ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.310.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 310

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
25 ta' Novembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1215/2011 tal-24 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sudan

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011 tal-24 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għal servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet tan-netwerk ( 1 )

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1217/2011 tal-24 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2011 tal-24 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/752/PESK tal-24 ta’ Novembru 2011 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

10

 

 

2011/753/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi regoli u metodi ta’ kalkolu biex tkun ivverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8165)

11

 

 

2011/754/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ verifiki fuq assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8289)  ( 1 )

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1215/2011

tal-24 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/423/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan u s-Sudan t’Isfel u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK (1), addottat skont il-Kapitolu 2 tat-Titlu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK (2) dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/423/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan u s-Sudan t’Isfel u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK. Id-Deċiżjoni 2011/423/PESK temenda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restittivi imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK li ġiet irrevokata.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 (3) għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnhufih mal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 131/2004 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

It-Titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 tas-26 ta’ Jannar 2004 li jimponi ċerti miżuri ristrettivi dwar is-Sudan u s-Sudan t’Isfel.”;

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Għandu jiġi pprojbit:

(a)

li tipprovdi assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u għall-fornitura, manifattura, manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u l-partijiet ta’ sostituzzjoni għalihom, direttament jew indirettament lil kull peruna, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sudan jew is-Sudan t’Isfel;

(b)

li tipprovdi finanzi jew assistenza finanzjarja dwar attivitajiet militari, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu fuq esporti, għal kull bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew għal kull għotja ta’ assistenza teknika relatata, direttament jew indirettament lejn kull persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sudan jew is-Sudan t’Isfel”;

(3)

Fl-Artikolu 4(1), iddaħħal il-punt li ġej:

“(e)

għajnuna għal proċess ta’ Riforma fis-Settur tas-Sigurtà fis-Sudan t’Isfel.”;

(4)

L-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

L-Artikoli 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinforzati bil-metall u elmi militari, temporanjament esportati lejn is-Sudan jew is-Sudan t’Isfel mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u tal-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

W. PAWLAK


(1)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 20.

(2)  ĠU L 139, 2.6.2005, p. 25.

(3)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 1.


25.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1216/2011

tal-24 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għal servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet tan-netwerk

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (2), jistipula l-Indikaturi ta' Prestazzjoni Ewlenin (Key Performance Indicators (KPI) u miri vinkolanti dwar l-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-kost-effiċjenza.

(2)

L-iffisar tal-miri tal-indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza għall-blokk nazzjonali jew funzjonali tal-ispazju tal-ajru (functional airspace block - FAB) stabbilita fl-Anness 1 għar-Regolament (UE) nru 691/2010, jinkludi: l-effikaċja tal-ġestjoni tas-sikurezza kif imkejla b'metodoloġija bbażata fuq il-Qafas tal-Istħarriġ tal-Maturità tas-Sikurezza tal-ATM; l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-gravità tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju li tippermetti rapportar armonizzat tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-Ksur Minimu tas-Separazzjoni, tal-Inkursjonijiet fuq ir-Runway u tal-Avvenimenti Tekniċi Speċifiċi tal-ATM; u r-rapportar ta' kultura ġusta.

(3)

Skont l-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 691/2010, dawk il-KPIs tas-sikurezza għandhom ikunu żviluppati aktar flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) u l-Organizzazzjoni għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol), u għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni qabel l-ewwel perjodu ta' referenza.

(4)

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta' Ħidma li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-EASA, tal-Eurocontrol u tal-Kummissjoni (magħrufa bħala l-“E3-Task Force”). Dak il-grupp ta' ħidma pproduċa rapport tekniku intitolat “Metrics for Safety Key Performance Indicators for the Performance Scheme” (Metrika għall-Indikaturi ta' Prestazzjoni Ewlenin tas-Sikurezza għall-Iskema ta' Prestazzjoni) Dak ir-rapport kien żviluppat iktar abbażi tal-kummenti li waslu mill-Istati Membri u mill-partijiet konċernati u jikkostitwixxi l-kunċett tekniku għal dan ir-Regolament u għall-Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (Acceptable Means of Compliance - AMC) u l-Materjal ta' Gwida (Guidance Material - GM) assoċjati tiegħu.

