ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.028.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 28

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
31ta' Jannar 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 64/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012 tal-24 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 64/2012

tat-23 ta’ Jannar 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għat-tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(7) tal-istess Direttiva,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet għat-tibdil rigward l-emissjonijiet tagħhom u jistabbilixxi r-regoli għall-konformità tal-użu, id-durabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD), il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

(2)

Skont l-Artikolu 3(15) tal-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-vetturi u l-magni għandhom jingħataw approvazzjoni skont it-tip biss b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu meta l-proċeduri tal-kejl għall-kejl tan-numru PM kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, kull dispożizzjoni speċifika dwar il-magni multi-setting li huma meħtieġa u d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 ikunu ġew adottati. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 sabiex jinkludi dawn ir-rekwiżiti.

(3)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (4) għandhom jiġu applikati mutatis mutandis. Għalhekk, huwa xieraq li jiżdiedu ma’ dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Madankollu, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu adattati biex jiġu kkunsidrati l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi heavy-duty.

(4)

B’mod partikolari, huwa xieraq li jiġu adottati proċeduri speċifiċi għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji. Huwa xieraq ukoll li jiġu adottati rekwiżiti u proċeduri speċifiċi għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi fil-każ ta’ adattamenti tal-klijenti u għall-produzzjoni ta’ volum żgħir. Finalment, huwa xieraq li ssir referenza għall-istandards speċifiċi għall-ipprogrammar mill-ġdid żviluppati għall-vetturi heavy-duty.

(5)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tista’ tkun ta’ piż kbir wisq għall-manifatturi tal-vetturi f’terminu qasir rigward ċerti sistemi li jiġu trasferiti minn tipi ta’ vetturi qodma għal tipi ta’ vetturi ġodda. Għalhekk huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti derogi limitati mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

(6)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għall-finijiet tad-disinn u l-manifattura ta’ tagħmir li jitħarrek minnu nnifsu għal vetturi li jużaw fjuwils alternattivi għandhom jiġu stabbiliti malli l-approvazzjoni tat-tip ta’ dan it-tagħmir issir possibbli.

(7)

Skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-installazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (5), it-tagħmir li jillimita l-veloċità għandu jiġi installat minn stabbilimenti jew korpi approvati mill-Istati Membri. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar tagħmir ta’ reġistrazzjoni għat-trasport fit-triq (6), l-istabbilimenti approvati biss jistgħu jagħmlu kalibrazzjoni fuq tagħmir ta’ reġistrazzjoni fil-vetturi bil-mutur. Għalhekk huwa xieraq li tiġi eskluża l-informazzjoni dwar l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ unitajiet ta’ kontroll għal tagħmir li jillimta l-veloċità u tagħmir ta’ reġistrazzjoni mid-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punti li ġejjin (42), (43) u (44) huma miżjuda:

“(42)

‘adattament għall-klijent’ tfisser kull tibdil li jsir fuq vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata magħmul fuq talba speċifika ta’ klijent u soġġett għall-approvazzjoni;

(43)

‘informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura’ tfisser informazzjoni dwar sistema dijanjostika abbord għal kwalunkwe sistema elettronika fil-vettura;

(44)

‘sistema ta’ trasferiment’ tfisser sistema, kif stabbilit fl-Artikolu 3(23) tad-Direttiva 2007/46/KE, li tiġi trasferita minn tipi ta’ vetturi qodma għal tipi ta’ vetturi ġodda.”.

(2)

L-Artikoli 2a sa 2h li ġejjin għandhom jiġu inklużi:

“Artikolu 2a

Aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

1.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-Anness XVII għal dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi hija aċċessibbli f’websajts billi jintuża format standardizzat b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u malajr, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. Il-manifatturi għandhom jagħmlu materjal ta’ taħriġ għad-dispożizzjoni ta’ operaturi indipendenti u għall-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati.

2.   L-awtoritajiet ta’ approvazzjoni għandhom jagħtu biss approvazzjoni tat-tip wara li jirċievu mingħand il-manifattur Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi.

3.   Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi għandu jservi bħala prova ta’ konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

4.   Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi għandu jitħejja skont il-mudell stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness XVII.

5.   L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata li għalihom huwa responsabbli l-manifattur;

(b)

il-manwali tal-manutenzjoni, inklużi rekords ta’ servizz u manutenzjoni;

(ċ)

il-manwali tekniċi;

(d)

l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta’ kejl);

(e)

il-pjanti tas-sistemi tal-wajers;

(f)

il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat, inklużi l-kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur;

(g)

in-numru tal-identifikazzjoni għall-kalibrazzjoni tas-softwer applikabbli għal tip ta’ vettura;

(h)

l-informazzjoni pprovduta li tikkonċerna, u li tkun twasslet permezz ta’, għodda u tagħmir bi drittijiet esklussivi

(i)

l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-dejta u d-dejta bidirezzjonali ta’ monitoraġġ u ttestjar;

(j)

unitajiet ta’ ħidma standard jew perjodi ta’ żmien għal xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni jekk jitpoġġew, direttament jew permezz ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni tan-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati tal-manifattur;

(k)

fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, l-informazzjoni mitluba fl-Artikolu 2b.

6.   In-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta’ manifattur ta’ vettura partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet fejn jipprovdu servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi li fir-rigward tagħhom mhumiex membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur tal-vettura.

7.   L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema tal-informazzjoni

8.   Għall-manifattura u r-reviżjoni ta’ parts ta’ tibdil jew parts għall-manutenzjoni kompatibbli mal-OBD u għodda dijanjostiċi u tagħmir għall-ittestjar, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-OBD rilevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi fuq bażi mhux diskriminatorja lil kull manifattur jew sewwej interessat tal-komponenti, għodod dijanjostiċi jew tagħmir għall-ittestjar.

9.   Il-manifattur għandu jagħmel l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi disponibbli fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għas-sewwejja awtorizzati.

10.   Fejn ir-rekords tat-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vettura jinżammu f’bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifattur tal-vettura jew f’ismu, is-sewwejja indipendenti, li jkunu ġew approvati u awtorizzati kif meħtieġ fit-Taqsima 2.2 tal-Anness XVII, għandu jkollhom aċċess bla ħlas għal dawn ir-rekords u bl-istess kundizzjonijiet tas-sewwejja awtorizzati sabiex ikunu jistgħu jdaħħlu informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu għamlu.

11.   Il-manifattur għandu jagħmel għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni rilevanti li tippermetti l-iżvilupp tal-komponenti ta’ tibdil li huma ferm importanti għall-funzjonament korrett tas-sistema OBD;

(b)

informazzjoni li tippermetti l-iżvilupp ta’ għodod dijanjostiċi ġeneriċi.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-iżvilupp tal-komponenti ta’ tibdil ma għandux ikun ristrett minn xi fattur li ġej:

(a)

in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni pertinenti;

(b)

ir-rekwiżiti tekniċi relatati mal-istrateġiji għall-indikazzjoni ta’ funzjonament ħażin jekk jinqabżu l-limiti tal-OBD jew jekk is-sistema OBD ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti bażiċi ta’ monitoraġġ tal-OBD ta’ dan ir-Regolament;

(ċ)

modifikazzjonijiet speċifiċi għall-immaniġġjar tal-informazzjoni dwar l-OBD sabiex it-tħaddim tal-vettura fuq il-petrol jew fuq il-gass ikun trattat b’mod indipendenti;

(d)

l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi li jaħdmu bil-gas li jinkludu numru limitat ta’ nuqqasijiet żgħar.

Għall-finijiet tal-punt (b), tal-ewwel subparagrafu, fejn il-manifatturi jużaw għodod dijanjostiċi u tal-ittestjar skont l-ISO 22900 Interfaċċja Modulari tal-Komunikazzjonijiet tal-Vettura (MVCI - Modular Vehicle Communication Interface) u l-ISO 22901 L-Iskambju Miftuħ ta’ Dejta Dijanjostika (ODX — Open Diagnostic Data Exchange) fin-netwerks konċessjonarji tagħhom, il-fajls ODX għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi indipendenti permezz tal-websajt tal-manifattur.

Artikolu 2b

Approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji

1.   Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, kif stabbilit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-manifattur finali għandu jkun responsabbli biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi rigward l-istadju (l-istadji) tal-manifattura tiegħu u l-link għall-istadju (l-istadji) ta’ qabel.

Barra minn hekk, il-manifattur finali għandu jipprovdi lill-operaturi indipendenti l-informazzjoni li ġejja fil-websajt tiegħu:

(a)

l-indirizz tal-websajt tal-manifattur(i) responsabbli għall-istadju (l-istadji) ta’ qabel;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-manifatturi kollha reponsabbli għall-istadju (l-istadji) ta’ qabel;

(ċ)

in-numru (in-numri) tal-approvazzjoni tat-tip tal-istadju (l-istadji) ta’ qabel;

(d)

in-numru tal-magna.

2.   Kull manifattur responsabbli għal stadju jew stadji partikolari tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun responsabbli biex jipprovdi, permezz tal-websajt tiegħu, aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi rigward l-istadju (l-istadji) tal-approvazzjoni tat-tip li huwa responsabbli għaliha u l-link għall-istadju (l-istadji) ta’ qabel.

3.   Il-manifattur responsabbli għal stadju jew stadji partikolari tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun responsabbli biex jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-manifattur responsabbli mill-istadju li jkun imiss:

(a)

iċ-Ċertifikat ta’ Konformità rigward l-istadju (l-istadji) li huwa responsabbli minnhom;

(b)

Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi, inklużi l-appendiċijiet tiegħu;

(ċ)

in-numru tal-approvazzjoni tat-tip li jikkorrispondi mal-istadju (l-istadji) li huwa responsabbli minnhom;

(d)

id-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) kif stabbilit mill-manifattur(i) involut(i) fl-istadju (l-istadji) ta’ qabel.

Kull manifattur għandu jawtorizza lill-manifattur responsabbli mill-istadju li jkun imiss biex dan jgħaddi d-dokumenti mogħtija lill-manifatturi responsabbli għall-istadji sussegwenti u għall-istadju finali.

Barra minn hekk, fuq bażi kuntrattwali, il-manifattur responsabbli minn stadju jew stadji partikolari tal-approvazzjoni tat-tip għandu:

(a)

jagħti lill-manifattur responsabbli għall-istadju li jkun imiss aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u informazzjoni dwar l-interfaċċja li tikkorrispondi għall-istadju (l-istadji) partikolari li huwa responsabbli minnu (minnhom);

(b)

jagħti, meta mitlub mill-manifattur responsabbli minn stadju sussegwenti tal-approvazzjoni tat-tip, aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u informazzjoni dwar l-interfaċċja li tikkorrispondi għall-istadju (l-istadji) partikolari li huwa responsabbli minnu (minnhom).

4.   Manifattur, inkluż il-manifattur finali, jista’ jitlob ħlas biss skont l-Artikolu 2f dwar l-istadju (l-istadji) partikolari li huwa responsabbli minnu (minnhom).

Manifattur, inkluż il-manifattur finali, ma għandux jitlob ħlas jekk jipprovdi informazzjoni dwar l-indirizz tal-websajt jew id-dettalji tal-kuntatt ta’ kwalunkwe manifattur ieħor.

Artikolu 2c

Adattamenti għall-klijent

1.   Permezz ta’ deroga tal-Artikolu 2a, jekk in-numru ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għall-adattament speċifiku għall-klijent ikun inqas minn total ta’ 250 unità prodotti fuq livell dinji, l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għall-adattament għall-klijent għandha tingħata b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u fil-pront, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati.

Għall-manutenzjoni u l-ipprogrammar mill-ġdid tal-unitajiet elettroniċi tal-kontroll rigward l-adattament għall-klijent, il-manifattur għandu jagħmel l-għodda dijanjostika jew it-tagħmir tal-ittestjar speċjalizzati bi dritt esklussiv rispettivi għad-dispożizzjoni ta’ operaturi indipendenti kif dawn jingħataw lis-sewwejja awtorizzati.

