ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.305.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
23 ta' Novembru 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/88/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1200/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1201/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1202/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1203/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju (IFRS) 7 ( 1 )

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew ( 1 )

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew ( 1 )

35

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1208/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 288/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel

53

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1209/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

57

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/1


DIRETTIVA 2011/88/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2011

li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (3) tikkonċerna emissjonijiet tal-egżost u limiti ta’ emissjoni ta’ inkwinanti tal-arja minn magni li jintużaw f’makkinarju mobbli mhux tat-toroq u tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa umana u tal-ambjent. Id-Direttiva 97/68/KE stabbilixxiet li l-limiti ta’ emissjonijiet applikabbli fl-approvazzjoni tat-tip tal-maġġoranza tal-magni tat-tkebbis bil-kompressjoni skont l-Istadju IIIA jridu jinbidlu b’limiti aktar stretti skont l-Istadju IIIB. Dawk il-limiti japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għal dawk il-magni u mill-1 ta’ Jannar 2011 fir-rigward tal-introduzzjoni fis-suq ta’ dawk il-magni.

(2)

Ir-reviżjoni tad-Direttiva 97/68/KE bħalissa qed titħejja mill-Kummissjoni bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE (4).Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva riveduta hija konformi mal-istandards tal-UE għal kwalità tal-arja tajba, u fid-dawl tal-esperjenzi, tas-sejbiet xjentifiċi u tat-teknoloġiji disponibbli, il-Kummissjoni għandha, fir-reviżjoni li ġejja tad-Direttiva 97/68/KE, soġġetti għall-valutazzjoni tal-impatt:

tistabbilixxi stadju ġdid għall-emissjonijiet – l-Istadju V – li, soġġett għall-fattibilità teknika, għandu jkun ibbażat fuq ir-rekwiżiti tal-istandards Euro VI għall-vetturi heavy duty;

tindroduċi rekwiżiti ġodda għat-tnaqqis tal-materja partikulata, b’mod partikolari limitu numeriku għall-għadd ta’ partiċelli li japplika għall-kategoriji kollha ta’ magni ta’ tkebbis bil-kompressjoni, fejn dan ikun fattibbli teknikament, sabiex ikun żgurat tnaqqis effettiv tal-partiċelli ultrafini;

tieħu approċċ komprensiv għall-promozzjoni tad-dispożizzjonijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ul-promozzjoni tal-modifika tas-sistemi għat-trattament ta’ wara fil-flotta eżistenti tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq fuq il-bażi ta’ diskussjonijiet li qed isiru bħalissa taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar rekwiżiti armonizzati għat-tagħmir modifikat għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet; dan l-approċċ għandu jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tal-arja u jippromwovu l-ħarsien tal-ħaddiema;

tistabbilixxi metodu li jipprevedi l-ittestjar perjodiku ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq u vetturi, b’mod partikolari biex jiġi stabbilit jekk l-imġiba tal-emissjonijiet tagħhom tikkonformax mal-valuri mogħtija fil-ħin tar-reġistrazzjoni;

il-possibilità li, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġu awtorizzati magni sostituti mhux konformi mar-rekwiżiti tal-Istadju IIIA għal vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u għal lokomottivi;

il-possibbiltà li tarmonizza l-istandards speċifiċi tal-emissjonijiet għall-ferroviji mal-istandards rilevanti fil-livell internazzjonali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ magni bi prezzijiet raġonevoli li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet stipulati.

(3)

It-tranżizzjoni għall-Istadju III B tinvolvi pass ta’ bidla fit-teknoloġija li teħtieġ spejjeż sinifikattivi tal-implimentazzjoni għat-tfassil mill-ġdid tal-magni u għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi avvanzati. Madankollu, il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali attwali jew kwalunkwe tibdil ekonomiku ċirkostanzjali m’għandhomx iwasslu li jitbaxxew l-istandards ambjentali. Din ir-reviżjoni tad-Direttiva 97/68/KE għandha għaldaqstant titqies bħala eċċezzjoni. Barra minn hekk, l-investimenti fit-teknoloġiji li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent huma importanti għall-promozzjoni tat-tkabbir, tal-impjiegi u tas-sigurtà tas-saħħa fil-ġejjieni.

(4)

Id-Direttiva 97/68/KE tipprovdi għal skema ta’ flessibbiltà li tippermetti lill-manifatturi tat-tagħmir li jixtru, fil-perjodu bejn iż-żewġ meded ta’ emissjonijiet, kwantità limitata ta’ magni li ma jikkonformawx mal-valuri ta’ limitu ta’ emissjonijiet kurrenti, iżda huma approvati sal-istadju preċedenti l-aktar qrib tal-limiti ta’ emissjonijiet.

(5)

L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2004/26/KE jipprevedi il-valutazzjoni tal-bżonn possibbli għal flessibbiltajiet addizzjonali.

(6)

Matul l-Istadju IIIB, in-numru massimu ta’ magni użati għall-applikazzjoni barra mill-propulsjoni ta’ vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji, lokomottivi u braken tal-kanali interni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà, f’kull kategorija ta’ magni, għandu jiżdied minn 20 % għal 37,5 % tal-kwantità annwali tat-tagħmir b’magni f’dik il-kategorija mqiegħda fis-suq mill-manifatturi. Għandu jkun hemm alternattiva mhux obbligatorja biex jitqiegħed fis-suq numru fiss ta’ magni skont l-iskema tal-flessibbiltà. Dak in-numru fiss ta’ magni wkoll għandu jiġi rivedut u m’għandux jaqbeż il-limiti stabbiliti fit-taqsima 1.2.2 tal-Anness XIII tad-Direttiva 97/68/KE.

(7)

Ir-regoli applikabbli għall-iskema tal-flessibbiltà għandhom ikunu adattati biex jestendu l-applikazzjoni ta’ dik l-iskema għal magni għall-użu fil-propulsjoni ta’ lokomottivi għal perjodu ta’ żmien strettament limitat.

(8)

It-titjib tal-kwalità tal-arja jikkostitwixxi għan ewlieni tal-Unjoni imfittex permezz tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (5). It-trattament tal-emissjonijiet fis-sors stess huwa essenzjali għall-ilħuq ta’ dak l-għan, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-settur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq.

(9)

L-impriżi li joperaw b’magni li huma koperti fl-ambitu ta’ din id-Direttiva għandhom jibbenefikaw minn programmi Ewropej ta’ appoġġ finanzjarju jew kwalunkwe programm ta’ appoġġ rilevanti pprovdut mill-Istati Membri. Dawn il-programmi ta’ appoġġ għandu jkollhom l-għan li jiffavorixxu l-introduzzjoni bikrija tal-ogħla standards ta’ emissjonijiet.

(10)

Id-Direttiva 97/68/KE tipprovdi għal eżenzjoni għall-magni sostituti, li ma tapplikax għall-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u għal-lokomottivi. Madankollu, meta jitqiesu r-restrizzjonijiet fil-piż u fid-dimensjonijiet, jeħtieġ li jsiru proviżjonijiet għal eċċezzjoni limitata anke għall-magni sostituti tal-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u tal-lokomottivi.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva jirriflettu diffikultà ffaċċjata mis-settur tal-manifattura, li tirriżulta fl-ebda adattament permanenti, u b’hekk, l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandha tkun ristretta għall-perjodu ta’ żmien tal-Istadju IIIB jew, meta ma jkunx hemm Stadju sussegwenti, għal tliet snin.

(12)

Meta titqies l-infrastruttura speċjali tan-netwerk ta’ ferroviji fir-Renju Unit, li tirriżulta f’differenza fil-limiti strutturali tal-wisa’ bejn il-binarji u b’konsegwenza ta’ dan, f’ristrezzjonijiet ta’ piż u ta’ daqs, u għalhekk tirrikjedi perjodu itwal ta’ adattament għal-limiti l-ġodda fl-emissjonijiet, huwa xieraq li tingħata iktar flessibilità għal dan is-suq partikolari fil-magni għal użu fil-lokomottivi.

(13)

Id-Direttiva 97/68/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 97/68/KE

Id-Direttiva 97/68/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4(6) jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Magni tat-tkebbis bil-kompressjoni għall-użu apparti milli tal-propulsjoni tal-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji (railcars) u tal-braken tal-kanali interni jistgħu jitqiegħdu fis-suq permezz ta’ skema flessibbli skont il-proċedura msemmija fl-Anness XIII b’żieda mal-paragrafi minn 1 sa 5.”

(2)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1a, it-tieni subparagrafu għandu jitħassar;

(b)

għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“1b.   B’deroga mill-Artikolu 9(3 g), (3i) u (4a), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tal-magni li ġejjin għall-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u għal-lokomottivi:

(a)

magni sostituti li jkunu konformi mal-limiti tal-Istadju III A, meta dawn ikunu se jissostitwixxu magni għal vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi li:

(i)

ma jkunux konformi mal-istandard tal-Istadju III A; jew

(ii)

ikunu konformi mal-istandard tal-Istadju III A iżda ma jkunux konformi mal-istandard tal-Istadju III B;

(b)

magni sostituti li ma jkunux konformi mal-limiti tal-Istadju III A, meta dawn ikunu se jissostitwixxu magni għal vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji mingħajr kontroll ta’ sewqan u li ma jkunux jistgħu jwettqu moviment indipendenti, sakemm dawn il-magni sostituti jilħqu standard mhux iktar baxx mill-istandard tal-magni ta’ vetturi eżistenti li jimxu fuq linji tal-ferroviji tal-istess tip;

L-awtorizzazzjonijiet skont dan il-paragrafu jistgħu jingħataw biss f’każijiet fejn l-awtorità ta’ approvazzjoni tal-Istat Membru tkun sodisfatta li l-użu tal-magna sostituta li tissodisfa r-rekwiżiti tal-aħħar stadju ta’ emissjonijiet applikabbli fil-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji jew il-lokomottivi in kwistjoni jkun jinvolvi diffikultajiet tekniċi sinifikanti.

1c.   Mal-magni koperti mill-paragrafi 1a jew 1b, għandha titwaħħal tikketta li tgħid “MAGNA SOSTITUTA” u li tkun tinkludi referenza unika tad-deroga assoċjata.

1d.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatti ambjentali ta’, u d-diffikultajiet tekniċi possibbli fir-rigward tal-konformità mal-paragrafu 1b. Fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2016, għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jerġa’ jeżamina l-paragrafu 1b, jekk ikun il-każ, flimkien ma’ proposta leġislattiva li tkun tinkludi data ta’ tmiem għall-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu.”;

(ċ)

il-paragrafu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-magni, kif definit fil-punti A(i), A(ii) u A(v) tat-Taqsima 1 tal-Anness I, skont l-iskema tal-flessibbiltà f’ konformita’ mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness XIII.”.

(3)

L-Anness XIII għandu jiġi emendat skont l-Anness ma’ din-id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mill-24 ta’ Novembru 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

W. SZCZUKA


(1)  ĠU C 48, 15.2.2011, p. 134.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.

(3)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 13, Vol 020, p. 17).

(4)  ĠU L 146, 30.4.2004, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 13 Vol 34, p. 341).

(5)  ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.


ANNESS

It-Taqsima 1 tal-Anness XIII tinbidel b’dan li ġej:

“1.   AZZJONIJIET MILL-OEM

1.1.

Bl-eċċezzjoni tal-Istadju IIIB, OEM li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà, bl-eċċezzjoni tal-magni għall-propulsjoni tal-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u tal-lokomottivi, għandu jitlob permess minn kwalunkwe awtorità ta’ approvazzjoni biex il-manifatturi tal-magni tal-OEM iqiegħdu fis-suq magni intiżi għall-użu esklussiv tal-OEM. Il-kwantitajiet tal-magni li ma jikkonformawx mal-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet kurrenti iżda approvati sal-istadju preċedenti l-aktar reċenti tal-limiti tal-emissjonijiet m’għandhomx jaqbżu l-limiti massimi stipulati f’Taqsimijiet 1.1.1 u 1.1.2.

1.1.1.

In-numru ta’ magni introdotti fis-suq skont l-iskema ta’ flessibbiltà għandu, f’kull kategorija tal-magni, ma jaqbiżx l-20 % tal-kwantità annwali tat-tagħmir b’magni f’dik il-kategorija ta’ magni mqiegħda fis-suq mill-OEM (ikkalkulata bħala medja tal-aħħar ħames snin fis-suq tal-UE). Fejn OEM ikun qiegħed tagħmir fis-suq tal-Unjoni għal inqas minn ħames snin il-medja għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi tal-perjodu li fih l-OEM daħħal it-tagħmir fis-suq tal-Unjoni.

1.1.2.

Bħala alternattiva ta’ għażla għat-Taqsima 1.1.1 u bl-eċċezzjoni ta’ magni għall-propulsjoni ta’ vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi, l-OEM jista’ jitlob permess għall-manifatturi tal-magni tal-OEM biex jintroduċu fis-suq numru fiss ta’ magni għall-użu esklussiv tal-OEM. In-numru ta’ magni f’kull kategorija ta’ magni ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Kategorija ta’ magna P (kW)

Nru ta’ magni:

19 ≤ P < 37

200

37 ≤ P < 75

150

75 ≤ P < 130

100

130 ≤ P ≤ 560

50

1.2.

Matul l-Istadju IIIB, iżda għal perjodu mhux itwal minn tliet snin mill-bidu ta’ dan l-istadju, bl-eċċezzjoni ta’ magni għall-użu fil-propulsjoni ta’ vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi, l-OEM li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà għandu jitlob permess minn kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni biex il-manifatturi tal-magni tiegħu jqiegħdu fis-suq magni intiżi għall-użu esklussiv tiegħu. Il-kwantitajiet tal-magni li ma jikkonformawx mal-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet kurrenti, iżda li huma approvati sal-istadju preċedenti l-aktar riċenti tal-limiti tal-emissjonijiet, m’għandhomx jaqbżu l-limiti massimi deskritti fit-Taqsimijiet 1.1.. u 1.1.2.

1.2.1.

In-numru ta’ magni introdotti fis-suq skont l-iskema ta’ flessibbiltà għandu, f’kull kategorija tal-magni, ma jaqbiżx s-37.5 % tal-kwantità annwali tat-tagħmir b’magni f’dik il-kategorija ta’ magni mqiegħda fis-suq mill-OEM (ikkalkulata bħala medja tal-aħħar ħames snin fis-suq tal-UE). Fejn OEM ikun qiegħed tagħmir fis-suq tal-Unjoni għal inqas minn ħames snin il-medja għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi tal-perjodu li fih l-OEM daħħal it-tagħmir fis-suq tal-Unjoni.

1.2.2.

Bħala għażla alternattiva għat-Taqsima 1.2.1, l-OEM jista’ jitlob permess għall-manifatturi tal-magni tal-OEM biex jintroduċu fis-suq numru fiss ta’ magni għall-użu esklussiv tal-OEM. In-numru ta’ magni f’kull kategorija ta’ magni ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Kategorija ta’ magna (kW)

Nru ta’ magni:

37 ≤ P < 56

200

56 ≤ P < 75

175

75 ≤ P < 130

250

130 ≤ P ≤ 560

125

1.3.

Fir-rigward tal-magni għall-użu fil-propulsjoni ta’ lokomottivi, matul l-Istadju IIIB, iżda għal perjodu mhux itwal minn tliet snin mill-bidu ta’ dak l-istadju, l-OEM jista’ jitlob permess għall-manifatturi tal-magni tal-OEM biex jintroduċu fis-suq massimu ta’ 16-il magna għall-użu esklussiv tal-OEM. L-OEM jista’ wkoll jitlob permess biex il-manifatturi tal-magni tiegħu jintroduċu fis-suq massimu ta’ 10 magni addizzjonali b’saħħa ratata ta’ ‘l fuq minn 1 800 kW biex dawn jiġu installati f’lokomottivi maħsuba għall-użu esklussiv fin-netwerk tar-Renju Unit. Il-lokomottivi jitqiesu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit unikament jekk ikollhom jew ikunu jistgħu jingħataw ċertifikat ta’ sigurtà għat-tħaddim fin-netwerk tar-Renju Unit.

Dan il-permess għandu jingħata biss meta jkun hemm bażi teknika għaliex ma tkunx tista’ tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju III B.

1.4.

L-OEM għandu jinkludi fl-applikazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Kampjun ta’ tikketti li jridu jitwaħħlu fuq kull biċċa ta’ makkinarju mobbli li fiha tkun installata magna li titqiegħed fis-suq skont l-iskema ta’ flessibbiltà It-tikketti għandu jkollha l-kliem li ġej: “IN-NUMRU TAL-MAGNA … (sekwenza ta’ magni) TA’ … (numru totali ta’ magni fir-rispett tal-firxa ta’ qawwa) BIN-NUMRU TAL-MAGNA … BL-APPROVAZZJONI TAT-TIP (id-Direttiva 97/68/KE) Nru …,”

(b)

kampjun tat-tikketta supplimentari li trid titwaħħal fuq il-magna li fiha l-kliem imsemmi fit-Taqsima 2.2. ta’ dan l-Anness.

1.5.

L-OEM għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni b’kull informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ flessibbiltà, li l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ titlob skont kif ikun meħtieġ għad-deċiżjoni.

1.6.

L-OEM għandu jipprovdi lil kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni fl-Istati Membri li tagħmel talba, b’kull informazzjoni li dik l-awtorità tal-approvazzjoni tkun teħtieġ sabiex tikkonferma li kwalunkwe magna meqjusa li hija, jew li hija ttikkettjata li hija, bħala li tpoġġiet fis-suq skont skema ta’ flessibbiltà tkun iddikjarata jew ttikkettjata b’dan il-mod korrettement.”.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1200/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji u oħrajn relatati mal-kummerċ ta' oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat mekkaniku li jitħaddem bl-idejn li jbattal il-likwidu f'kontenitur għal analiżijiet titrimetriċi (hekk imsejjaħ “titratur diġitali”).

L-apparat jikkonsisti f'alimentatur mekkaniku aġġustabbli bi spazju għal kontenitur, pum li jirrilaxxa l-likwidu, kontatur mekkaniku, pum li jissettja l-kontatur mill-ġdid u manku.

It-titratur huwa apparat preċiż li jbattal li, permezz ta' kull tidwira tal-pum tar-rilaxx, jirrilaxxa qatra mit-titrant li jkun qed jintuża għal ġol-likwidu tal-analiżi (l-analita). Il-qatra jkun fiha volum speċifiku ta' titrant. In-numru ta' qtar li joħorġu mit-titratur jidher fuq il-kontatur.

Ir-riżultat analitiku jiġi ddeterminat mir-reazzjoni tal-analita għall-kwantità ta' titrant li joħroġ. Il-kwantità ta' titrant hija ddeterminata billi jiġi mmultiplikat in-numru tal-qtar b'volum speċifiku tat-titrant użat.

