|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.344.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Novembru 2011
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
(2011/885/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissaw (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Sħubija”). |
|
(2) |
Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti minn dan il-Ftehim ta’ Sħubija skada fil-15 ta’ Ġunju 2011. |
|
(3) |
L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (minn hawn ‘il quddiem “Ginea Bissaw”) Protokoll ġdid li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom il-Ginea Bissaw teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”). |
|
(4) |
B'riżultat tan-negozjati, ġie inizjalat il-Protokoll fil-15 ta’ Ġunju 2011. |
|
(5) |
Sabiex jiżgura l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-UE, l-Artikolu 14 tal-Protokoll jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu mis-16 ta’ Ġunju 2011. |
|
(6) |
Jeħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju, sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”) huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju mis-16 ta’ Ġunju 2011, sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
PROTOKOLL
miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
Artikolu 1
Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd
1. Mis-16 ta’ Ġunju 2011 u għal perjodu ta’ sena, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim huma stabbiliti kif ġej:
|
— |
Krustaċji u speċijiet demersali
|
|
— |
Speċijiet b'tendenza kbira li jpassu ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982)
|
2. Il-paragrafu 1 japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.
3. B'applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jeżerċitaw l-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw jekk ma jkollhomx liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Protokoll u skont il-proċeduri deskritti fl-Annessi għal dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja u kontribuzzjoni speċifika – Modalitajiet ta’ ħlas
1. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hija stabbilita għal EUR 7 miljuni.
2. Madankollu, f'każ ta’ titjib fl-użu tal-opportunitajiet tas-sajd previsti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta’ dan il-Protokoll mill-bastimenti tal-UE, l-Unjoni għandha tagħti ammont finanzjarju addizzjonali lill-Ginea Bissaw li jkun proporzjonali għal dik iż-żieda, fil-limiti tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti minn dan il-Protokoll u sa massimu ta’ EUR 1 miljun fis-sena. Iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu li jiddeterminaw, fi ħdan il-Kumitat Konġunt u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, il-perjodu ta’ referenza, l-indiċi bażi u l-mekkaniżmi speċifiċi tal-ħlas.
3. Il-paragrafu 1 japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6, 7, 8, 9, 11 u 12 ta’ dan il-Protokoll.
4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandu jsir mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2012.
5. Soġġetta għall-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll, l-allokazzjoni ta’ din il-kontribuzzjoni tiġi deċiża fil-kuntest tal-Liġi Finanzjarja tal-Ginea Bissaw, u għalhekk taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw.
6. Mal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq, tiżdied il-kontribuzzjoni speċifika tal-Unjoni li tammonta għal EUR 500 000 fis-sena allokata għat-twaqqif ta’ sistema sanitarja u fitosanitarja tal-prodotti tas-sajd. Madankollu, iż-żewġ Partijiet jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedu li jallokaw parti minn din il-kontribuzzjoni speċifika għat-tisħiħ tas-sistema ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw. Din il-kontribuzzjoni għandha titmexxa skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll.
7. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll, il-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fil-paragrafu 6 m'għandux isir aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2012.
8. Il-ħlasijiet previsti minn dan l-Artikolu jsiru f'kont uniku tat-Teżor Pubbliku miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Ginea Bissaw, li r-referenzi tiegħu għandhom jiġu kkomunikati kull sena mill-Ministeru.
Artikolu 3
Kontribuzzjoni speċifika għall-appoġġ tat-titjib tal-kondizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji tal-prodotti tas-sajd u għall-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tas-sajd
1. Il-kontribuzzjoni speċifika tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2(6) ta’ dan il-Protokoll għandha tikkontribwixxi, b'mod partikolari, biex is-settur tas-sajd jilħaq il-konformità mal-istandards sanitarji u, jekk ikun meħtieġ, għall-politika ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-Ginea Bissaw.
2. Il-ġestjoni tal-ammont korrispondenti taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ginea Bissaw u tissejjes fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet, bi qbil komuni, tal-azzjonijiet li għandhom jitwettqu u l-programmazzjoni annwali relatata magħhom.
3. Mingħajr preġudizzju għall-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet ta’ dawn l-għanijiet u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiffukaw fuq:
|
(a) |
l-azzjonijiet kollha biex jitjiebu l-kondizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji tal-prodotti tas-sajd, inkluż it-tisħiħ tal-awtorità kompetenti, il-konformità mal-istandards tas-CIPA (ISO 9000), it-taħriġ tal-persunal kif ukoll il-konformità tal-qafas ġuridiku meħtieġ; u, jekk ikun meħtieġ, |
|
(b) |
l-azzjonijiet kollha ta’ appoġġ għall-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tas-sajd, inkluża s-sorveljanza tal-ilmijiet tal-Ginea Bissaw minn fuq il-baħar u mill-ajru, it-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) tal-bastimenti tas-sajd, it-titjib tal-qafas ġuridiku kif ukoll l-applikazzjoni tiegħu f'każ ta’ ksur; |
4. Rapport annwali dettaljat jitressaq għall-approvazzjoni lill-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.
5. Madankollu, l-Unjoni tirriżerva d-dritt li tissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika prevista fl-Artikolu 2(6) ta’ dan il-Protokoll, u dan mill-ewwel sena tal-Protokoll, kemm f'każ ta’ tilwim dwar l-ipprogrammar tal-azzjonijiet kif ukoll meta r-riżultati miksuba, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, ma jkunux konformi mal-ipprogrammar.
Artikolu 4
Kooperazzjoni xjentifika
1. Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli, b'mod partikolari billi jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livell tas-sottoreġjun relatat mas-sajd responsabbli u speċjalment fil-kuntest tal-Commission Sous Régionale des Pêches (Kummissjoni Sottoreġjonali tas-Sajd, CSRP)
2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex japprofondixxu ċerti kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp tal-istat tar-riżorsi fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw; għal dan il-għan għandha ssir laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt tal-anqas darba fis-sena, skont l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim. Jistgħu wkoll jiġu organizzati laqgħat oħra ta’ dan il-Kumitat Xjentifiku Konġunt fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, u f'każ ta’ bżonn iddikjarat fil-qafas ta’ dan il-Protokoll.
3. Iż-żewġ Partijiet, abbażi tal-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika konġunta annwali u abbażi wkoll tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u tas-CECAF (Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) u l-organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjonali oħra kollha fil-qasam li fihom iż-żewġ Partijiet huma membri jew irrappreżentati, għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst mill-Artikolu 10 tal-Ftehim sabiex jadottaw, jekk ikun il-każ u bi qbil komuni, miżuri li jwasslu għal ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.
Artikolu 5
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil komuni sakemm, skont il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika konġunta annwali msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim, din iż-żieda ma tkunx ta’ ħsara għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Ginea Bissaw. F'każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 2(1).
2. F'każ fejn, min-naħa l-oħra, il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim li jimplikaw tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd stipulati fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll, din il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tiġi sospiża mill-Unjoni Ewropea f'każ li ma tkun tista' titwettaq l-ebda waħda mill-opportunitajiet tas-sajd previsti f'dan il-Protokoll.
3. It-tqassim tal-opportunitajiet tas-sajd bejn id-diversi kategoriji ta’ bastimenti jista' jkun ukoll soġġett għal reviżjoni bi qbil komuni bejn iż-żewġ Partijiet u skont kull rakkomandazzjoni oħra li tista' ssir mil-laqgħa xjentifika konġunta annwali fir-rigward tal-ġestjoni tal-istokkijiet li jistgħu jintlaqtu minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti fil-kontribuzzjoni finanzjarja meta jkun iġġustifikat mit-tqassim mill-ġdid tal-opportunitajiet tas-sajd.
4. Ir-reviżjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ hawn fuq, għandhom jiġu deċiżi bi qbil komuni bejn iż-żewġ Partijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.
Artikolu 6
Opportunitajiet ġodda tas-sajd u sajd sperimentali
1. F'każ li l-bastimenti tas-sajd tal-UE jkunu interessati f'attivitajiet tas-sajd li mhumiex indikati fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tikkonsulta lill-Ginea Bissaw biex tinkiseb awtorizzazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. F'dak il-każ, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
2. Il-Partijiet jistgħu jwettqu kampanji ta’ sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw, skont il-parir tal-Kumitat xjentifiku konġunt previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim. Għal dan il-għan, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet biex jiddeterminaw, skont il-każ, ir-riżorsi l-ġodda, il-kondizzjonijiet u parametri oħra importanti.
3. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jingħataw għal perjodu bi prova ta’ massimu ta’ sitt xhur
4. Meta l-Partijiet jikkonkludu li l-kampanji tas-sajd sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, fir-rigward tal-preservazzjoni tal-ekosistemi u l-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi bijoloġiċi, ikunu jistgħu jingħataw opportunitajiet tas-sajd ġodda lill-bastimenti tal-UE skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll u sakemm dan jiskadi u skont l-isforz permess. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiżdied skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll.
5. Il-qabdiet li jsiru matul is-sajd sperimentali huma l-proprjetà tas-sid tal-bastiment. Mhux permess li jinqabdu speċijiet li d-daqs tagħhom mhuwiex regolat u dawk li s-sajd, iż-żamma abbord u l-bejgħ tagħhom mhumiex awtorizzati mil-liġi tal-Ginea Bissaw.
Artikolu 7
Sospensjoni u reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja f'ċirkostanzi mhux normali
1. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll jistgħu jiġu sospiżi mill-Unjoni Ewropea jekk:
|
(a) |
ċirkostanzi mhux normali, minbarra fenomeni naturali, jimpedixxu t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) tal-Ginea Bissaw, jew |
|
(b) |
l-Unjoni Ewropea tinnota li fil-Ginea Bissaw hemm ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi kif previsti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, |
Id-deċiżjoni għal sospensjoni għandha tittieħed wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Partijiet fi żmien xahrejn wara t-talba magħmula minn waħda mill-Partijiet, u bil-kondizzjoni li l-Unjoni Ewropea tkun ħallset l-ammont kollu dovut fil-mument tas-sospensjoni.
2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll, jerġa' jsir dovut minn meta l-Partijiet jistabbilixxu, bi qbil komuni u wara konsultazzjonijiet, li ċ-ċirkostanzi li jkunu kkawżaw il-waqfien tal-attivitajiet tas-sajd ikunu spiċċaw u/jew is-sitwazzjoni tkun tali li tippermetti li l-attivitajiet tas-sajd jinbdew mill-ġdid.
3. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-UE jistgħu jiġu sospiżi flimkien mas-sospensjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 2. F'każ li l-attivitajiet jibdew mill-ġdid, il-validità ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandha tiġi estiża għall-istess tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ sospensjoni tal-attivitajiet tas-sajd.
Artikolu 8
Kontribut tal-Ftehim ta’ Sħubija fl-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Ginea Bissaw
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tikkontribwixxi, sa 35 % tal-ammont tagħha, jiġifieri EUR 2 450 000, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Ginea Bissaw, bil-għan li jinħoloq sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet tiegħu.
2. Il-ġestjoni tal-ammont korrispondenti taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ginea Bissaw u tissejjes fuq l-identifikazzjoni, miż-żewġ Partijiet, bi qbil komuni, tal-għanijiet li għandhom jinkisbu u l-programmazzjoni annwali u multiannwali relatata, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni korretta tar-riżorsi tas-sajd, it-tisħiħ tar-riċerka xjentifika, tal-kapaċità ta’ monitoraġġ tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw u t-titjib fil-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-prodotti tas-sajd.
3. Mingħajr preġudizzju għall-identifikazzjoni, miż-żewġ Partijiet, ta’ dawn l-għanijiet u skont il-prijoritajiet tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tas-settur tas-sajd tal-Ginea Bissaw u bl-għan li tkun żgurata ġestjoni sostenibbli u responsabbli tas-settur, iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiffukaw, fost oħrajn, fuq l-oqsma ta’ intervent li ġejjin: il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, ir-riċerka xjentifika u l-ġestjoni u l-immaniġġjar tal-attivitajiet tas-sajd.
Artikolu 9
Metodi ta’ implimentazzjoni tal-appoġġ lill-politika settorjali tas-sajd tal-Ginea Bissaw
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti mill-Artikolu 8(3), l-Unjoni Ewropea u l-Ministeru għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim u minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, dwar:
|
(a) |
il-linji gwida annwali li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika tas-sajd tal-Ginea Bissaw bil-għan li jinħoloq sajd sostenibbli u responsabbli u, b'mod partikolari, dawk imsemmiji fl-Artikolu 8(2); |
|
(b) |
il-miri annwali li għandhom jintlaħqu kif ukoll il-kriterji u l-indikaturi li għandhom jintużaw sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. L-Anness III jindika l-elementi bażiċi dwar l-għanijiet u l-indikaturi tar-rendiment li għandhom jitqiesu fil-qafas tal-Protokoll. |
2. Kull bidla f'dawn il-linji gwida, għanijiet, u f'dawn il-kriterji u indikaturi ta’ evalwazzjoni, għandha tkun approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
3. L-allokazzjoni lill-Ginea Bissaw tal-appoġġ finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(1) ta’ dan il-Protokoll għandu jiġi kkomunikat lill-Unjoni Ewropea meta l-linji gwida, il-miri, il-kriterji u l-indikaturi ta’ evalwazzjoni jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt.
4. Il-Ministeru għandu jikkomunika din l-allokazzjoni lill-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn 4 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.
5. Ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ipprogrammati u ffinanzjati, dwar ir-riżultati miksuba kif ukoll dwar kwalunkwe diffikultà li tista' tinstab, għandu jitressaq għall-approvazzjoni lill-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.
6. Madankollu, l-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tadatta jew li tissospendi l-ħlas tal-ammont stabbilit mill-Artikolu 8(1) ta’ dan il-Protokoll, fil-każ li l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati effettivi tal-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd tiġġustifika dan, u wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
Artikolu 10
Integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-Unjoni fis-settur tas-sajd tal-Ginea Bissaw
1. Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-Unjoni fl-industrija kollha tas-sajd fil-Ginea Bissaw.
2. Iż-żewġ Partijiet jintrabtu partikolarment li jippromwovu l-ħolqien ta’ assoċjazzjonijiet temporanji bejn l-operaturi tal-Unjoni u l-operaturi tal-Ginea Bissaw bil-għan li jisfruttaw b'mod konġunt ir-riżorsi tas-sajd taż-żona ekonomika esklussiva tal-Ginea Bissaw.
3. Assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi tfisser kull assoċjazzjoni bbażata fuq kuntratt stabbilit għal perjodu limitat bejn is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni u persuni fiżiċi jew ġuridiċi tal-Ginea Bissaw bl-għan li jistadu u jisfruttaw b'mod konġunt il-kwoti tal-Ginea Bissaw permezz ta’ bastiment wieħed jew aktar li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u li jaqsmu l-qligħ jew it-telf f'termini ta’ kostijiet tal-attività ekonomika li daħlu għalihom konġuntament.
4. Il-Ginea Bissaw għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa sabiex l-assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi stabbiliti għall-finijiet tal-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd tal-baħar ikunu jistgħu joperaw fiż-żoni tas-sajd tagħha.
5. Il-bastimenti tal-UE li ddeċidew li joħolqu assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi fil-kuntest tal-Protokoll fis-seħħ, għall-kategoriji tas-sajd imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Protokoll, għandhom ikunu eżentati mill-ħlas tat-tariffi ta’ liċenzji. Barra minn hekk, mit-tielet sena tal-Protokoll, il-Ginea Bissaw għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-ħolqien ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi. L-ammont kumplessiv ta’ dan l-appoġġ ma għandux jaqbeż l-20 % tal-ammont totali tat-tariffi mħallsa mis-sidien tal-bastimenti fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll.
6. Il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-modalitajiet finanzjarji u tekniċi li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ u l-inkoraġġiment ta’ assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi, fil-kuntest tal-Protokoll fis-seħħ.
Artikolu 11
Tilwim – Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll
1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda miż-żewġ Partijiet wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk xi waħda miż-żewġ Partijiet twettaq ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi kif previsti mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou.
2. Barra minn hekk, kull tilwima bejn il-Partijiet kemm fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-Annessi għalih, kif ukoll fl-applikazzjoni tagħhom għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni bejn il-partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, li, jekk ikun hemm il-ħtieġa, għandha ssir f'laqgħa straordinarja.
3. L-applikazzjoni tal-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet meta t-tilwima bejn iż-żewġ Partijiet tkun meqjusa bħala waħda serja u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kumitat Konġunt skont il-paragrafu 1 hawn fuq ma jkunux wasslu għal soluzzjoni bonarja.
4. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll hija soġġetta għal avviż bil-miktub mill-Parti kkonċernata dwar l-intenzjoni tagħha, li għandu jingħata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ.
5. F'każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwim ta’ bejniethom. Meta tali soluzzjoni tinkiseb, il-Protokoll jerġa' jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b'mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li fih l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.
Artikolu 12
Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-impenji tal-Ginea Bissaw għal sajd responsabbli u sostenibbli
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, f'każ li l-Ginea Bissaw tonqos li tirrispetta l-impenn tagħha li taħdem favur sajd responsabbli u sostenibbli l-aktar permezz tal-osservanza tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tas-sajd annwali definiti mill-gvern tal-Ginea Bissaw, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 11(3) u (4).
Artikolu 13
Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4, f'każ li l-Unjoni Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq il-verifika xierqa u, jekk ikun meħtieġ, twettaq il-ħlas fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-avviż; |
|
(b) |
Fin-nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta’ ħlas fiż-żmien stipulat fil-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw ikollhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan minnufih. |
Il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid meta jsir il-ħlas inkwistjoni.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Protokoll u l-Annessi għalih għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
2. Dawn għandhom japplikaw provviżorjament mis-16 ta’ Ġunju 2011.
3. Dan il-Protokoll u l-Annessi għalih għandhom japplikaw għal perjodu ta’ sena li jibda mill-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Il-partijiet jintrabtu li jibdew mill-aktar fis possibbli negozjati sabiex jikkonkludu Protokoll ġdid li jieħu post dan il-Protokoll meta jiskadi. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkonkludu dawn in-negozjati fi żmien massimu ta’ 9 xhur, jiġifieri mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2012.
Съставено в Брюксел на двадесети декември две хиляди и единадесета година.
Hecho en Bruselas, el veinte de diciembre de dos mil once.
V Bruselu dne dvacátého prosince dva tisíce jedenáct.
Udfærdiget i Bruxelles den tyvende december to tusind og elleve.
Geschehen zu Brüssel am zwanzigsten Dezember zweitausendelf.
Kahe tuhande üheteistkümnenda aasta detsembrikuu kahekümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες έντεκα.
Done at Brussels on the twentieth day of December in the year two thousand and eleven.
Fait à Bruxelles, le vingt décembre deux mille onze.
Fatto a Bruxelles, addì venti dicembre duemilaundici.
Briselē, divi tūkstoši vienpadsmitā gada divdesmitajā decembrī.
Priimta du tūkstančiai vienuoliktų metų gruodžio dvidešimtą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenegyedik év december havának huszadik napján.
Magħmul fi Brussell, fl-għoxrin jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u ħdax.
Gedaan te Brussel, de twintigste december tweeduizend elf.
Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego grudnia roku dwa tysiące jedenastego.
Feito em Bruxelas, em vinte de Dezembro de dois mil e onze.
Întocmit la Bruxelles la douăzeci decembrie două mii unsprezece.
V Bruseli dňa dvadsiateho decembra dvetisícjedenásť.
V Bruslju, dne dvajsetega decembra leta dva tisoč enajst.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattayksitoista.
Som skedde i Bryssel den tjugonde december tjugohundraelva.
За Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Република Гвинея Бисау
Por la República de Guinea-Bissau
Za Republiku Guinea-Bissau
For Republikken Guinea-Bissau
Für die Republik Guinea-Bissau
Guinea-Bissau Vabariigi nimel
Για την Δημοκρατία της Γουινέας-Μπισσάου
For the Republic of Guinea-Bissau
Pour la République de Guinée-Bissau
Per la Repubblica di Guinea-Bissau
Gvinejas-Bisavas Republikas vārdā –
Bisau Gvinėjos Respublikos vardu
A Bissau-guineai Köztársaság részéről
Għar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
Voor de Republiek Guinee-Bissau
W imieniu Republiki Gwinei Bissau
Pela República da Guiné-Bissau
Pentru Republica Guineea-Bissau
Za Guinejsko-bissauskú republiku
Za Republiko Gvinejo Bissau
Guinea-Bissaun tasavallan puolesta
För Republiken Guinea-Bissau
ANNESS I
KONDIZZJONIJIET GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GINEA BISSAW MINN BASTIMENTI TAL-UE
KAPITOLU I
FORMALITAJIET APPLIKABBLI GĦAT-TALBA U L-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-bastimenti kollha
1. Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu liċenzja għas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw.
2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd fil-Ginea Bissaw. Għandhom ikunu f'qagħda regolari mal-amministrazzjoni tal-Ginea Bissaw, fis-sens li għandhom ikunu ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti relatati mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Ginea Bissaw fil-kuntest tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Unjoni.
3. Kull bastiment tal-UE li jitlob liċenzja tas-sajd jista' jkun irrappreżentat minn aġent residenti fil-Ginea Bissaw. L-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentant għandhom jissemmew fl-applikazzjoni għal-liċenzja.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni għandhom iressqu applikazzjoni lill-Ministeru, permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw, għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim, mill-inqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba.
5. L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru skont il-formoli pprovduti għal dan il-għan mill-Gvern tal-Ginea Bissaw, li mudell tagħhom jinsab fl-Appendiċi 1. L-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex l-informazzjoni li jirċievu fil-kuntest tal-applikazzjoni għal-liċenzja tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali. Din l-informazzjoni tintuża biss fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-sajd.
6. Kull applikazzjoni għal-liċenzja għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
|
— |
prova tal-ħlas tat-tariffi għall-perjodu tal-validità tagħha kif ukoll tal-ammont previst mill-Kapitolu VII, il-punt 13, |
|
— |
kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet partikolari li huma applikabbli skont it-tip ta’ bastiment bis-saħħa ta’ dan il-Protokoll. |
7. Il-ħlas tat-tariffi għandu jsir fil-kont speċifikat mill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw.
8. It-tariffi jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-port u l-ispejjeż għas-servizzi.
9. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha jinħarġu mill-Ministeru fi żmien 20 jum wara li jaslu d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 6 hawn fuq, lis-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw.
10. F'każ li, meta tiġi ffirmata l-liċenzja, l-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea jkunu magħluqa, din għandha tintbagħat direttament lill-aġent tal-bastiment b'kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
11. Il-liċenzja għandha tinħareġ f'isem il-bastiment indikat u mhix trasferibbli.
12. Madankollu, fuq talba tal-Unjoni Ewropea u f'każ ta’ forza maġġuri ppruvata, il-liċenzja ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b'liċenzja ġdida stabbilita f'isem bastiment ieħor b'karatteristiċi simili għal dawk tal-bastiment li ser ikun sostitwit, mingħajr ma jkollha titħallas tariffa oħra. Madankollu, jekk it-tunnellaġġ gross reġistrat (TGR) tal-bastiment li ssostitwixxa jkun ogħla minn dak tal-bastiment sostitwit, id-differenza fit-tariffi titħallas pro rata temporis.
13. Sid il-bastiment issostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
14. Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida ssir valida hija dik meta s-sid jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-liċenzja.
15. Il-liċenzja għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr preġudizzju għal dak li hu stabbilit bil-Kapitolu I, Taqsima 2, paragrafu 1.
16. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu l-istabbiliment ta’ sistema ta’ liċenzji msejsa esklussivament fuq skambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha deskritti hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu mill-aktar fis possibbli s-sostituzzjoni tal-liċenzja tal-karti b'waħda elettronika, bħal-lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw.
17. Il-partijiet jintrabtu li, fl-ambitu tal-Kumitat Konġunt, jissostitwixxu r-referenzi kollha f'dan il-Protokoll għall-TGR b'TG u b'konsegwenza ta’ dan jadattaw id-dispożizzjonijiet hekk milquta. Din is-sostituzzjoni ssir wara li jsir konsultazzjonijiet tekniċi xierqa bejn il-Partijiet.
TAQSIMA 2
Dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
1. Il-liċenzja għandha tinżamm abbord f'kull ħin. L-Unjoni Ewropea żżomm aġġornat abbozz ta’ lista ta’ bastimenti li għalihom tintalab liċenzja għas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. L-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw għandhom jiġu nnotifikati meta jiġi stabbilit dan l-abbozz u sussegwentement kull darba li jiġi aġġornat. Meta jasal dan l-abbozz tal-lista kif ukoll in-notifika tal-ħlas bil-quddiem indirizzata mill-Kummissjoni Ewropea lill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw, il-bastiment jiġi rreġistrat mill-awtorità kompetenti tal-Ginea-Bissaw fuq lista tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd, li tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet inkarigati mill-kontroll tas-sajd kif ukoll lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw. F'dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lis-sid mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u għandha tinżamm abbord bħala sostituzzjoni tal-liċenzja tas-sajd sakemm din tinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Ginea Bissaw.
2. Il-liċenzji huma validi għal sena.
3. It-tariffi huma kkalkolati għal kull bastiment abbażi ta’ rati annwali stabbiliti fl-iskedi tekniċi tal-Protokoll. Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi huma kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3 % jew 2 % rispettivament sabiex jiġu koperti l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji.
4. Il-liċenzji jinħarġu wara li jsir il-ħlas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-ammonti skont l-iskeda teknika korrispondenti.
5. Il-kalkolu finali tat-tariffi dovuti għas-sena kurrenti jiġi deċiż mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena sussegwenti, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet magħmula minn kull sid tal-bastiment u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifika tad-dejta dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografía) u l-IPIMAR (Instituto Português de Investigação Marítima) permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
6. Dan il-kalkolu għandu jiġi kkomunikat fl-istess ħin lill-Ministeru u lis-sidien tal-bastimenti.
7. Il-ħlas eventwali addizzjonali għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Ginea Bissaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2012, fil-kont imsemmi fil-paragrafu 7 tat-Taqsima 1.
8. Madankollu, jekk il-kalkolu finali huwa anqas mit-total tal-ħlas bil-quddiem stipulat fil-paragrafu 3, l-ammont residwu korrispondenti ma jitħallasx lura lis-sid tal-bastiment.
TAQSIMA 3
Dispożizzjonijiet speċjali li japplikaw għall-bastimenti tat-tkarkir
1. Minbarra d-dokumenti msemmija fit-Taqsima 1, paragrafu 6, ta’ dan il-Kapitolu, kull applikazzjoni għal-liċenzja għall-bastimenti msemmijin f'din Taqsima għandha tkun akkumpanjata minn:
|
— |
kopja awtentikata tad-dokument maħruġ mill-Istat Membru u li jiċċertifika t-tunnellaġġ tal-bastiment f'TGR, kif ukoll |
|
— |
ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-Ministeru wara l-ispezzjoni teknika tal-bastiment li tkun saret skont il-Kapitolu VIII, paragrafu 3.2. |
2. F'każ ta’ applikazzjoni għal-liċenzja ġdida għal bastiment li diġà kien fil-pussess ta’ liċenzja fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll u li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu baqgħu l-istess, din l-applikazzjoni għandha tintbagħat, permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw, lill-Ministeru, akkumpanjata biss mill-prova tal-ħlas tat-tariffa għall-perjodi kkonċernati kif ukoll mill-ammont previst fil-Kapitolu VII, paragrafu 13. Il-Ministeru għandu jawtorizza l-liċenzja l-ġdida filwaqt li jinkludi referenza għall-ewwel applikazzjoni għal-liċenzja mressqa fil-kuntest tal-Protokoll fis-seħħ.
3. Biex tiġi ddeterminata l-validità tal-liċenzji, għandha ssir referenza għall-perjodi annwali definiti kif ġej:
|
— |
l-ewwel perjodu |
: |
mis-16 ta’ Ġunju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011, |
|
— |
it-tieni perjodu |
: |
mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-15 ta’ Ġunju 2012. |
4. L-ebda liċenzja ma tista' tibda matul perjodu annwali u tispiċċa matul il-perjodu annwali ta’ wara.
5. Trimestru jikkorrispondi għal wieħed mill-perjodi ta’ tliet xhur li jibdew jew fl-1 ta’ Jannar, jew fl-1 ta’ April, jew fl-1 ta’ Lulju, jew fl-1 ta’ Ottubru, ħlief għall-ewwel u l-aħħar perjodi tal-Protokoll, fejn dawn ser ikunu rispettivament is-16 ta’ Ġunju 2011 sat-30 ta’ Settembru 2011 u mill-1 ta’ April 2012 sal-15 ta’ Ġunju 2012.