L-adattamenti għall-klijenti għandhom jitniżżlu fuq il-websajt tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi tal-manifattur u msemmija fiċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi meta ssir l-approvazzjoni tat-tip.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2015, jekk in-numru ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għal adattament speċifiku għall-klijent ikun ogħla minn 250 unità fuq livell dinji, il-manifattur jista’ jidderoga mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 2a biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi billi jagħmel użu minn format standardizzat. Fejn il-manifattur jagħmel użu minn din it-tip ta’ deroga, huwa għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u fil-pront, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati.

3.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-għodda dijanjostika jew it-tagħmir tal-ittestjar speċjalizzati bi dritt esklussiv biex jagħmlu manutenzjoni tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi adattati għall-klijent, għad-dispożizzjoni tal-operaturi indipendenti permezz ta’ bejgħ u kiri.

4.   Il-manifattur għandu jsemmi fiċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi meta ssir l-approvazzjoni tat-tip, l-adattamenti għall-klijent li għalihom l-obbligu msemmi fl-Artikolu 2a li jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bl-użu ta’ format standardizzat, jiġi derogat minn kull unità elettronika tal-kontroll relatata magħhom.

Dawk l-adattamenti għall-klijent u kull unità elettronika tal-kontroll relatata magħhom għandhom jitniżżlu wkoll fil-websajt bl-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi tal-manifattur.

Artikolu 2d

Manifatturi ta’ volum żgħir

1.   Permezz ta’ deroga tal-Artikolu 2a, dawk il-manifatturi li l-produzzjoni annwali tagħhom ta’ tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata soġġetti għal dan ir-Regolament hija inqas minn 250 unità, għandhom jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u fil-pront, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati.

2.   Il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata soġġetti għall-paragrafu 1 għandhom jitniżżlu fil-websajt tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-manifattur.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kull approvazzjoni tat-tip mogħtija lill-manifatturi ta’ volum żgħir.

Artikolu 2e

Sistemi ta’ trasferiment

1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2016, fir-rigward tas-sistemi ta’ trasferiment imniżżla fl-Appendiċi 3 tal-Anness XVII, il-manifattur jista’ jidderoga mill-obbligu li jerġa’ jipprogramma l-unitajiet elettroniċi tal-kontroll skont l-istandards imsemmija fl-Anness XVII.

Deroga bħal din għandha tiġi indikata fiċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi meta ssir l-approvazzjoni tat-tip.

Is-sistemi li minħabba fihom manifattur jidderoga mill-obbligu li jerġa’ jipprogramma l-unitajiet elettroniċi tal-kontroll skont l-istandards imsemmija fl-Anness XVII għandhom jitniżżlu fil-websajt tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tiegħu.

2.   Għall-manutenzjoni u l-ipprogrammar mill-ġdid tal-unitajiet elettroniċi tal-kontroll fis-sistemi ta’ trasferiment li minħabba fihom manifattur jidderoga mill-obbligu li jerġa’ jipprogramma l-unitajiet elettroniċi tal-kontroll skont l-istandards imsemmija fl-Anness XVII, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-għodda jew it-tagħmir rispettiv bi dritt esklussiv jistgħu jinxtraw jew jinkrew minn operaturi indipendenti.

Artikolu 2f

Ħlas għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

1.   Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlas xieraq u proporzjonat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi koperta b’dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-ħlas għandu jiġi kkunsidrat li mhux xieraq u mhux proporzjonat jekk ikun ta’ skoraġġiment għall-aċċess billi ma jikkunsidrax kemm l-operatur indipendenti jista’ jagħmel użu minnu.

2.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, inklużi s-servizzi ta’ tranżazzjoni bħall-ipprogrammar mill-ġdid jew l-assistenza teknika, fuq bażi ta’ sigħat, ġranet, xhur, u snin, bi ħlas għall-aċċess għall-informazzjoni bħal din li jvarja skont il-perjodi ta’ żmien rispettivi li għalihom jingħata dan l-aċċess.

Barra mill-aċċess skont iż-żmien, il-manifatturi jistgħu joffru aċċess skont it-tranżazzjoni, li għalih jintalab ħlas għal kull tranżazzjoni u mhux skont il-ħin ta’ kemm jingħata l-aċċess. Fejn jiġu offruti ż-żewġ sistemi ta’ aċċess mill-manifatturi, is-sewwejja indipendenti għandhom jagħżlu l-aktar sistema ta’ aċċess li jippreferu, li tista’ tkun skont il-ħin jew skont it-tranżazzjoni.

Artikolu 2g

Konformità mal-obbligi rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

1.   Kull awtorità tal-approvazzjoni tista’, fi kwalunkwe ħin, kemm jekk fuq inizjattiva tagħha, jekk jinqala’ xi lment, jew skont valutazzjoni minn servizz tekniku, tiċċekkja l-konformità ta’ manifattur mar-Regolament (KE) Nru 595/2009, dan ir-Regolament, u t-termini taċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi.

2.   Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-manifattur mhuwiex konformi mal-obbligi rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip rilevanti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu t-tneħħija jew is-sospensjoni tal-approvazzjoni tat-tip, multi, jew miżuri oħra adottati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha mbagħad tagħmel verifika biex tiċċekkja l-konformità tal-manifattur mal-obbligi li jikkonċernaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, jekk operatur indipendenti jew assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta l-operaturi indipendenti jagħmlu lment lill-awtorità tal-approvazzjoni.

4.   Meta ssir il-verifika, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ titlob servizz tekniku jew espert indipendenti ieħor biex jagħmel valutazzjoni biex jivverifika jekk dawn l-obbligi jkunux issodisfati.

Artikolu 2h

Forum dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar il-Vetturi

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-Forum dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar il-Vetturi stabbilit skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (*1) għandhom jiġu estiżi għall-vetturi koperti bir-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Jekk ikun hemm evidenza ta’ użu ħażin bi ħsieb jew mhux intenzjonat tal-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, il-Forum għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex ma jsirx użu ħażin tal-informazzjoni bħal dan.

(*1)   ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.” "

(3)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex tingħata approvazzjoni tat-tip KE ta’ sistema ta’ magna jew familja ta’ magni bħala unità teknika separata, approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura b’sistema approvata fir-rigward ta’ emissjonijiet u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, jew approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ emissjonijiet u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, il-manifattur għandu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, juri li l-vetturi jew is-sistemi ta’ magni huma soġġetti għat-testijiet u li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u 14 u fl-Annessi minn III sa VIII, X, XIII, XIV u XVII. Il-manifattur għandu jiżgura wkoll il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza stabbiliti fl-Anness IX.”;

(b)

Jiġu introdotti l-paragrafi 1a, 1b u 1c li ġejjin:

“1a.   Jekk l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi ma tkunx disponibbli, jew ma tkunx konformi mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, l-Artikolu 2a u, fejn rilevanti, l-Artikoli 2b, 2c u 2d ta’ dan ir-Regolament, u l-Anness XVII ta’ dan ir-Regolament, meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi dik l-informazzjoni f’sitt xhur mid-data stabbilita fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 jew fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tat-tip, skont liema data tiġi aktar tard.

1b.   L-obbligi li tingħata informazzjoni fid-dati msemmija fil-paragrafu 1a għandhom japplikaw biss jekk, wara l-approvazzjoni tat-tip, il-vettura titqiegħed fis-suq.

Fejn il-vettura titqiegħed fis-suq għal aktar minn sitt xhur wara l-approvazzjoni tat-tip, l-informazzjoni għandha tingħata fid-data meta l-vettura titqiegħed fis-suq.

1c.   L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tassumi li l-manifattur għamel arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, skont Ċertifikat komplut ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi, dejjem jekk ma jsir l-ebda lment, u jekk il-manifattur jagħti ċ-ċertifikat fil-perjodi msemmija fil-paragrafu 1a.

Jekk iċ-ċertifikat tal-konformità ma jingħatax f’dan iż-żmien, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-konformità.”;

(ċ)

Il-paragrafu 15 jitħassar.

(4)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE ta’ sistema ta’ magna jew familja ta’ magni bħala unità teknika separata rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni”.

(b)

Fil-paragrafu 4, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi;”.

(5)

Fl-Artikolu 6, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Dispożizzjonijiet amministrattivi għal approvazzjoni tat-tip KE ta’ sistema ta’ magna jew familja ta’ magni bħala unità teknika separata rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni”.

(6)

Fl-Artikolu 7(4), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi;”;

(7)

Fl-Artikolu 14(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

ir-rekwiżiti rigward it-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS għall-approvazzjoni tat-tip u rekwiżiti addizzjonali oħra rigward l-ittestjar off-cycle waqt l-użu ta’ vetturi, kif previst f’dan ir-Regolament;”.

(8)

Fl-Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-manifattur għandu jiżgura li t-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta’ sostitutuzzjoni maħsub biex jitwaħħal fuq sistemi ta’ magni jew vetturi b’approvazzjoni tat-tip KE koperti bir-Regolament (KE) Nru 595/2009 huwa ta’ tip approvat mill-KE, bħala unitajiet tekniċi separati skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikoli 1a, 16 u 17.”

(9)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-manifattur għandu jissottometti ċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi.”.

(10)

L-Annessi I, II, III, VI, X, XI u XIII huma emendati skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

(11)

Anness ġdid XVII, li t-test tiegħu huwa miktub fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, huwa miżjud.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1.

(4)   ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(5)   ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27.

(6)   ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.


ANNESS I

L-Annessi I, II, III, VI, X, XI u XIII għar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 1.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.2.   Rekwiżiti dwar approvazzjoni ristretta tat-tip ta’ firxa ta’ fjuwil fil-każ ta’ magni bi startjar pożittiv li jaħdmu b’gass naturali jew LPG

Approvazzjoni ristretta ta’ firxa ta’ fjuwils għandha tingħata skont ir-rekwiżiti speċifikati fil-punti minn 1.2.1 sa 1.2.2.2.”;

(b)

Il-punt 5.3.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.3.3.

Il-konformità tas-sinjal tat-torque tal-ECU mar-rekwiżiti tal-punti 5.2.2 u 5.2.3 għandha tintwera mal-magna ewlenija ta’ familja ta’ magni meta tkun qed tiġi stabbilita l-qawwa tal-magna skont l-Anness XIV u meta jsir it-test WHSC skont l-Anness III u ttestjar off-cycle tal-laboratorju waqt l-approvazzjoni tat-tip skont it-Taqsima 6 tal-Anness VI.”

(c)

Il-punt 5.3.3.1 li ġej huwa introdott wara l-punt 5.3.3.:

“5.3.3.1.

Il-konformità tas-sinjal tat-torque tal-ECU mar-rekwiżiti tal-punti 5.2.2. u 5.2.3. għandha tintwera għal kull membru ta’ familja ta’ magni meta tkun qed tiġi stabbilita l-qawwa tal-magna skont l-Anness XIV. Għal dan l-għan, għandhom isiru miżuri addizzjonali f'ħafna punti operattivi tat-tagħbija parzjali u tal-veloċità tal-magna (pereżempju fil-modi tal-WHSC u xi punti addizzjonali każwali).”

(d)

Fl-Appendiċi 4, il-Parti 3 li ġejja hija miżjuda fid-dokument Mudelli tal-informazzjoni:

“PARTI 3

AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI

16.

AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI

16.1.

L-indirizz tal-websajt prinċipali għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

16.1.1.

Id-data minn meta din tkun disponibbli (mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tat-tip)

16.2.

Termini u kundizzjonijiet għall-aċċess għall-websajt

16.3.

