ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.332.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 332

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
15 ta' Diċembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2011 tat-12 ta’ Diċembru 2011 li jikkjarifika l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 261/2008 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1307/2011 tal-14 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1308/2011 tal-14 ta’ Diċembru 2011 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1309/2011 tal-14 ta’ Diċembru 2011 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' isoglukożju barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/836/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà BiH/18/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina

10

 

 

2011/837/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2011 li tikkoreġi d-Deċiżjoni 2010/399/UE li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9130)

11

 

 

2011/838/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9128)  ( 1 )

13

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 532/09/COL tas-16 ta’ Diċembru 2009 li temenda, għas-76 darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi ddaħħal kapitlu ġdid dwar il-kriterji għall-analiżi tal-kumpatibbilità tal-għajnuna mill-Istat għall-ingaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità, soġġetta għal notifika individwali

14

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 57/11/COL tat-2 ta’ Marzu 2011 li temenda, għat-tnejn u tmenin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja

20

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjojni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja ( ĠU L 117, 11.5.2010 )

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1306/2011

tat-12 ta’ Diċembru 2011

li jikkjarifika l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 261/2008 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 14 paragrafu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   L-investigazzjoni oriġinali u d-dazju anti-dumping

(1)

Fil-21 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), il-bidu ta’proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“l-investigazzjoni oriġinali”).

(2)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 261/2008 (3), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“miżura kkonċernata” u/jew “Regolament definittiv”). Il-miżura kkonċernata skadiet fil-21 ta’ Marzu 2010 (4).

2.   Il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni oriġinali

(3)

L-investigazzjoni oriġinali reġgħet infetħet fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess wara li xi importaturi ta kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) qajmu tħassib dwar id-dazji anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-hekk imsejħa mini-kompressuri, jiġifieri kompressuri mingħajr tank, kapaċi joperaw bi provvista tal-elettriku ta’ 12 V (“mini-kompressuri”).

(4)

Għalkemm il-mini-kompressuri jaqgħu fid-definizzjoni litterali tal-prodott ikkonċernat kif speċifikat mill-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv, it-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni kien jindika li l-mini-kompressuri jidher li huma distinti mill-kompressuri l-oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata (“kompressuri oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata”).

(5)

Għalhekk, intqies xieraq li tinfetaħ mill-ġdid l-investigazzjoni parzjalment safejn għandha x’taqsam il-kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat, bil-konklużjoni dwaru possibbilment b’effett retroattiv sa mid-data tal-impożizzjoni tal-miżura kkonċernata.

3.   L-investigazzjoni preżenti

(6)

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), il-ftuħ mill-ġdid parzjali tal-investigazzjoni anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta ‘ċerti kompressuri li joriġinaw fir-RPĊ mibdija skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

(7)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment il-partijiet kollha li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll l-awtoritajiet tar-RPĊ bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-bidu.

(8)

Il-partijiet kollha interessati, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

(9)

Is-sottomissjonijiet minn 15-il parti interessata ġew milqugħa, inkluż 11-il importatur ta’ mini-kompressuri, produttur wieħed tal-UE u esportatur wieħed Ċiniż tal-mini-kompressuri, produttur wieħed tal-kompressuri tal-UE (wieħed mill-ilmentaturi fl-investigazzjoni oriġinali) u l-esportatur ta’ kompressuri konness miegħu mir-RPĊ.

(10)

Minħabba li l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni preżenti hi limitata għall-kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tar-Regolament definittiv, ma twaqqaf l-ebda perjodu ta’ investigazzjoni għall-fini ta’ dan il-ftuħ mill-ġdid parzjali.

(11)

Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom intlaħqu l-konklużjonijiet preżenti. Skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ingħataw perijodu li matulu jistgħu jressqu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Tqiesu il-kummenti orali u miktuba sottomessi mill-partijiet u, fejn dan kien xieraq, is-sejbiet ġew modifikati kif kien meħtieġ.

B.   IL-PRODOTT LI QED JIĠI INVESTIGAT

(12)

Il-prodott investigat huwa l-istess kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv, jiġifieri kompressuri bil-moviment alternat (esklużi l-pompi tal-kompressuri bil-moviment alternat), bi fluss mhux aktar minn 2 metri kubi fil-minuta.

(13)

Il-prodott attwalment jaqa’ fil-kodiċi CN ex 8414 40 10 , ex 8414 80 22 , ex 8414 80 28  u ex 8414 80 51 .

(14)

Il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni preżenti kienet maħsuba biex tiddetermina jekk l-hekk imsejħa mini-kompressuri, jiġifieri kompressuri mingħajr tank u li kapaċi joperaw bi provvista tal-enerġija ta’ 12 V, humiex koperti taħt id-definizzjoni tal-prodott tal-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv.

C.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

1.   Metodoloġija

(15)

Biex issir evalwazzjoni dwar jekk il-mini-kompressuri humiex koperti taħt id-definizzjoni tal-prodott tal-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv, ġie eżaminat jekk il-mini-kompressuri u kompressuri oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata kellhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi finali. F’ dan ir-rigward, l-interkambjabbiltà bejn il-mini-kompressuri u kompressuri oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata fl-Unjoni ġiet ivvalutata wkoll. Barra minn hekk, ġie eżaminat jekk l-investigazzjoni oriġinali tkoprix u tanalizzax fil-fatt il-mini-kompressuri.

2.   Il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-bażi

(16)

L-investigazzjoni preżenti li nfetħet mill-ġdid stabbiliet li l-mini-kompressuri jikkonsistu f’mutur elettriku li jħaddem pompa li timbotta kontinwament l-arja ‘l barra minnha permezz ta’ pajp tal-arja konness magħha bi pressjoni tal-arja li tvarja. Il-mini-kompressuri mhumiex mgħammra b’tank, tipikament ma jkollhomx regolatur tal-pressjoni u huma kapaċi joperaw bi provvista ta’ enerġija ta’ kurrent dirett ta’ 12 V. Huma relattivament żgħar u l-piż tagħhom normalment ma jaqbiżx iż-2-3 kg billi jridu jkunu faċilment portabbli. Il-mini-kompressuri jkollhom massimu ta’ ħin ta’ tħaddim (normalment sa 20 minuta) u jiskattaw fluss tal-arja li normalment ma jaqbiżx il-50 l/min.

(17)

Min-naħa l-oħra, ir-Regolament definittiv, barra mid-definizzjoni fl-Artikolu 1 u b’repetizzjoni fil-premessa (12) ta’ hawn fuq, fih tagħrif dettaljat dwar kompressuri oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata. Partikolarment, fil-premessa (17), ir-Regolament definittiv speċifika li “Kompressur huwa tipikament magħmul minn pompa, li jaħdem b’mutur tal-elettriku jew direttament jew permezz ta’mekkaniżmu ta’ċinturin. Fil-parti l-kbira tal-każi, l-arja bi pressa tiġi ppompjata f’ tank u toħroġ minn regolatur tal-pressjoni u minn pajp tal-lasktu. Il-kompressuri, b’mod partikolari dawk li jkunu akbar fid-daqs, jista’ jkollhom ir-roti biex ikunu mobbli”. It-tank u r-regolatur tal-pressjoni f’dawn il-kompressuri jipprovdu fluss kontinwu tal-arja. Normalment, kompressuri bħal dawn huma relattivament kbar u l-piż tagħhom ikun ta’ mill-inqas 25 kg u spiss ta’ iktar. Huma mfassla biex jaħdmu b’kurrent alternant ta’ 120 V u aktar, ma għandhomx ħin limitat ta’ tħaddim u jemettu fluss ta’ ajra sa 2 000 l/min.

(18)

Għaldaqstant, huwa konkluż li l-mini-kompressuri u kompressuri oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata ma jaqsmux l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi.

3.   L-użi finali ta’ bażi u l-interkambjabbiltà

(19)

L-investigazzjoni preżenti li nfetħet mill-ġdid stabbiliet li l-mini-kompressuri huma prinċipalment użati fis-settur awtomotiv u huma mfassla biex jonfħu t-tajers u ta’ sikwit jinbiegħu bħala parti minn kitt għat-tiswija tat-tajers flimkien ma’ sustanza siġillanti li tista’ tiġi ppompjata f’tajer imtaqqab. Uħud mill-mini-kompressuri huma wkoll użati bħala apparat fid-djar biex jintefħu ġugarelli, blalen, saqqijiet tal-arja jew oġġetti oħrajn li jintefħu.

(20)

Min-naħa l-oħra r-Regolament definittiv jispeċifika fil-premessa (19) li “Il-prodott konċernat jintuża biex iħaddem għodod li jaħdmu bl-arja jew għall-isprejjar, għat-tindif jew biex jintefħu t-tajers u oġġetti oħra”. Kompressuri bħal dawn jistgħu jintużaw għal xi attivitajiet semi-professjonali jew fil-parti “do-it-yourself” għat-tħaddim ta’ għodod li jaħdmu bl-arja jew għall-isprejjar jew żebgħa jew tindif. Dawn l-applikazzjonijiet huma possibbli minħabba fluss kostanti tal-arja li tista’ tiġi rregolata. Din il-karatteristika ma teżistix fil-mini-kompressuri.

(21)

It-tagħrif miġbur juri li mini-kompressuri normalment jingħataw prezz f’livell li b’mod sinifikanti hu aktar baxx minn dak għal kompressuri oħra. Il-mini-kompressuri huma maħsuba għal klijenti differenti u huma distribwiti permezz ta’ kanali differenti minn kompressuri oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata. Barra minn hekk, filwaqt li l-mini-kompressuri normalment jinbigħu bħala parti minn kit għat-tiswija tat-tajers (li tissostitwixxi spare tyre) jew flimkien ma’ karozza jew fi ħwienet speċjalizzati tal-karozzi jew fis-supermarkets (għal użi alternattivi simili bħall-ġugarelli li jintefħu), kompressuri oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata jinstabu normalment biss fi ħwienet speċjalizzati “do-it-yourself”.

(22)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-mini-kompressuri u kompressuri oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata għandhom użi finali differenti, jimmiraw swieq differenti u mhumiex interkambjabbli fil-prinċipju.

4.   Il-prodott investigat fl-investigazzjoni oriġinali

(23)

Ħadd mill-partijiet li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali (tliet produtturi fl-UE, erbatax-il-produttur esportatur fir-RPĊ u importatur wieħed mhux relatat fl-UE) ma kien involut fil-manifattura u/jew fil-kummerċ ta’ mini-kompressuri. Mill-investigazzjoni oriġinali jidher li t-tagħrif rilevanti dak iż-żmien ma kienx miġbur fir-rigward tal-mini-kompressuri.

(24)

Għalhekk, jidher li għalkemm il-mini-kompressuri ma kinux espliċitament esklużi, l-investigazzjoni dak iż-żmien ma kellhiex l-intenzjoni li tinkludi l-mini-kompressuri.

(25)

Dan huwa wkoll ikkonfermat bid-dikjarazzjoni ta’ wieħed mill-ilmentaturi fl-investigazzjoni oriġinali. Wara talba mill-Kummissjoni, hija ddikjarat b’mod ċar li fil-fehma tagħha l-mini-kompressuri ma kinux intenzjonati li jkunu koperti mill-ilment u mill-proċediment tal-anti-dumping konsegwenti.

(26)

Permezz ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-mini-kompressuri ma kinux investigati fil-qafas tal-investigazzjoni oriġinali.