8479 89 97

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 8479 , 8479 89 u 8479 89 97 .

Minħabba li l-apparat ma jgħaddix volumi ta' likwidu b'mod kontinwu, il-klassifikazzjoni bħala pompa taħt l-intestatura 8413 hija eskluża.

L-apparat ma jagħmilx analiżi kimika tat-tritant jew tal-analita. Għaldaqstant il-klassifikazzjkoni bħala apparat għal analiżi kimika taħt l-intestatura 9027 hija eskluża.

Minkejja li l-apparat jikkontribwixxi għall-proċess ta' analiżi kimika, ma jistax jiġi kkunsidrat parti jew aċċessorju ta' tali apparat fuq il-bażi ta' Nota 2(a) ta' Kapitolu 90.

L-apparat ma jintużax biex jitkejjel f'unitajiet volumetriċi l-ammont ta' likwidu li jgħaddi minn pajp. Għaldaqstant il-klassifikazzjkoni bħala apparat taħt l-intestatura 9028 hija eskluża.

l-apparat jgħodd in-numru ta' qtar iżda ma jkejjilx il-kwantitamferra'. Għaldaqstant il-klassifikazzjkoni bħala apparat taħt l-intestatura 9031 hija eskluża.

Minħabba li l-apparat mhux biss jgħodd ammont totali ta' unitajiet (qtar) iżda primarjament iferra' volum speċifiku ta' likwidu, huwa jiffunzjona bħala buretta b'kontatur mekkaniku.

Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8479 89 97 bħal apparat mekkaniku ieħor b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor fil-Kapitolu 84.


23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1201/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalitá tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi TARIC)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pannell bi skrin ta’ kristalli likwidi (LCD) (imsejjaħ "modulu LCD"), ta' daqs dijagonali ta' madwar 66 cm (26 pulzieri), magħmul minn saff attiv ta’ matriċi ta’ kristalli likwidi maqbuda bejn żewġ saffi ta’ ħġieġ, mgħammar b’konnekters.

Bejn l-ewwel saff ta’ ħġieġ u s-saff tal-kristalli likwidi hemm matriċi ta’ transister tat-tip thin film (TFT) li tipprovdi l-vultaġġ xieraq lill-pixels.

Bejn is-saff tal-kristalli likwidi u t-tieni saff ta' ħġieġ hemm filter RGB li jikkontrolla l-kuluri tal-istampa li tkun qed tidher.

Hemm għadd ta’ konnekters f’forma ta’ ċineg imqabbda mal-pannell. Kull konnekter jikkonsisti minn ċirkuwiti integrati f’minjatura (l-hekk imsejħa “source drivers IC”) fuq ċirkuwiti stampati. L-unitajiet taċ-ċirkuwiti stampati (PCBs) huma konnessi mas-source drivers IC. Is-“source drivers IC” jippermettu li s-sinjali tal-kurrent u ta' kontroll jgħaddu minnhom, kif ukoll li d-dejta tiġi trażmessa mill-PCBs għall-pixels individwali tal-matriċi attiva ta' kristalli likwidi.

Il-modulu jintuża fil-manifattura ta’ moniters jew ta’ apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjonijiet taħt l-intestatura 8528 .

8529909244

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI u tal-kliem użat fil-kodiċi tan-NM 8529 , 8529 90 u 8529 90 92 u tal-kodiċi TARIC 8529909244 .

Peress li l-modulu LCD huwa mgħammar b’source drivers IC li huma iktar minn konnekters elettriċi (jiġifieri għall-provvista tal-elettriku), il-klassifika fl-intestatura 9013 bħala tagħmir b’matriċi attiva ta’ kristalli likwidi hija eskluża (ara wkoll in-Noti Spjegattivi HS fl-intestatura 9013 (1)).

Peress li l-modulu jikkonsisti minn saff TFT ta’ kristalli likwidi maqbud bejn żewġ saffi ta’ ħġieġ u huwa mgħammar b’kontroll elettroniku għall-indirizzar tal-pixels użata fil-manifattura ta' skrins jew ta' apparat għar-riċezzjoni għat-televiżjonijiet fl-intestatura 8528 , huwa meqjus li huwa parti użata unikament jew prinċipalment ma' apparat fl-intestatura 8528 skont il-kodiċi tan-NM 8529 90 92 .

Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat fil-kodiċi tat-TARIC 8529909244 bħala modulu LCD li jikkonsisti unikament f’ċellula jew ċelluli TFT tal-ħġieġ jew tal-plastik, mhux ikkombinati ma’ faċilitajiet ta’ touch screen, b’unità tad-dawl minn wara l-iskrin (backlight) jew mingħajrha, b’inverters jew mingħajrhom u b’unità waħda ta’ ċirkuwiti stampati jew aktar esklussivament għall-kontroll elettroniku tal-indirizzar tal-pixel.


23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1202/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li tkun inħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi TARIC)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pannell bi skrin tal-kristall likwidu (LCD) [l-hekk imsejjaħ “modulu LCD”], ta’ qies djagonali ta’ madwar 66 cm (26 pulzier), li jikkonsisti f’saff ta’ matriċi attiva ta’ kristalli likwidi mqiegħed bejn żewġ folji tal-ħġieġ, immuntat b'konnekters.

Bejn l-ewwel folja tal-ħġieġ u s-saff ta’ kristalli likwidi hemm matriċi ta’ tranżister magħmul minn pellikola rqiqa (TFT - thin film transistor) li tipprovdi l-vultaġġ adattat lill-pixels.

Bejn is-saff tal-kristalli likwidi u t-tieni folja tal-ħġieġ hemm filtru RGB li jikkontrolla l-kuluri tal-istampa li tkun qed tintwera.

Mal-pannell hemm imwaħħla diversi konnekters f’forma ta’ strixxi. Kull konnekter huwa magħmul minn ċirkwiti integrati żgħar ħafna (l-hekk imsejħa “source drivers IC”) fuq ċirkwiti flessibbli stampati. Is-“source drivers IC” iħallu l-kurrent jgħaddi u jikkontrollaw is-sinjali li jgħaddu minnhom, kif ukoll jaqilbu u jittrażmettu d-dejta mill-unitajiet taċ-ċirkwiti (circuit board) stampati (konnessi wara l-importazzjoni) għal kull pixel tal-matriċi attiva ta’ kristalli likwidi.

Il-modulu jintuża fil-manifattura ta’ moniters jew ta’ apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjonijiet taħt l-intestatura 8528 .

8529909244

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI u tal-kliem użat fil-kodiċi tan-NM 8529 , 8529 90 u 8529 90 92 u tal-kodiċi TARIC 8529909244 .

Hekk kif il-modulu LCD jiġi mgħammar bis-"source drivers IC" li huma aktar minn sempliċi konnessjonijiet elettriċi (jiġifieri għall-provvista tal-elettriku), il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9013 bħala mezzi b'matriċi attiva ta’ kristalli likwidi hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 9013 (1)).

Minħabba li l-modulu huwa magħmul minn saff ta’ kristalli likwidi TFT mqiegħed bejn żewġ folji tal-ħġieġ u huwa mgħammar b’elementi elettroniċi ta’ kontroll għall-indirizzar tal-pixels użat fil-manifattura ta’ moniters jew ta’ apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjonijiet taħt l-intestatura 8528 , huwa kkunsidrat bħala komponent li jintuża biss jew prinċipalment flimkien mal-apparat tal-intestatura 8528 taħt il-kodiċi tan-NM 8529 90 92 .

Għaldaqstant, dan il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi TARIC 8529909244 bħala modulu LCD li jikkonsisti biss f’ċelloli TFT tal-ħġieġ jew tal-plastik, mhux ikkombinati ma’ faċilitajiet ta’ touch screen, b’unità tad-dawl minn wara l-iskrin (backlight) jew mingħajrha, b’inverters jew mingħajrhom u b’unità waħda jew aktar ta’ ċirkwiti stampati b’elementi elettroniċi ta’ kontroll użati biss għall-indirizzar tal-pixels.


23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1203/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalitá tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Sett imtella’ għall-bejgħ bl-imnut li jikkonsisti minn:

—   apparat A: transmiter bla wajers għal sinjali awdjo/vidjo (televiżjoni) b’riċevitur bla wajers mibni fis-sistema għal sinjali ta’ kontroll mill-bogħod tar-radju li jinkorpora fih transmiter infrared u żewġ antenni separati, u

—   apparat B: riċevitur bla wajers għal sinjali awdjo/vidjo (televiżjoni) bi transmiter bla wajers mibni fis-sistema għal sinjali ta’ kontroll mill-bogħod tar-radju li jinkorpora fih riċevitur infrared u żewġ antenni separati.

Is-sett huwa ddisinjat għat-trażmissjoni ta’ sinjal awdjo/vidjo minn sors estern bħal ma hu riċevitur tas-satellita jew plejer tad-DVD imqabbad ma’ apparat A, għal apparat awdjo/vidjo ieħor bħal moniter jew sett tat-televiżjoni imqabbad ma’ apparat B, f'firxa ta' 400 m.

Is-sinjali awdjo/vidjo trażmessi minn apparat A għal apparat B bi frekwenza ta’ 2,4 GHz huma fil-forma ta’ sinjali tat-televiżjoni.

Is-sinjali trażmessi minn apparat B għal apparat A bi frekwenza ta’ 433 MHz huma mibdija minn apparat ta’ kontroll mill-bogħod bl-użu tal-infrared. Dawn is-sinjali jaħdmu b’mod indipendenti mis-sinjali għat-trażmissjoni awdjo/vidjo.

L-apparat ta' kontroll mill-bogħod huwa użat għall-kontroll tas-sors estern imqabbad mat-transmiter awdjo/vidjo (apparat A).

 (*) Ara l-istampa

8528 71 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 sat-Taqsima XVI u mil-lingwaġġ tal-kodiċi NM 8528 , 8528 71 u 8528 71 99 .

Il-funzjoni prinċipali tal-apparat A hija t-trażmissjoni tas-sinjali awdjo/vidjo (televiżjoni) kif deskritt fl-intestatura 8525 (ara n-Nota 3 tat-Taqsima XVI).

Il-funzjoni prinċipali tal-apparat B hija r-riċezzjoni tas-sinjali tat-televiżjoni, kif deskritt fl-intestatura 8528 . It-trażmissjoni tas-sinjali li jiġu mill-apparat ta' kontroll mill-bogħod hija ta’ natura sekondarja (ara n-Nota 3 tat-Taqsima XVI).

Minħabba l-funzjonijiet imwettqa mill-apparat A u l-apparat B, l-użu intenzjonat tas-sett huwa t-trażmissjoni u r-riċezzjoni tat-televiżjoni.

Il-prodott huwa sett fi ħdan is-sens tar-Regola Ġenerali Interpretattiva (GIR) 3(b), u jikkonsisti f'apparat tat-trażmissjoni tal-intestatura 8525 u apparat tar-riċezzjoni tat-televiżjoni tal-intestatura 8528 . Minħabba li l-ebda komponent ma jagħti lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu, il-klassifikazzjoni permezz ta' GIR 3(b) hija eskluża.

Peress li s-sett ma jistax ikun ikklassifikat bl-applikazzjoni ta' GIR 3(a) jew 3(b), għandu jiġi kklassifikat, bl-applikazzjoni ta' GIR 3(c), taħt il-kodiċi NM 8528 71 99 bħala apparat tar-riċezzjoni ieħor għat-televiżjoni mhux iddisinjat biex jinkorpora fih display jew skrin tal-vidjo.


Image

Image


(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1204/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien li ta l-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalitá tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Apparat interkambjabbli li jinżamm fl-idejn magħmul minn lampa tal-flash, lenti, buttuna li tazzjona u bozza li tindika (dak li jissejjaħ "apparat li jinżamm fl-idejn li jemetti vibrazzjoni intensiva ta' dawl (IPL)").

L-apparat jiġġenera vibrazzjoni intensiva ta' dawl f'meded differenti ta' rati ta' vibrazzjonijiet li jlaħħqu l-100 ms, wavelength ta' 650-1 200  nm, dabra b'daqs ta' 16 x 46 mm u fluwenza massima ta' 45 J/cm2.

Dan jaħdem biss flimkien ma' magna ("l-unità prinċipali") li minnha jirċievi l-enerġija, is-sinjali ta' kontroll u l-likwidu li jkessaħ. L-unità prinċipali għandha provvista tal-enerġija, unità ta' kontroll bi skrin u unità li tkessaħ, u hija wkoll kapaċi taħdem ma' "apparati tal-lejżer li jinżammu fl-idejn".

Meta mqabbad mal-"unità prinċipali", l-apparat huwa użat għal kura kożmetika speċifika, per eżempju, it-tneħħija permanenti tax-xagħar.

8543 90 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(b) għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8543 u 8543 90 00 .

Minħabba li l-vibrazzjoni intensiva ta' dawl iġġenerata mill-lampa tal-flash mhijiex raġġ tal-lejżer, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9013 bħala lejżer hija eskluża.

Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-apparat, jiġifieri l-kostruzzjoni ta' natura elettronika li għandu, huwa mhux bħal biċċa għodda interkambjabbli (ara nota 1(o) ta' Sezzjoni XVI). L-apparat meta jkun mqabbad mal-"unità prinċipali" jiġi identifikat bħala magna tax-xogħol li għandha funzjoni individwali mhux speċifika jew inkluża x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.

L-apparat huwa essenzjali għall-ħidma tal-magna, għaliex il-magna mingħajru ma tistax tiffunzjona.

Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8543 90 00 bħala parti minn magni u apparat tal-elettriku oħrajn, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.

2.

Apparat interkambjabbli li jinżamm fl-idejn li għandu lejżer fi stat solidu, lenti, swiċċ li jbiddel id-daqs tad-dabra skont l-għażla, u buttuna li tazzjona (hekk msejjaħ "apparat li jinżamm fl-idejn tal-lejżer").

L-apparat jiġġenera dawl tal-lejżer fuq meded differenti ta' rati ta' vibrazzjonijiet li jlaħħqu l-100 ms, wavelength ta' 1 064  nm, dbabar ta' qisien varjabbli b'dijametru ta' 1.5, 3, 6 u 9 mm u fluwenza massima ta' 700 J/cm2.

Dan jaħdem biss flimkien ma' magna ("l-unità prinċipali") li minnha jirċievi l-enerġija, is-sinjali ta' kontroll u l-likwidu li jkessaħ. L-unità prinċipali għandha provvista tal-enerġija, unità ta' kontroll bi skrin u unità li tkessaħ, u hija wkoll kapaċi taħdem ma' "appart li jinżamm fl-idejn li jemetti vibrazzjoni intensiva ta' dawl (IPL)".

Meta mqabbad mal-"unità prinċipali", l-apparat huwa użat speċifikament biex jikkura kożmetikament il-vini fir-riġlejn.

8543 90 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(b) għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8543 u 8543 90 00 .

Minħabba li l-lejżer huwa ddisinjat speċifikament sabiex jiġġenera dawl tal-lejżer fuq ċerti meded ta' vibrazzjonijiet u qisien ta' dbabar, l-apparat huwa magħmul sabiex jopera funzjoni speċifika. Meta l-apparat ikun mqabbad mal-"unità prinċipali", jiġi identifikat bħala magna tax-xogħol li għandha funzjoni individwali mhux speċifika jew inkluża x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9013 bħala lejżer hija għaldaqstant eskluża (ara ukoll in-Nota ta' Spjegazzjoni (HS) għall-intestatura 9013 (2), ir-raba' paragrafu).

Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-apparat, jiġifieri l-kostruzzjoni ta' natura elettronika li għandu, huwa mhux bħal biċċa għodda interkambjabbli (ara nota 1(o) ta' Sezzjoni XVI).

L-apparat huwa essenzjali għall-ħidma tal-magna, għaliex il-magna mingħajru ma tistax tiffunzjona.

Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8543 90 00 bħala parti minn magni u apparat tal-elettriku oħrajn, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.


23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1205/2011

tat-22 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju (IFRS) 7

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu jeżistu fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fis-7 ta' Ottubru 2010, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) ippubblika Emendi għall-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar – Trasferimenti tal-Assi Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem "l-Emendi". L-Emendi huma maħsuba biex jgħinu lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jevalwaw aħjar l-iskopertura għar-riskju relatata mat-trasferimenti tal-assi finanzjarji u l-effett ta' dawk ir-riskji fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta' entità. L-għan tagħhom huwa l-promozzjoni tat-trasparenza fir-rapportar tat-tranżazzjonijiet tat-trasferimenti, partikolarment dawk li jinvolvu t-titolizzazzjoni tal-assi finanzjarji.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-Emendi jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulata fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabbiltà biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċjata sew u oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Standard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

IFRS 1 Adozzjoni tal-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju huwa emendat f'konformità mal-emendi fl-IFRS 7 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1 sa mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ

IFRS 7

Emendi fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar – Trasferimenti tal-Assi Finanzjarji

“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-IASB fuq is-sit tal-internet www.iasb.org”

EMENDI GĦAL

Strumenti Finanzjarji tal-IFRS 7: Divulgazzjonijiet

TRASFERMINETI TAL-ASSI FINANZJARJI

42A

Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42B–42H marbuta mat-trasferimenti tal-assi finanzjarji jissuplimentaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tad-divulgazzjoni ta' din l-IFRS. Entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet rekwiżiti permezz tal-paragrafi 42B-42H f'nota waħda fir-rapporti finanzjarji tagħha. Entità għandha tipprovdi d-divulgazzjonijiet rekwiżiti għall-assi finanzjarji kollha ttrasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent u għal kwalunkwe involviment kontinwu f'assi trasferit, li jeżisti fid-data ta' rappurtar, irrispettivament ta' meta seħħet it-tranżazzjoni relatata tat-trasferiment. Għall-finijiet li jiġu applikati r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni f'dawk il-paragrafi, entità tittrasferixxi l-assi finanzjarju kollu jew parti minnu (l-assi finanzjarju trasferit), jekk, u jekk biss:

(a)

tittrasferixxi d-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta' flus ta' dak l-assi finanzjarju; jew

(b)

iżżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta' flus ta' dak l-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali biex tħallas il-flussi ta' flus lil riċevitur wieħed jew aktar f'arranġament.

42B

Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha:

(a)

biex jifhmu r-relazzjoni bejn l-assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma jkunx ġie rtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom u l-obbligazzjonijiet assoċjati; u

(b)

biex tevalwa n-natura ta', u r-riskji assoċjati ma', l-involviment kontinwu tal-entità f'assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent.

42C

Għall-finijiet li jiġu applikati r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H, entità jkollha involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit jekk, bħala parti mit-trasferiment, l-entità żżomm xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi inerenti fl-assi finanzjarju trasferit jew tikseb xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi ġodda marbuta mal-assi finanzjarju trasferit. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H, dawn li ġejjin ma jikkostitwixxux involviment kontinwu:

(a)

rappreżentazzjonijiet u garanziji normali marbuta ma' trasferiment doluż u kunċetti ta' raġonevolezza, rieda tajba u negozjar ġust li b'riżultat ta' azzjoni legali jistgħu jinvalidaw trasferiment.