Format tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi aċċessibbli permezz tal-websajt”

(e)

Fl-Appendiċi 5, fl-addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE, il-punt li ġej 1.4.4 huwa introdott wara l-punt 1.4.3:

“1.4.4.   Test ta’ dimostrazzjoni PEMS

Tabella 6a

Test ta’ dimostrazzjoni PEMS

Tip ta’ vettura (pereżempju M3, N3 u applikazzjoni pereżempju trakk riġidu jew artikolat, xarabank li jintuża fl-ibliet)

 

Deskrizzjoni tal-vettura (pereżempju mudell tal-vettura, prototip)

 

Riżultati jekk il-vettura għaddietx jew le (7)

CO

THC

NMHC

CH4

NOx

Massa PM

Fattur ta’ konformità tal-perjodi tat-tħaddim tal-vettura

 

 

 

 

 

 

Fattur ta’ konformità tal-firxa tal-massa CO2

 

 

 

 

 

 

Informazzjoni dwar il-vjaġġ

Urban

Rurali

Awtostrada

Perjodi ta’ żmien tal-vjaġġ karatterizzati minn vjaġġar urban, rurali u fl-awtostrada kif deskritt fil-punt 4.5 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

 

 

 

Perjodi ta’ żmien tal-vjaġġ karatterizzati minn żieda fil-veloċità, tnaqqis fil-veloċità, vjaġġar b'veloċità moderata u stabbli u twaqqif kif deskritt fil-punt 4.5.5 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

 

 

 

 

Minimu

Massimu

Medja tal-qawwa tal-firxa tax-xogħol (%)

 

 

Tul tal-firxa tal-massa CO2

 

 

Firxa tax-xogħol: perċentwal tal-firxiet validi

 

Firxa tal-massa CO2: perċentwal tal-firxiet validi

 

Proporzjon ta’ konsistenta ta’ konsum ta’ fjuwil”

 

(f)

Fl-Appendiċi 7, fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE, il-punt li ġej 1.4.4 huwa introdott wara l-punt 1.4.3:

“1.4.4.   Test ta’ dimostrazzjoni PEMS

Tabella 6a

Test ta’ dimostrazzjoni PEMS

Tip ta’ vettura (pereżempju M3, N3 u applikazzjoni pereżempju trakk riġidu jew artikolat, xarabank li jintuża fl-ibliet)

 

Deskrizzjoni tal-vettura (pereżempju mudell tal-vettura, prototip)

 

Riżultati jekk il-vettura għaddietx jew le (7)

CO

THC

NMHC

CH4

NOx

Massa PM

Fattur ta’ konformità tal-firxa tax-xogħol

 

 

 

 

 

 

Fattur ta’ konformità tal-firxa tal-massa CO2

 

 

 

 

 

 

Informazzjoni dwar il-vjaġġ

Urban

Rurali

Awtostrada

Perjodi ta’ żmien tal-vjaġġ karatterizzati minn vjaġġar urban, rurali u fl-awtostrada kif deskritt fil-punt 4.5. tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

 

 

 

Perjodi ta’ żmien tal-vjaġġ karatterizzati minn żieda fil-veloċità, tnaqqis fil-veloċità, vjaġġar b'veloċità moderata u stabbli u twaqqif kif deskritt fil-punt 4.5.5. tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

 

 

 

 

Minimu

Massimu

Medja tal-qawwa tal-firxa tax-xogħol (%)

 

 

Tul tal-firxa tal-massa CO2

 

 

Firxa tax-xogħol: perċentwal tal-firxiet validi

 

Firxa tal-massa CO2: perċentwal tal-firxiet validi

 

Proporzjon ta’ konsistenta ta’ konsum ta’ fjuwil”

 

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 10.1.12, il-punti li ġejjin 10.1.12.5.1 sa 10.1.12.5.5 huma miżjuda:

“10.1.12.5.1.

Riżultati tar-rigressjoni lineari deskritti fil-punt 3.2.1 tal-Appendiċi 1 għal dan l-Anness li jinkudu l-inklinazzjoni tal-linja ta’ rigressjoni, m, il-koeffiċjent tad-determinazzjoni, r2 u l-punt ta’ interċessjoni, b, tal-assi-y tal-linja ta’ rigressjoni.

10.1.12.5.2.

Riżultat ta’ verifika tal-konsistenza tad-dejta tal-ECU skont il-punt 3.2.2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

10.1.12.5.3.

Riżultat tal-verifika tal-konsistenza tal-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-qawwa tal-magna skont il-punt 3.2.3. tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness, inkluż il-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-qawwa tal-magna u l-proporzjon tal-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-qawwa tal-magna ikkalkulat mill-kejl PEMS u l-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-qawwa tal-magna ddikjarat għat-test WHTC.

10.1.12.5.4.

Riżultat tal-verifika tal-konsistenza tal-Odometru skont il-punt 3.2.4 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

10.1.12.5.5.

Riżultat tal-verifika tal-konsistenza tal-pressjoni ambjentali skont il-punt 3.2.5 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.”

(b)

Fl-Appendiċi 1, il-punti li ġejjin 4.3.1.1, 4.3.1.2 u 4.3.1.3 huma miżjuda wara l-punt 4.3.1:

“4.3.1.1.

Jekk il-perċentwal tal-firxiet validi jkun inqas minn 50 %, l-evalwazzjoni tad-dejta għandha terġa' ssir billi jintużaw perjodi itwal ta’ firxiet. Dan jintlaħaq billi jitnaqqas il-valur ta’ 0,2 fil-formula mogħtija fil-punt 4.3.1 bi tnaqqis ta’ 0,01 kull darba sakemm il-perċentwal tal-firxiet validi jkun ta’ 50 % jew aktar.

4.3.1.2.

F'kull każ, il-valur imnaqqas fil-formula msemmija hawn fuq m'għandux ikun inqas minn 0,15.

4.3.1.3.

It-test jiġi kkunsidrat null jekk il-perċentwal tal-firxiet validi jkun inqas minn 50 % f'tul massimu ta’ firxa kkalkulat skont il-punti 4.3.1., 4.3.1.1. u 4.3.1.2.”

(c)

Fl-Appendiċi 4, il-punt 2.2. huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.2.

Jekk punt fuq il-kurva ta’ referenza tat-torque massimu bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna ma jintlaħaqx matul l-ittestjar tal-emissjonijiet ISC PEMS, il-manifattur ikun intitolat li jimmodifika t-tagħbija tal-vettura u/jew ir-rotta tal-ittestjar kif meħtieġ sabiex titwettaq dik id-dimostrazzjoni wara t-test tal-emissjonijiet ISC PEMS.”

(3)

Fl-Anness III, il-punt 2.1.1 li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 2.1:

“2.1.1.

Ir-rekwiżiti għall-kejl tan-numru ta’ partikoli għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness 4C tar-Regolament Nru 49 NU/KEE.”;

(4)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   ITTESTJAR OFF-CYCLE TAL-LABORATORJU U TTESTJAR TA' MAGNI TA' VETTURI WAQT L-APPROVAZZJONI TAT-TIP”

(ii)

il-punt 6.1.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.1.3.

It-Taqsima 7.3 tal-Anness 10 tar-Regolament Nru 49 NU/KEE għandha tinftiehem kif ġej:

Ittestjar waqt l-użu

Test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS għandu jsir għall-approvazzjoni tat-tip permezz tal-ittestjar tal-magna rappreżentattiva f'vettura billi tintuża l-proċedura deskritta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

Rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar ta’ vetturi waqt l-użu għandhom jiġu speċifikati aktar tard fi stadju ieħor skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 582/2011.”

(iii)

il-punti 6.1.3.1. u 6.1.3.2 li ġejjin huma mdaħħlin wara l-punt 6.1.3:

“6.1.3.1.

Il-manifattur jista' jagħżel il-vettura li għandha tintuża għall-ittestjar iżda l-għażla tal-vettura għandha tkun soġġetta għall-ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni. Il-karatteristiċi tal-vettura użata għat-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS għandhom ikunu rappreżentattivi għall-kategorija tal-vettura intenzjonata għas-sistema tal-magna. Il-vettura tista' tkun vettura prototip.

6.1.3.2.

Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, magna addizzjonali fil-familja tal-magni jew magna ekwivalenti li tirrappreżenta kategorija ta’ vetturi differenti tista' tiġi ttestjata f'vettura.”

(b)

L-Appendiċi 1 li ġej huwa miżjud:

“Appendiċi 1

Test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS għall-approvazzjoni tat-tip

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura tat-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS waqt l-approvazzjoni tat-tip.

2.   VETTURA TTESTJATA

2.1.   Il-vettura użata għad-dimostrazzjoni tat-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS għandha tkun rappreżentattiva għall-kategorija tal-vettura intenzjonata għall-installazzjoni tas-sistema tal-magna. Il-vettura tista' tkun vettura prototip jew vettura ta’ produzzjoni adattata.

2.2.   Id-disponibbiltà u l-konformità tal-informazzjoni ta’ fluss tad-dejta ECU għandhom jintwerew (pereżempju skont id-dispożizzjoni li ġejja tat-Taqsima 5 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament).

3.   KUNDIZZJONIJIET GĦALL-ITTESTJAR

3.1.   Tagħbija tal-vettura

It-tagħbija tal-vettura għandha tkun 50-60 % tat-tagħbija massima tal-vettura skont l-Anness II.

3.2.   Kundizzjonijiet ambjentali

It-test għandu jitwettaq f'kundizzjonijiet ambjentali kif deskritt fil-punt 4.2 tal-Anness II.

3.3.   It-temperatura tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna għandha tkun skont il-punt 4.3 tal-Anness II.

3.4.   Fjuwil, lubrikanti u reaġenti

Il-fjuwil, iż-żejt lubrikanti u r-reaġent għas-sistema ta’ trattament ta’ wara l-egżost għandha tkun skont id-dispożizzjonijiet tal-punti 4.4 sa 4.4.3 tal-Anness II.

3.5.   Rekwiżiti tal-vjaġġ u operattivi

Ir-rekwiżiti tal-vjaġġ u operattivi għandhom ikunu dawk deskritti fil-punti 4.5 sa 4.6.8 tal-Anness II.

4.   VALUTAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET

4.1.   It-test għandu jsir u r-riżultati tat-test għandhom jiġu kkalkulati skont it-Taqsima 6 tal-Anness II.

5.   RAPPORT

5.1.   Rapport tekniku li jiddeskrivi t-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS għandu juri l-attivitajiet u r-riżultati u jkun fih, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Informazzjoni ġenerali kif deskritt fil-punti 10.1.1 sa 10.1.1.14 tal-Anness II;

(b)

Spjega għaliex il-vettura (vetturi) (1) użata(i) għat-test tista' (jistgħu) tiġi (jiġu) kkunsidrata (kkunsidrati) bħala rappreżentattiva (rappreżentattivi) tal-kategorija ta’ vetturi intenzjonati għas-sistema tal-magna;

(ċ)

Informazzjoni dwar it-tagħmir tal-ittestjar u d-dejta tal-ittestjar kif deskritt fil-punti 10.1.3 sa 10.1.4.8 tal-Anness II;

(d)

Informazzjoni dwar il-magna ttestjata kif deskritt fil-punti 10.1.5 sa 10.1.5.20 tal-Anness II;

(e)

Informazzjoni dwar il-vettura użata għat-test kif deskritt fil-punti 10.1.6 sa 10.1.6.18 tal-Anness II;

(f)

Informazzjoni dwar il-karatteristiċi tar-rotot kif deskritt fil-punti 10.1.7 sa 10.1.7.7 tal-Anness II;

(g)

Informazzjoni dwar dejta mkejla b'mod istantanju u kkalkulata kif deskritt fil-punti 10.1.8 sa 10.1.9.24 tal-Anness II;

(h)

Informazzjoni dwar dejta medja u integrata kif deskritt fil-punti 10.1.10 sa 10.1.10.12 tal-Anness II;

(i)

Riżultati jekk il-vettura għaddietx jew le kif deskritt fil-punti 10.1.11 sa 10.1.11.13 tal-Anness II;

(j)

Informazzjoni dwar verifiki tat-testijiet kif deskritt fil-punti 10.1.12 sa 10.1.12.5 tal-Anness II.

(5)

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2.4.1, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-manifattur jista' japplika d-dispożizzjonijiet sħaħ ta’ dan l-Anness u l-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament jew id-dispożizzjonijiet sħaħ tal-Annessi XI u XVI tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.”;

(b)

Il-punt 2.4.2 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-titolu huwa mħassar;

(ii)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“Manifattur mhuwiex permess juża d-dispożizzjonijiet alternattivi speċifikati f'dan il-punt għal aktar minn 500 magna kull sena.”;

(c)

Il-punt 2.4.3 huwa mħassar.

(d)

L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 2.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.2.1.

