ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.304.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 304

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
22 ta' Novembru 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 ( 1 )

18

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

64

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/1


REGOLAMENT (UE) Nru 1168/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 77(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-iżvilupp ta’ politika Ewropea tal-migrazzjoni li tkun komprensiva u li tħares 'il quddiem ibbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem, is-solidarjetà u r-responsabbiltà, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati, jibqa' għan ta’ politika ewlieni għall-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-fruntieri esterni timmira lejn ġestjoni integrata tal-fruntieri li tiżgura kontroll u sorveljanza ta’ livell għoli u uniformi, li hija konsegwenza meħtieġa għall-moviment ħieles tal-persuni fl-Unjoni u komponent fundamentali ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Għal dak il-għan, huwa kkontemplat l-istabbiliment ta’ regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

(3)

L-implimentazzjoni effiċjenti tar-regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni teħtieġ aktar koordinazzjoni fil-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri.

(4)

Il-ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri esterni permezz ta’ kontrolli u sorveljanza tgħin biex ikunu miġġielda l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u biex tnaqqas it-theddida għas-sigurtà interna, għall-politika pubblika, għas-saħħa pubblika u għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri.

(5)

Il-kontrolli fuq il-fruntieri esterni huma fl-interess mhux biss tal-Istat Membru li fil-fruntieri esterni tiegħu iseħħu, iżda tal-Istati Membri kollha li neħħew il-kontrolli fuq il-fruntieri interni.

(6)

Fl-2004, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (3) (Frontex) (minn hawn 'il quddiem l-“Aġenzija”) li bdiet topera f'Mejju 2005. Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 kien emendat fl-2007 mir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (4).

(7)

It-titjib ulterjuri tar-rwol tal-Aġenzija jkun konformi mal-għan tal-Unjoni li tiżviluppa politika bil-għan li ddaħħal b'mod gradwali l-kunċett tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. L-Aġenzija għandha, fil-limiti tal-mandat tagħha, tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dak il-kunċett kif definit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri tal-4-5 ta’ Diċembru 2006.

(8)

Il-programm multiannwali għal żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li jservi ċ-ċittadin (il-Programm ta’ Stokkolma) adottat mill-Kunsill Ewropew fl-10-11 ta’ Diċembru 2009 jagħmel sejħa għal kjarifika u titjib tar-rwol tal-Aġenzija dwar il-ġestjoni ta’ fruntieri esterni.

(9)

Il-mandat tal-Aġenzija għandu għalhekk ikun rivedut sabiex isaħħaħ b'mod partikolari l-kapaċitajiet operazzjonali tagħha filwaqt li jiżgura li l-miżuri kollha meħuda huma proporzjonati mal-għanijiet segwiti, ikunu effikaċi u jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tar-refuġjati u dawk li jfittxu l-asil, ukoll b'mod partikolari l-projbizzjoni ta’ refoulement.

(10)

Il-possibbiltajiet attwali għall-provvediment ta’ assistenza effettiva lill-Istati Membri dwar l-aspetti operazzjonali ta’ ġestjoni tal-fruntieri esterni għandha tissaħħaħ fir-rigward tar-riżorsi tekniċi disponibbli. L-Aġenzija għandha tkun kapaċi tippjana b'eżatezza biżżejjed il-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti jew proġetti esperimentali.

(11)

Il-livelli minimi ta’ tagħmir tekniku meħtieġ ipprovdut mill-Aġenzija u/jew fuq bażi obbligatorja mill-Istati Membri fuq il-każi tan-negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena se jikkontribwixxu prinċipalment għall-ippjanar u l-implimentazzjoni aħjar tal-operazzjonijiet previsti kkoordinati mill-Aġenzija.

(12)

Jeħtieġ li l-Aġenzija tieħu ħsieb il-ġestjoni ta’ listi ta’ tagħmir tekniku li jkun il-proprjetà tal-Istati Membri jew tal-Aġenzija u tagħmir li tkun ko-proprjetà tal-Istati Membri flimkien mal-Aġenzija billi tistabbilixxi u żżomm reġistri ċentralizzati f'ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku. Jeħtieġ li dik il-ġabra komuni jkollha numru minimu ta’ kategoriji ta’ tagħmir tekniku meħtieġ biex jippermetti lill-Aġenzija biex twettaq l-attivitajiet tagħha.

(13)

Sabiex jiżguraw operazzjonijiet effettivi, jeħtieġ li l-Aġenzija tistabbilixxi għaqda komuni ta’ gwardji tal-fruntiera. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għal dawk it-timijiet b'numru xieraq ta’ gwardji tal-fruntiera kompetenti u jqiegħduhom disponibbli li jieħdu sehem fl-operazzjonijiet, sakemm ma jkunux iffaċċjati b'xi sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta’ kompiti nazzjonali.

(14)

L-Aġenzija għandha tkun kapaċi tipprovdi lil dawk it-timijiet bi gwardji tal-fruntiera li jkunu ssekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija fuq bażi semi-permanenti, li għandhom ikunu soġġetti, fl-eżerċizzju tal-kompiti u s-setgħat tagħhom, għall-istess qafas legali bħall-uffiċjali mistiedna mibgħuta direttament f'dawk it-timijiet mill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tadatta r-regoli interni tagħha dwar esperti nazzjonali ssekondati sabiex tippermetti istruzzjonijiet diretti mill-Istat Membru ospitanti lill-gwardji tal-fruntieri matul operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali.

(15)

Pjan operazzjonali mfisser sew, inklużi valutazzjoni u obbligu li jiġu rrappurtati l-inċidenti, miftiehem qabel il-bidu ta’ operazzjonijiet konġunti jew proġetti esperimentali fost l-Aġenzija u l-istat Membru ospitanti f'konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti, se jikkontribwixxi l-iktar għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament b'modus operandi iktar armonizzat dwar il-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali.

(16)

L-iskema tar-rappurtar tal-inċidenti għandha tintuża mill-Aġenzija biex tibgħat lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali rilevanti u lill-Bord Amministrattiv tagħha (“il-Bord Amministrattiv”) kull informazzjoni dwar allegazzjonijiet kredibbli ta’ ksur, partikolarment tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004 jew tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), inklużi d-drittijiet fundamentali, matul operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali jew interventi rapidi.

(17)

L-analiżi tar-riskju wriet li hija element ewlieni għat-twettiq tal-operazzjonijiet fil-fruntieri esterni. Il-kwalità tagħha għandha titjib billi jiżdied metodu għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiffaċċjaw l-isfidi li jkunu ġejjin, inklużi t-theddidiet preżenti u futuri u l-pressjonijiet fuq il-fruntieri esterni tagħhom. B'danakollu, dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni ta’ Schengen.

(18)

L-Aġenzija għandha tipprovdi taħriġ, inkluż dak dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u aċċess għall-proċeduri tal-asil, fil-livell Ewropew, għall-istrutturi tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tal-Istati Membri u taħriġ u seminars addizzjonali dwar il-kontroll u s-sorveljanza fil-fruntieri esterni u t-tneħħija ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti b'mod illegali fl-Istati Membri għall-uffiċjali tas-servizzi nazzjonali kompetenti. L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet ta’ taħriġ, inkluż programm ta’ skambju, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jintegraw ir-riżultati tal-ħidma tal-Aġenzija f'din il-perspettiva fil-programmi ta’ taħriġ nazzjonali tal-gwardji tal-fruntiera tagħhom.

(19)

L-Aġenzija għandha tissorvelja l-iżviluppi fir-riċerka xjentifika rilevanti għall-qasam tal-attività tagħha u tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(20)

Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-aspetti operazzjonali fir-rigward tar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti b'mod illegali fl-Istati Membri jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri esterni. Billi hemm valur miżjud ċar fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha, b'konformità sħiħa mal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni, tiżgura l-koordinament jew l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn tal-Istati Membri u tidentifika l-aħjar prattiċi għall-kisba ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u tiddefinixxi kodiċi ta’ kondotta li jrid ikun segwit waqt it-tneħħija ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin b'mod illegali mit-territorji tal-Istati Membri. L-ebda mezzi finanzjarji tal-Unjoni m'għandhom ikunu disponibbli għall-attivitajiet jew operazzjonijiet li ma jitwettqux f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”).

(21)

Sabiex twettaq il-missjoni tagħha u safejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija tista' tikkopera mal-Europol, mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Ażil, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u aġenziji u entitajiet oħra tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti f'materji koperti mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni.

(22)

Il-Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet koperti mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 dejjem qed issir iktar importanti. Sabiex tistabbilixxi mudell ta’ kooperazzjoni soda ma’ pajjiżi terzi rilevanti, l-Aġenzija għandha tkun tista' tniedi u tiffinanzja proġetti ta’ assistenza teknika u li jintużaw uffiċjali ta’ kollegament f'pajjiżi terzi f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk il-pajjiżi. L-Aġenzija għandha tkun tista' tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha, wara li tkun ipprovdiet it-taħriġ meħtieġ. Huwa rilevanti ukoll li tkun stabbilita kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ukoll fir-rigward tal-promozzjoni tal-istandards tal-Unjoni tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-bniedem.

(23)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet ta’ impjieg miftuħa u trasparenti u t-trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieġ ta’ Uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (6), għandhom japplikaw għall-persunal u għad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, inklużi r-regoli tas-sigriet professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità.

(24)

Barra minn hekk, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali mill-Bord Amministrattiv li jkunu jippermettu li esperti nazzjonali mill-Istati Membri jiġu sekondati mal-Aġenzija. Tali dispożizzjonijiet għandhom, fost oħrajn, jispeċifikaw li l-gwardji nazzjonali tal-fruntiera li jkunu sekondati u jintbagħtu għall-azzjoni matul operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali jew interventi rapidi jitqiesu bħala uffiċjali ospiti bil-kompiti u l-poteri korrispondenti.

(25)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (7) japplika għall-ipproċessar tad-data personali min-naħa tal-Aġenzija. Il-kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Datagħandu għalhekk jissorvelja l-proċess tad-data personali mill-Aġenzija u jkollu s-setgħa li jikseb mill-Aġenzija aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-mistoqsijiet tiegħu.

(26)

Sakemm l-Istati Membri jipproċessaw id-data personali, id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ datapersonali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (8) tapplika bis-sħiħ.

(27)

Meta tiżgura l-ġestjoni operazzjonali tas-sistemi tal-IT, l-Aġenzija għandha ssegwi l-istandards Ewropej u internazzjonali, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data, b'konsiderazzjoni tal-ogħla rekwiżiti professjonali.

(28)

Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(29)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u jħares il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mit-TFUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u b'mod partikolari d-dinjità umana, il-projbizzjoni tat-tortura u tat-trattament jew kastig diżuman u degradanti, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-asil, il-prinċipju ta’ non-refoulement, il-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, u d-dritt għal rimedju effettiv. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-Istati Membri b'konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji. Kull użu tal-forza għandu jkun konformi mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, anke mal-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità.

(30)

L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex taffettwa d-drittijiet jew l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Riċerka u s-Salvataġġ Marittimi u l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati.

(31)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal ġestjoni integrata ta’ kooperazzjoni operazzjonali fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”). Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(32)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dipożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (10). Konsegwentement, id-delegazzjonijiet tar-Repubblika tal-Islanda u tar-Renju tan-Norveġja għandhom jipparteċipaw bħala membri tal-Bord Amministrattiv, għalkemm bi drittijiet ta’ votazzjoni limitati.

(33)

Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (11), li jaqgħu fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, il-punti A, B u G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (12). B'konsegwenza, id-delegazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera għandha tipparteċipa bħala membru tal-Bord Amministrattiv, għalkemm b'jeddijiet limitati ta’ votazzjoni.

(34)

Fir-rigward ta’ Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (13) li jaqa' fl-ambitu tal-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A, B u G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/KE (14). B'konsegwenza, id-delegazzjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein għandha tipparteċipa bħala membru tal-Bord Amministrattiv, għalkemm b'jeddijiet limitati ta’ votazzjoni.

(35)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk tkunx se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(36)

Dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (15). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(37)

Dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (16). Għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(38)

L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-organizzazzjoni ta’ azzjonijiet operazzjonali li fihom l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-kompetenzi u l-faċilitajiet li l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jkunu lesti li joffru, skont modalitajiet li jiġu deċiżi mill-Bord Amministrattiv skont il-każ partikolari. Għal dak il-għan, rappreżentanti mill-Irlanda u mir-Renju Unit għandhom jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat kollha tal-Bord Amministrattiv sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fid-deliberazzjonijiet għall-preparazzjoni ta’ tali azzjonijiet operazzjonali.

(39)

Teżisti kontroversja bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit dwar id-demarkazzjoni tal-fruntieri ta’ Ġibiltà.

(40)

Is-sospensjoni tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament għall-fruntieri ta’ Ġibiltà ma timplika l-ebda bidla fil-posizzjonijiet rispettivi tal-Istati kkonċernati,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“2.   Filwaqt li jitqies li r-responsabbiltà għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntiera esterna hi tal-Istati Membri, l-Aġenzija, bħala korp tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 15 u skont it-termini tal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, għandha tiffaċilita u tirrendi aktar effettiv l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti u futuri tal-Unjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, b'mod partikolari tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 562/2006 (*1). Għandha tagħmel dan billi tiżgura l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri, u b'hekk tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontroll fuq persuni u sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha bir-rispett sħiħ tal-liġijiet relevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (‘il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali’); tal-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati magħmula f'Ġinevra fit-28 ta’ Lulju 1951 (‘il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra’); tal-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement; u tad-drittijiet fundamentali, u b'kont meħud tar-rapporti tal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 26a ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Aġenzija għandha wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-appoġġ tekniku meħtieġ u l-kompetenza speċjalizzata meħtieġa fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, speċjalment dawk li jikkonfrontaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati.

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).”."

(2)

L-Artikolu 1a għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

għandu jiżdied il-punt li ġej:

“1a.

‘Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej’ tfisser għall-finijiet tal-Artikolu 3, l-Artikolu 3b, l-Artikolu 3c, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 17, timijiet li jintbagħtu għall-azzjoni matul l-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali; għall-fini tal-Artikoli 8a sa 8 g, timijiet li għandhom jintbagħtu għall-azzjoni għal interventi rapidi tal-fruntiera (‘interventi rapidi’) fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 863/2007 (*2) u għall-fini tal-punti (ea) u (g) tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 5, timijiet li għandhom jintbagħtu għall-azzjoni matul operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali u interventi rapidi;

(*2)  Ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30).”;"

(b)

il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.

‘Stat Membru ospitanti’ tfisser Stat Membru li fih isiru jew li minnu jkunu varati operazzjoni konġunta, proġett esperimentali jew intervent rapidu;”;

(c)

il-punti 4 u 5 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“4.

‘membri tat-timijiet’ tfisser gwardji tal-fruntiera ta’ Stati Membri li jservu mat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej li mhumiex dawk ta’ l-Istat Membru ospitanti;

5.

‘Stat Membru li jagħmel it-talba’ tfisser Stat Membru li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jitolbu lill-Aġenzija biex torganizza interventi rapidi fit-territorju tiegħu;”.

(3)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punti (c) u (d) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“(c)

twettiq ta’ analiżi ta’ riskju, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jaffaċċjaw theddid u pressjonijiet fil-fruntieri esterni tagħhom;

(d)

tipparteċipa fl-iżvilupp ta’ riċerka rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza ta’ fruntieri esterni;”.

(ii)

għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(da)

tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jkunu jirrikjedu assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni tagħhom, b'kont meħud li xi sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta’ salvataġġ fuq il-baħar;”;

(iii)

il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni tagħhom, speċjalment dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati;”;

(iv)

għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(ea)

tistabbilixxi Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej li jintbagħtu fl-azzjoni matul operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali u interventi rapidi;”;

(v)

il-punt (f) u (g) għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“(f)

tipprovdi lill-Istati Membri bl-appoġġ meħtieġ, ukoll fuq talba, dak ta’ koordinazzjoni jew organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn;

(g)

tibgħat f'azzjoni gwardji mit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej lejn Stati Membri għal operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali jew interventi rapidi skont ir-Regolament (KE) Nru 863/2007;”;

(vi)

għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(h)

tiżviluppa u tħaddem, skont ir-Regolament (KE) No 45/2001, sistemi ta’ informazzjoni li jippermettu skambji rapidi u affidabbli ta’ informazzjoni dwar riskji emerġenti fil-fruntieri esterni ta’ Stati Membri, inkluż in-Netwerk ta’ Informazzjoni u Koordinazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (*3);

(i)

tagħti l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistema Ewropea ta’ sorveljenza tal-fruntieri u, kif ikun meħtieġ, għall-iżvilupp ta’ ambjent ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni komuni, inkluża l-interoperabbiltà tas-sistemi.

(*3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE tas-16 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi Network sigur bbażat fuq il-web dwar l-Informazzjoni u l-Kordinazzjoni għas-Servizzi ta’ Amministrazzjoni tal-Migrazzjoni ta’ l-Istati Membri (ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 288.)”;"

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“1a.   Konformemnt mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi internazzjonali, l-ebda persuna m'għandha tiġi żbarkata fi, jew b'xi mod mgħoddija lill-awtoritajiet ta', pajjiż f'kontravenzjoni tal-prinċipju ta’ non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta’ espulsjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f'kontravenzjoni ta’ dak il-prinċipju. Il-bżonnijiet speċjali tat-tfal, il-vittmi tat-traffikar, persuni fil-bżonn ta’ għajnuna medika, persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali u persuni oħra vulnerabbli għandhom jiġu indirizzati konformemnt mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi internazzjonali.”;

(c)

fil-paragrafu 2, l-aħħar subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar dawk il-kwistjonijiet operazzjonali fil-fruntieri esterni tagħhom li jkunu barra mill-qafas tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija (‘id-Direttur Eżekuttiv’) għandu jinforma l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija (‘il-Bord Amministrattiv’) dwar dawk il-kwistjonijiet fuq bażi regolari u tal-inqas darba fis-sena.”.

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Kodiċi ta’ Kondotta

L-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment Kodiċi ta’ Kondotta applikabbli għall-operazzjonijiet kollha kkordinati mill-Aġenzija. Il-Kodiċi ta’ Kondotta għandu jiddelinea l-proċeduri intiżi għall-garanzija tal-prinċipji tal-istat ta’ dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali mmirati b'mod partikolari fuq il-minorenni u l-persuni vulnerabbli mhux akkumpanjati, kif ukoll fuq persuni li jkunu qed ifittxu l-protezzjoni internazzjonali, applikabbli għall-persuni kollha li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija.

L-Aġenzija għandha tiżviluppa l-Kodiċi ta’ Kondotta f'kooperazzjoni mal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 26a.”.

(5)

L-Artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali fil-fruntieri esterni

1.   L-Aġenzija għandha tevalwa, tapprova u tikkoordina proposti għall-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali magħmula mill-Istati Membri, inklużi t-talbiet tal-Istati Membri marbuta maċ-ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali, l-aktar fil-każijiet ta’ pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati.

L-Aġenzija tista' hi nnifisha tibda u twettaq operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati u bi qbil mal-Istati Membri ospitanti.

Tista' wkoll tiddeċiedi li tqiegħed it-tagħmir tekniku tagħha għad-disposizzjoni tal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-operazzjonijiet konġunti jew fil-proġetti esperimentali.

L-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali għandhom ikunu preċeduti minn analiżi tar-riskju bir-reqqa.

1a.   L-Aġenzija tista', wara li tkun għarrfet lill-Istat Membru kkonċernat, ittemm operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu dawk l-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali ma jibqgħux sodisfatti.

L-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw f'operazzjoni konġunta jew fi proġett esperimentali jistgħu jitolbu lill-Aġenzija tittermina dik l-operazzjoni konġunta jew dak il-proġett esperimentali.

L-Istat Membru tal-oriġini għandu jipprovdi għal miżuri dixxiplinari xierqa jew miżuri oħrajn xierqa f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu f'każijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali jew ta’ obbligi ta’ protezzjoni internazzjonali matul operazzjoni konġunta jew proġett esperimentali.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissospendi jew jittermina, kompletament jew parzjalment, l-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali jekk iqis li tali ksur huwa ta’ natura gravi jew li aktarx jippersisti.

1b.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi għaqda ta’ gwardji tal-fruntiera msejħa Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej skont l-Artikolu 3b, għall-użu possibbli matul l-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali msemmija fil-paragrafu 1. Hija għandha tiddeċiedi fuq l-użu tar-riżorsi umani u t-tagħmir tekniku skont l-Artikoli 3a u 7.

2.   L-Aġenzija tista' topera permezz tal-fergħat speċjalizzati tagħha previsti fl-Artikolu 16 għall-organizzazzjoni prattika tal-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali.

3.   L-Aġenzija għandha tevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali u tibgħat ir-rapporti dettaljati ta’ evalwazzjoni fi żmien 60 jum wara t-tmiem ta’ dawk l-operazzjonijiet proġetti lill-Bord Amministrattiv, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 26a. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta’ dawk ir-riżultati bl-iskop li ttejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effikaċja ta’ operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali futuri li jkunu ser jiġu inklużi fir-rapport annwali tagħha previst fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2).

4.   L-Aġenzija għandha tipprovdi l-finanzjament jew kofinanzjament tal-operazzjonijiet u l-proġetti esperimentali msemmija fil-paragrafu 1, b'għoti ta’ flus mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

5.   Il-paragrafi 1a u 4 għandhom japplikaw ukoll għall-interventi rapidi.”.

(6)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 3a

Aspetti organizzattivi tal-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali msemmija fl-Artikolu 3(1). Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri li jipparteċipaw f'operazzjoni konġunta jew fi proġett esperimentali, għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali li jagħti dettalji dwar l-aspetti organizzattivi fi żmien xieraq qabel il-bidu previst ta’ dik l-operazzjoni konġunta jew dak il-proġett esperimentali.

Il-pjan operazzjonali għandu jkopri l-aspetti kollha meqjusa neċessarji għat-twettiq tal-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali, inkluż dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, bil-modus operandi u l-għanijiet tal-użu, inkluż l-għan operazzjonali;

(b)

id-dewmien previst tal-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali;

(c)

iż-żona ġeografika fejn se ssir l-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali;

(d)

deskrizzjoni tal-kompiti u tal-istruzzjonijiet speċjali għall-uffiċjali mistiedna, inklużi dawk dwar il-konsultazzjoni permissibbli ta’ bażijiet ta’ data u armi, munizzjoni u tagħmir permissibbli tas-servizz fl-Istat Membru ospitanti;

(e)

il-kompożizzjoni tat-timijiet tal-uffiċjali mistiedna, kif ukoll l-iskerjament ta’ persunal relevanti ieħor;

(f)

dispożizzjonijiet tal-kmand u l-kontroll, inklużi l-ismijiet u l-gradi tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti responsabbli għall-kooperazzjoni mal-uffiċjali u l-Aġenzija, partikolarment dawk fost il-gwardji tal-fruntiera li ser ikollhom il-kmand waqt il-perjodu ta’ użu, u l-post tal-uffiċjali mistiedna fil-katina tal-kmand;

(g)

It-tagħmir tekniku li jrid jintuża matul l-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi bħal pereżempju l-kondizzjonijiet għall-użu, il-persunal rikjest, it-trasport u loġistika oħra, u d-dispożizzjonijiet finanzjarji;

(h)

dispożizzjonijiet iddettaljati għal rappurtar immedjat ta’ inċidenti mill-Aġenzija lill-Bord Amministrattiv u lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali rilevanti;

(i)

skema ta’ rappurtar u valutazzjoni li jkollha punti ta’ riferiment għar-rapport ta’ evalwazzjoni u data finali ta’ preżentazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni finali skont l-Artikolu 3(3).