6. Il-liċenzji huma validi għal sena, sitt xhur jew tliet xhur. Dawn jistgħu jiġġeddu.
7. Il-liċenzja għandha tinżamm dejjem abbord.
8. It-tariffi huma kkalkulati għal kull bastiment abbażi ta’ rati annwali stabbiliti fl-iskedi tekniċi tal-Protokoll. Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi huma kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3 % jew 2 % rispettivament sabiex jiġu koperti l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji.
KAPITOLU II
ŻONI TAS-SAJD
Il-bastimenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll huma awtorizzati li jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet li jinsabu lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linji bażi.
KAPITOLU III
SISTEMA TA' DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET GĦALL-BASTIMENTI AWTORIZZATI LI JISTADU FL-ILMIJIET TAL-GINEA BISSAW
1. It-tul ta’ vjaġġ ta’ bastiment tal-UE għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa definit kif ġej:
|
— |
jew iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw; |
|
— |
jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul u l-ħruġ fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw u attività ta’ trasbord; |
|
— |
jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw u attività ta’ ħatt l-art fil-Ginea Bissaw. |
2. Il-bastimenti kollha awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw fil-kuntest tal-Ftehim huma obbligati jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru, skont il-modalitajiet li ġejjin:
|
2.1. |
Id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet li jsiru mill-bastiment matul kull vjaġġ. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Ministeru permezz tal-fax, bil-posta jew bil-posta elettronika b'kopja lill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Ginea Bissaw, fi tmiem kull vjaġġ u, f'kull każ, qabel ma l-bastiment iħalli l-ilmijiet tas-sajd tal-Ginea Bissaw. Fil-każ li din il-komunikazzjoni ssir bil-posta elettronika, għandhom minnufih jintbagħtu elettronikament avviżi tal-wasla lill-bastiment minn kull waħda miż-żewġ destinazzjonijiet b'kopja reċiproka. Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn, dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-aħħar ta’ kull spedizzjoni. |
|
2.2. |
L-oriġinal stampati tad-dikjarazzjonijiet mibgħuta bil-fax jew bil-posta elettronika matul perjodu annwali ta’ validità tal-liċenzja skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I, it-Taqsima 2, paragrafu 2, għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn, u t-Taqsima 3, paragrafu 3, għall-bastimenti tat-tkarkir għandhom jiġu kkomunikati b'mezz fiżiku lill-Ministeru fi żmien 45 jum wara tmiem tal-aħħar vjaġġ magħmul f'dak il-perjodu. Kopji stampati għandhom jintbagħtu lid-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Ginea Bissaw. |
|
2.3. |
Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola korrispondenti fil-ġurnal ta’ abbord, li l-mudell tagħha jinsab fl-Appendiċi 2. Għall-perjodi li matulhom il-bastiment ma kienx fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw, huwa marbut li jdaħħal nota fil-ġurnal ta’ abbord bir-referenza segwenti: “Barra miż-ŻEE tal-Ginea Bissaw”. |
|
2.4. |
Il-bastimenti tat-tkarkir għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola li l-mudell tagħha jinsab fl-Appendiċi 3, billi jindikaw il-qabdiet totali skont l-ispeċi u x-xahar kalendarju jew parti minnu. |
|
2.5. |
Il-formoli għandhom jimtlew b'mod li jinqraw faċilment u għandhom ikunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment. |
3. F'każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-gvern tal-Ginea Bissaw jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment ikkonċernat sakemm jitlestew il-formalitajiet u li japplika l-pieni previsti mir-regolamenti fis-seħħ fil-Ginea Bissaw fuq sid il-bastiment, u f'każ ta’ reċidività, li ma jġeddidx il-liċenzja. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi infurmata b'dan.
Iż-żewġ Partijiet għandhom jifthiemu sabiex jistabbilixxu sistema ta’ skambju elettroniku ta’ din l-informazzjoni.
KAPITOLU IV
QABDIET INĊIDENTALI
Il-livell ta’ qabdiet inċidentali għal kull impriża tas-sajd prevista fil-kuntest tal-Protokoll huwa stabbilit skont il-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw u għandu jkun speċifikat fl-iskedi tekniċi ta’ kull kategorija.
KAPITOLU V
IMBARK TAL-BAĦRIN
Is-sidien tal-bastimenti li jkollhom liċenzji tas-sajd skont il-Ftehim għandhom jikkontribwixxu għat-taħriġ vokazzjonali prattiku taċ-ċittadini tal-Ginea Bissaw u għat-titjib fis-suq tax-xogħol, skont il-kondizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:
|
1. |
Kull sid ta’ bastiment tas-sajd għandu jintrabat li jħaddem:
|
|
2. |
Is-sidien għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħrin oħrajn mill-Ginea Bissaw. |
|
3. |
Is-sidien għandhom jagħżlu liberament permezz tar-rappreżentanti tagħhom il-baħrin li għandhom jittellgħu abbord il-bastimenti tagħhom. |
|
4. |
Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jikkomunika l-ismijiet tal-baħrin mill-Ginea Bissaw li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat lill-Ministeru, b'referenza għall-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ. |
|
5. |
Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-UE. B'mod partikolari din tirrigwarda d-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet. |
|
6. |
Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin mill-Ginea Bissaw, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien u l-baħrin u/jew it-trejd unjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom flimkien mal-Ministeru. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f'każ ta’ mewt, mard u f'każ ta’ inċident. |
|
7. |
Is-salarju tal-baħrin mill-Ginea Bissaw jitħallas mis-sidien. Dan għandu jiġi stabbilit, qabel ma jinħarġu l-liċenzji, bi qbil komuni bejn is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw. Madankollu, il-kondizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin mill-Ginea Bissaw ma jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-bastimenti tal-Ginea Bissaw u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards tal-ILO. |
|
8. |
Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-UE għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment awtomatikament jinħall mill-obbligu li jtella' lil dan il-baħri abbord. |
|
9. |
Fil-każ li l-baħrin mill-Ginea Bissaw ma jittellgħux abbord għal raġunijiet oħrajn għajr dawk stipulati fil-paragrafu preċedenti, is-sidien tal-bastimenti tal-UE kkonċernati għandhom iħallsu għall-ispedizzjoni tas-sajd, somma fissa ekwivalenti għas-salarji tal-baħrin li ma ttellgħux abbord fl-iqsar żmien possibbli. |
|
10. |
Din is-somma titħallas f'kont speċifiku magħżul minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw u għandha tgħin sabiex jiġu ffinanzjati l-istrutturi pubbliċi ta’ taħriġ professjonali fil-qasam tas-sajd. |
KAPITOLU VI
MIŻURI TEKNIĊI
1. Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet b'tendenza kbira li jpassu għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mil-ICCAT, għal dak li għandu x'jaqsam mal-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
2. Fir-rigward tal-bastimenti tat-tkarkir, il-miżuri speċifiċi jinsabu f'kull skeda teknika korrispondenti.
3. L-għeluq tas-sajd jew ta’ impriża tas-sajd minħabba waqfien għal raġunijiet bijoloġiċi huwa applikat mill-Ginea Bissaw mingħajr diskriminazzjoni għall-bastimenti kollha li jipparteċipaw fis-sajd imsemmi, kemm jekk nazzjonali, tal-UE, kif ukoll jekk ikunu rreġistrati f'pajjiż terz.
4. Abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt u jekk ikun meħtieġ, iż-żewġ Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar il-miżuri korrettivi eventwali relatati mal-waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi li għandhom jiġu applikati.
5. F'każ li l-Ginea Bissaw ikollha tieħu miżuri ta’ emerġenza li jwasslu għall-għeluq tas-sajd barra minn dak/dawk imsemmi/ja fil-paragrafu 3 hawn fuq, jew għaż-żieda fil-perjodu ta’ żmien ta’ waqfien previst, għandha tissejjaħ laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex jivvaluta l-impatt tal-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri fuq il-bastimenti tal-UE.
6. Meta l-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5 hawn fuq tirriżulta f'żieda fil-perjodu/i ta’ għeluq tas-sajd, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom, fi ħdan il-Kumitat Konġunt bil-għan li jadattaw il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd li jirriżultaw minn dawn il-miżuri għall-Unjoni.
KAPITOLU VII
OSSERVATURI ABBORD IL-BASTIMENTI TAT-TKARKIR
1. Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw bħala parti mill-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi maħtura mill-Ginea Bissaw, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.
1.1. Kull bastiment tas-sajd bit-tkarkir għandu jtella' osservatur abbord maħtur mill-Ministeru tas-Sajd. F'dan il-każ, il-port tal-imbark għandu jiġi stabbilit bi qbil komuni bejn il-Ministeru responsabbli għas-sajd u s-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom.
1.2. Il-Ministeru għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll il-lista tal-osservaturi maħtura. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u wara kull tliet xhur f'każ li jiġu aġġornati.
1.3. Il-Ministeru għandu jikkomunika lis-sidien ikkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom l-isem tal-osservatur maħtur, sabiex jitla' abbord il-bastiment waqt il-ħruġ tal-liċenzja.
2. Iż-żmien li l-osservatur iqatta' abbord il-bastiment għandu jiġi stabbilit mill-Ministeru, mingħajr ma jaqbeż, bħala regola ġenerali, iż-żmien meħtieġ sabiex iwettaq dmirijietu. Il-Ministeru għandu jinforma lis-sid jew lir-rappreżentant tiegħu dwar dan meta jikkomunika l-isem tal-osservatur magħżul biex jittella' abbord il-bastiment ikkonċernat.
3. Il-kondizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur huma ddefiniti bi qbil komuni bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw.
4. L-imbark tal-osservatur li jsir fil-bidu tal-ewwel vjaġġ għandu jsir fil-port tal-Ginea Bissaw, u f'każ ta’ tiġdid tal-liċenzja, isir fil-port magħżul minn sid il-bastiment.
5. Is-sidien ikkonċernati għandhom jikkomunikaw fi żmien ġimagħtejn, u b'avviż ta’ għaxart ijiem bil-quddiem, id-dati u l-portijiet stabbiliti għall-imbark tal-osservaturi.
6. F'każ li l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur mill-Ginea Bissaw, joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi żgurat li l-osservatur jittieħed lura f'pajjiżu malajr kemm jista' jkun, bl-ispejjeż jiġu mħallsa mis-sid.
7. F'każ li l-osservatur ma jkunx preżenti fil-post u fil-ħin miftiehma u sa tnax-il siegħa wara, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella' abbord lil dan l-osservatur.
8. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw, għandu jwettaq id-dmirijiet li ġejjin:
|
8.1. |
josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti; |
|
8.2. |
jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti f'operazzjonijiet tas-sajd; |
|
8.3. |
jieħu kampjuni bijoloġiċi skont il-programmi xjentifiċi; |
|
8.4. |
jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat; |
|
8.5. |
jivverifika d-dejta li tidher fil-ġurnal ta’ abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw; |
|
8.6. |
jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jistima l-qabdiet skartati; |
|
8.7. |
jikkomunika, mill-inqas darba fil-ġimgħa, bir-radju, id-dejta dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u dawk inċidentali li jkunu abbord. |
9. Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u mentali tal-osservatur waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
10. L-osservatur għandu jkollu l-faċilitajiet kollha meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-qadi tax-xogħol tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b'mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompiti tiegħu.
11. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:
|
11.1. |
jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kondizzjonijiet tat-tlugħ abbord kif ukoll il-preżenza tiegħu abbord la jwaqqfu u lanqas ifixklu l-operazzjonijiet tas-sajd, |
|
11.2. |
jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument tal-bastiment imsemmi. |
|
11.3. |
ifassal rapport dwar l-attivitajiet li jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw. Dawn l-awtoritajiet, wara l-ipproċessar u fi żmien ġimgħa, għandhom jibagħtu kopja tar-rapport, lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Bissaw. |
12. Fi tmiem il-perjodu ta’ osservazzjoni u qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport tal-attivitajiet, li jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw b'kopja lill-Kummissjoni Ewropea. Dan jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista' jżid jew jitlob li jiżdiedu fl-anness l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport tingħata lill-kaptan tal-bastiment qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art.
13. Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservaturi bl-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, filwaqt li titqies l-istruttura tal-bastiment.
Bħala kontribut għall-ispejjeż li jinħolqu mill-preżenza tal-osservatur abbord, sid il-bastiment għandu jħallas lill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw, flimkien mal-ħlas tat-tariffa għal-liċenzja, is-somma ta’ EUR 12 għal kull TGR fis-sena, pro rata temporis, għal kull bastiment involut fl-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw.
14. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-Ministeru.
KAPITOLU VIII
OSSERVATURI ABBORD IL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN
Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw mill-aktar fis possibbli mal-pajjiżi terzi interessati dwar id-definizzjoni ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali u l-għażla tal-organizazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti.
KAPITOLU IX
KONTROLL
1. Skont il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, paragrafu 1, l-Unjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata ta’ bastimenti li nħarġitilhom liċenzja tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tkun innotifikata lill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw responsabbli għall-kontroll tas-sajd, hekk kif tiġi stabbilita u wara kull darba li tiġi aġġornata.
2. Il-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet b'tendenza kbira li jpassu jitniżżlu fil-lista msemmija fil-paragrafu preċedenti malli tasal in-notifika tal-ħlas bil-quddiem imsemmija fil-Kapitolu I, it-Taqsima 2, paragrafu 3, ta’ dan l-Anness. F'dan il-każ, kopja konformi tal-lista tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn tintbagħat lis-sid u għandha tinżamm abbord minflok il-liċenzja tas-sajd sakemm tintbagħat din tal-aħħar mill-awtorità kompetenti tal-Ginea Bissaw.
3. Spezzjonijiet tekniċi għall-bastimenti tat-tkarkir
3.1. Darba fis-sena, kif ukoll wara bidliet fit-tunnellaġġ tiegħu jew bidliet fil-kategorija tas-sajd li titlob l-użu ta’ tipi differenti ta’ rkaptu tas-sajd, il-bastimenti tat-tkarkir tal-UE kollha għandhom jidħlu fil-port tal-Ginea Bissaw sabiex isirulhom l-ispezzjonijiet kif previst mir-regolamenti fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet iridu jitwettqu fi żmien 48 siegħa mill-wasla tal-bastiment fil-port.
