ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.030.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 30

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
2 ta' Frar 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 84/2012 tal-1 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza fenossimetilpeniċillina ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 85/2012 tal-1 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza altrenogest ( 1 )

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 86/2012 tal-1 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fejn tidħol is-sustanza Lasaloċidu ( 1 )

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2012 tal-1 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva kletodim ( 1 )

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2012 tal-1 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 89/2012 tal-1 ta’ Frar 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/58/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2012 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar id-DNA fir-Repubblika Ċeka

15

 

 

2012/59/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2012 li taħtar tliet membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

17

 

 

2012/60/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2012 li taħtar seba' membri tal-Qorti tal-Awdituri

18

 

 

2012/61/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank

19

 

 

2012/62/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2012 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

20

 

 

2012/63/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Ottubru 2011 – Għajnuna mill-Istat SA. 30931 (C/11) – ir-Rumanija – Skema tal-għajnuna għall-investiment tal-infrastruttura tat-trasport bl-ajru (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7863)  ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 84/2012

tal-1 ta’ Frar 2012

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza fenossimetilpeniċillina

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandhom ikunu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom rigward il-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stipulati fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Bħalissal-fenossimetilpeniċillina hi inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza approvata, għall-speċi tal-porċini, applikabbli għall-muskoli, il-fwied u l-kliewi u għall-ispeċi tat-tjur tal-irziezet, applikabbli għall-muskoli, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied u l-kliewi, ħlief l-annimali li minnhom jiġi prodott bajd għall-konsum mill-bniedem.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-estensjoni tal-annotazzjoni eżistenti għall-fenossimetilpeniċillina biex tinkludi l-bajd fl-ispeċi tat-tjur tal-irziezet.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li jiġi stabbilit limitu massimu ta’ residwi (minn hawn ’il quddiem “MRL”) għall-fenossimetilpeniċillina għall-speċi tal-porċini, applikabbli għall-muskoli, il-fwied u l-kliewi u għall-ispeċi tat-tjur tal-irziezet, applikabbli għall-muskoli, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-bajd.

(6)

L-annotazzjoni għall-fenossimetilpeniċillina fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għaldaqstant għandha tiġi emendata biex tinkludi l-MRL għall-bajd tal-ispeċi tat-tjur tal-irziezet.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL il-ġdid stabbilit.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta’ April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)   ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-annotazzjoni għall-Fenossimetilpeniċillina fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċi tal-annimali

MRL

Tessuti kkonċernati

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Fenossimetilpeniċillina

Fenossimetilpeniċillina

Il-porċini

25  μg/kg

Il-muskoli

L-EBDA ANNOTAZZJONI

Aġenti li jaġixxu kontra l-infezzjonijiet/Antibijotiċi”

25  μg/kg

Il-fwied

25  μg/kg

Il-kliewi

It-tjur tal-irziezet

25  μg/kg

Il-muskoli

25  μg/kg

Ix-xaħam u l-ġilda

25  μg/kg

Il-fwied

25  μg/kg

Il-kliewi

25  μg/kg

Il-bajd


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 85/2012

tal-1 ta’ Frar 2012

li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza altrenogest

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandhom ikunu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Fil-preżent, is-sustanza altrenogest hija inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata. għall-ispeċi porċini, applikabbli għall-ġilda, ix-xaħam, u l-fwied, u għall-ispeċi ekwini, applikabbli għax-xaħam u l-fwied.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-modifikazzjoni tal-annotazzjoni eżistenti għall-altrenogest.

(5)

Ġiet ipprovduta u vvalutata dejta addizzjonali li wasslet biex il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju jirrakomanda l-modifika tal-LMR attwali għall-altrenogest.

(6)

L-annotazzjoni għall-altrenogest fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-LRM ġodda stabbiliti.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta’ April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)   ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-annotazzjoni għas-sustanza Altrenogest tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċi tal-annimali

MRL

Tessuti kkonċernati

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Altrenogest

Altrenogest

Porċini

4  μg/kg

Ix-xaħam u l-ġilda

Għall-użu żootekniku biss u skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/22/KE.