(5)

Xogħol li diġà sar fir-rigward ta' inizjattivi oħra bħall-Pjan ta' Azzjoni tas-Sikurezza tal-EASA u l-Istrument għall-Analiżi tar-Riskju u l-Qafas tal-Istħarriġ ta' Maturità ta' Sikurezza tal-Eurocontrol għandhom ikunu kkunsidrati fl-iżvilupp tal-KPIs tas-sikurezza.

(6)

L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni gradwali tal-iskema ta' prestazzjoni turi li ż-żmien allokat għall-Kummissjoni għall-valutazzjoni tal-miri ta' prestazzjoni riveduti għandhom jiżdiedu fid-dawl tax-xogħol iġġenerat mill-valutazzjoni ddettaljata tal-pjanijiet ta' prestazzjoni u sabiex isir id-djalogu neċessarju mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u biex tkun żgurata ġustifikazzjoni xierqa tar-riżultati tal-valutazzjoni.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 691/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 691/201 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-kelma “xahrejn” hija sostitwita b' “erba' xhur”;

(b)

Fil-paragrafu 2, il-kelma “xahrejn” hija sostitwita b' “erba' xhur”;

(c)

Fil-paragrafu 3, il-kelma “xahrejn” hija sostitwita b' “erba' xhur”;

(2)

F'Anness I, il-punt 1 tat-Taqsima 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI EWLENIN TAS-SIKUREZZA

(a)

L-ewwel KPI tas-sikurezza nazzjonali/tal-FAB għall-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun l-effikaċja tal-ġestjoni tas-sikurezza kif imkejla b’metodoloġija bbażata fuq il-Qafas tal-Istħarriġ tal-Maturità tas-Sikurezza tal-ATM.

Fir-rigward tal-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tagħhom u l-fornituri tas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, iċċertifikati biex jipprovdu servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew servizzi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza, dan il-KPI għandu jkun imkejjel bil-livell ta' implimentazzjoni tal-Objettivi ta' Ġestjoni li ġejjin:

Politika u objettivi tas-sikurezza;

Ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza;

Assigurazzjoni tas-sikurezza;

Promozzjoni tas-sikurezza;

Kultura tas-Sikurezza.

(b)

It-tieni KPI tas-sikurezza nazzjonali/FAB għall-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-gravità li tidher hawn taħt ibbażata fuq il-metodoloġija tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju, għar-rapportar ta', bħala minimu, tliet kategoriji ta' okkorrenzi: il-Ksur Minimu tas-Separazzjoni, l-Inkursjonijiet fuq ir-Runway u l-Avvenimenti Tekniċi Speċifiċi tal-ATM fiċ-Ċentri ta' Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru kollha u fl-ajruporti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-metodu f’ajruporti b’inqas minn 50 000 moviment kummerċjali tat-trasport tal-ajru fis-sena.

Meta jirrapportaw l-okkorrenzi ta' hawn fuq, l-Istati Membri u l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jużaw il-klassifikazzjoniijiet gravità li ġejjin:

Inċident serju.

Inċident kbir

Inċident sinifikanti

L-ebda effett fuq is-sikurezza

Mhux determinat Pereżempju informazzjoni insuffiċjenti disponibbli, jew evidenza inkonklussiva jew konflinġenti pprekludiet din id-determinazzjoni.

Ir-rapportar dwar l-applikazzjoni tal-metodu għandu jsir għal okkorrenzi individwali.

(c)

It-tielet KPI tas-sikurezza nazzjonali/FAB għall-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun ir-rapportar mill-Istati Membri u l-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru tagħhom permezz ta' kwestjonarju stabbilit skont il-paragrafu (e), li jkejjel il-livell ta' preżenza u l-livell korrispondenti ta' nuqqas ta' kultura ġusta.

(d)

Matul l-ewwel perjodu ta' referenza, mhu se jkun hemm l-ebda mira ta' prestazzjoni tas-sikurezza għall-UE kollha. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri korrispondenti għal dawn il-KPIs tas-sikurezza.