(b)

kuntratti forward, tal-opzjoni jew oħrajn biex jerġgħu jiksbu l-assi finanzjarju trasferit li għalih il-prezz tal-kuntratt (jew il-prezz tal-eżerċizzju) ikun il-valur ġust tal-assi finanzjarju trasferit; jew

(c)

arranġament li bih entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-fluss ta' flus ta' assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali biex tħallas il-flussi ta' flus lill-entità waħda jew aktar u l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 19(a)–(c) tal-IAS 39 jintlaħqu.

Assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom

42D

Entità tista' tkun ittrasferiet assi finanzjarji b'tali mod li l-assi finanzjarji kollha jew parti minnhom ma jikkwalifikawx għall-irtirar tar-rikonoxximent. Biex tilħaq l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 42B(a), l-entità għandha tiddivulga f'kull data ta' rappurtar għal kull klassi ta' assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom:

(a)

in-natura tal-assi trasferiti.

(b)

in-natura tar-riskji u l-gwadanji tas-sjieda li għalihom l-entità tkun skoperta.

(c)

deskrizzjoni tan-natura tar-relazzjoni bejn l-assi trasferiti u l-obbligazzjonijiet assoċjati, inkluż ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw mit-trasferiment fuq l-użu tal-assi trasferiti mill-entità relatriċi.

(d)

meta kontroparti (kontropartijiet) għall-obbligazzjonijiet assoċjati tista' (jistgħu) jduru biss għall-assi trasferiti, għal skeda li tissettja l-valur ġust tal-assi trasferiti, il-valur ġust tal-obbligazzjonijiet assoċjati u l-pożizzjoni netta (id-differenza bejn il-valur ġust tal-assi trasferiti u l-obbligazzjonijeit assoċjati).

(e)

meta l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi kollha trasferiti, l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi trasferiti u l-obbligazzjonijiet assoċjati.

(f)

meta l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi sal-firxa tal-involviment kontinwu tagħha, (ara l-paragrafi 20(c)(ii) u 30 tal-IAS 39), l-ammont totali riportat tal-assi oriġinali qabel it-trasferiment, l-ammont riportat tal-assi li l-entità tkompli tirrikonoxxi, u l-ammont riportat tal-obbligazzjonijiet assoċjati.

Assi finanzjarji trasferiti li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom

42E

Biex tilħaq l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 42B(b), meta entità tirtira r-rikonoxximent tal-assi finanzjarji trasferiti fl-intier tagħhom (ara l-paragrafu 20(a) u (c)(i) tal-IAS 39) imma għandha involviment kontinwu fihom, l-entità għandha tiddivulga, tal-inqas, għal kull tip ta' involviment kontinwu f'kull data ta' rappurtar:

(a)

l-ammont riportat tal-assi u l-obbligazzjonijiet li huma rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u jirrappreżentaw l-involviment kontinwu tal-entità fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent, u l-entrati f'linja li fihom huwa rikonoxxut l-ammont riportat ta' dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet.

(b)

il-valur ġust tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jirrappreżentaw l-involviment kontinwu tal-entità fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent.

(c)

l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-entità għal telf mill-involviment kontinwu tagħha fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent, u informazzjoni li turi kif tiġi determinata l-iskopertura massima għat-telf.

(d)

il-ħruġ mhux skontat ta' flus li jkunu jew jistgħu jkunu meħtieġa jirriakkwistaw l-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent (eż. il-prezz tal-eżerċitar fi ftehim ta' opzjoni) jew ammonti oħrajn pagabbli liċ-ċessjonarju fir-rigward tal-assi trasferiti. Jekk il-ħruġ tal-flus ikun varjabbli, l-ammont divulgat għandu jkun ibbażat fuq il-kundizzjonijiet li jeżistu f'kull data ta' rappurtar.

(e)

analiżi tal-maturità tal-ħruġ mhux skontat ta' flus li huma jew jistgħu jkunu meħtieġa jirriakkwistaw l-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent jew ammonti oħrajn pagabbli liċ-ċessjonarju fir-rigward tal-assi trasferiti, li turi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal tal-involviment kontinwu tal-entità.

(f)

informazzjoni kwalitattiva li tispjega u tappoġġa d-divulgazzjonijiet kwantitattivi meħtieġa f'(a)–(e).

42F

Entità tista' taggrega l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 42E fir-rigward ta' assi partikolari jekk l-entità għandha aktar minn tip wieħed ta' involviment kontinwu f'dak l-assi finanzjarju li għalih ġie rtirat ir-rikonoxximent, u tirrapportah taħt tip wieħed ta' involviment kontinwu.

42G

Barra minn hekk, entità għandha tiddivulga għal kull tip ta' involviment kontinwu:

(a)

il-qligħ jew telf rikonoxxut fid-data tat-trasferiment tal-assi.

(b)

l-introjtu u l-ispejjeż rikonoxxuti, kemm fil-perjodu ta' rappurtar u b'mod kumulattiv, mill-involviment kontinwu tal-entità fl-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent (eż. bidliet ta' valur ġust fl-istrumenti derivattivi).

(c)

jekk l-ammont totali ta' rikavat mill-attività tat-trasferiment (li tikkwalifika għall-irtirar tar-rikonoxximent) f'perjodu ta' rappurtar ma jkunx imqassam b'mod ekwu matul il-perjodu ta' rappurtar (eż. jekk proporzjon sostanzjali tal-ammont totali tal-attività tat-trasferiment iseħħ fil-ġranet ta' qabel l-għeluq ta' perjodu ta' rappurtar):

(i)

meta l-ikbar attività tat-trasferiment iseħħ matul dak il-perjodu ta' rappurtar (eż l-aħħar ħamest ijiem qabel it-tmiem tal-perjodu ta' rappurtar).

(ii)

l-ammont (eż. qligħ jew telf relatati) rikonoxxut mill-attività tat-trasferiment f'dik il-parti tal-perjodu ta' rappurtar, u

(iii)

l-ammont totali ta' rikavat minn attività ta' trasferiment f'dik il-parti tal-perjodu ta' rappurtar.

Entità għandha tipprovdi din l-informazzjoni għal kull perjodu li għalih ikun ippreżentat rapport tal-introjtu komprensiv.

Informazzjoni supplimentari

42H

Entità għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizjonali li tikkunsidra neċessarja biex tilħaq l-għanijiet tad-divulgazzjoni fil-paragrafu 42B.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

Il-paragrafu 44M huwa miżjud

44M

Divulgazzjonijiet—Trasferiment tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f'Ottubru tal-2010, tneħħa l-paragrafu 13 u ġew miżjuda l-paragrafi 42A–42H u B29–B39. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta' Lulju 2011. Hija permessa applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-emendi minn data bikrija, għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dawk l-emendi għal kwalunkwe perjodu ppreżentat li jibda qabel id-data tal-applikazzjoni inizzjali tal-emendi.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Wara l-paragrafu B28, jiddaħħlu l-intestaturi u l-paragrafi B29–B39.

IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT (IL-PARAGRAFI 42C–42H)

Involviment kontinwu (il-paragrafu 42C)

B29

Il-valutazzjoni tal-involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit għall-finijiet tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H issir fil-livell tal-entità li qed tirrapporta. Pereżempju, jekk sussidjarja tittrasferixxi assi finanzjarju fejn il-kumpanija prinċipali tas-sussidjarja jkollha involviment kontinwu, lill-parti terza mhux relatata, is-sussidjarja ma tinkludix l-involviment tal-kumpanija prinċipali fil-valutazzjoni dwar jekk għandhiex involviment kontinwu fl-assi ttrasferit fir-rapporti finanzjarji awtonomi tagħha (jiġifieri meta s-sussidjarja tkun l-entità relatriċi). Madankollu, kumpanija prinċipali tkun tinkludi l-involviment kontinwu tagħha (jew dak ta' membru ieħor tal-grupp) f'assi finanzjarju trasferit mis-sussidjarja tagħha fid-determinazzjoni dwar jekk ikollhiex involviment kontinwu f'assi trasferit fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha (jiġifieri meta l-entità relatriċi tkun il-grupp).

B30

Entità ma jkollhiex involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit jekk, bħala parti mit-trasferiment, la żżomm xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi inerenti fl-assi finanzjarju trasferit u lanqas takkwista xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi ġodda marbuta mal-assi finanzjarju trasferit. Entità ma jkollhiex involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit jekk la għandha interess fil-prestazzjoni futura tal-assi finanzjarju trasferit u lanqas responsabbiltà taħt kwalunkwe ċirkostanza biex fil-futur tagħmel pagamenti fir-rigward tal-assi finanzjarju trasferit.

B31

L-involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit jista' jirriżulta minn dispożizzjonijiet kuntrattwali fil-ftehim tat-trasferiment jew fi ftehim separat maċ-ċessjonarju jew parti terza mdaħħla f'konnessjoni mat-trasferiment.

Assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom

B32

Il-paragrafu 42D jirrikjedi divulgazzjonijiet meta parti minn jew l-assi finanzjarji trasferiti kollha ma jikkwalifikawx għall-irtirar tar-rikonoxximent. Dawk id-divulgazzjonijiet huma meħtieġa f'kull data ta' rappurtar li fiha l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi finanzjarji trasferiti, irrispettivmanet minn meta jkunu saru t-trasferimenti.

Tipi ta' involviment kontinwu (il-paragrafi 42E–42H)

B33

Il-paragrafi 42E–42H jirrikjedu divulgazzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi għal kull tip ta' involviment kontinwu fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent. Entità għandha taggrega l-involviment kontinwu tagħha f'tipi li jkunu rappreżentattivi tal-iskopertura tal-entità għar-riskji. Pereżempju, entità tista' taggrega l-involviment kontinwu tagħha skont it-tip ta' strument finanzjarju (eż. garanziji jew opzjonijiet ta' eżerċizzju) jew skont it-tip ta' trasferiment (eż. il-fatturament tar-riċevibbli, titolizzazzjonijiet u self b'titoli).

Analiżi tal-maturità għall-ħruġ mhux skontat ta' flus għar-riakkwist tal-assi trasferiti (il-paragrafu 42E(e))

B34

Il-paragrafu 42E(e) jirrikjedi entità biex tiddivulga analiżi tal-maturità tal-ħruġ mhux skontat ta' flus għar-riakkwist tal-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent jew ammonti oħrajn pagabbli liċ-ċessjonarju fir-rigward tal-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent, li juri l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal tal-involviment kontinwu tal-entità. Din l-analiżi tiddistingwi l-flussi tal-flus li huma meħtieġa biex jitħallsu (eż. il-kuntratti forward), flussi ta' flus li l-entità tista' tkun meħtieġa tħallas (eż. opzjonijiet put bil-miktub) u flussi ta' flus li l-entità tista' tagħżel li tħallas (eż. opzjonijiet ta’ eżerċizzju akkwistati).

B35

Entità għandha tuża l-ġudizzju tagħha biex tiddetermina għadd xieraq ta' twieqi ta' żmien meta tipprepara l-analiżi tal-maturità meħtieġa skont il-paragrafu 42E(e). Pereżempju, entità tista’ tiddetermina li dawn it-twieqi ta’ żmien tal-maturità li ġejjin huma xierqa:

(a)

mhux iktar tard minn xahar,

(b)

iktar tard minn xahar iżda mhux iktar tard minn tliet xhur;

(c)

iktar tard minn tliet xhur iżda mhux iktar tard minn sitt xhur;

(d)

iktar tard minn sitt xhur iżda mhux iktar tard minn sena;

(e)

iktar tard minn sena iżda mhux iktar tard minn tliet snin;

(f)

iktar tard minn tliet snin iżda mhux iktar tard minn ħames snin; u

(g)

iktar minn ħames snin.

B36

Jekk ikun hemm firxa ta' maturitajiet possibbili, il-flussi tal-flus jiġu inklużi abbażi tal-iktar data kmieni li fiha l-entità tista' tkun meħtieġa jew permessa tħallas.

Informazzjoni kwalitattiva (il-paragrafu 42E(f))

B37

L-informazzjoni kwalitattiva meħtieġa mill-paragrafu 42E(f) tinkludi deskrizzjoni tal-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent u n-natura u l-iskop tal-involviment kontinwu miżmum wara t-trasferiment ta' dawk l-assi. Tinkludi wkoll deskrizzjoni tar-riskji li għalihom hija skoperta l-entità, inkluż:

(a)

deskrizzjoni ta' kif l-entità timmaniġġja ir-riskju inerenti fl-involviment kontinwu tagħha fl-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent.

(b)

jekk l-entità hijiex meħtieġa li ġġarrab telf qabel partijiet oħrajn, u l-gradazzjoni u l-ammonti ta' telf imġarrab mill-partijiet li l-interessi tagħhom jiggradaw aktar 'l isfel mill-interess tal-entità fl-assi (jiġifieri l-involviment kontinwu tagħha fl-assi).

(c)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe skattatur assoċjat mal-obbligi biex jipprovdi appoġġ finanzjarju jew biex jirriakkwista assi finanzjarju trasferit.

Qligħ jew telf fl-irtirar tar-rikonoxximent (il-paragrafu 42G(a))

B38

Il-paragrafu 42G(a) jirrikjedi entità biex tiddivulga l-qligħ jew telf fl-irtirar tar-rikonoxximent marbut ma' assi finanzjarji li għalihom l-entità jkollha involviment kontinwu. L-entità għandha tiddivulga jekk qligħ jew telf fl-irtirar tar-rikonoxximent irriżulta minħabba l-valuri ġusti tal-komponenti tal-assi li qabel kien rikonoxxut (jiġifieri l-interess fl-assi li għalih ġie rtirat ir-rikonoxximent u l-interess miżmum mill-entità) kienu differenti mill-valur ġust tal-assi li qabel kien rikonoxxut fis-sħiħ. F'dik is-sitwazzjoni, l-entità għandha tiddivulga wkoll dwar jekk il-kejl tal-valur ġust kienx jinkludi inputs sinifikanti li ma kinux bbażati fuq dejta osservabbli tas-suq, kif deskritt fil-paragrafu 27A.

Informazzjoni supplimentari (il-paragrafu 42H)

B39

Id-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 42D–42G jistgħu ma jkunux suffiċjenti biex jilħqu l-għanijiet tad-divulgazzjoni fil-paragrafu 42B. Jekk dan ikun il-każ, l-entità għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex tissodisfa l-għanijiet tad-divulgazzjoni. L-entità għandha tiddeċiedi, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tagħha, kemm għandha bżonn tipprovdi informazzjoni addizzjonali biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-informazzjoni tal-utenti u kemm għandha tagħmel enfasi fuq aspetti differenti tal-informazzjoni addizzjonali. Huwa neċċessarju li jintlaħaq bilanċ bejn ir-rapporti finanzjarji onerużi ma’ dettall eċċessiv li jista' jkun li ma jgħinx lill-utenti tar-rapporti finanzjarji u joskura l-informazzjoni b'riżultat ta’ wisq aggregazzjoni.

EMENDI GĦALL-IFRS 1

Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

Il-paragrafu 39C huwa miżjud.

DATA EFFETTIVA

39F

Divulgazzjonijiet—Trasferimenti tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġin f'Ottubru tal-2010, il-paragrafu miżjud E4. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Lulju 2011. Hija permessa applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu bikri għandha tiddivulga dan il-fatt.

Appendiċi E

Eżenzjonijiet mill-IFRSs għal terminu ta' żmien qasir

Il-paragrafu E4 u nota tal-qiegħ huma miżjuda.

Divulgazzjonijiet dwar strumenti finanzjarji

E4

Min jadotta għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-paragrafu 44M tal-IFRS 7. (*).


(*)  Il-paragrafu E4 ġie miżjud b'konsegwenza tad-Divulgazzjonijiet—Trasferimenti tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f'Ottubru tal-2010. Biex ikun evitat l-użu potenzjali tat-tagħlim tard wisq wara riżultati skoretti (hindsight) u biex jiġi żgurat li min jadotta għall-ewwel darba ma jkunx fi żvantaġġ meta mqabbel ma' dawk li preżentament ippreparaw l-IFRS, il-Bord iddeċieda li min jadotta għall-ewwel darba għandu jkun permess juża l-istess dispożizzjonijet tranżitorji permessi lil preparaturi eżistenti tar-rapporti finanzjarji skont l-IFRSs li huma inklużi fid-Divulgazzjonijiet—Trasferimenti tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7).


23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1206/2011

tat-22 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ interoperabilità) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni tat mandat lill-Eurocontrol skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2) biex tiżviluppa rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza fi ħdan in-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (l-EATMN). Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport tad-9 ta’ Lulju 2010 li rriżulta minn dan il-mandat.

(2)

L-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru individwali għandha tkun stabbilita skont il-proċeduri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) qabel ma servizzi tat-traffiku tal-ajru li jużaw sistema ta’ sorveljanza jiġu pprovduti lill-inġenju tal-ajru.

(3)

Operazzjonijiet bla intoppi jiddependu fuq identifikazzjoni mhux ambigwa u kontinwa ta’ inġenji tal-ajru individwali li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali taħt ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (instrument flight rules – IFR) fl-ispazju tal-ajru kollu tal-ajru uniku Ewropew.

(4)

Il-metodu attwali li bih tiġi stabbilita l-identifikazzjoni individwali tal-inġenji tal-ajru juża kodiċijiet tat-transponder tar-radar ta’ sorveljanza sekondarji diskreti ("kodiċijiet SSR"), assenjati skont il-proċeduri tal-ICAO u l-pjan ta’ navigazzjoni tal-ajru għar-reġjun Ewropew.

(5)

Iż-żieda fit-traffiku matul dan l-aħħar deċennju wasslet għal nuqqas abitwali ta’ kodiċijiet SSR diskreti disponibbli biex tiġi ssodisfata d-domanda matul il-perjodi tal-ogħla domanda, u għalhekk, fil-preżent, l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru individwali fl-ispazju tal-ajru Ewropew ma tistax tiġi ggarantita.

(6)

Il-kapaċità operattiva inizjali għall-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali għandha tintuża b’mod armonizzat fi ħdan volum definit ta’ spazju tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew sabiex titnaqqas id-domanda ġenerali għall-assenjazzjonijiet tal-kodiċijiet SSR diskreti biex tinkiseb identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru individwali.

(7)

Sabiex tiġi ottimizzata d-disponibilità tal-kodiċijiet SSR diskreti, għandhom jintużaw kapaċitajiet imtejba u armonizzati għall-assenjazzjoni awtomatika ta’ kodiċijiet SSR għall-inġenji tal-ajru minn dawk il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-arju li ma jkollhomx il-kapaċità li jużaw il-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali.

