ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.318.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 318

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
1 ta' Diċembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u ta’ erba’ ftehimiet relatati

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1238/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2011 li jiffissa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 li jiftaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1241/2011 tat-30 Novembru 2011 li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1211/2011 li jopera tnaqqis ta’ ċerti sforzi tas-sajd għall-2011 minħabba sajd żejjed minn ċert Stati Membri fis-sena ta’ qabel

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

15

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2011

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/779/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2011 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8359)

20

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2011 tat-30 ta' Settembru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim taż-ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

50

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 397/09/COL tal-14 ta’ Ottubru 2009 li temenda, għat-tnejn u sebgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostanttivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti

51

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/1


Avviż rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u ta’ erba’ ftehimiet relatati

Il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u ta’ erba’ ftehimiet relatati (1), iffirmat fi Brussell fil-25 ta' Lulju 2007, tlestew fit-8 ta' Novembru 2011. Konsegwentement, dan il-Ftehim daħal fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2011, f'konformità mal-Artikolu 6(2) tiegħu.


(1)  ĠU L 221, 25.8.2007, p. 1.


REGOLAMENTI

1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1238/2011

tat-30 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2011 li jiffissa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [ir-Regolament dwar l-OKS Waħdieni]) (1), u partikolarment l-Artikolu 61, l-ewwel paragrafu, il-punt (d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor u l-isoglokożju prodotti matul sena tas-suq li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss skont il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi stabbilit.

(2)

Ir-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-esportazzjonijiet li jaqbżu l-kwota, b’mod partikolari dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2). Madankollu, għal kull sena tas-suq, il-limitu kwantitattiv għandu jkun stabbilit abbażi tal-opportunitajiet possibbli fis-swieq tal-esportazzjoni.

(3)

Għas-sena tas-suq 2011/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 372/2011 (3) iffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjoni ta’ 650 000 tunnellata fil-każ ta’ zokkor barra mill-kwota, u 50 000 tunnellata fil-każ tal-isoglokożju barra mill-kwota. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2011 għandu japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2012 u b’hekk l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni ma jistgħux jitressqu qabel dik id-data fir-rigward tal-limiti kwantitattivi stipulati b’dak ir-Regolament.

(4)

Skont l-istimi l-aktar riċenti, il-produzzjoni taz-zokkor barra mill-kwota tista’ tiżdied b’mod konsiderevoli fis-sena tas-suq 2011-2012 minħabba l-kundiżżjonijiet eċċellenti tat-temp u l-erja dejjem tikber taż-żriegħ. Il-produzzjoni barra mill-kwota taz-zokkor hija mistennija li fl-2010/2011 tiżdied minn 2 333 000 tunnellata għal 4 920 000 tunnellata fl-2011/2012 u għaldaqstant għandhom jiġu żgurati l-postijiet addizjonali tas-suq.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 397/2010 tas-7 ta’ Mejju 2010 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2010/2011 (4) stabbilixxa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet tal-isoglukożju barra mill-kwota għal 50 000 tunnellata. Kien minħabba d-domanda qawwija għall-esportazzjoni li l-kwantità żdiedet għal 65 000 tunnellata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 852/2011 tal-24 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 397/2010 fir-rigward tal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2010/2011 (5).

(6)

Meta jiġi kkunsidrat li l-limitu tad-WTO għall-esportazzjoni għas-sena tas-suq 2011/2012 ma ntużax għal kollox, ikun xieraq li jiżdied il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjoni b’700 000 tunnellata, biex tiġi sfruttata kull possibbiltà għall-prodott disponibbli. Din il-miżura ser tipprovdi negozju addizjonali għas-settur taz-zokkor fl-Unjoni. Bl-istess mod, abbażi tal-esperjenza tas-sena tas-suq 2010/2011, il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjoni tal-isoglukożju barra mill-kwota għandu jiżdied b’20 000 tunnellata. Sabiex il-manifatturi taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota tal-Unjoni jkunu jistgħu jisfruttaw l-opportunitajiet tas-suq fis-swieq tal-esportazzjoni tagħhom u jibbenefikaw mill-prezzjijiet internazzjonali għoljin preżenti, huwa xieraq li l-kwantitajiet miżjuda jkunu disponibbli qabel l-1 ta’ Jannar 2012. Biex tkun żgurata ġestjoni tajba tas-suq, l-applikazzjonijiet għal liċenzji għal 700 000 tunnellata għandhom ikunu permessi sa mill-1 ta’ Diċembru 2011, filwaqt li l-applikazzjonijiet għal liċenzji għal 650 000 tunnellata għandhom ikunu permessi sa mill-1 ta’ Jannar 2012. Għaldaqstant, il-kwantità ta’ 700 000 tunnellata hija meħtieġa biex tipprovdi deroga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 1010/2011 (6)

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) Nru 372/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘1.   Għas-sena tas-suq 2011/2012, li tibda mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012, il-limitu kwantitattiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 61(d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun 1 350 000 tunnellata għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta’ zokkor abjad barra mill-kwota kopert bil-kodiċi tan-NM 1701 99. Din il-kwantità għandha titqassam kif ġej:

(a)

700 000 tunnellata għandhom ikunu disponibbli sa mill-1 ta’ Diċembru 2011 u

(b)

650 000 tunnellata għandhom ikunu disponibbli sa mill-1 ta’ Jannar 2011.’

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Artikolu 1, il-paragraph 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1010/2011 (*) ma għandux japplika għall-kwantità ta’ 700 000 tunnellata li ser tkun disponibbli sa mill-1 ta’ Diċembru 2011 skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

(*)  ĠU L 268, 13.10.2011, p. 14.”"

(2)

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għas-sena tas-suq 2011/12, li ddum mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012, il-limitu kwantitattiv imsemmi fl-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun 70 000 tunnellata ta’ materja niexfa, għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta’ isoglukożju barra mill-kwota kopert bil-kodiċijiet tan-NM 1702 40 10, 1702 60 10 u 1702 90 30.”

(3)

Fl-Artikolu 3, għandu jitħassar it-tieni paragrafu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 102, 16.4.2011, p. 8.

(4)  ĠU L 115, 8.5.2010, p. 26.

(5)  ĠU L 219, 25.8.2011, p. 1.

(6)  ĠU L 268, 13.10.2011, p. 14.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1239/2011

tat-30 ta’ Novembru 2011

li jiftaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezzijiet tas-suq dinji taz-zokkor kienu f’livell qrib jew saħansitra ogħla mill-prezz tas-suq intern tal-Unjoni għal bosta xhur. It-tbassir tal-prezzijiet tas-suq dinji għal Marzu, Mejju u Lulju 2012, imsejjes fuq is-swieq tal-iskambju futuri taz-zokkor ta’ New York u Londra jkompli jindika li l-prezz tas-suq dinji se jibqa’ kostantament għoli. Matul is-sena tas-suq 2011/2012, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jgawdu minn ċerti ftehimiet preferenzjali huma għaldaqstant mistennija li jiżdiedu b’mod moderat biss.

(2)

Il-previżjoni għall-bilanċ taz-zokkor fl-Unjoni għas-sena tas-suq 2011/2012 tindika differenza negattiva bejn id-disponibbiltà u l-użu. Ir-riżultat huwa livell baxx ta’ stokkijiet aħħarin li jhedded li jxekkel id-disponibbiltà tal-provvista tas-suq taz-zokkor tal-Unjoni.

(3)

Għal dik ir-raġuni u bil-għan li tiżdied il-provvista, huwa neċessarju li l-importazzjonijiet isiru iżjed faċli permezz ta’ tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor, b’mod simili għal dak provdut fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2010/2011 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas (2). Il-kwantità u t-tnaqqis tad-dazju għandhom jiġu vvalutati fil-kuntest tal-istat attwali u tal-iżvilupp prevedibbli fis-suq taz-zokkor tal-Unjoni u dak dinji. Għaldaqstant, il-kwantità u t-tnaqqis għandhom ikunu bbażati fuq sistema ta’ offerti.

(4)

Għandhom jiġi speċifikati r-rekwiżiti minimi tal-eliġibbiltà biex wieħed iressaq offerta.

(5)

Għandha tiġi ddepożitata garanzija għal kull offerta. Dik il-garanzija għandha ssir il-garanzija tal-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni f’każ li l-offerta tiġi magħżula u għandha tiġi rrilaxxata jekk l-offerta ma tiġix magħżula.

(6)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-offerti ammissibbli. Sabiex dawn in-notifiki jiġu ssimplifikati u standardizzati, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni xi mudelli.

(7)

Għal kull sejħa parzjali għall-offerti, għandha ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tistipula, jew biex tiddeċiedi li ma tistipulax, dazju doganali minimu u, jekk ikun xieraq, koeffiċjent tal-allokazzjoni sabiex jitnaqqsu l-kwantitajiet aċċettati.

(8)

Fi żmien qasir l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-offerenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa parzjali għall-offerti.

(9)

Għandu jkun iċċarat li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, liċenzji tal-importazzjoni għal zokkor mhux raffinat għall-irfinar għandhom jinħarġu biss lil raffinaturi li jaħdmu fuq bażi full time.

(10)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqiegħed mudelli għad-dispożizzjoni.

(11)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qiegħda tinfetaħ proċedura għat-tressiq ta’ offerti għas-sena tas-suq 2011/2012, li għandha n-numru ta’ referenza 09.4313, għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

Dak id-dazju doganali għandu jieħu post id-dazju tat-tariffa doganali komuni u d-dazji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 951/2006 (3).

Għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (4), ħlief meta huwa previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti għandu jintemm fis-7 ta’ Diċembru 2011 f’nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell.

2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għall-offerti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jintemm il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu f’nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell, fl-14 ta’ Diċembru 2011, fil-21 ta’ Diċembru 2011, fil-11 ta’ Jannar 2012, fil-25 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Frar 2012, fil-15 ta’ Frar 2012, fis-6 ta’ Ġunju 2012, fis-27 ta’ Ġunju 2012 u fil-11 ta’ Lulju 2012.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tissospendi t-tressiq tal-offerti għal xi sejħa parzjali għall-offerti jew għal aktar minn waħda.

Artikolu 3

1.   L-offerti għandhom jitressqu minn operaturi stabbiliti fl-Unjoni. Għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fiha operator ikun reġistrat għal finijiet ta’ VAT.

2.   L-offerti għandhom jitressqu permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni provduta fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

3.   Il-formola ta’ applikazzjoni tista’ titressaq permezz ta’ mezzi elettroniċi, permezz tal-metodu li l-Istat Membru kkonċernat jagħmel għad-dispożizzjoni tal-operaturi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-offerti elettroniċi jkollhom magħhom firma elettronika avvanzata skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

4.   L-offerti għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-offerti għandhom jindikaw:

(i)

fil-kaxxa nru 4, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-VAT tal-offerent;

(ii)

fil-kaxxi nru 17 u 18, il-kwantità ta’ zokkor li għaliha ssir l-offerta, li għandha tkun minn tal-anqas 20 tunnellata u ma għandiex taqbeż il-45 000 tunnellata, imqarreb mingħajr punti deċimali;

(iii)

fil-kaxxa nru 20, l-ammont propost tad-dazju doganali, f’euro għal kull tunnellata zokkor, imqarreb għal mhux aktar minn żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(iv)

fil-kaxxa nru 16, il-kodiċi taz-zokkor tan-NM magħmul minn tmien ċifri.

