiem tat-teħid ta’ kampjuni (ES)). |
|
3.2.3.4.3. |
Il-vettura għandha tinstaq skont l-Anness 4a, jew fil-każ ta’ strateġija speċjali għall-qlib tal-gerijiet, skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, kif imniżżla fil-manwal tas-sewwieqa tal-vetturi tal-produzzjoni u indikati permezz ta’ strument tekniku għall-qlib tal-gerijiet (għall-informazzjoni tas-sewwieqa). Għal dawn il-vetturi mhumiex applikati l-punti ta’ qlib tal-gerijiet preskritti fl-Anness 4a. Għall-mudell tal-kurva tat-tħaddim għandha tapplika d-deskrizzjoni skont il-paragrafu 6.1.3 tal-Anness 4a. |
|
3.2.3.4.4. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness 4a. |
3.2.3.5. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu mqabbla mal-limiti preskritti fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu kkalkulati l-emissjonijiet medji ta’ kull sustanza li tniġġes għall-Kundizzjoni B (M2i). Ir-riżultati tat-testijiet M2i, immultiplikati bil-fatturi xierqa ta’ deterjorament u Ki, għandhom ikunu inqas mil-limiti preskritti fil-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament.
3.2.4. Riżultati tat-testijiet
3.2.4.1. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-paragrafu 3.2.2.6.2.1.
Għall-komunikazzjoni, il-valuri mkejla għandhom jiġu kkalkulati kif jidher hawn taħt:
Mi = (De · M1i + Dav · M2i)/(De + Dav)
Fejn:
|
Mi |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru, |
|
M1i |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru b’apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika ċċarġjat kollu kkalkulat fil-paragrafu 3.2.2.7, |
|
M2i |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru bl-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika fi stat ta’ ċarġ minimu (ħruġ massimu tal-kapaċità tal-enerġija elettrika) ikkalkulat fil-paragrafu 3.2.3.5, |
|
De |
= |
il-medda elettrika tal-vettura bis-swiċċ fil-pożizzjoni elettrika biss, skont il-proċedura deskritta fir-Regolament Nru 101, l-Anness 9. Jekk ma jkunx hemm pożizzjoni elettrika biss, il-fabbrikant irid jipprovdi l-mezzi biex isir il-kejl bil-vettura miexja f’modalità purament elettrika. |
|
Dav |
= |
25 km (distanza medja bejn żewġ ċarġjaturi mill-ġdid tal-batterija). |
3.2.4.2. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-paragrafu 3.2.2.6.2.2.
Għall-komunikazzjoni, il-valuri mkejla għandhom jiġu kkalkulati kif jidher hawn taħt
Mi = (Dovc · M1i + Dav · M2i)/(Dovc + Dav)
Fejn:
|
Mi |
= |
il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru, |
|
M1i |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru b’apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika ċċarġjat kollu kkalkulat fil-paragrafu 3.2.2.7, |
|
M2i |
= |
il-piż medju tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes i fi grammi kull kilometru bl-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika fi stat ta’ ċarġ minimu (ħruġ massimu tal-kapaċità tal-enerġija elettrika) ikkalkulat fil-paragrafu 3.2.3.5, |
|
Dovc |
= |
il-medda OVC skont il-proċedura deskritta fir-Regolament Nru 101, Anness 9, |
|
Dav |
= |
25 km (distanza medja bejn żewġ ċarġjaturi mill-ġdid tal-batterija). |
3.3. Li ma jistgħux jiġu ċċarġjati minn barra (NOTOVC HEV) mingħajr swiċċ fil-mod tat-tħaddim
3.3.1. Dawn il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 4a.
3.3.2. Għall-prekundizzjonar, jitwettqu mill-anqas żewġ ċikli tas-sewqan konsekuttivi (wieħed tal-Ewwel Parti u wieħed tat-Tieni Parti) mingħajr tgħaddis.
3.3.3. Il-vettura għandha tinstaq skont l-Anness 4a, jew fil-każ ta’ strateġija speċjali għall-qlib tal-gerijiet skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, kif imniżżla fil-manwal tas-sewwieqa tal-vetturi tal-produzzjoni u indikati permezz ta’ strument tekniku għall-qlib tal-gerijiet (għall-informazzjoni tas-sewwieqa). Għal dawn il-vetturi mhumiex applikati l-punti ta’ qlib tal-gerijiet preskritti fl-Anness 4a. Għall-mudell tal-kurva tat-tħaddim għandha tapplika d-deskrizzjoni skont il-paragrafu 6.1.3 tal-Anness 4a.