(8)

Għandha tintuża kapaċità li l-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali tintuża fl-ispazju tal-ajru uniku Ewropew kollu, sabiex ma tibqax il-ħtieġa li jintużaw kodiċijiet SSR diskreti għall-identifikazzjoni tat-traffiku tal-ajru ġenerali li jopera taħt regoli tat-titjir bl-istrumenti.

(9)

It-tnaqqis fil-ħtieġa għal assenjazzjonijiet ta’ kodiċijiet SSR diskreti waqt l-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali jista' jiġi milħuq bl-aħjar mod mis-sistema ta’ pproċessar tal-pjanijiet tat-titjiriet inizjali integrata li tidentifika dawk it-titjiriet li huma eliġibbli għall-assenjazzjoni ta’ kodiċi ta’ konspikwità miftiehem u fuq il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li jassenjaw il-kodiċi ta’ konspikwità miftiehem lil dawk it-titjiriet eliġibbli meta l-identifikazzjoni bl-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali taħdem b’suċċess.

(10)

Il-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali tista' biss tintuża għall-kisba ta’ identifikazzjoni individwali tal-inġenji tal-ajru fejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jużaw sensers ta’ sorveljanza xierqa, il-funzjonalità tas-sistema tal-ipproċessar u d-distribuzzjoni tad-dejta, il-funzjonalità tas-sistema tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjiriet, il-komunikazzjonijiet tal-ajru mal-art u tal-art mal-art, il-funzjonalità tad-displej tal-kontrollur, u tipprovdi għall-proċeduri u t-taħriġ tal-persunal.

(11)

Il-livell ta' kemm il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jistgħu jimpjegaw attwalment il-kapaċità li jużaw il-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali għat-tnaqqis tar-rekwiżit għall-assenjazzjoni ta’ kodiċijiet SSR diskreti jiddependi fuq il-livell ta’ ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru bil-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali, fuq kemm ir-rotot ta’ dawk l-inġenji tal-ajru huma fi ħdan kopertura kontigwa tas-sistemi li jipprovdu l-kapaċità, u fuq ir-rekwiżit ġenerali li jiġu żgurati operazzjonijiet effiċjenti u siguri.

(12)

Twissijiet dwar id-dupplikazzjoni mhux intenzjonali tal-assenjazzjonijiet tal-kodiċi SSR lil iktar minn inġenju wieħed tal-ajru jew iżjed għandhom jingħataw lill-kontrolluri sabiex tiġi evitata l-identifikazzjoni ħażina potenzjali tal-inġenji tal-ajru.

(13)

L-applikazzjoni uniformi ta’ proċeduri speċifiċi fl-ispazju tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew hija kritika għall-kisba tal-interoperabilità u ta' operazzjonijiet bla intoppi.

(14)

Il-bidliet kollha għall-faċilitajiet u s-servizzi li jsiru bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu riflessi mill-Istati Membri fil-Pjan ta’ Navigazzjoni tal-Ajru Ewropew tal-ICAO permezz tal-proċedura normali għal emenda.

(15)

Dan ir-Regolament ma għandux ikopri l-operazzjonijiet u t-taħriġ militari kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

(16)

Bil-għan li jinżammu jew jitjiebu l-livelli ta’ sikurezza eżistenti tal-operazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati jwettqu valutazzjoni tas-sigurtà inkluż l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tar-riskji u l-proċessi ta’ mitigazzjoni. L-implimentazzjoni armonizzata ta’ dawn il-proċessi għas-sistemi koperti minn dan ir-Regolament teħtieġ l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti tas-sigurtà speċifiċi għar-rekwiżiti kollha ta’ interoperabilità u prestazzjoni.

(17)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 552/2004, ir-regoli ta’ implimentazzjoni għall-interoperabilità għandhom jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jridu jintużaw għall-valutazzjoni jew tal-konformità jew inkella tal-idoneità għall-użu tal-komponenti kif ukoll il-verifika tas-sistemi.

(18)

Fil-każ tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru pprovduti primarjament għal inġenji tal-ajru li jtiru bħala traffiku tal-ajru ġenerali taħt superviżjoni militari, ir-restrizzjonijiet fuq l-akkwisti jistgħu jipprevjenu l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(19)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għas-sistemi li jikkontribwixxu għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-sorveljanza, il-komponenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni individwali mhux ambigwa u kontinwa tal-inġenji tal-ajru fl-EATMN.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-katina ta' sorveljanza magħmula minn:

(a)

komponenti tas-sistemi ta’ sorveljanza fl-ajru u l-proċeduri assoċjati tagħhom;

(b)

sistemi ta’ sorveljanza bbażati fuq l-art, il-komponenti u l-proċeduri assoċjati tagħhom;

(c)

sistemi u proċeduri għas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari s-sistemi għall-ipproċessar tad-dejta tat-titjiriet, is-sistemi għall-ipproċessar tad-dejta tas-sorveljanza u s-sistemi ta’ interfaċċja bejn il-bniedem u l-magna;

(d)

sistemi ta’ komunikazzjoni bejn l-art u l-art u bejn l-ajru u l-art, il-komponenti u l-proċeduri assoċjati tagħhom użati għad-distribuzzjoni tad-dejta tas-sorveljanza.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti fl-ispazju tal-ajru definiti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

1.

“identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru’ tfisser grupp ta” ittri, numri jew kombinazzjoni ta’ dawn, liema grupp ikun jew identiku għal, jew l-ekwivalent kodifikat ta’ is-sinjal ta’ sejħa tal-inġenju tal-ajru li jrid jintuża f’komunikazzjonijiet tal-ajru mal-art, u li jintuża għall-identifikazzjoni fil-komunikazzjonijiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru mill-art għall-art;

2.

“kodiċi SSR” tfisser wieħed mill-4 096 kodiċi tal-identità tar-radar tas-sorveljanza sekondarji li jistgħu jiġu trasmessi mill-komponenti fl-arju tas-sistemi ta’ sorveljanza;

3.

“kodiċi SSR diskret” tfisser kodiċi tal-identità tar-radar tas-sorveljanza sekondarju b’erba’ ċifri li l-aħħar żewġ ċifri tiegħu mhumiex “00”;

4.

“identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali” tfisser identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru trasmessa mill-komponenti tas-sistemi ta’ sorveljanza fl-ajru permezz ta’ sistema ta’ sorveljanza mill-ajru għall-art;

5.

“kodiċi ta’ konspikwità” tfisser kodiċi SSR individwali ddisinjat għal skopijiet speċjali;

6.

“titjira ta” transitu (over-flight)’ tfisser titjira li tidħol fi spazju tal-ajru definit minn settur biswit, li mbagħad taqsam l-ispazju tal-ajru definit u toħroġ mill-ispazju tal-ajru definit għal ġo settur biswit fuq barra;

7.

“titjira li tasal” tfisser titjira li tidħol fi spazju tal-ajru definit minn settur biswit, imbagħad taqsam l-ispazju tal-ajru definit u tinżel f’destinazzjoni fl-ispazju tal-ajru definit;

8.

“titjira li titlaq” tfisser titjira li toriġina f’ajrudrom fi ħdan spazju tal-ajru definit, imbagħad tgħaddi minn ġol-ispazju tal-ajru definit u jew tinżel f’ajrudrom fl-ispazju tal-ajru definit jew toħroġ mill-ispazju tal-ajru definit għal ġo settur biswit fuq barra;

9.

“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża impenjata jew li toffri li timpenja ruħha f’operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru;

10.

“lista ta” allokazzjonijiet tal-kodiċi’ tfisser dokument li jispeċifika d-distribuzzjoni ġenerali tal-kodiċijiet SSR lill-Istati Membri u lill-unitajiet ta-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) li jkun hemm qbil fuqha mill-Istati Membri u li hija ppubblikata fil-pjan tan-navigazzjoni tal-ajru għar-Reġjun Ewropew tal-ICAO;

11.

“katina ta” sorveljanza kooperattiva’ tfisser katina ta’ sorveljanza li tirrikjedi kemm komponenti tal-art kif ukoll li jinġarru fl-ajru biex ikunu stabbiliti l-elementi tad-dejta ta’ sorveljanza;

12.

“sistema integrata għall-ipproċessar tal-pjan iniżjali tat-titjira” tfisser sistema fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru li permezz tagħha jiġi pprovdut servizz iċċentralizzat ta’ pproċessar u tqassim tal-ippjanar tat-titjiriet, li jittratta r-riċeviment, il-validazzjoni u t-tqassim tal-pjanijiet tat-titjiriet, fi ħdan l-ispazju tal-ajru kopert minn dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Rekwiżiti ta’ prestazzjoni

1.   L-Istati Membri responsabbli għall-għoti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru definit fl-Anness I għandhom jiżguraw li tiġi implimentata l-kapaċità sabiex tkun tista’ tiġi stabbilita identifikazzjoni unika tal-inġenji tal-ajru bl-użu tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali għal:

(a)

mill-inqas 50 % tat-titjiriet kollha ta’ transitu tal-ispazju tal-ajru definit tal-Istat Membru individwali u;

(b)

mill-inqas 50 % tan-numru totali kkombinat tat-titjiriet kollha li jaslu u li jitilqu fl-ispazju tal-ajru definit tal-Istat Membru individwali.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jiżguraw li, mill-inqas, sat-2 ta’ Jannar 2020, il-katina ta’ sorveljanza kooperattiva jkollha l-kapaċità neċessarja sabiex tippermettilhom jistabbilixxu identifikazzjoni individwali tal-inġenji tal-ajru bl-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali.

3.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li jistabbilixxu l-identifikazzjoni individwali tal-inġenju tal-ajru billi jużaw il-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali għandhom jiżguraw li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li jistabbilixxu l-identifikazzjoni individwali tal-inġenji tal-ajru bl-użu ta’ kodiċijiet SSR diskreti barra mill-ispazju tal-ajru definit fl-Anness I għandhom jiżguraw li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

5.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jiżguraw li:

(a)

is-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) jintużaw kif meħtieġ sabiex jappoġġjaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu;

(b)

sistemi jew proċeduri msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) jew proċeduri jintużaw kif meħtieġ sabiex jiġu nfurmati l-kontrolluri meta l-kodiċijiet SSR jiġu duplikati b’mod mhux intenzjonali.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-volumi tal-ispazju tal-ajru jiġu ddikjarati lis-servizz ċentralizzat tal-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ippjanar tat-titjiriet imsemmi fil-punt 1 tal-Anness II bħala appoġġ għar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u l-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(b)

is-sistema integrata ta’ pproċessar tal-pjanijiet tat-titjiriet inizjali tikkomunika lill-fornituri kollha affettwati tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru dawk it-titjiriet li huma eliġibbli għall-użu tal-kodiċi ta’ konspikwità msemmi fil-punt (c);

(c)

isir qbil dwar kodiċi ta’ konspikwità wieħed mill-Istati Membri kollha f’koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi Ewropej għall-assenjazzjoni biss lil inġenju tal-ajru fejn l-identifikazzjoni individwali tal-inġenji tal-ajru tiġi stabbilita bl-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali.

Artikolu 5

Rekwiżiti tas-sigurtà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe bidla fis-sistemi eżistenti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) jew l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda tkun preċeduta minn valutazzjoni tas-sigurtà, inkluż l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji, immexxija mill-partijiet ikkonċernati.

2.   Matul il-valutazzjonijiet identifikati fil-paragrafu 1, bħala minimu għandha tingħata kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 6

Konformità jew idoneità għall-użu tal-komponenti

Qabel joħorġu dikjarazzjoni ta’ konformità jew ta’ idoneità għall-użu tal-KE prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-manifatturi tal-komponenti tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom stabbiliti fl-Unjoni, għandhom jivvalutaw il-konformità jew l-idoneità għall-użu ta’ dawk il-komponenti b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

Madankollu, il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għandhom jitqiesu wkoll bħala proċeduri aċċettabbli għall-valutazzjoni tal-konformità tal-komponenti jekk dawn jinkludu evidenza tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ prestazzjoni u sigurtà ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Verifika tas-sistemi

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li jistgħu juru jew li urew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI għandhom iwettqu verifika tas-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII.

2.   Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li ma jistgħux juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI għandhom jissottokuntrattaw lil korp notifikat verifika tas-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1). Din il-verifika għandha titmexxa f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VII.

3.   Il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jitqiesu bħala proċeduri aċċettabbli għall-verifika tas-sistemi jekk dawn jinkludu evidenza tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ prestazzjoni u sigurtà ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Rekwiżiti addizzjonali għall-fornituri tas-servizzi tan-nagivazzjoni tal-ajru

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jiżguraw li l-persunal ikkonċernat kollu jkun debitament konxju tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u li jkun imħarreġ kif xieraq għall-funzjonijiet tax-xogħol tiegħu.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom:

(a)

jiżviluppaw u jżommu manwali tal-operat li fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni neċessarji li jippermettu lill-persunal relatat kollu japplika dan ir-Regolament;

(b)

jiżguraw li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u jinżammu aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu soġġetti għal ġestjoni xierqa tal-kwalità u tal-konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni;

(c)

jiżguraw li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri tal-operat jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Rekwiżiti addizzjonali għall-operaturi

1.   L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li l-persunal li jopera u jmantni t-tagħmir ta’ sorveljanza jkun konxju tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u li jkun mħarreġ kif xieraq għall-funzjonijiet tax-xogħol tiegħu, u li l-istruzzjonijiet dwar kif jintuża dak it-tagħmir ikunu disponibbli fil-kabina tal-pilota.

2.   L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li l-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali tingħata meta meħtieġ għal raġunijiet operattivi kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) u (2).

3.   L-operaturi għandhom jiżguraw li l-istabbiliment tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali msemmija fil-paragrafu 4 jikkonforma mal-punt 7 'identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru' tal-pjan tat-titjiriet imsemmi fil-punt 2 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 (5).

4.   L-operaturi ta’ dawk l-inġenji tal-ajru li għandhom il-kapaċità li jbiddlu l-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali msemmija fil-paragrafu 2 meta jkunu fl-ajru għandhom jiżguraw li l-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali ma tiġix mibdula matul it-titjira sakemm dan ma jkunx mitlub mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-arju.

Artikolu 10

Rekwiżiti addizzjonali għall-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti fil-pubblikazzjonijiet ta’ informazzjoni dwar l-ajrunawtika nazzjonali.

Artikolu 11

Eżenzjonijiet

1.   Għall-każ speċifiku ta’ żoni ta’ approċċ fejn is-servizzi tat-traffiku tal-ajru jingħataw minn unitajiet militari jew taħt superviżjoni militari u meta r-restrizzjonijiet fuq l-akkwist jipprevjenu l-konformità mal-Artikolu 4(2), l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017, id-data ta’ konformità mal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali li ma għandhiex tkun aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2025.

2.   Wara konsultazzjoni mal-Maniġer tan-Netwerk u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-eżenzjonijiet ikkomunikati taħt il-paragrafu 1 li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-EATMN.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mid-9 ta’ Frar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20

(4)  ĠU L 79, 19.3.2008, p.1

(5)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46.


ANNESS I

L-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 4(1) u 4(4)

L-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 4(1) u 4(4) għandu jinkludi r-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar Titjir (Flight Information Regions - FIR) u r-Reġjuni Ogħla ta’ Informazzjoni dwar Titjir (Upper Flight information Regions - UIR):

(1)

Wien FIR;

(2)

Praha FIR;

(3)

FIR/UIR ta' Brussell;

(4)

FIRs ta’ Bordeaux, Brest, Marseille, Pariġi u Reims, u UIR ta’ Franza;

(5)

FIRs ta’ Bremen, Langen u Munchen, u UIRs ta’ Hannover u Rhein;

(6)

FIR ta' Athinai u UIR ta' Hellas;

(7)

FIR ta' Budapest;

(8)

FIR/UIR, ta' Brindisi, FIR/UIR ta' Milan u FIR/UIR ta' Ruma;

(9)

FIR ta' Amsterdam;

(10)

FIR ta' Bucharest.


ANNESS II

Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3)

1.

Il-volumi tal-ispazju tal-ajru fejn l-identifikazzjoni individwali tal-inġenji tal-ajru tiġi stabbilita bl-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali għandhom jiġu ddikjarati lis-servizz ċentralizzat tal-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ippjanar tat-titjiriet sabiex jiddaħħlu fis-sistema integrata ta’ pproċessar tal-pjan tat-titjiriet inizjali.

2.

Minbarra meta tapplika waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (3), il-kodiċijiet tal-konspikwità stabbiliti skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(6) għandhom jiġu assenjati lil inġenji tal-ajru li jitilqu jew lil inġenji tal-ajru li għalihom, skont il-punt 6, hija meħtieġa bidla tal-kodiċi, fejn japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali taqbel mal-entrata korrispondenti fil-pjan tat-titjira għal dak l-inġenju tal-ajru;

(b)

is-sistema integrata tal-ipproċessar tal-pjanijiet tat-titjiriet inizjali tkun ikkomunikat li l-inġenju tal-ajru huwa eliġibbli għall-assenjazzjoni tal-kodiċi tal-konspikwità.

3.

Il-kodiċi tal-konspikwità ma għandux jiġi assenjat lill-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt 2 jekk tapplika xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżuri ta’ kontinġenza li jeħtieġu l-assenjazzjoni ta’ kodiċijiet SSR diskreti lill-inġenji tal-ajru ġew implimentati minn fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li jesperjenza qtugħ mhux ippjanat tas-senser tas-sorveljanza tal-art;

(b)

miżuri ta’ kontinġenza militari eċċezzjonali jeħtieġu lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru sabiex jassenjaw kodiċijiet SSR diskreti lill-inġenji tal-ajru jew;

(c)

inġenju tal-ajru li huwa eliġibbli għall-assenjazzjoni tal-kodiċi tal-konspikwità stabbilit skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(6) joħroġ jew inkella jiġi żvijat ’il barra mill-volum tal-ispazju tal-ajru msemmi fil-punt (1).

4.

L-inġenji tal-ajru li ma jiġux assenjati l-kodiċi tal-konspikwità stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 4(6) għandhom jiġu assenjati kodiċi SSR li jikkonforma ma’ lista ta’ allokazzjoni tal-kodiċi li jkun hemm qbil dwarha bejn l-Istati Membri u f’koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi Ewropej.

5.

Meta kodiċi SSR ikun ġie assenjat lil inġenju tal-ajru, għandha ssir verifika mal-ewwel opportunità sabiex jiġi kkonfermat li l-kodiċi SSR stabbilit mill-pilota huwa identiku għal dak assenjat lit-titjira.

6.