(b)

għandha tingħata prova li l-offerent ikun iddepożita l-garanzija msemmija fl-Artikolu 4(1) qabel l-iskadenza tal-perjodu stabbilit għat-tressiq tal-offerti;

(c)

l-offerta għandha titressaq fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun qed titressaq;

(d)

l-offerta għandha tirreferi għal dan ir-Regolament u għandha turi d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti;

(e)

l-offerta m’għandha tinkludi l-ebda kundizzjoni addizzjonali miżjuda mill-offerent ħlief għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

5.   Offerta li ma titressaqx skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tkun ammissibbli.

6.   L-applikanti ma għandhomx iressqu aktar minn offerta waħda għal kull kodiċi tan-NM li jkun magħmul minn tmien ċifri għall-istess sejħa parzjali għall-offerti.

7.   L-offerti ma jistgħux jiġi rtirati jew emendati wara li jkunu tressqu.

Artikolu 4

1.   Skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (6), kull offerent għandu jiddepożita garanzija ta’ EUR 150 għal kull tunnellata zokkor li jkun ser jiġi importat skont dan ir-Regolament.

2.   Meta offerta tingħażel, dik il-garanzija għandha ssir il-garanzija għal-liċenzja tal-importazzjoni.

3.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrilaxxata fil-każ tal-offerenti li l-offerta tagħhom ma tkunx ġiet magħżula.

Artikolu 5

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-validità tal-offerti fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.   Il-persuni awtorizzati li jirċievu u jeżaminaw l-offerti għandu jkollhom l-obbligu li ma jiżvelaw l-ebda dettalji relatati magħhom lil xi persuna mhux awtorizzata.

3.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiddeċiedu li offerta mhix valida, dawn għandhom jinfurmaw lill-offerent b’dan.

4.   L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bil-faks, dwar l-offerti ammissibbli mressqin fi żmien sagħtejn wara l-għeluq tal-perjodu għat-tressiq stabbilit fl-Artikolu 2(1) u (2). Dik in-notifika ma għandhiex ikun fiha d-dejta msemmija fl-Artikolu 3(4)(a)(i).

5.   Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom ikunu ddefiniti fuq il-bażi tal-mudelli li l-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. Meta ma titressaq l-ebda offerta, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika, bil-faks, lill-Kummissjoni dwar dan fl-istess perjodu taż-żmien.

Artikolu 6

Fil-kuntest tal-istat attwali u tal-iżvilupp prevedibbli tas-suq tal-Unjoni u s-suq dinji taz-zokkor, il-Kummissjoni għandha, għal kull sejħa parzjali għall-offerti u għal kull kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri, jew tistipula dazju doganali minimu jew tiddeċiedi li ma tistipulax dazju doganali minimu billi tadotta Regolament ta’ Implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

B’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistipula wkoll, fejn meħtieġ, koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-offerti li jkunu tressqu fil-livell tad-dazju doganali minimu. F’dan il-każ, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi rrilaxxata approporzjon mal-kwantitajiet allokati.

Artikolu 7

1.   F’każ li ma jkunx ġie stabbilit dazju doganali minimu, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti kollha.

2.   L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika lill-applikanti, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa parzjali għall-offerti.

Artikolu 8

1.   Sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol tal-ġimgħa li tiġi wara l-ġimgħa li matulha jiġi ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ liċenzja tal-importazzjoni lil kull offerent li l-offerta tiegħu tikkwota dazju doganali għall-kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri ugwali jew li jeċċedi d-dazju doganali minimu ffissat mill-Kummissjoni għall-kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri. Il-kwantitajiet mogħtija għandhom iqisu l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx joħorġu liċenzji għal offerti li ma kinux notifikati kif provdut fl-Artikolu 5, ir-raba’ paragrafu (4).

2.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkollhom l-entrati li ġejjin:

(a)

fil-kaxxa nru 16, il-kodiċi taz-zokkor tan-NM magħmul minn tmiem ċifri;

(b)

fil-kaxxi nru 17 u nru 18, il-kwantità taz-zokkor mogħtija;

(c)

fil-kaxxa nru 20, tal-anqas waħda mill-entrati elenkati fil-Parti A tal-Anness I;

(d)

fil-kaxxa nru 24, id-dazju doganali applikabbli bl-użu ta’ waħda mill-entrati elenkati fil-Parti B tal-Anness I.

3.   B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li tagħti l-liċenzja tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti.

4.   L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom japplikaw.

Artikolu 9

Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġin b’rabta ma’ sejħa parzjali għall-offerti għandhom ikunu validi mill-jum tal-ħruġ tagħhom sa tmiem it-tielet xahar wara dak li fih ikun ġie ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar is-sejħa parzjali msemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 10

Sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol tat-tieni ġimgħa li tiġi wara l-ġimgħa li matulha jiġi ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni skont dan ir-Regolament. In-notifika għandha tintbagħat elettronikament skont il-mudelli u l-metodi li l-Kummissjoni tkun qegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2011, p. 21.

(3)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(4)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(6)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.


ANNESS

A.   L-entrati msemmija fl-Artikolu 8(2)(c)

bil-Bulgaru

:

Внесена при намалена ставка на митото съгласно Регламент (ЕС) № 1239/2011; референтен номер 09.4313

bl-Ispanjol

:

Importado con derecho de aduana reducido en virtud del Reglamento de Ejecución (UE) no 1239/2011; Número de referencia 09.4313

biċ-Ċek

:

Dovezeno se sníženou celní sazbou v souladu s prováděcím nařízením (EU) č. 1239/2011; Referenční číslo 09.4313

bid-Daniż

:

Importeret til en nedsat toldsats i henhold til forordning (EU) nr. 1239/2011; Referencenummer 09.4313

bil-Ġermaniż

:

Eingeführt zum ermäßigten Zollsatz gemäß der Durchführungsverordnung (EU) Nr. 1239/2011; Referenznummer 09.4313

bl-Estonjan

:

Imporditud vähendatud tollimaksuga vastavalt määrusele (EL) nr 1239/2011; viitenumber 09.4313

bil-Grieg

:

Εισαγωγή με μειωμένο δασμό δυνάμει του εκτελεστικού κανονισμού (ΕΕ) αριθ. 1239/2011· αριθμός αναφοράς 09.4313

bl-Ingliż

:

Imported at reduced customs duty pursuant to Implementing Regulation (EU) No 1239/2011; reference number 09.4313

bil-Franċiż

:

Importés à des taux de droits réduits conformément au règlement d'exécution (UE) no 1239/2011; numéro de référence 09.4313

bit-Taljan

:

Importato applicando un’aliquota ridotta del dazio doganale, a norma del regolamento di esecuzione (UE) n. 1239/2011; Numero di riferimento 09.4313

bil-Latvjan

:

Importēts ar samazinātu muitas nodokli saskaņā ar Īstenošanas regulu (ES) Nr. 1239/2011; atsauces numurs 09.4313

bil-Litwan

:

Importuota taikant sumažintą muitą pagal Įgyvendinimo reglamentą (ES) Nr. 1239/2011; Nuorodos numeris 09.4313

bl-Ungeriż

:

Behozatal csökkentett vámtétel mellett az 1239/2011/EU rendelet alapján; hivatkozási szám 09.4313

bil-Malti

:

Impurtat b’dazju doganali mnaqqas skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011; Numru ta’ referenza 09.4313

bl-Olandiż

:

Ingevoerd tegen verlaagd douanerecht overeenkomstig Uitvoeringsverordening (EU) nr. 1239/2011; referentienummer 09.4313

bil-Pollakk

:

Przywóz z zastosowaniem obniżonych stawek celnych zgodnie z rozporządzeniem wykonawczym (UE) nr 1239/2011; numer referencyjny 09.4313

bil-Portugiż

:

Importado a taxa reduzida de direito aduaneiro ao abrigo do Regulamento (UE) n.o 1239/2011; Número de referência 09.4313

bir-Rumen

:

Importat cu taxă vamală redusă conform Regulamentului de punere în aplicare (UE) nr. 1239/2011; Număr de referință 09.4313

bis-Slovakk

:

Dovoz so zníženým clom podľa nariadenia (EÚ) č. 1239/2011; referenčné číslo 09.4313

bis-Sloven

:

Uvoz po znižani carini v skladu z Izvedbeno uredbo (EU) št. 1239/2011; referenčna številka 09.4313

bil-Finlandiż

:

Tuonti alennetuin tullein asetuksen (EU) N:o 1239/2011 mukaisesti; Viitenumero 09.4313

bl-Isvediż

:

Importerad till nedsatt tullsats enligt genomförandeförordning (EU) nr 1239/2011; Referensnummer 09.4313

B.   L-entrati msemmija fl-Artikolu 8(2)(d)

bil-Bulgaru

:

Мито (мито върху приетата оферта)

bl-Ispanjol

:

Derecho de aduana (derecho de aduana de la oferta seleccionada)

biċ-Ċek

:

Clo: (clo platné pro vybranou nabídku)

bid-Daniż

:

Toldsats: (toldsats for det antagne bud)

bil-Ġermaniż

:

Zollsatz: (Zollsatz für das erfolgreiche Angebot)

bl-Estonjan

:

Tollimaks: (hankelepingu suhtes kohaldatav tollimaks)

bil-Grieg

:

Δασμός: (δασμός της κατακυρωθείσας προσφοράς)

bl-Ingliż

:

Customs duty: (customs duty of the awarded tender)

bil-Franċiż

:

Droit de douane: (droit de douane du marché attribué)

bit-Taljan

:

Dazio doganale: (dazio doganale dell’aggiudicazione)

bil-Latvjan

:

Muitas nodoklis: (konkursā uzvarējušā piedāvājuma muitas nodoklis)

bil-Litwan

:

Muitas (konkursą laimėjusiam pasiūlymui taikomas muitas)

bl-Ungeriż

:

Vámtétel: (a nyertes ajánlat szerinti vámtétel)

bil-Malti

:

Dazju doganali: (dazju doganali tal-offerta magħżula)

bl-Olandiż

:

Douanerecht: (douanerecht voor de gegunde inschrijving)

bil-Pollakk

:

Cło: (cło zatwierdzonej oferty)

bil-Portugiż

:

Direito aduaneiro: (direito aduaneiro aplicável à proposta adjudicada)

bir-Rumen

:

Taxă vamală: (taxa vamală aplicabilă ofertei selecționate)

bis-Slovakk

:

Clo: (clo vybranej ponuky)

bis-Sloven

:

Carina: (carina dodeljene ponudbe)

bil-Finlandiż

:

Tulli: (voittaneeseen tarjoukseen sovellettava tulli)

bl-Isvediż

:

Tullsats: (tullsats för det antagna anbudet)


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1240/2011

tat-30 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 64(2) u 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezzijiet tas-suq dinji għaz-zokkor ilhom f’livell qrib jew saħansitra ogħla mill-prezz tas-suq intern tal-Unjoni għal bosta xhur. It-tbassir tal-prezzijiet tas-suq dinji għal Marzu, Mejju u Lulju 2012, imsejjes fuq is-swieq tal-iskambji futuri taz-zokkor ta’ New York u Londra, ikompli jindika li l-prezz tas-suq dinji se jibqa’ kostantament għoli. Matul is-sena tas-suq 2011/2012, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn ċerti ftehimiet preferenzjali huma għaldaqstant mistennija li jiżdiedu b’mod moderat biss.