(j)

dwar operazzjonijiet tal-baħar, tagħrifiet speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u leġiżlazzjoni relevanti fir-rigward taż-żona ġeografika fejn isiru l-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali, inkluż riferimenti għal-liġi internazzjonali u l-liġi tal-Unjoni fir-rigward ta’ interċettazzjoni, salvataġġ fuq il-baħar u żbark;

(k)

il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, aġenziji u korpi oħrajn tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.   Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali kemm mid-Direttur Eżekuttiv kif ukoll tal-Istat Membru ospitanti. Għandha tintbagħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat mill-Aġenzija lill-Istati Membri parteċipanti.

3.   L-Aġenzija għandha, bħala parti mill-kompiti ta’ koordinazzjoni, tiżgura l-implimentazzjoni operazzjonali tal-aspetti organizzattivi kollha, inkluża l-preżenza ta’ membru tal-persunal tal-Aġenzija, matul l-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 3b

Kompożizzjoni u użu ta’ Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej

1.   Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedu b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot dwar il-profili u n-numru globali tal-gwardji tal-fruntiera li għandhom ikunu disponibbli għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej, permezz ta’ għaqda komuni nazzjonali bbażata fuq il-profili varji definiti mill-Aġenzija, billi jaħtru gwardji tal-fruntiera li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa.

2.   Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera għall-operazzjonijiet konġunti speċifiċi u l-proġetti esperimentali għas-sena ta’ wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont ma jkun jingħad f'dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jigħmlu disponibbli l-gwardji tal-fruntiera għall-użu fuq talba tal-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qed jiffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq ta’ kompiti nazzjonali. Talba bħal din għandha ssir ta’ mill-inqas 45 jum qabel l-użu previst. L-awtonomija tal-Istat Membru tal-oriġini f'relazzjoni mal-għażla tal-persunal u d-dewmien tal-użu tagħhom tagħhom m'għandhiex tkun affettwata.

3.   L-Aġenzija għandha wkoll tikkontrobwixxi għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej bi gwardji tal-fruntiera kompetenti ssekondati mill-Istati Membri bħala esperti nazzjonali skont l-Artikolu 17(5). Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tas-sekondar tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera għas-sena ta’ wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri.

Skont ma jkun jingħad f'dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jqiegħdu lill-gwardji tal-fruntiera disponibbli għas-sekondar, sakemm dan ma jkunx jaffettwa gravement it-twettiq tal-kompiti nazzjonali. F'tali sitwazzjonijiet l-Istati Membri jistgħu jirrikjamaw lill-gwardji tagħhom tal-fruntiera li jkunu ġew issekondati.

Id-dewmien massimu ta’ ssekondar bħal dan m'għandux ikun iktar minn sitt xhur f'perjodu ta’ 12-il xahar. Il-gwardji tal-fruntiera ssekondati għandhom, għall-għan ta’ dan ir-Regolament, ikunu kkunsidrati bħala uffiċjali mistiedna u jkollhom il-kompiti u s-setgħat previsti fl-Artikolu 10. L-Istat Membru li jkun ssekonda l-gwardji tal-fruntiera kkonċernati għandu jkun ikkunsidrat bħala l-Istat Membru tal-oriġini, kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 1a għall-għan tal-applikazzjoni tal-Artikoli 3c, 10 u 10b. Persunal ieħor impjegat mill-Aġenzija fuq bażi temporanja li mhumiex ikkwalifikati biex iwettqu funzjonijiet ta’ kontrolli fil-fruntiera għandhom ikunu użati biss matul operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali għall-kompiti ta’ koordinazzjoni.

4.   Il-membri tat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, inkluż l-aċċess għall-proċeduri ta’ ażil, u d-dinjità umana. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tal-poteri għandha tkun proporzjonata għall-finijiet ta’ tali miżuri. Waqt li jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw il-poteri tagħhom, m'għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

5.   Skont l-Artikolu 8 g l-Aġenzija għandha tinnomina uffiċjal ta’ koordinament għal kull operazzjoni konġunta jew proġett esperimentali fejn il-membri tat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej se jkunu użati.

Ir-rwol tal-uffiċjal ta’ koordinament għandu jkun li jrawwem l-kooperazzjoni u l-koordinament bejn l-Istati Membri ospitanti u parteċipanti.

6.   L-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri għad-disponibbiltà tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej skont l-Artikolu 8h.

7.   L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew fuq bażi ta’ kull sena dwar in-numru ta’ gwardji tal-fruntiera li kull Stat Membru jkun impenja għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej skont it-termini ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 3c

Istruzzjonijiet lit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej

1.   Waqt l-użu tat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej, l-Istat Membru ospitanti għandu jagħti istruzzjonijiet lit-timijiet skont il-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 3a(1).

2.   L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal ta’ koordinament kif imsemmi fl-Artikolu 3b(5), tista' tikkomunika l-fehmiet tagħha dwar l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat Membru ospitanti. Jekk tagħmel hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawk il-fehmiet.

3.   Skont l-Artikolu 8 g l-Istat Membru ospitanti għandu jagħti l-assistenza kollha meħtieġa lill-uffiċjal ta’ koordinament, inkluż aċċess sħiħ għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej fil-ħinijiet kollha matul l-użu.

4.   Il-membri tat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej għandhom, waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membri tal-oriġini tagħhom.”

(7)

L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

L-analiżi tar-riskju

L-Aġenzija għandha tiżviluppa u tapplika mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat.

Għandha tipprepara analiżi tar-riskju kemm ġenerali kif ukoll magħmula apposta li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Għall-finijiet ta’ analiżi tar-riskju, l-Aġenzija tista' tivvaluta, wara li tagħmel konsultazzjoni minn qabel mal-Istat Membru jew Stati Membri konċernati, il-kapaċità tagħhom li jaffaċċjaw l-isfidi li ġejjin fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri, l-aktar għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati. Għal dak l-iskop, l-Aġenzija tista' tivvaluta t-tagħmir u r-riżorsi tal-Istati Membri dwar il-kontroll tal-fruntieri. Il-valutazzjoni tkun imsejsa fuq it-tagħrif mogħti mill-Istati Membri kkonċernati, u fuq ir-rapporti u r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti, il-proġetti esperimentali, l-interventi rapidi u l-attivitajiet l-oħrajn tal-Aġenzija. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni ta’ Schengen.

Ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu ppreżentati lill-Bord Amministrattiv.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sitwazzjoni u t-theddid possibbli fil-fruntieri esterni.

L-Aġenzija għandha tinkorpora r-riżultati ta’ mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat fl-iżvilupp tal-kurrikuli bażiċi komuni tagħha għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera msemmija fl-Artikolu 5.”.

(8)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera li huma membri tat-Timijiet tal-Gwardji tal-Fruntiera Ewropej b'taħriġ avvanzat li jkun relevanti għall-kompiti u poteri tagħhom u għandha tmexxi b'mod regolari eżerċizzji ma’ dawk il-gwardji tal-fruntiera b'mod konformi mal-iskeda ta’ taħriġ u eżerċizzju avvanzat li hemm riferiment għalihom fil-programm ta’ ħidma ta’ kull sena tal-Aġenzija.

L-Aġenzija għandha wkoll tiegħu l-inizjattivi neċessarji sabiex tiżgura li l-gwardji kollha tal-fruntiera u kull persunal ieħor tal-Istati Membri li jipparteċipa fit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej, kif ukoll il-persunal tal-Aġenzija, ikunu rċevew, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, taħriġ fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi internazzjonali relevanti, inklużi d-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u l-linji-gwida għall-fini ta’ identifikazzjoni tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-protezzjoni u għad-direzzjoni tal-istess persuni lejn il-faċilitajiet adatti.

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tkompli tiżviluppa kurrikuli bażiċi komuni għat-taħriġ ta’ gwardji tal-fruntiera u tipprovdi taħriġ f'livell Ewropew għall-istrutturi tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri, ukoll fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u tal-liġi marittima relevanti.

L-Aġenzija għandha tfassal il-kurrikuli bażiċi komuni jiġu redatti wara li ssir konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 26a.

L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu bażiku komuni fit-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tagħhom.”;

(b)

il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-aħħar paragrafu:

“L-Aġenzija għandha tistabbilixxi programm ta’ skambji li jippermetti li gwardji ta’ fruniera li jipparteċipaw fit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej jiksbu konoxxenza jew kompetenzi speċifiċi minn esperjenzi u prattiċi tajbin barra minn pajjiżhom billi jaħdmu ma’ gwardji tal-fruntieri fi Stat Membru li ma jkunx pajjiżhom.”.

(9)

l-Artikoli 6 u 7 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Sorveljanza u kontribuzzjoni għar-riċerka

L-Aġenzija għandha tissorvelja u tikkontribwixxi proattivament għall-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni u tgħaddi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Artikolu 7

Tagħmir tekniku

1.   L-Aġenzija tista' tixtri, hi stess jew f'komproporjetà ma’ Stat Membru, jew tikri tagħmir tekniku għall-kontrol tal-fruntieri esterni biex jintuża matul l-operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali, interventi rapidi, operazzjonijiet ta’ ritorn jew proġetti ta’ assistenza teknika konġunti skont ir-regoli finanzjarji applikabbli lill-Aġenzija. Kull xiri jew kiri ta’ tagħmir li jġib miegħu spejjeż sinifikanti lill-Aġenzija għandu jkun preċedut minn analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet u tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċju. Kull infiq bħal dan ikun hemm dispożizzjoni għalih fil-baġit tal-Aġenzija skont kif dan ikun adottat mill-Bord Amministrattiv skont l-Artikolu 29(9). Fil-każ li l-Aġenzija tixtri jew tikri tagħmir tekniku importanti bħal pereżempju bastimenti jew vetturi għall-għassa kostali jew fil-baħar miftuħ, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ xiri jew komproprjetà, l-Aġenzija taqbel formalment ma’ Stat Membru wieħed li dan tal-aħħar se jipprovdi għar-reġistrazzjoni tat-tagħmir skont il-leġislazzjoni applikabbli ta’ dak l-Istat Membru;

(b)

fil-każ ta’ kera, it-tagħmir irid ikun irreġistrat fi Stat Membru.

Fuq il-bażi ta’ ftehim mudell redatt mill-Aġenzija, l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni u l-Aġenzija għandhom jaqblu dwar il-modalitajiet billi jiżguraw il-perijodu ta’ disponibbiltà sħiħa tal-beni f'komproprjetà għall-Aġenzija, kif ukoll dwar il-pattijiet għall-użu tat-tagħmir.

L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew il-fornitur tat-tagħmir tekniku għandu jipprovdi l-esperti meħtieġa u l-persunal tekniku biex iħaddmu t-tagħmir tekniku b'mod legali u sikur.

2.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm ċentralizzati r-reġistri ta’ tagħmir f'ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku magħmula minn tagħmir li hu proprjetà tal-Istati Membri jew tal-Aġenzija u t-tagħmir f'komproprjetà bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija għall-skopijiet ta’ kontroll tal-fruntieri esterni. Il-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku għandu jkollha numru minimu għal kull tip ta’ tagħmir tekniku kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. It-tagħmir elenkat fil-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku għandu jintuża matul l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 8a u 9.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku msemmi fil-paragrafu 2. Il-kontribut tal-Istati Membri għall-ġabra komuni u l-iskjerament tat-tagħmir tekniku għal operazzjonijiet speċifiċi għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont ma jkun jingħad f'dawk il-ftehimiet u sal-punt li jifforma parti min-numru minimu ta’ tagħmir tekniku għal sena partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu t-tagħmir tekniku tagħhom disponibbli għall-użu fuq talba tal-Aġenzija, ħlief jekk qed jaffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali. Talbiet bħal din għandhom isiru ta’ mill-inqas 45 jum qabel l-użu previst. Il-kontribuzzjonijiet għall-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku għandhom ikunu riveduti kull sena.

4.   L-Aġenzija għandha tamministra r-rekords tal-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku kif ġej:

(a)

klassifikazzjoni skont it-tip ta’ tagħmir u skont it-tip ta’ operazzjoni;

(b)

klassifikazzjoni mill-proprjetarju (Stat Membru, Aġenzija, oħrajn);

(c)

numri globali tat-tagħmir meħtieġ;

(d)

rekwiżiti tal-persunal jekk applikabbli;

(e)

informazzjoni oħra, bħad-dettalji tar-reġistrazzjoni, rekwiżiti tat-trasportazzjoni u l-manutenzjoni, skemi nazzjonali applikabbli ta’ esportazzjoni, istruzzjonijiet tekniċi, jew informazzjoni oħra rilevanti għall-użu korrett tat-tagħmir.

5.   L-Aġenzija għandha tiffinanzja l-użu tat-tagħmir tekniku li jifforma parti min-numru minimu tat-tagħmir teknikuipprovdut minn Stat Membru partikolari għal sena partikolari. L-użu tat-tagħmir tekniku li ma jiffurmax parti min-numru minimu tat-tagħmir tekniku għandu jkun iffinanzjat b'mod parzjali mill-Aġenzija sa mhux iktar minn 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istati Membri li jkunu qed jibgħatu tali tagħmir tekniku.

Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi, kull sena skont l-Artikolu 24, dwar ir-regoli dwar tagħmir tekniku, inklużi n-numri minimi globali meħtieġa skont it-tip ta’ tagħmir tekniku, il-kundizzjonijiet għall-użu u r-rimborż tal-ispejjeż. Għal raġunijiet baġitarji dik id-deċiżjoni trid tittieħed kull sena mill-Bord Amministrattiv sal-31 ta’ Marzu.

L-Aġenzija għandha tipproponi n-numru minimu ta’ tagħmir tekniku skont il-ħtiġijiet tagħha, notevolment sabiex tkun kapaċi twettaq operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali, interventi rapidi u operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti, skont il-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena kkonċernata.

Jekk in-numru minimu ta’ tagħmir tekniku juri li ma jkunx biżżejjed biex jitwettaq il-pjan operazzjonali miftiehem għal operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali, interventi rapidi jew operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti, dan għandu jiġi rivedut mill-Aġenzija abbażi tal-bżonnijiet ġustifikati tagħha u ta’ ftehim mal-Istati Membri.

6.   L-Aġenzija għandha tirrapporta kull xahar dwar il-kompożizzjoni u l-użu tat-tagħmir, li hu parti mill-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku, lill-Bord Amministrattiv. Meta ma jintlaħaqx in-numru minimu ta’ tagħmir imsemmi fil-paragrafu 5, id-Direttur Eżekuttiv għandu javża l-Bord Amministrattiv mingħajr dewmien. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu deċiżjoni malajr dwar il-prijoritizzazzjoni tal-użu tat-tagħmir tekniku u jieħu l-passi xierqa biex isolvi n-nuqqasijiet identifikati. Hu għandu jinforma l-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet identifikati u l-passi meħuda. Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha tinforma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, flimkien mal-valutazzjoni tagħha stess.

7.   L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew fuq bażi ta’ kull sena dwar in-numru ta’ tagħmir tekniku li kull Stat Membru jkun impenja għall-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku skont it-termini ta’ dan l-Artikolu.”.

(10)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Bla preġudizzju għall-Artikolu 78(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (‘TFUE’), Stat Membru wieħed jew aktar li jkunu qed jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi jew sproporzjonati u kkonfrontati b'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali meta qed jimplimentaw l-obbligi tagħhom rigward kontroll u sorveljanza tal-fruntieri esterni jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha, skont it-termini tal-Artikolu 3, torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri li jitolbuha.”;

(b)

fil-paragrafu 2, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

tuża gwardji tal-fruntiera mit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej.”;

(c)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Aġenzija tista' takkwista tagħmir tekniku għall-kontrolli u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni biex jintuża mill-esperti tagħha u fil-qafas tal-interventi rapidi għat-tul tagħhom.”.

(11)

L-Artikolu 8a għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 8a

Interventi rapidi

Fuq talba minn Stat Membru li jkun qed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ pressjoni urġenti u eċċezzjonali, speċjalment il-wasla f'punti tal-fruntieri esterni ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu illegalment fit-territorji ta’ dak l-Istat Membru, l-Aġenzija tista' tiskjera għal perijodu limitat Tim jew Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej (‘tim(ijiet)’) fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel it-talba għat-tul ta’ żmien adatt, b'mod konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 863/2007.”.

(12)

Fl-Artikolu 8d, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

‘5.   Jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddeċiedi li jiskjera tim jew aktar minn tim wieħed, l-Aġenzija flimkien mal-Istat Membru li jkun qiegħed jagħmel it-talba għandhom ifasslu pjan operazzjonali skont l-Artikolu 8e immedjatament, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn ħamest ijiem mid-data tad-deċiżjoni.’.

(13)

Fl-Artikolu 8e, il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punti (e), (f) u (g) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“(e)

il-kompożizzjoni tat-timijiet, kif ukoll l-iskjerament ta’ persunal relevanti ieħor;

(f)

dispożizzjonijiet ta’ kmand u kontroll, inklużi l-ismijiet u l-gradi tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti responsabbli għall-kooperazzjoni mat-timijiet, partikolarment ta’ dawk fost il-gwardji tal-fruntiera li għandhom il-kmand tat-timijiet waqt il-perjodu ta’ użu, u l-post tat-timijiet fil-katina tal-kmand;

(g)

it-tagħmir tekniku li jrid jintuża flimkien mat-timijiet, inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi bħal pereżempju kundizzjonijiet għall-użu, persunal rikjest, trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji.”;

(b)

għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(h)

dispożizzjonijiet iddettaljati għal rappurtar immedjat ta’ inċidenti mill-Aġenzija lill-Bord Amministrattiv u lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali rilevanti;

(i)

skema ta’ rappurtar u valutazzjoni li jkollha punti ta’ riferiment għar-rapport ta’ evalwazzjoni u data finali ta’ preżentazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni finali skont l-Artikolu 3(3).

(j)

dwar operazzjonijiet tal-baħar, tagħrifiet speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u leġiżlazzjoni relevanti fir-rigward taż-żona ġeografika fejn isir l-intervent rapidu, inklużi riferimenti għal-liġi internazzjonali u dik tal-Unjoni f'materja ta’ interċettazzjoni, salvataġġ fuq il-baħar u żbark;

(k)

il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, aġenziji u korpi oħrajn tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali.”.

(14)

Fl-Artikolu 8h(1), il-parti introduttorja għandha tinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Aġenzija għandha tkopri bis-sħiħ dawn l-ispejjeż li ġejjin li huma mħallsa mill-Istati Membri meta għamlu l-gwardji tal-fruntiera tagħhom disponibbli għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1b), l-Artikolu 8a u l-Artikolu 8c:”.

(15)

L-Artikolu 9 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Kooperazzjoni fir-ritorn

1.   Soġġetta għall-politika ta’ ritorn tal-Unjoni, u b'mod partikolari d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (*4), u mingħajr ma toqgħod tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza meħtieġa, u fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti, tiżgura wkoll il-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn tal-Istati Membri, ukoll permezz ta’ kiri ta’ ajruplani għall-iskop ta’ operazzjonijiet bħal dawn. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi li tiffinanzja jew tiffinanzja b'mod parzjali l-operazzjonijiet u l-proġetti msemmija f'dan il-paragrafu, b'għoti ta’ flus mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija. L-Aġenzija tista' wkoll tuża l-mezzi finanzjarji tal-Unjoni disponibbli fil-qasam tar-ritorn. L-Aġenzija għandha tiżgura li fil-ftehimiet tagħha ta’ għotja mal-Istati Membri, kull appoġġ finanzjarju hu kkondizzjonat mir-rispett sħiħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

1a.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa Kodiċi ta’ Kondotta għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandu japplika matul l-operazzjonijiet kollha konġunti ta’ ritorn ikkoordinati mill-Aġenzija, li jiddiskrivi l-proċeduri standardizzati komuni li għandhom jissimplifikaw l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn u jiżguraw ritorn b'mod uman u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari għall-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem, projbizzjoni tat-tortura u trattament jew kastig krudili jew degradanti, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà u d-drittijiet għall-protezzjoni tad-data personali u n-non diskriminazzjoni.

1b.   Il-Kodiċi ta’ Kondotta se jagħti attenzjoni partikolari lill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE biex jipprovdi għal sistema effettiva ta’ sorveljanza ta’ ritorn sfurzat u tal-Istrateġija ta’ Drittijiet Fundamentali li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 26a(1) ta’ dan ir-Regolament. Is-sorveljanza ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u ta’ trasport u għandha tkopri l-operazzjoni kollha konġunta ta’ ritorn mill-fażi qabel it-tluq sat-trasferiment ta’ dawk li jirritornaw lura fil-pajjiż ta’ ritorn.

1c.   L-Istati Membri għandhom regolarment jinfurmaw l-Aġenzija dwar il-ħtiġiet tagħhom ta’ assistenza jew koordinazzjoni mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tfassal pjan operazzjonali sabiex tipprovdi l-Istati Membri li jagħmlu talba, bl-appoġġ operazzjonali meħtieġ, inkluż it-tagħmir tekniku msemmi fl-Artikolu 7(1). Il-Bord Amministrattiv għandi jiddeċiedi skont l-Artikolu 24 dwar proposta tad-Direttur Eżekuttiv, dwar il-kontenut u l-modus operandi tal-pjan operazzjonali li jkun għaddej.

2.   L-Aġenzija għandha tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 14 sabiex tidentifika l-aħjar prattiċi dwar l-akkwist ta’ dokumenti ta’ vvjaġġar u r-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi preżenti b'mod illegali.

(*4)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.”."

(16)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'li ġej:

“2.   Meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, l-uffiċjali mistiedna għandhom jikkonformaw fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi internazzjonali, u għandhom josservaw id-drittijiet fundamentali u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.”.

(17)

L-Artikolu 11 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni

L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għad-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, u fejn ikun xieraq, l-aġenziji tal-Unjoni li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 13. Hi għandha tiżviluppa u topera sistema ta’ informazzjoni kapaċi li tagħmel skambju tal-informazzjoni kklassifikata ma’ dawn l-atturi, inkluża d-data personali li hemm riferiment għaliha fl-Artikoli 11a, 11b u 11c.

L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni relevanti għall-kompiti tagħha fir-Renju Unit u l-Irlanda jekk tali informazzjoni tkun torbot mal-attivitajiet li fihom jipparteċipaw dawn it-tnejn skont it-termini tal-Artikolu 12 u l-Artikolu 20(5).”.

(18)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 11a

Protezzjoni tad-data

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija.

Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija. Dawk il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Mingħajr ħsara għall-Artikoli 11b u 11c, l-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali għal finijiet amministrattivi.

Artikolu 11b

L-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn

1.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħha ta’ organizzazzjoni u koordinazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorni tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 9, l-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali tal-persuni li huma soġġetti għal tali operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn.

2.   L-ipproċessar ta’ tali data personali għandu jirrispetta l-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità. B'mod partikolari, għandu jkun strettament limitat għal dik id-data personali li hija meħtieġa għall-finijiet tal-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn.

3.   Id-data personali għandha titħassar hekk kif l-iskop li għalih tkun inġabret jintlaħaq u mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara l-għeluq tal-operazzjoni konġunta ta’ ritorn.