Il-kodiċijiet SSR assenjati lill-inġenji tal-ajru li jkunu qegħdin jiġu trasferiti minn fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fi Stati ġirien għandhom jiġu kkontrollati awtomatikament sabiex jiġi vverifikat jekk l-assenjazzjonijiet jistgħux jinżammu f’konformità ma’ lista ta’ allokazzjoni tal-kodiċi li jkun hemm qbil dwarha bejn l-Istati Membri u f’koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi Ewropej.

7.

Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti formali, bil-kontenut minimu li ġej, mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru tal-viċinat li jkunu qed jistabbilixxu l-identifikazzjoni individwali tal-inġenji tal-ajru bl-użu ta’ kodiċijiet SSR diskreti:

(a)

obbligu li l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru tal-viċinat jittrasferixxu inġenji tal-ajru bil-kodiċijiet SSR diskreti vverifikati assenjati f’konformità ma’ lista ta’ allokazzjoni tal-kodiċi li jkun hemm qbil dwarha bejn l-Istati Membri u f’koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi Ewropej;

(b)

obbligu ta’ avviż lill-unitajiet ta’ aċċettazzjoni dwar kwalunkwe irregolarità li tiġi osservata fl-operat tal-komponenti tas-sistemi ta’ sorveljanza fl-ajru.


ANNESS III

Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4)

Is-sistemi individwali użati għall-assenjazzjoni tal-kodiċijiet SSR għandu jkollhom il-kapaċitajiet funzjonali li ġejjin:

(a)

il-kodiċijiet SSR għandhom jiġu assenjati awtomatikament lil inġenju tal-ajru b’konformità ma’ lista ta’ allokazzjoni tal-kodiċi miftiehma mill-Istati Membri u kkoordinata ma’ pajjiżi terzi Ewropej;

(b)

il-kodiċijiet SSR assenjati lil inġenju tal-ajru li jkun qiegħed jiġi ttrasferit mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fi Stati tal-viċinat għandhom jiġu kkontrollati sabiex jiġi vverifikat jekk l-assenjazzjonijiet jistgħux jinżammu b’konformità ma’ lista ta’ allokazzjoni tal-kodiċi li jkun hemm qbil dwarha bejn l-Istati Membri u kkoordinata ma’ pajjiżi terzi Ewropej;

(ċ)

il-kodiċijiet SSR għandhom jiġu kklassifikati f’kategoriji differenti li jippermettu assenjazzjoni tal-kodiċi differenzjata;

(d)

il-kodiċijiet SSR mill-kategoriji differenti msemmija fil-punt (c) għandhom jiġu assenjati skont id-direzzjonijiet tat-titjiriet;

(e)

assenjazzjonijiet simultanji multipli tal-istess kodiċi SSR għandhom isiru lil titjiriet li joperaw f’direzzjonijiet ħielsa minn kunflitti.


ANNESS IV

Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5

1.

Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni speċifikati fl-Artikolu 4(3), (4), (5)(b) u (6).

2.

Ir-rekwiżiti addizzjonali speċifikati fl-Artikolu 9(1), (2), (3) u (4).


ANNESS V

Ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-konformità jew tal-idoneità għall-użu tal-komponenti msemmija fl-Artikolu 6

1.

L-attivitajiet ta’ verifika tal-konformità għandhom juru l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-komponenti mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament filwaqt li dawn il-komponenti jkunu qed jintużaw fl-ambjent tat-test.

2.

Il-manifattur għandu jiġġestixxi l-attivitajiet ta’ verifika ta’ konformità u għandu b’mod partikolari:

(a)

jiddetermina l-ambjent tat-test xieraq;

(b)

jivverifika li l-pjan tat-test jiddeskrivi l-komponenti fl-ambjent tat-test;

(c)

jivverifika li l-pjan tat-test jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli;

(d)

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u l-pjan tat-test;

(e)

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, il-persunal, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tat-test;

(f)

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet skont il-pjan tat-test;

(g)

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ispezzjonijiet u t-testijiet.

3.

Il-manifattur għandu jiżgura li l-komponenti msemmija fl-Artikolu 6, integrati fl-ambjent tat-test, jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

4.

Malli jissodisfa t-tmiem tal-verifika ta’ konformità u ta’ idoneità għall-użu, il-manifattur għandu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, iħejji dikjarazzjoni ta’ konformità jew ta’ idoneità għall-użu tal-KE li tispeċifika b’mod partikolari r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament issodisfati mill-komponenti u l-kundizzjonijiet ta’ użu assoċjati tiegħu skont il-punt 3 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.


ANNESS VI

Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) u (2)

1.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jkollu fis-seħħ metodi ta’ rapportar stabbiliti fi ħdan l-organizzazzjoni li jiżguraw u juru l-imparzjalità u l-indipendenza ta’ ġudizzju fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika.

2.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jwettaq il-verifiki bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-akbar kompetenza teknika possibbli u jkun ħieles minn kwalunkwe pressjoni u inċentiv, b’mod partikolari ta’ tip finanzjarju, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-kontrolli tiegħu, b’mod partikolari minn persuni jew gruppi ta’ persuni affettwati mir-riżultati tal-verifiki.

3.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu aċċess għat-tagħmir li jippermettilu jwettaq sew il-kontrolli meħtieġa.

4.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika, ikollu taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb, għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-verifiki li jrid iwettaq, esperjenza xierqa ta’ operazzjonijiet bħal dawn, u l-kapaċità li jħejji d-dikjarazzjonijiet, ir-rekords u r-rapporti li juru li l-verifiki twettqu.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika huwa kapaċi jwettaq il-kontrolli tiegħu b’mod imparzjali. Ir-remunerazzjoni tiegħu ma għandhiex tiddependi fuq in-numru ta’ kontrolli mwettqa, jew fuq ir-riżultati ta’ tali kontrolli.


ANNESS VII

PARTI A

Ir-rekwiżiti għall-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 7(1)

1.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha turi l-konformità ta’ dawk is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u sigurtà ta’ dan ir-Regolament f’ambjent ta’ valutazzjoni li jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawk is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha titwettaq skont prattiki ta’ ttestjar xierqa u rikonoxxuti.

3.

L-għodod tat-test użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandu jkollhom il-funzjonalitajiet xierqa.

4.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġa mill-punt (3) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-implimentazzjoni;

(b)

ir-rapport tal-ispezzjonijiet u t-testijiet miksuba qabel ma bdiet tintuża s-sistema.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiġġestixxi l-attivitajiet ta’ verifika u għandu b’mod partikolari:

(a)

jiddetermina l-ambjent ta’ valutazzjoni operattiva u teknika xieraq li jirrifletti l-ambjent operattiv;

(b)

jivverifika li l-pjan tat-test jiddeskrivi l-integrazzjoni tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiva u teknika;

(c)

jivverifika li l-pjan tat-test jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u sigurtà applikabbli ta’ dan ir-Regolament;

(d)

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tat-test;

(e)

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, il-persunal, l-istallazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tat-test;

(f)

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan tat-test;

(g)

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ispezzjonijiet u t-testijiet.

6.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) operati f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiva jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u sigurtà ta’ dan ir-Regolament.

7.

Malli tiġi kompletata b’mod sodisfaċenti l-verifika ta’ konformità, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom iħejju dikjarazzjoni ta’ verifika tas-sistemi tal-KE u jissottomettuha lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.

PARTI B

Ir-rekwiżiti għall-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 7(2)

1.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandhom juru l-konformità ta’ dawk is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u sigurtà ta’ dan ir-Regolament f’ambjent ta’ valutazzjoni li jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawk is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha titwettaq skont prattiki ta’ ttestjar xierqa u rikonoxxuti.

3.

L-għodod tat-test użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandu jkollhom il-funzjonalitajiet xierqa.

4.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġa mill-punt 3 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 552/2004 inklużi l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-implimentazzjoni;

(b)

ir-rapport tal-ispezzjonijiet u t-testijiet miksuba qabel ma bdiet tintuża s-sistema.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiddetermina l-ambjent xieraq ta’ valutazzjoni operattiva u teknika li jirrifletti l-ambjent operattiv u għandu jkollu l-attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn korp notifikat.

6.

Il-korp notifikat għandu jiġġestixxi l-attivitajiet ta’ verifika u għandu b’mod partikolari:

(a)

jivverifika li l-pjan tat-test jiddeskrivi l-integrazzjoni tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiva u teknika;

(b)

jivverifika li l-pjan tat-test jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u sigurtà applikabbli ta’ dan ir-Regolament;

(c)

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tat-test;

(d)

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, il-persunal, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tat-test;

(e)

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet skont fil-pjan tat-test;

(f)

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ispezzjonijiet u t-testijiet.

7.

Il-korp notifikat għandu jiżgura li s-sistemiidentifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) operati f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiva jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u sigurtà ta’ dan ir-Regolament.

8.

Malli jiġu kompletati l-kompiti ta’ verifika, il-korp notifikat għandu jħejji ċertifikat ta’ konformità relatat mal-kompiti mwettqa.

9.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu sussegwentement jħejji dikjarazzjoni ta’ verifika tas-sistema tal-KE u jissottomettiha lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.


23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1207/2011

tat-22 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ interoperabilità) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni tat mandat lill-Eurocontrol skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2) biex tiżviluppa rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza fi ħdan in-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (l-EATMN). Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport tad-9 ta’ Lulju 2010 li rriżulta minn dan il-mandat.

(2)

Il-funzjonament kontinwu tal-operazzjonijiet jiddependi fuq il-koerenza tar-rekwiżiti minimi għad-distanza bejn l-inġenji tal-ajru applikati fl-ispazju tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-interoperabilità, għandhom ikunu applikati prinċipji komuni meta jkun hemm skambju tad-dejta ta’ sorveljanza bejn is-sistemi. Barra minn hekk, għandhom jiġu identifikati l-kapaċitajiet u l-prestazzjonijiet minimi applikabbli għall-komponenti tas-sistemi ta’ sorveljanza li jinġarru fl-ajru.

(4)

Il-kapaċitajiet tal-komponenti li jinġarru fl-ajru tas-sistemi ta’ sorveljanza għandhom jagħtu l-flessibilità lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru biex jagħżlu s-soluzzjonijiet għas-sorveljanza mill-art li jkunu l-aktar xierqa għall-ambjenti partikolari tagħhom.

(5)

L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ applikazzjonijiet u teknoloġiji oħra ta’ sorveljanza li jagħtu benefiċċji f’ambjenti speċifiċi.

(6)

L-operaturi jeħtieġ li jkunu avżati biżżejjed bil-quddiem biex ikunu jistgħu jarmaw l-inġenji tal-ajru l-ġodda u l-flotot eżistenti b’kapaċitajiet ġodda. Dan għandu jitqies meta jkunu qed jiġu ddefiniti d-dati għat-tagħmir mandatorju.

(7)

Għandhom jiġu identifikati l-kriterji għal eżenzjoni potenzjali, ibbażati b’mod partikolari fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jew tekniċi konvinċenti, biex l-operaturi jitħallew ma jarmawx, eċċezzjonalment, ċerti tipi ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi b’uħud mill-kapaċitajiet meħtieġa. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri xierqa biex il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet f’dan ir-rigward.

(8)

L-indirizz ICAO ta’ inġenju tal-ajru ta’ 24 bit għandu jkun assenjat u mħaddem f’konformità mar-rekwiżiti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-ICAO) sabiex tkun żgurata l-interoperabilità tas-sistemi ta’ sorveljanza tal-ajru u tal-art.

(9)

Il-bażi stabbilita permezz tal-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet tal-ADS-B “Out” mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tippermetti l-użu tal-applikazzjonijiet fuq l-art u għandha tiffaċilita wkoll l-użu ta’ applikazzjonijiet li jinġarru fl-ajru tal-ġejjieni.

(10)

Is-sistemi tal-EATMN għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ kunċetti avvanzati, miftehma u vvalidati ta’ operazzjoni għall-fażijiet kollha tat-titjira, b’mod partikolari kif previst fil-Pjan Komprensiv tal-ATM għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR).

(11)

Il-prestazzjoni tas-sistemi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u tal-komponenti tagħhom għandhom jiġu vvalutati regolarment filwaqt li jitqies l-ambjent lokali li joperaw fih.

(12)

L-applikazzjoni uniformi ta’ proċeduri speċifiċi fl-ispazju tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew hija kruċjali biex jinkisbu l-interoperabilità u l-funzjonament kontinwu tal-operazzjonijiet.

(13)

L-ispettru użat mis-sistemi ta’ sorveljanza għandu jkun protett biex ikunu evitati interferenzi li jagħmlu l-ħsara. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa f’dan ir-rigward.

(14)

Dan ir-Regolament m’għandux ikopri l-operazzjonijiet u t-taħriġ militari, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

(15)

Bil-għan li jinżammu jew jisseddqu l-livelli tas-sikurezza tal-operazzjonijiet li diġà jeżistu, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati jwettqu valutazzjoni tas-sikurezza, inklużi l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tar-riskji u l-proċessi ta’ mitigazzjoni. L-implimentazzjoni armonizzata ta’ dawn il-proċessi għas-sistemi koperti minn dan ir-Regolament teħtieġ l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi tas-sikurezza għar-rekwiżiti kollha tal-interoperabilità u l-prestazzjoni.

(16)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 552/2004, ir-regoli ta’ implimentazzjoni għall-interoperabilità għandhom jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità li jridu jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-adegwatezza għall-użu tal-komponenti, kif ukoll għall-verifika tas-sistemi.

(17)

Fil-każ tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru pprovduti primarjament lil inġenji tal-ajru li jtiru bħala traffiku tal-ajru ġenerali taħt sorveljanza militari, il-limitazzjonijiet marbuta mal-akkwist jistgħu jostakolaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għas-sistemi li jikkontribwixxu għall-għoti ta’ dejta ta’ sorveljanza, għall-komponenti tagħhom u għall-proċeduri assoċjati magħhom sabiex ikunu żgurati l-armonizzazzjoni tal-prestazzjoni, l-interoperabilità u l-effiċjenza ta’ dawn is-sistemi fi ħdan in-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (l-EATMN) u sabiex ikun hemm koordinazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-katina ta’ sorveljanza kkostitwita minn:

(a)

sistemi ta’ sorveljanza li jinġarru fl-ajru, il-komponenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom;

(b)

sistemi ta’ sorveljanza bbażati fuq l-art, il-komponenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom;

(c)

sistemi ta’ pproċessar tad-dejta ta’ sorveljanza, il-komponenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom;

(d)

sistemi ta’ komunikazzjoni mill-art għall-art użati għad-distribuzzjoni tad-dejta ta’ sorveljanza, il-komponenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti fl-ispazju tal-ajru previst fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 7(3) u 7(4) li għandhom japplikaw għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru bbażati fuq id-dejta ta’ sorveljanza, u għall-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni jew ta’ sorveljanza li joperaw is-sistemi stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“dejta ta’ sorveljanza” tfisser kwalunkwe element tad-dejta, stampat bil-ħin jew le, fi ħdan is-sistema ta’ sorveljanza li għandha x’taqsam:

(a)

mal-pożizzjoni 2D tal-inġenju tal-ajru;

(b)

mal-pożizzjoni vertikali tal-inġenju tal-ajru;

(c)

mal-pożizzjonament tal-inġenju tal-ajru;

(d)

mal-identità tal-inġenju tal-ajru;

(e)

mal-indirizz ICAO ta’ 24 bit tal-inġenju tal-ajru;

(f)

mal-intenzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(g)

mal-veloċità tal-inġenju tal-ajru;

(h)

mal-aċċellerazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(2)

“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża impenjata fi jew li toffri li timpenja ruħha f’operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru;

(3)

“ADS-B” tfisser sorveljanza dipendenti awtomatika fil-funzjoni tax-xandir, li hija teknika ta’ sorveljanza li permezz tagħha l-inġenju tal-ajru awtomatikament jipprovdi, permezz tat-trażmissjoni tad-dejta, id-dejta miksuba mis-sistemi ta’ navigazzjoni u ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni mmuntati fih;

(4)

“ADS-B Out” tfisser l-għoti ta’ dejta ta’ sorveljanza ADS-B mill-perspettiva tat-trażmissjoni mill-inġenju tal-ajru;

(5)

“interferenza ta’ ħsara” tfisser interferenza li timpedixxi l-ksib tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni;

(6)

“katina ta’ sorveljanza” tfisser sistema magħmula mill-aggregazzjoni ta’ komponenti li jinġarru fl-ajru u bbażati fuq l-art użati biex ikunu stabbiliti l-elementi rispettivi tad-dejta ta’ sorveljanza ta’ inġenju tal-ajru, inkluża s-sistema ta’ pproċessar tad-dejta ta’ sorveljanza, jekk tkun qed tintuża;

(7)

“katina ta’ sorveljanza kooperattiva” tfisser katina ta’ sorveljanza li tirrikjedi kemm komponenti tal-art kif ukoll li jinġarru fl-ajru biex ikunu stabbiliti l-elementi tad-dejta ta’ sorveljanza;

(8)

“sistema ta’ pproċessar tad-dejta ta’ sorveljanza” tfisser sistema li tipproċessa d-dejta kollha mdaħħla dwar is-sorveljanza li tkun waslet biex tiġi ffurmata l-aħjar stima tad-dejta ta’ sorveljanza attwali tal-inġenju tal-ajru;

(9)

“identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru” tfisser grupp ta’ ittri, ċifri jew kombinazzjoni tagħhom li huwa identiku għall-kodiċi tal-inġenju tal-ajru li għandu jintuża fil-komunikazzjonijiet bejn l-ajru u l-art, u li jintuża biex ikun identifikat l-inġenju tal-ajru fil-komunikazzjonijiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru mill-art għall-art jew li huwa l-ekwivalenti kkodifikat tiegħu;

(10)

“inġenju tal-ajru tal-Istat” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru użat għal finijiet militari, doganali u ta’ pulizija;

(11)

“inġenju tal-ajru tal-Istat tat-tip tat-trasport” tfisser inġenju tal-ajru tal-Istat bil-ġwienaħ fissi li huwa ddisinjat biex fuqu jinġarru l-persuni u/jew il-merkanzija;

(12)

“estrapolata” tfisser li dejta magħrufa tkun ipproġettata, imbassra jew estiża fuq il-bażi tal-valuri fi ħdan intervall taż-żmien osservat diġà;

(13)

“coasted” tfisser estrapolata għal perjodu itwal mill-perjodu ta’ aġġornament tas-sistemi ta’ sorveljanza tal-art;

(14)

“ħin tal-applikabilità” tfisser il-ħin li fih ikun tkejjel l-element tad-dejta mill-katina ta’ sorveljanza jew il-ħin li għalih dan ikun ġie kkalkulat mill-katina ta’ sorveljanza;

(15)

“preċiżjoni” tfisser il-grad ta’ konformità tal-valur ta’ element tad-dejta pprovdut mal-valur attwali tiegħu fil-ħin meta l-element tad-dejta jirriżulta mill-katina ta’ sorveljanza;

(16)

“disponibilità” tfisser il-grad ta’ kemm sistema jew komponent ikun operattiv u aċċessibbli meta jkun hemm bżonn jintuża;

(17)

“integrità” tfisser il-grad ta’ nuqqas ta’ konformità mhux innutat (fil-livell tas-sistema) tal-valur tad-dħul tal-element tad-dejta mal-valur tal-ħruġ tiegħu;

(18)

“kontinwità” tfisser il-probabilità li sistema twettaq il-funzjoni meħtieġa minnha mingħajr interruzzjoni mhux skedata, jekk wieħed jassumi li s-sistema tkun disponibbli meta tinbeda l-operazzjoni intenzjonata;

(19)

“puntwalità” tfisser id-differenza bejn il-ħin tal-ħruġ ta’ element tad-dejta u l-ħin tal-applikabilità ta’ dak l-element tad-dejta.