Aġenti li jaġixxu fuq is-sistema riproduttiva”

2  μg/kg

Il-fwied

Ekwini

4  μg/kg

Ix-xaħam

4  μg/kg

Il-fwied


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 86/2012

tal-1 ta’ Frar 2012

li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fejn tidħol is-sustanza Lasaloċidu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Bħalissa l-lasaloċidu hu inkluż fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħal sustanza approvata għall-speċi tat-tjur, applikabbli għall-muskoli, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-bajd.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-estensjoni tal-annotazzjoni eżistenti biex tinkludi l-ispeċi tal-bovini.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda l-estensjoni ta' dik l-annotazzjoni biex tkopri l-ispeċi tal-bovini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, ħlief l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(6)

L-annotazzjoni għal-lasaloċidu fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi l-ispeċi tal-bovini.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL il-ġdid stabbilit.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta' April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)   ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-annotazzjoni għal-lasaloċidu fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwu

L-ispeċi tal-Annimal

MRL

Tessuti Kkonċernati

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

"Lasaloċidu

Lasaloċidu A

It-tjur

20  μg/kg

Il-muskoli

L-EBDA ANNOTAZZJONI

Aġenti li jaġixxu kontra l-infezzjonijiet/Antibijotiċi"

100  μg/kg

Ix-xaħam u l-ġilda

100  μg/kg

Il-fwied

50  μg/kg

Il-kliewi

150  μg/kg

Il-bajd

Il-bovini

10  μg/kg

Il-muskoli

Mhux għall-użu f’annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem

20  μg/kg

Ix-xaħam

100  μg/kg

Il-fwied

20  μg/kg

Il-kliewi


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 87/2012

tal-1 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva kletodim

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/21/UE (2) il-kletodim kien inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE għall-użijiet bħala erbiċida fuq il-pitravi taz-zokkor. Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza titqies bħala approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (3).

(2)

Fl-14 ta’ Frar 2011 Arysta LifeScience, li fuq talba tagħha l-kletodim kienet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ippreżentat applikazzjoni għal emenda fil-kondizzjonijiet tal-inklużjoni tal-kletodim biex ikun permess l-użu tagħha bħala erbiċida fuq ħxejjex oħra barra il-pitravi taz-zokkor. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali. L-applikazzjoni tressqet lill-Pajjiżi Baxxi, li kienu nħatru bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 (4).

(3)

Il-Pajjiżi l-Baxxi vvalutaw l-informazzjoni addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparaw addendum għall-abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni. Dawn ippreżentaw dan l-addendum lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Marzu 2011. Il-Pajjiżi l-Baxxi kkomunikaw l-addendum lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) għall-kummenti u għaddew il-kummenti li kienu waslulhom lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtorità organizzat konsultazzjoni tal-esperti dwar l-addendum għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Fil-15 ta’ Ottubru 2011 l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha lill-applikant, l-Istati Membri u l-Kummissjoni u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. Wara li tqiesu l-kummenti li waslulha mill-applikant, l-Awtorità mmodifikat il-konklużjoni tagħha. Hi ppreżentat il-konklużjoni modifikata tagħha lill-applikant, l-Istati Membri u l-Kummissjoni u għamlitha disponibbli għall-pubbliku fit-18 ta’ Novembru 2011 (5).

(5)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport tal-analiżi għall-kletodim. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(6)

L-addendum għall-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fid-9 ta' Diċembru 2011 fil-format tar-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni għall-kletodim.

(7)

Deher mill-eżamijiet varji mwettqa li r-restrizzjoni għall-pitravi taz-zokkor tal-użu tal-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li jikkonsistu minn jew fihom kletodim tista’ titneħħa.

(8)

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 49.