D.   IL-KONKLUŻJONI DWAR IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-PRODOTT

(27)

Is-sejbiet ta’ hawn fuq juru li mini-kompressuri u kompressuri oħra soġġetti għall-miżura kkonċernata ma jaqsmux l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi ta’ bażi u l-istess użi finali. Għandhom użi finali differenti, jimmiraw swieq differenti u fil-prinċipju mhumiex interkambjabbli. Barra minn hekk, il-mini-kompressuri ma ġewx investigati fil-qafas tal-investigazzjoni oriġinali. Fuq din il-bażi, huwa konkluż li l-mini-kompressuri u kompressuri oħra huma żewġ prodotti differenti.

(28)

Kważi l-partijiet kollha li ppreżentaw rwieħhom fl-investigazzjoni preżenti li nfetħet mill-ġdid, talbu li l-mini-kompressuri jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-miżura oriġinali.

(29)

Min-naħa l-oħra, il-produttur tal-UE tal-mini-kompressuri li kkoopera argumenta li l-miżura oriġinali kienet tkopri l-prodotti tiegħu u li din kienet qed tipproteġi l-interessi tiegħu bi dritt. Konsegwentement, huwa stqarr li d-dazju anti-dumping għandu jinġabar fuq mini-kompressuri retroattivament u fil-ġejjieni, waqt li d-dumping ta’ dannu fuq il-mini-kompressuri se jkompli jseħħ.

(30)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li la dan il-produttur u l-ebda produttur ieħor ta’ mini-kompressuri ma kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, kif ġie konkluż hawn fuq fil-premessa (26), il-mini-kompressuri ma kinux investigati fiż-żmien tal-investigazzjoni oriġinali. Qed jiġi nnotat ukoll li kif stabbilit bl-investigazzjoni preżenti li nfetħet mill-ġdid, jeżistu differenzi sinifikanti bejn il-mini-kompressuri u l-kompressuri investigati fl-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-imsemmi produttur tal-UE tal-mini-kompressuri ma tistax tbiddel is-sejbiet f’din l-investigazzjoni preżenti li nfetħet mill-ġdid.

(31)

Rigward it-talba dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping dannuż ta’ mini-kompressuri u l-impożizzjoni possibbli ta’miżuri anti-dumping, għandu jiġi innutat li, kif spjegat fil-premessi minn (23) sa (26) hawn fuq, il-mini-kompressuri ma ġewx investigati fl-investigazzjoni oriġinali u determinazzjoni ta’ jekk id-dumping dannuż sarx jew qiegħedx issir ma tistax tiġi indirizzata fl-investigazzjoni preżenti li nfetħet mill-ġdid, li hi limitata għall-kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-miżura oriġinali.

(32)

Wara l-iżvelar, il-produttur tal-mini-kompressuri tal-UE reġa’ tenna l-pożizzjoni tiegħu u ssuġġerixxa li l-esklużjoni retroattiva tal-mini-kompressuri mill-miżuri tkun tirriżulta fit-tisħiħ retroattiv tal-kompetituri tagħhom fir-RPĊ u tkun ta’ tfixkil għall-kompetizzjoni.

(33)

F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni li nfetħet mill-ġdid ma kinetx analizzat il-qagħda tas-suq għall-mini-kompressuri u lanqas ma kienet ipprevediet li tagħmel dan. L-iskop tagħha kien li sempliċement tikkjarifika jekk il-mini-kompressuri humiex differenti mill-kompressuri investigati fl-investigazzjoni oriġinali. Ir-riżultat ukoll ma għandu jfixkel l-ebda qagħda tas-suq iżda jiċċara l-affarijiet rigward id-dazji applikabbli.

(34)

Wara l-iżvelar, importatur wieħed li koopera kien qed jissuġġerixxi li l-mini-kompressuri huma fil-fatt sempliċement pompi u li per definizzjoni kull dazju fuq il-kompressuri mhuwiex applikabbli għall-pompi li ġew esklużi espliċitament mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-miżura oriġinali.

(35)

F’dan ir-rigward, għandu jiġi innutat li l-investigazzjoni preżenti li nfetħet mill-ġdid ma tappoġġax interpretazzjoni bħal din u li l-mini-kompressuri huma b’mod ċar – minn perspettiva teknika – kompressuri billi dawn jimbuttaw l-arja minn post għal ieħor (l-istess bħall-pompi) iżda wkoll jikkumpressaw l-arja fl-oġġetti konnessi miegħu.

(36)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-mini-kompressuri (jiġifieri l-kompressuri mingħajr tank u li kapaċi joperaw bi provvista tal-enerġija ta’ 12 V) huma distinti minn kompressuri investigati fl-investigazzjoni oriġinali.

(37)

Billi l-mini-kompressuri ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali d-dazju anti-dumping ma kellux jiġi applikat għall-importazzjonijiet tal-mini-kompressuri. Konsegwentement, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura kkonċernata għandu jiġi ċċarat retroattivament permezz ta’ emenda lir-Regolament definittiv.

E.   APPLIKAZZJONI RETROATTIVA

(38)

Billi l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni preżenti huwa limitat għall-kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott u billi l-mini-kompressuri ma kinux koperti mill-investigazzjoni oriġinali u mill-miżura konsegwenti tal-anti-dumping, huwa meqjus xieraq li s-sejbiet jibdew japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament definittiv.

(39)

Konsegwentement, kull dazju anti-dumping definittiv imħallas jew imdaħħal fil-kotba tal-kontijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2008 fuq importazzjonijiet ta’ mini-kompressuri li joriġinaw mir-RPĊ għandu jitħallas lura jew jintbagħat. Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandhom jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. Barra minn hekk, biex jiġi evitat li l-importaturi kkonċernati ma jkunux jistgħu jitolbu l-ħlas lura minħabba fid-data ta’ skadenza f’din il-leġiżlazzjoni, fil-każ li dawn id-dati ta’ skadenza jkunu skadew qabel jew fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew jekk jiskadu fi żmien sitt xhur wara din id-data, qegħdin b’dan jiġu estiżi biex jiskadu sitt xhur wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 (1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2008 għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“1.   Permezz ta’ dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ kompressuri bil-moviment alternat (esklużi l-pompi tal-kompressuri bil-moviment alternat), bi fluss mhux aktar minn 2 metri kubi fil-minuta, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet CN ex 8414 40 10 , ex 8414 80 22 , ex 8414 80 28  u ex 8414 80 51 , (kodiċijiet TARIC 8414 40 10 10, 8414 80 22 19, 8414 80 22 99, 8414 80 28 11, 8414 80 28 91, 8414 80 51 19 u 8414 80 51 99) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-hekk imsejħa mini-kompressuri, jiġifieri kompressuri mingħajr tank u li kapaċi joperaw bi provvista tal-enerġija ta’ 12 V u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet CN imsemmija hawn fuq ma għandhomx ikunu koperti mid-dazju anti-dumping definittiv.”.

Artikolu 2

Għal oġġetti li mhumiex koperti bl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2008 kif emendat b’dan ir-Regolament, id-dazju anti-dumping definittiv imħallas jew imdaħħal fil-kontijiet skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2008 fil-verżjoni inizjali tiegħu għandu jitħallas lura jew jintbagħat.

Ir-rimborż u r-remissjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali doganali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. F’każijiet fejn il-limiti ta’ żmien provduti fl-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6) jkunu skadew qabel jew fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew jekk jiskadu fi żmien sitt xhur wara din id-data, qed jiġu b’dan estiżi biex jiskadu sitt xhur wara data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika b’lura mill-21 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

S. NOWAK


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU C 314, 21.12.2006, p. 2.

(3)   ĠU L 81, 20.3.2008, p. 1.

(4)   ĠU C 73, 23.3.2010, p. 39.

(5)   ĠU C 98, 30.3.2011, p. 22.

(6)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1307/2011

tal-14 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

58,0

MA

66,8

TN

79,2

TR

95,8

ZZ

75,0

0707 00 05

EG

170,1

TR

157,0

ZZ

163,6

0709 90 70

MA

41,9

TR

147,3

ZZ

94,6

0805 10 20

AR

27,1

BR

41,5

CL

30,5

MA

56,3

TR

61,0

ZA

56,4

ZZ

45,5

0805 20 10

MA

65,2

TR

79,7

ZZ

72,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

87,9

TR

83,9

ZZ

85,9

0805 50 10

TR

49,9

ZZ

49,9

0808 10 80

CA

109,9

CL

90,0

US

117,1

ZA

80,2

ZZ

99,3

0808 20 50

CN

70,9

ZZ

70,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1308/2011

tal-14 ta’ Diċembru 2011

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2011 tat-30 ta' Novembru 2011 li jiffissa miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u isoglukożju barra mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu.

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin bejn l-4 ta' Diċembru 2011 u s-7 ta' Diċembru 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni jaqbżu il-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011.

(2)

Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat, biex jiġu rrifjutati l-applikazzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx innotifikati u biex jingħalqu l-perjodi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(3)

Sabiex tittieħed azzjoni qabel il-ħruġ taċ-ċertifikati li tkun saret applikazzjoni għalihom, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011 bejn l-4 ta' Diċembru 2011 u s-7 ta' Diċembru 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 21,680216 %.

L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati mressqin bejn it-8 ta’ Diċembru 2011 u l-15 ta’ Diċembru 2011 qed jiġu hawnhekk irrifjutati.

Il-perjodi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jingħalqu fil-15 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 318, 1.12.2011, p. 9.


15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1309/2011

tal-14 ta’ Diċembru 2011

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' isoglukożju barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2011 tat-30 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u isoglukożju barra mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għall-isoglukożju barra mill-kwota mressqin bejn l-4 ta' Diċembru 2011 u s-7 ta' Diċembru 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni jaqbżu il-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011.

(2)

Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011, huwa meħtieġ li jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat, biex jiġu rrifjutati l-applikazzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx innotifikati u biex jingħalqu l-perjodi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(3)

Sabiex tittieħed azzjoni qabel il-ħruġ taċ-ċertifikati li tkun saret applikazzjoni għalihom, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għall-isoglukożju barra mill-kwota skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011 bejn l-4 ta' Diċembru 2011 u s-7 ta' Diċembru 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 99,290780 %.

L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati mressqin bejn it-8 ta’ Diċembru 2011 u l-15 ta’ Diċembru 2011 qed jiġu hawnhekk irrifjutati.

Il-perjodi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jingħalqu fil-15 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 318, 1.12.2011, p. 9.


DEĊIŻJONIJIET

15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ BiH/18/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina

(2011/836/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2009/836/PESK (2), il-KPS ħatar lill-Maġġur Ġeneral Bernhard BAIR bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Brigadier Ġenerali Robert BRIEGER bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE l-ġdid għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża.

(6)

Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen adotta Dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti ‘Berlin plus’ u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fis-‘Sħubija għall-Paċi’, u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet dwar sigurtà bilaterali man-NATO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġenerali Robert BRIEGER huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2011.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)   ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.

(2)   ĠU L 299, 14.11.2009, p. 17.


15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/11


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Diċembru 2011

li tikkoreġi d-Deċiżjoni 2010/399/UE li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9130)

(it-test bis-Sloven biss huwa awtentiku)

(2011/837/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Komuni Agrikola (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/399/UE (3) il-Kummissjoni eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ammont ta’ EUR 2 280 860,00 għas-Slovenja, li jikkonċerna miżuri ta’ żvilupp rurali, miżuri agro-ambjentali u miżuri f’żoni żvantaġġati, fir-rigward tal-ammonti li kienu għadhom ma nġabrux mill-benefiċjarji sat-23 ta’ Ġunju 2009. Iċ-ċifra ta’ hawn fuq irriżultat minn dejta li s-Slovenja kienet tat lill-Kummissjoni. Is-Slovenja kienet infurmata li kwalunkwe rkupri ta’ dawk l-ammonti magħmula wara t-23 ta’ Ġunju 2009 ma jiġux iddikjarati u lanqas imħallsin lura lill-Kummissjoni.