(e)

Sabiex ikunu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-kejl tal-KPIs tas-sikurezza, EASA – f'konsultazzjoni mal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni – għandha tadotta qabel il-bidu tal-ewwel perjodu ta' referenza mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida f'konformità mal-proċedura adottata skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(f)

Il-Eurocontrol għandu jipprovdi b'mod puntwali, l-informazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp tad-dokumenti msemmija fil-punt (e), inkluża mill-inqas l-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju u l-iżvilupp ulterjuri tagħha u d-dettalji tal-metodoloġija tal-Qafas tal-Istħarriġ tal-Maturità tas-Sikurezza u l-fatturi ta' kejl tiegħu.

(g)

Il-kejl annwali tal-KPIs imsemmi fil-punti (a) u (c) (kwestjonarji dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-kultura ġusta) minn awtoritajiet superviżorji nazzjonali u fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ikunu rrapportati lill-EASA għas-sena preċedenti mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali qabel l-1 ta' Frar ta' kull sena. Dan il-kejl annwali għandu jintuża bħala kontribut għall-funzjonijiet ta' monitoraġġ deskritti fil-punti (h) u (i). L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jippreżentaw kwalunkwe bidla li sseħħ fil-kejl annwali tal-KPIs qabel ma jkun ippreżentat ir-rapport annwali ta' wara.

(h)

L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-kejl tal-KPIs tas-sikurezza mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, skont il-proċeduri għas-sorveljanza tas-sikurezza stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2011 (*).

(i)

Fil-kuntest tal-ispezzjonijiet ta' standardizzazzjoni tagħha, l-EASA għandha timmonitorja l-implimentazzjoni u l-kejl tal-KPIs tas-sikurezza mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont il-metodi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. L-EASA għandha tinforma lill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni bl-eżitu ta' dawn l-ispezzjonijiet.

(*)  ĠU L 271, 18.10.2011, p. 15.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin (20) jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1.


25.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1217/2011

tal-24 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

62,0

MA

42,6

MK

57,4

TN

143,2

TR

85,0

ZZ

78,0

0707 00 05

AL

64,0

EG

188,1

TR

102,2

ZZ

118,1

0709 90 70

MA

36,7

TR

139,2

ZZ

88,0

0805 20 10

MA

75,2

ZZ

75,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

42,1

IL

76,3

JM

134,1

MA

53,5

TR

82,6

ZZ

77,7

0805 50 10

TR

61,1

ZA

49,5

ZZ

55,3

0808 10 80

CA

135,1

CL

90,0

CN

86,4

MK

41,0

NZ

41,5

US

122,1

ZA

107,2

ZZ

89,0

0808 20 50

AR

43,9

CN

79,6

ZZ

61,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


25.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1218/2011

tal-24 ta’ Novembru 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/12 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1199/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 303, 22.11.2011, p. 42.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-25 ta’ Novembru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

39,90

0,00

1701 11 90  (1)

39,90

2,93

1701 12 10  (1)

39,90

0,00

1701 12 90  (1)

39,90

2,64

1701 91 00  (2)

45,89

3,70

1701 99 10  (2)

45,89

0,57

1701 99 90  (2)

45,89

0,57

1702 90 95  (3)

0,46

0,24


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

25.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/752/PESK

tal-24 ta’ Novembru 2011

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl- 4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2).

(2)

Fid-9 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/445/PESK (3), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK billi żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja li jkopri n-nefqa tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (“EULEX KOSOVO”) sal-iskadenza tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK.

(3)

Fit-8 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (4), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u estendietha għal perijodu ta’ sentejn sal-14 ta’ Ġunju 2012.

(4)

L-ammont attwali ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sal-14 ta’ Diċembru 2011. L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata biex tipprovdi ammont ġdid ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu mill-15 ta’ Diċembru 2011 sal-14 ta’ Ġunju 2012.

(5)

Il-EULEX KOSOVO ser tiġi kondotta fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ twaqqaf milli jintlaħqu l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 16(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK huwa b’dan sostitwit kif ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2010 għandu jkun ta’ EUR 265 000 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ottubru 2010 sal-14 ta’ Diċembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 165 000 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Diċembru 2010 sal-14 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 72 800 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

W. PAWLAK


(1)  Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  ĠU L 148, 11.6.2009, p. 33.

(4)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.


25.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi regoli u metodi ta’ kalkolu biex tkun ivverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8165)

(2011/753/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, hu xieraq li jiġu definiti r-regoli meta dawn il-miri jiġu applikati.