(2)

Il-previżjoni għall-bilanċ taz-zokkor fl-Unjoni għas-sena tas-suq 2011/2012 tindika defiċit ta’ madwar 700 000 tunellata bejn l-utilizzazzjoni ta’ zokkor tal-kwota u dak li kellu jkun disponibbli. Ir-riżultat huwa livell baxx ta’ stokkijiet aħħarin li jhedded li jfixkel id-disponibbiltà tal-provvista tas-suq taz-zokkor tal-Unjoni u jgħolli l-prezz taz-zokkor fis-suq intern tal-Unjoni.

(3)

Min-naħa l-oħra, il-ħsad tajjeb f’xi partijiet tal-Unjoni wassal għall-produzzjoni ta’ zokkor li taqbeż il-kwota stipulata fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ta’ kważi 5 miljun tunnellata. Meta jitqiesu l-istimi fuq l-impenji kuntrattwali tal-produtturi taz-zokkor fir-rigward ta’ ċerti użi industrijali kif ipprovduti fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-impenji għall-esportazzjoni tal-2011/2012 għal zokkor ‘il fuq mill-kwota, xorta se jibqgħu disponibbli kwantitajiet sostanzjali ta’ zokkor ‘il fuq mill-kwota ta’ madwar 1 000 000 tunnellata. Parti minn dan iz-zokkor għandu jsir disponibbli għas-suq taz-zokkor tal-Unjoni sabiex jissodisfa d-domanda parzjalment u biex jevita żidiet eċċessivi fil-prezz.

(4)

L-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jawtorizza lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri meħtieġa għas-settur jekk il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fis-suq dinji jilħqu livell li jfixkel jew jhedded li jfixkel id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, miżuri possibbli mhumiex limitati għall-miżura msemmija espliċitament ta’ sospensjoni sħiħa jew parzjali tad-dazji tal-importazzjoni.

(5)

Fis-sena tas-suq 2010/2011, il-prezz tas-suq dinji għaz-zokkor kien qrib jew saħansitra ogħla mill-medja rreġistrata tal-prezz tas-suq tal-Unjoni għal ċerti perjodi ta’ żmien. F’dan l-isfond u b’kunsiderazzjoni tal-ispejjeż tat-trasport u d-dewmien relatat mal-importazzjonijiet, l-istrument ta’ tnaqqis ta’ dazji tal-importazzjonijiet waħdu jista’ ma jkunx biżżejjed biex jindirizza n-nuqqas ta’ zokkor tal-kwota u l-pressjoni biex il-prezzijiet fis-suq tal-UE jogħlew.

(6)

L-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jawtorizza lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-imposta fuq l-ammont żejjed ta’ zokkor u iżoglukożju prodotti ‘l fuq mill-kwota f’livell għoli biżżejjed sabiex jiġi evitat l-akkumulu ta’ kwantitajiet żejda. L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (2) stabbilixxa dik l-imposta għal EUR 500 kull tunnellata.

(7)

Il-provvista kontinwament baxxa taz-zokkor fis-suq intern fis-sena tas-suq 2011/2012 tista’ tippermetti l-bejgħ ta’ 400 000 tunnellata ta’ zokkor ‘il fuq mill-kwota fis-suq intern. Minħabba li l-iskarsezza taz-zokkor hija inqas gravi minn dik tas-sena tas-suq 2010/2011 u l-miżura qed tittieħed fi stadju aktar bikri meta kkumparata mas-sena tas-suq 2010/2011 xorta waħda b’xi inċertezzi fir-rigward tal-kwantitajiet eżatti disponibbli fis-suq tal-UE, ikun xieraq li tiġi stabbilita imposta mnaqqsa, sabiex jiġu evitati kwalunkwe riskji ta’ akkumulazzjoni tal-kwantitajiet. Għal dik il-kwantità limitata ta’ produzzjoni ta’ zokkor ‘il fuq mill-kwota għandha tiġi stabbilita imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed, fuq livell għal kull tunnellata li jirrappreżenta d-differenza bejn l-aktar prezz medju reċenti tal-Unjoni li huwa pubblikament disponibbli u l-prezz tas-suq dinji.

(8)

Billi r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiffissa kwoti kemm għaz-zokkor kif ukoll għall-iżoglukożju, għandha tapplika miżura simili għal kwantità xierqa ta’ iżoglukożju prodott ‘il fuq mill-kwota, billi dan il-prodott tal-aħħar, sa ċertu punt, huwa sostitut kummerċjali għaz-zokkor.

(9)

Għal dik ir-raġuni u bil-għan li tiżdied il-provvista, il-produtturi taz-zokkor u tal-iżoglukożju għandhom japplikaw għal ċertifikati, mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li jippermettulhom li jbiegħu ċerti kwantitajiet prodotti ‘l fuq mil-limitu tal-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed.

(10)

Il-validità taċ-ċertifikati għandha tkun limitata fil-ħin sabiex tinkoraġġixxi titjib malajr tas-sitwazzjoni tal-provvista.

(11)

L-iffissar tal-limiti massimi tal-kwantitajiet li għalihom jista’ japplika kull produttur f’perjodu wieħed ta’ applikazzjoni u r-restrizzjoni taċ-ċertifikati għal prodotti tal-produzzjoni tal-applikant stess għandhom jimpedixxu azzjonijiet spekulattivi fis-sistema maħluqa minn dan ir-Regolament.

(12)

Meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-produtturi taz-zokkor għandhom jimpenjaw ruħhom li jħallsu l-prezz minimu għall-pitravi taz-zokkor użat fil-produzzjoni tal-kwantità taz-zokkor li jkunu applikaw għaliha. Għandhom jiġu speċifikati r-rekwiżiti minimi tal-eliġibbiltà għall-applikazzjonijiet.

(13)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjonijiet li jkunu rċevew. Sabiex dawk in-notifiki jiġu ssimplifikati u standardizzati, xi mudelli għandhom isiru disponibbli.

(14)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċertifikati jingħataw biss fil-limiti kwantitattivi stipulati f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni, għalhekk, jekk ikun meħtieġ, għandha tkun tista’ tistabbilixxi koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet irċevuti.

(15)

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-applikanti jekk il-kwantità li applikaw għaliha kinitx approvata parzjalment jew kompletament.

(16)

L-imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed għandha tiġi mħallsa wara li tiddaħħal l-applikazzjoni u qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat.

(17)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom inħarġu ċertifikati bi tnaqqis tal-imposti fuq l-ammont żejjed. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqiegħed mudelli għad-dispożizzjoni.

(18)

Kwantitajiet ta’ zokkor rilaxxati fis-suq tal-Unjoni ta’ kwantitajiet żejda taċ-ċertifikati maħruġa skont dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-imposta fuq l-ammont żejjed stipulata fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Huwa għalhekk xieraq li jkun ipprovdut li kwalunkwe applikant li ma jwettaqx l-impenji tiegħu li joħroġ fis-suq tal-Unjoni l-kwantità koperta minn ċertifikat imwassal lilu, għandu jħallas ukoll ammont ta’ EUR 500 kull tunnellata. Dan l-approċċ konsistenti huwa mmirat biex jevita l-abbuż tal-mekkaniżmu introdott b’dan ir-Regolament.

(19)

Għall-fini tal-istabbiliment ta’ prezzijiet medji għaz-zokkor tal-kwota u ‘l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 fir-rigward tal-ġestjoni tas-suq Komunitarju fiz-zokkor u s-sistema tal-kwoti (3), zokkor kopert b’ċertifikat maħruġ skont dan ir-Regolament għandu jitqies bħala zokkor tal-kwota.

(20)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tnaqqis temporanju tal-imposta fuq l-ammont żejjed

B’deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, l-ammont tal-imposta fuq l-ammont żejjed għal kwantità massima ta’ 400 000 tunnellata ta’ zokkor espressa f’zokkor abjad ekwivalenti, u ta’ 21 000 tunnellata iżoglukożju f’materja xotta, prodotti ’l fuq mill-kwota stipulata fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u rilaxxati fis-suq tal-Unjoni matul is-sena tas-suq 2011/2012, għandu jiġi stipulat għal EUR 85 kull tunnellata. L-imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed għandha tiġi mħallsa wara li tiġi ammessal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, u qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 2

Applikazzjoni għal ċertifikati

1.   Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 1, il-produtturi taz-zokkor u l-iżoglukożju għandhom japplikaw għal ċertifikat.

2.   L-applikanti jistgħu jkunu biss impriżi li jipproduċu l-pitravi taz-zokkor u z-zokkor tal-kannamieli jew l-iżoglukożju, li huma approvati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u li ngħatatilhom allokazzjoni ta’ kwota tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 2011/2012, skont l-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Kull applikant jista’ jissottometti sa mhux aktar minn applikazzjoni waħda għaz-zokkor u waħda għall-iżoglukożju għal kull perjodu ta’ applikazzjoni.

4.   L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għandhom jintbagħtu permezz ta’ feks jew posta elettronika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih kienet approvata l-impriża. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjonijiet elettroniċi jkunu akkumpanjati b’firma elettronika avvanzata fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1999/93/KE (4).

5.   Biex ikunu validi, l-applikazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikazzjonijiet għandhom jindikaw:

(i)

l-isem, l-indirizz u n-numru tal-VAT tal-applikant; kif ukoll

(ii)

il-kwantitajiet li għalihom qed issir l-applikazzjoni, espressi f’tunnellati ta’ zokkor abjad ekwivalenti u f’tunnellati ta’ iżoglukożju f’materja xotta, imqarrbin mingħajr punti deċimali;

(b)

il-kwantitajiet li għalihom qed issir l-applikazzjoni f’dan il-perjodu ta’ applikazzjoni, espressi f’tunnellati ta’ zokkor abjad ekwivalenti u tunnellati ta’ iżoglukożju f’materja xotta, ma għandhomx jaqbżu l-50 000 tunnellata fil-każ taz-zokkor u l-2 500 tunnellata fil-każ tal-iżoglukożju;

(c)

jekk l-applikazzjoni tirrigwarda z-zokkor, l-applikant għandu jimpenja ruħu li jħallas il-prezz minimu tal-pitravi, stipulat fl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għall-kwantità ta’ zokkor koperta minn ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(d)

l-applikazzjoni għandha ssir bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn l-applikazzjoni tkun ippreżentata;

(e)

l-applikazzjoni għandha tindika referenza għal dan ir-Regolament u d-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-perjodu ta’ applikazzjoni inkwistjoni;

(f)

l-applikant ma għandu jintroduċi l-ebda kundizzjonijiet addizzjonali ma’ dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament;

6.   Applikazzjoni li ma tiġix ippreżentata skont il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhiex tkun ammissibbli.