4.   Fejn id-data personali ma tkunx ġiet trasferita lit-trasportatur minn Stat Membru, l-Aġenzija tkun tista' tittrasferixxi tali data.

5.   Dan l-Artikolu għandu jkun applikat f'konformità mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11a.

Artikolu 11c

L-ipproċessar ta’ data personali miġbura matul operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali u interventi rapidi

1.   Mingħajr ħsara għall-kompetenza ta’ Stat Membru li jiġbor id-data personali fil-kuntest ta’ operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali u interventi rapidi, u soġġett għal-limitazzjonijiet iddelineati fil-paragrafi 2 u 3, l-Aġenzija tista' tipproċessa ulterjorment data personali miġbura mill-Istati Membri matul tali attivitajiet operazzjonali u trażmessi lill-Aġenzija sabiex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

2.   Tali pproċessar ulterjuri tad-data personali mill-Aġenzija għandu jkun limitat għad-data personali dwar il-persuni li huma suspettati, abbażi ta’ kriterji raġonevoli, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ta’ involviment f'attivitajiet kriminali ta’ bejn il-fruntieri, fl-iffaċilitar tal-attivitajiet ta’ migrazzjoni illegali jew attivitajiet ta’ kummerċ tal-bnedmin kif definiti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta’ dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati (*5).

3.   Id-data personali li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 2 tkun ipproċessata ulterjorment mill-Aġenzija jekk kemm-il darba biss ikun għall-finijiet li ġejjin:

(a)

it-trasmissjoni, skont ma jkun jitlob il-każ partikolari, lill-Europol jew aġenziji oħrajn tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni, soġġett għall-Artikolu 13;

(b)

l-użu għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta’ riskju li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 4. Fir-riżultat tal-analiżijiet ta’ riskju, id-data tiġi depersonalizzata.

4.   Id-data personali tiġi kanċellata hekk malli tkun trażmessa lill-Europol jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni jew użata għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta’ riskju li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 4. Fi kwalunkwe każ, iż-żmien li d-data tinħażen m'għandux jaqbeż it-tliet xhur wara d-data tal-ġbir ta’ dik id-data.

5.   L-ipproċessar ta’ tali data personali għandu jirrispetta l-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità. Id-data personali ma tintużax mill-Aġenzija għall-iskop ta’ investigazzjonijiet, li jibqgħu responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

B'mod partikolari, għandu jkun strettament limitat għal dik id-data personali li hija meħtieġa għall-finijiet li hemm riferiment għalihom fil-paragrafu 3.

6.   Mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, it-tranżmissjoni 'l quddiem jew komunikazzjoni oħra ta’ data personali pproċessata mill-Aġenzija lil pajjiżi terzi jew lil partijiet terzi oħra għandhom ikunu projbiti.

7.   Dan l-Artikolu għandu jkun applikat f'konformità mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11a.

Artikolu 11d

Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata u informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata

1.   L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbiliti fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura tagħha (*6). Dawk ir-Regoli għandhom japplikaw, fost l-oħrajn, għad-dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni kklassifikata.

2.   L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-prinċipji ta’ sigurtà relatati mal-ipproċessar ta’ informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata kif stipulati fid-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u kif implimentati mill-Kummissjoni. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji ta’ sigurtà.

(*5)  ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17."

(*6)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.”."

(19)

L-Artikoli 13 u 14 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Kooperazzjoni mal-aġenziji u l-entitajiet tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali

L-Aġenzija tista' tikkopera mal-Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (‘l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali’), aġenziji u entitajiet oħra tal-Unjoni, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawk l-entitajiet, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza ta’ dawk l-entitajiet. F'kull każ l-Aġenzija tinforma b'tali arranġamenti lill-Parlament Ewropew.

It-trasżmissjoni ulterjuri jew komunikazzjoni oħra tad-data personali pproċessata mill-Aġenzija lil aġenziji jew entitajiet oħra tal-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għal arranġamenti speċifiċi ta’ ħidma dwar l-iskambju ta’ data personali u suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data.

L-Aġenzija tista' wkoll, bi ftehim mal-Istat/i Membru/i kkonċernati, tistieden osservaturi minn aġenziji u korpi tal-Unjoni jew korpi internazzjonali sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 3, 4 u 5, u dan sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawk l-attivitajiet, tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiċi, u ma tkunx tolqot is-sigurtà globali ta’ dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-osservaturi tkun tista' sseħħ biss bil-qbil tal-Istati Membri konċernati fir-rigward tal-attivitajiet li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 4 u 5 u biss bi qbil mal-Istat Membru ospitanti dwar dawk li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 3. Għandhom jiddaħħlu regoli ddettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-pjan operazzjonali li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 3a(1). Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

Artikolu 14

Il-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali ma’ pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi

1.   Fi kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u safejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, ukoll fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem.

L-Aġenzija u l-Istati Membri jottemperaw ruħhom man-normi u l-istandards li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk iddelineati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ukoll meta sseħħ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi.

It-twaqqif ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jippermetti li jiġu promossi l-istandards Ewropej fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri, b'mod partikolari r-rispett tad-drittijiet fundamentali u tad-dinjità umana.

2.   L-Aġenzija tista' tikkopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawn l-awtoritajiet, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TFUE. Dawk l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom ikunu biss marbutin mal-ġestjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali.

3.   L-Aġenzija tista' tuża uffiċjali tagħha ta’ kollegament, li għandhom igawdu mill-aħjar protezzjoni possibbli biex iwettqu dmirijiethom, f'pajjiżi terzi. Huma għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta’ kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta’ kollegament inkarigati mill-immigrazzjoni tal-Istati Membri stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (*7). L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jintużaw biss f'pajjiżi terzi fejn il-prattika tal-ġestjoni tal-fruntiera tikkonforma mal-istandards minimi tad-drittijiet tal-bniedem. L-iskjerament tagħhom fl-azzjoni jiġi approvat mill-Bord Amministrattiv. Fil-qafas tal-politika esterna tal-Unjoni, il-prijorità għall-użu għandha tingħata lill-pajjiżi terzi, li fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, jikkostitwixxu pajjiż ta’ oriġini jew tranżitu fir-rigward tal-migrazzjoni illegali. Fuq bażi reċiproka, l-Aġenzija tista' tirċievi uffiċjali ta’ kollegament issekondati minn dawk il-pajjiżi terzi ukoll, għall-perjodu ta’ żmien limitat. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv u, skont l-Artikolu 24, lista ta’ prijoritajiet fuq bażi annwali.

4.   Il-kompiti tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea u skont id-drittijiet fundamentali, jistabilixxu u jżommu kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fejn huma jkunu assenjati bl-għan li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u r-ritorn tal-migranti illegali.

5.   L-Aġenzija tista' tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġjaw il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni. Hi tista' tniedi u tiffinanzja proġetti ta’ assistenza teknika f'pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

6.   L-Aġenzija tista' wkoll, bi ftehim mal-Istat/i Membru/i kkonċernati, tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 3, 4 u 5, u dan sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawn l-attivitajiet, tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħajar prattiċi, u ma tkunx tolqot is-sigurtà globali ta’ dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-osservaturi tkun tista' sseħħ biss bil-qbil tal-Istati Membri konċernati f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 4 u 5 u biss bi qbil mal-Istat Membru ospitanti dwar dawk li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 3. Għandhom jiddaħħlu regoli ddettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-pjan operazzjonali li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 3a(1). Dawk l-osservaturi jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

7.   Meta jikkonkludu ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi kif hemm riferut fl-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rwol u l-kompetenzi tal-Aġenzija, b'mod partikolari dwar l-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi minn membri tat-timijiet użati mill-Aġenzija matul operazzjonijiet konġunti jew proġetti esperimentali msemmija fl-Artikolu 3.

8.   L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni mogħtija minn qabel mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jkun mgħarraf b'dawk l-attivitajiet kemm jista' jkun malajr.

(*7)  ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1.”."

(20)

Fl-Artikolu 15, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Hija għandha jkollha personalità ġuridika.”.

(21)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15a

Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġu pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli għad-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord Amministrattiv, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom, f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha. Il-Ftehim dwar Kwartieri Ġenerali għandu jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv. L-Istat Membru fejn l-Aġenzija għandha s-sede tagħha għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex ikun żgurat it-tħaddim bla xkiel tal-Aġenzija inklużi edukazzjoni multilingwali b'dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet ta’ trasport xierqa.”.

(22)

L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 3b(5) membru tal-persunal biss tal-Aġenzija soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għat-Titolu II tal-Kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea jista' jkun maħtur bħala uffiċjal ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 8g. Għall-għan ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 3b(3), l-esperti nazzjonali biss issekondati minn Stat Membru lill-Aġenzija jistgħu jkunu maħtura biex ikunu assenjati lit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej. L-Aġenzija għandha taħtar dawk l-esperti nazzjonali li għandhom ikunu affiljati mat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej skont dak l-Artikolu.”;

(b)

il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“4.   Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa bi ftehim mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Il-Bord Amministrattiv jista' jadotta dispożizzjonijiet biex l-esperti nazzjonali minn Stati Membri jingħataw il-permess li jkunu ssekondati mal-Aġenzija. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3b(3), partikolarment il-fatt li huma huma kkunsidrati bħala uffiċjali mistiedna u għandhom il-kompiti u s-setgħat previsti fl-Artikolu 10. Għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet għall-iskjerament.”.

(23)

L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (h) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(h)

jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u adozzjoni tal-politika tal-persunal tal-Aġenzija, partikolarment il-pjan tal-politika tal-persunal multiannwali. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjaru qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*8) il-pjan ta’ politika tal-persunal multiannwali jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni u l-awtorità baġitarja wara opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni;

(*8)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.”;"

(ii)

għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(i)

jadotta l-pjan multiannwali tal-Aġenzija maħsub biex jesponi l-istrateġija fit-tul tal-ġejjieni dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija.”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-Bord Amministrattiv jista' jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni strettament relatata mal-iżvilupp tal-ġestjoni operazzjonali tal-fruntieri esterni, inklużi l-attivitajiet relatati mar-riċerka kif previst fl-Artikolu 6.”.

(24)

L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-aħħar sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Dawn il-mandati jistgħu jiġġeddu.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-pajjiżi li huma assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Aġenzija. Kull wieħed għandu jkollu rappreżentant wieħed u supplent wieħed fil-Bord Amministrattiv. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni tagħhom, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti li jispeċifikaw in-natura u l-ambitu tal-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fl-attivitajiet tal-Aġenzija u r-regoli dettaljati dwarha, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal.”.

(25)

L-Artikolu 25 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv sabiex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu/tagħha, b'mod partikulari dwar l-implementazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, dwar ir-rapport ġenerali tal-Aġenzija għas-sena preċedenti, il-programm ta’ ħidma għas-sena ta’ wara u l-pjan multiannwali tal-Aġenzija msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 20(2).”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt li ġej huwa miżjud:

“(g)

jiżgura l-implementazzjoni tal-pjanijiet operazzjonali msemmija fl-Artikoli 3a u 8e.”.

(26)

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 26a

Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali

1.   L-Aġenzija tirrediġi u tiżviluppa ulterjorment u timplementa l-Istrateġija tagħha għad-Drittijiet Fundamentali. L-Aġenzija toħloq mekkaniżmu effikaċi għall-monitoraġġ tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

2.   Forum Konsultattiv jitwaqqaf mill-Aġenzija sabiex jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Amministrattiv f'materji marbutin mad-drittijiet fundamentali. L-Aġenzija tistieden l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-ażil, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u organizzazzjonijiet relevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-Forum Konsultattiv. Fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Amministrattiv jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Forum Konsultattiv u l-modalitajiet tat-trasmissjoni tal-informazzjoni lill-Forum Konsultattiv, u l-modalitajiet tal-istess.

Il-Forum Konsultattiv jiġi kkonsultat dwar l-iżvilupp ulterjuri u l-implementazzjoni tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kodiċi ta’ Kondotta u l-kurrikuli bażiċi komuni.

Il-Forum Konsultattiv iħejji rapport ta’ kull sena tal-attivitajiet tiegħu. Dawk ir-rapporti jkunu disponibbli għall-pubbliku.

3.   Għandu jinħatar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali mill-Bord Amministrattiv u għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza neċessarji fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Għandu jkun indipendenti fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu bħala Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u jirrapporta direttament lill-Bord Amministrattiv u lill-Forum Konsultattiv. Għandu jirrapporta fuq bażi regolari u bħala tali jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta’ sorveljanza tad-drittijiet fundamentali.

4.   L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u l-Forum Konsultattiv ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha konċernanti r-rispett għad-drittijiet fundamentali, b'rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.”.

(27)

Fl-Artikolu 33, għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2a.   L-ewwel valutazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (*9) għandha tanalizza wkoll il-ħtiġiet għal koordinament saħansitra akbar tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri, inkluża l-fattibbiltà tal-ħolqien ta’ sistema Ewropea ta’ gwardji tal-fruntiera.

2b.   L-evalwazzjoni għandha tinkludi analiżi speċifika dwar kif inżammet konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(*9)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 1.”."

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 44, 11.2.2011, p. 162.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011

(3)  ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 136.

(4)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30.

(5)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(9)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(10)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(11)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(12)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(13)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(14)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.

(15)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(16)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.


22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/18


REGOLAMENT (UE) Nru 1169/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta taħt l-Artikolu 114 tiegħu.

(2)

Il-moviment liberu ta’ ikel sikur u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(3)

Sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu infurmati b'mod adegwat dwar l-ikel li jieklu. L-għażliet tal-konsumaturi jistgħu jiġu influwenzati, fost l-oħrajn, minn konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

(4)

Taħt ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3) huwa prinċipju ġenerali tal-liġi dwar l-ikel li tiġi provduta bażi biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati rigward l-ikel li jieklu u biex jipprevjenu kwalunkwe prattika li tista' tiżgwida lill-konsumatur.

(5)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (4) tkopri ċerti aspetti tal-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi bil-għan speċifiku li tipprevjeni li jsiru azzjonijiet li jiżgwidaw u li titħalla barra xi informazzjoni. Il-prinċipji ġenerali dwar il-prattika kummerċjali żleali għandhom jiġu komplementati minn regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(6)

Ir-regoli tal-Unjoni dwar it-tikkettar fuq l-ikel applikabbli għall-ikel kollu huma stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (5). Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1978 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE tal-24 ta’ Settembru 1990 dwar it-tikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti tal-ikel (6) tistabbilixxi r-regoli dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ta’ ikel ippakkjat bil-lest. Skont dawk ir-regoli, iż-żieda ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni hi volontarja sakemm ma ssirx talba relatata man-nutrizzjoni li tikkonċerna l-ikel. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1990 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(8)

Ir-rekwiżiti ġenerali dwar it-tikkettar huma komplementati b'għadd ta’ dispożizzjonijiet applikabbli għall-ikel kollu f'ċerti ċirkostanzi jew għal ċerti kategoriji ta’ ikel. Barra minn hekk, hemm numru ta’ regoli speċifiċi li huma applikabbli għal ikel speċifiku.

(9)

Filwaqt li l-għanijiet oriġinali u l-komponenti ewlenin tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar it-tikkettar għadhom validi xorta, jeħtieġ li tiġi simplifikata sabiex tiġi żgurata konformità aktar faċli u ċarezza akbar għall-partijiet interessati u biex tiġi modernizzata sabiex tieħu kont tal-iżviluppi l-ġodda fil-qasam tal-informazzjoni dwar l-ikel. Dan ir-Regolament minbarra li jaqdi l-interessi tas-suq intern billi jissimplifika l-liġi, jiżgura ċ-ċertezza legali u jnaqqas il-piż amministrattiv, ikun ukoll ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini billi jirrikjedi t-tikkettar ċar, komprensibbli u leġġibbli ta’ prodotti tal-ikel.

(10)

Il-pubbliku ġenerali għandu interess fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adatta li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar Strateġija għall-Ewropa fi kwistjonijiet tas-saħħa relatati man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità (“il-White Paper tal-Kummissjoni”) innotat li t-tikkettar dwar in-nutrizzjoni huwa metodu importanti wieħed biex il-konsumaturi jkunu infurmati dwar il-kompożizzjoni tal-ikel u jiġu megħjuna jagħmlu għażliet infurmati. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2007 intitolata “L-istrateġija tal-UE fil-politika tagħha dwar il-konsumatur għall-perijodu 2007-2013 — Tisħiħ tal-possibbiltajiet ta’ azzjoni tal-konsumaturi, titjib tal-benessri tagħhom, u l-protezzjoni effettiva tagħhom” enfasizzat li huwa essenzjali, kemm għall-kompetizzjoni effettiva kif ukoll għall-benesseri tal-konsumatur, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni adatta dwar in-nutrizzjoni tal-ikel għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu tali għażla infurmata. Il-kampanji ta’ edukazzjoni u ta’ informazzjoni huma mekkaniżmi importanti biex jiżdied it-tagħrif tal-konsumatur rigward l-informazzjoni dwar l-ikel.

(11)

Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jkun żgurat li l-infurzar isir b'mod razzjonali u konsistenti, jixraq li jitħassru d-Direttivi 90/496/KEE u 2000/13/KE u li jiġu sostitwiti b'Regolament uniku li jiżgura ċ-ċertezza għall-konsumaturi u għal partijiet interessati oħra u jnaqqas il-piż amministrattiv.

(12)

Għall-fini taċ-ċarezza, huwa meħtieġ li jitħassru u li jiddaħħlu f'dan ir-Regolament atti orizzontali oħrajn, notevolment id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE tal-15 ta’ April 1987 dwar l-indikazzjoni ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum fl-ittikkettar ta’ xorb alkoħoliku għal bejgħ lill-konsumatur tal-aħħar nett (7), id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE tat-8 ta’ Marzu 1999 li tipprovdi għal derogi mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE fir-rigward tal-ittikkettar ta’ oġġetti tal-ikel (8), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar l-ittikkettar ta’ oġġetti tal-ikel li jkun fihom il-kinina u lill-oġġetti tal-ikel li jkun fihom il-kaffeina (9), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-ittikkettar ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel b'fitosteroli miżjuda, esteri fitosteroli, fitostanoli u/jew esteri fitostanoli (10) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2008 dwar l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittikkettar ta’ ċerti oġġetti tal-ikel ta’ partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(13)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet, prinċipji, rekwiżiti u proċeduri komuni sabiex jiġi ffurmat qafas ċar u bażi komuni għall-miżuri tal-Unjoni u nazzjonali li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel.

(14)

Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluttiv għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi relatata mal-ikel li jieklu, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri regoli ta’ natura ġenerali u speċifika kif ukoll definizzjoni wiesgħa tal-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri l-informazzjoni provduta b'mezzi oħrajn minbarra t-tikketta.

(15)

Ir-regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw biss għal impriżi, kunċett li jimplika ċerta kontinwità ta’ attivitajiet u ċertu grad ta’ organizzazzjoni. L-operazzjonijiet bħat-trattament u l-kunsinna ta’ ikel, il-proviżjon tal-ikliet u l-bejgħ ta’ ikel okkażjonali minn persuni privati, pereżempju f'avvenimenti ta’ karità, jew f'fieri lokali ta’ komunitajiet u laqgħat m'għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(16)

Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha tipprovdi flessibbiltà biżżejjed sabiex tkun tista' tibqa' aġġornata mar-rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni għall-konsumaturi u tiżgura li jkun hemm bilanċ bejn il-protezzjoni tas-suq intern u d-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi fl-Istati Membri.

(17)

Il-konsiderazzjoni ewlenija biex tintalab informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw u jagħmlu użu adatt tal-ikel u biex jagħmlu għażliet li jaqblu mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali. B'dan il-għan, l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jiffaċilitaw l-aċċessibbiltà ta’ dik l-informazzjoni għal min hu nieqes mill-vista.

(18)

Sabiex il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tkun tista' tadatta għat-tibdil fil-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-konsumaturi, kwalunkwe konsiderazzjoni dwar il-ħtieġa ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tqis ukoll l-interess muri b'mod ċar tal-maġġoranza tal-konsumaturi fil-kxif ta’ ċerta informazzjoni.

(19)

Madankollu, ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, skont il-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità u sostenibbiltà.

(20)

Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha tipprojbixxi l-użu ta’ informazzjoni li tista' tiżgwida lill-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi tal-ikel, l-effetti jew il-proprjetajiet tal-ikel, jew tattribwixxi proprjetajiet mediċinali lill-ikel. Biex tkun effettiva, dik il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni tal-ikel.

(21)

Sabiex ma jkunx hemm frammentazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-operaturi tan-negozji tal-ikel fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ikel jixraq li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-operaturi tan-negozji tal-ikel f'dan il-qasam. Dik il-kjarifika għandha tkun f'konformità mar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-konsumatur imsemmijin fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(22)

Għandha titfassal lista tal-informazzjoni kollha obbligatorja li fil-prinċipju għandha tingħata għall-ikel kollu maħsub għall-konsumatur finali u għall-fornituri tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni ladarba ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur fir-rigward tal-informazzjoni għall-konsumatur.

(23)

Sabiex jitqiesu l-bidliet u l-iżviluppi fil-qasam tal-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom ikunu previsti dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tagħmel ċerti dettalji disponibbli permezz ta’ mezzi alternattivi. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandha tgħin biex isiru bidliet fil-ħin u mmirati sew tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar l-ikel.

(24)

Fejn jintużaw fil-produzzjoni tal-ikel u jibqgħu preżenti fih, ċerti ingredjenti jew sustanzi jew prodotti oħrajn (bħal għajnuniet għall-ipproċessar) jistgħu jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi f'ċerti nies, u xi wħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranzi joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati. Hu importanti li tingħata informazzjoni dwar il-preżenza ta’ addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi jew prodotti oħrajn b'effett allerġeniku jew ta’ intolleranza ppruvat xjentifikament lill-konsumaturi, partikolarment lil dawk li jbatu minn allerġija ta’ ikel jew intolleranza, biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati li jkunu sikuri għalihom.

(25)

Biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-preżenza ta’ nanomaterjali maħdumin fl-ikel, ikun xieraq li tiġi stabbilita definizzjoni ta’ nanomaterjali maħdumin. Filwaqt li titqies il-possibbiltà li ikel li fih jew li jikkonsisti minn nanomaterjali maħdumin ikun ikel ġdid, il-qafas leġiżlattiv xieraq għal dik id-definizzjoni għandu jitqies fil-kuntest tar-rieżami li jmiss tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (12).

(26)

It-tikketti tal-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar u dwar id-dieta. Xi studji juru li l-leġġibbiltà aħjar hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà li l-informazzjoni fuq it-tikketta tinfluwenza l-udjenza tagħha u li informazzjoni illeġġibbli dwar prodotti hija waħda mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. Għalhekk, għandu jiġi żviluppat approċċ komprensiv sabiex jittieħed kont tal-aspetti kollha relatati mal-leġġibbiltà, inklużi t-tipa, il-kulur u l-kuntrast.

(27)

Sabiex ikun żgurat l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-modi kollha ta’ għoti ta’ ikel lill-konsumaturi, inkluż il-bejgħ tal-ikel permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Għalkemm hu ċar li kull ikel fornut permezz ta’ bejgħ mill-bogħod għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni bħall-ikel mibjugħ fil-ħwienet, jeħtieġ li jiġi ċċarat li f'każijiet bħal dawn l-informazzjoni rilevanti obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun disponibbli wkoll qabel ma x-xirja tiġi konkluża.