(2)

Hu neċessarju wkoll li jiġu determinati l-metodi għall-kalkolu tas-sehem tal-iskart muniċipali u tal-iskart mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini li hu mħejji għall-użu mill-ġdid, riċiklat jew materjalment irkuprat sabiex jivverifikaw u jimmonitorjaw il-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(3)

L-Artikolu 11(2)(a) tad-Direttiva 2008/98/KE tagħti ċerta flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-flussi ta’ skart muniċipali li għalihom qed jiġu applikati l-miri. Madankollu, hu xieraq li tiġi definita firxa ta’ għażliet li għandhom l-Istati Membri sabiex jiċċaraw l-applikazzjoni prattika biex tkun ivverifikata l-konformità ma’ dawn il-miri.

(4)

Sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv addizzjonali, id-dejta dwar l-istatistika tal-iskart irrappurtata skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (2) għandha tintuża sakemm ikun possibbli biex tkun ivverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(5)

Meta l-iskart ikun esportat 'il barra mill-Unjoni u jkun hemm evidenza b'saħħitha li t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru jkunu saru skont il-kondizzjonijiet li jkunu ekwivalenti għal dawk preskritti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni, li l-iskart għandu jitqies meta tkun iverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(6)

Reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni tista' tkun neċessarja, jekk jittieħdu miżuri sabiex jissaħħu l-miri jew jiġu ffissati miri għal flussi oħra ta’ skart.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

B'żieda mad-definizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(1)

“skart domestiku” jfisser skart iġġenerat fid-djar;

(2)

“skart simili” jfisser skart li fin-natura u l-kompożizzjoni tiegħu jkun jista' jitqabbel ma’ skart domestiku, ħlief skart tal-produzzjoni u skart mill-agrikoltura u l-forestrija;

(3)

“skart muniċipali” jfisser skart domestiku u skart simili;

(4)

“skart mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini” jikkorrispondi għall-kodiċi tal-iskart li jinsabu fil-kapitolu 17 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (3), ħlief għall-iskart ta’ periklu u materjal li jokkorri b'mod naturali kif definit fil-kategorija 170504;

(5)

“materjal ta’ rkupru” jfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru, ħlief għall-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwil;

(6)

“mili bir-radam” ifisser operazzjoni ta’ rkupru li fiha jintuża skart adattat minflok materjali li mhumiex skart għall-fini ta’ riklamazzjoni f'żoni skavati jew għall-fini ta’ xogħlijiet ta’ inġinerija fil-pajsaġġ.

Artikolu 2

Rekwiżiti ġenerali

Għall-fini sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(1)

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE billi jikkalkulaw il-piż tal-flussi tal-iskart iġġenerati u l-flussi ta’ skart li jkunu mħejjijin għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew li jkunu għaddew minn irkupru ta’ materjali oħra f'sena kalendarja waħda.

(2)

Il-piż tal-iskart imħejji għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew l-irkupru materjali għandu jkun determinat billi tiġi kkalkulata l-kwantità ta’ skart użata fit-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ finali jew għal proċessi finali oħra ta’ rkupru ta’ materjali. Operazzjoni preparatorja qabel ma l-iskart jgħaddi għall-irkupru jew għal operazzjoni ta’ rimi mhijiex operazzjoni finali ta’ riċiklaġġ jew ta’ rkupru ta’ materjali. Meta l-iskart jinġabar wara li jkun ġie sseparat jew inkella l-iskart ikun ġie pproċessat f'impjant fejn l-iskart jiġi magħżul u jintbagħat għar-riċiklaġġ jew jgħaddi minn proċessi ta’ rkupru materjali oħra mingħajr ma jkun hemm ħafna telf, dak l-iskart ikun jista' jitqies bħala l-piż tal-iskart li jkun tħejja għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew li jkun għadda minn irkupru materjali ieħor.

(3)

L-ammont ta’ skart imħejji għall-użu mill-ġdid għandu jkun inkluż fl-ammont ta’ skart riċiklat u ma għandux jiġi rrappurtat b'mod separat.

(4)

Meta l-iskart jintbagħat biex jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għall-irkupru ta’ materjal ieħor fi Stat Membru ieħor, ma jistax jitqies ħlief skont il-miri tal-Istat Membru li fih ikun inġabar.