7.   Applikazzjoni ma tistax tiġi rtirata jew emendata wara li tintbagħat, anke jekk il-kwantità li ssir l-applikazzjoni għaliha tingħata biss parzjalment.

Artikolu 3

Preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet

1.   L-ewwel perjodu li matulu l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati għandu jintemm fis-7 ta’ Diċembru 2011 f’nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell.

2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għat-tieni perjodu ta’ applikazzjoni u għal dawk sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jintemm il-perjodu ta’ qabel. Dawn għandhom jintemmu f’nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell, fl-14 ta’ Diċembru 2011, fil-11 ta’ Jannar 2012, fil-25 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Frar 2012, fil-15 ta’ Frar 2012, fis-6 ta’ Ġunju 2012, fis-27 ta’ Ġunju 2012 u fil-11 ta’ Lulju 2012.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal perjodu ta’ applikazzjoni wieħed jew aktar.

Artikolu 4

Trażmissjoni ta’ applikazzjonijiet mill-Istati Membri

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-validità tal-applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li applikazzjoni mhix valida, għandhom jinfurmaw lill-applikant mingħajr dewmien.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn nhar il-Ġimgħa dwar l-applikazzjonijiet validi ppreżentati matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ qabel, permezz ta’ feks jew posta elettronika. Dik in-notifika ma għandhiex ikun fiha d-dejta msemmija fl-Artikolu 2(5)(a)(i). L-Istati Membri li ma kellhom ebda applikazzjoni iżda li għandhom kwoti taz-zokkor jew tal-iżoglukożju allokati lilhom għas-sena tas-suq 2011/2012, għandhom jibagħtu wkoll in-notifiki tagħhom ta’ ebda applikazzjoni lill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien.

3.   Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom ikunu ddefiniti fuq il-bażi tal-mudelli li l-Kummissjoni għamlet disponibbli lill-Istati Membri.

Artikolu 5

Limiti maqbuża

Meta l-informazzjoni nnotifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(2) tindika li l-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom jaqbżu l-limiti stipulati fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tistabbilixxi koeffiċjenti ta’ allokazzjoni, li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal ċertifikat innotifikata;

(b)

tirrifjuta applikazzjonijiet li ma ġewx innotifikati qabel;

(c)

tagħlaq il-perjodu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet.

Artikolu 6

Ħruġ ta’ ċertifikati

1.   Bla preġudizzjoni għall-Artikolu 5, fl-għaxar jum ta’ xogħol ta’ wara ġimgħa li fiha jkun intemm perjodu ta’ applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikati għall-applikazzjonijiet innotifikati lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 4(2), matul dak il-perjodu ta’ applikazzjoni.

2.   Kull nhar ta’ Tnejn, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ zokkor u/jew iżoglukożju li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati matul il-ġimgħa ta’ qabel.

3.   Mudell taċ-ċertifkat jinsab fl-Anness.

Artikolu 7

Validità taċ-ċertifikati

Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-ħruġ.

Artikolu 8

Trasferibbiltà taċ-ċertifikati

Kemm id-drittijiet kif ukoll l-obbligi li jirriżultaw miċ-ċertifikati ma jistgħux jiġu trasferiti.

Artikolu 9

Rappurtaġġ tal-prezzijiet

Għall-fini tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, il-kwantità ta’ zokkor mibjugħ koperta b’ċertifikat maħruġ skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkunsidrata bħala zokkor tal-kwota.

Artikolu 10

Monitoraġġ

1.   L-applikanti għandhom iżidu l-kwantitajiet li għalihom ingħataw ċertifikati skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament man-notifiki tagħhom ta’ kull xahar previsti fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006.

2.   Qabel il-31 ta’ Ottubru 2012, kull detentur ta’ ċertifikat skont dan ir-Regolament għandu jippreżenta lill-awtorjitajiet kompetenti tal-Istati Membri prova li l-kwantitajiet kollha koperti biċ-ċertifikat tiegħu kienu rilaxxati fis-suq tal-Unjoni. Kull tunnellata koperta minn ċertifikat iżda li ma ġietx rilaxxata fis-suq tal-Unjoni, għal raġunijiet oħra barra ta’ forza maġġuri, għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta’ ammont ta’ EUR 415 kull tunnellata.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li ma ġewx irrilaxxati fis-suq tal-Unjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw u jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-differenza bejn il-kwantità totali ta’ zokkor u iżoglukożju prodotta minn kull produttur ‘il fuq mill-kwota, u bil-kwantitajiet li l-produtturi ddisponew minnhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006. Jekk il-kwantitajiet ta’ zokkor u ta’ iżoglukożju ‘l fuq mill-kwota ta’ produttur li jifdal ikunu inqas mill-kwantitajiet maħruġa għal dak il-produttur skont dan ir-Regolament, il-produttur għandu jħallas ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata ta’ dik id-differenza.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.

(4)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.


ANNESS

Mudell taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 7(3)

ĊERTIFIKAT

għat-tnaqqis, għas-sena tas-suq 2011/12, tal-imposta prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006

Stat Membru:

Detentur tal-kwota:

 

Prodott

 

Kwantitajiet li għalihom saret l-applikazzjoni:

 

Kwantitajiet li għalihom inħareġ iċ-ċertifikat:

 

Imposta mħallsa (EUR/t)

EUR 85/tunnellata

Għas-Sena tas-Suq 2011/2012, l-imposta msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 ma għandhiex tapplika għall-kwantitajiet maħruġa b’dan iċ-ċertifikat, soġġett għall-ħarsien tar-regoli stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1240/2011, b’mod partikolari fl-Artikolu 2(5)(c).

Firma tal-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru

Data tal-ħruġ

Dan iċ-ċertifikati għandu jkun validu sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara d-data tal-ħruġ.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1241/2011

tat-30 Novembru 2011

li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1211/2011 li jopera tnaqqis ta’ ċerti sforzi tas-sajd għall-2011 minħabba sajd żejjed minn ċert Stati Membri fis-sena ta’ qabel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 106(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni UE Nru 1211/2011 (2) inaqqas għal ċerti Stati Membri l-isforz tas-sajd massimu permissibbli ffissat fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 (3) u, għal ċerti żoni tas-sajd fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 (4).

(2)

Fuq il-bażi ta’ korrispondenza riċenti ma’ ċerti Stati Membri, hemm bżonn verifika addizzjonali tal-informazzjoni sottostanti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1211/2011 u l-kwantitajiet ta’ sforz tas-sajd imnaqqsa kif stipulat fl-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1211/2011.

(3)

Meta jitqies li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1211/2011 se jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u meta jitqies l-impatt dirett li dan ir-Regolament jista’ jkollu fuq l-attivitajiet tas-sajd ta’ ċerti operaturi tal-UE, jixraq li jiġi rrevokat minn dik id-data sakemm ikun hemm verifika u sostituzzjoni minn Regolament ġdid. Dan bla ħsara għall-obbligu tal-Kummissjoni li topera tnaqqis tal-isforz tas-sajd fid-dawl tas-sajd żejjed fl-2010 u snin sussegwenti.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1211/2011 huwa b’dan irrevokat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 308, 24.11.2011, p. 15.

(3)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 258, 5.8.2004, p. 1.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1242/2011

tat-30 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

58,6

IL

98,1

MA

42,3

TN

143,0

TR

82,9

ZZ

85,0

0707 00 05

EG

193,3

TR

111,4

ZZ

152,4

0709 90 70

MA

32,9

TR

130,1

ZZ

81,5

0805 20 10

MA

67,0

ZZ

67,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

39,2

IL

80,7

TR

86,7

UY

71,0

ZZ

69,4

0805 50 10

TR

52,7

ZZ

52,7

0808 10 80

CA

105,1

CL

90,0

CN

74,9

MK

36,4

NZ

41,5

US

114,3

ZA

84,7

ZZ

78,1

0808 20 50

CN

48,6

TR

137,2

ZZ

92,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1243/2011

tat-30 ta’ Novembru 2011

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Diċembru 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2011

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.11.2011-29.11.2011

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

254,49

177,85

Prezz FOB USA

344,45

334,45

314,45

Tariffa fuq il-Golf

19,30

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

44,18

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż: Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam:

19,69  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż: L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

51,30  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Novembru 2011

dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2011

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8359)

(It-testi bil-Bulgaru, bid-Daniż, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2011/779/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi tat-talbiet għall-kofinanzjament tal-Unjoni li saru mill-Istati Membri fil-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/431/UE tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd fl-2011 (2), li ma utilizzatx parti mill-baġit disponibbli tal-2011.

(2)

Dik il-parti mhux utilizzata tal-baġit tal-2011 issa għandha tiġi allokkata permezz ta’ Deċiżjoni ġdida.

(3)

Skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri ntalbu jippreżentaw il-programmi relatati mal-iffinanzjar addizzjonali fl-oqsma ta’ prijorità definiti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha lill-Istati Membri tal-20 ta’ Mejju 2011, jiġifieri l-awtomazzjoni u l-ġestjoni tad-dejta, is-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar (is-sistemi ERS), it-tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar (it-tagħmir ERS) u s-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) kif ukoll it-traċċabbiltà u l-kontroll tal-qawwa tal-magna.

(4)

Fuq dik il-bażi u minħabba r-restrizzjonijiet baġitarji, it-talbiet fil-programmi għal finanzjament mill-Unjoni relatati ma’ azzjonijiet bħal proġetti ta’ taħriġ u skambju kif ukoll skemi pilota ta’ spezzjoni u osservazzjoni, l-analiżi u l-valutazzjoni tan-nefqa, inizjattivi għall-għarfien dwar ir-regoli tal-PKS, u l-kostruzzjoni ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa, ġew irrifjutati peress li ma kinux parti mill-oqsma ta’ prijorità ddefiniti hawn fuq.

(5)

Fi ħdan l-oqsma ta’ prijorità indikati mill-Kummissjoni, minħabba restrizzjonijiet baġitarji, ma setgħet tiddaħħal in-nefqa eliġibbli kollha fil-programmi. Il-Kummissjoni għażlet il-proġetti li għandhom jiġu kkofinanzjati abbażi tal-ħtiġijiet l-aktar urġenti kif definiti mill-Kummissjoni.

(6)

L-applikazzjonijiet dwar l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament mill-Unjoni.

(7)

L-applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-Unjoni ġew ivvalutati fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 fir-rigward tan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd [Titlu mhux uffiċjali] (3).

(8)

Huwa xieraq li l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jiġu ffissati fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata din il-kontribuzzjoni.

(9)

Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji definiti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(10)

Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (4).

(11)

Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar abbord il-bastimenti tas-sajd irid jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistipula kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2011 fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif imsemmija fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni.

