ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.334.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 334

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
16 ta' Diċembru 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjeni oġġett tal-ikel ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/841/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

6

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

7

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2011 tat-13 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u (KE) Nru 1187/2009 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-NM għall-prodotti tal-ħalib

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1314/2011 tat-13 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1; l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1315/2011 tal-15 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2011 tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tieni stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1317/2011 tal-15 ta’ Diċembru 2011 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2011

18

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2011 tal-15 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-laħam taċ-ċanga

21

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1319/2011 tal-15 ta’ Diċembru 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/842/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fil-Prinċipat tal-Liechtenstein

27

 

 

2011/843/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programm nazzjonali tar-Renju ta’ Spanja fl-2011 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9318)

29

 

 

2011/844/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9169)  ( 1 )

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/1


DIRETTIVA 2011/91/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjeni oġġett tal-ikel

(kodifikazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1989 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett tal-ikel (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dik id-Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Is-suq intern jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital.

(3)

Il-kummerċ fl-oġġetti tal-ikel jokkupa post importanti ħafna fis-suq intern.

(4)

L-indikazzjoni tal-lott li għalih jappartjieni oġġett tal-ikel jilħaq il-ħtieġa ta’ tagħrif aħjar dwar l-identità tal-prodotti. Huwa għalhekk sors utili ta’ tagħrif meta l-oġġetti tal-ikel ikunu s-suġġett ta’ kwistjonijiet jew jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-konsumaturi.

(5)

Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (5) ma fiha l-ebda dispożizzjoni dwar l-indikazzjoni tal-identifikazzjoni tal-lott.

(6)

Fil-livell internazzjonali hemm obbligu ġenerali li tiġi pprovduta referenza għal-lot ta’ fabbrikazzjoni jew ta’ imballaġġ ta’ oġġetti tal-ikel imballati minn qabel. Huwa d-dmir tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali.

(7)

Ta’ min, għalhekk, jiġu previsti regoli ta’ natura ġenerali u orizzontali sabiex tiġi ġestita sistema komuni tal-identifikazzjoni tal-lott.

(8)

L-effiċjenza ta’ dik is-sistema tiddependi fuq l-applikazzjoni tagħha fl-istadji varji tat-tqegħid fis-suq. Huwa madankollu mixtieq li jiġu esklużi ċerti prodotti u operazzjonijiet, b’mod partikolari dawk li jseħħu fil-bidu tan-network tad-distribuzzjoni tal-prodotti agrikoli.

(9)

Huwa meħtieġ li jitqies il-fatt illi l-konsum immedjat max-xiri ta’ ċerti oġġetti tal-ikel bħall-ġelat f’porzjonijiet individwali jfisser illi l-indikazzjoni tal-lott direttament fuq l-imballaġġ individwali ma sservi l-ebda skop utili. Madankollu, għandu jkun obbligatorju fil-każ ta’ dawk il-prodotti illi jiġi indikat il-lott ta’ oġġetti fuq l-imballaġġ ikkombinat.

(10)

Il-kunċett ta’ lott jimplika illi numru ta’ unitajiet tal-bejgħ ta’ oġġett tal-ikel għandhom karatteristiċi tal-produzzjoni, tal-fabbrikazzjoni jew tal-imballaġġ kważi identiċi. Dak il-kunċett m’għandux għalhekk japplika għall-prodotti bl-ingrossa jew għall-prodotti li, minħabba n-natura individwali speċifika jew eteroġenja tagħhom, ma jistgħux jitqiesu li jagħmlu parti minn batch eteroġenju.

(11)

Minħabba l-varjetà tal-metodi ta’ identifikazzjoni wżati, għandha tkun ir-responsabbiltà tan-negozjant li jiddetermina l-lott u li jwaħħal l-indikazzjoni jew il-marka korrispondenti.

(12)

Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġiet tat-tagħrif li għaliha hija maħsuba, dik l-indikazzjoni għandha tkun distinta u tingħaraf bħala tali.