(28)

It-teknoloġija użata fl-iffriżar tal-ikel żviluppat b'mod sinifikanti matul id-deċennji riċenti u saret tintuża ferm kemm biex tittejjeb iċ-ċirkolazzjoni ta’ prodotti fis-suq intern tal-Unjoni, kif ukoll biex jitnaqqsu r-riskji rigward is-sikurezza tal-ikel. Madankollu, l-iffriżar u aktar ‘il quddiem id-“defrosting” ta’ ċertu ikel, speċjalment il-prodotti ta’ laħam u ħut, jillimitaw l-użu addizzjonali possibbli tiegħu u jista’ jkollhom ukoll effett fuq is-sikurezza, it-togħma u l-kwalità fiżika tiegħu. Mill-banda l-oħra, għal prodotti oħra, speċjalment il-butir, l-iffriżar m'għandu l-ebda effett bħal dan. Għalhekk, meta prodott ikun ġie “defrosted”, il-konsumatur aħħari għandu jkun infurmat b'mod xieraq dwar il-kundizzjoni tiegħu.

(29)

L-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel għandu jingħata kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta’ oriġini jew il-post veru ta’ provenjenza ta’ dak il-prodott. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għandha tingħata b'mod li ma tiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta’ kriterji definiti b'mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur tal-informazzjoni relatata mal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel. Kriterji bħal dawn m'għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati mal-isem jew l-indirizz tal-operatur fin-negozju tal-ikel.

(30)

F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jista' jkun li jixtiequ jindikaw l-oriġini tal-ikel fuq bażi volontarja sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. Indikazzjonijiet bħal dawn għandhom ukoll jikkonformaw ma’ kriterji armonizzati.

(31)

L-indikazzjoni tal-oriġini hija attwalment obbligatorja għaċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga (13) fl-Unjoni wara l-kriżi tal-enċefalopatija sponġiforma bovina u ħolqot aspettattivi min-naħa tal-konsumatur. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni tikkonferma li l-oriġini tal-laħam jidher li hu t-tħassib ewlieni tal-konsumaturi. Hemm laħmijiet oħra kkunsmati fuq firxa wiesgħa fl-Unjoni kollha, bħal-laħam tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur. Għalhekk huwa adatt li tiġi imposta d-dikjarazzjoni obbligatorja tal-oriġini għal dawn il-prodotti. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-oriġini jistgħu jvarjaw minn tip ta’ laħam għal ieħor skont il-karatteristiċi tal-ispeċi tal-annimali. Huwa adatt, li permezz ta’ regoli implimentattivi jiġi previst l-istabbiliment ta’ rekwiżiti obbligatorji li jistgħu jvarjaw minn tip ta’ laħam għal ieħor b'kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tal-piż amministrattiv għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-awtoritajiet tal-infurzar.

(32)

Ġew żviluppati dispożizzjonijiet obbligatorji tal-oriġini abbażi ta’ approċċi vertikali bħal pereżempju għal għasel (14), frott u ħxejjex (15), ħut (16), ċanga u prodotti taċ-ċanga (17) u żejt taż-żebbuġa (18). Hemm il-ħtieġa li tiġi esplorata l-possibbiltà li jiġi estiż it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għal ikel ieħor. Għalhekk huwa adatt li l-Kummissjoni tintalab tħejji rapporti li jkopru l-ikel li ġej: tipi oħra ta’ laħam barra ċ-ċanga, il-majjal, il-laħam tan-nagħaġ, il-laħam tal-mogħoż u l-laħam tat-tjur; ħalib; ħalib użat bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib; laħam użat bħala ingredjent; ikel mhux ipproċessat; prodott b'ingredjent wieħed; u ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-ikel. Ladarba l-ħalib huwa wieħed mill-prodotti li l-indikazzjoni tal-oriġini tagħhom huwa kkunsidrat ta’ interess partikolari, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar dan il-prodott għandu jsir disponibbli malajr kemm jista' jkun. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti biex jiġu modifikati dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jew tista' tieħu inizjattivi ġodda, fejn meħtieġ, fuq bażi settorjali.

(33)

Ir-regoli mhux preferenzjali tal-Unjoni dwar l-oriġini huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (19) u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tiegħu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (20). Id-determinazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tal-ikel tkun ibbażata fuq dawk ir-regoli, li huma magħrufa sew mal-operaturi fin-negozju tal-ikel u l-amministraturi kummerċjali u għandhom jagħmlu l-implimentazzjoni tagħhom aktar faċli.

(34)

Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fir-rigward ta’ xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza tal-enerġija u ċerti nutrijenti fl-ikel. L-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni fuq il-pakketti għandu jgħin azzjonijiet dwar in-nutrizzjoni bħala parti mill-politiki tas-saħħa pubblika li jistgħu jinvolvu l-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi għall-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

(35)

Biex jiġi ffaċilitat it-tqabbil ta’ prodotti f'daqsijiet ta’ pakkett differenti, ikun xieraq li jinżamm ir-rekwiżit li d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tirreferi għal ammonti ta’ 100 g jew 100 ml u, jekk ikun xieraq, li jiġu permessi dikjarazzjonijiet addizzjonali skont il-porzjon. Għalhekk, metal l-ikel ikun ippakkjat bil-lest u jiġu identifikati porzjonijiet jew unitajiet ta’ konsum individwali, għandha tkun permessa dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum, minbarra l-espressjoni għal kull 100 g jew 100 ml. Barra minn hekk, biex jingħataw indikazzjonijiet li jistgħu jitqabblu rigward il-porzjonijiet jew l-unitajiet ta’ konsum, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta regoli dwar l-espressjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum għal kategoriji speċifiċi ta’ ikel.

(36)

Il-White Paper tal-Kummissjoni enfasizzat ċerti elementi nutrizzjonali ta’ importanza għas-saħħa pubblika, bħax-xaħam saturat, zokkrijiet jew sodju. Għalhekk, jixraq li r-rekwiżiti dwar l-għoti obbligatorju ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom iqisu elementi bħal dawn.

(37)

Ladarba wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprovdi bażi għall-konsumatur finali biex jagħmel għażliet informati, huwa importanti li f'dan ir-rigward jiġi żgurat li l-konsumatur finali jifhem faċilment l-informazzjoni pprovduta fuq it-tikkettar. Għalhekk huwa adatt li fuq it-tikkettar jintuża t-teminu “melħ” minflok it-terminu korrispondenti tan-nutrijent “sodju”.

(38)

Fl-interess tal-konsistenza u koerenza tal-liġi tal-Unjoni l-inklużjoni volontarja ta’ kummenti dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fuq it-tikketti tal-ikel għandha tkun skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (21).

(39)

Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq l-operaturi tan-negozji tal-ikel, jixraq li jiġu eżentati mill-għoti obbligatorju ta’ dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni ċerti kategoriji ta’ ikel li mhuwiex ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni mhijiex fattur determinanti għad-deċiżjonijiet ta’ xiri tal-konsumaturi, jew li għalih il-pakkett ikun żgħir wisq biex jakkomoda r-rekwiżiti obbligatorji tat-tikkettar, sakemm l-obbligu ta’ forniment ta’ informazzjoni bħal din mhuwiex previst skont regoli oħra tal-Unjoni.

(40)

Filwaqt li titqies in-natura speċifika tax-xorb alkoħoliku, ikun xieraq li l-Kummissjoni tiġi mistiedna tanalizza aktar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar dawk il-prodotti. Għalhekk, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni, għandha tħejji rapport fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament rigward l-applikazzjoni tar-rekwiżiti li tingħata informazzjoni dwar l-ingredjenti u informazjzoni dwar in-nutrizzjoni tax-xorb alkoħoliku. Barra minn hekk, filwaqt li titqies ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Settembru 2007 dwar Strateġija tal-Unjoni Ewropea mmirata biex tassisti l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu d-danni li ġejjin mill-konsum tal-alkoħol (22), l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (23), il-ħidma tal-Kummissjoni, u l-preokkupazzjoni tal-pubbliku ġenerali dwar il-ħsara marbuta mal-konsum tal-alkoħol speċjalment lill-konsumaturi żgħażagħ u vulnerabbli, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-Istati Membri, għandha tikkunsidra l-ħtieġa ta’ definizzjoni dwar xorb bħall-“alcopops” immirata speċifikament għaż-żgħażagħ. Il-Kummissjoni għandha wkoll, jekk ikun xieraq, tipproponi rekwiżiti speċifiċi rigward ix-xorb alkoħoliku fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

(41)

Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien attwali dwar is-suġġett tan-nutrizzjoni, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun sempliċi u faċilment komprensibbli. Informazzjoni dwar in-nutrizzjoni parzjalment fil-linja viżiva ewlenija, komunement magħrufa bħala l-“quddiem tal-pakkett” u parzjalment fuq naħa oħra tal-pakkett, pereżempju fuq il-“wara tal-pakkett”, tista' toħloq konfużjoni għall-konsumaturi. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tkun fl-istess linji viżivi. Barra minn hekk, fuq bażi volontarja, l-elementi l-iktar importanti tal-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni jistgħu jkunu ripetuti fil-linja viżiva ewlenija, sabiex il-konsumaturi jiġu megħjuna jaraw faċilment l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel. Għażla libera dwar l-informazzjoni li tista' tkun ripetuta tista' tikkonfondi lill-konsumaturi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema informazzjoni tista' tkun ripetuta.

(42)

Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel jiġu inkoraġġuti jipprovdu fuq bażi volontarja l-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-ikel bħal xorb alkoħoliku u ikel mhux ippakkjat bil-lest li jista' jiġi eżentat mid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, għandha tingħata l-possibbiltà li jiġu ddikjarati biss elementi limitati tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni. Madankollu huwa adatt li tiġi stabbilita b'mod ċar l-informazzjoni li tista' tiġi pprovduta fuq bażi volontarja sabiex ikun evitat li l-konsumatur jiġi żgwidat mill-għażla libera tal-operatur fin-negozju tal-ikel.

(43)

Kien hemm żviluppi reċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100 g, 100 ml jew porzjon, jew fil-preżentazzjoni tiegħu, bl-użu ta’ forom jew simboli grafiċi, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur tal-ikel. Tali forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni jistgħu jgħinu l-konsumaturi jifhmu aħjar id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni. Madankollu, m'hemmx biżżejjed evidenza fl-Unjoni kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża l-forom alternattivi ta’ espressjoni u preżentazzjoni tal-informazzjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li forom differenti ta’ espressjoni u preżentazzjoni jkunu jistgħu jiġu żviluppati abbażi tal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament u li l-Kummissjoni tkun mistiedna tipprepara rapport dwar l-użu ta’ dawk il-forom ta’ espressjoni u preżentazzjoni, l-effett tagħhom fuq is-suq intern u jekk hijiex rakkomandabbli aktar armonizzazzjoni.

(44)

Sabiex jassistu lill-Kummissjoni tipproduċi dak ir-rapport, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti dwar l-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni fis-suq fit-territorju tagħhom. Sabiex jagħmlu hekk, l-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jesiġu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel, li jqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ikel li jkollu forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni, li jinnotifikaw l-awtoritajiet nazzjonali dwar l-użu ta’ tali informazzjoni addizzjonali u tal-ġustifikazzjonijiet rilevanti dwar it-twettiq tar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

(45)

Hu mixtieq li jkun żgurat ċertu livell ta’ konsistenza fl-iżvilupp ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun promoss l-iskambju u l-kondiviżjoni kostanti tal-aħjar prattika u l-esperjenza bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li tiġi promossal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati għal tali skambji.

(46)

Id-dikjarazzjoni fl-istess linji viżivi tal-ammonti ta’ elementi nutrizzjonali u tal-indikaturi komparattivi f'forma li tingħaraf malajr sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-proprjetajiet nutrizzjonali ta’ ikel għandha titqies fit-totalità tagħha bħala parti mid-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni u m'għandhiex tiġi ttrattata bħala grupp ta’ talbiet individwali.

(47)

L-esperjenza turi li f'ħafna każijiet informazzjoni volontarja dwar l-ikel tingħata għad-detriment taċ-ċarezza tal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel. Għalhekk, għandhom jiġu provduti kriterji biex jgħinu lill-operaturi fin-negozju tal-ikel u lill-awtoritajiet tal-infurzar biex joħolqu bilanċ bejn l-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u dik volontarja.

(48)

L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt, skont kondizzjonijiet u ċirkostanzi prattiċi lokali, li jistabbilixxu regoli fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna ikel li mhux ippakkjat bil-lest. Għalkemm f'każijiet bħal dawn it-talba tal-konsumatur għal informazzjoni oħra hi limitata, l-informazzjoni dwar allerġens potenzjali titqies li hi importanti ħafna. L-evidenza tissuġġerixxi li ħafna inċidenti ta’ allerġija għall-ikel jistgħu jiġu kkawżati minn ikel li mhux ippakkjat bil-lest. Għalhekk l-informazzjoni dwar allerġeni potenzjali għandha dejjem tingħata lill-konsumaturi.

(49)

Fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali dment li ma jkunux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni. Dan ir-Regolament m'għandux jipprevjeni l-Istati Membri milli jadottaw miżuri nazzjonali dwar kwistjonijiet li mhumiex speċifikament armonizzati b'dan ir-Regolament. Madankollu, tali miżuri nazzjonali m'għandhomx jipprojbixxu, jimpedixxu jew jillimitaw il-moviment liberu ta’ prodotti li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament.

(50)

Il-konsumaturi tal-Unjoni juru interess li qed jiżdied fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-benesseri tal-annimali fil-ħin tal-qatla, fosthom jekk l-annimal ingħatax xokk tal-elettriku qabel ma nqatel. F'dan ir-rigward, studju dwar l-opportunità li l-konsumaturi jingħataw l-informazzjoni rilevanti dwar l-għoti ta’ xokkijiet tal-elettriku lill-annimali għandu jitqies fil-kuntest ta’ strateġija futura tal-Unjoni għall-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali.

(51)

Ir-regoli tal-informazzjoni dwar l-ikel għandhom ikunu jistgħu jadattaw għal ambjent soċjali, ekonomiku u teknoloġiku li qed jinbidel b'rata mgħaġġla.

(52)

Sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (24).

(53)

Referenzi għad-Direttiva 90/496/KEE fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (25) għandhom jiġu aġġornati biex iqisu dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

(54)

L-aġġornament irregolari u frekwenti tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ikel jistgħu jimponu piżijiet amministrattivi konsiderevoli fuq in-negozji tal-ikel, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Għalqadstant huwa xieraq li jkun żgurat li l-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni fit-twettiq tas-setgħat mogħtija minn dan ir-Regolament japplikaw mill-istess jum fi kwalunkwe sena kalendarja wara perijodu tranżizzjonali adegwat. Għandhom ikunu permessi derogi minn dan il-prinċipju f'każi ta’ urġenza fejn l-għan tal-miżuri kkonċernati huwa l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(55)

Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jadattaw it-tikkettar tal-prodotti tagħhom mar-rekwiżiti l-ġodda introdotti b'dan ir-Regolament, huwa importanti li jkunu previsti perijodi tranżizzjonali adegwati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(56)

Minħabba t-tibdiliet sostanzjali fir-rekwiżiti marbuta mat-tikkettar tan-nutrizzjoni introdotti b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-bidliet fir-rigward tal-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, huwa xieraq li l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu awtorizzati jantiċipaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(57)

Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(58)

Is-setgħa li tadotta atti ddelegati konformement mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta', inter alia, id-disponibbiltà ta’ ċerti partikolaritajiet mandatorji b'mezzi oħra aktar milli fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta, il-lista tal-ikel li mhux meħtieġa jkollhom lista ta’ ingredjenti, l-eżaminar mill-ġdid tal-lista ta’ sustanzi jew prodotti li jikkawżaw l-allerġiji jew intolleranzi, jew il-lista ta’ nutrijenti li jistgħu jiġu ddikjarati fuq bażi volontarja. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura simultanjament, it-trażmissjoni xierqa u f'waqtha tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(59)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta', inter alia, il-modalitajiet ta’ espressjoni ta’ wieħed jew aktar partikolaritajiet permezz ta’ pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri, il-mod li bih tkun indikata d-data ta’ durabbiltà minima, il-mod li bih ikun indikat il-pajjiż tal-oriġini jew post ta’ provenjenza għall-laħam, il-preċiżjoni għall-valuri ddikjarati, jew l-espressjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum tad-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (26),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi biex jiġi assigurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur b'rabta mal-informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis id-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi u l-bżonnijiet tagħhom għal informazzjoni filwaqt li jassigura li s-suq intern jiffunzjona mingħajr xkiel.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b'mod partikolari t-tikkettar dwar l-ikel. Hu jistipula l-mezzi biex ikun garantit id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni u proċeduri għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis il-bżonn li tiġi pprovduta flessibbiltà biżżejjed biex tlaħħaq mal-iżviluppi futuri u rekwiżiti ġodda għal informazzjoni.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel fl-istadji kollha tal-proċess tal-ikel, fejn l-attivitajiet tagħhom jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Hu għandu japplika għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur finali, inkluż l-ikel li jitwassal minn fornituri tal-massa, u l-ikel intiż li jiġi fornut lil fornituri tal-massa.

Dan ir-Regolament għandu japplika għal servizzi tal-catering mogħtija minn impriżi tat-trasport meta t-tluq isir fit-territorji tal-Istati Membri li t-Trattati japplikaw għalihom.

4.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ tikkettar previsti f'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-definizzjonijiet ta’ “ikel”, “liġi dwar l-ikel”, “negozju tal-ikel”, “operatur ta’ negozju tal-ikel”, “bejgħ bl-imnut”, “tqegħid fis-suq” u “konsumatur finali” fl-Artikolu 2 u fil-punti (1), (2), (3), (7), (8) u (18) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b)

id-definizzjonijiet ta’ “ipproċessar”, “prodotti mhux ipproċessati” u “prodotti pproċessati” fil-punti (m), (n) u (o) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (27);

(c)

id-definizzjoni ta’ “enżima tal-ikel” fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel (28);

(d)

id-definizzjonijiet ta’ “addittivi tal-ikel”, “għajnuna għall-ipproċessar” u “aġenti veikoli” fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2), u fil-punt 5 tal-Anness I, tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (29);

(e)

id-definizzjoni ta’ “aromatizzanti” fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (30);

(f)

id-definizzjonijiet ta’ “laħam”“laħam separat mekkanikament”, “preparati tal-laħam”, “prodotti tal-ħut” u “prodotti tal-laħam” fil-punti 1.1, 1.14, 1.15, 3.1 u 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (31);

(g)

id-definizzjoni ta’ “reklamar” fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (32);

2.   Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“informazzjoni dwar l-ikel” tfisser l-informazzjoni li tikkonċerna xi ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur finali permezz ta’ tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezzi oħra inklużi għodod teknoloġiċi moderni jew komunikazzjoni verbali;

(b)

“il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel” tfisser id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b'mod partikolari t-tikkettar, inklużi regoli ta’ natura ġenerali applikabbli għall-ikel kollu f'ċerti ċirkostanzi jew għal ċerti kategoriji ta’ ikel u regoli li japplikaw biss għal ikel speċifiku;

(c)

“informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel” tfisser id-dettalji rekwiżiti li għandhom jiġu provduti lill-konsumatur finali mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni;

(d)

“caterers tal-massa” tfisser kull stabbiliment (inklużi vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel, sptarijiet u impriżi tal-catering li fih, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel biex ikun lest għall-konsum mill-konsumatur aħħari;

(e)

“ikel ippakkjat bil-lest” tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur aħħari u lill-caterers tal-massa, magħmul minn xi ikel u l-pakkett li tpoġġa fih qabel ma tqiegħed għall-bejgħ, sew jekk dak il-pakkett jgħatti l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b'tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett; “ikel ippakkjat bil-lest” ma jkoprix ikel ippakkjat fil-postijiet fejn jinbiegħ fuq talba tal-konsumatur jew ikel ippakkjat bil-lest għall-bejgħ dirett;

(f)

“ingredjent” tfisser kull sustanza jew prodott, inklużi l-aromatizzanti, l-addittivi tal-ikel u l-enżimi tal-ikel, u kull kostitwent ta’ xi ingredjent kompost, użat fil-manifattura jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f'forma mibdula; ir-residwi m'għandhomx jitqiesu bħala “ingredjenti”;

(g)

“post ta’ provenjenza” tfisser kwalunkwe post minn fejn l-ikel hu indikat li ġej, u li mhuwiex il-“pajjiż tal-oriġini” kif determinat taħt l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92; l-isem, l-isem tan-negozju jew l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel fuq it-tikketta m'għandhomx jikkostitwixxu indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament;

(h)

“ingredjent kompost” tfisser ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta’ aktar minn ingredjent wieħed;

(i)

“tikketta” tfisser kull tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv ieħor miktub, stampat, stensiljat, immarkat, ibbuzzat 'il barra jew imprimat fuq il-pakkett jew il-kontenitur tal-ikel, jew mehmuż miegħu;

(j)

“tikkettar” tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma’ xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma’ dak l-ikel jew li jirreferi għalih;

(k)

“linji viżivi” tfisser l-uċuh kollha ta’ pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda;

(l)

“linja viżiva ewlenija” tfisser il-linja viżiva ta’ pakkett li x'aktarx li l-konsumatur jaraha ma l-ewwel daqqa t'għajn meta jixtri l-prodott u li tippermetti lill-konsumatur jidentifika prodott immedjatament fir-rigward tal-karattru jew in-natura tiegħu u, jekk ikun japplika, skont l-isem tad-ditta tiegħu. Jekk pakkett ikollu diversi linji viżivi ewlenin identiċi, il-linja viżiva ewlenija tkun dik magħżula mill-operatur tan-negozju tal-ikel;

(m)

“leġġibbiltà” tfisser l-apparenza fiżika tal-informazzjoni, li permezz tagħha l-informazzjoni tkun aċċessibbli viżivament għall-popolazzjoni ġenerali u li hija determinata minn diversi elementi, inter alia d-daqs tat-tipa, l-ispazju bejn l-ittri, l-ispazju bejn il-linji, il-wisa' tal-ittri, il-kulur tat-tipa, it-tipografija, il-proporzjon bejn il-wisa' u l-għoli tal-ittri, is-superfiċje tal-materjal u l-kuntrast sinifikanti bejn l-ittri stampati u l-isfond;

(n)

“isem ġuridiku” tfisser l-isem ta’ xi ikel preskritt fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli għalih jew, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni bħal dawn, l-isem previst fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih jinbiegħ l-ikel lill-konsumatur finali jew lill-fornituri tal-massa;

(o)

“isem tradizzjonali” tfisser xi isem li hu aċċettat bħala l-isem tal-ikel mill-konsumaturi fl-Istat Membru li fih jinbiegħ, mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar spjegazzjoni dwaru;

(p)

“isem deskrittiv” tfisser xi isem li jipprovdi deskrizzjoni tal-ikel, u jekk hemm bżonn tal-użu tiegħu, li hu ċar biżżejjed biex jgħin lill-konsumaturi jsiru jafu n-natura vera tiegħu u jiddistingwuh minn prodotti oħra li magħhom jista' jiġi mħawwad;

(q)

“ingredjent(i) primarju/i” tfisser l-ingredjent jew ingredjenti tal-ikel li jirrappreżentaw aktar minn 50 % ta’ dak l-ikel jew li normalment ikunu assoċjati mal-isem tal-ikel mill-konsumatur u li fir-rigward tagħhom fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tkun rekwiżita indikazzjoni kwantitattiva;

(r)

“data ta’ durabbiltà minima ta’ xi ikel” tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa' jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun sew;

(s)

“nutrijent” tfisser proteina, karboidrat, xaħam, fibra alimentari, sodju, vitamini u minerali elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament, u sustanzi li jappartjenu lil jew huma komponenti ta’ xi waħda minn dawk il-kategoriji;

(t)

“nanomaterjal maħdum” tfisser kull materjal prodott intenzjonalment li jkollu dimensjoni waħda jew aktar tal-kobor ta’ 100 nm jew anqas jew li jkun magħmul minn partijiet funzjonali diskreti, internament jew fis-superfiċje, li ħafna minnhom ikollhom dimensjoni waħda jew aktar tal-kobor ta’ 100 nm jew anqas, inklużi strutturi, agglomerati jew aggregati, li jista' jkunu akbar minn 100 nm iżda li jżommu l-proprjetajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala.

Proprjetajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala jinkludu:

(i)

dawk marbuta mal-erja tas-superfiċje speċifika kbira tal-materjali kunsidrati; u/jew

(ii)

proprjetajiet fiżikokimiċi speċifiċi li huma differenti minn dawk tan-non-nanoforma tal-istess materjal.

(u)

“mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod” ifisser kull mezz li, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-fornitur u l-konsumatur, jista' jintuża għall-konklużjoni ta’ kuntratt bejn dawk il-partijiet.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament il-pajjiż tal-oriġini ta’ ikel għandu jirriferi għall-oriġini ta’ ikel kif iddeterminata skont l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

4.   Id-definizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR L-INFORMAZZJONI TAL-IKEL

Artikolu 3

Għanijiet ġenerali

1.   Il-forniment tal-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u tal-interessi tagħhom billi jipprovdi bażi għall-konsumaturi finali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u biex jużaw l-ikel b'mod sigur, b'mod partikolari fir-rigward ta’ konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

2.   Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha timmira biex fl-Unjoni jintlaħaq il-moviment liberu tal-ikel magħmul u kummerċjalizzat legalment, billi jitqies, fejn adegwat, il-bżonn li jiġu mħarsal-interessi leġittimi tal-produtturi u biex issir promozzjoni tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità.

3.   Fejn il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandu jingħata perijodu tranżizzjonali wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, ħlief f'każijiet ġustifikati kif xieraq. Matul tali perijodu tranżizzjonali l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta’ dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perijodu ta’ tranżizzjoni jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

4.   Għandha titwettaq konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti, inkluż mal-partijiet interessati, direttament jew permezz ta’ korpi rappreżentattivi, matul it-tħejjija, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni tal-liġi rigward l-informazzjoni dwar l-ikel, ħlief meta l-urġenza tal-kwistjoni ma tippermettihiex.

Artikolu 4

Prinċipji li jirregolaw l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.   Fejn l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hi meħtieġa bil-liġi dwar l-informazzjoni tal-ikel, din għandha tikkonċerna informazzjoni li taqa', b'mod partikolari, f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kontenut jew karatteristiċi oħra tal-ikel;

(b)

informazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u l-użu sigur ta’ xi ikel. B'mod partikolari, din għandha tikkonċerna informazzjoni dwar:

(i)

kwalitajiet kompożizzjonali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal saħħet ċerti gruppi ta’ konsumaturi;

(ii)

durabbiltà, ħżin u użu sigur;

(iii)

l-impatt fuq is-saħħa, inklużi r-riskji u l-konsegwenzi marbuta mal-konsum dannuż u perikoluż ta’ xi ikel;

(c)

informazzjoni dwar il-karatteristiċi nutrizzjonali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu, anke dawk b'rekwiżiti speċjali tad-dieta, jagħmlu għażliet infurmati.

2.   Meta jitqies il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, għandu jittieħed kont tal-bżonn frekwenti min-naħa tal-maġġoranza tal-konsumaturi għal ċerta informazzjoni li tkun ta’ valur sinifikanti għalihom jew ta’ kull benefiċċju ġeneralment aċċettat għall-konsumatur.

Artikolu 5

Konsultazzjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel

Kwalunkwe miżura tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi dwar l-informazzjoni tal-ikel probabbilment li x'aktarx ikollha effett fuq is-saħħa pubblika għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (“l-Awtorità”).

KAPITOLU III

REKWIŻITI ĠENERALI GĦAL INFORMAZZJONI DWAR L-IKEL U R-RESPONSABBILTAJIET TAL-OPERATURI TAN-NEGOZJI TAL-IKEL

Artikolu 6

Rekwiżit bażiku

Kull ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur finali jew lil fornituri tal-massa għandu jkollu miegħu l-informazzjoni dwar l-ikel skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Prassi ġusta dwar l-informazzjoni

1.   L-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhiex tiżgwida, b'mod partikolari:

(a)

fir-rigward tal-karatteristiċi tal-ikel u, b'mod partikolari, fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabbiltà, il-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

(b)

billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;

(c)

billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi, b'mod partikolari billi tenfasizza speċifikament il-preżenza jew in-nuqqas ta’ ċerti ingredjenti u/jew nutrijenti;

(d)

billi permezz tal-apparenza, id-deskrizzjoni jew ir-rappreżentazzjonijiet bl-istampi, tiġi ssuġġerita l-preżenza ta’ ikel jew ta’ ingredjent partikolari, filwaqt li fir-realtà xi komponent preżenti b'mod naturali jew ingredjent normalment użat f'dak l-ikel ikun ġie sostitwit b'komponent differenti jew ingredjent differenti.

2.   L-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun preċiża, ċara u faċilment komprensibbli għall-konsumatur.

3.   Suġġett għal derogi previsti mil-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirriferi għal dawk il-karatteristiċi.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal:

(a)

reklamar;

(b)

il-preżentazzjoni ta’ ikel b'mod partikolari l-forma tiegħu, l-apparenza jew l-ippakkjar, il-materjal tal-ippakkjar użat, il-mod li bih hu rranġat u l-ambjent li fih jiġi esebit.

Artikolu 8

Responsabbiltajiet

1.   L-operatur fin-negozju tal-ikel responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandu jkun l-operatur li taħt ismu jew taħt isem in-negozju tiegħu l-ikel jiġi kkummerċjalizzat jew, jekk dak l-operatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-importatur fis-suq tal-Unjoni.

2.   L-operatur fin-negozju tal-ikel responsabbli għall-informazzjoni tal-ikel għandu jiżgura l-preżenza tal-informazzjoni dwar l-ikel u li din tkun preċiża skont il-liġi tal-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel u r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti.

3.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhomx ifornu ikel li jafu jew jippreżumu, abbażi tal-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali, li ma jikkonformax mal-liġi tal-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel u mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti.

4.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel, fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, m'għandhomx jimmodifikaw l-informazzjoni li jkun hemm ma’ xi ikel jekk dik il-modifika tiżgwida lill-konsumatur finali jew inkella b'xi mod ieħor tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-possibbiltajiet għall-konsumatur finali li jagħmel għażliet informati. L-operaturi tan-negozji tal-ikel huma responsabbli għal kwalunkwe bidla li jagħmlu fl-informazzjoni dwar l-ikel li jkun hemm ma’ xi ikel.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 4, l-operaturi tan-negozji tal-ikel, fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jassiguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li jkunu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti.

6.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest maħsub għall-konsumatur finali jew għall-forniment lil fornituri tal-massa għandha tiġi trażmessa lill-operatur tan-negozju tal-ikel li jirċievi l-ikel sabiex tippermetti, meta jkun meħtieġ, l-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel lill-konsumatur finali.

7.   Fil-każijiet li ġejjin, l-operaturi tan-negozji tal-ikel, fil-qafas tan-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jiżguraw li d-dettalji obbligatorji meħtieġa taħt l-Artikoli 9 u 10 għandhom jidhru fuq il-pakkett ippakkjat bil-lest jew tikketta mwaħħla miegħu, jew fuq id-dokumenti kummerċjali li jirriferu għall-ikel fejn jista' jkun garantit li dawk id-dokumenti jew jiġu mal-ikel li jirriferu għalih jew ikunu ntbagħtu qabel jew fl-istess ħin tal-wasla:

(a)

fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż għall-konsumatur finali iżda kummerċjalizzat fi stadju qabel il-bejgħ lill-konsumatur finali u fejn il-bejgħ lil xi fornitur tal-massa mhux involut f'dak l-istadju;

(b)

fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż li jiġi fornut lill-fornituri tal-massa biex jiġi ppreparat, ipproċessat, maqsum jew imqatta'.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li d-dettalji msemmija fil-punti (a), (f), (g) u (h) tal-Artikolu 9(1) jidhru wkoll fuq il-pakkett ta’ barra li fih jiġi preżentat l-ikel ippakkjat bil-lest għall-bejgħ.

8.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jfornu ikel lil operaturi oħrajn tan-negozji tal-ikel li mhuwiex maħsub għall-konsumatur finali jew għall-fornituri tal-massa għandhom jiżguraw li dawk l-operaturi oħrajn tan-negozji tal-ikel jiġu pprovduti b'informazzjoni suffiċjenti li tippermettilhom, fejn ikun il-każ, li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 2.

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI OBBLIGATORJA DWAR L-IKEL

TAQSIMA 1

Kontenut u preżentazzjoni

Artikolu 9

Lista ta’ dettalji obbligatorji

1.   Konformement mal-Artikoli 10 sa 35 u skont l-eċċezzjonijiet li hemm f'dan il-Kapitolu, hija obbligatorja l-indikazzjoni tad-dettalji li ġejjin:

(a)

l-isem tal-ikel;

(b)

il-lista ta’ ingredjenti;

(c)

kwalunkwe ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar elenkata fl-Anness II jew li ġejja minn sustanza jew prodott elenkat fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi użat fil-produzzjoni jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f'forma mibdula.

(d)

il-kwantità ta’ ċerti ingredjenti jew kategoriji ta’ ingredjenti;

(e)

il-kwantità netta tal-ikel;

(f)

id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew id-data “uża sa”;

(g)

kwalunkwe kondizzjoni speċjali tal-ħżin u/jew kondizzjoni tal-użu;

(h)

l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur fin-negozju tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 8(1);

(i)

il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza meta previst fl-Artikolu 26;

(j)

istruzzjonijiet dwar l-użu fejn ikun diffiċli li l-ikel jintuża kif suppost mingħajr dawk l-istruzzjonijiet;

(k)

fir-rigward ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol, is-saħħa alkoħolika proprja skont il-volum;

(l)

dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni.

2.   Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri. Bla ħsara għall-Artikolu 35, jistgħu jiġu espressi wkoll permezz ta’ piTtogrammi jew simboli.

3.   Fejn il-Kummissjoni tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni li hemm referenza għalihom f'dan l-Artikolu, id-dettalji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, jistgħu alternattivament jiġu espressi permezz ta’ pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri.

Sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jibbenefika minn mezzi oħra ta’ espressjoni tal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel apparti l-kliem u n-numri, u sakemm ikun żgurat l-istess livell ta’ informazzjon bħal fil-każ tal-kliem u n-numri, il-Kummissjoni b'kont meħud tal-evidenza dwar il-fehim uniformi tal-konsumatur, tista' tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati, skont l-Artikolu 51, il-kriterji li permezz tagħhom dettall wieħed jew diversi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 jista' jiġi espress permezz ta’ pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri.

4.   Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-kriterji ddefiniti skont il-paragrafu 3 biex jesprimu ċertu dettall jew dettalji permezz ta’ pittogrami jew simboli minflok kliem jew numri. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 10

Dettalji oħra obbligatorji għal tipi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel

1.   Minbarra d-dettalji elenkati fl-Artikolu 9(1), dettalji oħra obbligatorji għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel huma stipulati fl-Anness III.

2.   Sabiex tkun żgurata l-informazzjoni lill-konsumatur fir-rigward ta’ tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel u biex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi jew l-użu sikur tal-ikel, il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51.

Meta, fil-każ li jiżviluppa riskju għas-saħħa tal-konsumaturi, ikunu jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 52 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Piżijiet u miżuri

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri.

Artikolu 12

Disponibbiltà u tnedija ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.   Għandu jkun hemm informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u għandha tkun faċilment aċċessibbli, konformement ma’ dan ir-Regolament, għall-ikel kollu.

2.   Fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu.

3.   Sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw minn mezzi oħra ta’ għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel aktar adattati għal ċerti dettalji obbligatorji, u sakemm ikun żgurat l-istess livell ta’ informazzjoni li jingħata permezz tal-pakkett jew tikketta, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-evidenza dwar il-fehim uniformi tal-konsumatur u tal-użu mifrux ta’ dawn il-mezzi mill-konsumaturi, tista' tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, il-kriterji li jippermettu li ċerti dettalji obbligatorji jkunu jistgħu jiġu espressi b'mezzi oħra barra dawk ta’ fuq il-pakkett jew fuq it-tabella.

4.   Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jesprimu ċerti dettalji obbligatorji b'mezzi oħra apparti dawk ta’ fuq il-pakkett jew tikketta. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

5.   Fil-każ ta’ ikel li mhux ippakkjat bil-lest, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44.

Artikolu 13

Preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji

1.   Mingħajr ħsara għall-miżuri nazzjonali adottati taħt l-Artikolu 44(2), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f'post li jidher b'tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn adegwat, ma titħassarx. M'għandhiex tkun bl-ebda mod moħbija, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal ieħor li jintervjeni.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari, meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta b'mod li jiżgura leġibilità ċara, f'ittri li jużaw qies ta’ tipa fejn l-għoli-x, kif definit fl-Anness IV, ikun ugwali jew iktar minn 1,2 mm.

3.   F'każ ta’ imballaġġ jew kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 80 cm2, id-daqs tal-għoli-x tat-tipa msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ugwali għal jew ikbar minn 0,9 mm.

4.   Għall-fini li jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 51, tistabbilixxi r-regoli għal-leġġibbiltà.

Għall-istess fini imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, testendi r-rekwiżiti taħt il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dettalji obbligatorji addizzjonali għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel.

5.   Id-dettalji elenkati fil-punti (a), (e) u (k) tal-Artikolu 9(1) għandhom jidhru fl-istess linji viżivi.

6.   Il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu m'għandux japplika fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 16(1) u (2).

Artikolu 14

Bejgħ mill-bogħod

1.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 9, fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest imqiegħed għall-bejgħ permezz ta’ komunikuzzjoni mill-bogħod:

(a)

l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, minbarra d-dettalji previsti fil-punt (f) tal-Artikolu 9(1), għandha tkun disponibbli qabel ma jiġi konkluż ix-xiri u għanda tidher fuq il-materjal li jappoġġa l-bejgħ mill-bogħod jew tingħata b'mezzi oħrajn adattati li jkunu identifikati b'mod ċar mill-operatur fin-negozju tal-ikel. Fejn jintużaw mezzi adegwati oħrajn, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tingħata mingħajr li l-operatur fin-negozju tal-ikel jesiġi mill-konsumaturi xi spejjeż supplimentari;

(b)

id-dettalji obbligatorji kollha għandhom ikunu disponibbli fil-mument tal-kunsinna.

2.   Fil-każ ta’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għal bejgħ b'mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, id-dettallji meħtieġa taħt l-Artikolu 44 għandhom isiru disponibbli skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-punt (a) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika għal ikel offrut għall-bejgħ permezz ta’ magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat.

Artikolu 15

Rekwiżiti lingwistiċi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(3), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher f'lingwa mifhuma faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.

2.   Fit-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b'waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx iżommu milli d-dettalji jiġu indikati b'diversi lingwi.

Artikolu 16

Ommissjoni ta’ ċerti dettalji obbligatorji

1.   Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b'mod li ma jitħassrux u li għalhekk m'għandhomx tikketta, ċirku jew għonq, id-dettalji obbligatorji elenkati fil-punti (a), (c), (e), (f) u (l) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji.

2.   Fil-każ ta’ ppakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fih êrja ta’ inqas minn 10 cm2 d-dettalji elenkati fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Id-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) għandhom jiġu pprovduti b'mezzi oħra jew għandhom isiru disponibbli fuq talba tal-konsumatur.

3.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-Unjoni li tirrikjedi dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 9(1) m'għandhiex tkun obbligatorja għall-ikel elenkat fl-Anness V.

4.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni li jirrikjedu lista ta’ ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dettalji msemmijin fil-punti (b) u (l) tal-Artikolu 9(1) m'għandhomx ikunu obbligatorji għal xorb li fih aktar minn 1,2 % b'volum ta’ alkoħol.

Sat-13 ta’ Diċembru 2014, l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 30(1) għall-prodotti msemmijin f'dan il-paragrafu, u li jindirizza jekk xi kategorjiji ta’ xorb alkoħoliku għandhomx fil-futur jiġu koperti, b'mod partikolari, permezz tar-rekwiżit li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza ma’ linji politiċi rilevanti oħra tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tipproponi definizzjoni ta’ “alcopops”.

Il-Kummissjoni għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, li tiddetermina r-regoli għal lista tal-ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni ta’ dawn il-prodotti.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet dettaljati dwar dettalji obbligatorji

Artikolu 17

Isem tal-ikel

1.   L-isem tal-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel.

2.   Għandu jitħalla jintuża fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar l-isem tal-ikel li bih il-prodott jiġi fabbrikat u kummerċjalizzat legalment fl-Istat Membru tal-produzzjoni. Minkejja dan, fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 9, ma jippermettux lill-konsumaturi fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar biex isiru jafu n-natura vera tal-ikel u biex jiddistingwuh mill-ikel li miegħu jista' jiġi mfixkel, l-isem tal-ikel għandu jkollu miegħu informazzjoni oħra deskrittiva li għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

3.   F'każijiet eċċezzjonali, l-isem tal-ikel fl-Istat Membru tal-produzzjoni m'għandux jintuża fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni meta l-ikel li huwa jsemmi fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni jkun tant differenti, fir-rigward tal-kompożizzjoni jew il-fabbrikazzjoni tiegħu, mill-ikel magħruf taħt dak l-isem fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni li l-paragrafu 2 ma jkunx biżżejjed biex jiżgura, fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni, informazzjoni korretta għall-konsumaturi.

4.   L-isem tal-ikel m'għandux jiġi sostitwit b'isem li jkun protett bħala proprjetà intelletwali, isem tad-ditta jew isem ornamentali.

5.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-isem tal-ikel u d-dettalji li għandhom jakkumpanjawh huma stabbiliti fl-Anness VI.

Artikolu 18

Lista ta’ ingredjenti

1.   Il-lista ta’ ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma “ingredjenti”. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha tal-ikel, f'ordni li tonqos skont l-użin, kif innotati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni tal-ikel.

2.   L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 17 u fl-Anness VI.

3.   L-ingredjenti kollha preżenti fil-forma ta’ nanomaterjali maħdumin għandhom ikunu indikati b'mod ċar fil-lista tal-ingredjenti. L-isem ta’ tali ingredjenti għandu jkun segwit mill-kelma “nano” f'parentesi.

4.   Ir-regoli tekniċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu huma stipulati fl-Anness VII.

5.   Għall-finijiet li jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 51, taġġusta u tadatta d-definizzjoni ta’ nanomaterjali maħduma msemmija f'punt (t) tal-Artikolu 2(2) għall-progress tekniku jew xjentifiku jew għal definizzjonijiet miftiehma f'livell internazzjonali.

Artikolu 19

Ommissjoni tal-lista ta’ ingredjenti

1.   L-ikel li ġej m'għandux ikun meħtieġ li jkollu lista ta’ ingredjenti:

(a)

frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, ma tqattgħetx jew ġiet trattatta b'mod simili;

(b)

ilma karbonat, liema deskrizzjoni tiegħu tindika li ġie karbonat;

(c)

ħall tal-fermentazzjoni mnissel esklussivament minn prodott bażiku wieħed, dejjem jekk l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud miegħu;

(d)

ġobon, butir, ħalib u krema fermentata, li l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud magħhom minbarra prodotti tal-ħalib, enżimi tal-ikel u kulturi tal-mikro-organiżmi essenzjali għall-fabbrikazzjoni, jew fil-każ tal-ġobon minbarra ġobon frisk u ġobon ipproċessat il-melħ meħtieġ għall-fabbrikazzjoni tiegħu;

(e)

ikel magħmul minn ingredjent wieħed, fejn:

(i)

l-isem tal-ikel hu identiku għall-isem tal-ingredjent; jew

(ii)

l-isem tal-ikel jgħin biex tkun identifikata sew in-natura tal-ingredjent.

2.   Sabiex jittieħed kont tar-rilevanza għall-konsumatur ta’ lista ta’ ingredjenti fir-rigward ta’ tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, il-Kummissjoni tista', f'każi eċċezzjonali, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm l-ommissjonijiet ma jirriżultawx li ma jkunux infurmati biżżejjed il-konsumatur finali jew il-fornituri tal-massa.

Artikolu 20

Ommissjoni ta’ kostitwenti ta’ ikel mil-lista ta’ ingredjenti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-kostitwenti li ġejjin ta’ xi ikel m'għandhomx ikunu meħtieġa li jiġu inklużi fil-lista ta’ ingredjenti:

(a)

il-kostitwenti tal-ingredjenti li ġew temporanjament separati waqt il-proċess ta’ manifattura u iktar tard introdotti mill-ġdid iżda mhux fl-eċċess tal-proporzjonijiet oriġinali tagħhom;

(b)

addittivi tal-ikel u enżimi tal-ikel:

(i)

li jinsabu biss f'xi ikel partikolari minħabba l-fatt li kienu jinsabu f'xi ingredjent jew ingredjenti ta’ dak l-ikel, f'konformità mal-prinċipju ta’ trasferiment imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, dejjem jekk m'għandhomx xi funzjoni teknoloġika fil-prodott lest; jew

(ii)

li jintużaw bħala għajnuniet fl-ipproċessar;

(c)

aġenti veikoli u sustanzi li mhumiex addittivi tal-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-aġenti veikoli, u li jintużaw fil-kwantitajiet strettament neċessarji;

(d)

sustanzi li mhumiex addittivi tal-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-għajnuniet għall-ipproċessar u xorta għadhom jinsabu fil-prodott lest, anki jekk f'forma mibdula;

(e)

ilma:

(i)

fejn l-ilma huwa użat waqt il-proċess ta’ manifattura unikument għar-rikostituzzjoni ta’ ingredjent użat f'forma kkonċentrata jew imnixxfa; jew

(ii)

fil-każ ta’ mezz likwidu li mhux normalment ikkonsmat.

Artikolu 21

Tikkettar ta’ ċerti sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati taħt l-Artikolu 44(2), id-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

dawn għandhom ikunu indikati fil-lista tal-ingredjenti f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 18(1), b'referenza ċara għall-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II; u

(b)

l-isem tas-sustanza jew prodott kif elenkat fl-Anness II għandu jiġi enfasizzat permezz ta’ tipa li tiddistingwihom b'mod ċar mill-bqija tal-lista tal-ingredjenti, pereżempju permezz tat-tipa, l-istil jew il-kulur tal-isfond.

Fin-nuqqas ta’ lista tal-ingredjenti, l-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandha tinkludi l-kelma “fihom” li ssegwi bl-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II.

Fejn diversi ingredjenti jew għajnuniet għall-ipproċessar ta’ xi ikel joriġinaw minn sustanza jew prodott uniku elenkat fl-Anness II, it-tikkettar għandu jagħmilha ċara għal kull ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar ikkonċernata.

