|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.314.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/1 |
Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros
Fis-16 ta’ Mejju 2011, l-Unjoni Ewropea nnotifikat lill-Unjoni tal-Komoros li l-Kunsill kien lesta, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ hawn fuq, iffirmat fi Brussell fil-31 ta’ Diċembru 2010.
Hekk ukoll, fl-4 ta’ Novembru 2011 l-Unjoni tal-Komoros innotifikat lill-Unjoni Ewropea li kienet lestiet il-proċeduri ta’ konklużjoni tagħha.
Għaldaqstant il-Protokoll daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2011 skont l-Artikolu 14 tiegħu.
REGOLAMENTI
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1222/2011
tat-28 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward ta’ arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikat tal-qbid għall-prodotti tas-sajd tal-baħar
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1) tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u b’mod partikolari l-Artikoli 12(4), 14(3), 20(4) u 52 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikati tal-qbid għall-prodotti tas-sajd tal-baħar huma elenkati fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (2). |
|
(2) |
Żewġ arranġamenti amministrattivi ġodda dwar iċ-ċertifikati tal-qbid, ibbażati fuq sistemi elettroniċi tat-traċċabilità, ġew maqbula man-Norveġja u l-Afrika t’Isfel fl-4 ta’ Mejju 2011 u fil-21 ta’ Settembru 2010 rispettivament. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
Fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009, it-Taqsima 1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“ Taqsima 1
IN-NORVEĠJA
SKEMA TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QBID
Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qbid ipprovdut fl-Artikolu 12 u l-Anness II għal dak ir-Regolament għandu jiġi sostitwit – għall-prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet li jsiru minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera Norveġiża – miċ-ċertifikat tal-qbid Norveġiż abbażi tas-Sistema Norveġiża tat-teħid tal-piż u tar-reġistrazzjoni tal-qbid, li hija sistema elettronika tat-traċċabilità taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Norveġiżi, li tiżgura l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet kif meħtieġ mill-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.
Il-kampjuni taċ-ċertifikati tal-qbid Norveġiżi li għandhom jissostitwixxu ċ-Ċertifikat tal-Qbid u ċ-Ċertifikat tar-Riesportazzjoni tal-Unjoni Ewropea u li jidhru fl-Appendiċi I.
Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistgħu jiġu kkomunikati b’mezzi elettroniċi.
In-Norveġja għandha tesiġi ċertifikat tal-qbid għall-ħatt l-art u l-importazzjonijiet lejn in-Norveġja ta’ qabdiet li jsiru minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
ASSISTENZA REĊIPROKA
Għandha tiġi żviluppata assistenza reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u l-assistenza bejn l-awtoritajiet rispettivi fin-Norveġja u fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, abbażi tar-regoli dettaljati dwar l-assistenza reċiproka stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009
”ANNESS II
Fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009, tiddaħħal it-Taqsima 7 li ġejja:
“ Taqsima 7
L-AFRIKA T’ISFEL
SKEMA TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QBID
Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qbid ipprovdut fl-Artikolu 12 u l-Anness II għal dak ir-Regolament għandu jiġi sostitwit – għall-prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet li jsiru minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Afrika t’Isfel – minn ċertifikat tal-qbid tal-Afrika t’Isfel, li huwa sistema elettronika tat-traċċabilità taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-Afrika t’Isfel, li tiżgura l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet kif meħtieġ miċ-ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni Ewropea.
Il-kampjuni taċ-ċertifikati tal-qbid tal-Afrika t’Isfel li għandhom jissostitwixxu ċ-Ċertifikat tal-Qbid u ċ-Ċertifikat tar-Riesportazzjoni tal-Unjoni Ewropea u li jidhru fl-Appendiċi I.
Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistgħu jiġu kkomunikati b’mezzi elettroniċi.
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1223/2011
tat-28 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament Nru 1688/2005 fir-rigward tal-kampjunar ta' qatgħat ta' oriġini mill-bajd u l-eżami mikrobijoloġiku ta' kampjuni bħal dawn u kampjuni ta' ċertu laħam maħsub għall-Finlandja u l-Isvezja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Dak ir-Regolament jipprovdi garanziji speċjali għall-ikel ta' oriġini mill-annimali maħsuba għas-swieq Finlandiżi u Svediżi. Għalhekk, l-operaturi fin-negozju tal-ikel li jkunu bi ħsiebhom iqiegħdu bajd fis-suq f'dawk l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' ċerti regoli fir-rigward tas-Salmonella. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1688/2005 tal-14 ta’ Ottubru 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ garanziji speċjali li jikkonċernaw is-salmonella għall-konsenji lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta’ ċertu laħam u bajd (2), jistipula r-regoli ta’ kampjunar ta' qatgħat ta' oriġini mill-bajd, maħsuba għall-Finlandja u l-Isvezja. Jippreskrivi wkoll regoli dwar metodi mikrobijoloġiċi għall-eżami ta' dawk il-kampjuni kif ukoll kampjuni ta' ċertu laħam maħsuba għal dawk iż-żewġ Stati Membri minn annimali bovini u porċini u minn tjur. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (3) jistipula regoli li jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra. Dawk il-miżuri jinkludu rekwiżiti minimi tal-kampjuni fil-qatgħat kollha ta’ tiġieġ li jbidu fi ħdan il-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll għas-Salmonella. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 517/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament (UE) Nru 200/2010 (4) jistipula regoli li jikkonċernaw l-iskema ta’ ttestjar għall-verifika tal-progress fil-kisba tal-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' dawk is-serotipi fil-qatgħat tat-tiġieġ li jbidu. |
|
(5) |
Ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u (UE) Nru 517/2011 japplikaw għall-qatgħat kollha ta’ tiġieġ li jbidu fl-Unjoni. Għaldaqstant, fl-interess tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kampjuni, ir-regoli tal-kampjunar stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003, (KE) Nru 1688/2005 u r-Regolament (UE) Nru 517/2011 għandhom ikunu armonizzati. |
|
(6) |
Partikolarment, ir-regoli tal-kampjunar applikabbli għall-qatgħat stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1688/2005 għandha tiġi mibdula b'regoli korrispondenti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u (UE) Nru 517/2011. Minħabba li r-regoli preskritti f'dawk iż-żewġ Regolamenti huma aktar stretti, il-garanziji speċjali lejn il-Finlandja u l-Isvezja mhux se jiġu mhedda b'din l-emenda. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1688/2005 għandu għalhekk jitħassar. |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni adottat standard ġdid speċifiku għall-individwazzjoni tas-Salmonella spp. fir-rawt tal-annimali u fil-kampjuni ambjentali mill-istadju primarju ta’ produzzjoni, partikolarment l-istandard tal-EN/ISO 6579-2002/Amd1: 2007 Anness D: L-individwazzjoni tas-Salmonella spp. fil-rawt tal-annimali u fil-kampjuni ambjentali mill-istadju primarju ta’ produzzjoni. Dak l-istandard għandu jintuża għall-kampjuni meħuda f’qatgħat ta’ oriġini tal-bajd fl-Unjoni. Għalhekk, ir-regoli tal-kampjunar stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1688/2005 għandhom jiġu emendati sabiex jirreferu għal dak l-istandard. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1688/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1688/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikoli 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 4 Kampjunar ta' qatgħat ta’ oriġini mill-bajd Il-kampjunar tal-qatgħat tal-oriġini mill-bajd intenzjonat għall-Finlandja u għall-Isvezja u li hu soġġett għall-ittestjar mikrobijoloġiku kif previst fl-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu jitwettaq skont:
Artikolu 5 Metodi mikrobijoloġiċi għall-eżami tal-kampjuni 1. Testjar mikrobijoloġiku għas-Salmonella tal-kampjuni meħuda skont l-Artikoli 1 sa 4 għandu jsir skont il-metodi deskritti fid-dokumenti li ġejjin:
2. Meta r-riżultati tat-testijiet mikrobijoloġiċi msemmija fil-paragrafu 1(a) huma kkontestati bejn l-Istati Membri, l-edizzjoni l-iktar reċenti tal-EN/ISO 6579 għandha titqies bħala l-metodu ta’ referenza.” |
|
(2) |
L-Anness III jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) ĠU L 271, 15.10.2005, p. 17.
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1224/2011
tat-28 ta’ Novembru 2011
għall-finijiet tal-Artikoli 66 sa 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2289/83 tad-29 ta’ Lulju 1983 li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 70 sa 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabilixxi sistema Komunitarja ta’ arranġamenti mingħajr dazju (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Il-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jniżżel dispożizzjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 66 sa 73 tar-Regolament (KEE) Nru 1186/2009.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET ESEGWITI MINN ISTITUZZJONIJIET JEW ORGANIZZAZZJONIJIET
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 2
1. Id-dħul mingħajr dazji ta’ materjal imsemmi f’Artikoli 67 u 68 u tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 għandu jkollu l-obbligazzjonijiet li ġejjin min naħa tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni li lilhom jiġu kunsinjati l-oġġetti:
|
(a) |
li jibgħatu l-oġġetti msemmija direttament lill-post ta’ destinazzjoni dikjarat; |
|
(b) |
li jinżamm rendikont tagħhom fl-inventarju tagħha; |
|
(c) |
li jintużaw esklussivament għall-skopijiet speċifikati fl-Artikoli msemmijin; |
|
(d) |
li jiffaċilitaw kull verifika li l-awtoritajiet kompetenti jidhrilhom meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għal konċessjoni ta’ dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni huma sodisfatti, jew jibqgħu sodisfatti. |
2. Il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġu kkonsenjati, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jfornu lill-awtoritajiet kompetenti b’ dikjarazzjoni li tgħid li huwa konxju tal-obbligazzjonijiet varji elenkati fil-paragrafu 1 u tinkludi obbligazzjoni sabiex jikkonforma magħhom.
L-awtoritajiiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li d-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi prodotta għal kull importazzjoni, jew għal diversi importazzjonijiet jew għall-importazzjonijiet kollha esegwiti mill-istituzzjoni jew organiazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti.
Artikolu 3
1. Fejn it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009jiġu applikati, l-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jinsilef, jinkera jew jiġi trasferit oġġett għall-użu ta’ persuni b’diżabilità għandha, mid-data ta’ meta irċeviet l-oġġett, tikkonforma mal-istess obbligazzjonijiet bħal dwak stipulati fl-Artikolu 2.
2. Meta l-istabiliment jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti jkun jinsab fi Stat Membru minbarra dak li fih l-istabiliment li jsellef, jikri jew jitrasferixxi l-oġġetti jkun qiegħed, mat-tluq ta’ dak l-oġġett l-uffiċċju tad-dwana ta’ dak l-Istat Membru tad-dispaċċ għandu joħroġ kopja tal-kopja ta’ kontroll T 5 konformi mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli minn 912a sa 912g fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) sabiex jassigura li dak l-oġġett jintuża billi jintitolah li jkompli jikkwalifika għal dħul mingħajr ħlas tad-drittijiet ta’ importazzjoni.
Għal dan il-għan, il-kopja ta’ kontroll T 5 għandha tinkludi, fil-kaxxa 104 taħt l-intestatura “oħrajn”, waħda mid-daħliet imniżżla fl-Anness I.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandha tapplika mutatis mutandis għas-self, kirja jew trasferiment ta’ partijiet ta’ rikambju jew aċċessorji speċifikament għal oġġetti għall-użu minn persuni b’diżabilità u għal għodda għal manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew tiswija tal-oġġetti msemmijin li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikoli 67(2) u 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mad-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 4
1. Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta’ oġġett għall-użu tal-għomja skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett, jew rappreżentanti awtorizzati tagħhom, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizzazzjoni.