3.2. Meta l-bastiment jinstab li huwa konformi, il-kaptan tal-bastiment jingħata ċertifikat, b'validità ugwali għal-liċenzja, li jiġi estiż awtomatikament għall-bastimenti li jġeddu l-liċenzja tagħhom matul dik is-sena. Madankollu, il-perjodu massimu ta’ validità ma jistax ikun ta’ aktar minn sena. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm dejjem abbord.
3.3. L-ispezzjoni teknika sservi sabiex tivverifika l-konformità tal-karatteristiċi tekniċi u tal-irkaptu abbord u sabiex tivverifika li d-dispożizzjonijiet dwar l-ekwipaġġ ikunu ġew issodisfati.
3.4. L-ispejjeż marbuta mal-ispezzjoni għandhom jitħallsu mis-sid u huma stabbiliti skont ir-rati stipulati mir-regolamenti tal-Ginea Bissaw. Dawn ma jistgħux ikunu ogħla mis-somom normalment imħallsa mill-bastimenti l-oħrajn għall-istess servizzi.
3.5. In-nuqqas ta’ rispett tad-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafi 3.1 u 3.2 hawn fuq iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jissodisfa dawn l-obbligi.
4. Dħul fiż-żona u ħruġ minnha:
|
|
Il-bastimenti kollha tal-UE involuti f'attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw, skont il-Ftehim, għandhom jikkomunikaw lill-istazzjon tar-radju tal-Ministeru responsabbli mis-sajd id-data u l-ħin, kif ukoll il-pożizzjoni tagħhom waqt kull dħul fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw u ħruġ minnha. |
|
|
Meta jinħarġu l-liċenzji, il-Ministeru tas-Sajd għandu jgħarraf lis-sidien bil-kodiċi tar-radju, il-frekwenza u l-ħinijiet tax-xogħol tal-istazzjon. |
|
|
F'każ li r-radju ma jkunx jista' jintuża, il-bastimenti jistgħu jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, bħalma huma t-teleks, il-fax (bin-numru 20.11.57, in-numru 20.19.57 u n-numru 20.69.50) jew it-telegramma. |
4.1. Il-bastimenti tal-UE għandhom jinnotifikaw, mill-inqas 24 siegħa qabel, lill-Ministeru bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw jew joħorġu minnha. Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn, dan il-perjodu jitnaqqas għal 6 sigħat.
4.2. Mal-avviż ta’ ħruġ, kull bastiment għandu jikkomunika wkoll il-pożizzjoni tiegħu u l-volum u l-ispeċijiet tal-qabdiet miżmuma abbord. Dawn il-komunikazzjonijiet preferibbilment għandhom isiru bil-fax u jekk ma jkunx possibbli, fil-każ tal-bastimenti li ma jkunux mgħammra b'fax, bir-radju u bil-posta elettronika.
4.3. Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-Ministeru jitqies bħala bastiment mingħajr liċenzja.
4.4. In-numri tal-fax u tat-telefown kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenzja tas-sajd.
5. Proċeduri ta’ kontroll
5.1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-UE li jkunu involuti f'attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Ginea Bissaw għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal tal-Ginea Bissaw inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.
5.2. Dawn l-uffiċjali m'għandhomx jibqgħu abbord għal aktar mill-ħin meħtieġ sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.
5.3. Wara kull ispezzjoni u kontroll, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċertifikat.
6. Tlugħ abbord il-bastimenti
6.1. Il-Ministeru għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tad-Delegazzjoni tagħha fil-Ginea Bissaw, fi żmien massimu ta’ 48 siegħa, b'kull tlugħ abbord u b'kull applikazzjoni ta’ penali fuq bastiment tal-UE, fl-ilmijiet tas-sajd tal-Ginea Bissaw.
6.2. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni Ewropea għandha tirċievi rapport fil-qosor dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan it-tlugħ abbord.
7. Rapport dwar it-tlugħ abbord
7.1. Il-kaptan tal-bastiment, wara li tinkiteb id-dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat kostali, għandu jiffirmaha.
7.2. Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan tal-bastiment jista' juża fil-każ ta’ ksur li jkun akkużat li wettaq.
7.3. Skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi fis-seħħ, il-kaptan jista' jkun mitlub idaħħal il-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet kompetenti.
8. Laqgħa ta’ informazzjoni f'każ ta’ tlugħ abbord
8.1. Qabel ma jiġu kkunsidrati l-miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew tal-ekwipaġġ tal-bastiment jew kull azzjoni oħra li tikkonċerna l-merkanzija u l-irkaptu tal-bastiment, ħlief dawk maħsuba sabiex jinżammu l-provi dwar il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta’ informazzjoni fuq talba tal-Unjoni, fi żmien jum tax-xogħol minn meta jiġi rċevut dan it-tagħrif, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru, bil-parteċipazzjoni possibbli ta’ rappreżentant tal-Istat Membru kkonċernat.
8.2. Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew kwalunkwe informazzjoni utli li tista' tgħin biex tiċċara ċ-ċirkostanzi tal-fatti allegati. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu ta’ din il-laqgħa kif ukoll dwar kwalunkwe miżura li tista' tirriżulta mill-ispezzjoni.
9. Regolazzjoni tat-tlugħ abbord
9.1. Qabel ma tinbeda xi proċedura legali, għandu jkun hemm sforz sabiex il-ksur allegat jiġi rranġat permezz ta’ soluzzjoni bonarja. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux iktar tard minn erbat ijiem tax-xogħol mit-tlugħ abbord.
9.2. F'każ ta’ soluzzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jkun iddeterminat skont ir-regoli tal-Ginea Bissaw.
9.3. F'każ li t-tilwima ma setgħetx tissolva bonarjament u f'każ li titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jagħmel garanzija bankarja ma’ bank magħżul mill-Ministeru, f'ammont li għandu jiġi ffissat b'kunsiderazzjoni għall-kostijiet konnessi mat-tlugħ abbord kif ukoll l-ammont tal-multa u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli għall-ksur.
9.4. Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Hija tiġi rrilaxxata jekk il-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f'każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tingħata lura mill-Ministeru.
9.5. Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:
|
— |
kemm jekk jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mis-soluzzjoni bonarja, |
|
— |
kemm wara d-depożitu tal-garanzija bankarja msemmija fil-paragrafu 9.3 hawn fuq u l-aċċettatazzjoni tagħha mill-Ministeru, waqt li tkun mistennija t-tkomplija tal-proċedura ġudizzjarja. |
10. Osservanza tar-regolamenti
L-informazzjoni kollha rigward il-ksur imwettaq mill-bastimenti tal-UE għandha tkun ikkomunikata regolarment lill-Kummissjoni, permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
11. Trasbord
11.1. Kull bastiment tal-UE li jixtieq jagħmel trasbord tal-qabdiet fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw għandu jagħmel dan fil-portijiet tal-Ginea Bissaw.
11.2. Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-Ministeru, mill-inqas 24 siegħa qabel, l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
l-isem tal-bastimenti tas-sajd li jkunu ser iwettqu t-trasbord, |
|
— |
l-isem tal-bastimenti tal-merkanzija, |
|
— |
it-tunnellaġġ, skont l-ispeċi li tkun ser tiġi ttrasbordata, |
|
— |
il-jum tat-trasbord. |
11.3. It-trasbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw. Il-bastimenti għandhom għalhekk jagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jiġifieri jew li jkomplu jistadu jew li joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw.
11.4. Kull operazzjoni ta’ trasbord tal-qabdiet li mhix imsemmija fil-paragrafi ta’ hawn fuq mhijiex permessa fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw. Kull persuna li ma tħarisx din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għal penali stabbilita bir-regoli fis-seħħ fil-Ginea Bissaw.
12. Il-kaptani tal-bastimenti tal-UE li huma involuti f'operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trasbord f'port tal-Ginea Bissaw għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi tal-Ginea Bissaw. Wara kull ispezzjoni fil-port, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.
KAPITOLU X
MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD
Iż-żewġ Partijiet jintrabtu fi ħdan il-Kumitat Konġunt li jiddefinixxu l-modalitajiet ta’ monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-UE li jistadu fil-kuntest tal-Ftehim meta l-kondizzjonijiet tekniċi jinġabru flimkien.
Appendiċi
1– Formola ta’ applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd
2– Statistika tal-qabdiet u tal-isforz
3– Ġurnal ta’ abbord tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn
Appendiċi 1
Formola ta’ applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd
ANNESS II
SKEDA 1 - KATEGORIJA TA’ SAJD 1: BASTIMENTI TAT-TKARKIR BIL-FRIŻA GĦALL-ĦUT U Ċ-ĊEFALOPODI
| 1. Żona tas-sajd |
|
|
Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268°. |
|
| 2. Irkaptu awtorizzat |
|
|
Xibka tat-tkarkir standard u rkaptu selettiv ieħor huma awtorizzati. Is-sajd bl-outriggers huwa awtorizzat. Huwa pprojbit l-użu, għal kull tip ta’ rkaptu, ta’ mezzi jew tagħmir kollu li jimblukkaw il-malji tax-xibka jew li jnaqqsu l-azzjoni selettiva tagħhom. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbieki jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu esklussivament taħt il-parti ta’ isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir fil-fond, sottovesti ta’ protezzjoni tax-xibka jew materjal ieħor. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta’ quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir. Għall-parti ta’ fuq tax-xbieki huwa permess li jintuża tagħmir ta’ protezzjoni, bil-kondizzjoni li jikkonsisti f’biċċa waħda biss tax-xibka mill-istess materjal tal-manka, bil-malji stirati jkunu tal-anqas tliet mitt millimetru. L-irduppjar tal-ħajt, sempliċi jew immaljat, li jikkostitwixxu l-manka tax-xibka tat-tkarkir mhuwiex permess. |
|
| 3. Daqs minimu tal-malji awtorizzat |
|
|
70 mm |
|
| 4. L-irkupru bijoloġiku |
|
|
Skont ir-regolamentazzjoni tal-Ginea Bissaw. F’każ ta’ nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt u abbażi tal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli u approvati mil-laqgħa xjentifika konġunta dwar il-perjodu l-aktar adattat għall-irkupru bijoloġiku. |
|
| 5. Qabdiet inċidentali |
|
|
Skont il-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw: Il-bastimenti tal-ħut ma jistgħux iżommu abbord aktar minn 9 % krustaċji u 9 % ċefalopodi fuq it-totalità tal-qbid li sar fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw fi tmiem vjaġġ kif iddefinit fil-Kapitolu III tal-Anness għal dan il-Protokoll. Il-bastimenti tas-sajd għaċ-ċefalopodi ma jistgħux iżommu abbord aktar minn 9 % krustaċji fuq it-totalità tal-qbid li sar fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw fi tmiem vjaġġ kif iddefinit fil-Kapitolu III tal-Anness għal dan il-Protokoll. F’każ li dawn il-perċentwali jaqbżu l-qabdiet inċidentali awtorizzati, għandhom ikunu tariffi penali skont il-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt biex eventwalment jadattaw ir-rata awtorizzata. |
|
| 6. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi |
|
|
Tunnellaġġ awtorizzat (TGR) fis-sena |
4 400 |
|
Tariffi f’EUR għal kull TGR fis-sena |
EUR 229/TGR/sena Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3 % jew 2 % rispettivament biex ikopru l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji. |
| 7. Rimarki: |
|
|
Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-attività tas-sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness għall-Protokoll |
|
SKEDA 2 - KATEGORIJA TA’ SAJD 2: BASTIMENTI TAT-TKARKIR GĦALL-GAMBLI
| 1. Żona tas-sajd |
|
|
Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268°. |
|
| 2. Irkaptu awtorizzat |
|
|
Xibka tat-tkarkir standard u rkaptu selettiv ieħor huma awtorizzati. Is-sajd bl-outriggers huwa awtorizzat. Huwa pprojbit l-użu, għal kull tip ta’ rkaptu, ta’ mezzi jew tagħmir kollu li jimblukkaw il-malji tax-xibka jew li jnaqqsu l-azzjoni selettiva tagħhom. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbieki jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu esklussivament taħt il-parti ta’ isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir fil-fond, sottovesti ta’ protezzjoni tax-xibka jew materjal ieħor. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta’ quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir. Għall-parti ta’ fuq tax-xbieki huwa permess li jintuża tagħmir ta’ protezzjoni, bil-kondizzjoni li jikkonsisti f’biċċa waħda biss tax-xibka mill-istess materjal tal-manka, bil-malji stirati jkunu tal-anqas tliet mitt millimetru. L-irduppjar tal-ħajt, sempliċi jew immaljat, li jikkostitwixxu l-manka tax-xibka tat-tkarkir mhuwiex permess. |
|
| 3. Daqs minimu tal-malji awtorizzat |
|
|
40 mm. Il-Ginea Bissaw tintrabat li temenda l-leġiżlazzjoni tagħha sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll bil-ħsieb li l-malji tax-xibka jkunu 50 mm, skont il-leġiżlazzjonijiet eżistenti fis-sottoreġjun, u li jkun japplika għall-flotot kollha li jistadu għall-krustaċji u li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw.] |
|
| 4. L-irkupru bijoloġiku |
|
|
Skont ir-regolamentazzjoni tal-Ginea Bissaw. F’każ ta’ nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt u abbażi tal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli u approvati mil-laqgħa xjentifika konġunta dwar il-perjodu l-aktar adattat għall-irkupru bijoloġiku. |
|
| 5. Qabdiet inċidentali |
|
|
Skont ir-regolamentazzjoni tal-Ginea Bissaw: Il-bastimenti tas-sajd għall-gambli ma jistgħux iżommu abbord aktar minn 50 % ċefalopodi jew ħut fuq it-totalità tal-qbid li sar fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw fi tmiem vjaġġ kif iddefinit fil-Kapitolu III tal-Anness għal dan il-Protokoll. F’każ li dawn il-perċentwali jaqbżu l-qabdiet inċidentali awtorizzati, għandhom ikunu imposti penali skont il-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw. |
|
| 6. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi |
|
|
Tunnellaġġ awtorizzat (TGR) fis-sena |
4 400 |
|
Imposti f’EUR għal kull TGR fis-sena |