(13)

Id-data ta’ durabbiltà minima jew id-data sa meta l-oġġett għandu jkun ikkunsmat, jistgħu, skont id-Direttiva 2000/13/KE, iservu bħala identifikazzjoni tal-lott, sakemm din tiġi indikata b’mod preċiż.

(14)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tikkonċerna l-indikazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-lott li għalih jappartjieni xi oġġett tal-ikel.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘lott’ ifisser batch ta’ unitajiet tal-bejgħ ta’ oġġett tal-ikel prodott, iffabbrikat jew imballat taħt prattikament l-istess kondizzjonijiet.

Artikolu 2

1.   Oġġett tal-ikel ma għandux jitqiegħed fis-suq jekk ma jkunx akkumpanjat minn indikazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 1(1).

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:

(a)

għall-prodotti agrikoli li, malli jħallu l-azjenda, jkunu:

(i)

mibjugħa jew ikkunsinjati fi stazzjonijiet ta’ ħażna temporanji, ta’ tħejjija jew ta’ imballaġġ,

(ii)

ittrasportati lejn organizzazzjonijiet tal-produtturi, jew

(iii)

miġbura għall-integrazzjoni immedjata f’sistema operazzjonali ta’ preparazzjoni jew ta’ proċessar;

(b)

meta, fil-punt tal-bejgħ lill-aħħar konsumatur, l-oġġetti tal-ikel ma jkunux imballati minn qabel, jiġu imballati fuq it-talba tax-xerrej jew jiġu imballati minn qabel għall-bejgħ immedjat;

(ċ)

għall-imballaġġi jew il-kontenituri, li l-akbar ġenb tagħhom ikollu area ta’ anqas minn 10 ċm2;

(d)

għall-porzjonijiet individwali ta’ ġelat. L-indikazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat il-lott għandha tidher fuq l-imballaġġ ikkombinat.

Artikolu 3

Il-lott għandu jiġi stabbilit f’kull każ mill-produttur, mill-fabbrikant jew mill-pakkeġġjatur tal-oġġett tal-ikel in kwistjoni, jew mill-ewwel bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni.

L-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi determinata u mwaħħla fuq ir-responsabbiltà ta’ wieħed jew l-ieħor minn dawn l-operaturi. Għandha tkun preċeduta mill-ittra “L” għajr fil-każijiet fejn tkun tingħaraf b’mod ċar mill-indikazzjonijiet l-oħra fuq it-tikketta.

Artikolu 4

Fejn l-oġġetti tal-ikel jiġu imballati minn qabel, l-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u, fejn japplika, l-ittra “L” għandhom jidhru fuq l-imballaġġ minn qabel jew fuq it-tikketta mwaħħla magħhom.

Fejn l-oġġetti tal-ikel ma jiġux imballati minn qabel, l-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u, fejn tapplika, l-ittra “L” għandhom jidhru fuq l-imballaġġ jew fuq il-kontenitur jew, fin-nuqqas ta’ dawn, fuq id-dokumenti kummerċjali rilevanti.

Għandhom fil-każijiet kollha jidhru b’mod li jkunu jidhru faċilment, jinqraw ċar u ma jitħassrux.

Artikolu 5

Meta d-data tad-durabbiltà minima jew id-data sa meta l-oġġett għandu jkun ikkunsmat tidher fuq it-tikketta, l-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) m’għandhiex għalfejn tidher fuq l-oġġett tal-ikel, kemm-il darba d-data tikkonsisti f’mill-anqas l-indikazzjoni mhux ikkodifikata tal-jum u x-xahar f’dik l-ordni.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-indikazzjonijiet stabbiliti minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni.

Artikolu 7

Id-Direttiva 89/396/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti A, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. SZPUNAR


(1)   ĠU C 54, 19.2.2011, p. 34.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.

(3)   ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 21.

(4)  Ara l-Anness I, Parti A.

