|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.018.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 18 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 18/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 52/2012
tal-20 ta’ Jannar 2012
li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Istati Uniti fil-lista tal-pajjiżi u t-territorji terzi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u r-regoli applikabbli għall-kontrolli ta’ tali movimenti. Dan japplika għall-movimenti mhux kummerċjali bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi elenkati fl-Anness I miegħu. |
|
(2) |
Il-Parti C tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 telenka l-pajjiżi u t-territorji terzi li huma ħielsa mill-idrofobija u l-pajjiżi u t-territorji terzi, inklużi l-Istati Uniti, fejn ir-riskju li tidħol l-idrofobija fl-Unjoni bħala riżultat ta’ movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi minn dawn il-pajjiżi u territorji terzi, instab li mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat ma’ tali movimenti bejn l-Istati Membri. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 18/2006 (2), jinkludi l-Gwam fl-annotazzjoni għall-Istati Uniti fil-lista stipulata fil-Parti C tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
|
(4) |
L-Istati Uniti informat lill-Kummissjoni li hi wkoll tapplika kundizzjonijiet nazzjonali għall-annimali tal-ispeċi elenkati fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 meta dawn l-annimali jiċċaqilqu għal raġunijiet mhux kummerċjali bejn l-Istati Uniti u s-Samoa Amerikana, il-Gżejjer Marjana tat-Tramuntanta, il-Puerto Riko, u l-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti. |
|
(5) |
Għaldaqstant huwa xieraq li dawn it-territorji addizzjonali jiġu inklużi fl-annotazzjoni għall-Istati Uniti fil-Parti C tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Parti C tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-annotazzjoni għall-Istati Uniti tal-Amerika qed tinbidel b’dan li ġej:
|
“US |
L-Istati Uniti tal-Amerika (inkluż AS – Is-Samoa Amerikana, GU – Il-Gwam, MP – Il-Gżejjer Marjana tat-Tramuntana, PR – Puerto Riko u VI – Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti)”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 18/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 53/2012
tal-20 ta’ Jannar 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
151,1 |
|
MA |
61,8 |
|
|
TN |
92,5 |
|
|
TR |
114,3 |
|
|
ZZ |
104,9 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
229,9 |
|
MA |
148,6 |
|
|
TR |
155,6 |
|
|
ZZ |
178,0 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
82,2 |
|
ZZ |
82,2 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
125,3 |
|
TR |
142,4 |
|
|
ZZ |
133,9 |
|
|
0805 10 20 |
AR |
41,5 |
|
BR |
41,5 |
|
|
EG |
53,3 |
|
|
MA |
52,2 |
|
|
TN |
63,3 |
|
|
TR |
63,9 |
|
|
ZA |
41,5 |
|
|
ZZ |
51,0 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
93,3 |
|
ZZ |
93,3 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
57,2 |
|
IL |
95,5 |
|
|
KR |
92,8 |
|
|
MA |
57,9 |
|
|
TR |
84,7 |
|
|
ZZ |
77,6 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
45,3 |
|
EG |
69,9 |
|
|
TR |
58,3 |
|
|
UY |
45,3 |
|
|
ZZ |
54,7 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
78,5 |
|
CL |
58,2 |
|
|
CN |
35,2 |
|
|
MK |
30,8 |
|
|
US |
149,0 |
|
|
ZZ |
70,3 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
46,5 |
|
TR |
116,3 |
|
|
US |
120,7 |
|
|
ZZ |
94,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 18/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Jannar 2012
li tirrikjedi lill-Istati Membri li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil għal għodda tal-id għall-qtugħ ta’ siġar salvaġġi
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9772)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/32/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Magni tat-tirqim tal-ħaxix u għodda għall-qtugħ ta’ siġar salvaġġi huma magni tal-ġardinar u l-forestrija tal-id u jintużaw għat-tqattigħ tal-ħaxix, ħaxix ħażin, siġar salvaġġi, siġar żgħar u veġetazzjoni simili. Magna tat-tirqim tal-ħaxix jew għodda għall-qtugħ ta’ siġar salvaġġi kompluta tinkludi mutur ta’ trazzjoni, xaft li jittrasmetti l-enerġija, aċċessorju tat-tqattigħ u parti tal-ilqugħ. Ħafna mill-magni li jaħdmu bil-kombustjoni, skont l-aċċessorju tat-tqattigħ li jkollhom magħhom, għandhom żewġ użi, jew għat-tqattigħ tal-ħaxix u l-ħaxix ħażin, jew għat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi u siġar żgħar. |
|
(2) |
F’Settembru 2008, l-awtoritajiet tal-Isvezja infurmaw lill-awtoritajiet l-oħra tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni li wħud mill-aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil, għat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġ, li jikkonsistu f’żewġ partijiet jew iktar tal-metall bħal katini, skieken jew xkupilji marbutin ma’ parti li ddur, kienu qed jitqiegħdu fis-suq minn manifatturi li ma kinux il-manufatturi oriġinali tal-għodda għat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi. L-awtoritajiet tal-Isvezja kkunsidraw perikolużi dawn l-aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil. |
|
(3) |