(2)

Meta s-Slovenja ppreżentat id-dikjarazzjoni finali tan-nefqa u t-talba għall-ħlas finali lill-Kummissjoni Ewropea għall-għeluq tal-programmi ta’ Żvilupp Rurali Tranżizzjonali, inkludiet b’mod żbaljat ammonti rkuprati u li kienu soġġetti għall-korrezzjoni finanzjarja hawn fuq imsemmija fid-dikjarazzjonijiet finali tagħhom. Abbażi tal-ammonti mogħtija mis-Slovenja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/984/UE (4) li tistabbilixxi l-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat minħabba l-għeluq tal-programm fil-qasam tal-programmi ta’ żvilupp rurali tranżizzjonali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovenja.

(3)

Wara li waslet l-ordni ta’ rkupru għall-korrezzjoni mid-Deċiżjoni 2010/399/UE is-Slovenja infurmat lill-Kummissjoni li parti mill-korrezzjoni diġà ġiet imnaqqsa fid-Deċiżjoni 2009/984/UE. Wara analiżi bir-reqqa u konferma mill-Korp taċ-Ċertifikazzjoni tal-Aġenzija tal-Ħlas tas-Slovenja, ġie kkonfermat ammont żejjed ta’ EUR 2 170 331,88.

(4)

Għalhekk is-Slovenja hija responsabbli biss lejn il-Kummissjoni għad-differenza bejn l-ammont tal-korrezzjoni oriġinali ta’ EUR 2 280 860 fid-Deċiżjoni 2010/399/EU u l-ammont tal-irkupri ddikjarati fid-Deċiżjoni 2009/984/UE ta’ EUR 2 170 331,88. Din id-differenza hija ta’ EUR 110 528,12. L-ordni ta’ rkupru oriġinali se tiġi sostitwita b’waħda ġdida bl-ammont ta’ EUR 110 528,12.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/399/UE għandha għaldaqstant tiġi kkorreġuta skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entrati kollha fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/399/UE li jikkonċernaw is-Slovenja għandhom jiġu sostitwiti b’dawk stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(3)   ĠU L 184, 17.7.2010, p. 6.

(4)   ĠU L 338, 19.12.2009, p. 95.


ANNESS

PARTITA TAL-BAĠIT 6500

SM

Miżura

SF

Raġuni

Korrezzjoni tat-Tip

%

Munita

Ammont

Deduzzjonijiet

Impatt Finanzjarju

SI

Żvilupp Rurali - Strument Tranżitorju

2005

applikazzjonijiet tal-verifika li waslu tard u proċeduri ta' rkupru

ta' darba

 

EUR

–1 354 253,00

–1 263 363,80

–90 889,20

SI

Żvilupp Rurali - Strument Tranżitorju

2006

applikazzjonijiet tal-verifika li waslu tard u proċeduri ta' rkupru

ta' darba

 

EUR

– 926 607,00

– 906 968,08

–19 638,92

Total SI

–2 280 860,00

–2 170 331,88

– 110 528,12


15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9128)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/838/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3), tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll applikabbli b’rabta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fir-reġjuni tagħhom kif stipulat fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħanżir selvaġġ f’ċerti reġjuni tal-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Ungerija u r-Rumanija, hu xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” għandha tiġi sostitwita bid-data “31 ta’ Diċembru 2013”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)   ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/14


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 532/09/COL

tas-16 ta’ Diċembru 2009

li temenda, għas-76 darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi ddaħħal kapitlu ġdid dwar il-kriterji għall-analiżi tal-kumpatibbilità tal-għajnuna mill-Istat għall-ingaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità, soġġetta għal notifika individwali

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

FILWAQT LI TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (4),

Billi:

Taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

Taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdu hekk espressivament jew jekk l-Awtorità tqis li hu meħtieġ,

Fil-11 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Komunikazzjoni dwar il-kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità soġġetta għal notifika individwali (5).

Dik il-Komunikazzjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

L-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tkun żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

Skont il-punt II taħt it-titolu “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jkunu jikkorrispondu ma’ dawk li adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,

L-Awtorità kkonsultat lill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ ittra dwar is-suġġett, bid-data tas-27 ta’ Novembru 2009 (Avveniment Nru 538332) u lill-Istati tal-EFTA permezz ta’ ittra dwar is-suġġett, bid-data tas-16 ta’ Ottubru 2009 (Avveniment Nru 5333819, 533835 u 533836),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji-Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jiddaħħal kapitolu ġdid dwar il-kriterji għall-analiżi tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna mill-istat għall-ingaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati jew b’diżabilità, soġġetta għal notifika individwali. Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA

Per SANDERUD

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġin mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ĠU) L 231; 3.9.1994 p. 1 u fis-Supplimenti taż-ŻEE Nru 32 tat-3.9.1994 p. 1. Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websjat tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(5)  Ippubblikat fil-ĠU L 188, 11.8.2009, p. 6.


ANNESS

KRITERJI GĦALL-ANALIŻI TAL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-INGAĠĠ TA’ ĦADDIEMA ŻVANTAĠĠATI U B’DIŻABILITÀ SOĠĠETTA GĦAL NOTIFIKA INDIVIDWALI  (1)

1.   Introduzzjoni

1.

Fost l-għanijiet tal-Ftehim taż-ŻEE u tal-Istati EFTA hemm il-promozzjoni tal-impjiegi u tal-politika soċjali (2). Il-qagħad, u b’mod partikolari, il-qagħad strutturali fost ċerti kategoriji ta’ ħaddiema, għadu problema f’ċerti naħat tal-Istati tal-EFTA. L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ sussidji għall-ispejjeż tal-pagi, fejn l-ispiża għall-pagi tfisser l-ammont totali li jitħallas attwalment mill-benefiċjarju tal-għajnuna fir-rigward tal-impjieg ikkonċernat, li jinkludi: (a) il-paga gross, qabel it-taxxa; U (b) il-kontribuzzjonijiet obbligatorji, bħal ħlasijiet tas-sigurtà soċjali; u (c) l-ispejjeż għall-kura tat-tfal u tal-ġenituri (“sussidji ta’ pagi”) tista’ tipprovdi inċentivi addizzjonali għall-impriżi biex iżidu l-livelli tagħhom ta’ ingaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità. L-għan ta’ tali għajnuna huwa, għalhekk, li jinkoraġġixxi r-reklutaġġ tal-kategoriji ta’ ħaddiema fil-mira.

2.

Dan il-Kapitolu jagħti gwida dwar il-kriterji li se tapplika l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (minn issa ‘l quddiem “l-Awtorità”) meta tiġi biex tevalwa l-għajnujna mill-istat fil-forma ta’ sussidji fuq il-pagi li jkunu jinħtieġu li jiġu notifikati individwalment skont l-Artikolu 6(1)(h) u (i) tal-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)) (3), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (4) (minn issa ‘l quddiem “ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa”). Din il-gwida hija maħsuba biex tagħmel ir-raġunament tal-Awtorità trasparenti u biex toħloq prevedibbiltà u ċertezza legali.

3.

Din il-gwida tapplika għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ sussidji ta’ pagi għal ħaddiema żvantaġġati, ħaddiema żvantaġġati serjament u ħaddiema b’diżabilità fis-sens tal-Artikolu 2(18), (19) u (20) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Kull miżura individwali, kemm jekk tingħata ad hoċ kif ukoll jekk tingħata abbażi ta’ skema, sejra tkun soġġetta għal din il-gwida meta l-ekwivalenti tal-għotja tagħha taqbeż EUR 5 miljun għal kull impriża fis-sena għall-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati u ħaddiema żvantaġġati serjament (iktar ‘il quddiem flimkien jissejħu “ħaddiema żvantaġġati”) u EUR 10 miljun għal kull impriża fis-sena għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità (5).

4.

Il-kriterji stabbiliti f’din il-gwida mhux ser jiġu applikati b’mod mekkaniku. Il-livell tal-valutazzjoni mill-Awtorità u t-tip ta’ informazzjoni li tista’ titlob se jkunu proporzjonati għar-riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. L-ambitu tal-analiżi se jiddependi fuq in-natura tal-każ.

2.   Effetti pożittivi tal-għajnuna

2.1.   L-eżistenza ta’ għan ta’ interess komuni

5.

Ċerti kategoriji ta’ ħaddiema jgħaddu minn diffikultajiet partikolari biex isibu impjieg, għaliex min iħaddem jikkunsidrahom bħala inqas produttivi jew inkella għaliex ikollu preġudizzju kontrihom. Din il-produttività aktar baxxa pperċepita jew reali tista’ tkun dovuta jew għal minħabba nuqqas ta’ esperjenza reċenti ta’ impjieg (pereżempju, ħaddiema żgħażagħ jew ħaddiema li ilhom qiegħda għal perjodu twil) jew għal xi diżabilità permanenti. Minħabba l-produttività aktar baxxa pperċepita jew reali tagħhom il-ħaddiema x’aktarx li jispiċċaw esklużi mis-suq tax-xogħol jekk min iħaddem ma jingħatax kumpens biex dawn il-persuni jiġu impjegati.

6.

Hija xewqa soċjali li l-kategoriji kollha ta’ ħaddiema jkunu integrati fis-suq tax-xogħol. Dan ifisser li sehem mid-dħul nazzjonali jista’ jiġi distribwit mill-ġdid lill-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżuri. L-għajnuna mill-Istat tista’ tgħin lil ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità biex jidħlu fis-suq tax-xogħol jew jibqgħu fis-suq tax-xogħol billi tkopri l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-produttività aktar baxxa pperċepita jew reali tagħhom.

7.

L-Istati tal-EFTA għandhom juru li l-għajnuna se tindirizza l-għan ta’ interess komuni. Fl-analiżi tagħha, fost affarijiet oħra, l-Awtorità se tikkunsidra l-elementi li ġejjin:

(a)

in-numru u l-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżura;

(b)

ir-rati ta’ impjieg tal-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżura fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali u fl-intrapriża kkonċernata jew fl-intrapriżi kkonċernati;

(c)

ir-rati tal-qgħad għall-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżura fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali;

(d)

sottogruppi li jkunu partikolarment imwarrba fi ħdan il-kategoriji aktar wiesgħa ta’ ħaddiema b’diżabbiltà u oħrajn żvantaġġati.

2.2.   L-għajnuna mill-Istat bħala strument politiku adegwat

8.

L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ sussidji fuq il-pagi mhuwiex l-uniku strument politiku disponibbli għall-Istati EFTA biex jitkattar l-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità. L-Istati tal-EFTA jistgħu wkoll jużaw miżuri ġenerali bħat-tnaqqis fl-intaxxar tal-ispejjeż tax-xogħol u dawk soċjali, it-tkattir tal-investiment fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, miżuri biex jipprovdu gwida u pariri, għajnuna u taħriġ għall-persuni qiegħda u titjib fil-liġi dwar ix-xogħol.

9.

Meta l-Istat tal-EFTA jkun ikkunsidra għażliet politiċi oħrajn, u l-vantaġġi li jintuża strument selettiv bħall-għajnuna mill-Istat għal impriża speċifika jkunu stabbiliti, il-miżuri kkonċernati jitqiesu li jikkostitwixxu strument adegwat. L-Awtorità sejra tikkunsidra b’mod partikolari kull valutazzjoni tal-impatt tal-miżura proposta li l-Istat Membru għandu mnejn ikun għamel.

2.3.   L-effett ta’ inċentiv u l-ħtieġa tal-għajnuna

10.