(5)   ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE

(ĠU L 186, 30.6.1989, p. 21)

Direttiva tal-Kunsill 91/238/KEE

(ĠU L 107, 27.4.1991, p. 50)

Direttiva tal-Kunsill 92/11/KEE

(ĠU L 65, 11.3.1992, p. 32)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

89/396/KEE

20 ta’ Ġunju 1990 (*1)

91/238/KEE

92/11/KEE


(*1)  F’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/396/KEE, kif emendata bid-Direttiva 92/11/KEE:

“L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom sabiex:

jawtorizzaw il-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Ġunju 1990,

jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Lulju 1992. Madankollu, il-kummerċ fil-prodotti li tqiegħdu fis-suq jew li ġew ittikkettjati qabel din id-data u li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva jista’ jissokta sakemm jintemmu l-ħażniet.”


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 89/396/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 2(3)

Artikoli 3 sa 6

Artikoli 3 sa 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Anness I

Anness II


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Diċembru 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

(2011/841/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 168(5) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (1) jipprovdi, fl-Artikolu 21 tiegħu, illi ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż terz li jikondividi l-interessi tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fl-għanijiet u l-ħidma tiegħu.

(2)

Il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) kien iffirmat f'isem l-Unjoni fis-6 ta’ Diċembru 2010, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) huwa b'dan approvat.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tittrażmetti/jittrażmettu, f'isem l-Unjoni, in-nota diplomatika prevista fl-Artikolu 10 tal-Ftehim (2).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)   ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

L-UNJONI EWROPEA (minn hawn ’il quddiem “l-Unjoni”),

min-naħa l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

min-naħa l-oħra,

FILWAQT LI JFAKKRU li l-Kunsill Ewropew ta’ Thessaloniki fl-2003 kellu l-għan li jsaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet privileġġjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Balkani tal-Punent waqt li jibni fuq l-esperjenza tat-tkabbir;

B’KONT MEĦUD tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid) (1), (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament” u “iċ-Ċentru” rispettivament);

BILLI r-Regolament jistipula fl-Artikolu 21 tiegħu illi ċ-Ċentru se jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jikkondividu l-interessi tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri tagħha fl-objettivi u l-ħidma taċ-Ċentru;

BILLI r-Repubblika tal-Kroazja tikkondividi l-objettivi stabbiliti għaċ-Ċentru fir-Regolament, u billi l-objettiv aħħari tar-Repubblika tal-Kroazja huwa li ssir membru tal-Unjoni Ewropea;

BILLI r-Repubblika tal-Kroazja tissottoskrivi għad-deskrizzjoni tal-kompiti taċ-Ċentru u l-metodu ta’ ħidma u l-oqsma ta’ prijorità tiegħu kif deskritti fir-Regolament;

BILLI teżisti fir-Repubblika tal-Kroazja istituzzjoni adatta li tkun marbuta man-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Reitox);

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni

Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tipparteċipa b’mod sħiħ fix-xogħol taċ-Ċentru, fuq it-termini stabbiliti f’dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Reitox)

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tkun marbuta mar-Reitox.

2.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tinnotifika liċ-Ċentru dwar l-elementi prinċipali tan-netwerk ta’ informazzjoni nazzjonali tagħha, inkluż iċ-ċentru nazzjonali tagħha ta’ monitoraġġ, fi żmien 28 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u ssemmi kwalunkwe ċentru ieħor speċjalizzat li jista’ jagħti kontribut siewi għall-ħidma taċ-Ċentru.

Artikolu 3

Bord Maniġerjali

Il-Bord Maniġerjali taċ-Ċentru għandu jistieden rappreżentant mir-Repubblika tal-Kroazja biex jieħu sehem fil-laqgħat tiegħu. Dan ir-rappreżentant għandu jipparteċipa bis-sħiħ imma mingħajr id-dritt għall-vot. Il-Bord Maniġerjali jista’, b’mod eċċezzjonali, isejjaħ laqgħa limitata għar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Il-Bord Maniġerjali, f’seduta mar-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Kroazja għandu jistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati li għandhom x’jaqsmu mal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru.