L-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) m'għandhiex tkun meħtieġa f'każijiet fejn l-isem tal-ikel jirreferi b'mod ċar għas-sustanza jew għall-prodott kkonċernat.

2.   Sabiex tkun żgurata informazzjoni aħjar lill-konsumaturi u biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u l-għarfien tekniku l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b'mod sistematiku u, meta jkun meħtieġ, taġġorna l-lista fl-Anness II permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51.

Meta, fil-każ li jiżviluppa riskju għas-saħħa tal-konsumaturi, ikunu jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 52 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 22

Indikazzjoni kwantitattiva tal-ingredjenti

1.   L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti użati fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel għandha tkun meħtieġa fejn l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati:

(a)

jidhru fl-isem tal-ikel jew normalment ikunu assoċjati ma’ dak l-isem mill-konsumaturi;

(b)

ikunu enfasizzati fuq it-tikkettar bi kliem, stampi jew grafika; jew

(c)

ikunu essenzjali biex jikkaratterizzaw xi ikel u jiddistingwuh mill-prodotti li magħhom jista' jiġi mfixkel minħabba ismu jew id-dehra tiegħu.

2.   Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni kwantitattiva mhix se tkun meħtieġa fil-każ ta’ ċerti ingredjenti, huma stipulati fl-Anness VIII.

Artikolu 23

Kwantità netta

1.   Il-kwantità netta tal-ikel għandha tiġi espressa bl-użu ta’ litri, ċentilitri, millilitri, kilogrammi jew grammi, kif ikun il-każ:

(a)

f'unitajiet ta’ volum fil-każ ta’ prodotti likwidi;

(b)

f'unitajiet ta’ massa fil-każ ta’ prodotti oħra.

2.   Sabiex ikun żgurat fehim aħjar mill-konsumatur tal-informazzjoni dwar l-ikel fuq it-tikketta, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi għal ċertu ikel speċifikat, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, metodu differenti ta’ espressjoni tal-kwalità netta minn dak stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Ir-regoli tekniċi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, inklużi każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni tal-kwantità netta m'għandhiex tkun meħtieġa, huma stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 24

Data minima ta’ durabbiltà, data “uża sa” u d-data tal-iffriżar

1.   Fil-każ ta’ ikel li, minn punt di vista mikrobijoloġiku, imur malajr ħafna u għalhekk wara perijodu taż-żmien qasir x'aktarx jista' jkun ta’ periklu imminenti għal saħħet il-bniedem, id-data ta’ kemm iservi l-inqas għandha tinbidel bid-data “uża sa”. Wara d-data sa meta għandu jintuża, l-ikel għandu jitqies li ma jkunx sikur fit-tifsira tal-Artikolu 14(2) sa (5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.   Id-data adatta għandha tiġi espressa skont l-Anness X.

3.   Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi fil-mod li bih tkun indikata d-data ta’ durabbiltà minima msemmija fil-punt 1(c) tal-Anness X, il-Kummissjoni tista' tadotta, atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli f'dan ir-rigward. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 25

Kondizzjonijiet tal-ħżin jew kondizzjonijiet tal-użu

1.   F'każijiet ta’ ikel li jirrikjedi kondizzjonijiet speċjali tal-ħżin u/jew kondizzjoni tal-użu, dawnil-kondizzjonijiet għandhom jiġu indikati.

2.   Biex jippermettu l-ħżin jew użu xieraq tal-ikel wara l-ftuħ tal-pakkett, il-kondizzjonijiet tal-ħżin u/jew il-limitu taż-żmien għall-konsum għandu jiġi indikat, fejn ikun xieraq.

Artikolu 26

Pajjiż tal-oriġini jew post ta’ provenjenza

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (33) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (34).

2.   Indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għandu jkun obbligatorju:

(a)

fejn in-nuqqas ta’ din l-indikazzjoni jista' jiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż veru tal-oriġini jew il-post veru ta’ provenjenza tal-ikel, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm mal-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' b'xi mod ieħor timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti tal-oriġini jew post differenti ta’ provenjenza;

(b)

għal-laħam, li jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) elenkati fl-Anness XI. L-applikazzjoni ta’ dan il-punt għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 8.

3.   Fejn jingħata l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel u fejn dan ma jkunx l-istess bħal dak tal-ingredjent primarju tiegħu:

(a)

il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju kkonċernat għandu jingħata wkoll; jew

(b)

il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju għandu jiġi indikat bħala differenti minn dak tal-ikel.

L-applikazzjoni ta dan il-paragrafu għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 8.

4.   Sa ħames snin mid-data tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tiġi evalwata l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għall-prodotti msemmijin f'dak il-punt.

5.   Sat-13 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għall-ikel li ġej:

(a)

tipi oħra ta’ laħam barra ċ-ċanga u barra dawk imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(b)

ħalib;

(c)

ħalib użat bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib;

(d)

ikel mhux ipproċessat;

(e)

prodotti b'ingredjent uniku;

(f)

ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-ikel.

6.   Sat-13 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għal-laħam użat bħala ingredjent.

7.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa għall-konsumaturi li jkunu informati, tal-fattibbiltà li tingħata l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza u analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ tali miżuri, inklużi l-impatt legali fuq is-suq intern u l-impatt fuq il-kummerċ internazzjonali.

Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dawk ir-rapporti bi proposti biex jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

8.   Sat-13 ta’ Diċembru 2013 wara li jkunu saru l-valutazzjonijiet tal-impatt, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

9.   Fil-każ tal-ikel imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2, f'punt (a) tal-paragrafu 5 u fil-paragrafu 6, ir-rapporti u l-valutazzjonijiet tal-impatt fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom iqisu, inter alia, l-għażliet għall-modalitajiet tal-espressjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew post ta’ provenjenza ta’ dak l-ikel, b'mod partikolari fir-rigward ta’ kull wieħed mill-punti determinanti li ġejjin fil-ħajja tal-annimal:

(a)

il-post tat-twelid;

(b)

il-post tat-trobbija;

(c)

il-post tal-qtil.

Artikolu 27

Istruzzjonijiet għall-użu

1.   L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b'tali mod li jippermettu l-użu korrett tal-ikel.

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 għal ċertu ikel. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 28

Qawwa alkoħolika

1.   Ir-regoli dwar l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika bil-volum għandhom, fil-każ ta’ prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2204, ikunu dawk stabbiliti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabli għal dawn il-prodotti.

2.   Is-saħħa alkoħolika proprja skont il-volum tax-xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol barra dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi indikata skont l-Anness XII.

TAQSIMA 3

Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

Artikolu 29

Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra

1.   Din it-Taqsima m'għandhiex tapplika għall-ikel fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li ġejja:

(a)

id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (35);

(b)

id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (36).

2.   Din it-Taqsima għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (37) u Direttivi speċifiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 30

Kontenut

1.   Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

il-valur enerġetiku; u

(b)

l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati, zokkor, proteini u melħ.

Fejn ikun il-każ, dikjarazzjoni li tindika li l-kontenut tal-melħ huwa esklużivament minħabba l-preżenza ta’ sodju li jittrabba b'mod naturali tista' tidher qrib ħafna tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

2.   Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni obbligatorja msemmija fil-paragrafu 1 jista' jkun issupplimentat b'indikazzjoni tal-ammonti ta’ wieħed minn dan li ġej jew aktar:

(a)

mono-insaturati;

(b)

poli-insaturati;

(c)

polioli;

(d)

lamtu;

(e)

fibra alimentari;

(f)

kwalunkwe vitamina jew mineral elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII, u li jkunu preżenti f'ammonti sinifikanti kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII.

3.   Fejn it-tikkettar ta’ ikel ippakkjat bil-lest jipprevedi d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja tista' tiġi ripetuta fiha:

(a)

il-valur enerġetiku; jew

(b)

il-valur enerġetiku flimkien mal-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor u melħ.

4.   B'deroga mill-Artikolu 36(1), fejn it-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 16(4) jipprevedi dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni jista' jkun limitat biss għall-valur enerġetiku.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44 u b'deroga mill-Artikolu 36(1), fejn it-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 44(1) jipprovdi dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni jista' jkun limitat biss għal:

(a)

il-valur enerġetiku; jew

(b)

il-valur enerġetiku flimkien mal-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor u melħ.

6.   Sabiex jittieħed kont tar-rilevanza tal-partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-informazzjoni tal-konsumaturi, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, temenda l-listi fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, billi żżid jew tneħħi d-dettalji.

7.   Sat-13 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni, wara li tkun qieset l-evidenza xjentifika u l-esperjenza akkwistata fl-Istati Membri, għandha tissottometti rapport dwar il-preżenza ta’ xaħmijiet trans fl-ikel u fid-dieta ġenerali tal-popolazzjoni tal-Unjoni. L-għan tar-rapport għandu jkun li jivvaluta l-impatt ta’ mezzi xierqa li jkunu jistgħu jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet aħjar rigward ikel tajjeb għas-saħħa u d-dieta b'mod ġenerali jew li jkunu jistgħu jippromwovu l-produzzjoni ta’ ikel aktar tajjeb għas-saħħa offrut lill-konsumaturi, inklużi, fost oħrajn, l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi dwar xaħmijiet trans, jew restrizzjonijiet fuq l-użi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha takkumpanja dan ir-rapport bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq.

Artikolu 31

Kalkolu

1.   Il-valur enerġetiku għandu jiġi kkalkulat permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni elenkati fl-Anness XIV.

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, fatturi ta’ konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 ta’ Parti A tal-Anness XIII, sabiex ikun ikkalkulat il-kontenut ta’ dawn il-vitamini u minerali fl-ikel b'mod aktar preċiż. Dawk il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom jiżdiedu fl-Anness XIV.

3.   Il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 30(1) sa (5) għandhom ikunu dawk tal-ikel kif jinbiegħ.

Fejn adegwat, l-informazzjoni tista' tkun marbuta mal-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw istruzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta mal-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.

4.   Il-valuri ddikjarati għandhom, skont il-każ individwali, ikunu l-valuri medji bbażati fuq:

(a)

l-analiżi tal-ikel magħmula mill-fabbrikant;

(b)

kalkolu mill-valuri magħrufa jew medja attwali tal-ingredjenti użati; jew

(c)

kalkolu minn data ġeneralment stabbilita u aċċettata.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati bħalma huma d-differenzi bejn il-valuri ddikjarati u dawk stabbiliti matul verifiki uffiċjali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 32

Espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml

1.   Il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) għandhom ikunu espressi bl-użu tal-unitajiet tal-kejl elenkati fl-Anness XV.

2.   Il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) għandhom ikunu espressi għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

3.   Fejn prevista, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha, minbarra l-forma ta’ espressjoni msemmija fil-paragrafu 2, tiġi espressa bħala perċentwal tal-konsum referenzjali imsemmi fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII b'rabta għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

4.   Minbarra l-forma ta’ espressjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 30(1), (3), (4) u (5) jista' jiġi espress, kif adatt, bħala perċentwal tal-konsum referenzjali imsemmi fil-Parti B tal-Anness XIII relattivament għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

5.   Fejn ikunu pprovduti l-indikazzjonijiet skont paragrafu 4, id-dikjarazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi indikata qrib: “Il-konsum ta’ referenza ta’ adult medju (8 400 kJ/2 000 kcal)”.

Artikolu 33

Espressjoni abbażi ta’ kull porzjon jew kull unità ta’ konsum

1.   Fil-każijiet li ġejjin, il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) jistgħu jkunu espressi għal kull porzjon u/jew għal kull unità ta’ konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumaturi, sakemm il-porzjon jew l-unità tkun kwantifikata fit-tikketta u li l-għadd ta’ porzjonijiet jew unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun imsemmi:

(a)

barra mill-forma ta’ espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 32(2);

(b)

barra mill-forma ta’ espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 32(3) rigward l-ammonti ta’ vitamini u minerali;

(c)

barra mill-forma ta’ espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 32(4).

2.   B'deroga mill-Artikolu 32(2), fil-każijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 30(3) l-ammont ta’ nutrijenti u/jew il-perċentwal tal-konsum referenzjali stabbilit fil-Parti B tal-Anness XIII jistgħu jkunu espressi abbażi ta’ unità għal kull porzjoni jew għal kull unità tal-konsum biss.

Meta l-ammonti tan-nutrijenti jkunu espressi fuq il-bażi ta’ kull porzjon jew ta’ kull unità ta’ konsum biss skont l-ewwel subparagrafu, il-valur enerġetiku għandu jiġi espress għal kull 100 g jew għal kull 100 ml u fuq il-bażi ta’ kull porzjon jew ta’ kull unità tal-konsum.

3.   B'deroga mill-Artikolu 32(2), fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 30(5) il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti u/jew il-perċentwal tal-konsum ta’ referenza stabbilit fil-Parti B tal-Anness XIII jistgħu jkunu espressi abbażi ta’ unità għal kull porzjoni jew għal kull konsum biss.

4.   Il-porzjon jew l-unità użati għandhom ikunu indikati fil-qrib ferm tad-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni.

5.   Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-espressjoni tad-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum biex tkun pprovduta bażi uniformi ta’ tqabbil għall-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tal-imġieba tal-konsum attwali tal-konsumaturi kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta, tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dwar l-espressjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum għal kategoriji speċifiki ta’ ikel. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 34

Preżentazzjoni

1.   Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 30(1) u (2) għandhom ikunu inklużi fl-istess linji viżivi. Huma għandhom jiġu ppreżentati flimkien f'format ċar u, fejn ikun il-każ, fl-ordni tal-preżentazzjoni prevista fl-Anness XV.

2.   Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 30(1) u (2) għandhom ikunu ppreżentati, jekk l-ispazju jippermetti, f'format tabulari bin-numri allinjati. Jekk ma jkunx hemm spazju, id-dikjarazzjoni għandha tidher f'format lineari.

3.   Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 30(3) għandhom ikunu ppreżentati:

(a)

fil-linja viżiva ewlenija; u

(b)

bl-użu ta’ daqs tat-tipa skont l-Artikolu 13(2).

Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 30(3) jistgħu jkunu ppreżentati f'format differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 30(4) u (5) jistgħu jkunu ppreżentati f'format differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   F'każijiet fejn il-valur enerġetiku jew l-ammont ta’ jew nutrijent(i) fi prodott huma negliġibbli, l-informazzjoni dwar dawk l-elementi tista' tiġi sostitwita bi stqarrija bħal “Fih ammonti negliġibbli ta' …” u għandhom ikunu indikati qrib sew tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta preżenti.

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista', tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni dwar il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) li jisgħu jitqiesu bħala negliġibbli. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 48(2).

6.   Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi fil-mod li bih tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni skont il-formats imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni f'dan ir-rigward. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 35

Forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni

1.   Barra l-forom ta’ espressjoni msemmijin fl-Artikolu 32(2) u (4) u fl-Artikolu 33 u barra l-preżentazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2), il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 30(1) sa (5) jistgħu jingħataw f'xi forom oħra ta’ espressjoni u/jew jiġu ppreżentati bl-użu ta’ forom jew simboli grafiċi barra kliem jew numri, sakemm ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

huma bbażati fuq riċerka tal-konsumatur serja u xjentifikament valida u ma jiżgwidawx lill-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(b)

l-iżvilupp tagħhom ikun ir-riżultat ta’ konsultazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ partijiet interessati;

(c)

huma għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-mod kif il-konsumatur jifhem il-kontribut jew l-importanza tal-ikel fir-rigward tal-enerġija u kontenut ta’ nutrijent ta’ xi dieta;

(d)

dawn jiġu appoġġati b'evidenza xjentifikament valida dwar kemm il-konsumatur medju jifhem dawn il-forom ta’ espressjoni jew preżentazzjoni;

(e)

fil-każ ta’ forom oħra ta’ espressjoni, dawn ikunu bbażati jew fuq il-konsum referenzjali armonizzat imniżżel fl-Anness XIII, jew jekk ma jkunx jeżisti, fuq parir xjentifiku aċċettat b'mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti;

(f)

huma oġġettivi u mhux diskriminatorji; u

(g)

l-applikazzjoni tagħhom ma toħloqx ostakoli għall-moviment liberu tal-oġġetti.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrakkomandaw lill-operaturi fin-negozju tal-ikel, l-użu ta’ forma addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni waħda jew aktar tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni li huma jikkunsidraw bħala l-aktar li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni bħal dawn.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ adegwat ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni li huma preżenti fis-suq fit-territorju tagħhom.

Sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-operaturi fin-negozju tal-ikel iqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ikel li jkollu informazzjoni bħal din biex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-użu ta’ forma addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni u biex jipprovdulhom il-ġustifikazzjonijiet rilevanti rigward it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1. F'każi bħal dawn, informazzjoni dwar il-waqfien tal-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn tista' tintalab ukoll.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u torganizza l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, hija nnifisha u l-partijiet interessati dwar kwistjonijiet relatati mal-użu ta’ kwalunkwe forma addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni tad-dijarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

5.   Sat-13 ta’ Diċembru 2017, fid-dawl tal-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni, dwar l-effett tagħom fuq is-suq intern u dwar ir-rakkomandabbiltà ta’ aktar armonizzazzjoni ta’ dawk il-forom ta’ espressjoni u preżentazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti rigward l-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn fis-suq fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dan ir-rapport bi proposti biex jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

6.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta’ paragrafi 1, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

KAPITOLU V

INFORMAZZJONI VOLONTARJA DWAR L-IKEL

Artikolu 36

Rekwiżiti applikabbli

1.   Fejn l-informazzjoni dwar l-ikel imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tingħata b'mod volontarju, dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV.

2.   L-informazzjoni dwar l-ikel ipprovduta fuq bażi volontarja għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

hija m'għandhiex tqarraq lill-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(b)

hija m'għandhiex tkun ambigwa jew li toħloq konfużjoni għall-konsumaturi; u

(c)

hija għandha, fejn ikun il-każ, tkun ibbażata fuq id-data xjentifika rilevanti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għall-informazzjoni volontarja dwar l-ikel li ġejja:

(a)

Informazzjoni dwar il-preżenza possibbli u mhux intenzjonata ta’ sustanzi jew prodotti fl-ikel li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi;

(b)

informazzjoni dwar jekk ikel ikunx xieraq għall-veġetarjani jew vegani; u

(c)

l-indikazzjoni ta’ intakes ta’ referenza għal gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni apparti l-intakes ta’ referenza imniżżla fl-Anness XIII.

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

4.   Sabiex tiżgura li l-konsumaturi huma infurmata b'mod adatt, fejn informazzjoni dwar ikel volontarju hija pprovduta minn operaturi fin-negozju tal-ikel fuq bażi diverġenti li tista' tqarraq jew toħloq konfużjoni għall-konsumatur, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, tipprovdi każijiet addizzjonali ta’ provvista ta’ informazzjoni volontarja dwar ikel għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 37

Preżentazzjoni

L-informazzjoni volontarja dwar l-ikel m'għandhiex tintwera għad-detriment tal-ispazju dispost għall-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel.

KAPITOLU VI

MIŻURI NAZZJONALI

Artikolu 38

Miżuri nazzjonali

1.   Fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw lanqas iżommu miżuri nazzjonali sakemm ma jkunux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni. Dawk il-miżuri nazzjonali m'għandhomx jikkawżaw ostakoli għall-moviment liberu tal-prodotti, inkluża d-diskriminazzjoni fil-konfront ta’ ikel minn Stati Membri oħra.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar kwistjonijiet li mhumiex speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament dment li huma ma jipprojbixxux, ma jimpedixxux jew ma jirristrenġux il-moviment liberu tal-prodotti li huma f'konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Miżuri nazzjonali u dettalji obbligatorji addizzjonali

1.   Minbarra d-dettalji partikolari msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10, l-Istati Membri jistgħu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 45, jadottaw miżuri sabiex jesiġu dettalji obbligatorji addizzjonali għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, iġġustifikati abbażi ta’ mill-anqas waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

il-protezzjoni tas-saħħa pubblika;

(b)

il-protezzjoni tal-konsumaturi;

(c)

il-prevenzjoni ta’ frodi;

(d)

il-protezzjoni tad-drittijiet industrijali u kummerċjali tal-proprjetà, l-indikazzjonijiet tal-provenjenza, il-postijiet tal-oriġini reġistrati u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni żleali.

2.   Taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri li jikkonċernaw l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza ta’ ikel biss fejn hemm rabta ppruvata bejn ċerti kwalitajiet tal-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu. Meta jinnotifikaw miżuri bħal dawn lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza li l-maġġoranza tal-konsumaturi jorbtu valur sinifikanti mal-forniment ta’ din l-informazzjoni.

Artikolu 40

Ħalib u prodotti tal-ħalib

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jidderogaw mill-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(1) fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ippreżentati fi fliexken tal-ħġieġ intiżi biex jiġu użati mill-ġdid.

Huma għandhom jikkomunikuw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 41

Xorb alkoħoliku

L-Istati Membri jistgħu, sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 16(4), iżommu fis-seħħ miżuri nazzjonali fir-rigward tal-elenkar ta’ ingredjenti fil-każ ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bħala volum ta’ alkoħol.

Artikolu 42

Espressjoni tal-kwanitità netta

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 23(2) rigward l-espressjoni netta tal-kwantità għal ikel speċifikat b'mod differenti minn dak previst fl-Artikolu 23(1), l-Istati Membri għandhom iżommu fis-seħħ miżuri nazzjonali adottati qabel it-12 ta’ Diċembru 2011.

Sat-13 ta’ Diċembru 2014, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan it-tip ta’ miżuri. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar dawn.

Artikolu 43

Indikazzjoni voluntarja ta’ intakes ta’ referenza għal gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni

Sal-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni msemmija f'punt (c) tal-Artikolu 36(3), l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar l-indikazzjoni volontarja ta’ konsum ta’ referenza għal grupp/i speċifiku/ċi tal-popolazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri mingħajr telf ta’ żmien.

Artikolu 44

Miżuri nazzjonali għall-ikel li mhux ippakkjat bil-lest

1.   Fejn l-ikel ikun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lil fornituri tal-massa mingħajr ma jkun ippakkjat bil-lest, jew fejn l-ikel jiġi ppakkjat fuq il-post fejn jinbiegħ fuq talba tal-konsumatur jew ikun ppakkjat bil-lest għall-bejgħ dirett:

(a)

il-forniment ta’ dettalji speċifikati fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) huwa mandatorju;

(b)

il-forniment ta’ dettalji oħrajn imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 mhux mandatorju sakemm l-Istati Membri ma jadottawx miżuri nazzjonali li jeħtieġu l-forniment ta’ xi wħud mid-dettalji jew kollha kemm huma jew elementi ta’ dawk id-dettalji.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar il-mezz li bih id-dettalji jew l-elementi ta’ dawk id-dettalji speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli u, fejn ikun il-każ, il-forom ta’ espressjoni jew preżentazzjoni tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1u fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien.

Artikolu 45

Proċedura ta’ notifika

1.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni ġdida ta’ informazzjoni dwar l-ikel, għandu jgħarraf bil-quddiem lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri maħsuba u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Stabbilit dwar il-Proċess tal-Ikel u Saħħet l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dan il-proċess ikun trasparenti għall-partijiet interessati kollha.

3.   L-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni ġdida ta’ informazzjoni dwar l-ikel jista' jieħu l-miżuri maħsuba biss tliet xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, dejjem jekk ma jkunx irċieva opinjoni negattiva tal-Kummissjoni.

4.   Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2) sabiex tiddetermina jekk il-miżuri previsti jistgħux jiġu implimentati, jekk neċessarju suġġetti għall-modifiki opportuni.