EUR 307/TGR/sena Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, l-imposti jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3 % jew 2 % rispettivament biex ikopru l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji. |
| 7. Rimarki: |
|
|
Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-attività ta’ sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness għall-Protokoll |
|
SKEDA 3 - KATEGORIJA TA’ SAJD 3: BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIL-QASAB U X-XLIEF
| 1. Żona tas-sajd: |
|
|
Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268°. Il-bastimenti li jistadu għat-tonn bil-qasab u x-xlief għandhom ikunu awtorizzati li jistadu għal-lixka ħajja bil-ħsieb li jwettqu l-attivitajiet tagħhom tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw. |
|
| 2. Irkaptu awtorizzat u miżuri tekniċi: |
|
|
Qasab. Purse seines b’lixka ħajja: 16 mm. Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet b’tendenza kbira li jpassu għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT), għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom. |
|
| 3. Qabdiet inċidentali: |
|
|
Fir-rigward tar-rakkomandazzonijiet tal-ICCAT u tal-FAO f’dan il-qasam, is-sajd tal-ispeċi selaċju (Cetorhinus maximus), great white shark (Carcharodon carcharias), sand tiger shark (Carcharias taurus) u tope shark (Galeorhinus galeus) mhux permess. |
|
| 4. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi: |
|
|
Tariffa għal kull tunnellata maqbuda |
EUR 25/tunnellata |
|
Kontribuzzjoni finanzjarja annwali: |
EUR 500 għal 20 tunnellata |
|
Numru ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd |
14 |
| 5. Rimarki: |
|
|
Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-attività tas-sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness għall-Protokoll |
|
SKEDA 4 - KATEGORIJA TA’ SAJD 4: BASTIMENTI BI FRIŻA LI JISTADU GĦAT-TONN BIL-PURSE SEINE U BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ
| 1. Żona tas-sajd: |
|
|
Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268°. |
|
| 2. Irkaptu awtorizzat u miżuri tekniċi: |
|
|
Seine u konz tal-wiċċ. Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet b’tendenza kbira li jpassu ħafna għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT), għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom. |
|
| 3. Daqs minimu tal-malji awtorizzat |
|
|
Standards rakkomandati mill-ICCAT. |
|
| 4. Qabdiet inċidentali: |
|
|
Fir-rigward tar-rakkomandazzonijiet tal-ICCAT u tal-FAO f’dan il-qasam, is-sajd tal-gabdoll (Cetorhinus maximus), il-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), it-tawru (Carcharias taurus) u l-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus) mhux permess. |
|
| 5. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi: |
|
|
Tariffa għal kull tunnellata maqbuda |
EUR 35/tunnellata |
|
Kontribuzzjoni finanzjarja annwali: |
EUR 3 150 għal 90 tunnellata |
|
Numru ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd |
23 |
| 6. Rimarki: |
|
|
Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-attività tas-sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness għall-Protokoll |
|
ANNESS III
Elementi bażiċi dwar l-għanijiet u l-indikaturi tal-prestazzjoni li għandhom jiġu rispettati fil-kuntest tal-Artikoli 3, 8 u 9 tal-Protokoll
|
Prijoritajiet strateġiċi u għanijiet |
Indikaturi |
||
| 1. Titjib tal-kondizzjonijiet sanitarji għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd |
|||
|
Tħejjija biex tinkiseb approvazzjoni għall-esportazzjoni |
Żvilupp/adozzjoni mill-Parlament u implimentazzjoni ta’ regolamentazzjoni dwar il-kondizzjonijiet minimi tal-iġjene u sanità applikabbli għall-bastimenti industrijali, għall-kenuri u għall-impriżi tas-sajd. Twaqqif tal-Awtorità Kompetenti Konformità tas-Centro de Investigação Pesqueira Aplicada (CIPA) mal-istandards (ISO 9000) Laboratorju mgħammar biex iwettaq l-analiżi mikrobijoloġika u kimika Pjan ta’ monitoraġġ u ta’ analiżi tal-gambli (PNVAR 2008) adottat u integrat fil-leġiżlazzjoni Numru ta’ spetturi sanitarji mħarrġa Numru ta’ uffiċjali sanitarji u tal-Ministeru tas-sajd imħarrġa fl-istandards iġjeniċi Ksib tal-approvazzjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea |
||
|
Numru ta’ bastimenti industrijali konformi mal-istandards Numru ta’ kenuri tal-injam sostitwiti b’kenuri magħmula b’materjali adatti (f’valur assolut u f’%) Numru ta’ kenuri mgħammra b’kaxxi tas-silġ Żieda fin-numru ta’ punti ta’ ħatt l-art Bastimenti artiġjanali u bastimenti għas-sajd kostali miġjuba f’konformità mal-istandards sanitarji (numru f’valur assolut u f’%) |
||
|
Rijabilitazzjoni tal-port ta’ Bissaw u estensjoni tal-port tas-sajd Riabilitazzjoni skont l-istandards tas-suq tal-ħut tal-port għall-ħatt l-art tal-qabdiet tas-sajd artiġjanali u industrijali Konformità tal-port ta’ Bissaw mal-istandards internazzjonali (ratifika tal-Konvenzjoni OLAS) Tneħħija ta’ bastimenti mkissrin mill-port |
||
|
Sistema ta’ ispezzjoni tal-prodotti tas-sajd adattata u operattiva Sensibilizzazzjoni tal-atturi għar-regoli tal-iġjene (numru ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati u numru ta’ persuni mħarrġa) Laboratorju għall-analiżi operattiv Numru ta’ siti żviluppati għall-ħatt l-art u l-ipproċessar artiġjanali Promozzjoni ta’ sħubiji tekniċi u kummerċjali ma’ operaturi privati barranin Tnedija tal-proċess ta’ tikkettar ekoloġiku tal-prodotti tal-Ginea Bissaw |
||
| 2. Titjib tal-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza taż-żona tas-sajd |
|||
|
Titjib tal-qafas ġuridiku |
Adozzjoni ta’ Ftehim bejn il-Ministeru tas-Sajd u dak tad-Difiża rigward is-sorveljanza u l-kontroll. Adozzjoni u implimentazzjoni ta’ Pjan Nazzjonali ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza |
||
|
Ħolqien ta’ korp operattiv ta’ kontrolluri indipendenti marbuta b’ġurament (numru ta’ persuni impjegati u mħarrġa) u allokazzjoni korrispondenti tal-baġit imdaħħla fil-liġi finanzjarja Numru ta’ jiem ta’ sorveljanza fuq il-baħar: 250 jum/sena fi tmiem il-perjodu ta’ żmien tal-Protokoll Numru ta’ ispezzjonijiet fil-port u fuq il-baħar Numru ta’ ispezzjonijiet mill-ajru Numru ta’ bullettini statistiċi ppubblikati Rata ta’ kopertura tar-radar Rata ta’ kopertura tal-VMS tal-flotta kollha Programm ta’ taħriġ adattat għat-tekniki ta’ sorveljanza (numru ta’ sigħat ta’ taħriġ, numru ta’ tekniċi mħarrġa, eċċ.) |
||
|
Titjib tat-trasparenza tas-sistema tat-tlugħ abbord, tal-penali u tal-ħlas ta’ multi Titjib tar-regoli dwar il-ħlas tal-multi u introduzzjoni ta’ projbizzjoni ta’ ħlas tal-multi għajr dawk finanzjarji Titjib tas-sistema tal-ġbir tal-multi Pubblikazzjoni tal-istatistika annwali tal-multi miġbura Twaqqif ta’ lista sewda ta’ bastimenti li fuqhom ġew imposti sanzjonijiet Żvilupp u pubblikazzjoni annwali ta’ statistika dwar sanzjonijiet Pubblikazzjoni ta’ rapport annwali tal-FISCAP |
||
| 3. Titjib tal-ġestjoni tas-sajd |
|||
|
Ġestjoni tal-isforz ta’ sajd għall-gambli u ċ-ċefalopodi |
Żamma fl-2007 tal-ftehimiet eżistenti mal-pajjiżi terzi u l-Unjoni Ewropea. Madankollu, f’każ li ma jintużawx l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lil pajjiżi terzi fl-1 ta’ Jannar 2007, dawn l-opportunitajiet ma għandhomx ikunu mobilizzati għas-sena 2008 u għas-snin sussegwenti. L-ebda opportunità tas-sajd mhi se tingħata lill-bastimenti tas-sajd mikrija Abbandun definittiv u terminazzjoni formali ta’ kull ftehim ma’ kumpaniji jew assoċjazzjonijiet/impriżi Ewropej fi żmien tletin jum li jidħlu fis-seħħ mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. |
||
|
Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ riċerka tas-CIPA |
||
|
Sajd tat-tkarkir annwali mwettaq Numru ta’ stokkijiet evalwati Numru ta’ programmi ta’ riċerka Numru ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa u segwiti dwar l-istat tar-riżorsi prinċipali (b’mod partikolari miżuri ta’ ffriżar u konservazzjoni tal-istokkijiet sfruttati żżejjed) Evalwazzjoni tal-isforzi tas-sajd annwali għall-ispeċijiet li huma suġġetti għal pjan ta’ żvilupp Sistema ta’ ġestjoni tal-isforz tas-sajd operattiv (twaqqif ta’ bażi ta’ dejta, strumenti ta’ monitoraġġ statistiku, twaqqif ta’ netwerks ta’ servizzi responsabbli mill-ġestjoni tal-flotta, pubblikazzjoni tal-bullettini statistiċi, eċċ.) |
||
|
Adozzjoni ta’ Pjan Annwali ta’ ġestjoni tas-sajd industrijali qabel il-bidu tas-sena kkonċernata. Adozzjoni u implimentazzjoni ta’ pjan ta’ żvilupp dwar riżorsi sfruttati żżejjed Żamma ta’ skedi tal-bastimenti fiż-Żona Ekonomika Esklussiva, li jinkludu s-sajd artiġjanali Numru ta’ pjanijiet ta’ żvilupp imfassla, implimentati u evalwati |
||
|
Tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi Tfassil u applikazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ u taħriġ mill-ġdid (numru ta’ aġenti mħarrġa, numru ta’ sigħat ta’ taħriġ, eċċ.) Tisħiħ ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-imsieħba Tisħiħ tas-sistema ta’ ġbir ta’ dejta u ta’ monitoraġġ statistiku tas-sajd |
||
|
Numru ta’ sigħat ta’ taħriġ għat-tekniċi Numru ta’ tekniċi mħarrġa Tnedija tas-servizzi u tal-istatistika fuq in-netwerk |
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Diċembru 2011
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness IV (Enerġija) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
(2011/886/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 114(1), 192(1), u 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (minn issa ‘l quddiem “il-Ftehim ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward l-enerġija. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2009/28/KE li tħassar id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku (4), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b’hekk għandha tiġi imħassra taħt il-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
L-ilħuq tan-Norveġja tal-mira ta’ sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2020 jrid jitqies fil-kuntest tas-sehem kbir tal-enerġija rinnovabbli meta mqabbel mal-Istati Membri tal-UE, u l-inċertezza assoċċjata mal-fornitura u domanda inkorporati fil-kombinazzjoni ta’ sistema idro għall-produzzjoni tal-enerġija u klima kiesħa, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda għall-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
S. NOWAK
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru …
ta’…
li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru … tal- (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2009/28/KE tirrevoka d-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha tiġi imħassra taħt il-Ftehim. |
|
(4) |
L-ilħuq tan-Norveġja tal-mira ta’ sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2020 jrid jitqies fil-kuntest tas-sehem kbir tal-enerġija rinnovabbli meta mqabbel mal-Istati Membri tal-UE, u l-inċertezza assoċjata mal-fornitura u mad-domanda inkorporati fil-kombinazzjoni ta’ sistema idro għall-produzzjoni tal-enerġija u klima kiesaħ. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
it-test tal-punt 19 (id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2012; |
|
(2) |
dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 40 (tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2010):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/28/KE bl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-…, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, ….
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L …
(2) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(3) ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.
(*1) [Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.]
REGOLAMENTI
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/34 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1385/2011
tal-14 ta’ Novembru 2011
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Sħubija”). |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2011 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll il-ġdid”). Il-Protokoll il-ġdid jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fuqhom il-Ginea Bissaw għandha s-sovranità jew li fihom tapplika l-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. |
|
(3) |
Fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/885/UE (2) dwar l-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġi ddefinit il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għall-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), jekk l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni taħt il-Protokoll il-ġdid ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. Fin-nuqqas ta’ risposta fil-limiti ta’ żmien li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhumiex qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom matul il-perjodu kkonċernat. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn il-limiti ta’ żmien. |
|
(6) |
Minħabba li l-Protokoll preċedenti skada fil-15 ta’ Ġunju 2011, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li japplika b’effett mis-16 ta’ Ġunju 2011, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-Protokoll mehmuż mad-Deċiżjoni 2011/885/UE dwar l-iffirmar tiegħu u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:
|
(a) |
għas-sajd għall-gambli:
|
|
(b) |
għas-sajd għall-ħut u ċ-ċefalopodi:
|
|
(c) |
għall-bastimenti li jistadu għat-tonn bil-purse seine u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:
|
|
(d) |
għall-bastimenti tas-sajd bix-xlief u l-qasab:
|
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr ħsara għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw.
3. Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti mill-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis it-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
L-iskadenza prevista fl-Artikolu 10(1) tal-imsemmi Regolament għandha tkun ta’ għaxart ijiem tax-xogħol.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika b’effett mis-16 ta’ Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(1) ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49.