Artikolu 4

Rekwiżiti tal-prestazzjoni

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw il-funzjonament kontinwu tal-operazzjonijiet fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabilità tagħhom u fil-konfini ma’ spazji tal-ajru li jmissu magħhom billi japplikaw rekwiżiti minimi xierqa għad-distanza bejn l-inġenji tal-ajru.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) jintużaw kif meħtieġ biex jappoġġaw ir-regoli minimi għad-distanza applikati skont il-paragrafu 1.

3.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li r-riżultat tal-katina ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 2(1) ikun konformi mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni mniżżla fl-Anness I dejjem jekk il-funzjonijiet tal-komponenti li jinġarru fl-ajru użati jkunu konformi mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness II.

4.   Jekk fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jidentifika inġenju tal-ajru li l-avjonika tiegħu turi anomalija funzjonali, huwa għandu jinforma lill-operatur tat-titjira bid-devjazzjoni mir-rekwiżiti tal-prestazzjoni. L-operatur għandu jinvestiga l-kwistjoni qabel tinbeda t-titjira sussegwenti u kwalunkwe rettifika meħtieġa għandha titwettaq skont il-manutenzjoni normali u skont il-proċeduri korrettivi għall-inġenju tal-ajru u l-avjonika tiegħu.

Artikolu 5

Rekwiżiti tal-interoperabilità

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li d-dejta ta’ sorveljanza kollha ttrasferita mis-sistemi tagħhom identifikati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) lill-fornituri l-oħra tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tkun konformi mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness III.

2.   Meta jittrasferixxu d-dejta ta’ sorveljanza mis-sistemi tagħhom identifikati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) lil fornituri oħra tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jistabbilixxu arranġamenti formali magħhom għall-iskambju tad-dejta skont ir-rekwiżiti mniżżla fl-Anness IV.

3.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2020, il-katina ta’ sorveljanza kooperattiva jkollha l-kapaċità meħtieġa li tippermettilhom jistabbilixxu l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru individwali permezz tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru mniżżla b’mod elettroniku mgħoddija mill-inġenji tal-ajru mgħammra skont l-Anness II.

4.   L-operaturi għandhom jiżguraw li:

(a)

l-inġenji tal-ajru li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2) b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-8 ta’ Jannar 2015 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II;

(b)

l-inġenji tal-ajru b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-8 ta’ Jannar 2015 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti B ta’ dak l-Anness;

(c)

l-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-8 ta’ Jannar 2015 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti C ta’ dak l-Anness.

5.   L-operaturi għandhom jiżguraw li sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Diċembru 2017:

(a)

l-inġenji tal-ajru li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2) b’ċertifikat individwali ta’ ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel it-8 ta’ Jannar 2015, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II;

(b)

l-inġenji tal-ajru b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel it-8 ta’ Jannar 2015, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti B ta’ dak l-Anness;

(c)

l-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel it-8 ta’ Jannar 2015, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti C ta’ dak l-Anness.

6.   L-operaturi għandhom jiżguraw li l-inġenji tal-ajru mgħammra skont il-paragrafi 4 u 5 u li jkollhom massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar joperaw b’diversi antenni kif preskritt fil-paragrafu 3.1.2.10.4 tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, Volum IV, ir-Raba’ Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha san-Nru 85.

7.   L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti tat-trasport skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 u l-punt (b) tal-paragrafu 5 għall-inġenji tal-ajru kollha li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2) f’żoni fejn is-servizzi ta’ sorveljanza li jużaw id-dejta ta’ sorveljanza identifikata fil-Parti B tal-Anness II jkunu pprovduti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

8.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li, qabel jibdew jużaw is-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1), huma jkunu qed jimplimentaw is-soluzzjonijiet ta’ użu l-aktar effiċjenti filwaqt li jqisu l-ambjenti operattivi, il-limitazzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali kif ukoll il-kapaċitajiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.

Artikolu 6

Protezzjoni tal-ispettru

1.   Sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Frar 2015, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru li jkun qed itir fuq Stat Membru ma jkunx soġġett għal interrogazzjonijiet eċċessivi trażmessi mill-interrogaturi tas-sorveljanza bbażati fuq l-art u li jew jesiġu tweġiba jew li għalkemm ma jesiġux tweġiba jkunu qawwija biżżejjed biex jaqbżu l-livell minimu tal-limitu tar-riċevitur tat-transponder tar-radar sekondarju ta’ sorveljanza.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-għadd totali ta’ tali interrogazzjonijiet m’għandux iwassal sabiex it-transponder tar-radar sekondarju ta’ sorveljanza jaqbeż ir-rati tat-tweġibiet kull sekonda, minbarra kwalunkwe trażmissjoni tat-tip squitter, speċifikati fil-paragrafu 3.1.1.7.9.1 għat-tweġibiet tal-Mod A/C u fil-paragrafu 3.1.2.10.3.7.3 għat-tweġibiet tal-Mod S tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, Volum IV, ir-Raba’ Edizzjoni.

3.   Sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Frar 2015, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta’ trażmettitur ibbażat fuq l-art operat fi Stat Membru ma joħloqx interferenza ta’ ħsara fuq sistemi oħra ta’ sorveljanza.

4.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar il-miżuri deskritti fil-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iressqu l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal azzjoni.

Artikolu 7

Proċeduri assoċjati

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jivvalutaw il-livell tal-prestazzjoni tal-katina ta’ sorveljanza bbażata fuq l-art qabel ma jibdew iħaddmuha kif ukoll b’mod regolari waqt li jkunu qed iħaddmuha, skont ir-rekwiżiti mniżżla fl-Anness V.

2.   L-operaturi għandhom jiżguraw li jitwettaq kontroll mill-inqas kull sentejn u kull meta tkun innutata anomalija fuq inġenju tal-ajru speċifiku, sabiex l-elementi tad-dejta mniżżla fil-punt 3 tal-Parti A tal-Anness II, fil-punt 3 tal-Parti B tal-Anness II u fil-punt 2 tal-Parti C tal-Anness II, jekk ikunu applikabbli, jiġu pprovduti b’mod korrett fir-riżultati mogħtija mit-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza installati abbord l-inġenji tal-ajru tagħhom. Jekk xi wieħed mill-elementi tad-dejta ma jiġix ipprovdut b’mod korrett, l-operatur għandu jinvestiga l-kwistjoni qabel tinbeda t-titjira sussegwenti u għandha titwettaq kwalunkwe rettifika meħtieġa skont il-manutenzjoni normali u skont il-proċeduri korrettivi għall-inġenju tal-ajru u l-avjonika tiegħu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għoti tal-indirizzi ICAO ta’ 24 bit tal-inġenji tal-ajru lil inġenji tal-ajru mgħammra bi transponder tal-Mod S ikun konformi mal-Kapitolu 9 u mal-appendiċi tiegħu tal-Anness 10 tal-Konvenzjonii ta’ Chicago, Volum III, it-Tieni Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha san-Nru 85.

4.   L-operaturi għandhom jiżguraw li abbord l-inġenju tal-ajru li huma qed joperaw, kwalunkwe transponder tal-Mod S jopera b’indirizz ICAO ta’ 24 bit tal-inġenju tal-ajru li jkun jikkorrispondi għar-reġistrazzjoni mogħtija mill-Istat li fih huwa rreġistrat l-inġenju tal-ajru.

Artikolu 8

Inġenji tal-ajru tal-Istat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Diċembru 2017, l-inġenji tal-ajru tal-Istat li joperaw skont l-Artikolu 2(2) ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jkollhom il-kapaċità mniżżla fil-Parti A tal-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, l-inġenji tal-ajru tal-Istat tat-tip tat-trasport b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw skont l-Artikolu 2(2), ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċità mniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċità mniżżla fil-Parti B u l-Parti C ta’ dak l-Anness.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2016, il-lista tal-inġenji tal-ajru tal-Istat li ma jistgħux ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jikkonformaw mar-rekwiżiti mniżżla fil-Parti A tal-Anness II, flimkien mal-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ tagħmir.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2018, il-lista tal-inġenji tal-ajru tal-Istat tat-tip tat-trasport b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li ma jistgħux ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jikkonformaw mar-rekwiżiti mniżżla fil-Parti B u l-Parti C tal-Anness II, flimkien mal-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ tagħmir.

Il-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ tagħmir għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

raġunijiet tekniċi konvinċenti;

(b)

inġenji tal-ajru tal-Istat li joperaw skont l-Artikolu 2(2) li se jitneħħew mis-servizz operattiv sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020;

(c)

limitazzjonijiet marbuta mal-akkwist.

4.   Meta l-inġenji tal-ajru tal-Istat ma jistgħux ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza kif speċifikat fil-paragrafi 1 jew 2 għar-raġuni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-ġustifikazzjoni l-pjanijiet tagħhom tal-akkwist dwar dawn l-inġenji tal-ajru.

5.   Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li l-inġenji tal-ajru tal-Istat identifikati fil-paragrafu 3 jkunu jistgħu jiġu akkomodati, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ttrattati b’mod sikur fi ħdan il-kapaċità tas-sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

6.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-proċeduri biex jiġu ttrattati l-inġenji tal-ajru tal-Istat li mhumiex mgħammra skont il-paragrafi 1 jew 2 fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali tal-informazzjoni ajrunawtika.

7.   Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jikkomunikaw, fuq bażi annwali, lill-Istat Membru li ħatarhom, il-pjanijiet tagħhom biex jittrattaw l-inġenji tal-ajru tal-Istat li mhumiex mgħammra skont il-paragrafi 1 jew 2. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu ddefiniti billi jitqiesu l-limiti tal-kapaċità assoċjati mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 6.

Artikolu 9

Rekwiżiti tas-sikurezza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Frar 2015, titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza mill-partijiet ikkonċernati għas-sistemi kollha eżistenti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma ssir kwalunkwe bidla fis-sistemi eżistenti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) jew qabel ma jiddaħħlu sistemi ġodda, ssir valutazzjoni tas-sikurezza mill-partijiet ikkonċernati, li tkun tinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli u l-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji.

3.   Matul il-valutazzjonijiet identifikati fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jitqiesu, bħala minimu, ir-rekwiżiti mniżżla fl-Anness VI.

Artikolu 10

Il-konformità jew l-adegwatezza għall-użu tal-komponenti

Qabel ma tinħareġ dikjarazzjoni KE ta’ konformità jew adegwatezza għall-użu msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-manifatturi tal-komponenti tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom stabbiliti fl-Unjoni għandhom jivvalutaw il-konformità jew l-adegwatezza għall-użu ta’ dawk il-komponenti f’konformità mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness VII.

Madankollu, il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għandhom jitqiesu bħala proċeduri aċċettabbli għall-valutazzjoni tal-konformità tal-komponenti jekk ikunu jinkludu l-wiri tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Verifika tas-sistemi

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jistgħu juru jew li wrew li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness VIII għandhom iwettqu verifika tas-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) f’konformità mar-rekwiżiti mniżżla fil-Parti A tal-Anness IX.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li ma jistgħux juru li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness VIII għandhom jagħtu b’subappalt lil korp innotifikat il-verifika tas-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1). Din il-verifika għandha titwettaq skont ir-rekwiżiti mniżżla fil-Parti B tal-Anness IX.

3.   Il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jitqiesu bħala proċeduri aċċettabbli għall-verifika tas-sistemi jekk ikunu jinkludu l-wiri tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Rekwiżiti addizzjonali

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li l-persunal kollu kkonċernat ikun mgħarraf kif xieraq bir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u li huwa jkun imħarreġ b’mod adegwat biex jaqdi l-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom:

(a)

jiżviluppaw u jżommu manwali tal-operazzjonijiet li jkun fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex il-persunal kollu kkonċernat jkun jista’ japplika dan ir-Regolament;

(b)

jiżguraw li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u li dawn jinżammu aġġornati u jiżguraw li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu soġġetti għal ġestjoni kif xierqa tal-kwalità u tal-konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni;

(c)

jiżguraw li l-metodi tax-xogħol u l-proċeduri tal-operat ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

3.   L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persunal li jħaddem it-tagħmir ta’ sorveljanza u li jagħmel il-manutenzjoni tiegħu, ikun mgħarraf kif xieraq bid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, li huwa jkun imħarreġ b’mod adegwat biex jaqdi l-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu, u li struzzjonijiet dwar kif jintuża dan it-tagħmir ikunu disponibbli fil-kabina tal-pilota, fejn dan ikun fattibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar it-tagħmir ta’ sorveljanza fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali tal-informazzjoni ajrunawtika.

Artikolu 13

Eżenzjonijiet marbutin mal-katina ta’ sorveljanza kooperattiva

1.   Għall-każ speċifiku taż-żoni tal-approċċ fejn is-servizzi tat-traffiku tal-ajru huma pprovduti minn unitajiet militari jew taħt sorveljanza militari u meta l-limitazzjonijiet marbuta mal-akkwist jimpedixxu l-konformità mal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017, id-data tal-konformità tal-katina ta’ sorveljanza kooperattiva, li m’għandhiex tkun aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2025.

2.   Wara konsultazzjoni mal-Maniġer tan-Netwerk u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-eżenzjonijiet ikkomunikati skont il-paragrafu 1 li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-EATMN.

Artikolu 14

Eżenzjonijiet marbutin mal-inġenji tal-ajru

1.   Inġenji tal-ajru ta’ tipi speċifiċi li l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabilità tagħhom inħareġ qabel it-8 ta’ Jannar 2015 u li għandhom massa ta’ tluq massima li taqbeż il-5 700 kg jew veloċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li m’għandhomx is-sett sħiħ tal-parametri deskritti fil-Parti C tal-Anness II disponibbli fuq bus diġitali abbord l-inġenju tal-ajru jistgħu jkunu eżentati mill-konformità mar-rekwiżiti tal-punt (c) tal-Artikolu 5(5).

2.   Inġenji tal-ajru ta’ tipi speċifiċi li l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabilità tagħhom inħareġ qabel l-1 ta’ Jannar 1990 u li għandhom massa ta’ tluq massima li taqbeż il-5 700 kg jew veloċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar jistgħu jkunu eżentati mill-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(6).

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2017, l-informazzjoni dettaljata li tiġġustifika l-ħtieġa li jingħataw eżenzjonijiet lil dawk it-tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-kriterji mogħtija fil-paragrafu 5.

4.   Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talbiet għal eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, għandha tadotta deċiżjoni.

5.   Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

it-tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru li jkunu resqin lejn tmiem il-ħajja produttiva tagħhom;

(b)

it-tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru li jkunu qed jiġu prodotti f’numri limitati;

(c)

spejjeż sproporzjonati ta’ modernizzazzjoni.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 7(1) għandhom japplikaw minn tta-13 ta' Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(4)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.


ANNESS I

Rekwiżiti tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3)

1.   Rekwiżiti tad-dejta ta’ sorveljanza

1.1.

Il-ktajjen kollha ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4(3) għandhom jipprovdu, bħala minimu, id-dejta ta’ sorveljanza li ġejja:

(a)

dejta dwar il-pożizzjoni 2D (il-pożizzjoni orizzontali tal-inġenju tal-ajru);

(b)

l-istatus tad-dejta ta’ sorveljanza:

kooperattiv/mhux kooperattiv/ikkombinat,

coasted jew le,

il-ħin tal-applikabilità tad-dejta dwar il-pożizzjoni 2D.

1.2.

Barra minn hekk, il-ktajjen kollha ta’ sorveljanza kooperattiva msemmija fl-Artikolu 4(3) għandhom jipprovdu, bħala minimu, id-dejta ta’ sorveljanza li ġejja:

(a)

dejta dwar il-pożizzjoni vertikali (ibbażata fuq l-altitudni skont il-pressjoni li jibgħat l-inġenju tal-ajru);

(b)

dejta ta’ identifikazzjoni operattiva (l-identità tal-inġenju tal-ajru li jibgħat l-inġenju tal-ajru bħall-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u/jew il-kodiċi tal-Mod A);

(c)

indikaturi supplimentari:

indikaturi ta’ emerġenza (jiġifieri interferenza illegali, ħsara fir-radju u emerġenza ġenerali),

indikatur ta’ pożizzjoni speċjali;

(d)

l-istatus tad-dejta ta’ sorveljanza (il-ħin tal-applikabilità tad-dejta dwar il-pożizzjoni vertikali).

2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-dejta ta’ sorveljanza

2.1.

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-preċiżjoni, id-disponibilità, l-integrità, il-kontinwità u l-puntwalità tad-dejta ta’ sorveljanza pprovduta mis-sistemi msemmija fl-Artikolu 4(3) u użata biex jitħallew jitwettqu l-applikazzjonijiet ta’ sorveljanza.

2.2.

L-evalwazzjoni tal-preċiżjoni tal-pożizzjoni orizzontali pprovduta mis-sistemi msemmija fl-Artikolu 4(3) għandha tinkludi, bħala minimu, il-valutazzjoni tal-iżbalji fil-pożizzjoni orizzontali.

2.3.

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ddefiniti skont il-punti 2.1 u 2.2.

2.4.

Il-verifika tal-konformità għandha titwettaq fuq il-bażi tad-dejta ta’ sorveljanza pprovduta fl-aħħar tal-katina tas-sorveljanza lill-utent tad-dejta ta’ sorveljanza.


ANNESS II

Parti A:   Il-kapaċitajiet tat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4)(a) u (5)(a), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(1) u (2)

1.

Il-kapaċità minima għat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza għandha tkun il-Livell 2s tal-Mod S, iċċertifikat skont il-paragrafi 2.1.5.1.2, 2.1.5.1.7 u 3.1.2.10 tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, Volum IV (ir-Raba’ Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha san-Nru 85).

2.

Kull reġistru ta’ transponder implimentat għandu jkun konformi mat-taqsima korrispondenti tad-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni).

3.