L-għajnuna mill-Istat għall-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità trid twassal biex il-benefiċjarju tal-għajnuna jibdel l-imġiba tiegħu biex l-għajnuna tirriżulta f’żieda netta fin-numru ta’ ħaddiema żvantaġġati jew b’diżabilità fl-impriża kkonċernata. Impjegati żvantaġġati jew b’diżabilità li ġew irreklutati reċentement għandhom jimlew biss postijiet li nħolqu dan l-aħħar jew postijiet li sfaw battala minħabba tluq volontarju, diżabilità, irtirar minħabba l-età, tnaqqis volontarju fis-sigħat ta’ xogħol jew inkella minħabba tkeċċija legali għal imġiba ħażina. Postijiet li jinħolqu minħabba tkeċċija m’għandhomx jimtlew b’ħaddiema żvantaġġati jew b’diżabilità li jkunu sussidjati. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat ma tistax tintuża biex ikunu sostitwiti ħaddiema li fir-rigward tagħhom l-impriża ma tkunx aktar qed tirċievi sussidju u li, għaldaqstant, ikunu tkeċċew.

11.

L-Istati tal-EFTA għandhom jagħtu prova lill-Awtorità tal-eżistenza tal-effett ta’ inċentiv u l-ħtieġa tal-għajnuna. L-ewwel nett, il-benefiċjarju jrid ikun issottometta applikazzjoni għall-għajnuna lill-Istat tal-EFTA kkonċernat qabel ma jkunu ġew impjegati l-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżuri. It-tieni, l-Istat tal-EFTA jrid juri li l-għajnuna tkun qed titħallas fir-rigward ta’ impjegat żvantaġġat jew b’diżabilità f’impriża, fejn ir-reklutaġġ ma kienx isir mingħajr l-għajnuna.

12.

Fl-analiżi tagħha, fost affarijiet oħra, l-Awtorità se tikkunsidra l-elementi li ġejjin:

(a)

id-dokumenti interni tal-benefiċjarju tal-għajnuna dwar l-ispejjeż tal-impjieg fir-rigward tal-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżura għal żewġ xenarji: bl-għajnuna u mingħajr l-għajnuna;

(b)

is-sussidji ta’ pagi eżistenti jew tal-passat fl-impriża kkonċernata: il-kategoriji u n-numru ta’ ħaddiema soġġetti għal sussidji;

(c)

il-fatturat annwali tal-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżura.

2.4.   Proporzjonalità tal-għajnuna

13.

L-Istat tal-EFTA jrid juri li l-għajnuna hija meħtieġa u li l-ammont qiegħed jinżamm baxx kemm jista’ jkun sabiex jintlaħaq l-għan tal-għajnuna.

L-Istati tal-EFTA jridu jipprovdu evidenza li l-ammont tal-għajnuna ma jaqbiżx l-ispejjeż addizzjonali netti biex jiġu impjegati l-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżura meta mqabbel mal-ispejjeż biex jiġu impjegati ħaddiema li mhumiex żvantaġġati jew li m’għandhomx diżabilità (6).

F’kull każ, l-intensitajiet tal-għajnuna m’għandhom qatt jaqbżu dawk stipulati fl-Artikoli 40 (7) u 41 (8) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. L-ispejjeż eliġibbli, li għalihom għandhom ikunu applikati l-intensitajiet tal-għajnuna, iridu jiġu kkalkulati skont l-Artikoli 40 (9) u 41 (10) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

3.   L-effetti negattivi tal-għajnuna

14.

Jekk l-għajnuna tkun proporzjonata biex jintlaħaq l-għan tal-għajnuna, l-effetti negattivi tal-għajnuna x’aktarx ikunu limitati u għandu mnejn li l-analiżi tal-effetti negattivi ma tkunx meħtieġa. Madankollu, f’xi każijiet, anki fejn l-għajnuna tkun meħtieġa u proporzjonata għal impriża speċifika sabiex iżżid l-impjieg ta’ kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżura, l-għajnuna tista’ twassal għal bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni b’mod sinifikanti. F’dawn il-każijiet l-Awtorità se tagħmel analiżi tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-kobor tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna jista’ jvarja skont l-arranġamenti tal-għajnuna u l-karatteristika tas-swieq affettwati (11).

15.

L-arranġamenti tal-għajnuna li jistgħu jaffettwaw il-probabbiltà u l-kobor tad-distorsjoni huma:

(a)

is-selettività;

(b)

id-daqs tal-għajnuna;

(c)

ir-ripetizzjoni u t-tul tal-għajnuna;

(d)

l-effett tal-għajnuna fuq l-ispejjeż tal-impriża.

16.

Pereżempju, skema ta’ għajnuna wżata biex tinkoraġġixxi lill-impriżi inġenerali fi Stat tal-EFTA sabiex jimpjegaw aktar ħaddiema żvantaġġati jew b’diżabilità x’aktarx ikollha effett differenti fuq is-suq minn ammont kbir ta’ għajnuna mogħti ad hoċ lil impriża waħda sabiex din tkun tista’ żżid l-impjieg ta’ ċerta kategorija ta’ ħaddiema. Din tal-aħħar x’aktarx toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni b’mod aktar sinifikanti billi l-kompetituri tal-benefiċjarju tal-għajnuna jsiru inqas kapaċi li jikkompetu. Id-distorsjoni tkun saħansitra akbar jekk l-ispejjeż tax-xogħol fin-negozju tal-benefiċjarju jirrappreżentaw sehem kbir mill-ispejjeż totali.

17.

Fil-valutazzjoni tal-karatteristiċi tas-suq, li jistgħu jagħtu stampa ferm aktar preċiża tal-impatt probabbli ta’ għajnuna, l-Awtorità se tikkunsidra fost ħwejjeġ oħra:

(a)

l-istruttura tas-suq;

(b)

il-karatteristiċi tas-settur jew tal-industrija;

(c)

is-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol nazzjonali/reġjonali.

18.

L-istruttura tas-suq tiġi vvalutata permezz tal-konċentrazzjoni tas-suq, id-daqs tal-impriżi (12), l-importanza tad-differenzjazzjoni tal-prodott (13), kif ukoll l-ostakli għad-dħul u l-ħruġ. L-ishma tas-suq u l-proporzjonijiet tal-konċentrazzjoni se jiġu kkalkulati ladarba jiġi definit is-suq rilevanti. B’mod ġenerali, inqas ma jkun hemm impriżi, akbar ikun is-sehem tagħhom tas-suq, u inqas tkun il-kompetizzjoni li wieħed jistenna li josserva (14). Jekk is-suq affettwat ikun wieħed kkonċentrat b’ostakli kbar għad-dħul (15) u dak li jibbenefika mill-għajnuna jkollu sehem kbir fih, x’aktarx ikun hemm aktar possibbiltà li l-kompetituri jkollhom jibdlu l-imġiba tagħhom b’reazzjoni għall-għajnuna, pereżempju billi jipposponu jew jabbandunaw l-introduzzjoni ta’ prodott jew ta’ teknoloġija ġdida jew inkella billi joħorġu mis-suq għal kollox.

19.

L-Awtorità se tqis ukoll il-karatteristiċi tas-settur, bħall-eżistenza ta’ kapaċità eċċessiva u jekk is-swieq fl-industrija humiex qegħdin jikbru (16), humiex maturi jew humiex sejrin lura. Pereżempju, il-preżenza ta’ kapaċità eċċessiva jew ta’ swieq maturi f’industrija tista’ żżid ir-riskju ta’ għajnuna li twassal għall-ineffiċjenza u għall-ispostament tal-produzzjoni fost impriżi li ma jkollhomx ħaddiema sussidjati.

20.

Fl-aħħar nett, il-miżura trid jitpoġġa fil-kuntest tas-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol, jiġifieri r-rati ta’ qgħad u ta’ impjieg, il-livelli tal-pagi, u l-liġi tax-xogħol.

21.

Is-sussidji ta’ pagi jistgħu f’xi każijiet partikolari jwasslu għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni diskussa fil-paragrafi 22 sa 27.

L-effett ta’ sostituzzjoni u ta’ spostament

22.

L-effett ta’ sostituzzjoni jikkonċerna s-sitwazzjoni fejn l-impjiegi mogħtija lil ċerta kategorija ta’ ħaddiema sempliċement jinbidlu f’impjiegi għal kategoriji oħra. Sussidju ta’ pagi li jkun immirat għal sottogrupp speċifiku ta’ ħaddiema jaqsam il-forza tax-xogħol f’ħaddiema ssussidjati u ħaddiema mhux issussidjati, u jista’ jħajjar lill-impriżi biex jissostitwixxu ħaddiema mhux issussidjati b’ħaddiema ssussidjati. Dan iseħħ għaliex l-ispejjeż relattivi tal-pagi għall-ħaddiema ssussidjati u għall-ħaddiema mhux issussidjati jkunu nbidlu (17).

23.

Minħabba li impriżi li jimpjegaw ħaddiema ssussidjati u dawk li ma jimpjegawx ħaddiema ssussidjati jikkompetu fl-istess swieq għal oġġetti u servizzi, is-sussidji ta’ pagi jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-impjiegi x’imkien ieħor fl-ekonomija. Tali sitwazzjoni sseħħ meta impriża li timpjega ħaddiema ssussidjati żżid il-produzzjoni, iżda tisposta l-produzzjoni fost impriżi li ma jimpjegawx ħaddiema ssussidjati u, għaldaqstant, l-għajnuna telimina l-impjiegi mhux issussidjati.

Dħul fis-suq u ħruġ minnu

24.

Spejjeż tal-impjiegi jifformaw parti mill-ispejjez amministrattivi normali ta’ kull impriża. Għalhekk, huwa importanti b’mod partikolari li l-għajnuna jkollha effett pożittiv fuq l-impjieg u m’għandhiex tippermetti biss lill-impriżi jnaqqsu l-ispejjeż li altrimenti kien ikollhom iġarrbu. Pereżempju, is-sussidji ta’ pagi jnaqqsu l-ispejjeż rikorrenti tal-produzzjoni u għalhekk jagħmlu d-dħul fis-suq aktar attraenti u jagħmluha possibbli għal impriżi li altrimenti jkollhom prospetti kummerċjali dgħajfa biex jidħlu fis-suq jew jintroduċu prodotti ġodda għad-detriment ta’ kompetituri aktar effiċjenti.

25.

Id-disponibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat tista’ taffettwa wkoll id-deċiżjoni ta’ impriża li toħroġ minn suq li fih tkun diġà qed topera. Sussidji ta’ pagi jistgħu jnaqqsu d-daqs tat-telf u jagħmluha possibbli li impriża tibqa’ fis-suq għal żmien itwal – li jista’ jfisser li impriżi oħra, iżjed effiċjenti li ma jirċevux għajnuna jiġu sfurzati joħorġu huma minflok.

Inċentivi ta’ investiment

26.

Fis-swieq fejn jingħataw is-sussidji fil-pagi, l-impriżi jiġu skuraġġuti milli jikkompetu u dawn jistgħu jnaqqsu l-investimenti tagħhom u jippruvaw iżidu l-effiċjenza u l-innovazzjoni. Il-benefiċjarju tal-għajnuna jista’ jdewwem l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji li jkunu jinħtieġu anqas ħaddiema minħabba bidla fil-kosti relattivi għal metodi ta’ produzzjoni li jkunu jinħtieġu ħafna ħaddiema, u użu qawwi ta’ teknoloġija. Produtturi ta’ prodotti li jikkompetu ma’ xulxin jew li jikkomplementaw lil xulxin jistgħu wkoll inaqqsu jew idewmu l-investiment tagħhom. Għaldaqstant, il-livell ta’ investiment ġenerali fl-industrija kkonċernata se jonqos.

Effett fuq il-flussi tal-kummerċ

27.