Artikolu 4

Baġit

Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tagħmel kontribut finanzjarju għall-attivitajiet taċ-Ċentru, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal dan il-Ftehim, li għandu jifforma parti integrali tiegħu.

Artikolu 5

Il-Protezzjoni u l-Kunfidenzjalità tad-Data

1.   Fejn fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim informazzjoni tiġi mgħoddija miċ-ċentru lill-awtoritajiet Kroati skont il-liġi tal-Unjoni u dik Kroata, tali informazzjoni għandha tintuża biss għall-fini ddikjarat u skont il-kondizzjonijiet preskritti mill-awtorità li tkun qed tgħaddiha. Tali informazzjoni m’għandhiex tinkludi data personali.

2.   Data dwar drogi u d-dipendenza fuq id-Droga pprovduta lill-awtoritajiet Kroati miċ-Ċentru tista’ tkun ippubblikata soġġetta għall-konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk Kroati dwar it-tixrid u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. Data personali ma tistax tiġi ppubblikata jew issir disponibbli għall-pubbliku.

3.   Ċentri speċjalizzati magħżula fir-Repubblika tal-Kroazja m’għandhom ikunu taħt l-ebda obbligu li jagħtu informazzjoni li tkun ikklassifikata bħala kunfidenzjali taħt il-leġislazzjoni Kroata.

4.   Fir-rigward ta’ data mgħoddija liċ-Ċentru mill-awtoritajiet Kroati, dawn tal-aħħar ikunu marbutin bir-regoli stipulati fl-Artikolu 6 tar-Regolament.

Artikolu 6

Status legali

Iċ-Ċentru għandu jgawdi fir-Repubblika tal-Kroazja l-istess kapaċità legali mogħtija lill-entitajiet legali skont il-liġi tal-Kroazja.

Artikolu 7

Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà taċ-Ċentru għandha tkun irregolata mir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament.

Artikolu 8

Il-privileġġi

Sabiex iċ-Ċentru u l-persunal tiegħu jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom, ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tagħtihom il-privileġġi u l-immunitajiet identiċi għal dawk li jinsabu fl-Artikoli 1 sa 4, l-Artikoli 5 u 6, l-Artikoli 10 sa 13, l-Artikoli 15, 17 u 18 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Artikolu 9

Regolamenti tal-Persunal

Skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2), iċ-ċittadini Kroati li jgawdu mid-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jkunu impjegati b’kuntratt mid-Direttur taċ-Ċentru.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta’ meta tasal in-nota diplomatika tal-aħħar li tikkonfema illi ġew imwettqa r-rekwiżiti legali tal-Parti Kontraenti rispettiva dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Artikolu 11

Validità u Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perijodu ta’ żmien mhux limitat. Għandu jiġi tterminat fid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.

2.   Kull waħda mill-Partijiet Kontraenti tista’ tiddenunzja dan il-Ftehim permezz ta’ notifika bil-miktub mibgħuta lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ sitt xhur wara d-data tal-wasla ta’ tali notifika.

Magħmul fi Brussell, fis-6 ta’ Diċembru 2010 f’żewġ kopji bl-Ingliż.

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblka tal-Kroazja


(1)   ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

ANNESS

IL-KONTRIBUT FINANZJARJU TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA LIĊ-ĊENTRU EWROPEW GĦALL-MONITORAĠĠ TAD-DROGA U D-DIPENDENZA FUQ ID-DROGA

1.