Tali applikazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn kull tagħrif li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa sabiex jiġi ddtereminat jekk il-kundizzjonijiet stipulati għall-konċessjoni ta’ dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni humiex sodisfatti.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-importazzjoni mingħajr dazji fuq l-importazzjoni tal-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 5
1. Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji ta’ oġġett għall użu minn persuni b’diżabilità skont tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 l-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetnenti tal-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzzjoni jew organizzazzjoni.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-oġġett imsemmi:
|
(a) |
id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża tal-oġġett użat mill-fabbrikant, il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura magħquda preżunta tagħha u l-karattersitiċi tekniċi oġġettivi li jindika li dan ikun disinjat speċifikament għat-titjib edukattiv, ta’ impjieg jew soċjali ta’ persuni b’diżabilità; |
|
(b) |
l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk applikabbli, ta’ min ibiegħ; |
|
(c) |
il-pajjiż ta’ oriġini tal-oġġett; |
|
(d) |
il-post ta’ destinazzjoni tal-oġġett; |
|
(e) |
l-użu preċiż li għalih l-oġġett ikun intiż; |
|
(f) |
il-prezz tal-oġġett jew il-valur tiegħu għal finijiet ta’ dwana; |
|
(g) |
il-kwantità tal-oġġett msemmi. |
Xhieda dokumentata li tipprovdi kull informazzjoni meħtieġa dwar il-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’l-oġġett għandha tingħata mal-applikazzjoni.
Artikolu 6
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-istituzzjoni jew organizzazzjoni li lilha jiġu kunsinnati l-oġġetti għandha tieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet skont l-Artikolu 5.
Artikolu 7
Awtorizzazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji għandhom jibqgħu validi għal perijodu ta’ sitt xhur.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, madankollu, jħejju perijodu itwal fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kull każ.
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mad-dħul mingħajr dazji ta’ partijiet ta; rikambju, komponenti, aċċessorji speċifiċi jew għodda taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67(2) u l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 8
Għall-għanijiet tal-Artikolu 67(2) u l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, “aċċessorji speċifiċi” jfisser oġġetti ddiżinjati speċifikatament għall-użu ma’ oġġett speċifiku għall-għan li jtejjeb il-prestazzjoni u l-iskop tiegħu.
Artikolu 9
Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji ta’ partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji speċifiċi jew għodda taħt tal-Artikolu 67(2) jew l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti, jew rappreżentanti awtorizzati tagħhom, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-iIstat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizzazzjoni.
Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mit-tagħrif kollu meqjus meħtieġ mill-awtorità kompetenti għall-għan li jiġu determinati l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 67(2) jew fl-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 humiex sodisfatti.
Artikolu 10
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni lil min jiġu kkonsenjati tali oġġetti għandha tieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 9.
TITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONI LI JSIRU MINN GĦOMJA U PERSUNI OĦRA B’DIŻABILITA
Artikolu 11
L-Artikoli 4, 8, 9 u 10 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni tal-oġġetti msemmijin tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 impurtati minn persuni għomja nnifishom jew għall-użu tagħhom.
Artikolu 12
Dan li ġej japplika mutatis mutandis għal eżenzjoni minn drittijiet ta’ importazzjoni t’ oġġetti importati minn persuni b’diżabilità nfushom għall-użu tagħhom stess:
|
(a) |
l-Artikolu 5, 6 u 7 fil-każ ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, |
|
(b) |
l-Artikolu 8, 9 u 10 fil-każ ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009. |
Artikolu 13
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-applikazzjoni msemmija fl-Artikoli 4 u 5 issir f’forma simplifikata, fejn din tirreferi għal oġġetti mportati taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 11 u 12.
TITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Ir-Regolament (KEE) Nru 2289/83 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 15
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.
(2) ĠU L 220, 11.8.1983, p. 15.
(3) Ara l-Anness II.
ANNESS I
Intestaturi msemmija fl-Artikolu 3(2)
|
— |
“Артикул за лицата с увреждания: продължаването на митническите освобождавания подлежи на спазване на член 72, параграф 2, втора алинея от Регламент (ЕО) № 1186/2009”; |
|
— |
“Objeto para personas minusválidas: se mantiene la franquicia subordinada al respeto del artículo 72, apartado 2, segundo párrafo, del Reglamento (CE) no 1186/2009”; |
|
— |
“Zboží pro postižené osoby: zachování osvobození za předpokladu splnění podmínek čl. 72 odst. 2 druhého pododstavce nařízení (ES) č. 1186/2009”; |
|
— |
“Genstand til handicappede personer: Fortsat fritagelse betinget af overholdelse af artikel 72, stk. 2, andet afsnit, i forordning (EF) nr. 1186/2009”; |
|
— |
“Gegenstand für Behinderte: Weitergewährung der Zollbefreiung abhängig von der Voraussetzung des Artikels 72 Absatz 2 zweiter Unterabsatz der Verordnung (EG) Nr. 1186/2009”; |
|
— |
“Kaubaartiklid puuetega inimestele: impordimaksudest vabastamise jätkamine, tingimusel et täidetakse määruse (EÜ) nr 1186/2009 artikli 72 lõike 2 teist lõiku”; |
|
— |
“Αντικείμενα προοριζόμενα για μειονεκτούντα άτομα: Διατήρηση της ατέλειας εξαρτώμενη από την τήρηση του άρθρου 72 παράγραφος 2 δεύτερο εδάφιο του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1186/2009”; |
|
— |
“Article for the handicapped: continuation of relief subject to compliance with the second subparagraph of Article 72(2) of Regulation (EC) No 1186/2009”; |
|
— |
“Objet pour personnes handicapées: maintien de la franchise subordonné au respect de l’article 72, paragraphe 2, deuxième alinéa, du règlement (CE) no 1186/2009”; |
|
— |
“Oggetto per persone disabili: la franchigia è mantenuta a condizione che venga rispettato l’articolo 72, paragrafo 2, secondo comma del regolamento (CE) n. 1186/2009”; |
|
— |
“Invalīdiem paredzētas preces: atbrīvojuma turpmāka piemērošana atkarīga no atbilstības Regulas (EK) Nr.1186/2009 72. panta 2. punkta otrajai daļai”; |
|
— |
“Neįgaliesiems skirtas daiktas: atleidimo nuo muitų taikymo pratęsimas laikantis Reglamento (EB) Nr. 1186/2009 72 straipsnio 2 dalies antrosios pastraipos nuostatų”; |
|
— |
“Áru behozatala fogyatékos személyek számára: a vámmentesség fenntartása az 1186/2009/EK rendelet 72. cikke (2) bekezdésének második albekezdésében foglalt feltételek teljesítése esetén”; |
|
— |
“Oġġett għal nies b’xi diżabilità: tkomplija ta’ ħelsien mid-dazju suġġett għal osservanza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009”; |
|
— |
“Voorwerp voor gehandicapten: handhaving van de vrijstelling is afhankelijk van de nakoming van artikel 72, lid 2, tweede alinea van Verordening (EG) nr. 1186/2009”; |
|
— |
“Artykuł przeznaczony dla osób niepełnosprawnych: kontynuacja zwolnienia z zastrzeżeniem zachowania warunków określonych w art. 72 ust. 2 akapit drugi rozporządzenia (WE) nr 1186/2009”; |
|
— |
“Objectos destinados às pessoas deficientes: é mantida a franquia desde que seja respeitado o n.o 2, segundo parágrafo do artigo 72.o do Regulamento (CE) n.o 1186/2009”; |
|
— |
“Articole pentru persoane cu handicap: menținerea scutirii este condiționată de respectarea dispozițiilor articolului 72 alineatul (2) al doilea paragraf din Regulamentul (CE) Nr. 1186/2009”; |
|
— |
“Tovar pre postihnuté osoby: naďalej oslobodený, ak spĺňa podmienky ustanovené v článku 72 odseku 2 druhom pododseku nariadenia (ES) č. 1186/2009”; |
|
— |
“Predmet za invalide: ohranitev oprostitve v skladu z drugim pododstavkom člena 72(2) Uredbe (ES) št. 1186/2009”; |
|
— |
“Vammaisille tarkoitetut tavarat: tullittomuus jatkuu, edellyttäen että asetuksen (EY) N:o 1186/2009 72 artiklan 2 kohdan toisen alakohdan ehtoja noudatetaan”; |
|
— |
“Föremål för funktionshindrade: Fortsatt tullfrihet under förutsättning att villkoren i artikel 72.2 andra stycket i förordning (EG) nr 1186/2009 uppfylls”. |
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2289/83 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1746/85 |
|
|
Punt I.18 tal-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni 1985 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3399/85 |
l-Artikolu 1, punt 3 biss |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 735/92 |
|
|
Punt XIII A.II.4 tal-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni 1994 |
|
|
Punt 19.B.1 tal-Anness II tal tal-Att tal-Adeżjoni 2003 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 |
punt 11.B.1 tal-Anness biss |
ANNESS III
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
|
Regolament (KEE) Nru 2289/83 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(1), frażi tal-bidu |
Artikolu 2(1), frażi tal-bidu |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(1)(a) |
|
Artikolu 2(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 2(1)(b) |
|
Artikolu 2(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 2(1)(c) |
|
Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 2(1)(d) |
|
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(2) l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, frażi tal-bidu |
Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, lista ta’ daħliet |
Anness I |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(3) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 19 |
— |
|
— |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 15 |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1225/2011
tat-28 ta’ Novembru 2011
għall-finijiet tal-Artikoli 42 sa 52, 57 u 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2290/83 tad-29 ta’ Lulju 1983 li jfassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 sa 59b, 63a u 63b tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SKOP
Artikolu 1
Dan ir-Regolament ifassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 42 sa 52, 57 u 58 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TAQSIMA 1
L-obbligi ta' l-istabbiliment jew tal-organizzazzjoni li lilha jiġu kkonsenjati l-oġġetti
Artikolu 2
1. Id-dħul mingħajr dazji ta' materjal edukattiv, xjentifiku u kulturali msemmi fl-Artikolu 43, 44(1) u 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, hawn aktar 'il quddiem magħrufa bħala “oġġetti”, għandu jkollu l-obbligazzjonijiet li ġejjin da parti tal-impriża jew organizzazzjoni li lilhom jiġu kkonsenjati l-oġġetti:
|
(a) |
sabiex jintbagħtu l-oġġetti msemmija direttament lejn il-post dikjarat ta' destinazzjoni; |
|
(b) |
sabiex jingħata kont tagħhom fl-inventarju tiegħu; |
|
(c) |
sabiex tiġi ffaċilitata kull verifika li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw meħtieġa sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet biex jingħata dħul liberu minn dazji jkunu onorati, jew jibqgħu onorati. |
B'żieda ma' dan, fil-każ ta' oġġetti msemmija fl-Artikoli 44(1) u 45 tar- Regolament (KE) Nru 1186/2009, għandu jkun hemm l-obbligu da parti ta' l-impriża jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jkunu kkonsenjati li jużaw dawk l-oġġetti esklussivament għal finijiet mhux kummerċjali skond it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament.