Sussidji ta’ pagi f’reġjun partikolari jistgħu jwasslu biex ċerti territorji jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ produzzjoni aktar favorevoli minn oħrajn. Dan jista’ jwassal għall-ispostament tal-flussi tal-kummerċ favur ir-reġjuni fejn tingħata tali għajnuna.

4.   Ibbilanċjar u deċiżjoni

28.

L-aħħar pass fl-analiżi huwa li jiġi evalwat sa fejn l-effetti pożittivi tal-għajnuna jegħlbu l-effetti negattivi tagħha. Dan l-eżerċizzju se jsir abbażi ta’ evalwazzjoni każ b’każ għall-miżuri individwali kollha. Sabiex jiġu bbilanċjati l-effetti pożittivi u negattivi, l-Awtorità se tevalwahom u tagħmel valutazzjoni globali tal-impatt tagħhom fuq il-produtturi u l-konsumaturi f’kull wieħed mis-swieq affettwati. Sakemm informazzjoni kwantitattiva ma tkunx disponibbli faċilment, l-Awtorità se tuża informazzjoni kwalitattiva għall-finijiet tal-valutazzjoni.

29.

L-Awtorità x’aktarx tieħu pożizzjoni aktar pożittiva u għalhekk taċċetta grad ogħla ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni jekk l-għajnuna tkun meħtieġa u mmirata tajjeb biex jintlaħaq l-għan tal-għajnuna u tkun limitata għall-ispejjeż żejda netti biex jikkumpensaw għall-produttività aktar baxxa tal-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati mill-miżura.

(1)  Dan il-Kapitolu jikkorrispondi għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej - Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-istat għall-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità soġġetta għal notifika individwali (ĠU C 188, 11.8.2009, p. 6).

(2)  L-Artikolu 66 et seq. tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 dwar il-politika soċjali tal-Ftehim taż-ŻEE.

(3)   ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 120/2008 tas-7.11.2008 (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 111 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 79, 18.12.2008, p. 20), li daħal fis-seħħ fit-8.11.2008.

(5)  Minħabba n-natura speċifika tagħhom, il-miżuri individwali li japplikaw għall-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali biex jiġu impjegati ħaddiema b’diżabilità kif ukoll l-ispejjeż żejda li jitħallsu mill-intrapriżi soċjali, li l-ekwivalenti tal-għotja tagħhom jaqbeż l-EUR 10 miljun għal kull impriża fis-sena, għandhom jiġu evalwati fuq il-bażi tal-Art. 61(3)(c) tat-Trattat taż-ŻEE. Għal għajnuna ad hoċ għall-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati taħt EUR 5 miljun u għal għajnuna ad hoċ lill-impriżi kbar għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità taħt EUR 10 miljun, l-Awtorità se tapplika mutatis mutandis il-prinċipji kif spjegati f’din il-gwida, għalkemm b’mod inqas dettaljat.

(6)  L-ispejjeż addizzjonali netti jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż li jikkorrispondu għall-impjieg tal-kategoriji fil-mira ta’ ħaddiema żvantaġġati jew b’diżabilità (pereżempju, minħabba produttività iktar baxxa) kif ukoll il-benefiċċji, li l-benefiċjarju tal-għajnuna jieħu minn dan l-impjieg (pereżempju, minħabba titjib fid-dehra tal-impriża).

(7)  L-intensità tal-għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati m’għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

(8)  L-intensità tal-għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati m’għandhiex taqbeż il-75 % tal-ispejjeż eliġibbli.

(9)  Għall-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati, l-ispejjeż eliġibbli huma l-ispejjeż tal-paga fuq perjodu massimu ta’ 12-il xahar wara li jkunu ġew irreklutati. Madankollu, fejn il-ħaddiem ikkonċernat ikun ħaddiem żvantaġġat serjament, l-ispejjeż eliġibbli huma l-ispejjeż tal-paga fuq perjodu massimu ta’ 24 xahar wara li jkun ġie rreklutat.

(10)  Għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità, l-ispejjeż eliġibbli huma l-ispejjeż tal-paga fuq kwalunkwe perjodu partikolari li matulu jkun qed jiġi impjegat il-ħaddiem b’diżabilità.

(11)  Numru ta’ swieq jistgħu jiġu affettwati mill-għajnuna, minħabba li l-impatt tal-għajnuna jista’ ma jkunx ristrett għas-swieq fejn ikun attiv il-benefiċjarju tal-għajnuna iżda jista’ jestendi għal swieq oħra, pereżempju għas-swieq tal-input.

(12)  Id-daqs tal-impriża jista’ jiġi mfisser f’termini ta’ ishma tas-suq kif ukoll ta’ fatturat u/jew ta’ impjieg.

(13)  Iktar ma jkun baxx il-grad ta’ diffrenzjar tal-prodotti, ikbar ikun l-effett tal-għajnuna fuq il-profitti tal-kompetituri.

(14)  Madankollu, xi swieq huma kompetittivi minkejja li ftit hemm impriżi preżenti.

(15)  Madankollu, l-għoti ta’ għajnuna kultant jgħin biex jingħelbu l-ostakli għad-dħul u jippermetti impriżi ġodda jidħlu fis-suq.

(16)  L-eżistenza ta’ swieq li qed jikbru normalment twassal biex l-għajnuna jkollha inqas effett fuq il-kompetituri.

(17)  Tali effett ta’ sostituzzjoni jiddependi fuq l-elastiċità tad-domanda għax-xogħol, kemm għal ħaddiema sussidjati kif ukoll għal ħaddiema li mhumiex sussidjati.


15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/20


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 57/11/COL

tat-2 ta’ Marzu 2011

li temenda, għat-tnejn u tmenin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja

L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikoli 61,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“Il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

BILLI skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

BILLI skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet ittrattati fil-Ftehim ŻEE, jekk ikun hemm dispożizzjoni f’dan is-sens espressa fil-Ftehim jew fil-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti jew jekk l-Awtorità tqis li hu meħtieġ,

BILLI, fl-1 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (1),

BILLI din il-Komunikazzjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI għandha tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat taż-ŻEE madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-għan ta’ omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ŻEE,

BILLI, skont il-punt II fit-titolu “ĠENERALI” fil-paġna 11 tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jkunu jikkorrispondu ma’ dawk adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA b’ittri ddatati 10 ta’ Frar 2011 dwar is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati bl-introduzzjoni ta’ kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja.

Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-verżjoni Ingliża biss ta’ din id-deċiżjoni hi kkunsidrata bħala awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA

Per SANDERUD

Il-President

Sabine MONAUNI-TÖMÖRDY

Membru tal-Kulleġġ


(1)   ĠU L 329, 7.12.2010, p. 7.


ANNESS

L-APPLIKAZZJONI, MILL-1 TA’ JANNAR 2011, TAR-REGOLI TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL MIŻURI TA’ APPOĠĠ FAVUR IL-BANEK FIL-KUNTEST TAL-KRIŻI FINANZJARJA

1.   Introduzzjoni

1.

Mill-bidu tal-kriżi finanzjarja globali fil-ħarifa tal-2008, l-awtorità ta’ sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) adottat erba' settijiet ta’ Linji Gwida (1) li jipprovdu gwida dettaljata dwar il-kriterji għall-kompatibbiltà ta’ appoġġ mill-Istat lill-istituzzjonijiet finanzjarji (2) mar-rekwiżiti tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”). Il-Kapitoli tal-Linji Gwida in kwistjoni huma l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji (3) (“Il-Linji Gwida tal-Banek”); ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja kurrenti (4) (“Il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”); it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur bankarju taż-ŻEE (5) (“Il-Linji Gwida dwar l-Assi Indeboliti”) u r-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (6) (“Il-linji Gwida għar-Ristrutturar”). Tlieta minn dawk l-erba' Linji Gwida, il-Linji Gwida Bankarji, il-Linji Gwida għar-Rikapitalizzazzjoni u l-Assi Indeboliti, jistabilixxu l-prerekwiżiti għall-kompatibbiltà tat-tipi ewlenin ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati tal-EFTA – garanziji fuq l-obbligazzjonijiet, ir-rikapitalizzazzjonijiet u l-miżuri ta'salvataġġ tal-assi – filwaqt li l-Linji Gwida għar-Ristrutturar jispjegaw il-karatteristiċi partikolari li jrid ikollu pjan ta’ ristrutturazzjoni (jew pjan ta’ vijabbiltà) fil-kuntest speċifiku ta’ għajnuna mill-Istat relatata ma’ kriżi mogħtija lill-istituzzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3) (b) tal-Ftehim ŻEE.

2.

L-erba' Kapitoli tal-Linji Gwida jenfasizzaw in-natura temporanja tal-aċċettabbiltà ta’ dawn il-miżuri ta’ għajnuna; kull wieħed jiddikjara li kwalunkwe miżura ta’ għajnuna bħal din tista' tkun iġġustifikata biss bħala reazzjoni ta’ emerġenza għal pressjoni bla preċedent fis-swieq finanzjarji u biss sakemm ikunu prevalenti dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Linji Gwida għar-Ristrutturar huma validi għal għajnuna għar-ristrutturar notifikata sal-31 ta’ Diċembru 2010 filwaqt li Linji Gwida oħra m'għandhomx skadenza.

3.

Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu parametri ta’ aċċettabilità temporanja ta’ għajnuna relatata mal-kriżijiet lill-banek mill-1 ta’ Jannar 2011.

2.   L-applikabbilità tal-Artikolu 61(3)(b) ŻEE u l-estensjoni tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar

4.

Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna lill-banek relatata mal-kriżijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet individwali kollha dwar il-miżuri ta’ għajnuna u l-iskemi li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawk il-Linji Gwida, huma adottati fuq il-bażi legali tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE, li eċċezzjonalment jippermetti għajnuna bħala rimedju għal disturbi serji fl-ekonomija ta’ Stat tal-EFTA. Fl-aktar stadju akut tal-kriżi, il-kundizzjoni ta’ disturb serju kien intlaħaq bla dubju madwar iż-ŻEE minħabba l-pressjoni straordinarja fis-swieq finanzjarji, aktar tard ikkombinata ma’ kontrazzjoni eċċezzjonalment qawwija fl-ekonomija reali.

5.

L-irkupru ekonomiku, li beda bil-mod mill-bidu tal-2010, mexa b'pass xi ftit iktar mgħaġġel milli mistenni kmieni fl-2010. Filwaqt li l-irkupru għadu fraġli u żbilanċat madwar iż-ŻEE, xi Stati qed juru rati ta’ tkabbir modesti jew aktar robusti. Barra minn hekk, minkejja xi każijiet ta’ vulnerabbiltà, f'termini wesgħin is-saħħa tas-settur bankarju tjiebet meta mqabbla mas-sitwazzjoni sena ilu. Bħala riżultat, l-eżistenza ta’ disturb serju fl-ekonomija tal-Istati tal-EFTA m'għadhiex evidenti kif kienet fl-istadji bikrin tal-kriżi. Filwaqt li hija konxja minn dawk l-iżviluppi, l-Awtorità xorta tikkunsidra li r-rekwiżiti għal għajnuna mill-Istat li għandhom jiġu approvati skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE ġew sodisfatti fid-dawl tal-pressjoni reċenti li reġgħet dehret fis-swieq finanzjarji u r-riskju ta’ effetti negattivi sekondarji usa', għar-raġunijiet stipulati f' dawn il-Linji Gwida.

6.