Il-kontribut finanzjarju li għandu jitħallas mir-Repubblika tal-Kroazja għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tipparteċipa fiċ-Ċentru se tiżdied progressivament fuq perijodu ta’ erba' snin li matulhom l-attivitajiet ikunu introdotti gradwalment mir-Repubblika tal-Kroazja. Il-kontributi finanzjarji meħtieġa huma:

matul l-ewwel sena ta’ parteċipazzjoni

EUR 100 000,

matul it-tieni sena ta’ parteċipazzjoni

EUR 150 000,

matul it-tielet sena ta’ parteċipazzjoni

EUR 210 000,

matul ir-raba' sena ta’ parteċipazzjoni

EUR 271 000.

Mill-ħames sena ta’ parteċipazzjoni, il-kontribut finanzjarju annwali li għandu jitħallas mir-Repubblika tal-Kroazja liċ-Ċentru għandu jkun il-kontribut tar-raba' sena ta’ parteċipazzjoni indiċizzat fuq bażi tar-rata taż-żieda tas-sovvenzjoni tal-Unjoni għaċ-Ċentru.

Biex tħallas il-kontribut tagħha liċ-Ċentru, ir-Repubblika tal-Kroazja tista' tuża parzjalment l-għajnuna tal-Unjoni b'kontribut massimu tal-Unjoni ta’ 75 % fl-ewwel sena ta’ parteċipazzjoni, 60 % fit-tieni sena ta’ parteċipazzjoni u 50 % minn hemm ‘il quddiem. Soġġett għal proċedura separata ta’ programmar, il-fondi rikjesti tal-Unjoni għandhom ikunu ttrasferiti lir-Repubblika tal-Kroazja permezz ta’ memorandum separat ta’ finanzjament.

Il-parti li jkun fadal mill-kontribut tkun koperta mir-Repubblika tal-Kroazja.

2.

Il-kontribut tar-Repubblika tal-Kroazja għandu jkun ġestit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2). L-ispejjeż tal-ivjaġġar u tal-għajxien tar-rappreżentanti u l-esperti tar-Repubblika tal-Kroazja għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet taċ-Ċentru jew laqgħat relatati mal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma taċ-Ċentru għandhom ikunu rimborżati miċ-Ċentru fuq l-istess bażi bħall-proċeduri li huma bħalissa fis-seħħ għall-Istati Membri tal-Unjoni u f’konformità magħhom.

3.

Għall-ewwel sena kalendarja tal-parteċipazzjoni tagħha, ir-Repubblika tal-Kroazja se tħallas kontribut ikkalkulat mid-data tal-parteċipazzjoni sal-aħħar tas-sena fuq bażi pro rata. Għas-snin ta’ wara, il-kontribut ser ikun skont dan il-Ftehim.

(1)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


REGOLAMENTI

16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1313/2011

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u (KE) Nru 1187/2009 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-NM għall-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 144 u 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1006/2011 tas-27 ta' Settembru 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), jipprovdi għal emendi fil-kodiċijiet tan-NM għal prodotti tal-ħalib tal-Kapitolu 4.

(2)

Huwa meħtieġ li tkun aġġornata l-Parti I.F tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġament tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), kif ukoll l-Artikolu 27 u l-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (4).

(3)

Il-miżura pprovduta għal dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti I.F tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 qed jitbiddel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 27(2), il-kodiċi 0402 21 19 9900 tinbidel bil-kodiċi 0402 21 18 9900;

(2)

Fil-Grupp Nru 1 tal-Anness II, il-kodiċi 0401 30 tinbidel bil-kodiċijiet 0401 40  u 0401 50 .

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

(4)   ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.