Biex tintlaħaq deċiżjoni ta’ approvazzjoni fuq l-għażla tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni magħżula mill-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni teknika pprovduta mill-manifattur.”;

(ii)

il-punti 2.2.2.1 u 2.2.2.2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.2.2.1.

It-test ta’ kwalifikazzjoni jsir bl-istess mod kif speċifikat fit-Taqsima 6.3.2. tal-Anness 9B tar-Regolament Nru 49 NU/KEE.

2.2.2.2.

It-tnaqqis tal-prestazzjoni tal-komponent li jkun qed jiġi kkunsidrat jiġi mkejjel u mbagħad jintuża bħala l-limitu ta’ prestazzjoni għall-magna ewlenija tal-familja tal-magna tal-OBD.”;

(iii)

il-punt 2.2.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.2.3.

Il-kriterji għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni approvati għall-magna ewlenija għandhom jiġu kkunsidrati li huma applikabbli għall-membri l-oħra kollha tal-familja tal-magna tal-OBD mingħajr bżonn ta’ dimostrazzjoni addizzjonali.”;

(iv)

il-punti 2.2.4. u 2.2.4.1. li ġejjin huma miżjuda wara l-punt 2.2.3:

“2.2.4.

Meta jintlaħaq ftehim bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni, ikun possibbli li jsir adattament fuq il-limitu tal-prestazzjoni għall-membri differenti tal-familja tal-magna tal-OBD sabiex jiġu koperti parametri ta’ disinji differenti (pereżempju d-daqs tas-sistema tat-tkessiħ tal-EGR). Dan it-tip ta’ ftehim għandu jkun skont l-elementi tekniċi li juru kemm huwa pertinenti.

2.2.4.1.

Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, membru ieħor tal-familja tal-magna tal-OBD jista' jkun soġġett għall-proċess ta’ approvazzjoni deskritt fil-punt 2.2.2.”

(v)

il-punt 2.3.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.3.1.

Għall-finijiet ta’ dimostrazzjoni tal-prestazzjoni tal-OBD tal-moniter magħżul tal-familja tal-magna tal-OBD, komponent deterjorat għandu jiġi kwalifikat fuq il-magna ewlenija tal-familja tal-magna tal-OBD skont it-Taqsima 6.3.2 tal-Anness 9B tar-Regolament Nru 49 NU/KEE.”

(vi)

il-punt 2.3.2 li ġej huwa miżjud wara l-punt 2.3.1:

“2.3.2.

F'każ ta’ magna oħra ttestjata skont it-Taqsima 2.2.4.1., il-komponent deterjorat għandu jiġi kwalifikat fuq dik it-tieni magna skont it-Taqsima 6.3.2. tal-Anness 9B tar-Regolament Nru 49 NU/KEE.”

(6)

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

Fl-Appendiċi 1, it-Taqsima ġdida li ġejja hija miżjuda fid-dokument Mudell tal-informazzjoni:

AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI

2.

AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI

2.1.

L-indirizz tal-websajt prinċipali għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

2.1.1.

Id-data minn meta din tkun disponibbli (mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tat-tip)

2.2.

Termini u kundizzjonijiet għall-aċċess tal-websajt

2.3.

Format tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi aċċessibbli permezz tal-websajt”

(7)

L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2.1, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-manifattur jista' japplika d-dispożizzjonijiet sħaħ ta’ dan l-Anness u l-Anness X ta’ dan ir-Regolament jew id-dispożizzjonijiet sħaħ tal-Annessi XI u XVI tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.”;

(b)

Il-punt 4.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.2.

Is-sistema ta’ wiri tad-Dijanjostika Abbord il-Vettura (OBD) deskritta fl-Anness 9B għar-Regolament Nru 49 NU/KEE u msemmija fl-Anness X ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tintuża bl-iskop li jiġu pprovduti l-allarmi viżwali deskritti fit-Taqsima 4.1. It-twissija ma għandhiex tkun l-istess bħat-twissija użata għall-iskopijiet tal-OBD (jiġifieri, l-MI - l-indikatur ta’ funzjonament ħażin) jew għall-manutenzjoni oħra tal-magni. Ma għandux ikun possibbli li s-sistema ta’ twissija jew l-allarmi viżwali jintfew permezz ta’ għodda għall-iskanjar jekk il-kawża tal-attivazzjoni ta’ twissija ma tkunx ġiet rimedjata. Il-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni u d-deattivazzjoni tas-sistema ta’ twissija u l-allarmi viżwali huma deskritti fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.”;

(c)

Fil-punt 5.3, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx għandha tnaqqas it-torque massimu disponibbli tal-magna tul il-firxa tal-veloċità tal-magna b'25 % bejn il-veloċità tat-torque massima u l-valur tal-limitu tar-regolatur kif deskritt fl-Appendiċi 3. It-torque massimu mnaqqas disponibbli tal-magna li jkun inqas mill-ogħla livell tal-veloċità tat-torque tal-magna qabel l-impożizzjoni tat-tnaqqis tat-torque ma għandux jaqbeż it-torque mnaqqas f'dik il-veloċità.”;

(d)

Il-punt 5.5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.5.

Is-sistema ta’ inċentiv tas-sewwieq għandha tkun selezzjonata kif speċifikat fit-Taqsimiet 6.3, 7.3, 8.5, u 9.4”;

(e)

Il-punti 6.3.1 u 6.3.2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“6.3.1.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx deskritta fit-Taqsima 5.3 għandha tiġi selezzjonata, u mbagħad attivata skont ir-rekwiżiti ta’ dik it-Taqsima, jekk il-livell tar-reaġent fit-tank ikun ta’ inqas minn 2,5 % tal-kapaċità sħiħa nominali tat-tank, jew ta’ perċentwal ogħla stabbilit mill-manifattur

6.3.2.

Is-sistema ta’ inċentiv tas-sewwieq ta’ livell qawwi deskritta fit-Taqsima 5.4 għandha tiġi selezzjonata, u mbagħad attivata skont ir-rekwiżiti ta’ dik it-Taqsima, jekk it-tank tar-reaġent ikun vojt (jiġifieri s-sistema ta’ dożaġġ ma tkunx tista' tieħu aktar reaġent mit-tank) jew fi kwalunkwe livell b'inqas minn 2,5 % tal-kapaċità sħiħa nominali tat-tank skont kif magħżul mill-manifattur.”

(f)

Il-punti 7.3.1 u 7.3.2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“7.3.1.

Is-sistema ta’ inċentiv tas-sewwieq ta’ livell baxx deskritta fit-Taqsima 5.3 għandha tiġi selezzjonata, u mbagħad attivata skont ir-rekwiżiti ta’ dik it-Taqsima, jekk il-kwalità tar-reaġent ma tiġix rettifikata fi żmien 10 sigħat ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tas-sewwieq deskritta fit-Taqsima 7.2.

7.3.2.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi deskritta fit-Taqsima 5.4 għandha tiġi selezzjonata, u mbagħad attivata skont ir-rekwiżiti ta’ dik it-Taqsima, jekk il-kwalità tar-reaġent ma tiġix rettifikata fi żmien 20 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tas-sewwieq deskritta fit-Taqsima 7.2.”

(g)

Il-punti 8.5.1 u 8.5.2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“8.5.1.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx deskritta fit-Taqsima 5.3 għandha tiġi selezzjonata, u mbagħad attivata skont ir-rekwiżiti ta’ dik it-Taqsima, jekk żball fil-konsum tar-reaġent jew interruzzjoni fid-dożaġġ tar-reaġent ma jiġux rettifikati fi żmien 10 sigħat ta’ tħaddim tal-magna wara l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tas-sewwieq speċifikata fit-Taqsimiet 8.4.1 u 8.4.2.

8.5.2.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi deskritta fit-Taqsima 5.4 għandha tiġi selezzjonata, u mbagħad attivata skont ir-rekwiżiti ta’ dik it-Taqsima, jekk żball fil-konsum tar-reaġent jew interruzzjoni fid-dożaġġ tar-reaġent ma jiġux rettifikati fi żmien 20 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tas-sewwieq speċifikata fit-Taqsimiet 8.4.1 u 8.4.2”;

(h)

Il-punt 9.2.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9.2.2.1.

Għandu jiġi attribwit apparat għall-għadd speċifiku għal valvola EGR ostakolata. L-apparat għall-għadd tal-valvola EGR għandu jgħodd in-numru ta’ sigħat ta’ operat tal-magna meta d-DTC assoċjat ma’ valvola EGR ostakolata jiġi vverifikat bħala li hu fi stat attiv.”

(i)

Il-punti 9.4.1 u 9.4.2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“9.4.1.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx deskritta fit-Taqsima 5.3 għandha tiġi selezzjonata, u mbagħad attivata skont ir-rekwiżiti ta’ dik it-Taqsima, jekk ħsara speċifikata fit-Taqsima 9.1 ma tiġix rettifikata fi żmien 36 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tas-sewwieq imsemmija fit-Taqsima 9.3.

9.4.2.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi deskritta fit-Taqsima 5.4 għandha tiġi selezzjonata, u mbagħad attivata skont ir-rekwiżiti ta’ dik it-Taqsima, jekk ħsara speċifikata fit-Taqsima 9.1 ma tiġix rettifikata fi żmien 100 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tas-sewwieq imsemmija fit-Taqsima 9.3.”

(j)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-punt 3.2.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.2.3.

Għall-għan li tintwera l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija f'każ ta’ ħsarat ikkawżati minn tbagħbis, kif stabbilit fit-Taqsima 9 ta’ dan l-Anness, l-għażla għandha ssir b'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin;”;

(ii)

fil-punt 3.3.6.2, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

is-sistema ta’ twissija tkun ġiet attivata b'disponibbiltà tar-reaġent ta’ aktar minn jew ugwali għal 10 % tal-kapaċità tat-tank tar-reaġent;

(b)

is-sistema ta’ twissija ‘kontinwa' tkun ġiet attivata b'disponibbiltà tar-reaġent ta’ aktar minn jew ugwali għall-valur iddikjarat mill-manifattur skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 6 ta’ dan l-Anness.’ ”;

(iii)

il-punt 3.4. huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.4.

Id-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija għandha titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata għall-avvenimenti tal-livell tar-reaġent jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont it-Taqsima 3.2.1, is-sistema ta’ twissija tkun ġiet attivata b'mod xieraq.”;

(iv)

il-punt 3.5 li ġej huwa miżjud wara l-punt 3.4.:

“3.5.

Id-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija għandha titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata għall-avvenimenti mibdijin mid-DTC jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont it-Taqsima 3.2.1, is-sistema ta’ twissija tkun ġiet attivata b'mod xieraq u d-DTC tan-nuqqas operattiv magħżul ikollu l-istatus muri fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.”;

(v)

il-punt 4.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.2.

Is-sekwenza tat-test għandha turi l-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv fil-każ ta’ nuqqas ta’ reaġent u fil-każ ta’ wieħed min-nuqqasijiet operattivi definiti fit-Taqsimiet 7, 8, jew 9 ta’ dan l-Anness.”;

(vi)

fil-punt 4.3, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

flimkien man-nuqqas tar-reaġent, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħżel wieħed min-nuqqasijiet definiti fit-Taqsimiet 7, 8 jew 9 ta’ dan l-Anness li jkun intuża qabel għad-dimostrazzjoni tas-sistema ta’ twissija;”;

(vii)

il-frażi introduttorja tal-Punt 4.4 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-manifattur għandu, barra minn hekk, juri l-operat tas-sistema ta’ inċentiv f'dawk il-kundizzjonijiet ta’ ħsara definiti fit-Taqsimiet 7, 8 jew 9 ta’ dan l-Anness li ma jkunux intgħażlu għall-użu fit-testijiet ta’ dimostrazzjoni deskritti fit-Taqsimiet 4.1, 4.2 u 4.3.”;

(viii)

il-punt 4.5.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.5.2.

Meta s-sistema tkun qed tiġi kkontrollata għar-reazzjoni tagħha f'każ ta’ nuqqas ta’ reaġent fit-tank, is-sistema tal-magna għandha titħaddem sakemm id-disponibilità tar-reaġent tilħaq valur ta’ 2,5 % tal-kapaċità sħiħa nominali tat-tank, jew il-valur iddikjarat mill-manifattur skont it-Taqsima 6.3.1 ta’ dan l-Anness, li fih hija maħsuba biex topera s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx.”;

(ix)

il-punt 4.6.4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.6.4.