(5)

Meta l-iskart jiġi esportat 'il barra mill-Unjoni biex jitħejja għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew irkupru ta’ materjali oħra, għandu jitqies li jkun tħejja għall-użu mill-ġdid, riċiklat jew inkella jkun għadda minn proċess ta’ rkupru materjali ieħor dejjem jekk ikun hemm evidenza ta’ min joqgħod fuqha li turi li l-ġarr ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u b'mod partiolari l-Artikolu 49(2) tiegħu.

(6)

Meta l-kalkolu tal-mira jiġi applikat għat-trattament aerobiku jew anaerobiku tal-iskart bijodegredabbli, il-kwantità ta’ skart li jiġi trattat b'mod aerobiku jew anaerobiku jista' jitqies bħala riċiklat meta dak it-trattament jiġġenera kompost jew diġestat li, wara li jkun hemm il-ħtieġa ta’ iktar proċessar mill-ġdid, jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklat/a għal trattament tal-art li jirriżulta f'benefiċċji għall-agrikultura jew għat-titjib ekoloġiku.

Artikolu 3

Skart muniċipali

(1)   Għall-fini sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-mira dwar l-iskart muniċipali stipulata fl-Artikolu 11(2)(a) tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-mira għal waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku li jkun magħmul mill-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ;

(b)

it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku magħmul mill-karta, mill-metall, mill-plastik, mill-ħġieġ u tipi oħra singli ta’ skart domestiku jew ta’ skart simili ta’ oriġini oħra;

(c)

it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku;

(d)

it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali.

(2)   Il-mira tapplika għall-ammont sħiħ tal-flussi tal-iskart fl-għażla magħżula mill-Istat Membru skont il-paragrafu 1 għal dan l-Artikolu.

(3)   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu tal-kalkolu stipulati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni li jikkorrispondi għall-alternattiva magħżula mill-Istat Membru skont il-paragrafu 1.

(4)   Ir-rapport tal-implimentazzjoni tal-Istati Membri dwar l-iskart muniċipali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Annessi I u II.

(5)   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni tal-alternattiva magħżula skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fl-ewwel rapport ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(6)   Stat Membru jista' jibdel l-alternattiva sakemm jiddaħħal ir-rapport ta’ implimentazzjoni li jkopri s-sena 2020 sakemm tkun tista' tiżgura li jkun hemm konsistenza fid-dejta rrappurtata.

Artikolu 4

Skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini

(1)   Għall-kalkolu tal-mira stipulata fl-Artikolu 11(2)(b) tad-Direttiva 2008/98/KE fir-rigward tal-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-hini, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu tal-kalkolu stipulati fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

(2)   Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-Istati Membri dwar l-iskart muniċipali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Anness III.

(3)   L-ammont tal-iskart użat għall-operazzjonijiet tal-irdim mill-ġdid għandu jiġi rrappurtat b'mod separat mill-ammont tal-iskart imħejji għall-użu mill-ġdid jew riċiklat minn operazzjonijiet ta’ rkupru tal-materjal ieħor. L-ipproċessar mill-ġdid tal-iskart f'materjal li għandu jintuża għall-operazzjoniiet tal-irdim mill-ġdid għandu jiġu rrappurtat wkoll bħala rdim mill-ġdid.

Artikolu 5

Rappurtar mill-Istati Membri

(1)   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-progress li jagħmlu lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miri li għandhom jintlaħqu stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE permezz tar-rapport ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 37 tiegħu.

(2)   L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta fir-rapporti ta’ implimentazzjoni dwar l-istat ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid, r-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjal tal-flussi tal-iskart rispettivi għal kull sena mill-perjodu ta’ rrappurtar ta’ tliet snin jew inkella għas-snin tal-perjodi ta’ rappurtar stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002.

(3)   Fir-rapport ta’ implimentazzjoni li jkopri s-sena 2020, l-Istati Membri għandhom juru konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE għall-ammonti tal-flussi ta’ skart rispettivi ġġenerati u rriċiklati jew irkuprati fis-sena 2020.

(4)   L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta u l-metadejta mitluba minn din id-Deċiżjoni lill-Kummissjoni f'format elettroniku, permezz ta’ standard ta’ bidla stipulat mill-Eurostat.