ANNESS

I. F

KWOTA TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS II TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

Kwota Nru

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Dazju doganali

Kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju

f’tunnellati

09.4155

ex 0401 40

ta' kontenut ta' xaħam, bil-piż, li jkun aktar minn 6 % iżda mhux aktar minn 10%

eżenzjoni

2 000 ”

ex 0401 50

ta' kontenut ta' xaħam, bil-piż, ta' aktar minn 10 %

0403 10

Yoghurt


16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1314/2011

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1; l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE, (2) jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

84/T&Q

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

COD/N01514

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1; l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV

Data

26.11.2011


16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1315/2011

tal-15 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

64,0

MA

67,8

TN

85,7

TR

96,0

ZZ

78,4

0707 00 05

TR

111,3

ZZ

111,3

0709 90 70

MA

39,9

TR

132,6

ZZ

86,3

0805 10 20

AR

27,1

BR

41,5

CL

30,5

MA

56,3

TR

53,2

ZA

59,4

ZZ

44,7

0805 20 10

MA

69,8

TR

79,7

ZZ

74,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

76,7

TR

85,2

ZZ

81,0

0805 50 10

AR

52,9

TR

49,5

ZZ

51,2

0808 10 80

CA

109,9

CL

90,0

US

121,4

ZA

80,2

ZZ

100,4

0808 20 50

CN

57,1

ZZ

57,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1316/2011

tal-15 ta’ Diċembru 2011

dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tieni stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2011/2012 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

(2)

Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri.

(3)

Abbażi tal-offerti riċevuti għat-tieni stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701  u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tieni stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fl-14 ta’ Diċembru 2011, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 .

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 318, 1.12.2011, p. 4.


ANNESS

Dazji doganali minimi

(EUR/tunnellata)

Il-kodiċi NM bi tmien ċifri

Dazji doganali minimi

1

2

1701 11 10

263,50

1701 11 90

1701 12 10

X

1701 12 90

X

1701 91 00

X

1701 99 10

1701 99 90

X

(—)

l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(X)

l-ebda offerta


16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1317/2011

tal-15 ta’ Diċembru 2011

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Diċembru 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Diċembru 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2011

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.12.2011-14.12.2011

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

242,03

175,28

Prezz FOB USA

318,86

308,86

288,86

Tariffa fuq il-Golf

15,77

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

39,73

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż: Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam:

19,41  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż: L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

50,59  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1318/2011

tal-15 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-Taqsima XV tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni, jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rifużjonijiet għall-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji stipulati fl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 168 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont tar-rifużjoni jista' jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta' Novembru 2007 li jistabilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għal ċertu qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5) jipprovdi għal tnaqqis fir-refużjoni speċjali jekk il-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni ikun inqas minn 95 % tal-kwantità totali f'piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mhux inqas minn 85 % tal-istess kwantità.

(6)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2011 (6). Peress li għandhom jiġu stabbiliti rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant ikun imħassar.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom jiġu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità stipulati fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata ta' rifużjoni fuq prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi ta' prodotti 0201 30 00 9100 titnaqqas b'3,5 EUR/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2011 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)   ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.

(6)   ĠU L 246, 23.9.2011, p. 20.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2011

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0102 10 10 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

12,9

0102 10 30 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

12,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,8

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

24,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

14,4

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

24,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

14,4

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,8

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

30,5

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

17,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,8

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,8

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

42,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

24,9

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

51,7

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

25,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

15,0

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

31,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,8

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,6

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,3

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,6

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,3

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Unjoni).

B02

:

B04 u destinazzjoni EG .

B03

:

L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti (id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33 u 42, u, fejn japplika, fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1)).

B04

:

It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


(*1)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).

(3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).

(4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 3).

(5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.


16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1319/2011

tal-15 ta’ Diċembru 2011

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)   ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

109,5

0

AR

128,7

0

BR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

125,3

0

AR

143,2

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

272,5

8

AR

227,0

22

BR

321,6

0

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

222,0

0

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

249,8

0

BR

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

223,5

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

355,4

0

BR

407,5

0

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

303,9

2

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

313,9

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

296,2

0

BR

373,4

0

CL

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

498,7

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ ZZ ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


DEĊIŻJONIJIET

16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fil-Prinċipat tal-Liechtenstein

(2011/842/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(1) tal-imsemmi Protokoll jipprovdi sabiex id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen isiru effettivi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein b’konformità ma’ deċiżjoni tal-Kunsill f’dak ir-rigward wara li l-Kunsill ikun aċċerta ruħu li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak l-acquis ġew sodisfatti mil-Liechtenstein.