Id-dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi għandha titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont it-Taqsimiet 4.6.2. u 4.6.3, il-manifattur ikun wera lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-mekkaniżmu meħtieġ għal-limitazzjoni tal-veloċità tal-vettura ġie attivat.”;

(x)

il-punt 5.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.2.

Meta l-manifattur japplika għall-approvazzjoni ta’ magna jew ta’ familja ta’ magni bħala unità teknika separata, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni b'evidenza li l-pakkett ta’ dokumentazzjoni għall-installazzjoni huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2.2.4 ta’ dan l-Anness dwar il-miżuri li jiżguraw li l-vettura, meta tintuża fit-triq jew xi mkien ieħor kif xieraq, se tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness fir-rigward ta’ inċentiv ta’ livell qawwi.”;

(xi)

il-punt 5.4.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.4.2.

Wieħed min-nuqqasijiet definiti fit-Taqsimiet minn 6 sa 9 ta’ dan l-Anness għandu jintgħażel mill-manifattur, u għandu jiġi introdott jew simulat fuq is-sistema tal-magna, skont kif miftiehem bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni.”;

(k)

fl-Appendiċi 2, il-frażi introduttorja tal-punt 4.1.1 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Biex tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, is-sistema għandha tinkludi mill-inqas ħames indikaturi biex jiġi rreġistrat in-numru ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-magna waqt li s-sistema tkun identifikat kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:”;

(l)

fl-Appendiċi 5, fil-punt 3.1, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

l-għadd ta’ ċikli għat-tisħin u l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-magna minn meta ġiet imħassra l-aħħar l-‘informazzjoni dwar il-kontroll tan-NOx’ irreġistrata minħabba l-manutenzjoni jew tiswija;”.


(1)  Vettura jew vetturi fil-każ ta’ magna sekondarja”


ANNESS II

“ANNESS XVII

AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR L-OBD TAL-VETTURI U GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI

1.   INTRODUZZJONI

1.1.

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-aċċessibbiltà għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

2.   REKWIŻITI

2.1.

L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi disponibbli permezz ta’ websajts għandhom isegwu l-istandard komuni kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 595/2009. Sakemm jiġi adottat dan l-istandard, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi b’mod standardizzat li ma jkunx diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati.

Dawk li jkunu jeħtieġu d-dritt li jikkupjaw jew jerġgħu jippubblikaw l-informazzjoni għandhom jinnegozjaw direttament mal-manifattur konċernat. L-informazzjoni dwar materjal ta’ taħriġ għandha tkun disponibbli wkoll, iżda tista’ tiġi ppreżentata premezz ta’ midja oħra minbarra l-websajts.

L-informazzjoni dwar il-partijiet kollha tal-vettura, li biha l-vettura, kif identifikata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u kull kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-rota, l-output tal-magna, il-livell jew opzjonijiet tat-trim, hija mgħammra mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn spare parts offruti mill-manifattur tal-vettura lis-sewwejja jew negozjanti awtorizzati tiegħu jew partijiet terzi permezz ta’ referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), għandha tkun disponibbli f’bażi ta’ dejta li tkun faċilment aċċessibbli għall-operaturi indipendenti.

Din il-bażi ta’ dejta għandha tinkludi l-VIN, in-numri tal-partijiet OE, l-attributi tal-validità (id-dati validu minn u validu sa), l-attributi tal-immuntar u fejn applikabbli l-karatteristiċi tal-istrutturar.

L-informazzjoni fuq il-bażi ta’ dejta għandha tiġi aġġornata regolarment. L-aġġornamenti għandhom jinkludu b’mod partikolari l-modifiki kollha lill-vetturi individwali wara l-produzzjoni tagħhom jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli għan-negozjanti awtorizzati.

2.2.

L-aċċess għall-karatteristiċi tas-sigurtà tal-vettura li jintużaw min-negozjanti u mill-ħwienet tat-tiswija awtorizzati għandu jkun disponibbli għall-operaturi indipendenti taħt il-protezzjoni tat-teknoloġija tas-sigurtà skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

id-dejta għandha tkun skambjata filwaqt li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni kontra repetizzjoni (replay);

(b)

għandu jintuża l-istandard https//ssl-tls (RFC4346);

(c)

għandhom jintużaw ċertifikati ta’ sigurtà skont l-ISO 20828 għall-awtentikazzjoni reċiproka ta’ operaturi u manifatturi indipendenti;

(d)

iċ-ċavetta privata tal-operatur indipendenti għandha tkun protetta minn ħardwer sikur.

Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fl-Artikolu 2h għandu jispeċifika l-paramentri għat-twettiq ta’ dawn ir-rekwiżiti skont l-aħħar avvanzi. L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal din il-fini fuq il-bażi ta’ dokumenti li juru li huwa jwettaq attività leġittima ta’ negozju u li ma nstabx ħati ta’ xi attività kriminali.

2.3.

Ir-riprogrammazzjoni tal-unitajiet ta’ kontroll tal-vetturi għandha titwettaq skont l-ISO 22900-2 jew l-SAE J2534 jew it-TMC RP1210B, bl-użu ta’ ħardwer komuni. L-Eternet, il-kejbil tas-serje jew l-interfaċċja tan-Netwerk taż-Żona Lokali (LAN) u tagħmir alternattiv bħall-Compact Discs (CD), id-Digital Versatile Discs (DVD) jew apparat tal-memorja fi stat solidu għal sistemi informatiċi (pereżempju sistemi ta’ navigazzjoni, telefown) jistgħu jintużaw ukoll, iżda bil-kundizzjoni li l-ebda softwer ta’ komunikazzjoni bi drittijiet esklussivi (pereżempju drajvers jew plug-ins) u ħardwer ma jkunu meħtieġa. Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-interfaċċja tal-komunikazzjoni tal-vettura (VCI) konformi mal-ISO 22900-2 jew l-SAE J2534 jew it-TMC RP1210B, il-manifattur għandu joffri jew validazzjoni ta’ VCIs żviluppati indipendentement jew l-informazzjoni, u s-self ta’ kwalunkwe ħardwer speċjali, meħtieġ biex manifattur tal-VCI jwettaq tali validazzjoni huwa stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2f(1) japplikaw għal ħlas għal tali validazzjoni jew informazzjoni u ħardwer.

2.4.

Ir-rekwiżiti tat-Taqsima 2.3 ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ riprogrammazzjoni ta’ tagħmir għal-limitazzjoni ta’ veloċità u tagħmir ta’ reġistrazzjoni.

2.5.

Id-DTCs relatati mal-emissjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-Anness X.

2.6.

Għall-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għajr dik relatata ma’ żoni ta’ sigurtà tal-vettura, ir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni għall-użu tal-websajt tal-manifattur minn operatur indipendenti għandhom jeħtieġu biss tali informazzjoni li tkun meħtieġa biex jiġi konfermat kif se jsir il-ħlas għall-informazzjoni. Għall-informazzjoni li tikkonċerna aċċess għaż-żoni sikuri tal-vettura, l-operatur indipendenti għandu jippreżenta ċertifikat skont l-ISO 20828 sabiex jidentifika lilu nnifsu u lill-organizzazzjoni li jappartjeni għaliha u l-manifattur għandu jirrispondi biċ-ċertifikat tiegħu skont l-ISO 20828 biex jikkonferma lill-operatur indipendenti li qed ikollu aċċess għal sit leġittimu tal-manifattur intenzjonat. Iż-żewġ partijiet għandhom jirreġistraw kwalunkwe tranżazzjoni bħal din fejn jindikaw il-vetturi u l-bidliet li sarulhom skont din id-dispożizzjoni.

2.7.

Il-manifatturi għandhom jindikaw in-numru tal-approvazzjoni tat-tip skont il-mudell fil-websajts tal-informazzjoni dwar tiswija tagħhom.

2.8.

Jekk mitlub mill-manifattur, għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati u tal-kategoriji M3 Klassi I, Klassi II u Klassi A u Klassi B kif definit fl-Anness I tad-Direttiva 2001/85/KE b’massa permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati, il-konformità mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 5 tal-Anness 1 u l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandha titqies bħala li hi ekwivalenti għall-konformità ma’ dan l-Anness.

2.9.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar iċ-ċirkustanzi ta’ kull approvazzjoni tat-tip mogħtija skont it-Taqsima 2.8.

“Appendiċi 1

Iċ-Ċertifikat tal-Manifattur dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi

(Il-manifattur): …

(L-indirizz tal-manifattur): …

Jiċċertifika li

jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi skont id-dispożizzjonijiet ta’:

l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

l-Artikoli 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

l-Anness I, Appendiċi 4, Taqsima 16 tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

l-Anness X, Taqsima 2.1 tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

l-Anness XVII tar-Regolament (UE) Nru 582/2011.

rigward it-tipi ta’ vetturi, magni, tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis elenkati fid-dokument meħmuż ma’ dan iċ-Ċertifikat.

Id-derogi li ġejjin huma applikati: Adattamenti għall-klijenti (1) – Volum żgħir (1) – Sistemi ta’ trasferiment (1).

L-indirizz tal-websajt prinċipali li permezz tiegħu jista’ jkun hemm aċċess għall-informazzjoni rilevanti u li hawnhekk qed tiġi ċertifikata li hija konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq qed jiġu elenkati f’dokument mehmuż ma’ dan iċ-Ċertifikat flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant responsabbli tal-manifattur li l-firma tiegħu tinsab aktar ‘l isfel

Fejn ikun applikabbli: B’dan il-manifattur qed jiċċertifika wkoll li kkonforma mal-obbligu previst fl-Artikolu 3(1a) tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti għall-approvazzjonijiet preċedenti ta’ dawn it-tipi ta’ vetturi mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-approvazzjoni tat-tip.

Magħmul fi … [Post]

Fi … [Data]

[Firma] [Pożizzjoni]

Annessi:

L-indirizzi tal-websajt

Id-dettalji tal-kuntatt.

“ANNESS I

għaċ-Ċertifikat tal-Manifattur dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi

L-indirizzi tal-websajts li jissemmew f'dan iċ-Ċertifikat:

“ANNESS II

għaċ-Ċertifikat tal-Manifattur dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi

Id-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant tal-manifattur li jissemma f'dan iċ-Ċertifikat:

“Appendiċi 2

Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi

1.   L-informazzjoni meħtieġa f’dan l-Appendiċi għandha tkun ipprovduta mill-manifattur tal-vetturi sabiex ikunu jistgħu jiġu manifatturati partijiet ta’ sosituzzjoni jew ta’ manutenzjoni kif ukoll għodod dijanjostiċi u tagħmir tat-testijiet kompatibbli mal-OBD.

2.   Meta tintalab, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli għal kwalunkwe manifattur interessat ta’ komponenti, għodod dijanjostiċi jew tagħmir tat-testijiet, fuq bażi mhux diskriminatorja:

Deskrizzjoni tat-tip u tan-numru taċ-ċikli ta’ prekundizzjonament li ntużaw għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura,

Deskrizzjoni tat-tip taċ-ċiklu tad-dimostrazzjoni tal-OBD li ntuża għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura għall-komponent immonitorjat mis-sistema OBD,

Dokument komprensiv li jiddeskrivi l-komponenti kollha li nħassu permezz tal-istrateġija għall-identifikazzjoni tal-ħsara u għall-attivazzjoni tal-MI (numru fiss ta’ ċikli tas-sewqan jew metodu statistiku), inklużi lista tal-parametri rilevanti sekondarji li nħassu għal kull komponent immonitorjat mis-sistema OBD u lista tal-kodiċijiet tal-prestazzjoni kollha tal-OBD u l-format użat (bi spjegazzjoni ta’ kull wieħed) assoċjati ma’ komponenti tal-power-train individwali relatati mal-emissjonijiet u l-komponenti individwali li mhumiex relatati mal-emissjonijiet, fejn il-monitoraġġ tal-komponent jintuża biex tkun iddeterminata l-attivazzjoni tal-MI. B’mod partikolari, fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi li jużaw link ta’ komunikazzjoni skont l-ISO 15765-4 “Il-vetturi fit-triq — Id-Dijanjostika dwar in-Netwerk taż-Żona tal-Kontrollur (CAN) — Parti 4: Ir-rekwiżiti għas-sistemi relatati mal-emissjonijiet”, għandha tingħata spjegazzjoni dettaljata għad-dejta mogħtija fis-servizz $ 05 Test ID $ 21 għal FF u d-dejta mogħtija fis-servizz $ 06, u spjegazzjoni komprensiva għad-dejta mogħtija fis-servizz $ 06 Test ID $ 00 għal FF, għal kull moniter tal-OBD appoġġjat minn ID.