(3)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(4)   ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(5)  Il-konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva kletodim. EFSA Journal 2011; 9(10):2417. [99pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2417. Jinstab fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ringiela 329 dwar is-sustanza attiva kletodim għandha tiġi emendata b’dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“329

Kletodim

Nru tal-CAS 99129-21-2

Nru CIPAC 508

(5RS)-2-(1EZ)-1-[(2E)-3-kloroallilossimino]propil-5-[(2RS)-2-(etiltijo)propil]-3-idrossiċikloeks-2-en-1-on

≥ 930 g/kg

Impuritajiet:

tolwen massimu ta’ 4 g/kg

l-1 ta’ Ġunju 2011

il-31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-kletodim u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-9 ta’ Diċembru 2011.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi, għasafar u mammiferi, u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' miżuri adegwati ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jitressaq tagħrif ta' konferma, fuq il-bażi tal-iktar tagħrif xjentifiku reċenti, rigward:

il-valutazzjonijiet tal-espożizzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art,

id-definizzjoni tar-residwu għall-valutazzjoni tar-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat dan it-tagħrif ta' konferma lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2013.”


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 88/2012

tal-1 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet pubbliċi assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta' Ġunju 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista ta’ persuni jew entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi, b’referenza għall-paragrafu 23(b) tar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, fis-6 ta’ Diċembru 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista.

(3)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom hemm attribwiti funzjonijiet speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament. Din il-lista għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-Greċja u l-Ungerija.

(4)

L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru. 1210/2003 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)   ĠU L 169, 8.7.2003; p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 131/2011 (ĠU L 41, 15.2.2011, p. 1).


ANNESS I

Il-persuni fiżiċi, korpi jew entitajiet li ġejjin għandhom jitneħħew mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003:

(1)

Nabil Victor Karam. Data tat-twelid: 1954. Indirizzi: (a) C/o Trading and Transport Services, Al-Razi Medical Complex, Jabal Al-Hussein, Amman, Jordan, (b) C/o Alfa Company Limited for International Trading and Marketing, P.O. Box 910606, Amman 11191, Jordan. Nazzjonalità: Libaniża.

(2)

Hikmat Jarjes Bahnam (magħruf ukoll bħala Hikmat Gargees). Indirizz: Bagdad, Iraq. Nru tal-Passport 035667 (Iraqi).

(3)

Tarik Nasser S. Al Obaidi (magħruf ukoll bħala (a) Tarik al'Ubaydi, (b) Tariq al'Ubaydi). Data tat-twelid: 1945. Post tat-twelid: Bagdad, Iraq. Indirizz: Bagdad, Iraq. Nru tal-Passport 212331 (Iraqi).


ANNESS II

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-indirizz tal-websajt għal informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti taħt l-intestatura ‘Il-GREĊJA’ għandu jinbidel b’dan:

‘http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html’

(2)

L-indirizz tal-websajt għal informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti taħt l-intestatura ‘L-UNGERIJA’ għandu jinbidel b’dan:

‘http://www.kormany.hu/download/5/35/50000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf’


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 89/2012

tal-1 ta’ Frar 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

138,3

MA

56,0

TN

80,7

TR

103,8

ZZ

94,7

0707 00 05

EG

217,9

JO

200,0

MA

148,6

TR

185,0

ZZ

187,9

0709 91 00

EG

317,7

ZZ

317,7

0709 93 10

MA

103,7

TR

160,6

ZZ

132,2

0805 10 20

EG

51,7

MA

54,6

TN

59,4

TR

65,2

ZZ

57,7

0805 20 10

IL

185,7

MA

83,5

ZZ

134,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

61,2

EG

88,5

IL

107,4

JM

118,0

KR

91,8

MA

71,4

PK

55,0

TR

99,1

ZZ

86,6

0805 50 10

EG

69,0

TR

54,8

ZZ

61,9

0808 10 80

CA

118,4

CL

98,4

CN

90,2

US

157,1

ZZ

116,0

0808 30 90

CN

52,7

TR

95,1

US

164,8

ZA

93,2

ZZ

101,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Jannar 2012

dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar id-DNA fir-Repubblika Ċeka

(2012/58/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

U kif meħtieġ, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irrid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota.