Artikolu 2

Għeluq tal-impenji pendenti

Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2015. Il-pagamenti li jsiru minn Stat Membru wara dik id-data ta’ skadenza mhux se jkunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016.

Artikolu 3

Teknoloġiji u netwerks ġodda tal-IT

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, fuq l-istabbiliment ta’ teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda sabiex jippermettu l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti u sikuri tad-dejta b’rabta mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Kwalunkwe nefqa oħra li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness II, fuq ix-xiri u l-istallazzjoni abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jagħmilha possibbli li l-bastimenti jiġu mmonitorjati minn distanza minn ċentru għall-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 2 500 għal kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 404/2011.

Artikolu 5

Sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness III, fuq l-iżvilupp, ix-xiri, l-assistenza teknika u l-istallazzjoni ta’ komponenti neċessarji għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar (ERS), sabiex jippermettu l-iskambju effiċjenti u sikur ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 6

Tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness IV, fuq ix-xiri u l-istallazzjoni a’ tagħmir ERS abbord bastimenti tas-sajd u li jippermetti lill-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw b’mod elettroniku dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

3.   Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, it-tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 404/2011.

4.   Fil-każ ta’ tagħmir li jgħaqqad funzjonijiet ERS u VMS u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 4 500 għal kull bastiment.

Artikolu 7

Proġetti pilota

In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness V, fuq proġetti pilota dwar teknoloġiji ġodda ta’ kontroll għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 8

Kontribuzzjoni massima totali mill-Unjoni għal kull Stat Membru

In-nefqa ppjanata, is-sehem eliġibbli tagħha, u l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għal kull Stat Membru huma kif ġej:

(f’EUR)

Stat Membru

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Bulgarija

147 254

147 254

132 530

Ċipru

259 000

255 000

229 500

Id-Danimarka

2 159 798

1 408 564

1 267 708

Il-Ġermanja

6 792 280

137 480

123 732

L-Irlanda

51 610 000

250 000

225 000

Il-Greċja

2 133 500

590 000

455 000

Spanja

4 182 697

2 264 977

2 038 480

L-Italja

4 010 000

1 140 000

1 026 000

Il-Latvja

140 944

140 944

126 850

Il-Litwanja

207 200

135 313

121 782

Malta

270 664

191 486

130 313

Il-Pajjiżi l-Baxxi

300 000

0

0

Il-Polonja

386 324

385 360

343 623

Il-Portugall

2 843 921

2 395 200

2 155 680

Ir-Rumanija

589 000

85 000

76 500

Il-Finlandja

1 000 000

870 000

635 000

Ir-Renju Unit

2 862 415

1 349 325

1 214 392

Total

79 894 998

11 745 904

10 302 090

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 50.

(3)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(4)  ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.


ANNESS I

TEKNOLOĠIJI U NETWERKS TAL-IT ĠODDA

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Bulgarija:

BG/11/06

147 255

147 255

132 530

Subtotal

147 255

147 255

132 530

Ċipru:

CY/11/09

4 000

0

0

CY/11/10

55 000

55 000

49 500

Subtotal

59 000

55 000

49 500

Id-Danimarka:

DK/11/16

100 612

100 612

90 551

DK/11/17

214 638

0

0

DK/11/18

335 372

335 372

301 835

DK/11/19

268 298

0

0

DK/11/20

268 298

268 298

241 468

DK/11/21

268 298

268 298

241 468

DK/11/22

234 761

234 761

211 285

DK/11/23

201 223

201 223

181 101

DK/11/24

268 298

0

0

Subtotal

2 159 798

1 408 564

1 267 708

Il-Ġermanja:

DE/11/31

18 000

18 000

16 200

DE/11/32

2 656 400

0

0

DE/11/33

63 480

63 480

57 132

DE/11/34

56 000

56 000

50 400

DE/11/35

3 998 400

0

0

Subtotal

6 792 280

137 480

123 732

L-Irlanda:

IE/11/18

335 000

0

0

IE/11/19

100 000

0

0

Subtotal

435 000

0

0

Il-Greċja:

GR/11/08

400 000

400 000

360 000

GR/11/09

283 500

190 000

95 000

Subtotal

683 500

590 000

455 000

Spanja:

ES/11/11

305 860

305 860

275 274

ES/11/14

253 117

253 117

227 805

Subtotal

558 977

558 977

503 079

L-Italja:

IT/11/19

120 000

120 000

108 000

IT/11/21

300 000

300 000

270 000

IT/11/22

1 900 000

0

0

Subtotal

2 320 000

420 000

378 000

Il-Litwanja:

LT/11/08

55 000

13 113

11 802

Subtotal

55 000

13 113

11 802

Malta:

MT/11/05

125 165

73 165

65 848

MT/11/07

16 741

16 741

8 371

Subtotal

141 906

89 906

74 219

Il-Pajjiżi l-Baxxi:

NL/11/05

300 000

0

0

Subtotal

300 000

0

0

Il-Polonja:

PL/11/03

226 415

226 415

203 774

PL/11/04

8 964

8 000

4 000

Subtotal

235 379

234 415

207 774

Il-Portugall:

PT/11/25

125 000

125 000

112 500

PT/11/26

105 000

0

0

PT/11/27

98 000

98 000

88 200

PT/11/28

135 500

0

0

PT/11/29

385 000

385 000

346 500

PT/11/30

265 700

265 700

239 130

Subtotal

1 114 200

873 700

786 330

Ir-Rumanija:

RO/11/10

300 000

0

0

RO/11/12

24 000

0

0

Subtotal

324 000

0

0

Il-Finlandja:

FI/11/09

500 000

370 000

185 000

Subtotal

500 000

370 000

185 000

Ir-Renju Unit:

UK/11/67

1 153 270

0

0

Subtotal

1 153 270

0

0

Total

16 979 564

4 898 410

4 174 674


ANNESS II

TAGĦMIR GĦAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Greċja:

GR/11/03

400 000

0

0

Subtotal

400 000

0

0

Spanja:

ES/11/12

996 000

830 000

747 000

Subtotal

996 000

830 000

747 000

L-Italja:

IT/11/18

720 000

720 000

648 000

Subtotal

720 000

720 000

648 000

Total

2 116 000

1 550 000

1 395 000


ANNESS III

SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

L-Irlanda:

IE/11/22

250 000

250 000

225 000

Subtotal

250 000

250 000

225 000

Il-Latvja:

LV/11/02

140 944

140 944

126 850

Subtotal

140 944

140 944

126 850

Il-Portugall:

PT/11/21-03

50 000

50 000

45 000

Subtotal

50 000

50 000

45 000

Ir-Rumanija:

RO/11/03

85 000

85 000

76 500

Subtotal

85 000

85 000

76 500

Il-Finlandja:

FI/11/10

500 000

500 000

450 000

Subtotal

500 000

500 000

450 000

Ir-Renju Unit:

UK/11/69

172 990

172 990

155 691

Subtotal

172 990

172 990

155 691

Total

1 198 935

1 198 935

1 079 041


ANNESS IV

TAGĦMIR ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR ELETTRONIKU

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Ċipru:

CY/11/11

200 000

200 000

180 000

Subtotal

200 000

200 000

180 000

Spanja:

ES/11/13

1 022 000

876 000

788 400

Subtotal

1 022 000

876 000

788 400

Il-Litwanja:

LT/11/09

152 200

122 200

109 980

Subtotal

152 200

122 200

109 980

Malta:

MT/11/09

7 693

7 693

6 924

MT/11/10

5 567

5 567

5 010

Subtotal

13 260

13 260

11 934

Il-Polonja:

PL/11/05

100 630

100 630

90 567

PL/11/06

50 314

50 314

45 283

Subtotal

150 944

150 944

135 850

Il-Portugall:

PT/11/21-01

1 228 500

1 228 500

1 105 650

PT/11/21-02

243 000

243 000

218 700

Subtotal

1 471 500

1 471 500

1 324 350

Ir-Renju Unit:

UK/11/68

1 176 335

1 176 335

1 058 701

Subtotal

1 176 335

1 176 335

1 058 701

Total

4 186 239

4 010 239

3 609 215


ANNESS V

PROĠETTI PILOTA

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

L-Italja:

IT/11/20

750 000

0

0

Subtotal

750 000

0

0

Malta:

MT/11/06

88 320

88 320

44 160

MT/11/08

3 447

0

0

Subtotal

91 767

88 320

44 160

Ir-Renju Unit:

UK/11/66

359 820

0

0

Subtotal

359 820

0

0

Total

1 201 587

88 320

44 160


ANNESS VI

PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U SKAMBJU

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

L-Irlanda:

IE/11/20

25 000

0

0

Subtotal

25 000

0

0

Malta:

MT/11/11

12 731

0

0

MT/11/12

11 000

0

0

Subtotal

23 731

0

0

Il-Portugall:

PT/11/23

100 226

0

0

PT/11/24

15 995

0

0

Subtotal

116 221

0

0

Total

164 952

0

0


ANNESS VII

SKEMI PILOTA TA’ SPEZZJONI U OSSERVAZZJONI

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Ir-Rumanija:

RO/11/11

180 000

0

0

Subtotal

180 000

0

0

Total

180 000

0

0


ANNESS VIII

NEFQA GĦALL-ANALIŻI U L-VALUTAZZJONI

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Portugall:

PT/11/21-04

50 000

0

0

PT/11/21-05

42 000

0

0

Subtotal

92 000

0

0

Total

92 000

0

0


ANNESS IX

INIZJATTIVA GĦALL-GĦARFIEN DWAR IR-REGOLI TAL-PKS

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

L-Italja:

IT/11/16

110 000

0

0

IT/11/17

110 000

0

0

Subtotal

220 000

0

0

Total

220 000

0

0


ANNESS X

BASTIMENTI U INĠENJI TAL-AJRU TAL-GĦASSA

(f’EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

L-Irlanda:

IE/11/21

50 900 000

0

0

Subtotal

50 900 000

0

0

Il-Greċja:

GR/11/02

1 050 000

0

0

Subtotal

1 050 000

0

0

Spanja:

ES/11/10

785 600

0

0

ES/11/15

820 120

0

0

Subtotal

1 605 720

0

0

Total

53 555 720

0

0


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 94/2011

tat-30 ta' Settembru 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2011 tal-1 ta' Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/7/UE tas-7 ta' Jannar 2011 li temenda l-Anness XI għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I ta' mal-Ftehim. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tkun applikata għall-Islanda.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għall-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għall-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattazzjonijiet settorjali għall-Anness I. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandiex tkun applikata għall-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim:

“—

32011 D 0007: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/7/UE tas-7 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 5, 8.1.2011, p. 27).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/7/UE fl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 16.

(2)  ĠU L 5, 8.1.2011, p. 27.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 95/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/617/UE tal-14 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/653/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/654/UE tas-27 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE fir-rigward tal-lista ta’ ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija soġġetti għal ċerti miżuri tranżitorji (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/9/UE tal-10 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/89/UE dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lil stabbilimenti fir-Rumanija (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) fil-Parti 1.2:

“—

32010 D 0617: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/617/UE tal-14 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 271, 15.10.2010, p. 8).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fl-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE) taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” mal-punti 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 17 (Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“, kif emendat permezz ta’:

32010 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/654/UE tas-27 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 34).”