F’każ li jintużaw standards ta’ protokoll ta’ komunikazzjoni oħrajn, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni eżawrjenti ekwivalenti.

Din l-informazzjoni tista’ tkun ipprovduta fil-forma ta’ tabella, kif ġej:

Komponent | Kodiċi tal-ħsara | Strateġija ta’ monitoraġġ | Kriterji għall-identifikazzjoni tal-ħsara | Kriterji għall-attivazzjoni tal-MI | Parametri sekondarji | Prekundizzjonament | Test ta’ dimostrazzjoni |

Katalizzatur | P0420 | Sinjali tas-sensuri tal-ossiġnu 1 u 2 | Differenza bejn is-sinjali tas-sensuri tal-ossiġnu 1 u 2 | It-tielet ċiklu | Veloċità tal-magna, tagħbija tal-magna, modalità A/F, temperatura tal-katalizzatur | Żewġ ċikli tat-Tip 1 | It-tip 1 |

3.   L-informazzjoni meħtieġa għall-manifattura tal-għodod dijanjostiċi

Sabiex tkun iffaċilitata l-provvista ta’ għodod dijanjostiċi ġeneriċi għas-sewwejja ta’ ħafna marki, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 permezz tal-websajts ta’ informazzjoni dwar it-tiswija tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-funzjonijiet kollha tal-għodod dijanjostiċi u l-links kollha għall-informazzjoni dwar it-tiswija u għall-istruzzjonijiet għas-soluzzjoni ta’ problemi. L-aċċess għal din l-informazzjoni jista’ jkun soġġett għall-ħlas ta’ ammont ta’ flus raġonevoli.

3.1.   L-informazzjoni dwar il-Protokoll ta’ Komunikazzjoni

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun meħtieġa f’forma indiċjata skont il-marka, il-mudell u l-varjant tal-vettura, jew definizzjoni oħra ta’ ħidma bħall-VIN jew bħall-identifikazzjoni tal-vettura u tas-sistemi:

(a)

Kwalunkwe sistema addizzjonali ta’ informazzjoni dwar il-protokoll meħtieġa sabiex tkun ikkompletata d-dijanjostika flimkien mal-istandards preskritti fil-Punt 4.7.3 tal-Anness 9B tar-Regolament Nru 49 tal-UN/ECE, inkluż kwalunkwe informazzjoni dwar il-protokoll ta’ ħardwer jew ta’ softwer, identifikazzjoni tal-parametri, funzjonijiet ta’ trasferiment, rekwiżiti “biex tinżamm attiva” (“keep alive”) jew kundizzjonijiet għall-iżbalji;

(b)

Id-dettalji ta’ kif jinkisbu u jiġu interpretati l-kodiċijiet kollha ta’ ħsara li mhumiex skont l-istandards preskritti fil-Punt 4.7.3 tal-Anness 9B tar-Regolament 49 tal-UN/ECE;

(c)

Lista tal-parametri kollha disponibbli tad-dejta attiva, inkluża informazzjoni dwar l-għotja ta’ skala u aċċess;

(d)

Lista tat-testijiet funzjonali disponibbli kollha li jinkludu l-attivazzjoni jew il-kontroll tat-tagħmir u l-mezzi biex ikunu implimentati;

(e)

Id-dettalji ta’ kif tinkiseb l-informazzjoni kollha dwar il-komponenti u l-istatus, it-timbri skont il-ħin, id-DTC pendenti u l-frejms iffriżati;

(f)

L-issettjar mill-ġdid tal-parametri adattabbli tat-tagħlim, tal-kodifikazzjoni tal-varjanti u tal-arranġament tal-komponenti sostituti u tal-preferenzi tal-klijent;

(g)

L-identifikazzjoni tal-ECU u l-kodifikazzjoni tal-varjanti;

(h)

Id-dettalji ta’ kif jiġu ssettjati mill-ġdid id-dwal tas-servizz;

(i)

Il-post tal-konnettur dijanjostiku u d-dettalji tal-konnettur;

(j)

L-identifikazzjoni tal-kodiċi tal-magna.

3.2.   It-test u d-dijanjosi tal-komponenti monitorjati mill-OBD

Għandha tkun meħtieġa l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Deskrizzjoni tat-testijiet biex tkun ikkonfermata l-funzjonalità tagħha, fuq il-komponent jew fuq it-tagħmir li jikkontrolla ċ-ċaqliq;

(b)

Il-proċedura tat-test inklużi l-parametri tat-test u l-informazzjoni dwar il-komponenti;

(c)

Id-dettalji tal-konnessjoni inklużi l-input u l-output u l-valuri tas-sewqan u tat-tagħbija minimi u massimi;

(d)

Il-valuri mistennija f’ċerti kundizzjonijiet ta’ sewqan inkluż dak b’magna mhux ingranata;

(e)

Il-valuri elettriċi għall-komponent fl-istati statiċi u dinamiċi tiegħu;

(f)

Il-valuri tal-modalità tal-ħsara għal kull waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq;

(g)

Is-sekwenzi dijanjostiċi tal-modalità tal-ħsara inklużi l-arbli tal-ħsarat u l-eliminazzjoni dijanjostika ggwidata.

3.3.   Id-dejta meħtieġa sabiex issir tiswija

Għandha tkun meħtieġa l-informazzjoni li ġejja:

(a)

L-inizjalizzazzjoni tal-ECU u tal-komponent (fil-każ li jitwaħħlu sostituti);

(b)

L-inizjalizzazzjoni tal-ECUs il-ġodda jew sostituti, fejn ikun rilevanti, permezz tat-tekniki ta’ (ri-) programmazzjoni mill-bogħod (pass-through).

“Appendiċi 3

Lista ta’ sistemi ta’ trasferiment koperti bl-Artikolu 2e

1.

Sistemi klimatiċi

(a)

Sistemi għall-kontroll tat-temperatura;

(b)

Ħiter mhux imħaddem bil-magna tal-vettura;

(c)

Arja kondizzjonata mhux imħaddma bil-magna tal-vettura.

2.

Sistemi għal xarabanks u kowċis

(a)

Sistemi li jikkontrollaw il-bibien;

(b)

Sistemi għall-kontroll b'uċuħ tondi jduru (turn table);

(c)

Tagħmir għall-kontroll tad-dawl fil-vettura.


(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli


31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2012

tal-24 ta’ Jannar 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrikjedi l-installazzjoni tal-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet (gear shift indicators – GSI), li huma mwaħħlin mal-gerboks manwali, tal-kategorija M1 b’massa ta’ riferenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u l-vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jeħtieġ li d-dettalji tekniċi tad-dispożizzjonijiet fuq il-GSI jiġu definiti b’leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għal approvazzjoni tat-tip tal-GSI bħal din.

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (3) għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi fil-kategorija M1 li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

huma mgħammra b’gerboks manwali;

għandhom massa ta’ riferenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u l-vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Dan ir-Regolament ma japplikax għall-“vetturi maħsuba sabiex jissodisfaw bżonnijiet soċjali speċifiċi” kif definit fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda mad-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 661/2009:

(1)

“tip ta’ vettura fir-rigward tal-GSI” tfisser grupp ta’ vetturi, li jaqblu fir-rigward tal-karatteristiċi funzjonali tal-GSI u l-loġika użata mill-GSI sabiex jiddetermina meta jindika l-punt tat-tibdil tal-gerijiet. Eżempji ta’ loġiki differenti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(i)

tibdil ‘il fuq indikat f’veloċitajiet speċifiċi tal-magna,

(ii)

tibdil ‘il fuq indikat meta l-mapep speċifiċi tal-magna tal-konsum tal-fjuwil juru li t-titjib speċifiku tal-konsum tal-fjuwil minimu se jkun miksub fl-ogħla ger,

(iii)

tibdil ’il fuq indikat meta d-domanda tal-momentum tista’ tintlaħaq fl-ogħla ger.

(2)

“karatteristiċi funzjonali tal-GSI” tfisser sett ta’ parametri tad-dħul, bħal veloċità tal-magna, domanda tal-qawwa, il-momentum u l-varjazzjoni tagħhom fil-ħin, li jiddeterminaw l-indikazzjoni tal-GSI u d-dipendenza funzjonali tal-indikazzjonijiet tal-GSI fuq dawn il-parametri;

(3)

“il-mod kif taħdem il-vettura” tfisser l-istat tal-vettura, li fih jista’ jsir tibdil bejn mill-inqas żewġ gerijiet ‘il quddiem;

(4)

“mod manwali” tfisser il-mod ta’ kif taħdem il-vettura, fejn it-tibdil bejn il-gerijiet kollha jew uħud minnhom huwa dejjem konsegwenza immedjata tal-azzjoni tas-sewwieq;

(5)

“emissjonijiet fil-pajp ta’ wara” tfisser emissjonijiet fil-pajp ta’ wara kif definita fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Artikolu 3

Valutazzjoni tal-gerboks manwali

Sabiex jiġi vvalutat jekk il-gerboks tissodisfax id-definizzjoni skont l-Artikolu 3(16) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, gerboks li għandha mill-inqas mod manwali wieħed għandha tiġi kkunsidrata bħala “gerboks manwali” skont id-definizzjoni fl-Artikolu 2(4) ta’ dan ir-Regolament. Għal din il-valutazzjoni mhux ikkunsidrat it-tibdil awtomatiku bejn il-gerijiet, li jsir mhux biex jiġi sfruttat it-tħaddim tal-vettura iżda biss taħt kundizzjonijiet estremi għal raġunijiet bħal biex titħares jew tiġi evitata li l-magna tieqaf.

Artikolu 4

Approvazzjoni tat-tip KE

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi mqiegħda fis-suq, li huma koperti bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, huma mgħammra b’GSI skont ir-rekwiżiti tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Sabiex jiksbu approvazzjoni tat-tip KE għall-vetturi koperti bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, il-manifattur għandu jissodisfa l-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ifasslu u jippreżentaw dokument ta’ informazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-mudell stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jippreżentaw lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, dikjarazzjoni li tgħid li skont il-valutazzjoni tal-manifattur, il-vettura hija konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament;

(c)

jippreżentaw, lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, ċertifikat stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(d)

jew

(i)

jippreżentaw lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip il-punti tat-tibdil tal-gerijiet iddeterminati b’mod analitiku kif stipulat fl-aħħar paragrafu tal-punt 4.1 tal-Anness I; jew

(ii)

jippreżentaw lis-servizz tekniku responsabbli għat-tmexxija tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip, vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, sabiex jitħalla jsir it-test deskritt fil-punt 4 tal-Anness I.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvaluta l-konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I, abbażi tal-elementi pprovduti mill-manifattur taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u r-riżultati tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2.

Għandha biss toħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE skont il-mudell stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għall-vetturi koperti bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jekk din il-konformità tiġi stabbilita.

Artikolu 5

Monitoraġġ tal-effetti tal-leġiżlazzjoni

Jekk mitlub, il-manifatturi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni, l-informazzjoni stipulata fl-Anness II, bl-għan tal-monitoraġġ tal-effetti ta’ dan ir-Regolament u l-valutazzjoni tal-bżonn ta’ iktar żvilupp. Din l-informazzjoni għandha tiġi trattata b’mod kunfidenzjali mill-Kummissjoni u d-delegati tagħha.

Artikolu 6

Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi I, III, IV, VI u XI tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1

(2)   ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.