It-tensjonijiet li reġgħu tfaċċaw fis-swieq sovrani tad-dejn juru bil-qawwa l-volatilità kontinwa fis-swieq finanzjarji. Il-livell għoli ta’ interkonnettività u interdipendenza fi ħdan is-settur finanzjarju fiż-ŻEE tat lok għal tħassib fis-suq dwar il-kontaġju. il-volatilità għolja tas-swieq finanzjarji u l-inċertezza dwar il-prospetti ekonomiċi jiġġustifika ż-żamma, bħala xibka ta’ sikurezza, tal-possibilità għall-Istati tal-EFTA biex jargumentaw il-ħtieġa li jirrikorru għal miżuri ta’ appoġġ relatati mal-kriżijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE.

7.

Għalhekk, il-Linji Gwida Bankarji, il-Linji Gwida għar-Rikapitalizzazzjoni u l-Linji Gwida għall-Assi Indeboliti, li jipprovdu gwida fuq il-kriterji għal kompatibbiltà ta’ għajnuna lill-banek relatata mal-kriżijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE – notevolment fil-forma ta’ garanziji tal-gvern, rikapitalizzazzjonijiet u miżuri ta’ salvataġġ tal-assi – jeħtieġ li jibqgħu fis-seħħ lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2010. Bl-istess mod, il-Linji Gwida għar-Ristrutturar, li jindirizzaw is-segwitu għal miżuri ta’ appoġġ ta’ dan it-tip, għandhom ukoll jibqgħu applikabbli wara dik id-data. L-ambitu temporali tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar – l-uniku wieħed mill-erba' Linji Gwida b'data tal-iskadenza speċifikata, il-31 ta’ Diċembru 2010 – għandu għalhekk ikun estiż għall-għajnuna għar-ristrutturar notifikata sal-31 ta’ Diċembru 2011.

8.

Madankollu, il-Linji Gwida jridu jiġu adattati bil-ħsieb ta’ tħejjija għat-tranżizzjoni għal reġim ta’ wara l-kriżi. B'mod parallel, se jkollhom jitħejjew regoli ġodda, permanenti, dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-banek f'kundizzjonijiet normali tas-suq u jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu, japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-possibilità ta’ ħtieġa kontinwa għal għajnuna mill-Istat eċċezzjonali minħabba l-kriżi fis-settur finanzjarju għandha tiġi evalwata fl-interess ta’ dak il-għan. Għandha tiġi indirizzata billi jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet għall-kompatibbiltà ta’ din it-tip ta’ għajnuna b'mod li jħejji bl-aħjar mod għas-sistema ġdida għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-banek ibbażata fuq l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

3.   L-avvanz tal-proċess tal-ħruġ

9.

Id-disponibbiltà kontinwa ta’ miżuri ta’ għajnuna skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE fid-dawl ta’ kundizzjonijiet eċċezzjonali fis-suq ma għandhomx jostakolaw il-proċess ta’ diżimpenn minn miżuri temporanji ta’ appoġġ straordinarju. Fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2009 il-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji kkonkluda li hemm in-neċessità li tiġi mfassla strateġija għat-tneħħija gradwali tal-miżuri ta’ appoġġ li għandhom ikunu trasparenti u kkoordinati kif xieraq fost l-Istati Membri tal-UE biex jiġu evitati l-effetti negattivi sekondarji iżda jqisu ċirkostanzi speċifiċi differenti madwar l-Istati Membri tal-UE. (7) Il-konklużjonijiet stabbilixxew ukoll li, biprinċipju, il-proċess ta’ eliminazzjoni gradwali li jikkonċerna d-diversi forom ta’ għajnuna lill-banek għandu jibda bil-waqfien tal-iskemi ta’ garanzija mill-gvern, l-inkoraġġiment tal-ħruġ ta’ banek sodi u ta’ banek oħra biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tagħhom.

10.

Fil-paragrafi li ġejjin, l-Awtorità se tiffissal-istadji tal-eliminazzjoni gradwali fir-rigward tar-rikapitalizzazzjoni u tal-kejl tal-assi indeboliti.

3.1.   Kundizzjonijiet aktar stretti dwar il-kompatibbiltà ta’ garanziji tal-gvern skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE

11.

Mill-1 ta’ Jannar 2011 l-Awtorità se tapplika kundizzjonijiet aktar stretti dwar il-kompatibbiltà ta’ garanziji tal-gvern skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE billi tintroduċi żieda fit-tariffa ta’ garanzija u r-rekwiżit ta’ pjan ta’ vijabbiltà għal benefiċjarji li jkollhom rikors għal garanziji ġodda u li jaqbżu ċertu livell ta’ total ta’ obbligazzjonijiet garantiti pendenti kemm f'termini assoluti kif ukoll f'relazzjoni mal-obbligazzjonijiet totali (8). Għalhekk, sat-30 ta’ Ġunju 2011 jistgħu jiġu awtorizzati skemi ta’ garanzija tal-gvern, fuq il-bażi ta’ dawn il-kundizzjonijiet introdotti mill-1 ta’ Jannar 2011. L-Awtorità se tevalwa mill-ġdid il-kundizzjonijiet rigward il-kompatibbiltà ta’ garanziji tal-Istat lil hinn mit-30 Ġunju 2011 fl-ewwel nofs tal-2011.

3.1.1.   Kundizzjonijiet tal-ipprezzar

12.

L-aċċess għal garanziji tal-gvern kien suġġett għal miżata, li hija determinata wara rakkomandazzjonijiet tal-BĊE. Fil-każ ta’ bond b'maturità ta’ iktar minn sena, il-miżata tinkludi rata fissa ta’ ħlas ta’ 50 punti bażi miżjuda bil-medja ta’ ħames snin ta’ kull bank tal-firxa tat-tpartit ta’ inadempjenza tal-kreditu (“CDS”) ta’ dejn privileġġat osservata fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Awwissu 2008 (9).

13.

L-element tar-riskju tal-mudell attwali tal-ipprezzar tal-kreditu hija bbażata fuq dejta li toriġina minn qabel il-fażi l-aktar kritika tal-kriżi fl-2008. Il-firxa tat-tpartit ta’ inadempjenza tal-kreditu fil-banek bħalissa hija aktar għolja b'mod sostanzjali minn qabel il-kriżi u x'aktarx se tibqa' hekk. S'issa, dan tqis neċessarju biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal finanzjament estern għall-banek u b'hekk tiġi salvagwardata l-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, l-iżviluppi fis-suq finanzjarju fis-sentejn ta’ wara l-31 ta’ Awwissu 2008, inkluż tibdil fl-istatus tal-kreditu tal-banek, mhux qed jiġu kkunsidrati. Għalhekk, filwaqt li l-aċċess għall-finanzjament tas-suq ġeneralment tjieb, il-banek li ġew żgradati għadhom jibbenefikaw mir-rata ta’ kreditu ta’ qabel il-kriżi u mill-affidabbiltà kredititzja perċepita. Dan iżid il-probabbiltà ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. L-evidenza turi li l-banek bi klassifikazzjoni baxxa jibbenefikaw sproporzjonalment aktar mill-garanziji minn banek bi klassifikazzjoni ogħla għax normalment iħallsu prezz tas-suq ogħla minħabba l-klassifikazzjoni baxxa tagħħom.

14.

Sabiex jiġu indirizzati dawn id-distorsjonijiet, l-ipprezzar tas-sostenn tal-gvern għandu jitqarreb lejn il-kundizzjonijiet tas-suq kurrenti, biex jirrifletti aħjar l-affidabbiltà kreditizja attwali tal-banek individwali. De facto, dan jeħtieġ li tiżdied il-miżata ta’ garanzija pagabbli mill-istituzzjonijiet benefiċjarji.

15.

Permez ta’ strateġija koordinata fost l-Istati tal-EFTA għandha tiġi promossa t-tneħħija gradwali ta’ skemi ta’ garanzija filwaqt li jinżamm ċertu grad ta’ flessibbiltà biex jitqiesu s-sitwazzjonijiet differenti tal-Istati tal-EFTA u tal-banek tagħhom. Għal dan il-għan, l-Awtorità tqis li jkun xieraq li tindtroduċi żieda minima fil-miżata għal garanziji li għandhom ikunu differenzjati skont l-affidabbiltà kreditizja tal-bank benefiċjarju. Id-differenzjazzjoni bbażata fuq l-affidabbiltà kreditizja ssaħħaħ is-sinjal tal-prezz għal banek iktar dgħajfa, tippermetti li l-prezz tal-garanziji jkun allinjat aħjar mal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni benefiċjarja biex b'hekk jitnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet u jingħata kontribut fil-protezzjoni ta’ ambjent ekwu għall-banek fis-suq uniku.

16.

L-approvazzjoni ta’ estensjoni ta’ skema ta’ garanzija (10) lil hinn mill-1 ta’ Jannar 2011 għalhekk teħtieġ li l-miżata għal garanzija tal-gvern (11) tkun ogħla minn dik msejsa fuq il-formula tal-iffissar tal-prezzijiet irrakkomandata mill-BĊE f'Ottubru 2008 mill-inqas:

b'20 punt bażi għall-banek bi skala ta’ A + jew A (12)

bi 30 punt bażi għal banek ikklassifikati A- (13), u

b'40 punt bażi għall-banek ikklassifikati 'l isfel minn A-. Banek mingħajr klassifika se jitqiesu li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ banek bi klassifika BBB (14).

17.

L-Istati tal-EFTA jkollhom il-possibbiltà li jmorru lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti minimi fid-definizzjoni ta’ top-ups għall-miżata ta’ garanzija. Bħala element ieħor ta’ flessibilità dan jippermetti lill-Istati tal-EFTA li jaġġustaw il-kundizzjonijiet għaċ-ċirkustanzi speċifiċi eżistenti fis-setturi finanzjarji tagħhom, l-Awtorità tista' taċċetta mudell differenti għall-kalkolu ta’ żieda fil-miżata sakemm ikun jista' jintwera mingħajr dubju li din il-formula twassal mill-inqas għaż-żieda minima stipulata hawn fuq fir-rigward tal-banek ikkonċernati (15).

3.1.2.   Analiżi tal-vijabbiltà tal-banek li għadhom dipendenti fuq dejn pubbliku

18.

Fl-istadju attwali tal-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq, l-aċċess għal-likwidità fis-suq ma jibqax jirrappreżenta ostaklu serju għal banek kollha kif ġara fil-perjodu l-aktar kritiku tal-kriżi. Għaldaqstant, jidher iġġustifikat li tiġi introdotta differenzjazzjoni fil-kundizzjonijiet mehmużin mal-użu tal-garanziji mill-Istat ibbażata fuq kemm il-banek jistrieħu fuqhom. Filwaqt li l-użu limitat jista' jkun permess mingħajr ma jsir aktar skrutinju, użu akbar kemm f'termini assoluti kif ukoll f'relazzjoni mal-ammonti totali ta’ obbligazzjonijiet tal-bank, għandu jattiva r-rekwiżit ta’ analiżi tal-vijabbiltà bħala prerekwiżit għall-konformità ta’ estensjoni ulterjuri tal-iskemi ta’ garanzija mal-Artikolu 61(3)(b) ŻEE. Jekk proporzjon konsiderevoli tal-finanzjament mehtieg ma jkunx jista' jinkiseb, b'mod persistenti, mingħajr garanziji tal-gvern, dan jista' jindika nuqqas ta’ fiducja fil-vijabbiltà tal-mudell tan-negozju ta’ bank. Għandu jiġi evitat li bank ikollu dipendenza qawwija fuq skemi ta’ garanzija, li kienu mfassla biex jiġu indirizzati diffikultajiet mingħajr preċedent fl-aċċess għal finanzjament, anke meta dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu naqsu, biex b'hekk possibbilment il-bank seta' jipposponi xi aġġustamenti strutturali meħtieġa.

19.