(2) Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
DEĊIŻJONIJIET
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2011
dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data li tikkonċerna d-data dwar id-DNA fil-Litwanja
(2011/887/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 25 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati. |
|
(2) |
U kif meħtieġ, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irrid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbazi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota. |
|
(4) |
Il-Litwanja infurmat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-fajls nazzjonali tal-analiżi tad-DNA li għalihom japplikaw l-Artikolu 2 sa 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u l-kondizzjonijiet għall-konsultazzjoni awtomatizzata kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 36(2) ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
F’konformità mal-Kapitolu 4, punt 1.1, tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data. |
|
(6) |
Il-Litwanja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju tad-data dwar id-DNA. |
|
(7) |
Il-Litwanja wettqet b’suċċess eżerċizzju pilota mal-Awstrija. |
|
(8) |
Saret żjara ta’ evalwazzjoni fil-Litwanja u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Awstrijaka li ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
|
(9) |
Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-eżerċizzju pilota fir-rigward tal-iskambju tad-data dwar id-DNA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-tiftix u l-paragunar awtomatizzati tad-data dwar id-DNA, il-Litwanja implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata tirċievi u tissuplixxi data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ dik id-Deċiżjoni mil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. CICHOCKI
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2011
dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Litwanja
(2011/888/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal- kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati. |
|
(2) |
U kif meħtieġ, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota. |
|
(4) |
Kif meħtieġ fil-Kapitolu 4, punt 1.1, tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jimtela minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data. |
|
(5) |
Il-Litwanja kkompletat il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika. |
|
(6) |
Il-Litwanja wettqet b’suċċess eżerċizzju pilota mal-Awstrija. |
|
(7) |
Saret żjara ta’ evalwazzjoni fil-Litwanja u sar rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Awstrijaka li ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
|
(8) |
Rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, iż-żjara ta’ evalwazzjoni u l-eżerċizzju pilota dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika ġie ppreżentat lill-Kunsill, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika, il-Litwanja implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta’ dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. CICHOCKI
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/39 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Diċembru 2011
fir-rigward ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għas-sena 2012 lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9521)
(It-testi bid-Daniż, Franċiż, Ġermaniż, Ingliż, Olandiż, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)
(2011/889/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 31(1) u (2) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea jista’ jingħata għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji tal-Unjoni Ewropea ta’ referenza għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jistabbilixxi li l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jiġu implimentati b’mod effettiv u li l-benefiċjarji jgħaddu t-tagħrif kollu meħtieġ f’ċerti limiti ta’ żmien. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2012. |
|
(4) |
Għalhekk, għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea maħtura biex jikkofinanzjaw l-attivitajiet tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (EU) Nru 882/2004. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011. |
|
(5) |
Għas-sitt laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea maħtura fi ħdan iċ-Ċentru ta’ Konġunt għar-Riċerka, ir-relazzjoni hi stabbilita f’arranġament amministrattiv annwali li hu ssapportjat minn programm ta’ ħidma u baġit għalih peress li ċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka u d-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konumaturi huma t-tnejn servizzi tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011 jistipula r-regoli ta’ eliġibilità għal-laqgħat ta’ ħidma organizzati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea. Hu jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta’ 32 parteċipant, tliet kelliema mistiedna u 10 rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi fil-laqgħat ta’ ħidma. Għandhom jingħataw id-derogi għal dan il-limitu skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011 lil uħud mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea li jeħtieġu s-sostenn għall-attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat mil-laqgħat ta’ ħidma. Id-derogi jistgħu jinkisbu fil-każ li laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea jieħu t-tmexxija u r-responsabbiltà meta tiġi organizzata laqgħa ta’ ħidma ma’ laboratorju ta’ referenza ieħor tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, il-qerda tal-mard tal-annimali (4) u l-programmi ta’ kontroll (il-miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). Barra minn hekk, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tar-Regolament jipprevedi li f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-infiq fil-qasam veterinarju (5), l-infiq marbut ma’ spejjeż amministrattivi u tal-persunal imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG għandu jitħallas mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire, de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Maisons-Alfort, Franza, għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tkun aktar minn EUR 328 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna m’għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.
Artikolu 2
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (Salmonella).
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 375 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 35 000.
Artikolu 3
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), Vigo, Spanja għall-monitoraġġ ta’ bijotossini marini.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 283 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 20 000.
Artikolu 4
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science, Waymouth, ir-Renju Unit għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika f’molluski bivalvi.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 284 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.
Artikolu 5
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP), of the Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Maisons-Alfort, Franza, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Listeria monocytogenes.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 458 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.
Artikolu 6
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire, de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Maisons-Alfort, Franza, għall-analiżi u l-ittestjar tal-iStaphylococci pożittivi għall-Koagulażi, inkluż l-iStaphylococcus aureus.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 356 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.
Artikolu 7
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Ruma, l-Italja, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Escherichia coli, inkluża l-E. Coli Verotossiġenika (VTEC).
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 285 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.
Artikolu 8
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Uppsala, l-Isvezja għall-monitoraġġ tal-Campylobacter.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 310 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 40 000.
Artikolu 9
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Ruma, l-Italja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ parassiti (b’mod partikolari t-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis).
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tkun aktar minn EUR 336 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.
Artikolu 10
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenħagen, id-Danimarka, għall-monitoraġġ ta’ reżistenzi antimikrobiċi.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tkun aktar minn EUR 390 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 36 000.
Artikolu 11
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), Addlestone, ir-Renju Unit, għall-monitoraġġ ta’ enċifalopatiji sponġiformi trażmissibbli.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 600 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.
3. B’deroga mill-Artikolu 15(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 50 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta’ ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 12
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Centre wallon de recherches agronomiques (CRA-W), Gembloux, il-Belġju, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ proteini tal-annimali fl-għalf
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 575 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.
Artikolu 13
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants de L’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Fougères, Franza, għal residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fl-Anness VII, is-Sezzjoni I, il-punt 12(b) għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 470 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000.
Artikolu 14
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL), Berlin, il-Ġermanja, għal residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fl-Anness VII, is-Sezzjoni I, il-punt 12(c) għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 470 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000.
Artikolu 15
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità, Ruma, l-Italja, għal residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fl-Anness VII, is-Sezzjoni I(12)(d) għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 285 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.
Artikolu 16
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, il-Ġermanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidji f’ikel li ġej mill-annimali u fi prodotti bażiċi b’kontenut għoli ta’ xaħam.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 200 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.
Artikolu 17
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenħagen, id-Danimarka, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidji fiċ-ċereali u l-għalf.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 200 000.
Artikolu 18
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Spanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidi fil-frott u l-ħaxix, inklużi l-prodotti bażiċi b’kontenut għoli ta’ ilma u aċtu.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 447 000.
Artikolu 19
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Stuttgart, il-Ġermanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidji b’metodi monoresidwi.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 370 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 70 000.
3. B’deroga mill-Artikolu 15(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 80 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta’ ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 20
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, il-Ġermanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ diossini u PCBs fl-ikel u l-għalf.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tkun aktar minn EUR 450 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 60 000.
Artikolu 21
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete, Algete (Madrid), Spanja, għall-marda Afrikana taż-żwiemel.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 110 000.
Artikolu 22
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, għall-marda ta’ Newcastle.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 85 000.
Artikolu 23
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, ir-Renju Unit, għall-marda vesikulari tal-ħnieżer.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 90 000.
Artikolu 24
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Danmarks Tekniske Universitet, Veterinærinstituttet, Afdeling for Fjerkræ, Fisk og Pelsdyr, Århus, id-Danimarka, għal mard fil-ħut.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 280 000.
Artikolu 25
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, għal mard f’molluski divalvi.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 130 000.
Artikolu 26
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, ir-Renju Unit, għall-bluetongue.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 259 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 60 000.
Artikolu 27
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, 30173 Hannover, il-Ġermanja, għad-deni klassiku tal-ħnieżer.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 295 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 50 000.
Artikolu 28
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, għad-deni Afrikan tal-ħnieżer.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 185 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 40 000.
Artikolu 29
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, of the Biotechnology and Biological Sciences Research Council (BBSRC), Pirbright, ir-Renju Unit, għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 360 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 40 000.
Artikolu 30
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Interbull Centre, Department of Animal Breeding and Genetics, Swedish University of Agricultural Sciences, Uppsala, l-Isvezja, biex jikkollabora għal uniformità fil-metodi tal-ittestjar u l-valutazzjoni tar-riżultati għall-annimali tar-razza pura tat-tnissil tal-ispeċi bovini.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 150 000.
Artikolu 31
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, għall-bruċellożi.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 280 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 18 000.
Artikolu 32
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, għall-influwenza avjarja.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 380 000.
Artikolu 33
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, għal mard fil-krustaċji.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 105 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.
Artikolu 34
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses/Laboratoire d’études et de recherche en pathologie équine, Franza, għal mard ekwin ħlief il-Marda Afrikana taż-Żwiemel.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 525 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.
Artikolu 35
1. L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, Franza, għall-idrofobija
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 250 000.
2. B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.
Artikolu 36
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET) of the Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, għat-tuberkulożi.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 285 000.
Artikolu 37
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire de recherches sur la pathologie des abeilles, Sophia-Antipolis, Franza, għas-saħħa tan-naħal
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 300 000.
Artikolu 38
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, Geel, il-Belġju għal dawn l-attivitajiet tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012:
|
(1) |
L-attivitajiet marbutin mal-metalli t-tqal fl-għalf u fl-ikel; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 237 000. |
|
(2) |
L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 1; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000. |
|
(3) |
L-attivitajiet marbutin mal-Mikotossini; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 238 000. |
|
(4) |
L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 3; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000. |
|
(5) |
L-attivitajiet marbutin mal-Idrokarbonji Aromatiċi Poliċikliċi (IAP); din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 227 000. |
|
(6) |
L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 5; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000. |
|
(7) |
L-attivitajiet marbutin mal-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 44 000. |
|
(8) |
L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 7; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000. |
Artikolu 39
L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, Ispra, l-Italja, għal dawn l-attivitajiet tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012:
|
(1) |
L-attivitajiet marbutin mal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 220 000. |
|
(2) |
L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 1; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 40 000. |
|
(3) |
L-attivitajiet marbutin mal-OMĠ; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 233 000. |
|
(4) |
L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 3; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 36 000. |
Artikolu 40
L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli minn 1 sa 39 għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011.
Artikolu 41
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil-laboratorji speċifikati fl-Anness.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 241, 17.9.2011, p. 2.
ANNESS
|
— |
Il-Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP), tal- Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (ANSES), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort Cedex, Franza; |
|
— |
Ir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, Postbus 1, 3720 BA Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi; |
|
— |
Il-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), Vigo, Spanja, Estacion Maritima, s/n, 36200 Vigo, Spanja; |
|
— |
Il-Laboratory of the Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, Barrack Road, The Nothe, Weymouth, Dorset, DT4 8UB, ir-Renju Unit; |
|
— |
L-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, l-Italja; |
|
— |
lill-Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Ulls väg 2 B, 75189 Uppsala, l-Isvezja; |
|
— |
Il-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Bülowsvej 27, 1790 Kopenħagen V, id-Danimarka; |
|
— |
L-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (AHVLA); Weybridge, New Haw, Addelstone Surrey KT15 3NB ir-Renju Unit, |
|
— |
Is-Centre wallon de recherches agronomiques (CRA-W), chaussée de Namur 245030 Gembloux, il-Belġju; |
|
— |
Il-Laboratoire d'études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants de L'Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (ANSES), Site de Fougères, La Haute Marche, Javéné, BP 90203, 35302 Fougères, Franza; |
|
— |
Il-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit, Mauerstrasse 39-42, 10117 Berlin, il-Ġermanja; |
|
— |
Ix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstrasse 5, 79114 Freiburg, il-Ġermanja; |
|
— |
Il-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Afdeling for Fødevarekemi, Møerkhøej Bygade 19, 2860 Søeborg, id-Danimarka; |
|
— |
Il-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Ctra. Is-Sacramento s/n, La Kanada de San Urbano, 04120 Almeria, Spanja; |
|
— |
Ix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Schaflandstrasse 3/2, Schaflandstrasse 3/2, 70736 Stuttgart, il-Ġermanja; |
|
— |
Il-Laboratorio Central de Sanidad Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Ctra. Id-De Algete km. 8, Valdeolmos, 28110, Algete (Madrid), Spanja; |
|
— |
L-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit; |
|
— |
Veterinærinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet, Afdelingen for Fjerkræ, Fisk og Pelsdyr, Hangøvej 2, 8200-Århus N, id-Danimarka; |
|
— |
L-IFREMER, Avenue Mus de Loup, Ronce les Bains, 17390 La Tremblade, Franza; |
|
— |
L-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Bischofsholer Damm 15, D-3000 Hannover, il-Ġermanja; |
|
— |
Is-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Ctra. Id-De Algete a El Casar, Valdeolmos 28130, Madrid, Spanja; |
|
— |
L-Interbull Centre, Department of Animal Breeding and Genetics SLU, Sveriges lantbruksuniversitet, Undervisningsplan E1-27; S-75007 Uppsala l-Isvezja; |
|
— |
L-ANSES, Laboratoire d'études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle, 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza; |
|
— |
Is-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, The Nothe, Barrack Road, Weymouth, Dorset DT4 8UB, ir-Renju Unit; |
|
— |
L-ANSES, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle, 94 706 Maisons-Alfort, Cedex Franza; |
|
— |
L-ANSES, Laboratoire d'études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, site de Nancy, Domaine de Pixérécourt, F-54220 Malzéville, Franza; |
|
— |
Il-VISAVET — Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Avda. Il-Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria, 28040. Madrid, Spanja; |
|
— |
L-ANSES, Laboratoire de recherches sur la pathologie des abeilles, 105 Route des Chappes, les Templiers, 06902 Sophia Antipolis, Franza; |
|
— |
Il-Joint Research Centre, Retieseweg 111, 2440 Geel il-Belġju; |
|
— |
Il-Joint Research Centre, Institute for reference materials and measurements, Food safety and quality, Via E. Fermi, 121020 Ispra l-Italja; |
|
— |
Il-Joint Research Centre, Institute for Health and Consumer Protection, Unità: Physical and chemical exposures, TP 260, Via E. Fermi, 1, 21020 Ispra l-Italja; |
|
— |
Il-Joint Research Centre, Institute for Health and Consumer Protection, Biotechnology and GMOs Unit, Via E. Fermi, 1, 21020 Ispra l-Italja. |
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/48 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Diċembru 2011
li tipprovdi r-regoli għall-istabbiliment, għall-ġestjoni u għall-funzjonament tan-Netwerk ta’ awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-Saħħa elettronika
(2011/890/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar -applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE inkariga lill-Unjoni biex tappoġġa u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri li jaħdmu fi ħdan netwerk volontarju li jikkollega flimkien lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-servizzi elettroniċi tas-saħħa maħtura mill-Istati Membri (“in-Netwerk tas-Saħħa elettronika”). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2011/24/UE, il-Kummissjoni hija obbligata li tadotta r-regoli meħtieġa għall-istabbiliment, għall-ġestjoni u l-funzjonament trasparenti tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika. |
|
(3) |
Peress li l-parteċipazzjoni fin-Netwerk tas-Saħħa elettronika hija volontarja, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jissieħbu meta jridu. Għall-għanijiet organizzattivi, l-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom bil-quddiem. |
|
(4) |
Id-dejta personali tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-esperti u tal-osservaturi li jipparteċipaw fin-Network għandha tiġi pproċessata skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2), u tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (3). |
|
(5) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2009 dwar il-kura tas-saħħa sigura u effiċjenti permezz tas-Saħħa elettronika għamel sejħa għal allinjament ta’ strateġiji dwar is-saħħa mal-istrateġiji u l-bżonnijiet tas-saħħa fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali permezz tal-involviment dirett tal-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali. Biex dan jinkiseb, il-konklużjonijiet tal-Kunsill sejħu wkoll mekkaniżmu ta’ ġestjoni ta’ livell għoli u wara tniedu Azzjoni Konġunta (4) u Netwerk Tematiku fl-oqfsa rispettivi tal-Programm tas-Saħħa (5) u l-Programm ta’ Sostenn tal-Politiki tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) tal-Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (6) (minn hawn 'il quddiem “l-Azzjoni Konġunta” u “n-Netwerk Tematiku”). Biex ikunu żgurati l-koordinazzjoni, il-koerenza u l-konsistenza tal-ħidma dwar is-Saħħa elettronika fil-livell tal-Unjoni, u biex ikun evitat ix-xogħol doppju, jixraq li tkun żgurata kontinwazzjoni tal-ħidma tal-mekkaniżmu ta’ livell għoli msemmi hawn fuq fil-qafas tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika, safejn din il-ħidma tkun kompatibbli mal-għanijiet assenjati lin-Netwerk permezz tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2011/24/UE, u li l-Azzjoni Konġunta u n-Netwerk Tematiku jingħaqdu man-Netwerk tas-Saħħa elettronika. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf bl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/24/UE. |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli meħtieġa għat-twaqqif, għall-ġestjoni u għall-funzjonament tan-Netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-Saħħa elettronika, kif stipulat bl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/24/UE.