ANNESS I

REKWIŻITI SPEĊJALI GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B'INDIKATURI TAT-TIBDIL TAL-GERIJIET (GSI)

1.   Karatteristika tal-apparenza tal-GSI

1.1.   Ir-rakkomandazzjoni tat-tibdil għandha tingħata permezz ta’ indikazzjoni viżwali distinta, pereżempju indikazzjoni ċara biex tibdel 'il fuq jew fuq/isfel jew simbolu li juri li l-ger fejn is-sewwieq għandu jibdel. L-indikazzjoni viżibbli tista' tingħata b'indikazzjonijiet oħra, li jinkludu dawk li jistgħu jinstemgħu, dejjem jekk dawn ma jikkompromettux is-sikurezza.

1.2.   Il-GSI ma għandux ixekkel jew jaħbi l-identifikazzjoni tal-ebda tell-tale, kontroll jew indikatur, li huwa meħtieġ għas-sikurezza jew jappoġġa t-tħaddim sikur tal-vettura. Minkejja l-punt 1.3, is-sinjal għandu jkun magħmul sabiex ma jtellifx l-attenzjoni tas-sewwieq u jevita li jxekkel it-tħaddim kif suppost u sikur tal-vettura.

1.3.   Il-GSI għandu jitqiegħed b'konformità mal-paragrafu 5.1.2 tar-Regolament Nru 121 tal-UNECE. Għandu jkunu magħmul b'tali mod li ma jiġix imfixkel mal-ebda tell-tale, kontroll jew indikatur ieħor li bih tkun mgħammra l-vettura.

1.4.   Għandu jintuża mezz ta’ informazzjoni biex juri l-indikazzjonijiet tal-GSI, dejjem jekk huma differenti biżżejjed mill-indikazzjonijiet l-oħra sabiex ikunu viżibbli b'mod ċar u identifikabbli mis-sewwieq.

1.5.   F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, l-indikazzjoni tal-GSI, tista' b'mod temporanju tiġi awtomatikament imwarrba jew diżattivata. Ċirkustanzi bħal dawn jistgħu jikkompromettu t-tħaddim sikur jew l-integrità tal-vettura, li jinkludu l-attivazzjoni tal-ġbid jew l-istabbiltà tas-sistemi ta’ kontroll, mezzi temporanji mis-sistemi ta’ assistenza għas-sewwieq jew avvenimenti li għandhom x'jaqsmu man-nuqqas ta’ funzjonament tal-vettura. Il-GSI għandu jerġa' jibda jaħdem normali wara li s-sitwazzjonijiet eċċezzjonali jkunu spiċċaw, u f'dewmien ta’ 10 sekondi jew iktar, jekk iġġustifikati b'raġunijiet speċifiċi tekniċi jew ta’ mġiba.

2.   Ir-rekwiżiti ta’ funzjonament għall-GSI (applikabbli għall-modi manwali kollha)

2.1.   Il-GSI għandu jissuġġerixxi tibdil tal-ger meta l-konsum tal-fjuwil mal-ger issuġġerit ikun stmat li hu inqas minn dak kurrenti, meta wieħed jikkunsidra r-rekwiżiti stipulati fil-punti 2.2 u 2.3.

2.2.   Il-GSI għandu jkun magħmul sabiex jinkoraġġixxi stil ta’ sewqan bl-aħjar fjuwil effiċjenti taħt kundizzjonijiet ta’ sewqan previsti u raġonevoli. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jnaqqas il-konsum tal-fjuwil tal-vettura meta s-sewwieq ikun qiegħed jimxi mal-indikazzjonijiet tiegħu. Madankollu, meta wieħed ikun qed jimxi mal-indikazzjoni tal-GSI, fir-rigward tal-istat tal-bidu, l-emissjonijiet regolati fil-pajp ta’ wara ma għandhomx jiżdiedu b'mod sproporzjonat. Barra minn hekk, meta wieħed jimxi mal-istrateġija tal-GSI, wara startjar ta’ magna kiesħa, dan ma għandux ikollu effett negattiv fuq il-funzjonament fil-ħin tal-mezzi li jikkontrollaw it-tniġġis, bħal katalisti. Għal dan l-għan, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jippreżentaw dokumentazzjoni teknika lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li tiddeskrivi l-impatt tal-istrateġija tal-GSI fuq l-emissjonijiet regolati fil-pajp ta’ wara tal-vettura, fejn mill-inqas il-veloċità tal-vettura hija stabbli.

2.3.   Meta wieħed jimxi mal-indikazzjoni tal-GSI, dan ma għandux jikkomprometti t-tħaddim sikur tal-vettura, pereżempju l-waqfien tal-magna, brejk mhux biżżejjed tal-magna jew momentum mhux biżżejjed tal-magna fil-każ ta’ domanda ta’ enerġija għolja.

3.   Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta

3.1.   Il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fiż-żewġ partijiet li ġejjin:

(a)

“il-pakkett formali tad-dokumentazzjoni” li jista' jkun disponibbli għall-partijiet interessati jekk mitlub;

(b)

“il-pakkett estiż tad-dokumentazzjoni” li għandu jibqa' strettament kunfidenzjali.

3.1.1.   Il-pakkett formali tad-dokumentazzjoni għandu jinkludi:

(a)

Deskrizzjoni tas-sett komplut tal-apparenzi tal-GSIs li huma mwaħħlin f'vetturi li jagħmlu parti mill-vettura tat-tip fir-rigward tal-GSI, u evidenza tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti fil-punt 1.

(b)

Evidenza f'forma ta’ dejta jew valutazzjonijiet ta’ inġinerija, pereżempju mudell ta’ dejta, mapep tal-emissjoni jew konsum tal-fjuwil, testijiet tal-emissjoni, li juru b'mod xieraq li l-GSI huwa effiċjenti biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet f'waqthom u sinifikanti tat-tibdil lis-sewwieq sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt 2.

(c)

Spjegazzjoni tal-għan, l-użu u l-funzjonijiet tal-GSI fit-“taqsima tal-GSI” fil-manwal tal-utenti li jkun mal-vettura.

3.1.2.   Il-pakkett estiż tad-dokumentazzjoni għandu jkun fih l-istrateġija ta’ disinjar tal-GSI, b'mod partikolari l-karatteristiċi ta’ funzjonament.

3.1.3.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, il-pakkett estiż tad-dokumentazzjoni għandu jibqa' strettament kunfidenzjali bejn l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur. Dan jista' jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jew jinżamm mill-manifattur għad-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Fil-każ li l-manifattur iżomm il-pakkett ta’ dokumentazzjoni, il-pakkett għandu jiġi identifikat u datat, mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, ladarba jiġi analizzat u approvat. Għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni fiż-żmien tal-approvazzjoni jew f'kull żmien li fih l-approvazzjoni tkun valida.

3.2.   Il-manifattur għandu jipprovdi spjegazzjoni tal-għan, l-użu u l-funzjonijiet tal-GSI fit-“taqsima tal-GSI” fil-manwal tal-utenti li jkun mal-vettura.

4.   L-impatt tal-GSI tal-ekonomija tal-fjuwil irrikmanda li l-punti tat-tibdil tal-gerijiet għandu jiġi ddeterminat skont il-proċedura li ġejja.

4.1.   Id-determinazzjoni tal-veloċitajiet tal-vettura fejn il-GSI jirrikkmanda t-tibdil 'il fuq tal-gerijiet.

It-test għandu jsir fuq id-dinamometru tax-xażi meta l-vettura tkun sħuna skont il-profil tal-veloċità deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Ir-rakkomandazzjoni tal-GSI hija segwita għat-tibdil 'il fuq tal-gerijiet u l-veloċitajiet tal-vettura, li għalihom il-GSI jirrikkmanda t-tibdil, huma rrekordjati. It-test huwa ripetut tliet darbiet.

Vn GSI għanda tindika l-veloċità medja li fiha l-GSI jirrikkmanda t-tibdil 'il fuq minn ger n (n = 1, 2, …, #g) għal gear n + 1 m, iddeterminat mit-tliet testijiet, fejn #g għandha tindika n-numru ta’ gerijiet 'il quddiem tal-vettura. Għal dan l-għan, fil-fażi qabel tintlaħaq il-veloċità massima, l-istruzzjonijiet tat-tibdil tal-GSI biss huma kkunsidrati u kull istruzzjoni tal-GSI waqt it-tnaqqis tal-veloċità hija injorata.

Għall-għanijiet ta’ dawn il-kalkulazzjonijiet, V0 GSI hija stipulata bħala 0 km/h u V#g GSI hija stipulata bħala 140 km/h jew il-veloċità massima tal-vettura, liema wieħed hu l-iżgħar. Fejn il-vettura ma tistax tilħaq il-140 km/h, il-vettura għandha tinsaq bil-veloċità massima tagħha sakemm tilħaq il-profil tal-veloċità fil-Figura I.1.

B'mod alternattiv, il-punti tat-tibdil tal-GSI rrakkomandati u deskritti f'din it-taqsima jistgħu jiġu determinati b'mod analitiku mill-manifattur abbażi tal-algoritmu tal-GSI li jinsab fil-pakkett estiż tad-dokumentazzjoni, ipprovdut skont il-punt 3.1.

4.2.   Punti standard tat-tibdil tal-gerijiet.

Vn std għandha tindika l-veloċità li biha sewwieq tipiku huwa mistenni li jibdel 'il fuq minn ger n għal ger n + 1 mingħajr ir-rakkommandazzjoni tal-GSI. Il-punti standard tat-tibdil tal-gerijiet li ġejjin huma definiti abbażi tal-punti tat-tibdil tal-gerijiet definiti fit-test tal-emissjoni tat-tip 1 (1):

V0 std

=

0 km/h;

V1 std

=

15 km/h;

V2 std

=

35 km/h;

V3 std

=

50 km/h;

V4 std

=

70 km/h;

V5 std

=

90 km/h;

V6 std

=

110 km/h;

V7 std

=

130 km/h;

V8 std

=

V#g GSI;

Vn min għandha tindika l-veloċità minima tal-vettura li tista' tinsaq il-vettura bil-ger n mingħajr ma titwaqqaf il-magna u Vn max, il-veloċità massima tal-vettura li tista' tinsaq il-vettura bil-ger n mingħajr ma ssir ħsara lill-magna.

Jekk Vn std, li hija derivata minn din il-lista, hija iżgħar minn Vn + 1 min, allura Vn std hija stabbilita bħala Vn + 1 min. Jekk Vn std, li hija derivata minn din il-lista, hija ikbar minn Vn max, allura Vn std hija stipulata bħala Vn max (n = 1, 2, …, #g – 1).

Jekk V#g std determinata minn din il-proċedura hija iżgħar minn V#g GSI, hija għandha tkun issettjata għal V#g GSI.

4.3.   Kurvi tal-veloċità tal-konsum tal-fjuwil.

Il-manifattur għandu jforni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bid-dipendenza funzjonali tal-konsum tal-fjuwil tal-vettura fuq il-veloċità stabbli tal-vettura meta tkun qed tinstaq bil-ger n skont ir-regoli li ġejjin.

FCn i għandha tindika l-konsum tal-fjuwil f'termini ta’ kg/h (kilogrammi kull siegħa) meta l-vettura tkun misjuqa b'veloċità kostanti tal-vettura vi = i × 5 km/h – 2,5 km/h (fejn i huwa numru sħiħ pożittiv) tal-ger n. Din id-dejta għandha tiġi pprovduta mill-manifattur għal kull ger n (n = 1, 2, …, #g) u vn min ≤ vi ≤ vn max. Dawn in-numri tal-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu ddeterminati taħt l-istess kundizzjonijiet ambjentali f'sitwazzjoni ta’ sewqan realistika li tista' tiġi definita mill-manifattur tal-vettura, jew b'test fiżiku jew b'mudell ta’ kalkulazzjoni xieraq maqbul mill-awtorità tal-approvazzjoni u l-manifattur.