(4)

Ir-Repubblika Ċeka infurmat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-fajls nazzjonali tal-analiżi tad-DNA li għalihom japplikaw l-Artikolu 2 sa 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u l-kondizzjonijiet għall-konsultazzjoni awtomatizzata kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 36(2) ta’ dik id-Deċiżjoni.

(5)

F’konformità mal-Kapitolu 4, punt 1.1, tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data.

(6)

Ir-Repubblika Ċeka lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju tad-data dwar id-DNA.

(7)

Ir-Repubblika Ċeka wettqet b’suċċess eżerċizzju pilota mas-Slovakkja.

(8)

Saret żjara ta’ evalwazzjoni fir-Repubblika Ċeka u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Slovakka u ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(9)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-eżerċizzju pilota fir-rigward tal-iskambju tad-data dwar id-DNA,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tiftix u l-paragunar awtomatizzati tad-data dwar id-DNA, ir-Repubblika Ċeka implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata tirċievi u tissuplixxi data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ dik id-Deċiżjoni mil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GJERSKOV


(1)   ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Jannar 2012

li taħtar tliet membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

(2012/59/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Marzu 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/250/KE (2) sabiex jaħtar tliet membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (“il-Bord”) għal perijodu ta’ tliet snin mit-23 ta’ Marzu 2009.

(2)

Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru tliet membri ġodda sabiex jassumu l-funzjonijiet tagħhom meta jiskadu l-mandati li bdew fit-23 ta’ Marzu 2009.

(3)

Taħt l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE, il-membri tal-Bord għandhom jintgħażlu minn fost esperti li għandhom kompetenza eċċellenti fil-qasam tal-istatistika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura bħala l-membri li jirrappreżentaw lill-Kunsill fil-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika, għal perijodu ta’ tliet snin mit-23 ta’ Marzu 2012:

 

Mr Günter KOPSCH.

 

Ms Pilar MARTÍN-GUZMÁN.

 

Mr Edvard OUTRATA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)   ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.

(2)   ĠU L 74, 20.3.2009, p. 31.


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Jannar 2012

li taħtar seba' membri tal-Qorti tal-Awdituri

(2012/60/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandati tas-Sur Olavi ALA-NISSILÄ, is-Sur Vítor Manuel de SILVA CALDEIRA, is-Sur Morten LEVYSOHN, is-Sur Eoin O’SHEA, is-Sur Karel PINXTEN, is-Sur Massimo VARI, u s-Sur H.G. WESSBERG jiskadu fid-29 ta’ Frar 2012.

(2)

Għaldaqstant għandhom isiru ħatriet ġodda,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin bħala membri tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2012 sat-28 ta’ Frar 2018:

Is-Sur Kevin CARDIFF

Is-Sur Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA,

Is-Sur Ville ITÄLÄ,

Is-Sur Henrik OTBO,

Is-Sur Karel PINXTEN,

Is-Sur Pietro RUSSO,

Is-Sur H.G. WESSBERG.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  L-Opinjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Jannar 2012

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank

(2012/61/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2011/22) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom ikunu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tad-De Nederlandsche Bank intemm wara l-verifka kontabbli għas-sena finanzjarja tal-2011. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Id-De Nederlandsche Bank għażel lil Deloitte Accountants B.V. bħala l-awdituri estern tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2018.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte Accountants B.V. jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Deloitte Accountants B.V. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)   ĠU C 367, 16.12.2011, p. 1.

(2)   ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Jannar 2012

li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/62/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Jordi BAYONA LLOPIS sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Esteban MAS PORTELL, Delegado del Gobierno de las Illes Balears en Bruselas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Ottubru 2011

Għajnuna mill-Istat SA. 30931 (C/11) – ir-Rumanija

Skema tal-għajnuna għall-investiment tal-infrastruttura tat-trasport bl-ajru

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7863)

(It-test Rumen biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/63/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ komunikazzjoni elettronika tas-17 ta’ Mejju 2010, l-awtoritajiet tar-Rumanija għarrfu lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “TFUE”), skema ta’ għajnuna li tipprovdi sostenn pubbliku favur l-ajruporti reġjonali. L-avviż ġie rreġistrat bin-numru tal-każ N 185/10.