F’Mejju 2010, l-awtoritajiet tar-Renju Unit informaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar inċident fatali li kien jinvolvi aċċessorju tat-tip ta’ bastun b’manku twil għat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi, li jikkonsisti f’żewġ katini mwaħħlin ma’ diska tal-metall. Ħolqa tal-katina kienet taret waqt l-użu tal-għodda tat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi armata b’aċċessorju tat-tqattigħ bħal dan, u weġġgħet fatalment persuna li kienet fil-qrib. Ir-Renju Unit ħa miżuri sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq u mis-servizz tal-aċċessorji tat-tqattigħ ikkonċernati. Waqt il-laqgħa tal-Kumitat tal-Makkinarju li saret fit-2 ta’ Ġunju 2010, ir-Renju Unit talab lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-bżonn li tiġi adottata miżura li tirrikjedi li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ aċċessorji tat-tqattigħ simili li għandhom karatteristiċi tekniċi simili. |
|
(4) |
Aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil għat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi, imqiegħda fis-suq separatament sabiex jiġu mmontati mill-operatur mal-għodda tat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi, mhux koperti bil-valutazzjoni tar-riskju, id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE u l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-għodda tat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi, huma apparat interskambjabbli skont id-definizzjoni stabbilita f’punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/42/KE. |
|
(5) |
It-Taqsima 1.3.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE dwar ir-riskju ta’ ħsara waqt l-operat, tirrikjedi li l-bosta partijiet tal-makkinarju u l-irbit tagħhom ma’ xulxin iridu jkunu kapaċi jifilħu l-pressjonijiet li jkunu suġġetti għalihom meta jintużaw. Fejn jibqa’ r-riskju ta’ qsim jew ta’ diżintegrazzjoni minkejja l-miżuri meħuda, il-partijiet ikkonċernati għandhom ikunu mmuntati, mqiegħda fil-pożizzjoni u/jew imħarsa b’tali mod li ma jtirux biċċiet, u b’hekk jiġu evitati sitwazzjonijiet perikolużi. It-Taqsima 1.3.3 tal-Anness I tad-Direttiva dwar ir-riskji li jiġu permezz ta’ oġġetti li jaqgħu jew jintremew ‘il barra, tirrikjedi li jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġu evitati riskji minn oġġetti li jaqgħu jew jintremew ‘il barra. |
|
(6) |
EN ISO 11806:2008, l-istandard armonizzat għall-għodda tal-id għat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi u li jaħdmu permezz ta’ magna bil-kombustjoni, jinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi u testijiet sabiex jiżguraw is-saħħa adegwata tal-aċċessorji tat-tqattigħ u jitnaqqsu r-riskji minħabba oġġetti li jintremew ‘il barra. L-istandard ma jipprevedix aċċessorji tat-tqattigħ li jikkonsistu f’iktar minn parti waħda tal-metall. Filwaqt li l-applikazzjoni tal-istandard armonizzat hija volontarja, l-istandard jindika l-livell għoli li għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu applikati r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà tad-Direttiva 2006/42/KE, skont il-prinċipji ġenerali stipulati fl-introduzzjoni għall-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. |
|
(7) |
L-użu ta’ aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil għat-tqattigħ b’partijiet tal-metall marbutin flimkien iwassal b’mod sinifikanti għal riskji residwi ogħla ta’ ħsara waqt l-operat u r-rimi ’l barra ta’ oġġetti milli meta jintużaw l-għodda bi xfafar singoli tal-metall. Il-partijiet tal-metall ta’ aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil għat-tqattigħ u l-irbit tagħhom ma’ xulxin huma suġġetti għal pressjonijiet mekkaniċi għoljin irripetuti meta jiġu f’kuntatt ma’ ġebel, blat u ostakli oħra u għandhom tendenza li tiġrilhom ħsara u li jintremew ‘il barra b’veloċità għolja. Għandhom ukoll tendenza li jarmu l-ġebel b’enerġija ogħla mill-għodda bi xfafar singoli tal-metal. L-ilqugħijiet imwaħħlin mal-għodda tal-id tat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi ma jistgħux jipprovdu protezzjoni adegwata kontra r-riskji għoljin maħluqin mill-aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil għat-tqattigħ b’partijiet tal-metall marbutin. B’konsegwenza, meta wieħed jikkunsidra l-istandard ta’ livell għoli, l-aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil għat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-taqsimiet 1.3.2 u 1.3.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. Dik in-nuqqas ta’ konformità twassal għal żieda sinifikanti tar-riskju li l-utenti jew persuni oħra esposti jweġġgħu serjament jew fatalment. |
|
(8) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Federazzjoni Ewropea tal-Makkinarju tal-Ġonna dwar miżura ta’ abbozz sabiex tittratta l-aċċessorji perikolużi tat-tqattigħ ta’ siġar salvaġġi. Fit-tweġiba tagħha tad-data tal-4 ta’ Novembru 2010, il-Federazzjoni esprimiet appoġġ għall-miżura ta’ abbozz. |
|
(9) |
Sabiex jiġu evitati iktar inċidenti, għandu jingħata l-iqsar perjodu possibli biex jiġu applikati l-miżuri meħtieġa minn din id-Deċiżjon. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva Nru 2006/42/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil għat-tqattigħ b’partijiet tal-metall marbutin għal għodda tal-id ta’ tqattigħ ta’ siġar salvaġġi.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2012. Huma għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri u jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi-President
Rettifika
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 18/7 |
Rettifika għad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335, tas-17 ta' Diċembru 2011 )
Fil-Werrej u fit-titolu, f’paġna 1:
minflok:
“2011/92/UE”;
aqra:
“2011/93/UE”.