4.4.   Distribuzzjoni tal-veloċità tal-vettura.

Id-distribuzzjoni li ġejja għandha tintuża għall-probabbiltà Pi li l-vettura tinsaq b'veloċità v, fejn vi – 2,5 km/h < v ≤ vi + 2,5 km/h (i = 1, …, 28):

i

Pi

1

4,610535879

2

5,083909299

3

4,86818148

4

5,128313511

5

5,233189418

6

5,548597362

7

5,768706442

8

5,881761847

9

6,105763476

10

6,098904359

11

5,533164348

12

4,761325003

13

4,077325232

14

3,533825909

15

2,968643201

16

2,61326375

17

2,275220718

18

2,014651418

19

1,873070659

20

1,838715054

21

1,982122053

22

2,124757402

23

2,226658166

24

2,137249569

25

1,76902642

26

1,665033625

27

1,671035353

28

0,607049046

Fejn il-veloċità massima tal-vettura tikkorrispondi mal-istadji i u ii < 28, il-valuri minn Pi + 1 sa P28 għandhom jiġu miżjuda ma’ Pi.

4.5.   Id-determinazzjoni tal-mudell tal-konsumi tal-fjuwil

FCGSI għandha tindika l-konsum tal-fjuwil tal-vettura meta s-sewwieq jimxi mar-rakkomandazzjoni tal-GSI:

FCGSI i = FCn i, fejn Vn – 1 GSI ≤ vi < Vn GSI (għal n = 1, …, #g) u FCGSI i = 0 jekk vi ≥ V#g GSI.

Formula

FCstd għandha tindika l-konsum tal-fjuwil tal-vettura meta jintużaw il-punti tat-tibdil tal-gerijiet:

FCstd i = FCn i, fejn Vn – 1 std ≤ vi < Vn GSI (għal n = 1, …, g) u FCstd i = 0 jekk vi ≥ V#g GSI

Formula

L-iffrankar relattiv tal-konsum tal-fjuwil, billi wieħed jimxi mar-rakkomandazzjoni tal-GSI tal-mudell, huwa kkalkulat bħala:

FCrel. Save = (1 – FCGSI/FCstd) × 100 %

4.6.   Ir-reġistri tad-dejta

Għandha tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja:

il-valuri tal-Vn GSI kif iddeterminat skont il-punt 4.1

il-valuri FCn i tal-kurva tal-veloċità tal-konsum tal-fjuwil kif ikkomunikat mill-manifattur skont il-punt 4.3

il-valuri FCGSI, FCstd u FCrel. Save kif ikkalkulat skont il-punt 4.5.


(1)  Iddefinit fl-Anness 4a tar-Regolament tal-UNECE Nru 83, serje ta’ emendi 05.

Appendiċi 1

Deskrizzjoni tal-profil tal-veloċità tal-vettura msemmi fil-punt 4.1

Nru. tat-tħaddim

It-tħaddim

Aċċellerazzjoni

(m/s2)

Il-veloċità

(km/h)

Il-ħin kumulattiv

(s)

1

Magna mhux qed tintuża

0

0

20

2

Aċċellerazzjoni

1,1

0-31,68

28

3

0,7

31,68-49,32

35

4

0,64

49,32-79,27

48

5

0,49

79,27-109,26

65

6

0,3

109,26-128,70

83

7

0,19

128,70-140,33

100

8

Stat stabbli

0

140,33

105

9

Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni

–0,69

140,33-80,71

129

10

–1,04

80,71-50,76

137

11

–1,39

50,76-0

147

12

Magna mhux qed tintuża

0

0

150

It-tolleranzi għad-devjazzjoni mill-profil tal-veloċità huma definiti fil-punt 6.1.3.4 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tal-UNECE, serje ta’ emendi 05.

Figura I.1

Rappreżentazzjoni grafika tal-profil tal-veloċità msemmi fil-punt 4.1; linja solida: profil tal-veloċità; linji miksurin: tolleranzi għad-devjazzjoni mill-profil tal-veloċità.

Image 1

It-tabella li ġejja tipprovdi deskrizzjoni tal-profil tal-veloċità sekonda b’sekonda. Fejn il-vettura ma tistax tilħaq il-140 km/h, il-vettura għandha tinsaq bil-veloċità massima tagħha sakemm tilħaq il-profil tal-veloċità t’hawn fuq.

Ħin (s)

Veloċità (km/h)

0

0,00

1

0,00

2

0,00

3

0,00

4

0,00

5

0,00

6

0,00

7

0,00

8

0,00

9

0,00

10

0,00

11

0,00

12

0,00

13

0,00

14

0,00

15

0,00

16

0,00

17

0,00

18

0,00

19

0,00

20

0,00

21

3,96

22

7,92

23

11,88

24

15,84

25

19,80

26

23,76

27

27,72

28

31,68

29

34,20

30

36,72

31

39,24

32

41,76

33

44,28

34

46,80

35

49,32

36

51,62

37

53,93

38

56,23

39

58,54

40

60,84

41

63,14

42

65,45

43

67,75

44

70,06

45

72,36

46

74,66

47

76,97

48

79,27

49

81,04

50

82,80

51

84,56

52

86,33

53

88,09

54

89,86

55

91,62

56

93,38

57

95,15

58

96,91

59

98,68

60

100,44

61

102,20

62

103,97

63

105,73

64

107,50

65

109,26

66

110,34

67

111,42

68

112,50

69

113,58

70

114,66

71

115,74

72

116,82

73

117,90

74

118,98

75

120,06

76

121,14

77

122,22

78

123,30

79

124,38

80

125,46

81

126,54

82

127,62

83

128,70

84

129,38

85

130,07

86

130,75

87

131,44

88

132,12

89

132,80

90

133,49

91

134,17

92

134,86

93

135,54

94

136,22

95

136,91

96

137,59

97

138,28

98

138,96

99

139,64

100

140,33

101

140,33

102

140,33

103

140,33

104

140,33

105

140,33

106

137,84

107

135,36

108

132,88

109

130,39

110

127,91

111

125,42

112

122,94

113

120,46

114

117,97

115

115,49

116

113,00

117

110,52

118

108,04

119

105,55

120

103,07

121

100,58

122

98,10

123

95,62

124

93,13

125

90,65

126

88,16

127

85,68

128

83,20

129

80,71

130

76,97

131

73,22

132

69,48

133

65,74

134

61,99

135

58,25

136

54,50

137

50,76

138

45,76

139

40,75

140

35,75

141

30,74

142

25,74

143

20,74

144

15,73

145

10,73

146

5,72

147

0,72

148

0,00

149

0,00

150

0,00


ANNESS II

PARTI 1

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ indikaturi tad-tibdil tal-gerijiet.

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi l-werrej. Kwalunkwe tpinġija trid tiġi pprovduta fi skala xierqa u f'biżżejjed dettall fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu dettaljati biżżejjed.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, trid tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

L-informazzjoni stipulata fil-punti 0, 3 u 4 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 (1).

4.11.

Indikatur tat-tibdil tal-gerijiet (Gear shift indicator – GSI)

4.11.1.

Indikazzjoni akustika disponibbli iva/le (2). Jekk iva, id-deskrizzjoni tal-ħoss u l-livell tal-ħoss fil-widna tas-sewwieq f'dB(A). (L-indikazzjoni akustika tinxtegħel/tintefa' dejjem): …

4.11.2.

L-informazzjoni skont il-punt 4.6 tal-Anness I (il-valur iddikjarat tal-manifattur): …

4.11.3.

L-informazzjoni skont il-punt 3.1.1 tal-Anness I: …

4.11.4.

L-informazzjoni skont il-punt 3.1.2 tal-Anness I: …

4.11.5.

Ir-ritratti u/jew it-tpinġijiet tal-istrument tal-indikatur tat-tibdil tal-ger u d-deskrizzjoni qasira tal-komponenti tas-sistema u t-tħaddim: …

4.11.6.

L-informazzjoni fuq il-GSI fil-manwal tal-utenti tal-vettura: …

PARTI 2

MUDELL

Image 2

Test ta 'immaġni

PARTI 3

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE

MUDELL

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip KE

Komunikazzjoni li tikkonċerna

Approvazzjoni skont it-tip KE (3)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (3)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (3)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (3)

tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ indikatur tal-bidla fil-ger

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 65/2012 in-numru ta’ dan ir-Regolament irid jiddaħħal kif l-aħħar emendat bir-Regilament (UE) Nru …/2012 (3)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE …

Ir-raġuni għall-estensjoni …

TAQSIMA I

0.1.

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

It-tip: …

0.2.1.

L-isem (ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.

Il-mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat, fuq il-vettura …

0.3.1.

Fejn jinsab dak l-immarkar: …

0.4.

Il-kategorija tal-vettura: …

0.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.8.

L-isem (ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ mmuntar …

0.9.

L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm) …

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2.

Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tal-ittestjar u l-valutazzjonijiet:

3.

Data tar-rapport tat-test:

4.

Numru tar-rapport tat-test:

5.

L-informazzjoni skont il-punt 4.6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 65/2012 (determinat fl-approvazzjoni tat-tip):

6.

Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum

7.

Post:

8.

Data:

9.

Firma:

Dokumenti mehmużin

:

Pakkett ta’ informazzjoni

Rapport tat-test

Informazzjoni addizzjonali: …

Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru … li jikkonċerna …


(1)   ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(2)  Aqta' fejn ma japplikax.

(3)  Aqta' fejn ma japplikax.


ANNESS III

EMENDI GĦAD-DIRETTIVA QAFAS 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Anness I, qed jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

‘4.11.

Indikatur tat-tibdil tal-gerijiet (Gear shift indicator – GSI)

4.11.1.

Indikazzjoni akustika disponibbli yes/no (1). Jekk iva, id-deskrizzjoni tal-ħoss u l-livell tal-ħoss fil-widna tas-sewweiq f'dB(A). (L-indikazzjoni akustika tinxtegħel/tintefa' dejjem):

4.11.2.

L-informazzjoni skont il-punt 4.6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 65/2012 (il-valur iddikjarat tal-manifattur):

4.11.3.

Ir-ritratti u/jew it-tpinġijiet tal-istrument tal-indikatur tat-tibdil tal-ger u d-deskrizzjoni qasira tal-komponenti tas-sistema u t-tħaddim:’

2.

Fl-Anness III, qed jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“4.11.

Indikatur tat-tibdil tal-gerijiet (Gear shift indicator – GSI)

4.11.1.

Indikazzjoni akustika disponibbli yes/no (1). Jekk iva, id-deskrizzjoni tal-ħoss u l-livell tal-ħoss fil-widna tas-sewwieq f'dB(A). (L-indikazzjoni akustika tinxtegħel/tintefa' dejjem)

4.11.2.

L-informazzjoni skont il-punt 4.6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 65/2012 (determinat fl-approvazzjoni tat-tip)”

3.

Il-Parti I tal-Anness IV hi emendata kif ġej:

(a)

il-punt 63.1 li ġej huwa mdaħħal fit-tabella:

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali

Applikabbiltà

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“63.1

Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet

(UE) Nru 65/2012

ĠU L 28, 31.1.2012, p. 24

X”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(b)

il-punt 63.1 li ġej huwa mdaħħal fit-tabella fl-Appendiċi:

 

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali

M1

“63.1

Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet

(UE) Nru 65/2012

ĠU L 28, 31.1.2012, p. 24

N/A”

4.

Il-punt 63.1 li ġej huwa mdaħħal fit-tabella fl-Appendiċi tal-Anness VI:

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Kif emendat bi

Applikabbli għal verżjonijiet

“63.1

Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet

(UE) Nru 65/2012”

 

 

5.

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 63.1 li ġej huwa mdaħħal fit-tabella fl-Appendiċi 1:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1 (2 500  (1) kg

M1 (2 500  (1) kg

M2

M3

“63.1

Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet

(UE) Nru 65/2012

G

G”

 

 

(b)

Il-punt 63.1 li ġej huwa mdaħħal fit-tabella fl-Appendiċi 2:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“63.1

Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet

(UE) Nru 65/2012

G”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(c)

Il-punt 63.1 li ġej huwa mdaħħal fit-tabella, fl-Appendiċi 3:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1

“63.1

Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet

(UE) Nru 65/2012

G”

(d)

Bejn il-kolonna bit-titolu “Referenza tal-att regolatorju” u l-kolonna “M2” tiżdied il-kolonna “M1” u l-punt 63.1 li ġej jidħol fit-tabella fl-Appendiċi 4:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“63.1

Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet

(UE) Nru 65/2012

G”