3.

Dan li ġej għandu jiżdied fit-tieni inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE) taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” mal-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0009: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/9/UE tal-10 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 30).”

4.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mat-tieni inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE) taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” mal-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“—

32010 D 0653: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/653/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 28).”

Artikolu 2

Punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” dan li ġej għandu jiżdied mal-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/654/UE tas-27 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 34).”

2.

Taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” dan li ġej għandu jiżdied mat-tieni inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0009: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/9/UE tal-10 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 30).”

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/617/UE, 2010/653/UE, 2010/654/UE u 2011/9/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6 10 2011, p. 16.

(2)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 26.

(3)  ĠU L 271, 15.10.2010, p. 8.

(4)  ĠU L 283, 29.10.2010, p. 28.

(5)  ĠU L 283, 29.10.2010, p. 34.

(6)  ĠU L 6, 11.1.2011, p. 30.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 96/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/10/UE tat-8 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-bifentrin ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/11/UE tat-8 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I u IA għaliha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/12/UE tat-8 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-fenossikarb ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/13/UE tat-8 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċtu nonanoiku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim:

“—

32011 L 0010: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/10/KE tat-8 ta’ Frar 2011 (ĠU L 34, 9.2.2011, p. 41),

32011 L 0011: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/11/UE tat-8 ta’ Frar 2011 (ĠU L 34, 9.2.2011, p. 45),

32011 L 0012: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/12/UE tat-8 ta’ Frar 2011 (ĠU L 34, 9.2.2011, p. 49),

32011 L 0013: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/13/UE tat-8 ta’ Frar 2011 (ĠU L 34, 9.2.2011, p. 52).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2011/10/UE, 2011/11/UE, 2011/12/UE u 2011/13/UE, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 31.

(2)  ĠU L 34, 9.2.2011, p. 41.

(3)  ĠU L 34, 9.2.2011, p. 45.

(4)  ĠU L 34, 9.2.2011, p. 49.

(5)  ĠU L 34, 9.2.2011, p. 52.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 97/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness X tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/425/UE tat-28 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/767/KE rigward l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ fiduċja ta’ fornituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati mill-Istati Membri (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1b (id-Deciżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE) fl-Anness X għall-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32010 D 0425: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/425/UE tat-28 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 199, 31.7.2010, p. 30).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/425/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 332, 16.12.2010, p. 52.

(2)  ĠU L 199, 31.7.2010, p. 30.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 98/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2009/343/KE tal-21 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cw (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE) ta’

“, kif emendat permezz ta’:

32009 D 0343: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE tal-21 ta’ April 2009 (ĠU L 105, 25.4.2009, p. 9).”

2.

Dan l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cz (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE):

“—

32009 D 0381: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/343/KE u 2009/381/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jkunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 50.

(2)  ĠU L 105, 25.4.2009, p. 9.

(3)  ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 99/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/884/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/116/KE rigward l-introduzzjoni ta’ numri riżervati addizzjonali li jibdew bil-116 (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5cx (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/116/KE) fl-Anness XI mal-Ftehim:

“—

32009 D 0884: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/884/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 317, 3.12.2009, p. 46).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/884/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 50.

(2)  ĠU L 317, 3.12.2009, p. 46.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 100/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/KE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 5czf (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE) tal-Anness XI mal-Ftehim:

“5czg.

32010 D 0166: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/KE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 72, 20.3.2010, p. 38).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/166/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 50.

(2)  ĠU L 72, 20.3.2010, p. 38.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 101/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/146/UE tal-5 ta’ Marzu 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni pprovduta mill-Att tal-Gżejjer Faroe dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 5ek (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/393/KE) tal-Anness XI mal-Ftehim:

“5el.

32010 D 0146: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/146/UE tal-5 ta’ Marzu 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni pprovduta mill-Att tal-Gżejjer Faroe dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali (ĠU L 58, 9.3.2010, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/146/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 50.

(2)  ĠU L 58, 9.3.2010, p. 17.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 102/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 17j (id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII mal-Ftehim:

“17k.

32010 L 0040: Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2010/40/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta’ konformità, adattezza għall-użu, u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37dc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/965/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“37dd.

32010 D 0713: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta’ konformità, adattezza għall-użu, u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/713/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fil-Ftehim, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 104/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (2).

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tħassar id-Deċiżjoni 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar mill-Ftehim.

(5)

Sabiex il-Ftehim ikun jista’ jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim għandu jiġi estiż biex jinkludi l-Kumitat dwar in-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 5 (id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

32010 D 0661: Id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għar-raġunijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 8(1), il-kliem ‘u billi jiġu applikati d-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE’ m’għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.

(b)

Fl-Artikolu 13(5)(b), il-kliem ‘Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim’.

(c)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 21:

‘3.   L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-kumitat stabbilit skont il-paragrafu 1, minbarra għad-dritt tal-vot.’

(d)

L-Artikolu 25(1) m’għandux japplika fl-Istati EFTA.”

Artikolu 2

It-test tal-punt 4 (il-Kumitat tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) fil-Protokoll 37 ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kumitat tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)”.

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġi ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 33.

(3)  ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 105/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 jħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim, iżda għandu jibqa’ japplika għall-Istati tal-EFTA u konsegwentament jitħassar skont il-Ftehim b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt 8 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 8a.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt ġdid 8a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95):

“8.

32009 R 0471: Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Istati tal-EFTA għandhom jaddottaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Jannar 2012.

(b)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-referenzi kollha għal sistema ċentralizzata tal-ikklerjar u d-dispożizzjonijiet relatati ma għandhomx ikunu relevanti.

(c)

Għal-Liechtenstein, it-test tal-Artikolu 2(a) għandu jinqara kif ġej:

‘ “merkanzija” tfisser kull proprjetà mobbli, għajr l-elettriku;’

(d)

It-test tal-Artikolu 2(b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

‘It-territorju statistiku taż-ŻEE għandu, fil-prinċipju, jinkludi t-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiddefinixxu t-territorji statistiċi tagħhom kif xieraq.

Għan-Norveġja, l-Arċipelagu Svalbard u l-Gżira Jan Mayen għandhom ikunu inklużi fit-territorju statistiku.

Il-Liechtenstein għandu jkun eżentat mill-ġbir ta’ dejta fuq kummerċ bejn l-Isvizzera u l-Liechtenstein. Il-Liechtenstein għandu jiġbor biss dik id-dejta dwar importazzjonijiet u esportazzjonijiet diretti għajr imħażen u mħażen ta’ bejgħ mingħajr dazju.

Għall-Islanda, it-territorju statistiku għandu jinkludi t-territorju doganali.’

(e)

Il-Liechtenstein huwa eżenti milli jiġbor id-dejta msemmija fl-Artikolu 5(1)(e).

(f)

Il-punti (f) u (k) tal-Artikolu 5(1) m’għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.

(g)

Il-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(h) għandha ssir mill-inqas sal-ewwel sitt ċifri.

(h)

L-Artikolu 5(1)(l) m’għandux japplika għal-Liechtenstein.

(i)

L-Artikolu 5(1)(m)(ii) m’għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(j)

L-Artikolu 5(1)(m)(iii) m’għandux japplika għal-Liechtenstein.

(k)

L-Artikolu 6 m’għandux japplika għal dik id-dejta statistika li l-Istati tal-EFTA huma eżentati milli jiġbruha skont l-Artikolu 5.

(l)

l-Artikolu 7 m’għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(m)

l-Artikolu 9(2) m’għandux japplika għal-Liechtenstein.

(n)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, ir-riżultati statistiċi koperti mill-Artikolu 10 li jagħmluha possibbli illi jiġu identifikati b’mod indirett esportaturi u importaturi, ma għandhomx jiġu ddisseminati, anke jekk ma ssirx talba mill-importatur jew mill-esportatur dwar dan, u għandha tiġi ddisseminata biss informazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata ta’ livell ta’ żewġ ċifri.”

3.

It-test tal-punt il-ġdid 8a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 li għandhom jiġu ppubblikati fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 61.

(2)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.

(3)  ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 106/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 92/2010 tat-2 ta’ Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward ta’ skambju ta’ dejta bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali, il-kompilazzjoni tal-istatistika, u l-valutazzjoni tal-kwalità (2), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-kopertura kummerċjali, id-definizzjoni tad-dejta, il-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u skont il-munita tal-fatturat, u oġġetti speċifiċi jew movimenti (3), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 113/2010 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 (4), li hu inkorporat fil-Ftehim, iżda li għandu jkompli japplika għall-Istati tal-EFTA sakemm il-miżuri sabiex jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 471/2009 jitpoġġew fis-seħħ u wara jiġi mħassar skont il-Ftehim b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI :

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 8a (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95):

“8aa.

32010 R 0092: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 92/2010 tat-2 ta’ Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward ta’ skambju ta’ dejta bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali, il-kompilazzjoni tal-istatistika u l-valutazzjoni tal-kwalità (ĠU L 31, 3.2.2010, p. 4).

8ab.

32010 R 0113: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-kopertura kummerċjali, id-definizzjoni tad-dejta, il-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u skont il-munita tal-fatturat, u oġġetti speċifiċi jew movimenti (ĠU L 37, 10.2.2010, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 4(2):

‘Għall-Istati tal-EFTA ‘il-valur doganali’ għandu jiġi definit fi ħdan ir-regoli nazzjonali rispettivi.’

(b)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 7(2):

‘Għall-Istati tal-EFTA ‘pajjiż ta’ oriġini’ għandu jittieħed li jfisser il-pajjiż li fih oriġinaw l-oġġetti skont it-tifsira tar-regoli nazzjonali ta’ oriġini rispettivi.’

(ċ)

Ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 2454/93 fl-Artikolu 15(4) ma tapplikax.”

2.

It-test tal-punt 16a (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 92/2010 u (UE) Nru 113/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (5), skont liema minn dawn tkun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 61.

(2)  ĠU L 31, 3.2.2010, p. 4.

(3)  ĠU L 37, 10.2.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 229, 9.9.2000, p. 14.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(5)  Ara paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 107/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 263/2011 tas-17 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tat-tnedija ta’ ġabra kompluta ta’ dejta għall-modulu tal-ESSPROS dwar il-benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara punt 18uc (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2011) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“18ud.

32011 R 0263: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 263/2011 tas-17 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tat-tnedija ta’ ġabra kompluta ta’ dejta għall-modulu tal-ESSPROS dwar il-benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali (ĠU L 71, 18.3.2011, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 263/2011 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 61.

(2)  ĠU L 71, 18.3.2011, p. 4.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 108/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2010 tat-8 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18yb (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“18yc.

32010 R 1151: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2010 tat-8 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta (ĠU L 324, 9.12.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1151/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 61.