Artikolu 2
Kompitu
1. In-Netwerk tas-Saħħa elettronika għandu jsegwi l-għanijiet assenjati lilu mill-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2011/24/UE.
2. Waqt li jsegwi dawn l-għanijiet, in-Netwerk tas-Saħħa elettronika għandu jaħdem b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Azzjoni Konġunta u man-Netwerk Tematiku u għandu jkompli jibni fuq ir-riżultati miksuba fil-qafas ta’ dawk iż-żewġ attivitajiet.
Artikolu 3
Sħubija – Ħatra
1. Il-membri għandhom ikunu l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għas-Saħħa elettronika maħturin mill-Istati Membri li jkunu qegħdin jipparteċipaw fin-Netwerk tas-Saħħa elettronika.
2. L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fin-Netwerk tas-Saħħa elettronika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħhom, kif ukoll lill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-Saħħa elettronika li jkunu ħatru skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/24/UE.
3. Kull awtorità nazzjonali responsabbli mis-Saħħa elettronika għandha taħtar rappreżentant wieħed fin-Netwerk tas-Saħħa elettronika, kif ukoll rappreżentant wieħed alternattiv, u għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni.
4. L-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħrajn (“ir-Reġistru”).
5. Id-dejta personali tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-esperti u tal-osservaturi li jkunu qegħdin jipparteċipaw fin-Netwerk għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.
Artikolu 4
Ir-relazzjoni bejn in-Netwerk tas-Saħħa elettronika u l-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta man-Netwerk tas-Saħħa elettronika dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mas-Saħħa elettronika fl-Unjoni, speċjalment meta dan ikun meħtieġ biex iservi ta’ gwida għall-Azzjoni Konġunta u n-Netwerk Tematiku.
2. Kwalunkwe Membru tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika jista' jagħti parir lill-Kummissjoni biex tikkonsulta man-Netwerk tas-Saħħa elettronika dwar xi kwistjoni speċifika.
Artikolu 5
Regoli ta’ proċedura
In-Netwerk tas-Saħħa elettronika għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu fuq il-proposta tas-servizzi tal-Kummissjoni permezz ta’ maġġoranza sempliċi, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fin-Netwerk.
Artikolu 6
Operat
1. In-Netwerk tas-Saħħa elettronika jista' jistabbilixxi s-sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza definiti minnu. Dawn is-sottogruppi għandhom jiżżarmaw malli jwettqu l-mandat tagħhom.
2. In-Netwerk tas-Saħħa elettronika għandu jadotta programm ta’ ħidma multiannwali u strument ta’ valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm.
3. Il-membri tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi li jkunu mistiedna, għandhom iħarsu l-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti mill-Artikolu 339 tat-Trattat u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà marbutin mal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni ta’ Proċedura (7). F'każ li jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-President tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika jista' jieħu l-miżuri kollha li jkunu xierqa.
Artikolu 7
Is-Segretarjat tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika
1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali għan-Netwerk tas-Saħħa elettronika.
2. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika u s-sottogruppi tiegħu.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tagħrif rilevanti dwar l-attivitajiet li jwettaq in-Netwerk tas-Saħħa elettronika, jew billi tinkludih fir-Reġistru jew billi tinkludih f'sit tal-Internet speċifiku ddedikat għall-grupp li jkun hemm ħolqa għalih fir-Reġistru.
Artikolu 8
Spejjeż tal-laqgħat
1. Il-parteċipanti fl-attivitajiet tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika mhumiex se jitħallsu mill-Kummissjoni għas-servizzi tagħhom.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenzamġarrba mill-parteċipanti fl-attivitajiet tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.
Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Artikolu 9
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(4) Joint Action on eĦealth Governance Initiative (Azzjoni Konġunta dwar l-Inizjattiva tal-Ġestjoni tas-Saħħa Elettronika); Commission Decision C(2010)7593 of 27 October 2010 on the awarding of grants for proposals for 2010 under the second Health Programme(2008-2013), Contract number 2010/2302
(5) Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13) (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).
(6) Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15).
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Diċembru 2011
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jkollhom fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament immodifikat 281-24-236x3006-210-23 (DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9532)
(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/891/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u partikolarment l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Ġunju 2005, Dow AgroSciences Europe ppreżentat applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li għandhom fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton 281-24-236x3006-210-23 (“l-applikazzjoni”). |
|
(2) |
L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew jikkonsistu mill-qoton 281-24-236x3006-210-23 għall-istess użi bħal kwalunkwe qoton ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u l-informazzjoni mitlubin fl-Annessi III u IV għad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II għad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, skont l-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE. |
|
(3) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Il-qoton 281-24-236x3006-210-23 huwa kkunsidrat li huwa sikur daqs il-kontraparti tiegħu li mhix ġenetikament modifikata, fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew fuq l-ambjent. Għaldaqstant hi kkonkludiet li mhuwiex probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li għandhom fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-qoton 281-24-236x3006-210-23 kif deskritt fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) se jkollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ambjent fil-kuntest tal-użi previsti tagħhom (3). |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkunsidrat li l-kwistjonijiet u t-tħassib speċifiċi kollha mqajmin mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-ambjent, li jinkludi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, ippreżentat mill-applikant huwa f’konformità mal-użu previst tal-prodotti. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi fiżiċi taż-żerriegħa tal-qoton u l-metodi tat-trasportazzjoni tagħhom, l-EFSA rrakkomandat li, bħala parti mis-sorveljanza ġenerali, jiġu introdotti miżuri speċifiċi għall-monitoraġġ attiv tal-okkorrenza tal-pjanti tal-qoton selvaġġi f’żoni fejn huwa probabbli li taqa’ ż-żerriegħa u li jikbru l-pjanti. |
|
(6) |
Sabiex jkunu deskritti aħjar ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u biex ikun hemm konformità mar-rakkomandazzjoni tal-EFSA, il-pjan ta’ monitoraġġ imressaq mill-applikant ġie mmodifikat. Ġew introdotti miżuri speċifiċi biex jiġu llimitati t-telf u t-tixrid u biex jiġu eradikati l-popolazzjonijiet tal-qoton li jikbru aċċidentalment. |
|
(7) |
Wara li wieħed iqis dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata awtorizzazzjoni għall-prodotti. |
|
(8) |
Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OĠM (organiżmu ġenetikament modifikat), kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4). |
|
(9) |
Abbażi tal-opinjoni tal-EFSA, ma jidher li hemm bżonn l-ebda rekwiżiti speċifiċi ta’ ttikkettjar apparti dawk li huma stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għall-ikel, l-ingredjenti tal-ikel u l-għalf li għandhom fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-qoton 281-24-236x3006-210-23. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti jintużaw fil-limiti tal-awtorizazzjoni prevista b’din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li jkollu fih jew li jikkonsisti mill-OĠM u prodotti oħra għajr ikel u għalf li jkollu fih jew li jikkonsisti mill-OĠM li għalih tkun intalbet awtorizzazzjoni, għandu jkun ikkumplementat minn indikazzjoni ċara li l-prodotti inkwistjoni ma għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula fl-Artikolu 4(6) rekwiżiti ta’ tikkettjar għall-prodotti li jkollhom fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għall-prodotti li jkollhom fihom jew li jikkonsistu minn OĠM huma stipulati fil-paragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu 4 u għall-ikel u l-għalf prodotti minn OĠM huma stipulati fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(11) |
Id-detentur tal-awtorizazzzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom ikunu preżentati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għall-għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u t-trattament, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq tal-użu tal-ikel u l-għalf, jew ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni ta’ ekosistemi partikolari/l-ambjent u/jew żoni ġeografiċi, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(12) |
L-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz tal-Biosafety Clearing-House lill-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7). |
|
(14) |
L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni. |
|
(15) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu u għalhekk il-Kummissjoni ppreżentat proposta relatata ma’ dawn il-miżuri lill-Kunsill. |
|
(16) |
Billi, fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill ma setax jasal għal deċiżjoni permezz ta’ maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta u l-Kunsill indika li l-proċeduri tiegħu fir-rigward ta’ dan il-fajl kienu konklużi, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku
Il-qoton ġenetikament modifikat (Gossypium hirsutum) 281-24-236x3006-210-23, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness għal din id-Deċiżjoni, huwa assenjat l-identifikatur uniku DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
L-awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni:
|
(a) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li għandhom fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5; |
|
(b) |
għalf li għandu fih, jikkonsisti minn jew li hu prodott mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5; |
|
(c) |
prodotti għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 għall-istess użi bħal kwalunkwe qoton ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
L-ittikkettjar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qoton”.
2. Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw lil dawn il-prodotti li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c).
Artikolu 4
Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 5
Ir-reġistru tal-Komunità
L-informazzjoni rilevanti stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 6
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Dow AgroSciences Europe, ir-Renju Unit, li jirrappreżenta lil Mycogen Seeds, l-Istati Uniti.
Artikolu 7
Il-validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
Id-destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Dow AgroSciences Europe, European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, United Kingdom.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(3) http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2010-00863
(5) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
ANNESS
(a) L-applikant u d-detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem |
: |
Dow AgroSciences Europe, |
|
Indirizz |
: |
European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, United Kingdom |
(b) L-għażla u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti
|
(1) |
L-ikel u ingredjenti tal-ikel li għandhom fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5; |
|
(2) |
L-għalf li għandu fih, jikkonsisti minn jew li hu prodott mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5; |
|
(3) |
Il-prodotti għajr l-ikel u l-għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 għall-istess użi bħal kwalunkwe qoton ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Il-qoton ġenetikament modifikat DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 (Gossypium hirsutum), kif inhu deskritt fl-applikazzjoni, jipproduċi l-proteini Cry1Ac u Cry1F li jagħtu protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara lepidotterani u jipproduċi l-proteina PAT, li tintuża bħala marka għall-għażla, li tagħti tolleranza kontra l-erbiċida ammonju tal-glufosinat.
(c) L-ittikkettjar
|
(1) |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qoton”. |
|
(2) |
Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw lil dawn il-prodotti li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni. |
(d) Il-metodu tad-detezzjoni
|
— |
Metodu bbażat fuq il-PCR speċifiku għall-okkorrenza f’ħin reali għall-kwantifikazzjoni tal-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5; |
|
— |
Ivvalidat fuq iż-żerriegħa mil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm; |
|
— |
Materjal ta’ referenza: ERM®-BF422 aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue |
(e) L-identifikatur uniku
DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5
(f) L-informazzjoni mitluba fl-Anness II għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika
Biosafety Clearing-House, Record ID: ara [għandha timtela meta ssir in-notifika].
(g) Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti
Mhux meħtieġa.
(h) Il-pjan ta’ monitoraġġ
Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, skont l-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: pjan ippublikat fuq l-Internet]
(i) Rekwiżiti ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista’ jkun li jkollhom jinbidlu tul iż-żmien. Dawk il-modifiki se jsiru disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Diċembru 2011
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li għandhom fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament immodifikat MIR604xGA21 (SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9533)
(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/892/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u partikolarment l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2007, Syngenta Seeds S.A.S. ippreżentat applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li għandhom fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum MIR604xGA21 (“l-applikazzjoni”). |
|
(2) |
L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MIR604xGA21 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u l-informazzjoni mitlubin fl-Annessi III u IV għad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II għad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, skont l-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE. |
|
(3) |
Fit-18 ta’ Mejju 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Il-qamħirrum MIR604xGA21 huwa kkunsidrat li huwa sikur daqs il-kontraparti tiegħu li mhix ġenetikament modifikata, fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew fuq l-ambjent. Għaldaqstant hi kkonkludiet li mhuwiex probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li għandhom fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-qamħirrum MIR604xGA21 kif deskritt fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) se jkollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ambjent fil-kuntest tal-użi previsti tagħhom (3). |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkunsidrat il-kwistjonijiet u t-tħassib speċifiċi kollha mqajma mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-ambjent, li jinkludi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, ippreżentat mill-applikant huwa f’konformità mal-użu previst tal-prodotti. |
|
(6) |
Wara li wieħed iqis dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata awtorizzazzjoni għall-prodotti. |
|
(7) |
Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OĠM (organiżmu ġenetikament modifikat), kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4). |
|
(8) |
Abbażi tal-opinjoni tal-EFSA, ma jidher li hemm bżonn l-ebda rekwiżiti speċifiċi ta’ ttikkettjar apparti dawk li huma stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għall-ikel, l-ingredjenti tal-ikel u l-għalf li għandhom fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-qamħirrum MIR604xGA21. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti jintużaw fil-limiti tal-awtorizazzjoni prevista b’din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li għandu fih jew li jikkonsisti mill-OĠM u prodotti oħra għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-OĠM li għalih tkun intalbet awtorizzazzjoni, għandu jkun ikkumplementat minn indikazzjoni ċara li l-prodotti inkwistjoni ma jistgħux jintużaw għall-kultivazzjoni. |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula fl-Artikolu 4(6) rekwiżiti ta’ ttikkettjar għall-prodotti li għandhom fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għall-prodotti li għandhom fihom jew li jikkonsistu minn OĠM huma stipulati fil-paragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu 4, u għall-ikel u l-għalf prodotti minn OĠM huma stipulati fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(10) |
Id-detentur tal-awtorizazzzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom ikunu preżentati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għall-għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u t-trattament, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq tal-użu tal-ikel u l-għalf, jew ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni ta’ ekosistemi partikolari/l-ambjent u/jew żoni ġeografiċi, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(11) |
L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(12) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz tal-Biosafety Clearing-House lill-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7). |
|
(13) |
L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni. |
|
(14) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu u għalhekk il-Kummissjoni ppreżentat proposta relatata ma’ dawn il-miżuri lill-Kunsill. |
|
(15) |
Billi, fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill ma setax jasal għal deċiżjoni permezz ta’ maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta u l-Kunsill indika li l-proċeduri tiegħu fir-rigward ta’ dan il-fajl kienu konklużi, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MIR604xGA21, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness għal din id-Deċiżjoni, huwa assenjat l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
L-awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni:
|
(a) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li għandhom fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9; |
|
(b) |
għalf li għandu fih, jikkonsisti minn jew li hu prodott mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9; |
|
(c) |
prodotti għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
L-ittikkettjar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
2. Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw lil dawn il-prodotti li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2.