(2)

Il-Kunsill, wara li vverifika li l-prekondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-parti dwar il-protezzjoni tad-data tal-acquis konċernat ta’ Schengen kienu ġew sodisfatti mill-Prinċipat tal-Liechtenstein, għamel, permezz tad-Deċiżjoni 2011/352/UE (2), id-dispożizzjoniiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen applikabbli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein mid-9 ta’ Ġunju 2011.

(3)

Il-Kunsill, f’konformità mal-proċeduri ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen applikabbli kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 għall-istabbiliment ta’ Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def.) (3), ivverifika jekk il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen ġewx sodisfatti fl-oqsma l-oħra kollha tal-acquis ta’ Schengen fil-Prinċipat tal-Liechtenstein.

(4)

Fit-13 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f’kull wieħed minn dawn l-oqsma msemmijin ġew sodisfatti mill-Prinċipat tal-Liechtenstein.

(5)

Huwa possibbli li tiġi ffissata d-data għall-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen mill-Prinċipat tal-Liechtenstein, jiġifieri dik id-data minn meta għandhom jitneħħew il-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni mal-Prinċipat tal-Liechtenstein.

(6)

Minn dik id-data, ir-restrizzjonijiet dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, previsti fid-Deċiżjoni 2011/352/UE, għandhom jitneħħew.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (4) u mal-Artikolu 8 tal-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (5), il-Ftehim tal-aħħar ġie implimentat mis-7 ta’ Marzu 2011.

(8)

Il-Ftehim bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tad-Danimarka dwar l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen abbażi tad-dispożizzjonijiet taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iffirmat fi Brussell fit-18 ta’ Marzu 2011, jistipula li huwa għandu jsir effettiv fl-istess data ta’ meta d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 tal-Protokoll isiru effettivi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein.

(9)

F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6) u b’riżultat tal-applikazzjoni parzjali tal-acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u mill-Irlanda ta’ Fuq prevista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dħul b’effett ta’ partijiet tal-acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (7), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tagħha, għandha tapplika biss parti mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen applikabbli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Istati Membri li japplikaw l-acquis sħiħ ta’ Schengen fir-relazzjonijiet tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

(10)

F’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u b’riżultat tal-applikazzjoni parzjali tal-acquis ta’ Schengen mir-Repubblika ta’ Ċipru, abbażi tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, u mir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, abbażi tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, hija biss dik il-parti mill-acquis ta’ Schengen applikabbli f’dawn l-Istati Membri li għandha tapplika wkoll għall-Prinċipat tal-Liechtenstein fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ dawn l-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Id-dispożizzjonijiet kollha msemmija fl-Annessi A u B mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u d-dispożizzjonijiet kollha elenkati fl-Anness tal-Protokoll għal dak il-Ftehim u kwalunkwe att li jikkostitwixxi żvilupp ulterjuri ta’ waħda jew aktar minn dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom japplikaw għall-Prinċipat tal-Liechtenstein fir-relazzjonijiet tiegħu mar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Franza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju tal-Isvezja, mid-19 ta’ Diċembru 2011.

Ir-restrizzjonijiet kollha dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mill-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitneħħew mill-istess data.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li saru effettivi għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq abbażi tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/926/KE u kwalunkwe att li jikkostitwixxi żvilupp ulterjuri ta’ waħda jew aktar minn dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom japplikaw għall-Prinċipat tal-Liechtenstein, fir-relazzjonijiet tagħha mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mid-19 ta’ Diċembru 2011.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen applikabbli għar-Repubblika ta’ Ċipru abbażi tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, u għar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, abbażi tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, u kwalunkwe att li jikkostitwixxi żvilupp ulterjuri kwalunkwe minn dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom japplikaw għall-Prinċipat tal-Liechtenstein fir-relazzjonijiet tagħha mar-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mid-19 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CICHOCKI


(1)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(2)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 84.