(2)  ĠU L 324, 9.12.2010, p. 1.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 109/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2011 tal-1 ta' Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/142/UE tat-3 ta' Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 97/80/KE li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar surveys għall-ġbir ta' statistika għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 22 (Direttiva tal-Kummissjoni 97/80/KE) tal-Anness XXI għall-Ftehim:

“—

32011 D 0142: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/142/UE tat-3 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 66).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/142/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-1 ta' Ottubru 2011, dejjem jekk in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 61.

(2)  ĠU L 59, 4.3.2011, p. 66.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 110/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Кummissjoni (KE) Nru 1200/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-farms u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-koeffiċjenti ta’ unitajiet tal-bhejjem u d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1200/2009 jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE (3), li tinsab inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt dan il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test ta’ punt 23a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE) fl-Anness XXI tal-Ftehim għandu jinbidel b’li ġej:

32009 R 1200: Ir-Regolament tal-Кummissjoni (KE) Nru 1200/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-farms u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-koeffiċjenti ta’ unitajiet tal-bhejjem u d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi (ĠU L 329, 15.12.2009, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1200/2009 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, dejjem jekk in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 61.

(2)  ĠU L 329, 15.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 38, 12.2.2000, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/51


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 397/09/COL

tal-14 ta’ Ottubru 2009

li temenda, għat-tnejn u sebgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostanttivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u partikolarment l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

BILLI taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

BILLI taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdu hekk espressament jew jekk l-Awtorità tqis li hu meħtieġ,

FILWAQT LI TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (4),

BILLI, fl-10 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem il-Kummissjoni tal-KE) addottat Komunikazzjoni li tipprovdi gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti (5),

BILLI din il-Komunikazzjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tkun żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

BILLI, skont punt II taħt it-titolu “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jikkorrispondu ma’ dawk li kienu adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,

WARA LI KKONSULTAT mal-Kummissjoni Ewropea,

WARA LI KKONSULTAT mal-Istati tal-EFTA permezz ta’ ittra datata 31 ta’ Awwissu 2009 (Avvenimenti Nru 526393, 526395 u 526367),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji Gwida Dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jiġi introdott kapitolu ġdid dwar il-gwida dwar għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti. Il-Kapitolu l-ġdid jinsab f’Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Il-Linji Gwida għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ĠU) L 231 tat-3 ta’ Settembru 1994 p. 1 u s-Supplimenti ŻEE Nru 32 tat-3 ta’ Settembru 1994 p. 1. Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(5)  ĠU C 132, 11.6.2009, p. 6.


ANNESS

GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA LILL-KUMPANIJI TAL-ĠESTJONI TAL-BASTIMENTI

1.   Ambitu tal-applikazzjoni

Dan il-Kapitolu jittratta dwar l-eliġibbiltà tal-maniġers tal-ekwipaġġ u dawk tekniċi ta’ bastimenti fir-rigward tat-tnaqqis tat-taxxa tal-kumpaniji jew inkella l-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ skont it-Taqsima 3.1 tal-Kapitolu dwar l-Għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Linji Gwida Marittimi”). Ma tittrattax dwar għajnuna mill-Istat għal maniġers kummerċjali ta’ bastimenti. Dan il-Kapitolu japplika għall-ġestjoni tal-ekwipaġġ u għall-ġestjoni teknika irrispettivament minn jekk jingħatawx individwalment jew flimkien lill-istess bastiment.

2.   Introduzzjoni

2.1.   Kuntest Ġenerali

Il-Linji Gwida Marittimi jipprovdu għall-possibbiltà li l-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti jikkwalifikaw għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ jew arranġamenti fiskali oħra għal kumpaniji tat-tbaħħir (Taqsima 3.1). Madanakollu, l-eliġibbiltà hija ristretta għall-forniment konġunt kemm ta’ ġestjoni teknika kif ukoll ta’ ġestjoni tal-ekwipaġġ għall-istess bastiment (“ġestjoni sħiħa”), filwaqt li dawn l-attivitajiet mhumiex eliġibbli għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ jew għal arranġamenti fiskali oħra meta jingħataw fuq livell individwali.

Il-Linji Gwida Marittimi jistipulaw li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) se teżamina l-effetti tal-Linji Gwida fuq il-ġestjoni tal-bastimenti wara tliet snin (2). Dan il-Kapitolu jippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni l-ġdida kif ukoll konklużjonijiet dwar l-eliġibbiltà tal-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti għall-għajnuna mill-Istat.

2.2.   Il-ġestjoni tal-bastimenti

Il-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti huma entitajiet li jipprovdu servizzi differenti lis-sidien tal-bastimenti, bħalma huma l-istħarriġ tekniku, r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-ekwipaġġ, il-ġestjoni tal-ekwipaġġ u l-operat tal-bastiment. Hemm tliet kategoriji prinċipali ta’ servizzi tal-ġestjoni tal-bastimenti: il-ġestjoni tal-ekwipaġġ, il-ġestjoni teknika u l-ġestjoni kummerċjali.

Il-ġestjoni tal-ekwipaġġ tikkonsisti, b’mod partikolari, fit-trattament tal-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ekwipaġġ, bħall-għażla u r-reklutaġġ ta’ baħħara kkwalifikati kif xieraq, il-ħruġ tas-salarji, l-iżgurar tal-adegwatezza tal-għadd ta’ ħaddiema fuq il-bastimenti, il-kontroll taċ-ċertifikati tal-baħħara, il-forniment ta’ poloz tal-assigurazzjoni li jkopru l-baħħara kontra l-inċidenti u d-diżabilità, il-forniment tal-arranġamenti għall-ivvjaġġar u għall-viżi, it-trattament ta’ talbiet mediċi, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-baħħara u f’ċerti każijiet, it-taħriġ tagħhom. Il-ġestjoni tal-ekwipaġġ tirrappreżenta bil-qabda l-akbar parti tal-industrija tal-ġestjoni tal-bastimenti madwar id-dinja kollha.

Il-ġestjoni teknika tikkonsisti fl-iżgurar li l-bastiment ikun tajjeb għall-baħar u l-konformità sħiħa mar-rekwiżiti tekniċi kif ukoll ta’ sikurezza u sigurtà. B’mod partikolari il-maniġer tekniku huwa responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ bastiment. Il-ġestjoni teknika tirrappreżenta parti sinifikanti mill-industrija tal-ġestjoni tal-bastimenti għalkemm parti ħafna iżgħar mill-ġestjoni tal-ekwipaġġ.

Il-ġestjoni kummerċjali tikkonsisti fil-promozzjoni u l-iżgurar fil-bejgħ tal-kapaċità tal-bastimenti, permezz tan-noleġġ tal-bastimenti, teħid ta’ riżervazzjonijiet għat-tagħbija jew passiġġieri, l-iffaċilitar tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ħatra ta’ aġenti. Il-ġestjoni kummerċjali tirrappreżenta parti żgħira ħafna mill-industrija tal-ġestjoni tal-bastimenti. Sal-lum l-Awtorità ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-informazzjoni kollha dwar il-ġestjoni kummerċjali. Il-ġestjoni kummerċjali għalhekk mhix qed tiġi indirizzata f’dan il-Kapitolu.

Bħal kwalunkwe attività marittima, il-ġestjoni tal-bastimenti hija min-natura tagħha stess negozju globali. Fin-nuqqas ta’ liġi internazzjonali li tirregola l-ġestjoni tal-bastimenti minn partijiet terzi, l-istandards f’dan il-qasam ġew konklużi fi ħdan il-qafas ta’ ftehimiet tal-liġi privata (3).

Fiż-ŻEE, il-ġestjoni tal-bastimenti fil-biċċa l-kbira tagħha ssir f’Ċipru. Madanakollu, jeżistu kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti fir-Renju Unit, il-Ġermanja, id-Danimarka, il-Belġju u l-Pajjiżi l-Baxxi. Barra miż-ŻEE, il-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti huma stabbiliti l-aktar f’Hong Kong, Singapore, l-Indja, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Istati Uniti tal-Amerika.

2.3.   Ħarsa lejn il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti

Mill-addozzjoni tal-Linji Gwida Marittimi f’Marzu 2004, daħlu għadd ta’ pajjiżi marittimi fiż-ŻEE, fosthom Ċipru, li għandha l-akbar industrija tal-ġestjoni tal-bastimenti fid-dinja.

L-adeżjoni ta’ Ċipru u l-ħidma preliminari tiegħu biex jikkonforma mal-Linji Gwida Marittimi, kif ukoll studju li sar minn konsorzju għall-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat taż-ŻEE (4), ikkontribwixxew għal għarfien aktar sħiħ dwar din l-attività u l-evoluzzjoni tagħha. Żdied aktar għarfien partikolarment fir-rigward tar-rabta bejn il-ġestjoni teknika u tal-ekwipaġġ fuq naħa, u fuq in-naħa l-oħra t-tbaħħir, kif ukoll dwar il-possibbiltà li l-maniġers tekniċi u/jew tal-ekwipaġġ jistgħu jgħinu fil-ksib tal-għanijiet tal-Linji Gwida Marittimi.

3.   Valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti

B’differenza mis-servizzi relatati mal-baħar, il-ġestjoni tal-bastimenti hija attività ta’ qofol standard għat-trasportaturi marittimi, li normalment tingħata minnhom stess. Il-ġestjoni tal-bastimenti hija waħda fost l-attivitajiet l-aktar karatteristiċi tal-operaturi tal-bastimenti. Illum, madankollu, f’ċerti każijiet din tinħareġ b’kuntratt lil kumpaniji ta’ partijiet terzi għall-ġestjoni tal-bastimenti. Huwa minħabba r-rabta bejn il-ġestjoni tal-bastimenti u t-tbaħħir li l-kumpaniji ta’ partijiet terzi għall-ġestjoni tal-bastimenti jkunu operaturi professjonali bl-istess bażi ta’ esperjenza bħas-sidien tal-bastimenti, għalkemm imqassma skont l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom, u li joperaw fl-istess ambjent kummerċjali. Is-sidien tal-bastimenti huma l-uniċi klijenti tal-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti.

Fuq dan l-isfond il-Kummissjoni tqis li l-għoti tal-ġestjoni tal-bastimenti f’idejn partijiet terzi ma għandux jiġi ppenalizzat fiskalment fir-rigward tal-ġestjoni tal-bastimenti fi ħdan il-kumpanija stess, sakemm il-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti ma jilħqux l-istess rekwiżiti li huma applikabbli għas-sidien tal-bastimenti u sakemm il-forniment tal-għajnuna lil dawk ta’ qabel ma jikkontribwixxix għall-ksib tal-għanijiet tal-Linji Gwida bl-istess mod bħall-forniment tal-għajnuna lis-sidien tal-bastimenti.

Partikolarment l-Kummissjoni tqis li, proprju minħabba l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom u minħabba n-natura tal-kummerċ prinċipali tagħhom, il-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti jistgħu jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-ksib tal-għanijiet tal-Linji Gwida, Partikolarment l-ksib ta’ “trasport marittimu effiċjenti, sikur u li jiffavorixxi l-ambjent” u l-“konsolidazzjoni tar-raggruppament marittimu stabbilit mill-Istati Membri” (5).