5.   Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (38) m'għandhiex tapplika għall-miżuri li jaqgħu fi ħdan il-proċedura ta’ notifika speċifikata f'dan l-Artikolu.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI, TA' EMENDAR U DAWK FINALI

Artikolu 46

Emendi għall-Annessi

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, is-saħħa tal-konsumatur jew il-ħtieġa tiegħu għall-informazzjoni, u suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 21(2) li jirrigwardaw l-emendi tal-Annessi II u III, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati taħt l-Artikolu 51, temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Perijodu tranżizzjonali għal u data ta’ applikazzjoni tal- miżuri ta’ implimentazzjoni jew atti ddelegati

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha permezz ta’ dan ir-Regolament biex tadotta miżuri permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2) jew permezz ta’ atti ddelegati taħt l-Artikolu 51 il-Kummissjoni għandha:

(a)

tistabbilixxi perijodu tranżizzjonali adatt għall-applikazzjoni tal-miżuri l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mal-mizuri l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u li warajh il-ħażniet ta’ dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perijodu tranżizzjonali jistgħu jibqgħu jinbiegħu sa meta jispiċċaw; u

(b)

tiżgura li dawk il-miżuri japplikaw mill-1 ta’ April fi kwlunkwe sena kalendarja.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każijiet ta’ urġenza, fejn l-għan tal-miżuri msemmija f'dak il-paragrafu jkun il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 48

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali mwaqqaf bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dan il-Kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikoli 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 49

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma b'dan sostitwiti b'dan li ġej:

“It-tikkettar dwar in-nutrizzjoni ta’ prodotti li dwarhom tkun saret dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni u/jew saħħa għandu jkun obbligatorju, bl-eċċezzjoni tar-reklamar ġeneriku. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tikkonsisti minn dik speeifikata fl-Artikolu 30(1)tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (*1) Fejn issir dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni u/jew is-saħħa għal nutrijent imsemmi fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 l-ammont ta’ dak in-nutrijent għandu jkun iddikjarat konformement mal-Artikoli 31 sa 34 tar-Regolament.

L-ammont jew ammonti tas-sustanza jew sustanzi li magħhom hi marbuta dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni jew saħħa li ma jidhrux fuq it-tikketta tan-nutrizzjoni għandhom ikunu indikati fl-istess linji viżivi bħat-tikketta dwar in-nutrizzjoni u għandhom ikunu espressi skont l-Artikoli 31, 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1169/2011. L-unitajiet ta’ kejl użati biex jiġi espress l-ammont tas-sustanza għandhom ikunu adegwati għas-sustanzi individwali kkonċernati.

Artikolu 50

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1925/2006

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-ittikkettar nutrittiv ta’ prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali u li huma koperti minn dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun magħmula minn dik speċifikata fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi (*2) u tal-ammonti totali preżenti tal-vitamini u l-minerali meta jiġu miżjuda mal-ikel.

Artikolu 51

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija konferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 9(3), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 30(6), l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 46 hija b'dan konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin wara t-12 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tkun estiża b'mod taċitu għal perijodi ta’ tul ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estenzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9(3), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 30(6), l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 46 tista' tiġi revokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 30(6), l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 46 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma saritx oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 52

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Kemm Il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 51(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni li ssir oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 53

Tħassir

1.   Id-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament (KE) No 608/2004 huma b'dan imħassra b'effett mit-13 ta’ Diċembru 2014.

2.   Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 54

Miżuri tranżizzjonali

1.   Ikel imqiegħed fis-suq jew ittikkettat qabel it-13 ta’ Diċembru 2014 li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq sakemm il-provvisti tal-ikel ikunu ntużaw kollha.

Ikel imqiegħed fis-suq jew ittikkettat qabel it-13 ta’ Diċembru 2016 li mhuwiex konformi mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (1) tal-Artikolu 9(1) jista' jitqiegħed fis-suq sakemm il-provvisti tal-ikel ikunu ntużaw kollha.

Ikel imqiegħed fis-suq jew ittikkettat qabel l-1 ta’ Jannar 2014 li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VI jista' jitqiegħed fis-suq sakemm il-provvisti tal-ikel ikunu ntużaw kollha.

2.   Bejn it-13 ta’ Diċembru 2014 u t-13 ta’ Diċembru 2016, fejn id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni hija pprovduta fuq bażi volontarju, hija għandha tkun konformi mal-Artikoli 30 u 35.

3.   Minkejja d-Direttiva 90/496/KEE, l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, l-ikel ittikkettat skont l-Artikoli 30 sa 35 ta’ dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq qabel it-13 ta’ Diċembru 2014.

Minkejja r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), l-ikel ittikkettat skont il-Parti B tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 55

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-13 ta’ Diċembru 2014, bl-eċċezzjoni tal-punt (1) tal-Artikolu 9(1), li għandu japplika mit-13 ta’ Diċembru 2016 u l-Parti B tal-Anness VI li għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 (ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 187) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-21 ta’ Frar 2011 (ĠU C 102 E, 2.4.2011, p. 1). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 2011.

(3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(5)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(6)  ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.

(7)  ĠU L 113, 30.4.1987, p. 57.

(8)  ĠU L 69, 16.3.1999, p. 22.

(9)  ĠU L 191, 19.7.2002, p. 20.

(10)  ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44.

(11)  ĠU L 27, 31.1.2008, p. 12.

(12)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27).

(19)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(20)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(21)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(22)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 160.

(23)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.

(24)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(25)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(26)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(27)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(28)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.

(29)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(30)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(31)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(32)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

(33)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(34)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(35)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(36)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45.

(37)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

(38)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(39)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10.


ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Kif imsemmija fl-Artikolu 2(4)

1.

“dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni” jew “tikkettar dwar in-nutrizzjoni” li tiddikjara:

(a)

il-valur enerġetiku; jew

(b)

il-valur enerġetiku u wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin biss:

xaħmijiet (saturati, mono-insaturati, poli-insaturati);

karboidrati (zokkor, polioli, lamtu);

melħ;

fibra alimentari;

proteini;

kwalunkwe wieħed mill-vitamini jew minerali elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII u preżenti f’ammonti sinifikanti kif definiti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII;

2.

“xaħam” tfisser lipids totali, u tinkludi phospholipids;

3.

“saturati” tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rabta doppja;

4.

“xaħam trans” tfisser aċidi tax-xaħam b’talanqas wieħed mhux konjugat, (jiġifieri interrot b’mill-inqas grupp wieħed tal-metilenu) rbit doppju tal-karbonju-karbonju fil-konfigurazzjoni trans;

5.

“mono-insaturati” tfisser l-aċidi tax-xaħam b’cis irbit doppju wieħed;

6.

“poli-insaturati” tfisser aċidi tax-xaħam b’żewġ irbit cis jew aktar, cis-metilenu interrott doppju;

7.

“karboidrat” tfisser kull karboidrat li jiġi metabolizzat mill-bniedem, u jinkludi l-polioli;

8.

“zokkrijiet” tfisser il-monosakkaridi u d-disakkaridi li jkun hemm fl-ikel, iżda teskludi l-polioli;

9.

“polioli” tfisser l-alkoħol li jkun fih aktar minn żewġ gruppi ta’ hydroxyl;

10.

“proteina” tfisser il-kontenut ta’ proteina kkalkulat permezz tal-formula: protein = total Kjeldahl nitrogen × 6,25;

11.

“melħ” tfisser il-kontenut ta’ melħ ekwivalenti kkalkulat permezz tal-formula: salt = sodium × 2,5;

12.

“fibra alimentari” tfisser polimeri tal-karboidrati bi tliet unitajiet monomeriċi jew aktar, li la jiġu diġestiti u lanqas assorbiti fl-intestin iż-żgħir tal-bniedem u li jiffurmaw parti mill-kategoriji li ġejjin:

polimeri tal-karboidrati li jistgħu jittieklu li jinstabu fl-ikel kif jittiekel;

polimeri tal-karboidrati li jistgħu jittieklu li nkisbu minn materja prima tal-ikel permezz ta’ mezzi fiżiċi, enżimatiċi jew kimiċi u li għandhom effett fiżjoloġiku benefiċjarju muri minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali;

polimeri tal-karboidrati sintetiċi li jistgħu jittieklu li għandhom effett fiżjoloġiku benefiċjarju muri minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali;

13.

“valur medju” tfisser il-valur li jirrappreżenta l-aħjar l-ammont tan-nutrijent li jkun fih xi ikel partikolari, u jirrifletti l-lok li jkun tħalla għal varjabbiltà staġonali, xejriet ta’ konsum u fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw varjazzjonijiet fil-valur attwali.


ANNESS II

SUSTANZI JEW PRODOTTI LI JIKKAWŻAW ALLERĠIJI JEW INTOLLERANZI

1.

Iċ-ċereali li fihom il-glutina, jiġifieri: il-qamħ, is-segala, il-barli, il-ħafur, l-ispelt, il-kamut jew il-pjanti ibridizzati tagħhom, u prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju (1);

(b)

maltodextrins ibbażati fuq il-qamħ (1);

(c)

ġulepp tal-glukosju bbażat fuq il-barli;

(d)

ċereali użati biex isiru distillati alkoħoliċi inkluż alkoħol tal-etilu ta’ oriġini agrikola;

2.

Krustaċej u prodotti tagħhom;

3.

Bajd u prodotti tagħhom;

4.

Ħut u prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

il-ġelatina tal-ħut użata biex iġġorr il-vitamina jew preparamenti tal-karotenojd;

(b)

il-ġelatina tal-ħut jew Isinglass użati bħala aġent li jirfina fil-birra u l-inbid;

5.

Il-karawett u prodotti tiegħu;

6.

Is-soybeans u prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

żejt u xaħam tas-soybean totalment irfinat (1);

(b)

tocopherols imħallta b’mod naturali (E306), D-alpha tocopherol naturali, D-alpha tocopherol acetate naturali, D-alpha tocopherol succinate naturali minn sorsi tas-soybean;

(c)

żjut veġetali mnissla minn fitosteroli u fitosterol esters minn sorsi tas-soybean;

(d)

stanol ester tal-pjanti magħmul minn sterols taż-żejt veġetali minn sorsi tas-soybean;

7.

Ħalib u prodotti minnu (inkluż il-lattosju), minbarra:

(a)

xorrox użat biex isiru distillati alkoħoliċi inkluż alkoħol tal-etilu ta’ oriġini agrikola;

(b)

lactitol

8.

Ġewż, jiġifieri: lewż (Amygdalus communis L.), ġellewż (Corylus avellana), ġewż (Juglans regia), anakardji (Anacardium occidentale), ġewż Amerikan (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), pistaċċi (Pistacia vera), macadamia jew Queensland nuts (Macadamia ternifolia), u prodotti tagħhom, minbarra ġewż użat biex isiru distillati alkoħoliċi inkluż alkoħol tal-etilu ta’ oriġini agrikola;

9.

Karfus u prodotti tiegħu;

10.

Mustarda u prodotti tagħha;

11.

Ġulġlien u prodotti tiegħu;

12.

Dijossidu tal-kubrit u sulfiti f’konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru f’termini tal-SO2 totali li għandhom jiġu kalkolati għal prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew ikkostitwiti mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti;

13.

Lupina u prodotti tagħha;

14.

Molluski u prodotti tagħhom.

(1)  Kif ukoll il-prodotti tagħhom, sa fejn il-proċess li għalih jiġu sottoposti ma jżidx il-livell ta’ allerġenità stmata mill-Awtorità għall-prodott rilevanti li minnu huma oriġinaw.


ANNESS III

IKEL LI T-TIKKETTAR TIEGĦU GĦANDU JINKLUDI XI DETTALL ADDIZZJONALI JEW AKTAR

TIP JEW KATEGORIJA TA' IKEL

DETTALJI

1.   ikel ippakkjat f'ċerti gassijiet

1.1.

Ikel li d-durabbiltà tiegħu ġiet estiża permezz ta’ gassijiet użati għall-ippakkjar awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“ippakkjat f'atmosfera protettiva”.

2.   ikel li fih dolċifikanti

2.1.

Ikel li fih xi dolċifikant jew dolċifikanti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“fih dolċifikant(i)”, din id-dikjarazzjoni għandha takkumpanja l-isem tal-ikel.

2.2.

Ikel li fih kemm zokkor jew zokkrijiet miżjuda flimkien ma’ dolċifikant jew dolċifikanti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“għandu z-zokkor u dolċifikant(i)” din id-dikjarazzjoni għandha takkumpanja l-isem tal-ikel.

2.3.

Ikel li fih xi melħ aspartame/aspartame-acesulfame awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“fih aspartame (sors ta’ fenilalanina)” għandha tidher fuq it-tikketta meta il-melħ aspartame/aspartame-acesulfame jissemma' fil-lista tal-ingredjenti biss bir-referenza għan-numru E.

“fih sors ta’ fenilalanina” għandha tidher fuq it-tikketta meta il-melħ aspartame/aspartame-acesulfame jissemma' fil-lista tal-ingredjenti bl-isem speċifiku tiegħu.

2.4.

Ikel li fih aktar minn 10 % polioli miżjuda awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“konsum eċċessiv jista' jipproduċi effetti lassattivi”.

3.   ikel li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu

3.1.

Il-ħelu jew xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhuma jew il-pjanta likurizja Glycyrrhiza glabra, f'konċentrazzjoni ta’ 100 mg/kg jew 10 mg/l jew aktar.

“fih il-likurizja” għandha tiżdied immedjament wara l-lista ta’ ingredjenti, sakemm il-kelma “likurizja” mhix diġà elenkati fil-lista ta’ ingredjenti jew fl-isem tal-ikel. Fin-nuqqas ta’ lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

3.2.

Il-ħelu li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza (sustanzi) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 4 g/kg jew aktar.

“fih il-likurizja — nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta’ ingredjenti. Fin-nuqqas ta’ lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

3.3.

Xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(/i) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 50 mg/l jew aktar, jew ta’ 300 mg/l jew aktar fil-każ ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol (1).

“fih il-likurizja — nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta’ ingredjenti. Fin-nuqqas ta’ lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

4.   Xorb b'kontenut għoli ta’ kaffeina jew ikel miżjud il-kaffeina

4.1.

Xorb, minbarra dak ibbażat fuq il-kafé, it-té jew l-estratt tal-kafé jew t-té fejn l-isem tal-ikel jinkludi l-kelma “kafé” jew “té”, li:

hu intiż għall-konsum mingħajr modifikazzjoni u li fih il-kaffeina, minn kwalunkwe sors, fi proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l, jew

hu f'forma konċentrata jew imnixxfa u wara r-rikostituzzjoni jkun fih il-kaffeina, minn kwalunkwe sors, fi proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l

“Kontenut għoli ta’ kaffeijna Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal jew li qed ireddgħu” fl-istess linji viżivi bħall-isem tax-xarba, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f'mg għal kull 100 ml.

4.2.

Ikel ieħor li huwiex xorb, fejn il-kaffeina tiżdied bi skop fiżjoloġiku.

“Fih kaffeina. Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal fl-istess linji viżivi bħall-isem tal-ikel, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f'mg/100 g/ml. Fil-każ ta’ supplimenti tal-ikel, il-kontenut tal-kaffeina għandu jkun espress għal kull porzjon kif irrakkomandat għall-konsum ta’ kuljum fuq l-ittikkettar.

5.   ikel b'fitosteroli miżjuda, fitosterol esters, fitostanoli jew fitostanol esters

5.1.

Ikel jew ingredjenti tal-ikel b'phytosterols miżjuda, phytosterol esters, phytostanols jew phytostanol esters

(1)

“bi sterols tal-pjanti miżjuda” jew “bi stanols tal-pjanti miżjuda” fl-istess parti viżiva bħall-isem tal-ikel;

(2)

l-ammont ta’ kontenut ta’ fotosteroli, esteri fitosteroli, fitostanoli jew esteri fitostanoli miżjuda (espress bħala % jew bħala g ta’ steroli/stanoli ħielsa tal-pjanti kull 100 g jew 100 ml tal-ikel) għandu jiġi ddikjarat fil-lista tal-ingredjenti;

(3)

stqarrija li l-ikel hu intiż esklussivament għan-nies li jixtiequ jbaxxu l-livell ta’ kolesterol fid-demm tagħhom;

(4)

stqarrija li l-pazjenti li qed jieħdu medikazzjoni biex ibaxxu l-kolesterol għandhom jikkonsmaw il-prodott biss taħt superviżjoni medika;

(5)

stqarrija li tidher mall-ewwel li l-ikel jista' ma jkunx adattat nutrizzjonalment għal nisa tqal jew nisa li qed ireddgħu u għal tfal taħt il-ħames snin;

(6)

parir li l-ikel irid jintuża bħala parti minn dieta bilanċjata u varjata, inkluż konsum regolari ta’ frott u ħaxix biex jgħin li jinżammu għolja l-livelli ta’ karotenojd;

(7)

fl-istess linji viżivi bħall-istqarrija meħtieġa taħt il-punt (3) ta’ hawn fuq, stqarrija li l-konsum ta’ aktar minn 3 g kuljum ta’ steroli tal-pjanti miżjuda/stanoli tal-pjanti għandu jiġi evitat;

(8)

definizzjoni ta’ porzjon tal-ikel jew ingredjent tal-ikel ikkonċernat (preferibbilment fi g jew ml) bl-ammont tal-isterol tal-pjanti/stanol tal-pjanti li fih kull porzjon.

6.   Laħam iffriżat, preparazzjonijiet iffriżati tal-laħam u prodotti ffriżati tal-ħut mhux ipproċessati

6.1.

Laħam iffriżat, preparazzjonijet iffriżati tal-laħam u prodotti ffriżati tal-ħut mhux ipproċessati

id-data tal-iffriżar jew id-data tal-ewwel iffriżar meta l-prodott ġie ffriżat aktar minn darba waħda, skont il-punt (3) tal-Anness X.


(1)  Il-livell għandu japplika għall-prodotti kif proposti lesti għal konsum jew kif magħmula mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi.


ANNESS IV

DEFINIZZJONI TAL-GĦOLI-x

GĦOLI-x

Image

Tifsira

1

Linja varjabbli ‘l fuq

2

Għoli massimu

3

Linja medja

4

Linja bażi

5

Linja varjabbli ‘l isfel

6

Għoli-x

7

Daqs tat-tipa


ANNESS V

IKEL LI HU EŻENTAT MIR-REKWIŻIT TAD-DIKJARAZZJONI TAN-NUTRIZZJONI OBBLIGATORJA

1.

Prodotti mhux ipproċessati li fihom ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

2.

Prodotti pproċessati li l-uniku pproċessar li għaddew minnu huwa l-maturazzjoni u li huma magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

3.

Ilmijiet intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew aromatizzanti;

4.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar jew taħlitiet tagħhom;

5.

Melħ u sostituti tal-melħ;

6.

Sustanzi dolċifikanti tal-mejda;

7.

Prodotti koperti bid-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 rigward estratti tal-kafè u estratti taċ-ċikwejra (1), żerriegħa tal-kafe sħiħa jew mitħuna jew żerriegħa tal-kafè dekafinat sħiħa jew mitħuna;

8.

Infużjoni tal-ħxejjex u tal-frott, tè, tè dekafinat, tè magħmul malajr jew li jinħall jew estratt tat-tè, dekafinat magħmul malajr jew tè li jinħall jew estratt tat-tè, li ma fihomx ingredjenti miżjuda oħrajn ħlief aromatizzanti li ma jimmodifikawx il-valur nutrittiv tat-tè;

9.

Ħall iffermentat u sostituti tal-ħall, inkluż dawk fejn l-uniċi ingredjenti miżjuda huma l-aromatizzanti;

10.

Aromatizzanti;

11.

Addittivi tal-ikel;

12.

Għajnuniet ta’ pproċessar;

13.

Enżimi tal-ikel;

14.

Ġelatina;

15.

Ġelatina jew komposti biex jgħaqad il-ġamm;

16.

Ħmira;

17.

Chewing gum;

18.

Ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu êrja ta’ inqas minn 25 cm2;

19.

Ikel, inkluż ikel artiġjanali, fornut direttament mill-fabbrikant ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti lill-konsumatur finali jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur finali;

(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.


ANNESS VI

L-ISEM TAL-IKEL U D-DETTALJI SPEĊIFIĊI AKKUMPANJANTI

PARTI A —   DETTALJI OBBLIGATORJI LI JAKKUMPANJAW L-ISEM TAL-IKEL

1.

L-isem tal-ikel għandu jinkludi jew ikollu jakkumpanjawh id-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika tal-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, mitħun fi trab, iffriżat mill-ġdid, imnixxef iffriżat, iffriżat malajr, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista’ tiżgwida lix-xerrej.

2.

Fil-każ ta’ ikel li jkun ġie ffriżat qabel ma jinbiegħ u li mbagħad jinbiegħ iddifrostjat, l-isem tal-ikel għandu jkun akkumpanjat mill-indikazzjoni “iddifrostjat”.

Din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika għal:

(a)

ingredjenti li jinsabu fil-prodott finali;

(b)

ikel li l-iffiżar tiegħu huwa pass teknoloġikament neċessarju tal-proċess tal-produzzjoni;

(c)

ikel li l-iddifrostjar tiegħu ma għandux impatt negattiv fuq is-sikurezza jew il-kwalità tal-ikel.

Dan il-punt għandu japplika mingħajr ħsara għall-punt 1.

3.

L-ikel trattat b’radjazzjoni jonizzanti għandu jkollu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

“irradjat” jew “trattat b’radjazzjoni jonizzanti”, u indikazzjonijiet oħrajn kif imsemmija fid-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni jonizzanti (1).

4.

Fil-każ ta’ ikel li fih komponent jew ingredjent li l-konsumaturi jistennew li jkun użat b’mod normali jew preżenti b’mod naturali ġie sostitwit b’komponent jew ingredjent differenti, l-ittikkettjar għandu jkollu - minbarra l-lista tal-ingredjenti - indikazzjoni ċara tal-komponent jew tal-ingredjent li intuża għas-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa:

(a)

qrib sew l-isem tal-prodott u

(b)

b’daqs ta’ font li għandu għoli-x ta’ tal-anqas 75 % tal-għoli-x tal-isem tal-prodott u li mhuwiex iżgħar mid-daqs tal-font minimu meħtieġ fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.

5.

Fil-każ ta’ prodotti tal-laħam, preparazzjonijet tal-laħam u prodotti tal-ħut li fihom proteina miżjuda, inklużi l-proteini idrolizzati, ta’ oriġini ta’ annimal differenti, l-isem tal-ikel għandu jkollu indikazzjoni tal-preżenza ta’ dawk il-proteini u tal-oriġini tagħhom.

6.

Fil-każ ta’ prodotti tal-laħam u preparazzjoniet tal-laħam li għandhom id-dehra ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam, l-isem tal-ikel għandu jinkludi indikazzjoni tal-preżenza ta’ ilma miżjud jekk l-ilma miżjud jammonta għal aktar minn 5 % tal-piż tal-prodott finali. L-istess regoli għandhom japplikaw fil-każ ta’ prodotti tal-ħut u prodotti tal-ħut ippreparati li għandhom id-dehra ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon, filett, jew prodott ta’ ħut sħiħ.

7.