2. Il-kapijiet tal-istabbilimenti jew organizzazzjonijiet li lilu jiġu konsenjati l-oġġetti, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bi prospett fejn huwa jiddikjara li jaf bl-obbligi varji elenkati fil-paragrafu 1 u li jinkludi impenn li huwa sejjer iħarishom.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-prospett imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi ppreżentat qabel kull importazzjoni, jew għal bosta importazzjonijiet, jew għall-importazzjonijiet kollha li jkunu ħa jsiru mill-istabbiliment jew mill-organizzazzjoni li lilha jkunu konsenjati l-oġġetti.
TAQSIMA 2
Dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati meta l-oġġetti jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti
Artikolu 3
1. Meta jiġi applikat l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilha jiġu mikrija, mislufa jew trasferiti l-oġġetti għandha, mid-data ta' meta tirċievi l-oġġetti, tikkonforma ma' l-istess obbligi li huma stipulati fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.
2. Meta l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jiġu msellfa, mikrija jew ittrasferiti jkun jinsab fi Stat Membru minbarra dak li fih l-istabbiliment li jsellef, jikri jew jittrasferixxi l-oġġetti jkun qiegħed, mat-tluq ta' dawk l-oġġetti l-uffiċċju tad-dwana ta' dak l-Istat Membru tal-kunsinna għandu joħroġ kopja ta' Kopja ta' Kontroll T 5 b'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 912a sa 912g fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) sabiex jassigura li dawk l-oġġetti jintużaw billi jintitolahom li jkomplu li jikkwalifikaw għal dħul b'xejn ta' drittijiet ta' importazzjoni.
Għal dan l-iskop, l-imsemmija kopja ta' kontroll T 5 għandha tinkludi, fil-kaxxa 104 taħt l-intestatura "oħrajn", waħda mill-frażijiet imniżżla fl-Anness I.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-self, għall-kiri jew għat-trasferiment ta' spare parts, komponenti jew aċċessorji speċifiċi għal strumenti jew apparat xjentifiku, u għal għodda ta' manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew tiswija ta' strumenti jew apparat xjentifiku, li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAD-DĦUL MINGĦAJR DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI TA’ MATERJALI EDUKATTIVI XJENTIFIĊI JEW KULTURALI SKOND L-ARTIKOLI 43 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 4
Sabiex jikseb id-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' oġġetti skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap ta' l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu konsenjati, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinstabu l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni.
Ma' din l-applikazzjoni għandha tingħata l-informazzjoni kollha li l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa sabiex jiġi determinat jekk il-kundizzjonijiet stipulati għall-konċessjoni tad-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni humiex issodisfati.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DĦUL LIBERU MINN DRITTIJIET TA’ IMPORTAZZJONI TA’ STRUMENTI XJENTIFIĊI U APPARAT TAĦT L-ARTIKOLI 44 U 46 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 5
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-karatteristiċi tekniċi oġġettivi ta' strument xjentifiku jew apparat għandu jinftiehem li jfisser dawk il-karatteristiċi li jirriżultaw mill-kostruzzjoni ta' dak l-istrument jew apparat jew minn aġġustament lejn strument jew apparat standard li jagħmilha ppossibbli li jintlaħaq livell għoli ta' qadi 'il fuq minn dawk li huma normalment meħtieġa għall-użu industrijali jew kummerċjali.
Fejn mhux possibbli li jiġi stabbilit b'mod ċar abbażi tal-karatteristiċi tekniċi oġġettivi tagħha jekk strument jew apparat għandux jitqies bħala strument jew apparat xjentifiku, għandha ssir riferenza għall-użu ta' l-istrument jew apparat li għalih id-dħul mingħajr drittijiet ta' importazzjoni tiegħu ikun intalab. Jekk dan l-eżami juri li l-istrument jew apparat imsemmi jkun użat għal finijiet xjentifiċi, dan għandu jitqies li jkun ta' natura xjentifika.
Artikolu 6
1. Sabiex jikseb d-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' strument jew apparat xjentifiku taħt l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap ta' l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilhom jiġu konsenjati l-oġġetti, jew rappreżentant awtorizzat tagħhom, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinstab l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-istrument jew apparat imsemmi:
|
(a) |
id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument jew apparat użat mill-fabbrikant, in-Nomenklatura Magħquda preżunta tagħha u l-karattersitiċi tekniċi oġġettivi li abbażi tagħhom l-istrument jew apparat ikun kunsidrat li jkun xjentifiku; |
|
(b) |
l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk disponibbli, tal-fornitur; |
|
(c) |
il-pajjiż ta' oriġini ta' l-istrument jew apparat; |
|
(d) |
il-post fejn l-istrument jew l-apparat ikun sejjer jintuża; |
|
(e) |
l-użu preċiż li jkun sejjer isir mill-istrument jew apparat ikun intiż; |
|
(f) |
il-prezz ta' l-istrument jew apparat jew il-valur tiegħu għal finijiet ta' dwana; |
|
(g) |
il-kwantità ta' l-istrument jew apparat in kwistjoni. |
Xhieda dokumentata li tipprovdi kull informazzjoni meħtieġa dwar il-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta' l-istrument jew apparat għandha tingħata ma' l-applikazzjoni.
Artikolu 7
L-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu kunsinnati l-oġġetti għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 6 fil-każijiet kollha.
Artikolu 8
L-awtorizzazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji għandhom ikunu validi għal perjodu ta' sitt xhur.
Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu itwal fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DĦUL MINGĦAJR DAZJI TA’ SPARE PARTS, KOMPONENTI, AĊĊESSORJI SPEĊIFIĊI U GĦODDA TAĦT L-ARTIKOLU 45 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 9
Għall-iskop ta' l-Artikolu 45(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 aċċessorji speċifiċi tfisser dawk l-oġġetti iddisinjati speċifikament għall-użu ma' strument jew apparat xjentifiku għall-iskop tat-titjib tal-prestazzjoni u l-portata tiegħu.
Artikolu 10
Sabiex jikseb dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, jew ta' spare parts, komponenti jew aċċessorji speċifiċi, jew ta' għodda, il-kap ta' l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilha jiġu konsenjati l-oġġetti, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni.
Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mit-tagħrif kollu meqjus meħtieġ mill-awtorità kompetenti bl-iskop li jiġi stabilit jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 humiex issodisfati.
Artikolu 11
L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu l-oġġetti jkunu kunsinnati għandu jieħu deċiżjoni diretta għar-rigward ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 10.
Artikolu 12
L-Artikolu 8 għandu japplika mutatis mutandis għal awtorizzazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni maħruġa taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DĦUL MINGĦAJR DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI TA’ STRUMENTI JEW APPARAT MEDIKU TAĦT L-ARTIKOLI 57 U 58 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 13
1. Sabiex jinkiseb dħul mingħajr il-ħlas ta' dazji ta' importazzjoni ta' strumenti jew apparat taħt l-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap ta' l-impriża jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jkunu kkonsenjati, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissotometti kull applikazzjoni lill-awtorità komptenti ta' l-Istat Membru li fih jinstabu l-impriża jew organizzazzjoni.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-istrument jew apparat inkwistjoni:
|
(a) |
id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument jew apparat użat mill-fabbrikant, u l-klassifikazzjoni preżunta tiegħu fin-nomenklatura magħquda; |
|
(b) |
l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk disponibbli, tal-fornitur; |
|
(c) |
il-pajjiż ta' oriġini ta' l-istrument jew apparat; |
|
(d) |
il-post fejn l-istrument jew l-apparat ikun ser jintuża; |
|
(e) |
l-użu li jkun ser isir mill-istrument jew apparat. |
3. Fil-każ ta' rigal, l-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll:
|
(a) |
l-isem tal-kumpannija isem jew indirizz tad-donatur; |
|
(b) |
kull dikjarazzjoni mill-applikant fis-sens li:
|
Artikolu 14
L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu kunsinnati l-oġġetti għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet fil-każijiet kollha.
Artikolu 15
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 13 u 14 japplikaw mutatis mutandis għal spare parts, komponenti, aċċessorji speċifiċi u għodda li jintużaw għal manutenzjoni, ċċekkjar, kalibrazzjoni jew tiswija ta' strumenti jew apparat li jkunu daħlu mingħajr il-ħlas ta' dazju bis-saħħa ta' l-Artikolu 57(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.
Artikolu 16
L-Artikolu 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
KAPITOLU VII
KOMUNIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI LILL-KUMMISSJONI U LILL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 17
1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta' l-istrumenti, apparat, spare parts, komponenti, aċċessorji u għodda li l-prezz jew il-valur tagħhom għal finijiet ta' dwana jeċċedu EUR 5 000 u li dwarhom ikun awtorizza jew irrifjuta dħul mingħajr il-ħlas ta' dazju skond l-Artikoli 7, 11 jew 14.
Il-lista għandha tagħti d-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda bi tmien ċifri. Din għandha tinkludi wkoll l-isem tal-fabbrikant jew fabbrikanti, il-pajjiż jew pajjiżi ta' oriġini u l-prezz jew valur ta' dwana ta' l-oġġetti in kwistjoni.
2. Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbgħatu matul l-ewwel u t-tielet kwartta' kull sena u għandu jkollhom dettalji ta' l-oġġetti li d-dħul tagħhom mingħajr il-ħlas ta' drittijiet ta' importazzjoni jkun ġie awtorizzat jew rifjutat matul is-sitt xhur ta' qabel.
3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-listi lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 18
Sabiex jiġi assigurat tħaddim uniformi tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni, il-listi msemmija fl-Artikolu 17 għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATTIVI GĦAL DĦUL ĦIELES MINN DAZJU TA’ TAGĦMIR TAĦT L-ARTIKOLI 51 U 52 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 19
1. Sabiex jikseb dħul ħieles minn dazju ta' tagħmir taħt l-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni ta' riċerka xjentifika bażata barra l-Unjoni jew rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu joffri applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni jew organizzazzjoni ta' riċerka xjentifika bażata fl-Unjoni tinsab.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
kopja tal-ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika bejn istituzzjonijiet li jinsabu fl-Unjoniu pajjiżi terzi; |
|
(b) |
id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument kif ukoll il-kwantità u valur tiegħu u, meta jkun xieraq, il-klassifikazzjoni preżunta tiegħu fin-Nomenklatura Magħquda; |
|
(c) |
il-pajjiż t' oriġini u dak tal- kunsinna tat-tagħmir; |
|
(d) |
il-post fejn it-tagħmir ser jiġi użat; |
|
(e) |
l-użu li għalih it-tagħmir hu maħsub u d-dewmien ta' l- użu tiegħu. |
Artikolu 20
1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li fih l-istituzzjoni jew organizzazzjoni bażata fl-Unjoni tinsab tirċievi applikazzjoni għad-dħul ħieles minn dazju ta' tagħmir kif definit fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, l-applikazzjoni u nformazzjoni relattiva għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-imsemmija awtorità kompetenti.
Għal l-iskopijiet ta' dan l-eżami, informazzjoni addizzjonali għandha tintbgħat lill-Kummissjoni fuq talba tagħha.
2. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni li tkun ħadet li tikkonċerna l- ħelsien mid-dazju.
Artikolu 21
L-Artikolu 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Ir-Regolament (KEE) Nru 2290/83 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 23
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.
(2) ĠU L 220, 11.8.1983, p. 20.
(3) Ara l-Anness II.