Għalhekk, l-Awtorità tqis xieraq li tiggarantixxi li l-iskemi li jiġu estiżi lil hinn mill-1 ta’ Jannar 2011 għandhom jinkludu limitu dwar il-proporzjon tat-total tal-obbligazzjonijiet garantiti pendenti f'relazzjoni mal-obbligazzjonijiet totali ta’ bank u l-ammont assolut tal-obbligazzjonijiet garantiti li, jekk jiġu maqbuż, jiġi attivat ir-rekwiżit ta’ analiżi tal-vijabbiltà. Għal kwalunkwe bank li jitlob garanziji mill-gvern taħt skema li tkopri dejn ġdid jew imġedded li għandu jinħareġ mill-1 ta’ Jannar 2011 u li jieħu jew iżomm l-ammont totali pendenti ta’ obbligazzjonijiet garantiti lil hinn minn dan il-limitu f'relazzjoni maż-żewġ elementi tagħha (id-daqs assolut u relattiv) (16) l-Istat tal-EFTA kkonċernat ikun meħtieġ li jissottometti reviżjoni li turi l-vijabbiltà fit-tul tal-bank lill-Awtorità fi żmien tliet xhur mill-għoti ta’ garanziji.

20.

Dan il-mekkaniżmu ma japplikax għall-banek li huma diġà fir-ristrutturar jew huma obbligati jippreżentaw pjan ta’ ristrutturazzjoni jew li huma diġà soġġetti għal analiżi tal-vijabbiltà pendenti fil-ħin materjali. F'dawk ix-xenarji l-għoti ta’ għajnuna addizzjonali mill-Istat ser ikollha titqies fil-qafas tal-proċess kontinwu tar-ristrutturazzjoni/analiżi tal-vijabbiltà. (17)

21.

Il-limitu huwa stabbilit fi proporzjon ta’ 5 % tal-obbligazzjonijiet garantiti pendenti fuq obbligazzjonijiet totali u f'ammont totali ta’ debitu garantit ta’ EUR 500 miljun. Id-determinazzjoni ta’ dan il-limitu ta’ attivazzjoni huwa bbażat fuq analiżi komparattiva li turi li l-maġġoranza l-kbira tal-banek li jużaw garanziji u bħalissa m'għandhomx obbligi ta’ ristrutturazzjoni (u anke proporzjon sinifikanti ta’ banek li huma soġġetti għal dawn l-obbligi) iżommu sew taħt dan il-livell. Fil-każ tal-grupp żgħir iżda mhux negliġibbli ta’ banek li jaqbżu dan il-limitu, huwa ġustifikat li jiġi skrutinizzat jekk dipendenza konsiderevoli fuq garanziji għall-finanzjament tindikax dgħufija aktar strutturali tal-mudelli tan-negozju tagħhom. Il-funzjoni ta’ attivazzjoni tipprovdi incentiv għal banek tajbin biex jibdew process veloci ta’ ritorn għall-finanzjament ibbażat l-aktar jew esklussivament fuq termini ta’ suq mingħajr distorsjoni. Fil-każ tal-banek kollha li jgħaddu minn analiżi tal-vijabbiltà bir-reqqa, jew se tiġi kkonfermata l-vijabbiltà fit-tul tagħhom jew se jkun hemm xi dubji f'dak ir-rigward li se jindikaw il-ħtieġa li jkun indirizzat il-bżonn ta’ ristrutturar aktar mifrux.

22.

Fir-rigward tal-kontenut li għandu jiġi pprovdut f'eżerċizzju ta’ analiżi tal-vijabbiltà, tista' ssir referenza għal-Linji Gwida għar-Ristrutturar li jistabilixxu li l-prinċipji dwar l-analiżi ta’ sitwazzjoni ta’ bank bil-ħsieb ta’ restawr tal-vijabbiltà fit-tul fi pjan ta’ ristrutturar japplikaw b'analoġija għal każijiet fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna mhuwiex taħt obbligu formali li jippreżenta pjan ta’ ristrutturar, iżda xorta waħda hu meħtieġ li juri l-vijabbiltà fit-tul. B'mod partikolari, il-bank irid juri li l-kapaċità ta’ fondi tiegħu hija soda u, meta meħtieġ għandu jgħaddi minn test ta’ likwidità. (18) L-analiżi tal-vijabbiltà għandha tqis ukoll kwalunkwe fatturi speċifiċi għall-istituzzjonijiet finanzjarji (19) benefiċjarji jew għall-Istat tal-EFTA kkonċernat (20) u l-qagħda tas-swieq finanzjarji li għandhom impatt fuq il-valutazzjoni tal-vijabbiltà u fuq il-valur indikattiv tal-proporzjon ta’ obbligazzjonijiet garantiti bħala parti mill- obbligazzjonijiet totali. Bħala regola ġenerali, iktar ma tkun sinifikanti d-dipendenza fuq il-garanziji tal-gvern u iktar ma tkun marbuta ma’ użu ta’ forom oħra ta’ għajnuna mill-Istat u/jew affidabbiltà kreditizja baxxa (21), iktar tkun qawwija l-indikazzjoni ta’ bżonn ta’ tibdil fil-mudell tan-negozju sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul.

23.

Il-mekkaniżmu li jattiva l-ħtieġa ta’ reviżjoni tal-vijabbiltà jagħti s-sinjal li l-banek ikollhom iħejju għal ritorn lejn mekkaniżmi normali tas-suq mingħajr appoġġ mill-Istat hekk kif is-settur finanzjarju gradwalment joħroġ minn kundizzjonijiet ta’ kriżi u jerġgħa jirrappreżenta inċentiv għal istituzzjonijiet individwali biex inaqqsu d-dipendenza fuq garanziji mill-gvern jew biex jastjenu għal kollox mill-użu tagħhom. Fl-istess ħin, jagħti flessibbiltà suffiċjenti biex jiġu kkunsidrati ċirkostanzi potenzjalment differenti li jaffettwaw is-sitwazzjoni ta’ banek jew swieq finanzjarji nazzjonali differenti u jipprevedi wkoll il-possibbiltà ta’ deterjorazzjoni ġenerali fir-rigward ta’ stabbiltà finanzjarja li ma tistax tiġi eskluża f'dan l-istadju minħabba fraġilità residwa fl-irkupru tas-swieq finanzjarji.

4.   It-tnehhija tad-distinzjoni bejn banek sodi u banek f'diffikultà għall-finijiet ta' preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar

24.

Fil-bidu tal-kriżi, l-Awtorità stabbiliet distinzjoni bejn istituzzjonijiet finanzjarji mhux sodi/f'diffikultajiet u istituzzjonijiet finanzjarji li huma essenzjalment sodi, jiġifieri, l-istituzzjonijiet finanzjarji li qed ibatu minn problemi strutturali, endoġenji marbuta pereżempju mal-mudell kummerċjali partikolari tagħhom jew mal-istrateġija tal-investiment u l-istituzzjonijiet finanzjarji li l-problemi tagħhom kienu sempliċement jew fil-biċċa l-kbira tagħhom marbuta mas-sitwazzjoni estrema fil-kriżi finanzjarja u mhux marbuta mas-solidità tal-mudell tan-negozju tagħhom, mal-ineffiċjenza jew ma’ teħid eċċessiv tar-riskju. Id-distinzjoni hija definita b'mod partikolari fuq il-bażi ta’ għadd ta’ indikaturi stabbiliti fil-Linji Gwida għar-Rikapitalizzazzjoni: l-adegwatezza tal-kapital, il-firxa tas-CDS attwali, il-gradazzjoni kurrenti tal-bank u l-prospetti tiegħu kif ukoll, fost ohrajn, id-daqs relattiv tar-rikapitalizzazzjoni. Fir-rigward tal-aħħar, l-Awtorità tqis li l-għajnuna mogħtija taħt forma ta’ rikapitalizzazzjoni u miżuri ta’ salvataġġ tal-assi ta’ aktar minn 2 % tal-assi tal-bank bil-piż differenzjat skont ir-riskju, hija indikatur li jiddistingwi bejn banek li huma essenzjalment sodi u banek li huma f'diffikultà. Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ bank f'diffikulta jattiva l-ħtiega li jissottometti pjan ta’ ristrutturazzjoni lill-Awtorità, filwaqt li r-rikapitalizzazzjoni ta’ bank sod jattiva l-ħtiega li jitressaq pjan ta’ vijabbiltà.

25.

Ir-raġunament oriġinali għall-istabbiliment ta’ dik id-distinzjoni u għall-issettjar ta’ firxa ta’ indikaturi, inkluż limitu ta’ 2 % tal-assi tal-bank bil-piż differenzjat skont ir-riskju, kien il-biża' li ħtiġijiet tal-kapital li jirriżultaw minn indebolimenti, aspettattivi ogħla tas-swieq fir-rigward tal-livelli kapitali tal-banek u diffikultajiet temporanji biex isibu l-kapital fis-swieq kieku kienu jwasslu għal tnaqqis fis-self minn banek tajbin lill-ekonomija reali sabiex jevitaw li jippreżentaw pjan ta’ ristrutturar meta jirrikorru għal riżorsi tal-Istat. Fil-preżent, madankollu, is-settur bankarju ġenerali qed jiffaċċja inqas diffikultajiet biex isib il-kapital fuq is-swieq jew, inter alia, permezz ta’ profitti miżmuma (22) u għalhekk jistgħu jilħqu l-bżonnijiet kapitali tagħhom mingħajr rikors għall-għajnuna mill-Istat. (23) L-ammont tal-kapital miġbur minn istituzzjonijiet finanzjarji fis-suq żdied b'mod sinifikanti matul l-2009 u l-2010, li juri aċċess imġedded għall-istituzzjonijiet finanzjarji għas-swieq kapitali kif ukoll l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet regolatorji ġodda. (24)

26.

Id-distinzjoni bejn banek sodi u banek f'diffikultà għalhekk m'għadhiex tidher rilevanti għad-determinazzjoni ta’ liema banek għandhom jidhlu f'diskussjoni mal-Awtorità dwar ir-ristrutturar tagħhom. B'riżultat ta’ dan, il-banek li għadhom jirrikorru għall-Istat fl-2011 biex isibu l-kapital jew għal miżuri ta’ assi indeboliti għandhom ikunu meħtieġa jissottomettu lill-Awtorità pjan tar-ristrutturar li juri d-determinazzjoni tal-bank biex jagħmel l-isforzi ta’ ristrutturar meħtieġa u jirritorna għal vijabbiltà mingħajr dewmien mhux ġustifikat. Għalhekk, sa mill-1 ta’ Jannar 2011, se jkun meħtieġ pjan ta’ ristrutturazzjoni minn kull benefiċjarju ta’ rikapitalizzazzjoni ġdida jew miżura għal assi indebboliti. (25)

27.

Fl-evalwazzjoni tal-htigiet ta’ ristrutturar tal-banek, l-Awtorità se tikkunsidra s-sitwazzjoni specifika ta’ kull istituzzjoni, sa liema grad dan ristrutturar huwa necessarju sabiex tigi rkuprata l-vijabbiltà mingħajr aktar appogg mill-Istat kif ukoll qabel d-dipendenza fuq l-għajnuna mill-Istat. Bħala regola ġenerali, aktar ma tkun sinifikanti d-dipendenza fuq l-għajnuna mill-Istat, aktar tkun b'saħħitha l-indikazzjoni tal-ħtieġa ta’ ristrutturar fil-fond sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni individwali ser tqis kwalunkwe sitwazzjoni speċifika fis-swieq u se tapplika l-qafas ta’ ristrutturar b'mod adegwatament flessibbli fil-każ ta’ xokk qawwi li jipperikola l-istabbilità finanzjarja f'wieħed jew aktar mill-Istati tal-EFTA.

28.