Artikolu 4
Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 5
Ir-reġistru tal-Komunità
L-informazzjoni rilevanti stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 6
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Syngenta Seeds S.A.S. Franza, li jirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, l-Isvizzera.
Artikolu 7
Il-validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
Id-destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l’Hobit 12-31790 Saint-Sauveur - France.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(3) http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2010-00832
(5) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
ANNESS
(a) L-applikant u d-detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem |
: |
Syngenta Seeds S.A.S. |
|
Indirizz |
: |
Chemin de l’Hobit 12 –31790 Saint-Sauveur – France |
F’isem Syngenta Crop Protection AG - Schwarzwaldallee 215 - CH 4058 Basle - Switzerland
(b) L-għażla u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti
|
(1) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li għandhom fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9; |
|
(2) |
għalf li għandu fih, jikkonsisti minn jew li hu prodott mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9; |
|
(3) |
prodotti għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa prodott bit-taħlit bejn il-qamħirrum li għandu fih okkorrenzi ta’ SYN-IR6Ø4-5 u MON-ØØØ21-9 u li jipproduċi l-proteina Cry3 A li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara koleopterani u l-proteina mEPSPS li tagħti tolleranza għall-erbiċida glifosat. Il-ġene pmi, li jippermetti ċ-ċelloli trasformati tal-qamħirrum li jużaw il-mannożju bħala l-uniku sors ta’ karbonju, intuża bħala marka għall-għażla fil-proċess tal-modifikazzjoni ġenetika għall-okkorrenza ta’ SYN-IR6Ø4-5.
(ċ) L-ittikkettjar
|
(1) |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”; |
|
(2) |
Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw lil dawn il-prodotti li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni. |
(d) Il-metodu tad-detezzjoni
|
— |
Metodi bbażati fuq il-PCR kwantitattiva speċifika għall-okkorenza f’ħin reali għall-qamħirrum modifikat SYN-IR6Ø4-5 u l-qamħirrum MON-ØØØ21-9 ivvalidati fuq il-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9; |
|
— |
Ivvalidat fuq iż-żerriegħa mil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm; |
|
— |
Materjal ta’ referenza: ERM®-BF423 (for SYN-IR6Ø4-5) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istut għall-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue u AOCS 0407-A, AOCS 0407-B (for MON-ØØØ21-9) aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm. |
(e) L-identifikatur uniku
SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9.
(f) L-informazzjoni mitluba fl-Anness II għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika
Biosafety Clearing-House, Record ID: ara [għandha timtela meta ssir in-notifika].
(g) Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti
Mhux meħtieġa.
(h) Il-pjan ta’ monitoraġġ
Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, skont l-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]
(i) Rekwiżiti ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista’ jkun li jkollhom jinbidlu tul iż-żmien. Dawk il-modifiki se jsiru disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Diċembru 2011
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11xMIR604 (SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5) jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9535)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/893/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2007, Syngenta Seeds S.A.S. ippreżentat applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom il-qamħirrum Bt11xMIR604 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu (“l-applikazzjoni”). |
|
(2) |
L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħra għajr l-ikel u l-għalf li fihom il-qamħirrum Bt11xMIR604 jew jikkonsistu minnu għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE. |
|
(3) |
Fit-18 ta’ Mejju 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli b’konformità mal-Artikolu 6 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Din qieset li l-qamħirrum Bt11xMIR604 huwa sikur daqs il-kontroparti tiegħu mhux ġenetikament modifikata fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew l-ambjent. Għaldaqstant, din ikkonkludiet li mhux probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum Bt11xMIR604 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu, kif deskritti fl-applikazzjoni (“il-prodotti”), ikollu xi effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent fil-kuntest tal-użu maħsub tagħhom (3). |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib speċifiċi kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti minn pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu maħsub tal-prodotti. |
|
(6) |
Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata awtorizzazzjoni għall-prodotti. |
|
(7) |
Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OĠM kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4). |
|
(8) |
Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom il-qamħirrum Bt11xMIR604 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu. Madankollu, biex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fil-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulati minn din id-Deċiżjoni, it-tikkettar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn OĠM u ta’ prodotti oħra li mhumiex ikel u għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-OĠM li ntalbet l-awtorizzazzjoni għalih, għandu jindika b’mod ċar li l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni. |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula rekwiżiti tat-tikkettar fl-Artikolu 4(6) għal prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti dwar it-traċċabilità fil-każ ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM huma stabbiliti fil-paragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu 4 u fil-każ ta’ ikel u għalf prodotti minn OĠM huma stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(10) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard għar-rappreżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-immaniġġjar, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel u l-għalf, jew ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(11) |
L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(12) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata permezz tal-Clearing-House tal-Bijosikurezza, lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7). |
|
(13) |
L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni. |
|
(14) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu u għaldaqstant il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill fir-rigward ta’ dawn il-miżuri. |
|
(15) |
Minħabba li fil-laqgħa tal-15 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill ma rnexxilux jilħaq deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata, jew favur jew kontra l-proposta, u l-Kunsill indika li l-proċedimenti tiegħu fir-rigward ta’ dan il-fajl kienu konklużi, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11xMIR604, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:
|
(a) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu; |
|
(b) |
għalf li fih il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5 jew jikkonsisti jew huwa prodott minnu; |
|
(c) |
prodotti għajr ikel u għalf li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5 jew li jikkonsistu minnu għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
Tikkettar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
2. Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjawhom, li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c).
Artikolu 4
Monitoraġġ tal-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ b’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 5
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 6
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Syngenta Seeds S.A.S. Franza, li tirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, l-Isvizzera.
Artikolu 7
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(3) http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2010-00833
(5) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
ANNESS
(a) L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem |
: |
Syngenta Seeds S.A.S. |
|
Indirizz |
: |
Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza |
F’isem Syngenta Crop Protection AG - Schwarzwaldallee 215 - CH 4058 Basle – l-Isvizzera
(b) Deżinjazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti
|
(1) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu; |
|
(2) |
għalf li fih il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5 jew jikkonsisti jew huwa prodott minnu; |
|
(3) |
prodotti għajr ikel u għalf li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5 jew li jikkonsistu minnu għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5, kif deskritt fl-applikazzjoni, jiġi prodott minn taħlita bejn il-qamħirrum li fih okkorrenzi ta’ SYN-BTØ11-1 u SYN-IR6Ø4-5 u jesprimi l-proteina Cry1Ab li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara lepidotterani, il-proteina PAT li tagħti t-tolleranza għall-erbiċida ammonju tal-glufosinat u l-proteina Cry3 A li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara koleopterani. Fil-proċess ta’ modifikazzjoni ġenetika għall-okkorrenza ta’ SYN-IR6Ø4-5 intuża, bħala markatur ġenetiku, il-ġene pmi, li jippermetti liċ-ċelluli trasformati tal-qamħirrum jutilizzaw il-mannożju bħala l-uniku sors ta’ karbonju.
(c) Tikkettar
|
(1) |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”; |
|
(2) |
Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5 jew li jikkonsistu minnu, imsemmija fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni. |
(d) Metodu għad-detezzjoni
|
— |
Metodi kwantitattivi f’ħin reali speċifiċi għall-okkorrenza bbażati fuq il-PCR għall-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-BTØ11-1 u SYN-IR6Ø4-5 ivvalidati fuq il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5; |
|
— |
Ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm; |
|
— |
Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF412 (għal SYN-BTØ11-1) u ERM®-BF423 (għal SYN-IR6Ø4-5) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue. |
(e) Identifikatur uniku
SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5.
(f) L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika
Clearing-House tal-Bijosikurezza, Numru tar-Reġistru: ara [għandu jimtela meta jiġi notifikat].
(g) Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti
Mhux meħtieġa.
(h) Pjan ta’ monitoraġġ
Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]
(i) Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.
|
28.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Diċembru 2011
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11xMIR604xGA21 (SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9) jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9536)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/894/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2008, Syngenta Seeds S.A.S. ippreżentat applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom il-qamħirrum Bt11xMIR604xGA21 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu (“l-applikazzjoni”). |
|
(2) |
L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħra għajr l-ikel u l-għalf li fihom il-qamħirrum Bt11xMIR604xGA21 jew jikkonsistu minnu għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE. |
|
(3) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli b'konformità mal-Artikolu 6 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Din qieset li l-qamħirrum Bt11xMIR604xGA21 huwa sikur daqs il-kontroparti tiegħu mhux ġenetikament modifikata fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew l-ambjent. Għaldaqstant, din ikkonkludiet li mhux probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum Bt11xMIR604xGA21 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu, kif deskritti fl-applikazzjoni (“il-prodotti”), ikollu xi effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent fil-kuntest tal-użu maħsub tagħhom (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib speċifiċi kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu maħsub tal-prodotti. |
|
(5) |
Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata awtorizzazzjoni għall-prodotti. |
|
(6) |
Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OĠM kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4). |
|
(7) |
Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom il-qamħirrum Bt11xMIR604xGA21 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu. Madankollu, biex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fil-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulati minn din id-Deċiżjoni, it-tikkettar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn OĠM u ta’ prodotti oħra li mhumiex ikel u għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-OĠM li ntalbet l-awtorizzazzjoni għalih, għandu jindika b'mod ċar li l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula rekwiżiti tat-tikkettar fl-Artikolu 4(6) għal prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti dwar it-traċċabilità fil-każ ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM huma stabbiliti fil-paragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu 4 u fil-każ ta’ ikel u għalf prodotti minn OĠM huma stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(9) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard għar-rappreżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-immaniġġjar, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel u l-għalf, jew ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(10) |
L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(11) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata permezz tal-Clearing-House tal-Bijosikurezza, lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7). |
|
(12) |
L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu u għaldaqstant il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill fir-rigward ta’ dawn il-miżuri. |
|
(14) |
Minħabba li fil-laqgħa tal-15 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill ma rnexxilux jilħaq deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata, jew favur jew kontra l-proposta, u l-Kunsill indika li l-proċedimenti tiegħu f'dan il-fajl kienu konklużi, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11xMIR604xGA21, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:
|
(a) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu; |
|
(b) |
għalf li fih il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 jew jikkonsisti jew huwa prodott minnu; |
|
(c) |
prodotti għajr ikel u għalf li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 jew li jikkonsistu minnu għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
Tikkettar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
2. Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjawhom, li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c).
Artikolu 4
Monitoraġġ tal-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ b'konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 5
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 6
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Syngenta Seeds S.A.S. Franza, li tirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, l-Isvizzera.
Artikolu 7
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(3) http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2010-00834
(5) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
ANNESS
(a) L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem |
: |
Syngenta Seeds S.A.S. |
|
Indirizz |
: |
Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza |
F’isem Syngenta Crop Protection AG - Schwarzwaldallee 215 - CH 4058 Basel – l-Isvizzera
(b) Deżinjazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti
|
(1) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu; |
|
(2) |
għalf li fih il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 jew jikkonsisti jew huwa prodott minnu; |
|
(3) |
prodotti għajr ikel u għalf li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 jew li jikkonsistu minnu għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9, kif deskritt fl-applikazzjoni, jiġi prodott minn taħlita bejn il-qamħirrum li fih okkorrenzi ta’ SYN-BTØ11-1, SYN-IR6Ø4-5 u MON-ØØØ21-9 u jesprimi l-proteina Cry1Ab li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara lepidotterani, il-proteina PAT li tagħti t-tolleranza għall-erbiċidi ammonju tal-glufosinat, il-proteina Cry3 A li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara koleopterani u l-proteina mEPSPS li tipprovdi tolleranza għall-erbiċida glifosat. Fil-proċess ta’ modifikazzjoni ġenetika għall-okkorrenza ta’ SYN-IR6Ø4-5 intuża, bħala markatur ġenetiku, il-ġene pmi, li jippermetti liċ-ċelluli trasformati tal-qamħirrum jutilizzaw il-mannożju bħala l-uniku sors ta’ karbonju.
(c) Tikkettar
|
(1) |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”; |
|
(2) |
Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9 jew li jikkonsistu minnu, imsemmija fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni. |
(d) Metodu għad-detezzjoni
|
— |
Metodi kwantitattivi f’ħin reali speċifiċi għall-okkorrenza bbażati fuq il-PCR għall-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-BTØ11-1, SYN-IR6Ø4-5 u MON-ØØØ21-9 ivvalidati fuq il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5 xMON-ØØØ21-9; |
|
— |
Ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm; |
|
— |
Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF412 (għal SYN-BTØ11-1) u ERM®-BF423 (għal SYN-IR6Ø4-5) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue u AOCS 0407-A, AOCS 0407-B (għal MON-ØØØ21-9) aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm. |
(e) Identifikatur uniku
SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9.
(f) L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika
Clearing-House tal-Bijosikurezza, Numru tar-Reġistru: ara [għandu jimtela meta jiġi notifikat].
(g) Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti
Mhux meħtieġa.
(h) Pjan ta’ monitoraġġ
Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]
(i) Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.