3.4. Li ma jistgħux jiġu ċċarġjati minn barra (NOTOVC HEV) bi swiċċ fil-pożizzjoni tat-tħaddim
3.4.1. Dawn il-vetturi huma prekundizzjonati u ttestjati fil-mod ibridu skont l-Anness 4a. Jekk ikun hemm diversi modi ibridi, it-test għandu jsir fil-mod li jkun issettjat awtomatikament wara li tinxtegħel iċ-ċavetta (mod normali). Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-fabbrikant, is-Servizz Tekniku jrid jassigura li l-valuri tal-limitu jintlaħqu fil-modi ibridi kollha.
3.4.2. Għall-prekundizzjonar, għandhom jitwettqu mill-anqas żewġ ċikli tas-sewqan sħaħ wara xulxin (wieħed tal-Ewwel Parti u wieħed tat-Tieni Parti) mingħajr tgħaddis.
3.4.3. Il-vettura għandha tinstaq skont l-Anness 4a, jew fil-każ ta’ strateġija speċjali għall-qlib tal-gerijiet, skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, kif imniżżla fil-manwal tas-sewwieqa tal-vetturi tal-produzzjoni u indikati permezz ta’ strument tekniku għall-qlib tal-gerijiet (għall-informazzjoni tas-sewwieqa). Għal dawn il-vetturi mhumiex applikati l-punti ta’ qlib tal-gerijiet preskritti fl-Anness 4a. Għall-mudell tal-kurva tat-tħaddim għandha tapplika d-deskrizzjoni skont il-paragrafu 6.1.3.2 tal-Anness 4a.
4. METODI TAT-TEST TAT-TIP II
4.1. Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 5 bil-magna li tikkonsma l-fjuwil taħdem. Il-fabbrikant għandu jipprovdi “mod ta’ servizz” li bih ikun jista’ jitwettaq dan it-test.
Jekk ikun meħtieġ, għandha tintuża l-proċedura speċjali prevista fil-paragrafu 5.1.6 tar-Regolament.
5. METODI TAT-TEST TAT-TIP III
5.1. Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 6 bil-magna li tikkonsma l-fjuwil taħdem. Il-fabbrikant għandu jipprovdi “mod ta’ servizz” li bih ikun jista’ jitwettaq dan it-test.
5.2. It-testijiet għandhom isiru biss għall-kundizzjonijiet 1 u 2 tal-paragrafu 3.2 tal-Anness 6. Jekk għal xi raġuni ma jkunx jista’ jsir it-test fil-kundizzjoni 2, għandha tintuża minflok kundizzjoni oħra tal-veloċità stabbli (bil-magna li tikkonsma l-fjuwil miexja bit-tagħbija).
6. METODI TAT-TEST TAT-TIP IV
6.1. Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 7.
6.2. Qabel ma tinbeda l-proċedura tat-test (il-paragrafu 5.1 tal-Anness 7), il-vetturi għandhom jiġu prekundizzjonati kif ġej:
|
6.2.1. |
Għal vetturi OVC:
|
|
6.2.2. |
Għal vetturi NOVC:
|
6.3. Is-sewqan ta’ prekundizzjonar u t-test tad-dinamometru għandhom isiru skont il-paragrafi 5.2 u 5.4 tal-Anness 7:
|
6.3.1. |
Għal vetturi OVC: fl-istess kundizzjonijiet kif speċifikat mill-kundizzjoni B tat-test tat-Tip I (il-paragrafi 3.1.3 u 3.2.3.). |
|
6.3.2. |
Għal vetturi NOVC: fl-istess kundizzjonijiet bħal fit-test tat-Tip I. |
7. METODI TAT-TEST TAT-TIP V
7.1. Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 9.
7.2. Għal vetturi OVC:
L-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika jista’ jiġi ċċarġjat darbtejn kuljum waqt l-akkumulazzjoni tal-mili.
Għal vetturi OVC bi swiċċ bil-funzjoni tat-tħaddim, l-akkumulazzjoni tal-mili għandha tinstaq fil-mod li jkun issettjat b’mod awtomatiku wara li tinxtegħel iċ-ċavetta (mod normali).