L-elementi tad-dejta li ġejjin għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder u għandhom jiġu trażmessi mit-transponder permezz tal-protokoll tal-Mod S u skont il-formati speċifikati fid-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni):

(a)

mal-indirizz ICAO ta’ 24 bit tal-inġenju tal-ajru;

(b)

il-kodiċi tal-Mod A;

(c)

l-altitudni skont il-pressjoni;

(d)

l-istatus tat-titjira (fuq l-art jew fl-ajru);

(e)

ir-rapport dwar il-kapaċità tad-dejta għall-konnessjoni;

il-kapaċità tas-sistema għall-prevenzjoni ta’ ħabtiet fl-ajru (ACAS),

il-kapaċità tas-servizzi speċifiċi tal-Mod S,

il-kapaċità tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru,

il-kapaċità ta’ trażmissjoni tat-tip squitter,

il-kapaċità tal-identifikatur tas-sorveljanza,

ir-rapport dwar il-kapaċità tal-Komunikazzjonijiet-B mibdija mill-art (GICB) użati b’mod komuni (indikazzjoni tal-bidliet),

in-numru tal-verżjoni tas-subnetwerk tal-Mod S;

(f)

ir-rapport dwar il-kapaċità tal-GICB użati b’mod komuni;

(g)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(h)

l-indikazzjoni ta’ pożizzjoni speċjali (SPI);

(i)

l-istatus ta’ emerġenza (emerġenza ġenerali, ebda komunikazzjoni, interferenza illegali), inkluż l-użu tal-kodiċijiet speċifiċi tal-Mod A biex ikunu indikati l-istati differenti ta’ emerġenza;

(j)

parir attiv ta’ riżoluzzjoni tal-ACAS meta l-inġenju tal-ajru jkun mgħammar bis-Sistema ta’ Twissija tat-Traffiku u għall-Prevenzjoni ta’ Ħabtiet II (TCAS II).

4.

Elementi oħra tad-dejta jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder.

5.

L-elementi tad-dejta msemmija fil-punt 4 għandhom jiġu trażmessi mit-transponder permezz tal-protokoll tal-Mod S biss jekk il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir ikopri t-trażmissjoni ta’ dawn l-elementi tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S.

6.

Il-kontinwità tal-funzjonalità tat-transponder li tappoġġa l-protokoll tal-Mod S għandha tkun ta’ 2. 10-4 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas (jiġifieri ż-żmien medju bejn il-ħsarat għandu jkun daqs 5 000 siegħa tajran jew iktar).

Parti B:   Il-kapaċitajiet tat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4)(b), (5)(b) u (7), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 8(3)

1.

Il-kapaċità minima għat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza għandha tkun il-Livell 2es tal-Mod S, iċċertifikat skont il-paragrafi 2.1.5.1.2, 2.1.5.1.6, 2.1.5.1.7 u 3.1.2.10 tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, Volum IV (ir-Raba’ Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha san-Nru 85).

2.

Kull reġistru ta’ transponder implimentat għandu jkun konformi mat-taqsima korrispondenti tad-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni).

3.

L-elementi tad-dejta li ġejjin għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder u għandhom jiġu trażmessi mit-transponder permezz tal-Verżjoni 2 tal-protokoll tal-ADS-B “extended squitter (ES)”, skont il-formati speċifikati fid-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni):

(a)

mal-indirizz ICAO ta’ 24 bit tal-inġenju tal-ajru;

(b)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(c)

il-kodiċi tal-Mod A;

(d)

l-indikazzjoni ta’ pożizzjoni speċjali (SPI), bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti A;

(e)

l-istatus ta’ emerġenza (emerġenza ġenerali, ebda komunikazzjoni, interferenza illegali), bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti A;

(f)

in-numru tal-verżjoni tal-ADS-B (ugwali għal 2);

(g)

il-kategorija tal-emittent tal-ADS-B;

(h)

il-pożizzjoni ġeodetika orizzontali skont il-latitudni u l-lonġitudni tar-reviżjoni tal-1984 tas-Sistema Ġeodetika Dinjija (WGS84), kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art;

(i)

l-indikaturi tal-kwalità tal-pożizzjoni ġeodetika orizzontali (li jikkorrispondu għall-kategorija tal-konteniment tal-integrità (NIC), għall-kategorija ta’ 95 % preċiżjoni fin-navigazzjoni tal-pożizzjoni (NACp), għal-livell ta’ integrità tas-sors (SIL) u għal-livell tal-assigurazzjoni tad-disinn tas-sistema (SDA));

(j)

l-altitudni skont il-pressjoni, bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti A;

(k)

l-altitudni ġeometrika skont ir-reviżjoni tal-1984 tas-Sistema Ġeodetika Dinjija (WGS84), ipprovduta b’żieda mal-altitudni skont il-pressjoni u kkodifikata bħala d-differenza meta mqabbla magħha;

(l)

il-preċiżjoni vertikali ġeometrika (GVA);

(m)

il-veloċità fuq l-art, kemm waqt li jkun fl-ajru (il-veloċità fuq l-art meta jkun fl-ajru mil-Lvant għall-Punent u mit-Tramuntana għan-Nofsinhar) kif ukoll waqt li jkun fl-art (id-direzzjoni tal-wiċċ/ir-rotta fuq l-art u l-moviment);

(n)

l-indikatur tal-kwalità tal-veloċità, li jikkorrispondi għall-kategorija tal-preċiżjoni tan-navigazzjoni għall-veloċità (NACv);

(o)

it-tul u l-wisa’ kkodifikati tal-inġenju tal-ajru;

(p)

spostament tal-antenna tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS);

(q)

ir-rata vertikali: ir-rata vertikali barometrika, bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fl-element tad-dejta fil-punt 2(g) tal-Parti C meta l-inġenju tal-ajru jkun meħtieġ u jkun kapaċi jittrażmetti dan l-element tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S, jew ir-rata vertikali tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS);

(r)

altitudni magħżula tal-panil tal-kontroll tal-mod/tal-unità tal-kontroll tat-titjira (MCP/FCU), bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti C meta l-inġenju tal-ajru jkun meħtieġ u jkun kapaċi jittrażmetti dan l-element tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S;

(s)

l-issettjar tal-pressjoni barometrika (800 hectoPascals taħt iż-żero), bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti C meta l-inġenju tal-ajru jkun meħtieġ u jkun kapaċi jittrażmetti dan l-element tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S;

(t)

parir attiv ta’ riżoluzzjoni tal-ACAS meta l-inġenju tal-ajru jkun mgħammar bit-TCAS II, bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti A.

4.

L-elementi tad-dejta ta’ sorveljanza (l-elementi tad-dejta fil-punt 3(h), (k) u (m)) u l-elementi tad-dejta tal-indikatur tal-kwalità tagħhom (l-elementi tad-dejta fil-punti 3(i), (l) u (n)) għandhom jiġu pprovduti lit-transponders fuq l-istess interfaċċja fiżika.

5.

Is-sors tad-dejta mqabbad mat-transponder u li jipprovdi l-elementi tad-dejta fil-punt 3(h) u (i) għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-integrità tad-dejta li ġejjin:

(a)

il-livell ta’ integrità tas-sors (SIL, espress fir-rigward tan-NIC) tal-pożizzjoni orizzontali (l-element tad-dejta fil-punt 3(h)) għandu jkun ta’ 10-7 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas;

(b)

il-ħin għal twissija dwar l-integrità (li jwassal għal bidla fl-indikatur tal-kwalità tan-NIC) tal-pożizzjoni orizzontali (l-element tad-dejta fil-punt 3(h)), jekk il-kontroll abbord ikun meħtieġ jissodisfa l-livell ta’ integrità tas-sors tal-pożizzjoni orizzontali, għandu jkun ta’ 10 sekondi jew inqas.

6.

Is-sors primarju tad-dejta li jipprovdi l-elementi tad-dejta fil-punt 3(h) u (i) għandu jkun mill-inqas kompatibbli mar-riċevituri tal-GNSS li jwettqu l-kontroll awtonomu tal-integrità tar-riċevituri (RAIM) u l-kxif u l-esklużjoni tal-ħsarat (FDE), flimkien mar-riżultat tal-informazzjoni korrispondenti dwar l-istatus tal-kejl, kif ukoll l-obbligu tal-konteniment tal-integrità u l-indikazzjonijiet tal-obbligu ta’ preċiżjoni ta’ 95 %.

7.

Il-livell ta’ integrità tas-sistema tas-sorsi tad-dejta li jipprovdu l-elementi tad-dejta fil-punt 3(f), (g), (k) sa (p) għandha tkun ta’ 10-5 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas.

8.

L-informazzjoni tal-indikatur tal-kwalità (NIC, NACp, SIL, SDA, NACv u GVA) (l-elementi tad-dejta fil-punt 3(i), (l) u (n)) għandha tesprimi l-prestazzjoni attwali tas-sors tad-dejta magħżul kif tkun valida fil-ħin tal-applikabilità tal-kejl tal-elementi tad-dejta fil-punt (3(h), (k) u (m)).

9.

Fir-rigward tal-ipproċessar tal-elementi tad-dejta fil-punt 3(a) sa (t), il-livell ta’ integrità tas-sistema tat-transponder għall-protokoll tal-ADS-B “extended squitter”, inkluż kwalunkwe avjonika li tkun interkonnessa mat-transponder, għandu jkun ta’ 10-5 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas.

10.

Id-dewmien totali tad-dejta tal-pożizzjoni orizzontali (l-elementi tad-dejta fil-punt 3(h) u (i)) għandu jkun ta’ 1,5 sekondi jew inqas f’95 % tat-trażmissjonijiet kollha.

11.

Id-dewmien mhux ikkumpensat tad-dejta tal-pożizzjoni orizzontali (l-element tad-dejta fil-punt 3(h)) għandu jkun ta’ 0,6 sekondi jew inqas f’95 % tal-każijiet u għandu jkun ta’ 1,0 sekonda jew inqas f’99,9 % tat-trażmissjonijiet kollha.

12.

Id-dewmien totali tal-elementi tad-dejta tal-veloċità fuq l-art (l-elementi tad-dejta fil-punt 3(m) u (n)) għandu jkun ta’ 1,5 sekondi jew inqas f’95 % tat-trażmissjonijiet kollha.

13.

Jekk it-transponder ikun issettjat biex juża kodiċi ta’ viżibilità tal-Mod A ta’ 1000, allura x-xandir tal-informazzjoni tal-kodiċi tal-Mod A permezz tal-protokoll tal-ADS-B “extended squitter” għandu jkun imblukkat.

14.

Elementi oħra tad-dejta jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder.

15.

Għajr għall-formati riżervati għall-militar, l-elementi tad-dejta msemmija fil-punt 14 għandhom jiġu trażmessi mit-transponder permezz tal-protokoll tal-ADS-B “extended squitter” biss jekk il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir ikopri t-trażmissjoni ta’ dawn l-elementi tad-dejta permezz tal-protokoll tal-ADS-B “extended squitter”.

16.

Il-kontinwità tal-funzjonalità tat-transponder li tappoġġa l-protokoll tal-ADS-B għandha tkun ta’ 2. 10-4 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas (jiġifieri ż-żmien medju bejn il-ħsarat għandu jkun daqs 5 000 siegħa tajran jew iktar).

Parti C:   Il-kapaċità addizzjonali tad-dejta ta’ sorveljanza tat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4)(c) u (5)(c), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 14(1)

1.

Kull reġistru ta’ transponder implimentat għandu jkun konformi mat-taqsima korrispondenti tad-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni).

2.

L-elementi tad-dejta li ġejjin għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder u għandhom jiġu trażmessi mit-transponder hekk kif mitlub mill-katina ta’ sorveljanza bbażata fuq l-art, permezz tal-protokoll tal-Mod S u skont il-formati speċifikati fid-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni):

(a)

l-altitudni magħżula tal-MCP/FCU;

(b)

l-angolu tal-qlib;

(c)

l-angolu veru tar-rotta;

(d)

il-veloċità fuq l-art;

(e)

id-direzzjoni manjetika;

(f)

il-veloċità fl-ajru indikata (IAS) jew in-numru Mach;

(g)

ir-rata vertikali (barometrika jew baroinerzjali);

(h)

l-issettjar tal-pressjoni barometrika (800 hectoPascals taħt iż-żero);

(i)

ir-rata tal-angolu tar-rotta jew il-veloċità vera fl-ajru jekk ir-rata tal-angolu tar-rotta ma tkunx disponibbli.

3.

Elementi oħra tad-dejta jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder.

4.

L-elementi tad-dejta msemmija fil-punt 3 għandhom jiġu trażmessi mit-trasponder permezz tal-protokoll tal-Mod S biss jekk il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir ikopri t-trażmissjoni ta’ dawn l-elementi tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S.


ANNESS III

Rekwiżiti marbutin mal-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 5(1)

1.

Id-dejta ta’ sorveljanza skambjata bejn is-sistemi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) għandha tkun soġġetta għal format tad-dejta li jkunu qablu fuqu l-partijiet ikkonċernati.

2.

Id-dejta ta’ sorveljanza ttrasferita ‘l barra mis-sistemi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) lil fornituri oħrajn tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandha tippermetti:

(a)

l-identifikazzjoni tas-sors tad-dejta;

(b)

l-identifikazzjoni tat-tip ta’ dejta.

3.

Id-dejta ta’ sorveljanza ttrasferita ‘l barra mis-sistemi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) lil fornituri oħrajn tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandha tkun stampata bil-ħin, li għandu jingħata bħala l-ħin universali kkoordinat (UTC).


ANNESS IV

Rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ arranġamenti formali msemmi fl-Artikolu 5(2)

L-arranġamenti formali bejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għall-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza għandhom jinkludu l-kontenut minimu li ġej:

(a)

il-partijiet fl-arranġamenti;

(b)

il-perjodu ta’ validità tal-arranġamenti;

(c)

l-ambitu tad-dejta ta’ sorveljanza;

(d)

is-sorsi tad-dejta ta’ sorveljanza;

(e)

il-format tal-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza;

(f)

il-mezzi ta’ komunikazzjoni użati għall-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza;

(g)

il-punt tal-kunsinna tas-servizz tad-dejta ta’ sorveljanza;

(h)

ir-rekwiżiti tal-kwalità għad-dejta ta’ sorveljanza f’termini tal-affarijiet li ġejjin:

l-indikaturi jew il-parametri tal-prestazzjoni użati għall-kontroll tal-kwalità tad-dejta ta’ sorveljanza,

il-metodi u l-istrumenti li għandhom jiġu applikati biex tiġi evalwata l-kwalità tad-dejta ta’ sorveljanza,

il-frekwenza tal-evalwazzjoni tal-kwalità tad-dejta ta’ sorveljanza,

il-proċeduri ta’ rappurtar dwar il-kwalità tad-dejta,

għal kull indikatur tal-prestazzjoni għandha tiġi ddefinita l-firxa aċċettabbli tal-valuri flimkien mal-proċedura li għandha tiġi applikata jekk il-valur ikun ‘il barra minn dik il-firxa ddefinita,

l-identifikazzjoni tal-parti li hija responsabbli biex tiċċekkja u tiżgura li r-rekwiżiti tal-kwalità jkunu sodisfatti;

(i)

il-livelli tas-servizz li sar qbil fuqhom f’termini tal-affarijiet li ġejjin:

is-sigħat ta’ disponibilità,

il-kontinwità,

l-integrità,

iż-żmien medju bejn il-ħsarat,

iż-żmien tar-reazzjoni fil-każ ta’ interruzzjoni tas-servizz,

il-proċeduri għall-ippjanar u t-twettiq ta’ manutenzjoni preventiva,

(j)

il-proċeduri għall-ġestjoni tal-bidliet;

(k)

l-arranġamenti għar-rappurtar fir-rigward tal-prestazzjoni u d-disponibilità inkluż fil-każ ta’ interruzzjoni mhux prevista tas-servizz;

(l)

l-arranġamenti għall-ġestjoni u l-koordinazzjoni;

(m)

l-arranġamenti għas-salvagwardja tal-katina ta’ sorveljanza bbażata fuq l-art u l-arranġamenti għan-notifiki.


ANNESS V

Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni tal-ktajjen ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 7(1)

1.

Il-valutazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni kontinwa tas-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha titwettaq fil-volum tal-ispazju tal-ajru fejn isir l-għoti korrispondenti tas-servizzi ta’ sorveljanza li jużaw dawk is-sistemi.

2.

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jikkontrollaw perjodikament is-sistema u l-komponenti tagħha u jiżviluppaw u jsaħħu sistema ta’ validazzjoni tal-prestazzjoni. Għandu jkun hemm qbil fuq il-perjodiċità mal-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza u għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sistema u tal-komponenti tagħha.

3.

Qabel l-implimentazzjoni ta’ modifika tad-disinn tal-ispazju tal-ajru, is-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandhom jiġu vverifikati sabiex ikun ikkontrollat li huma jkun għadhom jissodisfaw il-livelli ta’ prestazzjoni meħtieġa fil-volum ġdid tal-operat.


ANNESS VI

Rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9

1.

Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifikati fl-Artikolu 4.

2.

Ir-rekwiżiti tal-interoperabilità speċifikati fl-Artikolu 5(2), (3) u (7).

3.

Ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ispettru speċifikati fl-Artikolu 6.

4.

Ir-rekwiżiti tal-proċeduri assoċjati speċifikati fl-Artikolu 7.

5.

Ir-rekwiżit tal-inġenji tal-ajru tal-Istat speċifikat fl-Artikolu 8(5).

6.

Ir-rekwiżiti addizzjonali speċifikati fl-Artikolu 12(3).

7.

Ir-rekwiżiti marbutin mal-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza mniżżla fil-punt 3 tal-Anness III.


ANNESS VII

Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-konformità jew tal-adegwatezza għall-użu tal-komponenti msemmija fl-Artikolu 10

1.

L-attivitajiet marbutin mal-verifika tal-konformità għandhom juru l-konformità jew l-adegwatezza għall-użu tal-komponenti mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament waqt li dawn il-komponenti jkunu qed jitħaddmu fl-ambjent tat-test.

2.

Il-manifattur għandu jiġġestixxi l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità u għandu, b’mod partikolari:

(a)

jistabbilixxi l-ambjent xieraq għall-ittestjar;

(b)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jiddeskrivi l-komponenti fl-ambjent tat-test;

(c)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli;

(d)

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tal-ittestjar;

(e)

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, il-persunal, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tal-ittestjar;

(f)

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan tal-ittestjar;

(g)

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet.

3.

Il-manifattur għandu jiżgura li l-komponenti msemmija fl-Artikolu 10, integrati fl-ambjent tal-ittestjar, jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

4.

Wara li l-verifika tal-konformità jew tal-adegwatezza għall-użu tkun tlestiet b’mod sodisfaċenti, il-manifattur għandu jfassal, taħt ir-responsabilità tiegħu, id-dikjarazzjoni KE ta’ konformità jew adegwatezza għall-użu u jispeċifika, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament li l-komponent jissodisfa u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati miegħu, skont il-punt 3 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.