Artikolu 6

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 312. 22.11.2008, p. 3.

(2)  ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.


ANNESS I

METODI GĦALL-KALKOLU TAL-MIRA TAL-ISKART MUNIĊIPALI SKONT L-ARTIKOLU 3(3) TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

Alternattiva msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni

Metodu tal-kalkolu

Rekwiżiti speċifiċi għar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-Istat Membru

Tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku li jkun magħmul mill-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ;

Metodu ta’ kalkolu nru 1

Formula

L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta nazzjonali. Tista’ tintuża dejta minn obbligi oħra ta’ rappurtar dwar l-iskart u tiġi adattata għall-kundizzjonijiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jibagħtu, flimkien mad-dejta, rapport li jispjega kif l-ammonti ġġenerati u rriċiklati ġew ikkalkulati u kif dawn l-ammonti jirrelataw mad-dejta dwar l-iskart domestiku li għandu jiġi rrappurtat skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002.

Tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku magħmul mill-karta, metall, plastik, ħġieġ u tipi oħra ta’ skart domestiku magħmul minn materjal wieħed jew tipi oħra ta’ skart simili ta’ oriġini oħra

Metodu ta’ kalkolu nru 2

Formula

L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta nazzjonali. Tista’ tintuża dejta minn obbligi oħra ta’ rappurtar dwar l-iskart u tiġi adattata għall-kundizzjonijiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jibagħtu, flimkien mad-dejta, rapport li jispjega liema materjali huma koperti, mil-liema attivitajiet jirriżultaw billi jiġu mmarkati ċ-ċelloli rilevanti fit-tabella fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni u kif ikunu ġew ikkalkulati l-ammonti ġġenerati u rriċiklati. Fil-każ li Stat Membru jinkludi skart li jiġi kompost fid-djar fil-kalkoli tiegħu, għandu jispjega kif l-ammonti ġġenerati u rriċiklati jkunu ġew ikkalkulati.

Ir-rapport għandu jispjega wkoll kif dawn l-ammonti jirrelataw mad-dejta dwar l-iskart domestiku u attivitajiet ekonomiċi oħra li għandhom juiġu rrappurtati skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002.

Tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku

Metodu ta’ kalkolu nru 3

Formula

L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta nazzjonali għar-rappurtar dwar l-ammont ta’ skart doemstiku riċiklat. Għandhom jibagħtu, flimkien mad-dejta, rapport li jispjega liema materjali huma koperti, billi jimmarkaw il-kaxxi rilevanti fit-tabella li tinsab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni u kif ikunu ġew ikkalkulati l-ammonti ta’ skart riċiklat.

Ir-rapport għandu jispjega wkoll kif dawn l-ammonti jirrelataw mad-dejta dwar l-iskart domestiku u attivitajiet ekonomiċi oħra li għandhom juiġu rrappurtati skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002.

L-ammonti sħaħ ta’ skart domestiku għandhom jittieħdu mid-dejta li għandha tiġi rrappurtat skont il-punt 1.2 tat-Taqsima 8 tal-Anness I għar-Regoalment (KE) Nru 2150/2002.

L-iskart li jaqa’ taħt il-kodiċi tal-iskart li ġejjin għandu jkun eskluż mill-kalkolu:

08.1.

-

Vetturi mormija

11-13

-

Drenaġġ u skart minerali

Tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali

Metodu ta’ kalkolu nru 4

Formula

L-Istati Membri għandhom jistrieħu fuq id-dejta statistika tal-iskart muniċipali rrappurtata kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat).


ANNESS II

IL-MATERJALI U S-SORSI RILEVANTI TAL-ISKART MUNIĊIPALI GĦALL-METODI TAL-KALKOLU Nri 1, 2 U 3 GĦALL-ANNESS I

 

 

Iġġenerat minn

Djar

Intrapriżi żgħar

Ristoranti u kantins

Żoni pubbliċi

Oħrajn

(speċifika)

Materjal tal-iskart

Il-kodiċi tal-iskart skont id-Direttiva 2000/532/KE

 

 

 

 

 

Karta u kartun

20 01 01 , 15 01 01

 

 

 

 

 

Metalli

20 01 40 , 15 01 04

 

 

 

 

 

Plastik

20 01 39 , 15 01 02

 