ANNESS I
Dettalj referuti f'Artikolu 3(2)
|
— |
‘Стоки на ЮНЕСКО: продължаването на митническите освобождавания подлежи на спазване на член 48, параграф 2, първа алинея от Регламент (ЕО) № 1186/2009’; |
|
— |
“Objeto UNESCO: se mantiene la franquicia subordinada al respeto del artículo 48, apartado 2, primer párrafo, del Reglamento (CE) no 1186/2009”; |
|
— |
“Zboží UNESCO: zachování osvobození za předpokladu splnění podmínek čl. 48 odst. 2 prvního pododstavce nařízení (ES) č. 1186/2009” |
|
— |
“UNESCO-varer: Fortsat fritagelse betinget af overholdelse af artikel 48, stk. 2, første afsnit, i forordning (EF) nr. 1186/2009”; |
|
— |
“UNESCO-Gegenstand: Weitergewährung der Zollbefreiung abhängig von der Voraussetzung des Artikels 48 Absatz 2 erster Unterabsatz der Verordnung (EG) Nr. 1186/2009”; |
|
— |
“UNESCO kaup: impordimaksudest vabastamise jätkamine, tingimusel et täidetakse määruse (EÜ) nr 1186/2009 artikli 48 lõike 2 esimest lõiku’; |
|
— |
“Αντικείμενο UNESCO: Διατήρηση της ατέλειας εξαρτώμενη από την τήρηση του άρθρου 48 παράγραφος 2 πρώτο εδάφιο του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1186/2009”; |
|
— |
“UNESCO goods: continuation of relief subject to compliance with the first subparagraph of Article 48(2) of Regulation (EC) No 1186/2009”; |
|
— |
“Objet UNESCO: maintien de la franchise subordonné au respect de l'article 48, paragraphe 2, premier alinéa du règlement (CE) no 1186/2009”; |
|
— |
“Oggetto UNESCO: è mantenuta la franchigia a condizione che venga rispettato l'articolo 48, paragrafo 2, primo comma del regolamento (CE) n.1186/2009”; |
|
— |
“UNESCO preces: atbrīvojuma turpmāka piemērošana atkarīga no atbilstības Regulas (EK) Nr. 1186/2009 48. panta 2. punkta pirmajai daļai”; |
|
— |
“UNESCO prekės: atleidimo nuo muitų taikymo pratęsimas laikantis Reglamento (EB) Nr. 1186/2009 48 straipsnio 2 dalies pirmosios pastraipos nuostatų”; |
|
— |
“UNESCO-áruk: a vámmentesség fenntartása a 1186/2009/EK rendelet 48. cikke (2) bekezdésének első albekezdésében foglalt feltételek teljesítése esetén’; |
|
— |
“Oġġetti ta’ l-UNESCO: tkomplija ta' ħelsien mid-dazju suġġetta għal osservanza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009”; |
|
— |
“UNESCO-voorwerp: handhaving van de vrijstelling is afhankelijk van de nakoming van artikel 48, lid 2, eerste alinea van Verordening (EG) nr. 1186/2009”; |
|
— |
“Towary UNESCO: kontynuacja zwolnienia z zastrzeżeniem zachowania warunków określonych w art. 48 ust. 2 akapit pierwszy rozporządzenia (WE) nr 1186/2009”; |
|
— |
“Objectos UNESCO: é mantida a franquia desde que seja respeitado o n.o 2, primeiro parágrafo do artigo 48.o do Regulamento (CE) n.o 1186/2009”; |
|
— |
“Articole UNESCO: menținerea scutirii este condiționată de respectarea prevederilor articolului 48 alineatul 2 primul paragraf din Regulamentul (CE) Nr. 1186/2009”; |
|
— |
“Tovar UNESCO: naďalej oslobodený, pokiaľ spĺňa podmienky ustanovené v článku 48 odseku 2 prvom pododseku nariadenia (ES) č. 1186/2009”; |
|
— |
“Blago UNESCO: ohranitev oprostitve v skladu s prvim pododstavkom člena 48(2) Uredbe (ES) št. 1186/2009”; |
|
— |
‘UNESCO-tavarat: tullittomuus jatkuu, edellyttäen että asetuksen (EY) N:o 1186/2009 48 artiklan 2 kohdan ensimmäisen alakohdan ehtoja noudatetaan’; |
|
— |
“UNESCO-varor: Fortsatt tullfrihet under förutsaettning att villkoren i artikel 48.2 första stycket i förordning (EG) nr 1186/2009 uppfylls”; |
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2290/83 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1745/85 |
|
|
Punt I.19 tal-Anness I tal-Att ta' Adeżjoni 1985 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3399/85 |
l-Artikolu 1 punt 4 biss |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3893/88 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1843/89 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 734/92 |
|
|
Punt XIII A.II.5 tal-Anness I tal-Att ta' Adeżjoni 1994 |
|
|
Punt 19.B.2 tal-Anness II tal-Att ta' Adeżjoni 2003 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 |
il-punt 11.B.2 ta’ l-Anness biss |
ANNESS III
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 2290/83 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu |
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c) |
|
Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, frażi introduttorja |
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, lista ta' dettalji |
Anness I |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(3) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 15a |
Artikolu 13 |
|
Artikoli 15c |
Artikoli 14 |
|
Artikoli 15d |
Artikoli 15 |
|
Artikoli 15e |
Artikoli 16 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
|
Artikoli 18a |
Artikoli 19 |
|
Artikoli 18b |
Artikoli 20 |
|
Artikoli 18ċ |
Artikoli 21 |
|
Artikolu 19 |
— |
|
— |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 23 |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1226/2011
tat-28 ta’ Novembru 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Novembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
59,8 |
|
IL |
98,1 |
|
|
MA |
52,7 |
|
|
TN |
143,0 |
|
|
TR |
82,9 |
|
|
ZZ |
87,3 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
188,1 |
|
TR |
108,0 |
|
|
ZZ |
148,1 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
36,3 |
|
TR |
131,9 |
|
|
ZZ |
84,1 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
67,0 |
|
ZZ |
67,0 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
50,4 |
|
IL |
77,8 |
|
|
TR |
76,7 |
|
|
ZZ |
68,3 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
59,7 |
|
ZA |
49,5 |
|
|
ZZ |
54,6 |
|
|
0808 10 80 |
CA |
104,5 |
|
CL |
90,0 |
|
|
CN |
74,9 |
|
|
MK |
36,4 |
|
|
NZ |
41,5 |
|
|
US |
134,2 |
|
|
ZA |
148,1 |
|
|
ZZ |
89,9 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
72,7 |
|
TR |
137,2 |
|
|
ZZ |
105,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/31 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/94/UE
tat-28 ta’ Novembru 2011
li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE jistabbilixxi l-mudell li abbażi tiegħu l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-liċenzji nazzjonali tas-sewqan. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, ir-referenza għall-Komunità fil-liċenzja tas-sewqan għandha tinbidel b’referenza għall-Unjoni Ewropea. Il-mudell għandu wkoll jiġi aġġornat biex jirrifletti l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Skont l-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE, il-mudell tal-Unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan għandu jindika l-kategorija tal-vetturi li d-detentur huwa intitolat li jsuq. |
|
(3) |
Huwa neċessarju li l-mudell tal-Unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan jiġi aġġornat fid-dawl tal-kategoriji l-ġodda tal-vetturi introdotti bid-Direttiva 2006/126/KE. B’mod partikolari, ġew introdotti l-liċenzji tas-sewqan għall-kategorija AM (mopeds) u l-kategorija A2 (muturi) u dawn ser ikunu applikabbli mid-19 ta’ Jannar 2013. Għaldaqstant, il-mudell tal-Unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan għandu jiġi aġġustat. |
|
(4) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/126/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
L-Istati Membri huma inkorraġġiti biex ifasslu għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom infushom li, safejn ikun possibbli, għandhom juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ transpożizzjoni, u li dawn it-tabelli jsiru pubbliċi. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE ġie emendat kif muri fl-Anness.
Artikolu 2
Transpożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mid-19 ta’ Jannar 2013.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE hu emendat kif ġej:
|
1. |
It-titolu huwa sostitwit b’li ġej: “ DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN ” |
|
2. |
Fil-punt (1), il-kliem “mudell tal-Komunità tal-liċenzja tas-sewqan” qed jiġu sostitwiti bil-kliem “mudell tal-Unjoni Ewropea tal-liċenzja tas-sewqan”. |
|
3. |
Fil-punt (3), il-punt (c) hu sostitwit b’li ġej:
|
|
4. |
Fil-punt (3), li jikkonċerna l-pagna 1 tal-liċenzja tas-sewqan, il-punt (e) qed jiġi sostitwit b’ dan li ġej:
|
|
5. |
Fil-punt (3), li jikkonċerna l-pagna 2 tal-liċenzja tas-sewqan:
|
|
6. |
Fil-punt 4, qed jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
7. |
Il-mudell tal-Komunità tal-liċenzji tas-sewqan huwa sostitwit b’dan li ġej: “ MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN Paġna 1 Paġna 2
|
|
8. |
Il-kampjun tal-mudell tal-liċenzja jiġi mħassar. |
DEĊIŻJONIJIET
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/764/PESK
tat-28 ta’ Novembru 2011
li tħassar id-Deċiżjoni 2011/210/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tappoġġa operazzjonijiet ta’ assistenza umanitarja bħala risposta għas-sitwazzjoni ta’ kriżi fil-Libja (EUFOR Libya)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/210/PESK (1). |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Ottubru 2011, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-Unjoni Ewropea nnotifika l-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali Operattivi fl-10 ta’ Novembru 2011. Id-Deċiżjoni 2011/210/PESK għandha għalhekk titħassar skont l-Artikolu 13(3) tiegħu, b’effett minn l-10 ta’ Novembru 2011. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/975/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (ATHENA) (2) tiddetermina l-proċeduri ta’ verifika u preżentazzjoni tal-kontijiet ta’ operazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/210/PESK hija b’dan imħassra b’effett mill-10 ta’ Novembru 2011. Dan it-tħassir għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/975/PESK dwar il-verifika u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-operazzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SZUMILAS
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Novembru 2011
dwar kriterji għar-rikonoximent ta’ ċentri tat-taħriġ involuti fit-taħriġ ta’ sewwieqa tal-ferroviji, dwar kriterji għar-rikonoxximent tal-eżaminaturi ta’ sewwieqa tal-ferroviji u dwar kriterji għall-organizzazzjoni ta’ eżamijiet skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7966)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/765/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(3)(b) u 25(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Biex jintlaħaq livell ta’ kwalità xieraq u komparabbli fit-taħriġ u l-eżamijiet tas-sewwieqa tal-ferroviji u tal-kandidati għal sewwieqa tal-ferroviji bil-għan li dawn jiksbu ċertifikazzjoni fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji komuni fil-livell tal-Unjoni kemm fir-rigward tal-proċeduri għar-rikonoxximent taċ-ċentri ta’ taħriġ kif ukoll fir-rigward tal-eżaminaturi tas-sewwieqa tal-ferroviji. |
|
(2) |
It-taħriġ u l-eżamijiet għandhom isiru kif xieraq u b’livell ta’ kwalità raġonevoli u komparabbli fl-Istati Membri kollha, biex isir possibbli r-rikonoxximent reċiproku tal-eżamijiet. |
|
(3) |
Iċ-ċentri ta’ taħriġ għandhom ikunu kompetenti fit-taħriġ li jgħatu. B’mod partikolari, iċ-ċentri ta’ taħriġ għandhom ikunu kompetenti u adegwati mil-lat tekniku u operazzjonali sabiex jorganizzaw il-korsijiet ta’ taħriġ, u għandu jkollhom il-persunal u t-tagħmir xieraq. |
|
(4) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet partikolari għaċ-ċentri ta’ taħriġ li jappartjenu għal impriżi ferrovjarji jew amministraturi tal-infrastruttura li jkunu applikaw għal ħruġ ta’ ċertifikati ta’ sikurezza jew awtorizzazzjonijiet ta’ sikurezza. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jorbtu r-rikonoxximent ta’ dawn it-tip ta’ ċentri tat-taħriġ mal-proċess tal-għoti ta’ ċertifikati ta’ sikurezza jew ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ sikurezza. |
|
(5) |
L-eżaminaturi ta’ sewwieqa tal-ferroviji għandhom ikunu kapaċi u kompetenti fis-suġġetti tal-eżamijiet li jridu jorganizzaw. Ir-rekwiżiti għall-kompetenza tal-eżaminaturi għandhom jinkludu aspetti bħall-metodi li jużaw għall-eżamijiet, il-kompetenzi u l-attitudni pedagoġika tagħhom. L-awtorità kompetenti għandha tiċċekkja fuq bażi individwali jekk il-kompetenza tal-persuna jew entità li tapplika għar-rikonoxximent bħala eżaminatur ta’ sewwieqa tal-ferroviji tkunx xierqa biex tiżvolġi eżamijiet fl-oqsma ta’ kompetenzi rispettivi. |
|
(6) |
L-eżaminaturi ta’ sewwieqa tal-ferroviji għandhom jiżvolġu l-eżamijiet b’mod indipendenti u imparzjali. F’dan ir-rigward, il-persuni jew entitajiet li japplikaw għall-proċedura ta’ rikonoxximent għandhom jagħtu prova lill-awtorità kompetenti li huma jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2007/59/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kriterji għar-rikonoxximent ta’ ċentri tat-taħriġ li jagħtu taħriġ professjonali lil sewwieqa tal-ferroviji u lil kandidati għal sewwieqa tal-ferroviji, għar-rikonoxximent tal-eżaminaturi ta’ sewwieqa tal-ferroviji u tal-kandidati għal sewwieqa tal-ferroviji u għall-organizzazzjoni ta’ eżamijiet skont id-Direttiva 2007/59/KE.