ANNESS VIII

Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1) u (2)

1.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid ikollu fis-seħħ metodi ta’ rrappurtar fi ħdan l-organizzazzjoni li jiżguraw u juru l-imparzjalità u l-indipendenza tal-ġudizzju fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika.

2.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jwettaq il-kontrolli bl-ikbar integrità professjonali possibbli u bl-ikbar kompetenza teknika possibbli u li huwa ħieles minn kull pressjoni jew inċentiv, b’mod partikolari ta’ tip finanzjarju, li jista’ jaffettwa l-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-kontrolli tiegħu, b’mod partikolari min-naħa ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni li huma affettwati mir-riżultati tal-kontrolli.

3.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu aċċess għat-tagħmir li bih ikun jista’ jwettaq kif xieraq il-kontrolli meħtieġa.

4.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu taħriġ tekniku u vokazzjonali sod, tagħrif sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-verifiki li jrid iwettaq, esperjenza adegwata ta’ tali operazzjonijiet u l-abilità meħtieġa biex ifassal id-dikjarazzjonijiet, ir-rekords u r-rapporti li juru li l-verifiki jkunu twettqu.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkun kapaċi jwettaq il-kontrolli tiegħu b’imparzjalità. Ir-rimunerazzjoni tiegħu m’għandhiex tiddependi fuq l-għadd ta’ kontrolli mwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ tali kontrolli.


ANNESS IX

Parti A:   Rekwiżiti għall-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 11(1)

1.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament, f’ambjent ta’ valutazzjoni li jkun jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha titwettaq skont prattiki ta’ ttestjar adattati u rrikonoxxuti.

3.

L-istrumenti tat-testijiet użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) irid ikollhom il-funzjonalitajiet adattati.

4.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-punt 3 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-implimentazzjoni;

(b)

ir-rapport tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet li saru qabel ma s-sistema bdiet titħaddem.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jiġġestixxi l-attivitajiet ta’ verifika u għandu, b’mod partikolari:

(a)

jistabbilixxi l-ambjent ta’ valutazzjoni operattiv u tekniku adattat, li jirrifletti l-ambjent operattiv;

(b)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jiddeskrivi l-integrazzjoni tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiv u tekniku;

(c)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament;

(d)

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tal-ittestjar;

(e)

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, il-persunal, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tal-ittestjar;

(f)

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan tal-ittestjar;

(g)

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet.

6.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1), imħaddma f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiv, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

7.

Wara li l-verifika tal-konformità tkun tlestiet b’mod sodisfaċenti, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ifasslu d-dikjarazzjoni KE ta’ verifika tas-sistema u jissottomettuha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza, flimkien mal-fajl tekniku, kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.

Parti B:   Rekwiżiti għall-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 11(2)

1.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament, f’ambjent ta’ valutazzjoni li jkun jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha titwettaq skont prattiki ta’ ttestjar adattati u rrikonoxxuti.

3.

L-istrumenti tat-testijiet użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) irid ikollhom funzjonalitajiet adattati.

4.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-punt 3 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-implimentazzjoni;

(b)

ir-rapport tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet li saru qabel ma s-sistema bdiet titħaddem.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jistabbilixxi l-ambjent ta’ valutazzjoni operattiv u tekniku adattat li jirrifletti l-ambjent operattiv u għandu jiżgura li l-attivitajiet ta’ verifika jitwettqu minn korp innotifikat.

6.

Il-korp innotifikat għandu jiġġestixxi l-attivitajiet ta’ verifika u għandu, b’mod partikolari:

(a)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jiddeskrivi l-integrazzjoni tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiv u tekniku;

(b)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament;

(c)

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tal-ittestjar;

(d)

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, il-persunal, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tal-ittestjar;

(e)

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan tal-ittestjar;

(f)

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet.

7.

Il-korp innotifikat għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1), imħaddma f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiv, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

8.

Wara li l-kompiti ta’ verifika jkunu tlestew b’mod sodisfaċenti, il-korp innotifikat għandu jfassal ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tal-kompiti li jkun wettaq.

9.

Imbagħad, il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jfassal id-dikjarazzjoni KE ta’ verifika tas-sistema u jissottomettiha lill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni, flimkien mal-fajl tekniku, kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.


23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/53


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1208/2011

tat-22 ta’ Novembru 2011

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 288/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [organizzazzjoni komuni tas-suq unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 103h(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fil-ġestjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel stabbilita bl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħha, huwa neċessarju li jiġu ċċarati u simplifikati għadd ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 288/2009 (2).

(2)

L-Artikolu 103ga(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri ta’ akkumpanjament neċessarji biex l-iskema tkun waħda effettiva. Miżuri ta’ akkumpanjament ma jibbenefikawx minn għajnuna mill-Unjoni għall-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel. Għaldaqstant huwa neċessarju li dawn il-miżuri jkunu distinti b’aktar preċiżjoni mill-miżuri ta’ komunikazzjoni li huma eleġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni.

(3)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 jelenka lista ta’ spejjeż li huma eleġibbli għal għajnuna mill-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati ġestjoni finanzjarja xierqa u kontroll tan-nefqa, huwa neċessarju li jiġu stipulati b’mod aktar ċar liema spejjeż huma eleġibbli għal għajnuna mill-Unjoni. Biex tkun żgurata l-effikaċja tal-iskema, huwa xieraq li jkun stabbilit li l-ispejjeż għall-persunal ma għandhomx jibbenefikaw minn għajnuna mill-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti spejjeż għall-persunal li huma marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-iskema.

(4)

L-esperjenza wriet li r-regoli dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-pagament tal-għajnuna stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 288/2009 huma diffiċli li jkunu applikati fir-rigward tal-entitjiet li jistgħu jwettqu l-kompiti tal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-komunikazzjoni fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel meta dawn l-entitajiet ma jkunux involuti fit-twassil tal-prodott. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom għandha tingħata l-għajnuna fir-rigward tal-attivitajiet tal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-komunikazzjoni.

(5)

Sabiex jiġu limitati r-rekwiżiti tal-kontroll fir-rigward tal-applikanti għall-għajnuna li jkunu unikament responsabbli biex jittrattaw il-kompiti tal-monitoraġġ, l-evalwalwazzjoni u l-komunikazzjoni, għandhom jiġu ssimplifikati r-regoli dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet. Minħabba r-raġuni tan-natura speċifika ta’ dawk il-kompiti, huwa neċessarju li dawn ikun eżentati minn spezzjonijiet fuq il-post u li jkunu soġġetti biss għal spezzjonijiet amministrattivi sħaħ.

(6)

Fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 288/2009, teżisti inkonsistenza fil-verżjonijiet tal-lingwi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel. F’ċerti verżjonijiet tal-lingwi għandu jiġi ċċarat li jekk Stat Membru jagħżel li jimplimenta aktar minn skema waħda, iridu jfasslu strateġija għal kull skema.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 288/2009 għandu għalhekk jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq.

(8)

Għal finijiet ta’ programmar u sabiex jiġi żgurat li r-regoli ma jinbidlux matul il-perjodu applikabbli, huwa neċessarju li jiġu applikati l-emendi introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament mill-bidu tal-perjodu attwali ta’ implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, jiġifieri fl-1 ta’ Awissu 2011.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 288/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 288/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fl-istrateġija tagħhom liema miżuri ta’ akkumpanjament jadottaw biex jiżguraw l-implimentazzjoni b’suċċess tal-iskema tagħhom. Dawk il-miżuri għandhom ikunu edukattivi u għandhom jiffokaw fuq it-titjib tal-għarfien tal-grupp fil-mira tas-settur tal-frott u l-ħxejjex jew tal-użanzi ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u jistgħu jinvolvu l-għalliema u l-ġenituri.”.

(2)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni stipulata fl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

(a)

spejjeż għall-frott u l-ħxejjex, għall-frott u l-ħxejjex ipproċessati u għall-prodotti tal-banana koperti mill-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u mwassla lil stabbiliment edukattiv;

(b)

spejjeż relatati, li huma l-ispejjeż marbuta direttament mal-implimentazzjoni ta’ Skema tal-Frott għall-Iskejjel u għandhom jinkludu biss:

(i)

spejjeż tax-xiri, ir-renta, il-kiri u x-xiri bin-nifs ta’ tagħmir, jekk l-istrateġija tipprovdi għal dan;

(ii)

spejjeż għall-attivitajiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 12, li għandhom ikunu marbuta direttament mal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel;

(iii)

spejjeż għall-komunikazzjoni, li għandhom ikunu marbuta direttament mal-informazzjoni lill-pubbliku aktar wiesa’ dwar l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u li għandhom jinkludu l-kartellun imsemmi fl-Artikolu 14(1); dawk l-ispejjeż jistgħu jinkludu waħda mill-miżuri tal komunikazzjoni u attivitajiet jew aktar:

kampanji ta’ informazzjoni premezz tax-xandir, komunikazzjonijiet elettroniċi, gazzetti u mezzi simili ta’ komunikazzjoni;

sessjonijiet ta’ informazzjoni, konferenzi, seminars u gruppi ta’ ħidma iddedikati għall-informazzjoni tal-pubbliku aktar wiesa’ dwar l-iskema u avvenimenti simili;

materjal ta’ informazzjoni u promozzjoni bħal ittri, fuljetti, browċers, oġġetti u affarijiet simili.”;

(ii)

is-subparagrafu ġdid li ġej huwa miżjud:

“It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u nefqa relatata mal-ispejjeż tal-persunal mhumiex eleġibbli għal għajnuna mill-Unjonu stipulata fl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bl-eċċezzjoni ta’ spejjeż tal-persunal li jagħmlu parti mill-ispejjeż relatati mal-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta dawk l-attivitajiet isiru minn entitajiet esterni.”

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ammont totali tal-ispejjeż skont il-punt (b)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jirrappreżenta ammont fiss u għandu jkun soġġett għal limitu li ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont annwali tal-għajnuna mill-Unjoni allokata lill-Istat Membru kkonċernat, wara l-allokazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 4(4).

L-ammont totali tal-ispejjeż skont il-punti (b)(i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont annwali tal-għajnuna mill-Unjoni allokata lill-Istat Membru kkonċernat, wara l-allokazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 4(4).”.

(3)

L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna

1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel kundizzjonijiet biex tkun approvata l-għajnuna għall-impenji bil-miktub li ġejjin mill-applikant:

(a)

li juża prodotti ffinanzjati taħt Skema tal-Frott għall-Iskejjel li tkun konformi ma’ dan ir-Regolament għall-konsum mit-tfal tal-istabbiliment edukattiv tiegħu jew tal-istabbilimenti li dwarha jkunu ser japplikaw għall-għajnuna;

(b)

li juża l-għajnuna għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel jew għall-komunikazzjoni skont il-fini tal-Iskema;

(c)

li jirrifondi kwalunkwe ammont ta’ għajnuna mħallsa b’mod mhux dovut għall-kwantitajiet konċernati, jekk jinstab li dawn il-prodotti ma jkunux tqassmu lit-tfal imsemmija fl-Artikolu 2 jew li l-għajnuna tkun tħallset għal prodotti li mhumiex eliġibbli taħt dan ir-Regolament;

(d)

f’każ ta’ frodi jew ta’ negliġenza serja, li jħallas ammont li jkun ugwali għad-differenza bejn l-ammont imħallas inizjalment u l-ammont li huwa intitolat għalih l-applikant;

(e)

li jagħmel disponibbli d-dokumenti sostantivi lill-awtoritajiet kompetenti fuq it-talba tagħhom;

(f)

li jagħmel kwalunkwe verifika li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tiddeċiedi li tagħmel, b’mod partikolari l-iskrutinju tar-reġistri u l-ispezzjonar fiżiku.

2.   Fil-każ ta’ applikanti għall-għajnuna msemmija fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 6(2), għandhom japplikaw biss il-punti (b), (d) u (e) biss tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-applikanti għall-għajnuna msemmija fil-punti (c), (d) u (e)(i) tal-Artikolu 6(2) għandhom jagħmlu impenn addizjonali bil-miktub biex iżommu reġistru tal-ismijiet u l-indirizzi tal-istabbilimenti edukattivi jew, meta jkun xieraq, tal-awtoritajiet edukattivi u l-prodotti u l-kwantitajiet mibjugħa jew fornuti lil dawn l-istabbilimenti jew awtoritajiet.

4.   L-Istati membri jistgħu jirrikjedu impenji addizjonali bil-miktub mill-applikant.”.

(4)

L-Artikolu 8 huwa mħassar.

(5)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom isiru b’mod li għandu jkun speċifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna mressqa mill-applikant imsemmija fil-punti (a) sa (d) u fil-punt (e)(i) tal-Artikolu 6(2) għandhom jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantitajiet imqassma;

(b)

l-isem u l-indirizz jew in-numru tal-identifikazzjoni tal-istabbiliment edukattiv jew tal-awtorità edukattiva li għalih/għaliha jkun qed jirreferi t-tagħrif imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu;

(c)

l-għadd ta’ tfal fl-istabbiliment edukattiv rispettiv tal-grupp fil-mira kif identifikat fl-istrateġija tal-Istat Membru;

(d)

id-dokumenti sostantivi li għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri.”;

(b)

Fil-paragrafu 3, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-għajnuna għar-rapport ta' evalwazzjoni mwettaq skont l-Artikolu 12, l-iskadenza għandha tkun l-aħħar jum tal-ewwel xahar wara tmiem l-iskadenza tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).”

(c)

Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:.

“L-ammonti murija fl-applikazzjoni għandhom ikunu appoġġati minn xhieda ddokumentata miżmuma disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.”.

(6)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, is-sentenza ta’ introduzzjoni għandha tkun sostitwita bil-kliem li ġej:

“Fir-rigward tal-applikanti għall-għajnuna msemmija fil-punti (a) sa (d) u fil-punt (e)(i) tal-Artikolu 6(2) l-għajnuna biss għandha titħallas:”;

(b)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a ġdid li ġej:

“1a.   Fir-rigward ta’ applikanti għall-għajnuna msemmjia fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 6(2), l-għajnuna għandha titħallas biss meta jitwasslu l-oġġetti jew is-servizzi kkonċernati u meta titressaq l-evidenza dokumentata relatata kif mitlub mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.”;

(c)

Fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Ladarba l-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 10(3) jinqabeż b’xahrejn, l-għajnuna għandha titnaqqas b'1 % għal kull jum addizzjonali.”.

(7)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel u jivvalutaw l-effettività tagħha. Għall-perjodu ta’ implimentazzjoni mill-1 ta' Awwissu 2010 sal-31 ta' Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-riżultati tal-eżerċizzju tagħhom tal-evalwazzjoni lill-Kummissjoni sad-29 ta' Frar 2012. Għal perjodi ta’ implimentazzjonijiet sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport ta' evalwazzjoni li jkopri l-perjodu ta' implimentazzjoni għal ħames snin ta’ qabel sal-aħħar ta’ Frar ta’ kull ħames sena wara d-29 ta’ Frar 2012.”.

(8)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu spezzjoni amministrattiva sħiħa tal-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna.

2.   F’każi meta applikant japplika għall-għajnuna imsemmija fil-punti (a) sa (d) u fil-punt (e)(i) tal-Artikolu 6(2), l-ispezzjonijiet amministrattivi għandhom jinkludu spezzjoni tad-dokumenti sostantivi relatati mat-twassil tal-prodott kif stipulat mill-Istati Membri. L-ispezzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu ssupplimentati bi spezzjonijiet fuq il-post imwettqa b’mod partikolari fuq:

(a)

ir-reġistri msemmija fl-Artikolu 7, inklużi r-reġistri finanzjarji bħall-fatturi tax-xiri u tal-bejgħ u l-estratti bankarji;

(b)

l-użu tal-prodotti ssussidjati skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jissuspetta xi irregolarità.”;

(b)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a ġdid li ġej:

“2a.   F’każi meta applikant imsemmi fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 6(2) japplika għall-għajnuna, l-ispezzjonijiet amministrattivi għandhom jinkludu spezzjoni tat-twassil tal-oġġetti u s-servizzi u l-veraċità tan-nefqa mressqa.”;

(c)

Fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-għadd totali tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa għal kull perjodu li jestendi mill-1 ta' Awwissu sal-31 ta' Lulju għandu jkopri tal-anqas 5 % tal-għajnuna mqassma fil-livell nazzjonali u tal-anqas 5 % tal-applikanti kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) u fil-punt (e)(i) tal-Artikolu 6(2).”;

(d)

Fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 6, ir-referenza għall-punt (e) tinbidel mir-referenza għall-punt (e)(i) tal-Artikolu 6(2).

(9)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawx il-kartellun imsemmi fil-paragrafu 1, fl-istrateġija tagħhom għandhom jispjegaw b’mod ċar kif se jgħarrfu lill-pubbliku dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għall-iskema tagħhom.”;

(b)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a ġdid li ġej:

“2a.   Fi kwalunkwe każ, is-siti tal-internet u kwalunkwe strument ieħor ta’ komunikazzjoni msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 5(1) dwar l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel ta’ Stat Membru għandhom juru l-bandiera Ewropea u jsemmu ‘l-Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel’ u l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea.”.

(10)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), il-punti (a) u (b) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

ir-riżultati tal-eżerċizzju tal-monitoraġġ, kif stipulat fl-Artikolu 12(1) jintbagħtu lill-indirizz elettroniku AGRI-HORT-SCHOOLFRUIT@ec.europa.eu;

(b)

id-dettalji u l-konklużjonijiet tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa skont l-Artikoli 13 u 16 jintbgħatu lill-indirizz elettroniku AGRI-J2@ec.europa.eu.”.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament (KE) Nru 288/2009

Fl-Artikolu 3(5), it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Jekk jagħżlu li jimplimentaw aktar minn skema waħda, għandhom jipprovdu strateġija għal kull skema.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fifis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 8.4.2009, p. 38.


23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/57


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1209/2011

tat-22 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

51,9

MA

44,2

MK

57,4

TR

87,5

ZZ

60,3

0707 00 05

AL

64,0

EG

188,1

TR

93,5

ZZ

115,2

0709 90 70

MA

42,4

TR

132,9

ZZ

87,7

0805 20 10

MA

73,5

ZA

65,5

ZZ

69,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

41,7

IL

72,8

JM

134,1

MA

53,5

TR

80,2

UY

42,7

ZA

62,9

ZZ

69,7

0805 50 10

TR

57,4

ZZ

57,4

0808 10 80

CA

110,8

CL

90,0

CN

67,2

MK

41,0

NZ

64,9

US

71,3

ZA

108,1

ZZ

79,0

0808 20 50

AR

43,9

CN

60,4

ZA

73,2

ZZ

59,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.