(3)   ĠU L 239, 22.9.2000, p. 138.

(4)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5.

(5)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.

(6)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(7)   ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 469.


16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programm nazzjonali tar-Renju ta’ Spanja fl-2011 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9318)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2011/843/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Unjoni Ewropea għal infiq imġarrab fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-ġbir u l-ġestjoni ta’ dejta.

(2)

Dawk il-programmi għandhom jitfasslu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data [dejta] fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (3).

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta l-programm nazzjonali għall-2011 - 2013 kif stipulat fl-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Dan il-programm ġie approvat fl-2011 skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(4)

Dan l-Istat Membru ssottometta previżjonijiet baġitarji annwali li jkopru l-perjodu 2011 - 2013 skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta bażika dwar is-sajd (4). Il-Kummissjoni evalwat il-previżjonijiet baġitarji annwali tal-Istati Membri, kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008, billi kkunsidrat il-programm nazzjonali approvat.

(5)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tapprova l-previżjoni baġitarja annwali u tiddeċiedi dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni għal kull programm nazzjonali skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u fuq il-bażi tar-riżultat tal-evalwazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji annwali kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008.

(6)

L-Artikolu 24(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi li r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi ffissata minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament jistipula li miżuri finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-ġbir tad-dejta bażika ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Istat Membru fit-twettiq tal-programm ta’ ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5).

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont massimu globali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li se jingħata lir-Renju ta’ Spanja għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd għall-2011, u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.

(4)   ĠU L 295, 4.11.2008, p. 24.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS

IL-PROGRAMMI NAZZJONALI 2011 – 2013

IN-NEFQA ELIĠIBBLI U L-KONTRIBUZZJONI MASSIMA TAL-UNJONI GĦALL-2011

(f'EUR)

Stat Membru

Nefqa eliġibbli

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

(Rata ta’ 50 %)

IR-RENJU TA’ SPANJA

16 043 361,16

8 021 680,58

IT-TOTAL

16 043 361,16

8 021 680,58


16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9169)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/844/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (3), u b’ mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (5) tistipula ċerti miżuri ta’ protezzjoni li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda, inkluż il-ħolqien ta’ żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew ikkonfermata tal-marda. Dawn iż-żoni huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE. Dik id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(2)

Seħħ tifqiegħ tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Unjoni fir-Rumanija f’Marzu tal-2010 u l-vajrus instab f’għasfur salvaġġ fil-Bulgarija f’April tal-2010. Skont it-tagħrif disponibbli bħalissa ma hemmx tifqiegħ ta’ din il-marda fl-Unjoni. Huwa għalhekk xieraq li titneħħa r-Rumanija mil-lista stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE.

(3)

Il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2006/415/KE rriżultaw effettivi ħafna u l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea taż-żoni li l-awtorità kompetenti qiegħdet taħt restrizzjonijiet żiedet it-trasparenza u l-fiduċja tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi mhux affettwati fil-miżuri li ttieħdu.

(4)

Barra minn hekk, l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna għadha preżenti f’bosta pajjiżi terzi u għalhekk tibqa’ theddida għas-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin fl-Unjoni. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/415/KE għandu għalhekk jiġi estiż.

(5)

F’Settembru tal-2011 bdiet evalwazzjoni esterna tan-netwerk ta’ reazzjoni ta’ emerġenza tal-Unjoni. L-evalwazzjoni għandha l-għan li tara kemm in-netwerk huwa effikaċi. Din l-evalwazzjoni trid titlesta sa Awwissu tal-2012. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jitqiesu f’analiżi eventwali tal-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2006/415/KE.

(6)

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 2006/415/KE hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 12, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel u ssir “31 ta’ Diċembru 2013”;

2.

fl-Anness, l-annotazzjonijiet għar-Rumanija jitħassru.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(4)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)   ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51.