Il-ħtieġa ta’ pjan ta’ ristrutturar għall-banek li jibbenefikaw minn għajnuna strutturali (jiġifieri, miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni u/jew assi indeboliti) – filwaqt li fl-istess ħin jiġi aċċettat li s-sempliċi użu ta’ garanziji ta’ finanzjament mill-ġdid xorta ma jattivax ir-rekwiżit li jiġi ppreżentat pjan ta’ ristrutturar – jagħti s-sinjal li l-banek ikollhom iħejju għal ritorn lejn mekkaniżmi normali tas-suq mingħajr appoġġ mill-Istat hekk kif is-settur finanzjarju gradwalment joħroġ minn kundizzjonijiet ta’ kriżi. Dan jipprovdi incentiv għal istituzzjonijiet individwali li għadhom jeħtieġu l-għajnuna biex iħaffu r-ristrutturar meħtieġ. Fl-istess hin, jagħti flessibbiltà suffiċjenti biex biex jiġu kkunsidrati kif suppost iċ-ċirkostanzi potenzjalment diversi li jaffettwaw is-sitwazzjoni ta’ banek jew swieq finanzjarji nazzjonali differenti. Jipprevedi wkoll il-possibbiltà ta’ deterjorazzjoni ġenerali jew speċifika għall-pajjiż fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja, li ma tistgħax tiġu eskluża fil-preżent, minħabba l-fraġilità residwa fis-sitwazzjoni tas-swieq finanzjarji.

5.   Ambitu temporali, prospettiva generali

29.

L-applikabbiltà kontinwa tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE u l-estensjoni tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar se japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011. (26) Din l-estensjoni taħt kundizzjonijiet mibdula għandha titqies ukoll fil-kuntest ta’ tranżizzjoni gradwali għal sistema iktar permanenti ta’ linji gwida dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ banek ibbażata fuq l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE li għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012, jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu.

(1)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Arikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokol 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottat u maħriġ mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikat fil-ĠU L 231, tat-3.9.1994 u s-Supplement taż-ŻEE Nru 32 tat-3 ta’ Settembru 1994, p. 1. Dawn il-Linji Gwida kienu l-aħħar emendati fis-17 ta’ Diċembru 2008 (“Il-Linji Gwida dwar Għajnuna mill-Istat”). Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websjat tal-Awtorità:

http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(2)  Għall-konvenjenza tal-qarrej, f'dan id-dokument l-istituzzjonijiet finanzjarji qed jissejħu sempliċement.

(3)  Id-Deċiżjoni 28/09/COL tad-29.1.2009.

(4)  Id-Deċiżjoni 28/09/COL tad-29.1.2009.

(5)  Id-Deċiżjoni 191/09/COL tat-22.4.2009.

(6)  Id-Deċiżjoni 472/09/COL tal-25.11.2009.

(7)  Dawn il-konklużjonijiet ġew approvati mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu fil-11 ta’ Diċembru 2009. Bl-istess mod, il-Parlament Ewropew insista fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar ir-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2008

(http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P7-TA-2010-0050) li l-appoġġ mill-istat lill-istituzzjonijiet finanzjarji m'għandux jittawwal bla bżonn u li l-istrateġiji ta’ ħruġ għandhom ikunu żviluppati mill-aktar fis possibbli.

(8)  Bi klawżola ta’ flessibilità li tippermetti li ssir rivalutazzjoni tas-sitwazzjoni u li jittieħdu rimedji xierqa fil-każ ta’ xokk qawwi ġdid għas-swieq finanzjarji fiż-ŻEE jew f'xi Stat Membru jew aktar tal-EFTA.

(9)  Ara http://www.ecb.int/pub/pdf/other/recommendations_on_guaranteesen.pdf.

(10)  Notifiki individwali barra skema ta’ garanziji tal-gvern ġeneralment jeħtieġu ħlas ta'garanzija fuq l-istess linji. Fejn il-benefiċjarju għandu obbligi ta’ ristrutturazzjoni u miżata aktar baxxa tista' tkun ġustifikata skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi, din id-devjazzjoni se jkollha tiġi kkunsidrata fl-evalwazzjoni globali tar-ristrutturar u fil-miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu għall-minimu l-ostakli għall-kompetizzjoni.

(11)  Dan jinkludi garanziji li jkopru r-responsabbiltajiet ta’ sena jew inqas.

(12)  Jew A1 u A2 skont is-sistema ta’ klassifikazzjoni użata.

(13)  Jew A3 skont is-sistema ta’ klassifikazzjoni użata.

(14)  Fil-każ li jkun hemm evalwazzjonijiet diverġenti minn agenziji differenti ta’ klassifika, il-klassifika rileventi għall-kalkolu tat-tariffa għandha tkun l-ogħla klassifika. Il-ħin materjali għall-klassifika fid-determinazzjoni tat-tariffa ta’ garanzija huwa dak fil-jum meta tingħata l-garanzija fir-rigward ta’ ħarġa speċifika ta’ bonds mill-benefiċjarju.

(15)  Pereżempju, aġġornament tal-perjodu ta’ referenza CDS stipulat fir-rakkomandazzjonijiet tal-BĊE ta’ Ottubru 2008 li jwassal b'mod ċar għal żieda ta’ mill-inqas 20 bp fil-każ ta’ banek li għandhom rata A+, 30 bp fil-każ ta’ banek li għandhom rata A- u 40bp fil-każ ta’ banek b'rata inqas minn A-.

(16)  Il-valutazzjoni se titwettaq meta Stat tal-EFTA jirċievi l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ garanziji għall-ħruġ ta’ dejn ġdid jew imġedded mill-1 ta’ Jannar 2011 u se tinkludi l-ammont tad-dejn li għandu jiġi kopert mill-garanziji mitluba kif ukoll l-obbligazzjonijiet garantiti pendenti kollha eżistenti f'relazzjoni mat-total tal-karta tal-bilanċ/passiv fil-ħin materjali. L-obbligazzjonijiet pendenti li jaqbżu l-limitu minħabba ħruġ qabel l-1 ta’ Jannar 2011 ma jeħtiġux analiżi tal-vijabbiltà sakemm il-bank ma jirrikorrix għall-ħruġ ta'dejn ġdid li jżomm l-obbligazzjonijiet garantiti 'l fuq mil-limitu.

(17)  Pereżempju, meta bank ikun diġà għaddej minn analiżi tal-vijabbiltà minħabba rikapitalizzazzjoni u l-limitu għal garanziji jinqabeż, ir-reviżjoni trid tiġi estiża biex jiġu indirizzati r-raġunijiet għalfejn il-bank ikompli jistrieħ fuq garanziji mill-Istat, jiġi inkluż test ta’ likwidità, u biex jiġi analizzat jekk u sa liema punt huwa previst l-użu ulterjuri ta’ garanzija mill-Istat.

(18)  Il-Linji Gwida dwar ir-Ristruttur, punt 8 u t-taqsima 2, li jagħmlu referenza wkoll għat-taqsimiet relatati fil-punt 40 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u fl-Anness V tal-Linji Gwida dwar l-Assi Indeboliti.

(19)  Inkluż, pereżempju, proporzjon ogħla ta’ debiti ggarantiti li jiġi spjegat permezz ta’ sforz partikolari biex jiġi sostnun jew miżjud is-self lill-ekonomija reali fl-interess pubbliku u bl-appoġġ tal-Istat EFTA kkonċernat, sakemm dan ikun kompatibbli mas-suq uniku.

(20)  B'kunsiderazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni makroekonomika tal-Istat EFTA b'mod ġenerali, u b'mod partikolari ta’ dawk l-elemenit bħar-riskju sovran li jkollu impatt dirett fuq it-termini ta’ aċċess għall-iffinanzjar ta’ banek li jinsabu fl-Istat EFTA.

(21)  Kif espressi f'gradazzjoni tal-benefiċjarju jew firxa tas-CDS.

(22)  Sabiex tiżdied il-protezzjoni tal-kapital, il-banek iddeċidew li jbiegħu assi mhux strateġiċi bħal parteċipazzjonijiet industrijali, jew biex jiffukaw fuq setturi ġeografiċi speċifiċi. Ara fuq dan il-punt il-Bank Centrali Ewropew, L-Istabbiltà tas-Settur Bankarju tal-UE, Settembru 2010.

(23)  Skont il-Bank Ċentrali Ewropew, il-proporzjon tas-solvenza kumplessiv tal-banek żdied sostanzjalment matul l-2009 fl-Istati Membri kollha tal-UE. Barra minn hekk, informazzjoni għal kampjun ta’ banek kbar fl-Unjoni Ewropea tissuġġerixxi li t-titjib f'proporzjonijiet tal-kapital kompla sal-ewwel nofs tal-2010, appoġġjat minn żieda fil-qligħ miżmum kif ukoll minn aktar kapital privat u injezzjonijiet kapitali pubbliċi għal uħud mill-banek. Ara l-Bank Centrali Ewropew: L-Istabbiltà tas-Settur Bankarju tal-UE, Settembru 2010.

(24)  L-ambjent regolatorju futur imfassal mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), imsejjaħ Basel III, jistabilixxi triq għall-implimentazzjoni ta’ regoli ġodda dwar il-kapital li għandhom jippermettu lill-banek li jilħqu l-bżonnijiet kapitali ġodda matul iż-żmien. F'dan il-kuntest, huwa interessanti li wieħed jinnota li, l-ewwel, ħafna mill-akbar banek fl-Unjoni Ewropea saħħew il-protezzjoni kapitali tagħhom matul l-aħħar sentejn biex iżidu l-kapaċità għall-assorbiment tat-telf tagħhom u, it-tieni, il-banek l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikollhom biżżejjed żmien (sal-2019) sabiex jibnu protezzjoni kapitali permezz ta', fost oħrajn, tfaddil. Għandu jiġi nnutat ukoll li “ arranġamenti tranżitorji ” ipprovduti bil-qafas regolatorju l-ġdid stabbilixxew perjodu ta’ “grandfathering period” sal-1 ta’ Jannar 2018 għal injezzjonijiet tal-kapital eżistenti fis-settur pubbliku. Barra minn hekk, impatt kwantitattiv tal-valutazzjoni magħmul mill-Kumitat ta’ Basel, ikkonfermat mill-kalkoli tal-Kummissjoni, jindika pjuttost impatt moderat fuq is-self mill-banek. Għalhekk, il-htigijiet godda tal-kapital mhumiex mistennija li jaffettwaw il-proposta deskritta f'dawn il-Linji Gwida.

(25)  Dan se japplika għal miżuri kollha ta’ rikapitalizzazzjoni jew assi indeboliti, irrispettivament minn jekk humiex maħsuba bħala miżuri individwali jew mogħtija fil-kuntest ta’ skema.

(26)  Skemi ta’ appoġġ għal banek eżistenti jew ġodda (irrispettivament mill-istrumenti ta’ appoġġ li fihom: garanzija, rikapitalizzazzjoni, likwidità, salvataġġ tal-assi, oħrajn) se jiġu estiżi/approvati biss għal perjodu ta’ sitt xhur sabiex ikunu possibbli aktar aggustamenti, jekk mehtieg, f 'nofs l-2011.


Rettifika

15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/26


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjojni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 117, tal-11 ta’ Mejju 2010 )

Paġna 11, Artikolu 1, tabella, tieni kolonna “Kumpanija”, ir-raba’ entrata

minflok:

“ Cosmo Wire Ltd, 447-1, Koyeon-Ri, Woong Chon-Myon Ulju-Kun, Ulsan ”

aqra:

“ Cosmo Wire Ltd, 4-10, Koyeon-Ri, Woong Chon-Myon Ulju-Kun, Ulsan ”.