(2)

Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar il-miżura proposta fit-23 ta’ Ġunju 2010, fis-7 t’Ottubru 2010, fit-3 ta’ Diċembru 2010 u fis-17 ta’ Marzu 2011. L-awtoritajiet tar-Rumanija għaddew l-informazzjoni mitluba fit-22 ta’ Lulju 2010, fis-27 t’Ottubru 2010, fl-20 ta’ Jannar 2011 u fil-5 t’April 2011.

(3)

Fil-15 ta’ Settembru 2010 l-awtoritajiet tar-Rumanija infurmaw lill-Kummissjoni dwar xi bidliet fl-iskema notifikata, b’mod partikolari fir-rigward tan-numru tal-benefiċjarji.

(4)

B’íttra tal-24 ta’ Mejju 2011 il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-Rumanija li ddeċìdiet li tniedi l-proèdura ta’ investigazzjoni formali pprovduta mill-Artikolu 108(2) tat-TFUE rigward l-għajnuna notifikata u l-miżuri l-oħra favur l-ajruporti (minn hawn ’il quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”) (1) Il-Kummissjoni sussegwentement adottat retifika għal dik id-deċiżjoni fit-23 ta’ Ġunju 2011.

(5)

Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(6)

B’ittri tas-27 ta’ Ġunju 2011, tal-5 ta’ Lulju 2011, u d-19 t’Awwissu 2011, ir-Rumanija ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni.

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand tliet partijiet interessati, jiġifieri Carpatair (linja tal-ajru li topera fl-ajruport ta’ Timișoara), l-ajruport ta’ Cluj-Napoca u l-Assoċjazzjoni Rumena tal-Ajruporti. Il-kummenti tal-partijiet interessati kienu marbuta kemm mal-iskema notifikata kif ukoll mal-finanzjament pubbliku addizzjonali mogħti lill-ajruporti sa mill-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE sabiex ikun kopert it-telf operattiv.

(8)

B’ittri ddatati is-16 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni għaddiet il-kummenti tal-partijiet interessati lir-Rumanija.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA NOTIFIKATA

(9)

Il-miżura notifikata tikkonċerna l-iffinanzjar pubbliku ta’ investimenti tal-infrastruttura f’ajruporti reġjonali żgħar.

(10)

Il-miżura notifikata għandha l-għan li tagħti appoġġ biex jiġu segwiti l-istandards ta’ sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti reġjonali tar-Rumanija, l-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport bl-ajru sigura u vijabbli, u l-aċċessibbiltà imtejba u l-iżvilupp reġjonali.

(11)

Waqt il-fażi ta’ valutazzjoni preliminari, l-awtoritajiet tar-Rumanija ċċaraw li l-ajruporti reġjonali fir-Rumanija ġeneralment jagħmlu t-telf u li t-telf operattiv tagħhom huwa kopert kull sena mill-Istat. L-awtoritajiet tar-Rumanija pprovdew lill-Kummissjoni b’lista komprensiva dwar il-finanzi pubbliċi li kienu disponibbli lill-ajruporti fil-kategorija D sa mill-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE.

(12)

L-awtoritajiet tar-Rumanija indikaw li s-sussidji mogħtija kull sena lill-ajruporti laħaq, għall-biċċa l-kbira, il-livell tal-għajnuna eżentata mill-ħtieġa tan-notifika meħtieġa bbażata fuq id-Deċiżjoni 2005/842/KE tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE (issa Artikolu 106(2) TFUE) rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (3) (minn issa ’l quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni SGEI”).

(13)

L-unika eċċezzjoni tkun l-iffinanzjar pubbliku mogħti lill-ajruport ta’ Timișoara, li skont l-awtoritajiet tar-Rumanija, mhumiex għajnuna mill-Istat minħabba li l-miżura tikkonforma mat-test ta’ investitur f’ekonomija tas-suq. L-iffinanzjar pubbliku mogħti lill-ajruport ta’ Timișoara għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni.