 

 

 

 

Ħġieġ

20 01 02 , 15 01 07

 

 

 

 

 

Skart bijodegradabbli tal-kċina u tal-kantin

20 01 08

 

 

 

 

 

Jekk jogħġbok indika jekk hux inkluż l-iskart domestiku kompost

Skart bijodegredabbli tal-ġonna u l-parks

20 02 01

 

 

 

 

 

Jekk jogħġbok indika jekk hux inkluż l-iskart domestiku kompost:

Skart mhux bijodegredabbli tal-ġonna u l-parks

20 02 02 , 20 02 03

 

 

 

 

 

Injam

20 01 38 , 15 01 03

 

 

 

 

 

Tessili

20 01 10 , 20 01 11 , 15 01 09

 

 

 

 

 

Batteriji

20 01 34 , 20 01 33 *

 

 

 

 

 

Apparat mormi

20 01 21 *, 20 01 23 *, 20 01 35 *, 20 01 36

 

 

 

 

 

Skart muniċipali ieħor

20 03 01 , 20 03 02 , 20 03 07 , 15 01 06

 

 

 

 

 

Skart muniċipali mhux imsemmi hawn fuq (jekk jogħġbok speċifika)

 

 

 

 

 

 


ANNESS III

METODI GĦALL-KALKOLU TAL-MIRA TAL-ISKART TAL-KOSTRUZZJONI U TAT-TWAQQIGĦ TAL-BINI SKONT L-ARTIKOLU 4(1) TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

Metodu tal-kalkolu

Rekwiżiti speċifiċi għar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-Istat Membru

Formula

(1)

Ir-rapporti dwar l-ammonti rkuprati materjalment tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini (numeratur tal-formula) għandhom jinkludu biss il-kodiċi li ġejjin fl-Anness għad-Deċiżjoni 2000/532/KE.

 

Lista ta’ Skart, kapitolu 17 – Skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini

17 01 01 , 17 01 02 , 17 01 03 , 17 01 07 , 17 02 01 , 17 02 02 , 17 02 03 , 17 03 02 , 17 04 01 , 17 04 02 , 17 04 03 , 17 04 04 , 17 04 05 , 17 04 06 , 17 04 07 , 17 04 11 , 17 05 08 , 17 06 04 , 17 08 02 , 17 09 04

 

Lista ta’ skart, sotto-kapitolu 19 12 - Skart minn trattament mekkanizzat tal-iskart (pereżempju separazzjoni, tgħaffiġ, kkumpattjar, ffurmar tal-iskart f'forma ta’ sferi), jekk ikun iġġenerat minn trattament ta’ skart ta’ kostruzzjoni u ta’ twaqqigħ tal-bini:

19 12 01 , 19 12 02 , 19 12 03 , 19 12 04 , 19 12 05 , 19 12 07 , 19 12 09

L-Istati Membri għandhom jispjegaw, f'rapport li għandu jintbagħat flimkien mad-dejta, kif jiġi evitat li l-iskart jingħadd darbtejn.

(2)

Skart iġġenerat mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini għandu jiġi rrappurtat skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 (denominatur tal-formula) li fiha:

(a)

skart iġġenerat mit-Taqsima F tal-kodiċi NACE Rev. 2 kif imsemmi fil-partita nru 17 tat-taqsima 8 għall-Anness I għal dak ir-Regolament li fih il-kodiċi tal-iskart li ġejjin kif definiti fit-taqsima 2 tal-Anness I għal dak ir-Regolament:

06.1.

Skart metalliku, ferruż

06.2.

Skart metalliku, mhux ferruż

06.3.

Skart metalliku, imħallat

07.1.

Skart tal-ħġieġ

07.4.

Plastik

07.5.

Injam

(b)

it-total tal-kategoriji tal-iskart (fuq l-attivitajiet ekonomiċi kollha):

Skart minerali mill-bini u t-twaqqigħ

kif definit fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(3)

L-Istati Membri jistgħu minflok jirrappurtaw dwar ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjal tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini bbażat fuq is-sistema ta’ rappurtar tagħhom stess. F'dan il-każ għandhom jibgħtu, flimkien mad-dejta, rapport li jispjega liema materjali huma koperti, u kif id-dejta tirrelata mad-dejta tal-iskart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini li għandha tiġi rrappurtata skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002. Jekk id-dejta bbażata fuq is-sistema ta’ rappurtar tal-Istat Membru tkun iktar preċiża mid-dejta pprovduta skont dak ir-Regolament il-konformità mal-mira għandha tkun ivverifikata abbażi tad-dejta li tinsab fis-sistema ta’ rappurtar tal-Istat Membru.