Id-Deċiżjoni hija applikabbli għal:
|
(a) |
ir-rikonoxximent ta’ ċentri tat-taħriġ li jagħtu korsijiet lil sewwieqa tal-ferroviji u lil kandidati għal sewwieqa tal-ferroviji dwar kompiti ta’ taħriġ speċifikati fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/59/KE; |
|
(b) |
l-eżaminaturi ta’ sewwieqa tal-ferroviji awtorizzati biex jiċċekkjaw il-kompetenza ta’ sewwieqa tal-ferroviji jew ta’ kandidati għal sewwieqa tal-ferroviji li għandhom jiġu ċċertifikati skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2007/59/KE. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“applikant” tfisser entità jew persuna waħda li tkun stabbilixxiet kumpanija li tapplika għar-rikonoxximent sabiex tagħti korsijiet ta’ taħriġ dwar kompiti ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 23(5) u (6) tad-Direttiva 2007/59/KE, inkluż persuna waħda li tapplika għar-rikonoxximent bħala eżaminatur kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) u (2) tad-Direttiva 2007/59/KE; |
|
(b) |
“għalliem” tfisser persuna li għandha l-kapaċitajiet u l-kompetenza rilevanti biex tipprepara, torganizza u tmexxi korsijiet ta’ taħriġ; |
|
(c) |
“eżaminatur” tfisser persuna li jkollha l-kapaċitajiet u l-kompetenza rilevanti u li tkun rikonoxxuta biex torganizza u timmarka l-eżamijiet, għall-finijiet tad-Direttiva 2007/59/KE; |
|
(d) |
“eżami” tfisser proċess li jintuża biex tiġi ċċekkjata l-kompetenza ta’ sewwieq tal-ferroviji jew ta’ kandidat għal sewwieq tal-ferroviji skont id-Direttiva 2007/59/KE permezz ta’ mezz wieħed jew aktar, bħal eżami bil-miktub, orali jew prattiku; |
|
(e) |
“ċentru tal-eżamijiet” tfisser entità stabbilita biex tagħmel eżamijiet għal sewwieqa tal-ferroviji skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2007/59/KE; |
|
(f) |
“rikonoxximent” tfisser stqarrija formali dwar il-kompetenza ta’ persuna jew entità biex twettaq kompiti ta’ taħriġ jew eżamijiet, maħruġa minn awtorità li l-Istat Membru jaħtar għal dan il-għan; |
|
(g) |
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/59/KE jew kwalunkwe korp ieħor maħtur mill-Istat Membru jew li huwa fdat mill-awtorità kompetenti, permezz ta’ delegazzjoni, bl-impenn li jirrikonoxxi ċentri tat-taħriġ u eżaminaturi. |
KAPITOLU 2
ĊENTRI TAT-TAĦRIĠ
Artikolu 3
Indipendenza u imparzjalità
Iċ-ċentri ta’ taħriġ għandhom jagħtu korsijiet ta’ taħriġ b’mod imparzjali fir-rigward tal-parteċipanti kollha.
B’mod partikolari, f’każ ta’ ċentru ta’ taħriġ li jipprovdi taħriġ kemm lil persuni impjegati mill-kumpanija li ċ-ċentru ta’ taħriġ ikun proprjetà tagħha kif ukoll lil persuni oħra, it-taħriġ għandu jingħata indipendentement mill-interessi tal-kumpanija proprjetarja taċ-ċentru ta’ taħriġ u għandu jingħata b’mod imparzjali lill-parteċipanti kollha. Iċ-ċentri ta’ taħriġ għandhom japplikaw l-istess regoli kemm għall-persuni impjegati mill-kumpanija proprjetarja taċ-ċentru ta’ taħriġ kif ukoll għal persuni oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri sabiex dan il-prinċipju jiġi ssalvagwardjat.
Artikolu 4
Rekwiżiti għall-kompetenza
1. L-applikanti għandhom juru kemm ikunu kompetenti u adegwati mil-lat tekniku u operazzjonali sabiex jorganizzaw il-korsijiet ta’ taħriġ li jkunu xierqa għall-kompiti ta’ taħriġ. Għandu jkollhom biżżejjed persunal u tagħmir, u joperaw f’ambjent adatt għat-taħriġ bil-għan li jippreparaw is-sewwieqa tal-ferroviji għall-eżamijiet sabiex dawn jiksbu jew iżommu l-liċenzji u ċ-ċertifikati skont id-Direttiva 2007/59/KE.
2. B’mod partikolari, l-applikanti għandhom:
|
(a) |
ikollhom struttura ta’ ġestjoni effettiva li tiżgura li l-għalliema jkollhom il-kwalifiki u l-esperjenza xierqa biex jagħtu taħriġ skont ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2007/59/KE; |
|
(b) |
ikollhom il-persunal, il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-akkomodazzjoni xierqa meħtieġa għat-taħriġ offrut u l-għadd mistenni ta’ apprendisti; |
|
(c) |
jiżguraw li jingħata taħriġ prattiku minn għalliema li jkollhom kemm liċenzja ta’ sewwieq tal-ferroviji valida kif ukoll ċertifikat validu li jkopru s-suġġett tat-taħriġ jew linji/vetturi ferrovjarji ta’ tip simili, u li jkollhom esperjenza prattika professjonali ta’ minimu ta’ tliet snin fis-sewqan; Meta l-għalliem ma jkollux ċertifikat validu għall-infrastruttura/vetturi ferrovjarji rilevanti, għat-taħriġ għandu jkun hemm preżenti sewwieq li jkollu ċ-ċertifikat għal dik l-infrastruttura/vetturi ferrovjarji, skont l-Artikolu 4(2)(e) tad-Direttiva 2007/59/KE; |
|
(d) |
jipprovdu rendikont tal-metodoloġija li ser jużaw sabiex jiżguraw il-kontenut, l-organizzazzjoni u t-tul ta’ żmien tal-korsijiet ta’ taħriġ, tal-pjanijiet ta’ taħriġ u tal-iskemi ta’ kompetenza; |
|
(e) |
jipprovdu sistemi biex jirreġistraw l-attivitajiet ta’ taħriġ inkluż it-tagħrif dwar parteċipanti, għalliema u l-għadd u l-iskop tal-korsijiet; |
|
(f) |
ikollhom fis-seħħ sistema tal-ġestjoni tal-kwalità jew proċeduri ekwivalenti biex jimmonitorjaw il-konformità ma’, u l-adegwatezza ta’ sistemi u proċeduri li jiżguraw li taħriġ ipprovdut jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2007/59/KE; |
|
(g) |
jipprovdu ġestjoni tal-kompetenza, taħriġ kontinwu u miżuri biex iżommu l-kompetenzi professjonali aġġornati għall-għalliema; |
|
(h) |
jindikaw proċeduri biex iżommu l-metodi, l-għodda u t-tagħmir tat-taħriġ aġġornati, inkluż il-letteratura dwar it-taħriġ, softwer tat-taħriġ, u dokumenti pprovduti mill-amministratur tal-infrastruttura, bħal kotba ta’ regoli dwar ir-regoli, sinjali jew sistemi tas-sikurezza operattivi. |
3. Stat Membru jista’ jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għat-taħriġ relatat mal-infrastruttura tat-territorju tiegħu stess.
4. L-applikanti għat-taħriġ dwar il-komunikazzjoni u t-terminoloġija speċifiċi għall-proċeduri tal-operat u s-sikurezza ferrovjarji għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fiha tinsab l-infrastruttura, li l-komunikazzjoni u t-terminoloġija jirreferu għalih.
Artikolu 5
Ċentri ta’ taħriġ li jappartjenu għal impriża ferrovjarja jew għal amministratur tal-infrastruttura
1. Stat Membru jista’ jippermetti li applikant li jappartjeni għal impriża ferrovjarja jew għal amministratur tal-infrastruttura, jipprovdi esklussivament taħriġ lill-persunal tal-kumpanija li jappartjeni għaliha, u li jissodisfa r-rekwiżiti kollha previsti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni, jiġi rikonoxxut flimkien mal-proċess taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew tal-awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
2. F’dan il-każ, l-istqarrija ta’ rikonoxximent tista’ tintwera fuq iċ-ċertifikat ta’ sikurezza jew fuq l-awtorizzazzjoni ta’ sikurezza rilevanti.
3. L-organizzazzjoni tax-xogħol u l-ġestjoni tal-applikant imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu organizzati u strutturati biex jimpedixxu kwalunkwe kunflitt ta’ interess possibbli.
Artikolu 6
Linji ġodda jew mgħammra mill-ġdid u vetturi ferrovjarji introdotti reċentement
Fir-rigward ta’ linji ġodda jew linji mgħammra mill-ġdid, Stat Membru jista’ jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom ċentru ta’ taħriġ rikonoxxut jista’ jorganizza taħriġ prattiku permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(2)(c).
L-użu ta’ din id-deroga għandu jkun limitat strettament għall-każ ta’ meta ma jkun għad hemm ebda għalliem disponibbli li jkollu ċertifikat li diġà jkopri l-linja l-ġdida jew il-linja mgħammra mill-ġdid jew il-vetturi ferrovjarji l-ġodda.
L-għalliem għandu jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-Artikolu 4(2)(c) fir-rigward tal-liċenzja u taċ-ċertifikat kif previst fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2007/59/KE, u fir-rigward tal-perjodu ta’ prattika professjonali meħtieġ.