3.   IRTIRAR TAN-NOTIFIKA

(14)

B’ittra ddatata l-25 ta’ Lulju 2011, l-awtoritajiet tar-Rumanija rtiraw in-notifika tagħhom skont SA. 30931 dwar l-iskema finanzjarja għall-investimenti ta’ infrastruttura fl-ajruporti reġjonali żgħar tar-Rumanija. L-awtoritajiet tar-Rumanija ħabbru l-intenzjoni tagħhoma li jiffinanzjaw ajruporti bħal dawn li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Linji gwida tal-Komunità dwar l-iffinanzjar tal-ajruporti u l-għajnuna inizjali lil-linji tal-ajru li jitilqu mill-ajruporti reġjonali (4) (minn issa ’l quddiem jissejħu “il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni”) u d-Deċiżjoni SGEI’.

(15)

Il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jagħrfu li ċerti attivitajiet imwettqa mill-ajruporti, u f’każijiet ta’ eċċezzjoni anke l-immaniġġjar globali ta’ ajruport, jistgħu jkunu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (minn issa ’l quddiem imsejħa “SGEI”). F’każ bħal dan, l-awtorità pubblika timponi fuq l-operatur tal-ajruport xi obbligi tas-servizz pubbliku u tal-aħħar jista’ jiġi kumpensat għall-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mit-twettiq ta’ dawk l-obbligi.

(16)

Id-Deċiżjoni SGEI tapplika għall-kumpensi tas-servizz pubbliku mogħtija lill-intrapriżi b’fatturat medju annwali qabel it-taxxa, bl-attivitajiet kollha inklużi, ta’ anqas minn EUR 100 miljun matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik is-sena li fiha ġie assenjat is-servizz ta’ interess ekonomiku, li jirċievu kumpens annwali, għas-servizz in kwistjoni, ta’ anqas minn EUR 30 miljun, kif ukoll il-kumpensi tas-servizz pubbliku għall-ajruporti bi fluss annwali medju li ma jaqbiżx il-miljun passiġġier matul is-sentejn finanzjarji tas-sena ta’ qabel dik is-sena li fiha ġie assenjat is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni SGEI, il-kumpensi tas-servizz pubbliku huma kompatibbli mas-suq intern u eżentati mill-ħtieġa tan-notifika provduta mill-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(17)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 (issa Artikolu 88) tat-Trattat tal-KE (5) Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament imsemmi hawn fuq, f’każijiet fejn il-Kumissjoni tkun fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni għandha tagħlaq il-proċedura.

(18)

Minħabba l-fatt li r-Rumanija rtirat in-notifika tagħha u se tiffinanzja l-ajruporti reġjonali b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Linji gwdia tal-Avjazzjoni u tad-Deċiżjoni SGEI, il-Kummissjoni ddeċidiet tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-miżura notifikata.

(19)

Din id-deċiżjoni hija bla preġudizzju għall-miżuri l-oħrajn li jikkostitwixxu l-iskop tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni. Għaldaqstant, l-investigazzjoni formali marbuta ma’ dawk il-miżuri għandha ma tlestietx.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq parzjalment il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-iskema notifikata li tipprovdi għall-finanzjament pubbliku l-appoġġ fit-titjib tal-infrastruttura fl-ajruporti reġjonali żgħar, bħalma r-Rumanija rtirat in-notifika tagħha dwar il-proġett in kwistjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tirrigwarda kemm l-iskema notifikata għall-iffinanzjar pubbliku biex jappoġġja l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ajruport fl-ajruporti reġjonali ż-żgħar, kif ukoll l-iffinanzjar pubbliku sabiex ikopri t-telf operattiv mogħti lil ċerti ajruporti.

(2)   ĠU C 207, 13.7.2011, p. 3.

(3)   ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67.

(4)   ĠU L 312, 9.12.2005, p. 1.

(5)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.