4.   Estensjoni tal-Eliġibbiltà għall-Għajnuna mill-Istat lill-Kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti

Fuq il-bażi ta’ dak li ġie spjegat fit-Taqsima 3 hawn fuq, l-Awtorità tawtorizza taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, rifużjoni fiskali għall-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti, kif imsemmi fit-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi, fir-rigward ta’ ekwipaġġ konġunt jew separat u tal-ġestjoni teknika tal-bastimenti, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’Taqsimiet 5 u 6 ta’ dan il-Kaptitolu jiġu sodisfatti.

5.   Kundizzjonijiet ta’ Eliġibbiltà Applikabbli kemm għall-Maniġers Tekniċi kif ukoll għall-Maniġers tal-Ekwipaġġ

Sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna l-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti għandu jkollhom ness ċar maż-ŻEE u l-ekonomija tagħha, f’konformità mat-Taqsima 3.1. tal-Linji Gwida Marittimi. Barra dan, għandhom jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Linji Gwida Marittimi, bħal dawk stabbiliti fit-Taqsima 2.2 tal-imsemmija Linji Gwida. Maniġers tekniċi u tal-ekwipaġġ huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, sakemm il-bastimenti li jiġġestixxu jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 5.1 sa 5.4 ta’ dan il-Kapitolu. L-attivitajiet eliġibbli għandhom isiru kompletament fit-territorju taż-ŻEE.

5.1.   Kontribut għall-ekonomija u x-xogħol fi ħdan iż-ŻEE

In-ness ekonomiku maż-ŻEE tiġi ppruvata mill-fatt li l-ġestjoni tal-bastiment issir fit-territorju ta’ wieħed jew aktar mill-Istati taż-ŻEE u li prinċipalment ċittadini taż-ŻEE ikunu impjegati fl-attivitajiet ibbażati fuq l-art jew fuq il-bastimenti.

5.2.   In-ness ekonomiku bejn il-bastimenti ġestiti u ż-ŻEE

Il-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ bastimenti li jkunu kompletament ġestiti mit-territorju taż-ŻEE, irrispettivament ta’ jekk il-ġestjoni tiġix provduta internament jew jekk tkunx parzjalment jew totalment iddelegata lil waħda jew iktar kumpaniji ta’ ġestjoni tal-bastimenti.

Madanakollu, peress li l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-bastimenti m’għandhomx il-kontroll sħiħ tal-klijenti tagħhom, ir-rekwiżit preċitat huwa meqjus sodisfatt jekk minn tal-inqas żewġ terzi tat-tunellaġġ tal-bastimenti ġestiti jkun ġestit mit-territorju taż-ŻEE. It-tunellaġġ żejjed ta’ dak il-perċentwali li ma jkunx kompletament ġestit miż-ŻEE ma jkunx eliġibbli (6).

5.3.   Il-konformità mal-istandards internazzjonali u Komunitarji

Il-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti jkunu eliġibbli jekk il-bastimenti kollha u l-ekwipaġġi li jiġġestixxu jikkonformaw mal-istandards internazzjonali u r-rekwiżiti tad-dritt Komunitarju jkunu sodisfatti, b’mod partikolari dwak li jirrigwardaw is-sikurezza, is-sigurtà, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, il-prestazzjoni marittima u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord.

5.4.   Ir-rekwiżit dwar is-sehem ta’ reġistrazzjoni tal-Istati (rabta tal-bandiera)

Ir-rekwiżit dwar is-sehem ta’ reġistrazzjoni tal-Istati, kif stabbilit fit-tmien paragrafu taq-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi japplika għall-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti. Is-sehem ta’ reġistrazzjoni tal-Istat taż-ŻEE li għandha titqies bħala punt ta’ riferiment huwa dak tal-jum li fih dan il-Kapitolu ġie adottat. Għall-kumpaniji ġodda l-punt ta’ riferiment għandu jiġi kalkulat sena wara d-data li fiha bdew l-attività.

6.   Rekwiżiti addizzjonali għal maniġers tal-ekwipaġġ

6.1.   It-taħriġ tal-baħħara

Maniġers tal-ekwipaġġ li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat sakemm il-baħħara kollha li jaħdmu abbord il-bastimenti ġestiti huma edukati, mħarrġa u għandhom ċertifikat ta’ kompetenza f’konformità mal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar l-Istandrds ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Żamma tal-Ħin tal-Baħħara, 1978, kif emendata (STCW), u li temmew b’suċċess it-taħriġ għas-sigurtà personali abbord bastiment. Barra dan, il-maniġers tal-ekwipaġġ ikunu eliġibbli jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iSTWC u tad-dritt Komunitarju fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-kumpaniji.

6.2.   Il-kundizzjonijiet soċjali

Sabiex ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, il-maniġers tal-ekwipaġġ għandhom jiżguraw li fuq il-bastimenti ġestiti kollha d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, 2006, tal-Konvenzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“MLC”) (7), jiġu implimentati bis-sħiħ min dak li jimpjega lill-baħħar, kemm jekk huwa s-sid tal-bastiment u kemm jekk huma kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti. Il-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, li d-dispożizzjonijiet tal-MLC li jirrigwardaw il-ftehim tal-impjieg tal-baħħar (8), minħabba t-telf jew l-għarqa tal-bastiment (9) kura medika (10), responsabbiltà tas-sid tal-bastiment inkluż il-ħlas tal-pagi f’każ ta’ inċident jew mard (11), u ripatrijazzjoni (12) jiġu applikati kif jixraq.

Il-maniġers tal-ekwipaġġ għandhom ukoll jiżguraw li l-istandards internazzjonali li jirrigwardaw is-sigħat tax-xogħol u s-sigħat ta’ mistrieħ stabbiliti mil-MLC jiġu kompletament segwiti.

Fl-aħħar, sabiex ikunu eliġibbli, il-maniġers tal-ekwipaġġ għandhom jipprovdu wkoll sigurtà finanzjarja biex jiżguraw kumpens f’każ ta’ mewt jew diżabbiltà fit-tul ta’ baħħara minħabba korriment fuq il-post tax-xogħol, mard jew periklu.

7.   Kalkoli tat-Taxxa

Ukoll f’każ ta’ kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti l-Awtorità għandha tapplika l-prinċipju stabilit fil-Linji Gwida Marittimi, li skonthom, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni, se tawtorizza biss skemi li jagħtu lok ta’ piż tat-taxxa omoġenju madwar l-istati tal-ŻEE għall-istess attività jew l-istess tunellaġġ. Dan ifisser li l-eżenzjoni totali jew skemi ekwivalenti ma jkunux awtorizzati (13).

It-taxxa li għandha tintuża għal kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti tista’ ovvjament ma tkunx l-istess bħal dik applikata għas-sidien tal-bastimenti peress, fir-rigward ta’ bastiment speċifiku, l-introjtu tal-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti huwa ħafna inqas minn dak tas-sid tal-bastiment. Skont l-istudju msemmi fit-Taqsima 2.3, kif ukoll in-notifiki li waslu fl-imgħoddi, il-bażi tat-taxxa li għandha tiġi applikata għall-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti għandha tkun aprossimattivament ta’ 25 % (f’termini ta’ tunellaġġ jew profitti teoretiċi) ta’ dak li japplika għal sid ta’ bastiment għall-istess bastiment jew tunellaġġ. L-Awtorità għalhekk, titlob li perċentwali ta’ mhux inqas minn 25 % tiġi applikata taħt l-iskemi tat-taxxa tat-tunellaġġ għall-ġestjoni tal-bastimenti (14).

Jekk kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti jagħmlu attivitajiet li mhux eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat taħt il-Kapitolu preżenti, għandhom iżommu kontabilità separata għal dawk l-attivitajiet.

F’każ li kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti jissubappaltaw parti mill-attività lil partijiet terzi, dawn tal-aħħar ma jkunux eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat.

8.   Applikazzjoni u reviżjoni

L-Awtorità għandha tapplika l-gwida provduta f’dan il-Kapitolu mid-data tal-adozzjoni.

Għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti għandhom jiġu inklużi fir-reviżjoni ġenerali tal-Linji Gwida Marittimi bħalma hu previst fit-Taqsima 13 ta’ dawn tal-aħħar.


(1)  Disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Awtorità ta’ Sorveljenza tal-EFTA fuq http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(2)  Ara n-nota tal-qiegħ tal-paġna dwar il-Linji Gwida Marittimi.

(3)  Eżempju partikolari huwa l-“BIMCO’s Standard Ship Management Agreement SHIPMAN 98” li ta’ sikwit jintuża fir-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti u s-sidien tal-bastimenti.

(4)  Study on Ship Management in Cyprus and in the European Union tal-31 ta’ Mejju 2008, li twettaq mill-gvern Ċiprijott b’konsorzju taħt id-direzzjoni tal-Vienna University of Economics and Business Administration.

(5)  Taqsima 2.2 tal-Linji Gwida Marittimi:

(6)  Filwaqt li l-fatt li ma jkunx jikkonforma mar-regola taż-2/3 ma jaffettwax l-eleġibbiltà tal-kumpanija tal-ġestjoni tal-bastimenti bħala tali.

(7)  Ta’ min wieħed ifakkar li s-sħab soċjali Ewropej adottaw ftehim li jadotta l-parti relevanti tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 li ddaħħlet fil-liġi Komunitarja bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet Ewropej tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006 u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30). Id-Direttiva 2009/13/KE qiegħda fil-proċess li tiġi inkorporata fit-Trattat taż-ŻEE.

(8)  Regolament 2.1 u Standard A2.1 (Ftehim ta’ impjieg ta’ baħħar) tal-Intestatura 2 tal-MLC.

(9)  Ibid. Regolament 2.6 u Standard A2.6 (Ftehim ta’ impjieg ta’ baħħar) tal-Intestatura 2 tal-MLC.

(10)  Regolament 4.1 u Standard A4.1 (Kura medika abbord bastiment u responsabbiltà tas-sidien tal-bastiment fuq l-art); Regolament 4.3 u A4.3 (Saħħa u sigurtà u prevenzjoni tal-inċidenti); Regolament 4.3 u A4.3 (Aċċess għal faċilitajiet tal-welfer ibbażati fuq l-art) tal-Intestatura 4.

(11)  Ibid. Regolament 4.2 u Standard A4.2 (Responsabbiltà tas-Sid tal-bastiment) tal-Intestatura 4.

(12)  Ibid. Regolament 2.5 u Standard A2.5 (Ripatrijazzjoni) tal-Intestatura 2.

(13)  L-Awtorità tieħu din l-opportunità fi ħdan il-kapitolu preżenti tal-Linji Gwida tagħha sabiex tenfasizza li l-mekkaniżmu użat biex jikkalkula t-taxxa li għandha titħallas kemm mill-kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti u kif ukoll mis-sidien hija bħala tali irrilevanti; B’mod partikolari, huwa irrilevanti jekk tiġi jew ma tiġix applikata sistema bbażata fuq profitt teoretiku.

(14)  Is-sid tal-bastiment, jekk ikun eliġibbli, jibqa’ responsabbli għat-taxxa tat-tunellaġġ kollha.