KAPITOLU 3
EŻAMINATURI
Artikolu 7
Indipendenza u imparzjalità
L-applikanti għandhom jikkonfermaw li huma se jmexxu l-eżamijiet b’mod imparzjali u mhux diskriminatorju u li huma ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju jew ir-riżultati tal-eżami u l-mod li bih isir l-eżami.
Għal dan il-għan l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa stqarrija inkorporata f’għamla ta’ applikazzjoni li għandha tiġi ffirmata mill-applikant.
Artikolu 8
Rekwiżiti għall-kompetenza
1. L-applikanti għandu jkollhom il-kompetenza u l-esperjenza fis-suġġett tal-eżami li għandhom imexxu.
L-esperjenza meħtieġa għandha tkun inkisbet minn prattika professjonali ta’ minimu ta’ erba’ snin f’perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni.
Il-perjodu meħtieġ ta’ esperjenza professjonali jista’ jinkludi perjodi ta’ esperjenza bħala amministratur ta’ sewwieqa tal-ferroviji li jkollu liċenzja ta’ sewwieq tal-ferroviji valida u ċertifikat kumplimentari jew bħala għalliem għall-kompiti ta’ taħriġ li huma rilevanti għall-applikazzjoni preżentata.
2. Fir-rigward tal-eżamijiet ta’ prattika abbord il-ferroviji, l-applikant għandu jkollu kemm liċenzja ta’ sewwieq tal-ferroviji valida kif ukoll ċertifikat validu li jkopri s-suġġett tal-eżami jew tip simili ta’ linji/vetturi ferrovjarji. Meta l-eżaminatur ma jkollux ċertifikat validu għall-infrastruttura/vetturi ferrovjarji li jkunu s-suġġett/i tal-eżami, għall-eżami għandu jkun hemm preżenti sewwieq li jkollu ċ-ċertifikat għal dik l-infrastruttura/vetturi ferrovjarji, skont l-Artikolu 4(2)(e) tad-Direttiva 2007/59/KE.
L-applikant għandu jkollu prattika professjonali ta’ minimu ta’ erba snin fis-sewqan miksuba f’perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni. Fiż-żmien tal-applikazzjoni, l-applikant għandu jkun aġġornat fl-għarfien tiegħu.
3. Barra minn hekk, l-applikanti għandhom jissodisfaw dawn il-kriterji minimi:
|
(a) |
għandu jkollhom kompetenza fil-lingwa tal-eżami, bis-smigħ u bil-mitkellem, ekwivalenti għal-livell minimu B2 tal-European Framework for Language Competence (EFLC) kif stabbilit mill-Kunsill tal-Ewropa (3). |
|
(b) |
għandu jkollhom il-kompetenzi u l-attitudni pedagoġika meħtieġa biex imexxu l-eżamijiet, u jkollhom għarfien tajjeb ħafna tal-metodi u dokumenti rilevanti li jintużaw għall-eżami; |
|
(c) |
għandhom juru kif ikunu se jżommu l-kompetenzi professjonali tagħhom aġġornati fir-rigward tas-suġġetti tal-eżami; |
|
(d) |
għandhom ikunu familjari mal-iskema ta’ ċertifikazzjoni għas-sewwieqa tal-ferroviji. |
4. Stat Membru jista’ jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għall-eżaminaturi li jmexxu eżamijiet relatati mal-infrastruttura tiegħu stess.
KAPITOLU 4
ORGANIZZAZZJONI TA’ EŻAMIJIET
Artikolu 9
Kriterji komuni għall-organizzazzjoni ta’ eżamijiet
L-eżamijiet organizzati għall-evalwazzjoni tal-kompetenza tas-sewwieqa tal-ferroviji skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2007/59/KE għandhom jissodisfaw dawn il-kriterji:
|
(a) |
fil-każ ta’ eżamijiet li jitmexxew minn żewġ persuni jew aktar, mill-anqas il-persuna li tkun qed tmexxi l-eżami għandha tkun eżaminatur rikonoxxut skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
meta l-eżami jkun jikkonċerna l-parti prattika tal-kompetenzi fis-sewqan tal-ferroviji, l-eżaminatur għandu jkun liċenzjat bħala sewwieq tal-ferroviji u jkollu ċertifikat komplementari li jawtorizza l-użu tal-infrastruttura u s-sewqan tal-vetturi ferrovjarji li jkunu s-suġġetti tal-eżami, jew tip simili ta’ linji/vetturi ferrovjarji; meta l-eżaminatur ma jkollux ċertifikat validu għall-infrastruttura/vetturi ferrovjarji li jkunu s-suġġett/i tal-eżami, għall-eżami għandu jkun hemm preżenti sewwieq li jkollu ċ-ċertifikat għal dik l-infrastruttura/vetturi ferrovjarji, skont l-Artikolu 4(2)(e) tad-Direttiva 2007/59/KE; |
|
(c) |
l-eżamijiet għandhom isiru b’mod trasparenti u għandhom ikunu twal biżżejjed sabiex jiġi pprovat, permezz ta’ evidenza dokumentata suffiċjenti, li s-suġġetti kollha rilevanti tal-Annessi għad-Direttiva 2007/59/KE huma koperti; |
|
(d) |
meta l-eżaminatur li jipparteċipa fit-tmexxija tal-eżami jkun ipprovda lis-sewwieq tal-ferroviji jew lill-kandidat għal sewwieq tal-ferroviji b’taħriġ dwar is-suġġett tal-eżami, l-eżami jitmexxa minn eżaminatur ieħor li ma kienx involut fit-taħriġ ta’ preparazzjoni; |
|
(e) |
l-eżami għandu jiġi ppreparat b’attenzjoni partikolari fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-mistoqsijiet previsti għal waqt l-eżami. |
Artikolu 10
Linji ġodda jew mgħammra mill-ġdid u vetturi ferrovjarji introdotti reċentement
Fir-rigward ta’ linji ġodda jew linji mgħammra mill-ġdid, Stat Membru jista’ jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom eżaminatur rikonoxxut jista’ jmexxi eżamijiet permezz ta’ deroga mill-Artikolu 9.
L-użu ta’ din id-deroga għandu jkun limitat strettament għall-każ ta’ meta ma jkun għad hemm ebda eżaminatur disponibbli li jkollu ċertifikat li diġà jkopri l-linja l-ġdida jew il-linja mgħammra mill-ġdid jew il-vetturi ferrovjarji l-ġodda.
L-eżaminatur għandu jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-Artikolu 4(2)(c) fir-rigward tal-liċenzja u taċ-ċertifikat kif previst fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2007/59/KE, u fir-rigward tal-perjodu ta’ prattika professjonali meħtieġ.
KAPITOLU 5
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 11
Perjodu tranżizzjonali
F’każ li impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura jkunu diġà għażlu l-eżaminaturi li għandhom jeżaminaw lill-persunal tagħhom, b’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u rekwiżiti applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li dawk l-eżaminaturi magħżula jitħallew ikomplu jmexxu l-eżamijiet, b’dawn il-kundizzjonijiet:
|
(a) |
l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura jkunu għażlu l-eżaminatur fl-ambitu ta’ ċertifikat tas-sikurezza jew ta’ awtorizzazzjoni tas-sikurezza maħruġa skont id-Direttiva 2004/49/KE u fil-limiti tal-ambitu maħruġ mill-awtorità kompetenti u sakemm dan iċ-ċertifikat ta’ sikurezza jew l-awtorizzazzjoni ta’ sikurezza jiskadi/tiskadi; |
|
(b) |
l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura jiċċekkja li, fir-rigward tal-eżaminaturi li huma jkunu għażlu, ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni; f’każ li eżaminatur ma jissodisfax xi rekwiżit, l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex dawk ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati mill-eżaminatur. |
Artikolu 12
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd mill-15 ta’ Mejju 2012.
Għaċ-ċentri ta’ taħriġ li fid-data li din id-Deċiżjoni tiġi applikata jkunu diġà joffru servizzi ta’ taħriġ, din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd mill-1 ta’ Lulju 2013.
Artikolu 13
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi-President
(1) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51.
(2) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.