Waqt l-akkumulazzjoni tal-mili jista’ jkun hemm bidla fil-mod ibridu jekk ikun meħtieġ sabiex jibqgħu jakkumulaw il-mili wara qbil mis-Servizz Tekniku.
Il-kejlijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk speċifikati mill-kundizzjoni B tat-test tat-Tip I (il-paragrafi 3.1.3 u 3.2.3.).
7.3. Għal vetturi NOVC:
Għall-vetturi NOVC bi swiċċ bil-funzjoni tat-tħaddim, l-akkumulazzjoni tal-mili għandha tinstaq fil-mod li jkun issettjat b’mod awtomatiku wara li tinxtegħel iċ-ċavetta (mod normali).
Il-kejlijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet bħal fit-test tat-Tip I.
8. METODI TAT-TEST TAT-TIP VI
8.1. Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 8.
8.2. Għall-vetturi OVC, il-kejlijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet kif speċifikati għall-kundizzjoni B tat-test tat-Tip I (il-paragrafi 3.1.3 u 3.2.3.).
8.3. Għall-vetturi NOVC, il-kejlijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk fit-test tat-Tip I.
9. METODI TAT-TEST TAD-DIJANJOSTIĊI ABBORD (OBD)
9.1. Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 11.
9.2. Għall-vetturi OVC, il-kejlijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet bħal kif speċifikati għall-kundizzjoni B tat-test tat-Tip I (il-paragrafi 3.1.3 u 3.2.3.).
9.3. Għall-vetturi NOVC, il-kejlijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet bħal fit-test tat-Tip I.
(1) Magħruf ukoll bħala “li jista’ jiġi ċċarġjat minn barra”
(2) Magħruf ukoll bħala “li ma jistax jiġi ċċarġjat minn barra”
(3) Pereżempju: pożizzjoni tal-isport, ekonomika, urbana, extra-urbana …
(4) L-aktar mod elettriku ibridu:
Il-mod ibridu li jista’ jintwera li għandu l-ogħla konsum ta’ elettriku mill-modi ibridi kollha li jistgħu jintgħażlu meta ttestjati skont il-kundizzjoni A tal-paragrafu 4 tal-Anness 10 tar-Regolament Nru 101, li għandu jiġi stabbilit abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-fabbrikant u bi qbil mas-servizz tekniku.
(5) Il-mod li jikkonsma l-aktar fjuwil:
Il-mod ibridu li jista’ jintwera li għandu l-ogħla konsum ta’ fjuwil mill-modi ibridi kollha li jistgħu jintgħażlu meta ttestjati skont il-kundizzjoni B tal-paragrafu 4 tal-Anness 10 tar-Regolament Nru 101, li għandu jiġi stabbilit abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-fabbrikant u bi qbil mas-servizz tekniku.
Appendiċi
Il-profil tal-Istat taċ-Ċarġ (SOC) tal-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika għat-test OVC HEV tat-Tip I
Kundizzjoni A tat-test tat-Tip I
Kundizzjoni A:
|
(1) |
L-istat ta’ ċarġ inizjali tal-apparat ta’ ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika |
|
(2) |
Twaqqigħ taċ-ċarġ skont il-paragrafu 3.1.2.1 jew 3.2.2.1. |
|
(3) |
Kundizzjonar tal-vettura skont il-paragrafu 3.1.2.2 jew 3.2.2.2. |
|
(4) |
Iċċarġjar waqt it-tgħaddis skont il-paragrafi 3.1.2.3 u 3.1.2.4, jew il-paragrafi 3.2.2.3 u 3.2.2.4. |
|
(5) |
Test skont il-paragrafu 3.1.2.5 jew 3.2.2.5. |
Kundizzjoni B tat-test tat-Tip I
Kundizzjoni B:
|
(1) |
L-istat ta’ ċarġ inizjali |
|
(2) |
Kundizzjonar tal-vettura skont il-paragrafu 3.1.3.1 jew 3.2.3.1. |
|
(3) |
Twaqqigħ taċ-ċarġ skont il-paragrafu 3.1.3.2 jew 3.2.3.2. |
|
(4) |
Tgħaddis skont il-paragrafu 3.1.3.3 jew 3.2.3.3. |
|
(5) |
Test skont il-paragrafu 3.1.3.4 jew 3.2.3.4. |