25.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Novembru 2011

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ verifiki fuq assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8289)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/754/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2002 ġie konkluż il-Ftehim bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u Stati Assoċjati oħra, minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”. Skont it-termini tal-Ftehim kull uffiċċju nazzjonali ggarantixxa l-ħlas tal-pretensjonijiet, skont id-dispożizzjonijet tal-liġi nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja, fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tiegħu, ikkawżati minn vetturi li normalment jkunu bbażati f’territorju ta’ Stat Membru ieħor jew fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, Ċipru, l-Ungerija, l-Islanda, in-Norveġja, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Isvizzera, kemm jekk dawn il-vetturi jkunu assigurati kemm jekk le.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE tat-28 ta’ Lulju 2003 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (2) ipprovdiet li mill-1 ta’ Awwissu 2003 l-Istati Membri kellhom iwaqqfu l-verifiki tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, tal-Kroazja, ta’ Ċipru, tal-Ungerija, tal-Islanda, tan-Norveġja, tas-Slovakkja, tas-Slovenja u tal-Isvizzera.

(3)

Il-Ftehim ġie estiż, bl-Addendum Nru 1 għalih, biex jinkludi l-uffiċċji tal-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u l-Polonja. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/332/KE tat-2 ta’ April 2004 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE rigward kontrolli fuq assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili dwar l-użu ta’ vetturi bil-magna (3) ipprovdiet li mit-30 ta’ April 2004 l-Istati Membri kellhom iwaqqfu l-verifiki tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju tal-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u l-Polonja.

(4)

Il-Ftehim ġie estiż, bl-Addendum Nru 2 għalih, biex jinkludi l-uffiċċju ta’ Andorra. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/849/KE tat-29 ta’ Novembru 2005 rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (4) ipprovdiet li mill-1 ta’ Jannar 2006 l-Istati Membri kellhom iwaqqfu l-verifiki tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju ta’ Andorra.

(5)

Il-Ftehim ġie estiż, bl-Addendum Nru 3 għalih, biex jinkludi l-uffiċċji tal-Bulgarija u tar-Rumanija. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/482/KE tad-9 ta’ Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (5) ipprovdiet li mill-1 ta’ Awwissu 2007 l-Istati Membri kellhom iwaqqfu l-verifiki tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju tal-Bulgarija u r-Rumanija. Fid-29 ta’ Mejju 2008, l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi kkonsolidaw il-Ftehim billi integraw l-Addenda Nri 1-3.

(6)

Fis-26 ta’ Mejju 2011 l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi tal-Istati Membri u dawk ta’ Andorra, tal-Kroazja, tal-Islanda, tan-Norveġja u tal-Isvizzera ffirmaw l-Addendum Nru 1 għall-Ftehim ikkonsolidat li permezz tiegħu l-Ftehim ġie estiż sabiex jinkludi l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi tas-Serbja. L-Addendum jipprovdi għall-arranġamenti prattiċi għat-tneħħija tal-verifiki fuq l-assigurazzjoni ta’ vetturi li normalment jkunu bbażati fit-territorju tas-Serbja u li huma soġġetti għall-Ftehim.

(7)

Għalhekk, il-kundizzjonijiet kollha għat-tneħħija tal-verifiki fuq assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili għall-vetturi skont id-Direttiva 2009/103/KE fir-rigward ta’ vetturi li normalment jkunu bbażati fit-territorju tas-Serbja huma ssodisfati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu l-verifiki fuq assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi li normalment jkunu bbażati fit-territorju tas-Serbja u li huma soġġetti għall-Addendum Nru 1 għall-Ftehim bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u Stati assoċjati oħra.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 23.

(3)  ĠU L 105, 14.4.2004, p. 39.

(4)  ĠU L 315, 1.12.2005, p. 16.

(5)  ĠU L 180, 10.7.2007, p. 42.