(3) Common European Framework of Reference for Languages: Learning, Teaching, Assessment, 2001 (Cambridge University Press, għall-verżjoni bl-Ingliż – ISBN 0-521-00531-0). Disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-Kunsill ta’l-Ewropa: http://www.coe.int/T/DG4/Portfolio/documents/Common%20European%20Framework%20hyperlinked.pdf
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/41 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Novembru 2011
dwar il-proċedura għar-rikonoxximent taċ-ċentri tat-taħriġ u tal-eżaminaturi tas-sewwieqa tal-ferroviji skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/766/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bil-għan li jinkiseb livell xieraq u komparabbli ta’ kwalità tat-taħriġ u tal-eżaminaturi tas-sewwieqa tal-ferroviji u l-kandidati għal sewwieqa tal-ferroviji għaċ-ċertifikazzjoni tagħhom fl-Istati Membri kollha, huwa rakkomandat li jiġu applikati kundizzjonijiet u proċeduri komuni fuq il-livell tal-UE, kemm fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċentri tat-taħriġ u tal-eżaminaturi tas-sewwieqa tal-ferroviji u l-kandidati għal sewwieqa tal-ferroviji, kif ukoll fir-rigward tar-rekwiżiti kwalitattivi li għandhom jintlaħqu fl-eżami. |
|
(2) |
It-taħriġ u l-eżamijiet għandhom isiru kif xieraq u b’livell ta’ kwalità raġonevoli u komparabbli fl-Istati Membri kollha, biex isir possibbli r-rikonoxximent reċiproku tal-eżamijiet. |
|
(3) |
Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent għandha tindika l-oqsma ta’ kompetenza li fihom iċ-ċentru tat-taħriġ għandu r-rikonoxximent meħtieġ biex jipprovdi korsijiet ta’ taħriġ, kif ukoll l-oqsma li fihom l-eżaminatur għandu r-rikonoxximent biex iwettaq eżamijiet għas-sewwieqa tal-ferroviji. Fil-limiti tal-oqsma ta’ kompetenza speċifikati fid-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent, iċ-ċentru tat-taħriġ rikonoxxut għandu jkun awtorizzat li jwettaq korsijiet ta’ taħriġ, u l-eżaminatur rikonoxxut għandu jkun awtorizzat li jwettaq eżamijiet mal-Unjoni kollha. |
|
(4) |
F’dak li jirrigwarda l-kompetenza lingwistika ġenerali tas-sewwieqa tal-ferroviji, l-awtorità kompetenti x’aktarx ma jkollhiex l-esperjenza u l-kompetenza speċifiċi meħtieġa għar-rikonoxximent taċ-ċentri tat-taħriġ u tal-eżaminaturi fejn tidħol il-kompetenza lingwistika ġenerali tas-sewwieqa tal-ferroviji. F’dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ċertifikati ta’ kompetenza maħruġin miċ-ċentri tat-taħriġ skont il-‘Qafas Ewropew għall-Kompetenza Lingwistika’ (EFLC), imwaqqaf mill-Kunsill tal-Ewropa. |
|
(5) |
F’ċerti Stati Membri, iċ-ċentri tal-eżamijiet diġà twaqqfu, jew se jitwaqqfu sabiex jorganizzaw eżamijiet għas-sewwieqa tal-ferroviji. F’dan il-każ, l-Istat Membru jista’ jiddelega l-kompitu tar-rikonoxximent tal-eżaminaturi liċ-ċentru tal-eżamijiet skont kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Suġġett
|
1. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi prattiċi u proċeduri rakkomandati għar-rikonoxximent ta’ ċentri tat-taħriġ li jagħtu taħriġ professjonali lis-sewwieqa tal-ferroviji u lil kandidati għal sewwieqa tal-ferroviji, kif ukoll għar-rikonoxximent tal-eżaminaturi tas-sewwieqa tal-ferroviji u tal-kandidati għal sewwieqa tal-ferroviji, skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
Applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ ċentru tat-taħriġ
|
2. |
Iċ-ċentru tat-taħriġ għandu jressaq applikazzjoni miktuba għar-rikonoxximent, għat-tiġdid jew għall-emendar tiegħu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih iċ-ċentru tat-taħriġ għandu jew beħsiebu jkollu l-post ewlieni tal-attività tiegħu, għajr fil-każ imsemmi fil-punt 6. |
|
3. |
Fejn ċentru tat-taħriġ ikun jikkonsisti minn aktar minn entità legali waħda, kull waħda mill-entitajiet legali għandha tapplika għar-rikonoxximent b’mod separat. |
|
4. |
L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu dokumenti li jagħtu prova li ntlaħqu r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2007/59/KE u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 765/2011 (2). |
|
5. |
L-applikazzjonijiet għandhom jispeċifikaw il-kompiti ta’ taħriġ li l-applikant japplika għar-rikonoxximent tagħhom. L-applikazzjoni tista’ tirreferi għall-kompiti ta’ taħriġ li jaqgħu taħt qasam ta’ kompetenza wieħed jew iktar. Għandha tkun strutturata skont l-oqsma ta’ kompetenza li ġejjin:
|
|
6. |
Ċentru tat-taħriġ li jkollu l-post ewlieni tal-attività tiegħu fi Stat Membru differenti minn dak fejn tinsab l-infrastruttura, jista’ jiġi rikonoxxut mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura. |
|
7. |
Fejn applikant li japplika għar-rikonoxximent ta’ kompiti tat-taħriġ marbutin mal-għarfien tal-infrastrutturi diġà jkun ġie rikonoxxut, skont din ir-Rakkomandazzjoni u skont id-Deċiżjoni 765/2011, mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra għandhom jillimitaw il-verifika tagħhom għar-rekwiżiti li huma speċifiċi għat-taħriġ dwar l-infrastruttura kkonċernata, u għandhom iżommu lura milli jivverifikaw aspetti li diġà jkunu ġew ivverifikati matul l-eżerċizzju ta’ rikonoxximent ta’ qabel. |
Ħruġ tad-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent ta’ ċentru tat-taħriġ
|
8. |
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent sa mhux iktar tard minn xahrejn wara li tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa. |
|
9. |
L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni abbażi tal-ħila tal-applikant biex juri kif inhuma żgurati l-indipendenza, il-kompetenza u l-imparzjalità. |
|
10. |
Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:
|
Il-validità, l-emendar u t-tiġdid tad-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent ta’ ċentru tat-taħriġ
|
11. |
Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent ta’ ċentru tat-taħriġ għandha tkun valida għal ħames snin. F’każijiet ġustifikati, l-awtorità kompetenti tista’ tqassar il-perjodu ta’ validità fir-rigward tal-kompiti kollha ta’ taħriġ speċifikati fid-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent, jew parti minnhom. |
|
12. |
Ċentru tat-taħriġ li jkun detentur ta’ dikjarazzjoni valida ta’ rikonoxximent jista’ japplika, f’kull ħin, biex iwessa’ l-ambitu tal-kompiti ta’ taħriġ. Dikjarazzjoni emendata ta’ rikonoxximent għandha tinħareġ abbażi tad-dokumenti supplimentari xierqa pprovduti mill-applikant. F’dan il-każ, ma għandhiex tintlaqat id-data tal-iskadenza tad-dikjarazzjoni emendata ta’ rikonoxximent. |
|
13. |
Fejn ma jibqgħux jintlaħqu r-rekwiżiti għal kompitu ta’ taħriġ wieħed jew aktar speċifikat(i) fid-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent, iċ-ċentru ta’ taħriġ rikonoxxut għandu jieqaf minnufih milli jipprovdi t-taħriġ għall-kompiti kkonċernati, u għandu jgħarraf bil-miktub lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent. L-awtorità kompetenti għandha tevalwa t-tagħrif u toħroġ dikjarazzjoni emendata ta’ rikonoxximent. F’dan il-każ, ma għandhiex tintlaqat id-data tal-iskadenza tad-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent. |
|
14. |
Fuq talba taċ-ċentru tat-taħriġ, id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent għandha tiġġedded, u tinħareġ bl-istess kundizzjonijiet bħall-ewwel dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent. L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi proċedura simplifikata li fiha l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ma jinbidlux. Għandhom jitressqu r-reġistri tal-attivitajiet ta’ taħriġ imwettqa matul l-aħħar sentejn. Fejn il-perjodu ta’ validità ta’ qabel ikun tqassar għal inqas minn sentejn skont il-punt 11, għandhom jitressqu r-reġistri għall-perjodu sħiħ. |
Ir-reġistru taċ-ċentri tat-taħriġ
|
15. |
Fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2007/59/KE, kull ċentru tat-taħriġ rikonoxxut għandu jiġi identifikat b’numru individwali ta’ identifikazzjoni. In-numru ta’ identifikazzjoni għandu jkun ibbażat fuq dispożizzjonijiet nazzjonali; madankollu, għandu jinkludu l-isem il-qasir tal-Istat Membru fejn huwa rikonoxxut iċ-ċentru tat-taħriġ. |
|
16. |
Ir-reġistru għandu jinkludi tal-anqas it-tagħrif li ġej:
|
|
17. |
Sabiex ir-reġistru jinżamm aġġornat, iċ-ċentri tat-taħriġ rikonoxxuti għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent dwar kull tibdil rigward id-dejta ppubblikata fir-reġistru. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu jitolbu li tinħażen fir-reġistru dejta addizzjonali flimkien ma’ informazzjoni dwar kwalunkwe tibdil ta’ dik id-dejta. |
Is-sospensjoni u l-irtirar tar-rikonoxximent
|
18. |
Fejn l-attivitajiet ta’ valutazzjoni jew superviżjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti jew Stat Membru skont l-Artikoli 26, 27 jew 29 tad-Direttiva 2007/59/KE jagħtu evidenza li ċentru tat-taħriġ jonqos milli jilħaq ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent, l-awtorità kompetenti għandha tirtira jew tissuspendi d-dikjarazzjoni rispettiva ta’ rikonoxximent. |
|
19. |
Jekk awtorità kompetenti ssib li ċentru tat-taħriġ rikonoxxut mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma jilħaqx l-obbligi tad-Direttiva 2007/59/KE u tad-Deċiżjoni 765/2011, għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor li jkun ħareġ id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent. L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent għandha tivverifika din l-informazzjoni fi żmien erba’ ġimgħat, u għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-talba dwar ir-riżultati tal-verifiki u d-deċiżjonijiet tagħha. |
|
20. |
Fejn l-awtorità kompetenti ssib li ċ-ċentru tat-taħriġ ma għadux jilħaq ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent, l-awtorità kompetenti għandha tirtira jew tissuspendi d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent. |
Il-proċedura ta’ appell
|
21. |
L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf liċ-ċentru tat-taħriġ, bil-miktub u mingħajr wisq dewmien, bir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet tagħha. |
|
22. |
Fil-każ ta’ suspensjoni jew irtirar, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf liċ-ċentru tat-taħriġ, b’mod ċar, bir-rekwiżiti li ma għadhomx jintlaħqu. Qabel ma s-suspensjoni jew l-irtirar jidħlu fis-seħħ, l-awtorità kompetenti tista’ tipprovdi perjodu ta’ notifika, li fih iċ-ċentru tat-taħriġ jista’ jadatta l-prattiki tiegħu sabiex jilħaq ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent. Għandha tinforma liċ-ċentru tat-taħriġ bil-proċedura stabbilita ta’ appell, sabiex tippermetti liċ-ċentru tat-taħriġ ikkonċernat jitlob reviżjoni tad-deċiżjoni. |
|
23. |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tiġi stabbilita proċedura amministrattiva ta’ appell, sabiex tippermetti liċ-ċentru tat-taħriġ ikkonċernat jitlob reviżjoni ta’ deċiżjonijiet li ma jaqbilx magħhom. |
Iċ-ċentri tat-taħriġ li jipprovdu taħriġ fl-ilsna
|
24. |
Fir-rigward tat-taħriġ għall-kompetenza lingwistika ġenerali, Stat Membru jista’ jirrikonoxxi l-applikant bħala ċentru tat-taħriġ abbażi ta’ ċertifikat li jikkonferma l-kompetenza tal-applikant biex jipprovdi taħriġ għall-kompetenza lingwistika ġenerali. Din il-kompetenza għandha tkun skont il-prinċipji u l-metodoloġija tal-‘Qafas Ewropew għall-Kompetenza Lingwistika’ (EFLC) imwaqqaf mill-Kunsill tal-Ewropa (3). L-Istat Membru jista’ jistipula dispożizzjonijiet supplimentari biex jispeċifika l-użu ta’ din l-għażla, b’qies għall-prattika nazzjonali fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta’ kull ċentru tat-taħriġ tal-lingwi. |
|
25. |
Fir-rigward tat-taħriġ dwar il-komunikazzjoni u t-terminoloġija speċifiċi għall-operat tal-ferroviji u għall-proċeduri ta’ sikurezza, għandu jiġi rikjest ir-rikonoxximent skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Rakkomandazzjoni. L-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent bħala ċentru tat-taħriġ li jipprovdi taħriġ dwar il-komunikazzjoni u t-terminoloġija speċifiċi għall-operat tal-ferroviji u għall-proċeduri ta’ sikurezza għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fiha tinsab l-infrastruttura, li l-komunikazzjoni u t-terminoloġija jirreferu għaliha. |
Applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala eżaminatur
|
26. |
Applikant għar-rikonoxximent bħala eżaminatur għandu jressaq applikazzjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
27. |
Fejn applikazzjoni tkun tikkonċerna r-rikonoxximent bħala eżaminatur għall-għarfien tal-infrastruttura, inkluż l-għarfien tar-rotot u r-regoli tal-operat, ir-responsabbiltà għar-rikonoxximent hija f’idejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura. |
|
28. |
Applikazzjoni tista’ titressaq ukoll f’isem l-applikant, mill-impjegatur tiegħu/tagħha. |
|
29. |
L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu dokumenti li jagħtu prova li ntlaħqu r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2007/59/KE u fid-Deċiżjoni 765/2011. |
|
30. |
L-applikazzjonijiet għandhom jispeċifikaw il-qasam jew l-oqsma ta’ kompetenza li għalihom saret l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-eżaminatur. L-applikazzjoni tista’ tirreferi għal qasam ta’ kompetenza wieħed jew iktar. Għandha tkun strutturata skont l-oqsma ta’ kompetenza li ġejjin:
|
Il-ħruġ tad-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent għal eżaminatur
|
31. |
L-awtorità kompetenti għandha tevalwa d-dokumenti kollha mressqin mill-applikant. Fejn jintlaħqu r-rekwiżiti kollha, għandha toħroġ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kemm jista’ jkun malajr, u sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li tkun irċeviet id-dokumenti kollha meħtieġa. |
|
32. |
Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent għandha tinkludi tal-anqas it-tagħrif li ġej:
|
Il-validità, l-emendar, u t-tiġdid ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent għal eżaminatur
|
33. |
Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent ta’ eżaminatur għandha tkun valida għal ħames snin. F’każijiet ġustifikati, l-awtorità kompetenti tista’ tqassar il-perjodu ta’ validità fir-rigward tal-oqsma kollha ta’ kompetenza speċifikati fid-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent, jew parti minnhom. |
|
34. |
Id-detentur ta’ dikjarazzjoni valida ta’ rikonoxximent jista’, f’kull ħin, japplika għall-emenda sabiex iżid qasam jew oqsma ta’ kompetenza. Dikjarazzjoni emendata ta’ rikonoxximent għandha tinħareġ abbażi tad-dokumenti supplimentari xierqa pprovduti mill-applikant. F’dan il-każ, ma għandhiex tintlaqat id-data tal-iskadenza tad-dikjarazzjoni emendata ta’ rikonoxximent. |
|
35. |
Fil-każ ta’ żviluppi li jirrikjedu emenda għad-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent, minħabba li r-rekwiżiti għal qasam wieħed jew aktar ta’ kompetenza speċifikati fiha ma għandhomx jintlaħqu, l-eżaminatur rikonoxxut għandu jieqaf minnufih milli jwettaq eżamijiet f’dawk l-oqsma ta’ kompetenza, u għandu jgħarraf bil-miktub lill-awtorità kompetenti b’dan. L-awtorità kompetenti għandha tevalwa t-tagħrif u toħroġ dikjarazzjoni emendata ta’ rikonoxximent. F’dan il-każ, ma għandhiex tintlaqat id-data tal-iskadenza tad-dikjarazzjoni emendata ta’ rikonoxximent. |
|
36. |
Fuq talba tal-eżaminatur, id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent għandha tiġġedded, u tinħareġ bl-istess kundizzjonijiet bħall-ewwel dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent. L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi proċedura simplifikata fejn il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ qabel ma jkunux inbidlu. Fil-każijiet kollha, l-eżaminaturi li japplikaw għat-tiġdid għandhom iressqu reġistri tal-kompetenzi li jkunu rċevew matul l-aħħar perjodu ta’ validità, kif ukoll tal-attivitajiet ta’ eżami li jkunu wettqu matul l-aħħar sentejn. Fejn il-perjodu ta’ validità ta’ qabel ikun tqassar għal inqas minn sentejn skont il-punt 33, għandhom jitressqu r-reġistri għall-perjodu sħiħ, kif xieraq. |
Ir-reġistru tal-eżaminaturi
|
37. |
Fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2007/59/KE, kull eżaminatur għandu jiġi identifikat b’numru individwali ta’ identifikazzjoni. In-numru ta’ identifikazzjoni għandu jkun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet nazzjonali; madankollu, għandu jinkludi l-isem il-qasir tal-Istat Membru li fih l-eżaminatur huwa rikonoxxut. |
|
38. |
Ir-reġistru għandu jinkludi tal-anqas it-tagħrif li ġej:
|
|
39. |
Sabiex ir-reġistru jinżamm aġġornat, l-eżaminatur rikonoxxut jew l-impjegatur tiegħu/tagħha għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent dwar kull tibdil rigward id-dejta inkluża fir-reġistru. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu jipprovdu li tinħażen dejta addizzjonali fir-reġistru, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe tibdil ta’ dik id-dejta. |
|
40. |
Id-dejta msemmija fil-punt 38(a), (b) u (c) għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Dejta oħra elenkata fil-punt 38 għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. |
Is-sospensjoni u l-irtirar tar-rikonoxximent
|
41. |
Fejn l-attivitajiet ta’ valutazzjoni jew superviżjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 26, 27 jew 29 tad-Direttiva 2007/59/KE jagħtu evidenza li eżaminatur jonqos milli jilħaq ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent, l-awtorità kompetenti għandha tirtira jew tissuspendi d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent. |
|
42. |
Jekk awtorità kompetenti ssib li eżaminatur rikonoxxut mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma jilħaqx rekwiżit wieħed jew aktar tad-Direttiva 2007/59/KE u tad-Deċiżjoni 765/2011, għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor li jkun ħareġ id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent, u għandha titlobha twettaq il-verifika xierqa. |
|
43. |
Jekk l-awtorità kompetenti ta’ dan l-aħħar Stat Membru ssib li l-eżaminatur ma għadux jilħaq ir-rekwiżiti, għandha tirtira jew tissuspendi d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent; tinforma lill-eżaminatur, bil-miktub u mingħajr wisq dewmien, bir-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha; u tgħarraf lill-awtorità kompetenti li tkun infurmatha bin-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti bid-deċiżjoni tagħha. |
Il-proċedura ta’ appell
|
44. |
L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-eżaminatur, bil-miktub u mingħajr wisq dewmien, bir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet tagħha. |
|
45. |
Fil-każ ta’ suspensjoni jew irtirar, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni ċara dwar ir-rekwiżiti li ma għadhomx jintlaħqu. Qabel ma s-suspensjoni jew l-irtirar jidħlu fis-seħħ, l-awtorità kompetenti tista’ tipprovdi perjodu ta’ notifika, li fih l-eżaminatur jista’ jadatta l-prattiki tiegħu sabiex jilħaq ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent. |
|
46. |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tiġi stabbilita proċedura amministrattiva ta’ appell, sabiex tippermetti lill-applikanti jew lill-eżaminaturi jitolbu reviżjoni ta’ deċiżjonijiet li ma jaqblux magħhom. |
L-eżaminaturi li jevalwaw il-kompetenza lingwistika
|
47. |
Fir-rigward tal-eżami tal-kompetenza lingwistika ġenerali, u sabiex l-applikant jiġi rikonoxxut bħala eżaminatur, Stat Membru jista’ jirrikonoxxi lill-applikant abbażi ta’ ċertifikat, maħruġ skont il-prattika komuni fis-settur tat-taħriġ fl-ilsna. Dan iċ-ċertifikat għandu jikkonferma l-ħila tal-applikant biex iwettaq eżamijiet skont il-prinċipji u l-metodoloġija tal-‘Qafas Ewropew għall-Kompetenza Lingwistika’ (EFLC) imwaqqaf mill-Kunsill tal-Ewropa. L-Istat Membru jista’ jistipula dispożizzjonijiet supplimentari biex jispeċifika l-użu ta’ din l-għażla, b’qies għall-prattika nazzjonali fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenza lingwistika tal-eżaminaturi. |
|
48. |
Fir-rigward tal-eżami tal-kompetenza fil-komunikazzjoni u t-terminoloġija speċifiċi għall-operat tal-ferroviji u għall-proċeduri ta’ sikurezza, għandu jiġi rikjest ir-rikonoxximent skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Rakkomandazzjoni. L-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent bħala eżaminatur biex iwettaq eżami fil-komunikazzjoni u t-terminoloġija speċifiċi għall-operat tal-ferroviji u għall-proċeduri ta’ sikurezza għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fiha tinsab l-infrastruttura, li l-komunikazzjoni u t-terminoloġija jirreferu għaliha. |
Ir-rikonoxximent taċ-ċentri tal-eżamijiet
|
49. |
Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jirrikjedi r-rikonoxximent ta’ ċentri tal-eżamijiet abbażi ta’ applikazzjoni bil-miktub imressqa lill-awtorità kompetenti. |
|
50. |
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent taċ-ċentru tal-eżamijiet, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri nazzjonali, u abbażi tal-kriterji ta’ indipendenza, kompetenza u imparzjalità. Il-punti 26 sa 48 għandhom japplikaw għar-rikonoxximent taċ-ċentri tal-eżamijiet. |
|
51. |
L-awtorità kompetenti tista’ tiddelega lil dawn iċ-ċentri tal-eżamijiet ir-rikonoxximent tal-eżaminaturi tagħha stess, bil-kundizzjoni li dawn jilħqu r-rekwiżiti stipulati fil-punt 53. |
|
52. |
Għall-finijiet tal-punt 54, iċ-ċentru tal-eżamijiet għandu jżomm reġistru aġġornat tal-eżaminaturi kollha li jkun irrikonoxxa. Dan ir-reġistru għandu jipprovdi t-tagħrif imsemmi fil-punt 38. |
|
53. |
Iċ-ċentru tal-eżamijiet għandu jipprovdi miżuri xierqa biex jiġġestixxi l-eżaminaturi tiegħu, u biex jiżgura li l-eżaminaturi tiegħu għandhom il-kompetenzi meħtieġa skont id-Direttiva 2007/59/KE u d-Deċiżjoni 765/2011. |
|
54. |
L-eżaminaturi għandu jkollhom il-permess li jwettqu eżamijiet biss fil-qafas tal-attivitajiet taċ-ċentru tal-eżamijiet li jaħdmu fih. |
|
55. |
L-informazzjoni dwar iċ-ċentru tal-eżamijiet rikonoxxut għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, fir-reġistru pprovdut fil-punt 38, mingħajr ma tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-eżaminaturi individwali li jaħdmu f’dak iċ-ċentru tal-eżamijiet. Għandu jintwera l-isem taċ-ċentru tal-eżamijiet flok in-numru ta’ identifikazzjoni msemmi fil-punt 37. |
|
56. |
L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf liċ-ċentru tal-eżamijiet, bil-miktub u mingħajr wisq dewmien, bir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet tagħha. |
|
57. |
Fil-każ ta’ suspensjoni jew irtirar, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni ċara dwar ir-rekwiżiti li ma għadhomx jintlaħqu. Qabel ma s-suspensjoni jew l-irtirar jidħlu fis-seħħ, l-awtorità kompetenti tista’ tipprovdi perjodu ta’ notifika, li fih iċ-ċentru tal-eżamijiet jista’ jadatta l-prattiki tiegħu sabiex jilħaq ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent. |
|
58. |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tiġi stabbilita proċedura amministrattiva ta’ appell, sabiex tippermetti lill-applikanti jew liċ-ċentri tal-eżamijiet jitolbu reviżjoni ta’ deċiżjonijiet li ma jaqblux magħhom. |
Regoli ta’ evalwazzjoni trasparenti
|
59. |
Il-prinċipji tal-evalwazzjoni u tal-għoti ta’ punti, u t-tipi ta’ riżultati, għandhom ikunu disponibbli qabel l-eżamijiet. |
|
60. |
Is-sewwieqa jew il-kandidati għal sewwieqa għandu jkollhom il-permess li jaraw l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-eżamijiet, u li jitolbu reviżjoni fil-każ ta’ opinjoni negattiva rraġunata fir-rigward tal-eżamijiet li jkunu għamlu. |
Verifiki tal-kwalità u superviżjoni mill-awtorità kompetenti
|
61. |
Għall-konformità mal-attivitajiet ta’ superviżjoni tagħhom skont l-Artikoli 26, 27 jew 29 tad-Direttiva 2007/59/KE, awtorità kompetenti tista’ titlob:
|
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi-President
(1) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51.
(2) Ara paġna 36 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Common European Framework of Reference for Languages: Learning, Teaching, Assessment, 2001 (Cambridge University Press għall-verżjoni bl-Ingliż – ISBN 0-521-00531-0). Disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill tal-Ewropa: http://www.coe.int/T/DG4/Portfolio/documents/Common%20European%20Framework%20hyperlinked.pdf.