Prodotti tal-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-ħut, li jistgħu jagħtu l-impressjoni li huma magħmula minn biċċa sħiħa ta’ laħam u ħut, iżda fil-fatt jikkonsistu f’biċċiet differenti mħallta flimkien b’ingredjenti oħra, inklużi l-addittivi tal-ikel u l-enżimi tal-ikel jew b’kull mezz ieħor, għandhom ikollhom l-indikazzjoni li ġejja:

bil-Bulgaru:

“формовано месо” u “формована риба”;

bl-Ispanjol:

“combinado de piezas de carne” u “combinado de piezas de pescado”;

biċ-Ċek:

“ze spojovaných kousků masa” and “ze spojovaných kousků rybího masa”;

bid-Daniż:

“Sammensat af stykker af kød” u “Sammensat af stykker af fisk”;

bil-Ġermaniż:

“aus Fleischstücken zusammengefügt” u “aus Fischstücken zusammengefügt”;

bl-Estonjan:

“liidetud liha” u “liidetud kala”;

bil-Grieg:

“μορφοποιημένο κρέας” u “μορφοποιημένο ψάρι”;

bl-Ingliż:

“formed meat” u “formed fish”;

bil-Franċiż:

“viande reconstituée” u “poisson reconstitué”;

bl-Irlandiż:

“píosaí feola ceangailte” u “píosaí éisc ceangailte”;

bit-Taljan:

“carne ricomposta” u “pesce ricomposto”;

bil-Latvjan:

“formēta gaļa” u “formēta zivs”;

bil-Litwan:

“sudarytas (-a) iš mėsos gabalų” and “sudarytas (-a) iš žuvies gabalų”;

bl-Ungeriż:

“darabokból újraformázott hús” u “darabokból újraformázott hal”;

bil-Malti:

“laħam rikostitwit” u “ħut rikostitwit”;

bl-Olandiż:

“samengesteld uit stukjes vlees” u “samengesteld uit stukjes vis”;

bil-Pollakk:

“z połączonych kawałków mięsa” u “z połączonych kawałków ryby”;

bil-Portugiż:

“carne reconstituída” and “peixe reconstituído”;

bir-Rumen

“carne formată” u “carne de pește formată”;

bis-Slovakk:

“spájané alebo formované mäso” u “spájané alebo formované ryby”;

bis-Sloven:

“sestavljeno, iz koščkov oblikovano meso” u “sestavljene, iz koščkov oblikovane ribe”;

bil-Finlandiż:

“paloista yhdistetty liha” u “paloista yhdistetty kala”;

bl-Isvediż:

“sammanfogade bitar av kött” u “sammanfogade bitar av fisk”.

PARTI B —   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ “LAĦAM IKKAPULJAT”

1.

Kriterji ta’ kompożizzjoni ċċekkjati abbażi ta’ medja ta’ kuljum:

 

Kontenut ta’ xaħam

Proporzjon ta’ Kollaġen/proteini fil-laħam (2)

laħam ikkapuljat dgħif

≤ 7 %

≤ 12 %

ikkapuljat taċ-ċanga pura

≤ 20 %

≤ 15 %

laħam ikkapuljat li fih il-majjal

≤ 30 %

≤ 18 %

laħam ikkapuljat ta’ speċi oħra

≤ 25 %

≤ 15 %

2.

Flimkien mar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tat-Taqsima V tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-espressjonijiet segwenti għandhom jidhru fuq it-tikkettar:

“persentaġġ ta’ xaħam taħt …”,

“proporzjon ta’ kollaġen/proteini fil-laħam taħt …”.

3.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom laħam ikkapuljat li ma jikkonformax mal-kriterji stipulati fil-punt 1 ta’ din il-Parti taħt marka nazzjonali li ma tistax tiġi mħawda mal-marki previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

PARTI C —   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-ISEM TAL-KISI GĦAZ-ZALZETT

Jekk il-kisi taz-zalzett ma jistax jittiekel, jeħtieġ li dan ikun indikat.


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(2)  Il-proporzjon ta’ kollaġen/proteini fil-laħam hu espress bħala l-perċentwal ta’ kollaġen fil-proteini tal-laħam. Il-kontenut ta’ kollaġen ifisser il-kontenut idroksiprolina multiplikat b’fattur ta’ 8.


ANNESS VII

INDIKAZZJONI U SPEĊIFIKAZZJONI TA’ INGREDJENTI

PARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-INDIKAZZJONI TA’ INGREDJENTI F’ORDNI LI TONQOS SKONT L-UŻIN

Kategorija ta’ ingredjenti

Dispożizzjoni li tikkonċerna l-indikazzjoni bl-użin

1.

Ilma miżjud u prodotti volatili

Għandhom jitniżżlu fl-ordni skont il-piż tagħhom tal-prodott lest. L-ammont ta’ ilma miżjud bħala ingredjent f’xi ikel għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mill-ammont totali tal-prodott lest l-ammont totali tal-ingredjenti l-oħra użati. Dan l-ammont mhux ser ikun meħtieġ li jitqies jekk ma jaqbiżx il-5 % bil-piż tal-prodott lest. Din id-deroga ma tapplikax għall-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam, prodotti tal-ħut mhux ipproċessati u molluski bivalvi mhux ipproċessati.

2.

Ingredjenti użati f’forma konċentrata jew dijadrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni

Jistgħu jitniżżlu fl-ordni skont il-piż tagħhom kif irreġistrat qabel il-konċentrazzjoni jew id-dijadrizzazzjoni tagħhom.

3.

L-ingredjenti użati f’ikel konċentrat jew deiderat, li huma intiżi biex jiġu magħmula mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma

Jistgħu jitniżżlu f’ordni proporzjonali tal-prodott magħmul mill-ġdid dejjem jekk il-lista ta’ ingredjenti jkollha magħha espressjoni, bħala “ingredjenti tal-prodott magħmul mill-ġdid” jew “ingredjenti tal-prodott lest biex jintuża”.

4.

Il-frott, il-ħaxix jew il-faqqiegħ, li ma tantx jippredominaw f’termini ta’ użin u li huma użati fi proporzjonijiet li x’aktarx ivarjaw, użati f’taħlita bħala ingredjenti ta’ xi ikel

Jistgħu jitqiegħdu flimkien fi grupp fil-lista ta’ ingredjenti taħt l-isem “frott”, “ħxejjex” jew “faqqiegħ” flimkien mal-frażi “fi proporzjonijiet li jvarjaw”, segwiti immedjatament b’lista tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ preżenti. F’dawk il-każijiet, it-taħlita għandha titniżżel fil-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikolu 18(1), abbażi tal-piż totali tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ preżenti.

5.

Ingredjenti f’taħlitiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

Jistgħu jitniżżlu f’ordni differenti dment li dik il-lista ta’ ingredjenti tkun akkumpanjata b’espressjoni bħal “fi proporzjon varjabbli”.

6.

Ingredjenti li jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Jistgħu jitniżżlu f’ordni differenti wara l-ingredjenti l-oħra.

7.

Ingredjenti, li huma simili jew li jistgħu jiġu sostitwiti b’xulxin, li x’aktarx jintużaw fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel mingħajr ma jbiddlu l-kompożizzjoni tiegħu, in-natura tiegħu jew il-valur tiegħu li jidher, u sakemm jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Tista’ ssir referenza għalihom fil-lista ta’ ingredjenti permezz tad-dikjarazzjoni “fih … u/jew …”, fejn mill-anqas wieħed minn mhux aktar minn żewġ ingredjenti jkun jinsab fil-prodott lest. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal addittivi tal-ikel jew għall-ingredjenti elenkati fil-Parti Ċ ta’ dan l-Anness, u għas-sustanzi jew il-prodotti elenkati fl-Anness II li jikkaġunaw allerġiji jew intolleranzi.

8.

Żjut raffinati ta’ oriġini veġitali

Jistgħu jinġabru flimkien fil-lista ta’ ingredjenti taħt l-isem “żjut veġitali”, segwiti immedjatament b’lista ta’ indikazzjonijiet ta’ oriġini veġitali speċifika, u jistgħu jiġu segwiti bil-frażi “fi proporzjonijiet li jvarjaw”. Jekk miġbura flimkien, iż-żjut veġitali għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikolu 18(1), fuq il-bażi tal-piż totali taż-żjut veġitali preżenti.

L-espressjoni “kompletament idroġenizzat” jew “parzjalment idroġenizzat” għandha takkumpanja l-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat.

9.

Xaħmijiet raffinati ta’ oriġini veġitali

Jistgħu jinġabru flimkien fil-lista ta’ ingredjenti taħt l-isem “xaħmijiet veġitali”, segwiti immedjatament b’lista ta’ indikazzjonijiet ta’ oriġini veġitali speċifika, u jistgħu jiġu segwiti bil-frażi “fi proporzjonijiet li jvarjaw”. Jekk miġbura flimkien, ix-xaħmijiet veġitali għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikolu 18(1), fuq il-bażi tal-piż totali tax-xaħmijiet veġitali preżenti.

L-espressjoni “kompletament idroġenizzat” jew “parzjalment idroġenizzat” għandha takkumpanja l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat.

PARTI B —   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ ĊERTI INGREDJENTI BL-ISEM TA’ KATEGORIJA PJUTTOST MILLI B’ISEM SPEĊIFIKU

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji ta’ ikel elenkati hawn taħt u li huma kostitwenti ta’ xi ikel ieħor jistgħu jiġu indikati permezz tal-isem ta’ dik il-kategorija u mhux bl-isem speċifiku.

Definizzjoni tal-kategorija ta’ ikel

Denominazzjoni

1.

Żjut raffinati li ġejjin mill-annimali

“Żejt”, flimkien ma’jew l-aġġettiv “annimal”, jew l-indikazzjoni ta’ oriġini mill-annimali speċifika.

L- espressjoni “kompletament idroġenizzat” jew “parzjalment idroġenizzat”, kif adatt, għandha takkumpanja l-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat.

2.

Xaħmijiet raffinati li ġejjin mill-annimali

“Xaħam”, flimkien ma’ jew l-aġġettiv “annimal”, jewl -indikazzjoni ta’ oriġini mill-annimali speċifika.

L- espressjoni “kompletament idroġenizzat” jew “parzjalment idroġenizzat”, kif adatt, għandha takkumpanja l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat.

3.

Taħlitiet ta’ tqiq akwistati minn tnejn jew aktar speċje taċ-ċereali

“Dqiq”, segwit minn lista taċ-ċereali li minnhom inkiseb, f’ordni li tonqos skont l-użin.

4.

Lamtijiet, u lamtijiet immodifikati b’meżżi fiżiċi jew bl-enżimi

“Lamtu”

5.

L-ispeċi kollha tal-ħut fejn il-ħut jifforma ingredjent ta’ xi ikel ieħor u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma jirreferix għal speċi speċifika ta’ ħut

“Ħut”

6.

It-tipi kollha ta’ ġobon fejn il-ġobon jew taħlita ta’ ġobnijiet tifforma ingredjent ta’ xi ikel u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma jirreferux għal tip speċifiku ta’ ġobon

“Ġobon”

7.

Il-ħwawar kollha li ma jeċċedux 2 % bil-piż tal-ikel

“Ħwawar” jew “ħwawar imħallta”

8.

Il-ħxejjex aromatiċi kollha jew partijiet minn ħxejjex aromatiċi li ma jeċċedux 2 % bil-piż tal-ikel

“Ħxejjex aromatiċi” jew “ħxejjex aromatiċi mħallta”

9.

It-tipi tal-preparazzjonijiet kollha tal-gomma (għelk) użati fil-manifattura tal-bażi tal-gomma għal chewing gum

“Bażi tal-gomma”

10.

It-tipi kollha ta’ prodotti ta’ ċereali moħmija u mfarrka

“Frak” jew “qriemeċ” kif ikun il-każ

11.

It-tipi kollha tas-sokrosju

“Zokkor”

12.

Anhydrous dextrose jew dextrose monohydrate

“Dextrose”

13.

Xirop tal-glukosju u xirop tal-glikosju aniħidrat

“Ġulepp tal-glukosju”

14.

It-tipi kollha tal-proteina tal-ħalib (proteini tal-kaseini, tal-kasinati, u tax-xorrox) u t-taħlitiet tagħhom

“Proteini tal-ħalib”

15.

Butir tal-kawkaw, ippressat, mislut jew raffinat

“Butir tal-kawkaw”

16.

It-tipi kollha ta’ inbid kif koperti bl-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (1)

“Inbid”

17.

Il-muskoli skeletriċi (2) tal-ispeċi mammiferi u tal-għasafar meqjusa tajbin biex jiġu kkonsmati min-nies b’tessut inkluż b’mod naturali jew imwaħħal, fejn ix-xaħam totali u l-kontenut tat-tessut konnettiv ma jeċċedux il-valuri indikati hawn taħt u fejn il-laħam jikkostitwixxi ingredjent ta’ xi ikel ieħor. Xaħam massimu u kontenut massimu ta’ tessut konnettiv għall-ingredjenti identifikati bit-terminu “… laħam”

Speċi

Kontenut ta’ xaħam

proporzjon ta’ Kollaġen/proteini fil-laħam (4)

Mammiferi (minbarra fniek u qżieqeż) u taħlitiet ta’ speċi mal-mammiferi predominanti

25  %

25  %

Qżieqeż

30  %

25  %

Għasafar u fniek

15  %

10  %

Jekk jinqabżu dawn il-limiti massimi, iżda l-kriterji l-oħra kollha għad-definizzjoni ta’ “laħam” jiġu sodisfatti, il-kontenut ta’ “… laħam” irid ikun aġġustat 'l isfel skont il-bżonn u l-lista ta’ ingredjenti trid issemmi, flimkien mat-terminu “… laħam”, il-preżenza ta’ xaħam u/jew tessut konnettiv.

Il-prodotti koperti bid-definizzjoni ta’ “laħam separat mekkanikament” huma esklużi minn din id-definizzjoni.

“… laħam” u l-isem (ismijiet) (3) tal-ispeċi tal-annimali li minnu ġej.

18.

It-tipi kollha ta’ prodotti koperti bid-definizzjoni ta’ “laħam separat mekkanikament”.

“laħam separat mekkanikament” u l-isem (ismijiet) (3) tal-ispeċi ta’ annimali li ġej minnu

PARTI Ċ —   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ ĊERTI INGREDJENTI BL-ISEM TAL-KATEGORIJA TAGĦHOM SEGWITI BL-ISEM SPEĊIFIKU TAGĦHOM JEW BIN-NUMRU “E” TAGĦHOM

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-addittivi tal-ikel u l-enżimi tal-ikel ħlief dawk speċifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 20 li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji elenkati f’din il-Parti jridu jiġu indikati bl-isem ta’ dik il-kategorija, segwit mill-isem speċifiku jew, jekk adatt, in-numru E tagħhom. Jekk l-ingredjent jappartjeni għal aktar minn waħda mill-kategoriji, għandha tiġi indikata l-kategorija adatta għall-funzjoni prinċipali fil-każ tal-ikel imsemmi.

 

Aċidu

 

Regolatur tal-Aċidità

 

Aġent kontra t-tagħqid

 

Aġent kontra r-ragħwa

 

Antiossidant

 

Aġent li jżid il-volum

 

Kulur

 

Emulsifikant

 

Melħ emulsifikat (5)

 

Aġent li jissoda

 

Tejjieb il-ħwawar

 

Aġent għat-trattament tad-dqiq

 

Aġent li jagħmel ir-ragħwa

 

Aġent li jgħaqqad f’ġel

 

Aġent li jagħmel l-ikel ileqq

 

Humectant

 

Lamtu mmodifikat (6)

 

Preservattiv

 

Gass propellent

 

Aġent li jgħolli l-ikel

 

Aġenti sekwestranti

 

Stabbilizzatur

 

Dolċifikant

 

Aġent li jgħaqqad

PARTI D —   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ AROMATIZZANTI FIL-LISTA TA’ INGREDJENTI

1.

L-aromatizzanti għandhom jiāu msemmija jew bit-termini:

“aromatizzant/i” jew b’isem jew deskrizzjoni aktar speċifika tal-aromatizzant jekk il-komponent aromatizzanti fih l-aromatizzanti kif definiti fil-punti (b), (c), (d), (e), (f), (g) u (h) tal-Artikolu 3(2)tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

“aromatizzant/i bl-affumikazzjoni” jew “aromatizzanti bl-affumikazzjoni prodotti minn ikel jew kategorija jew sors/i ta’ ikel” (eż. “aromatizzanti bl-affumikazzjoni prodott mill-fagu”), jekk il-komponent aromatizzaznti jkun fih aromatizzanti kif definiti fil-punt (f) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament KE Nru 1334/2008 u jagħti biss togħma ta’ xiwi lill-ikel.

2.

It-terminu “naturali” għad-deskrizzjoni tal-aromatizzanti għandu jintuża f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

3.

Il-kinina u/jew il-kafeina użati bħala aromatizzant fil-produzzjoni jew fil-preparazzjoni ta’ xi ikel għandhom jissemmew bl-isem fil-lista ta’ ingredjenti eżatt wara l-kelma “aromatizzant/i”.

PARTI E —   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ INGREDJENTI KOMPOSTI

1.

Ingredjent kompost jista’ jiġi inkluż fil-lista ta’ ingredjenti, taħt l-isem tiegħu stess sakemm dan ikun stipulat bil-liġi jew stabbilit bit-tradizzjoni, fir-rigward tal-piż globali tiegħu, u jkun segwit immedjatament b’lista ta’ ingredjenti tiegħu.

2.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-lista ta’ ingredjenti għall-ingredjenti komposti m’għandhiex tkun obbligatorja:

(a)

fejn il-komposizzjoni tal-ingredjent kompost huwa definit fid-dispożizzjonijiet attwali tal-Unjoni, u sal-limitu li l-ingredjent kompost jikkostitwixxi anqas minn 2 % tal-prodott finali; iżda, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-addittivi tal-ikel, suġġett għall-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 20; jew

(b)

għall-ingredjenti komposti magħmula minn taħlitiet ta’ speċi u/jew ħxejjex aromatiċi li jikkostitwixxu inqas minn 2 % tal-prodott lest, minbarra l-addittivi tal-ikel, suġġett għall-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 20; or

(ċ)

fejn l-ingredjent kompost huwa ikel li għalih mhix meħtieġa lista ta’ ingredjenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS). ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Id-dijaframma u l-masseters huma parti mill-muskoli skeletriċi, filwaqt li l-qalb, l-ilsien, il-muskoli tar-ras (minbarra l-masseters), il-muskoli tal-carpus, it-tarsus u d-denb huma esklużi.

(3)  Għat-tikkettar bl-Ingliż, dan l-isem jista’ jiġi sostitwit bl-isem ġeneriku tal-ingredjent għall-ispeċi tal-annimal ikkonċernat.

(4)  Il-proporzjon ta’ kollaġen/proteini fil-laħam hu espress bħala l-perċentwal ta’ kollaġen fil-proteini tal-laħam. Il-kontenut ta’ kollaġen ifisser il-kontenut idroksiprolina multiplikat b’fattur ta’ 8.

(5)  Għall-ġobon ipproċessat u l-prodotti bbażati fuq ġobon ipproċessat biss.

(6)  L-isem speċifiku jew in-numru E m’għandux ikun meħtieġ li jiġi indikat.


ANNESS VIII

INDIKAZZJONI KWANTITATTIVA TA’ INGREDJENTI

1.

L-indikazzjoni kwantitattiva m’għandhiex tkun meħtieġa:

(a)

għal xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti:

(i)

li l-piż nett mingħajr ilma tagħhom hu indikat skont il-punt 5 tal-Anness IX;

(ii)

li l-kwantitajiet tagħhom għandhom ikunu diġà jidhru fuq it-tikkettar skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni; jew

(iii)

li huma użati fi kwantitajiet żgħar għall-finijiet ta’ aromatizzanti; or

(iv)

li, filwaqt li jidhru fl-isem tal-ikel, mhumiex tali li jiddeterminaw l-għażla tal-konsumatur fil-pajjiż fejn jinbiegħu minħabba li l-varjazzjoni fil-kwantità mhix essenzjali biex tikkaratterizza l-ikel jew ma tiddistingwihx minn ikel simili; jew

(b)

fejn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni jistipulaw preċiżament il-kwantità ta’ ingredjent jew ta’ kategorija ta’ ingredjenti mingħajr ma jipprevedu l-indikazzjoni tagħhom fuq it-tikketta; jew

(c)

fil-każijiet imsemmija fil-punti 4 u 5 tal-Parti A tal-Anness VII.

2.

Il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22(1) m’għandhomx japplikaw fil-każ ta’:

(a)

xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti koperti bl-indikazzjoni “fih dolċifikant(i)” jew “għandu z-zokkor u dolċifikant(i)” jekk dik l-indikazzjoni tkun mal-ikel, skont l-Anness III; jew

(b)

kwalunkwe vitamini u minerali miżjuda jekk dik is-sustanza tkun suġġetta għad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

3.

L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija tal-ingredjenti għandha:

(a)

tkun espressa bħala perċentwal, li għandu jikkorrispondi għall-kwantità tal-ingredjent jew ingredjenti meta dawn jintużaw; u

(b)

tidher jew fl-isem jew eżatt ħdejn l-isem tal-ikel jew fil-lista ta’ ingredjenti b’konnessjoni mal-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati.

4.

B’deroga mill-punt 3,

(a)

fejn l-ikel ikun tilef mill-irtubija tiegħu minħabba trattament bis-sħana jew trattament ieħor, il-kwantità għandha tkun espressa bħala perċentwal li għandu jikkorrispondi għall-kwantità tal-ingredjent jew ingredjenti użati, marbut mal-prodott lest, sakemm dik il-kwantità jew il-kwantità totali tal-ingredjenti kollha indikati fuq it-tikkettar taqbeż il-100 %, f’liema każ il-kwantità għandha tiġi indikata abbażi tal-piż tal-ingredjent jew ingredjenti użati biex jiġu preparati 100 g tal-prodott lest;

(b)

il-kwantità tal-ingredjenti volatili għandha tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott lest;

(c)

il-kwantità ta’ ingredjenti użati f’forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin kif meħud waqt il-konċentrazzjoni jew id-deidrazzjoni tagħhom;

(d)

fil-każ ta’ ikel konċentrat jew deidrat li hu intiż li jiġi magħmul mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma, il-kwantità tal-ingredjenti tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott magħmul mill-ġdid.


ANNESS IX

DIKJARAZZJONI DWAR IL-KWANTITÀ NETTA

1.

Id-dikjarazzjoni tal-kwantità netta m'għandhiex tkun obbligatorja fil-każ ta’ ikel:

(a)

li huwa suġġett għal telf konsiderevoli fil-volum jew massa tiegħu u li jinbiegħ bl-għadd jew li jkun intiżen fil-preżenza tax-xerrej;

(b)

il-kwantità netta li hi inqas minn 5 g jew 5 ml; iżda, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal ħwawar u ħxejjex aromatiċi; jew

(c)

normalment mibjugħ bl-għadd, dment li n-numru ta’ oġġetti jista' jidher b'mod ċar u jingħadd faċilment min-naħa ta’ barra jew, jekk le, huwa indikat fuq il-tikkettar.

2.

Fejn l-indikazzjoni ta’ ċertu tip ta’ kwantità (bħall-kwantità nominali, il-kwantità minima, il-kwantità medja) hi meħtieġa mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew, fejn dawn ma jeżistux, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali, din il-kwantità għandha titqies bħala l-kwantità netta għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.

Fejn oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ oġġetti jew aktar ippakkjati bil-lest li fihom l-istess kwantità tal-istess prodott, il-kwantità netta għandha tiġi indikata billi tissemma l-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali u n-numru totali ta’ dawk il-pakketti. Madankollu, l-indikazzjoni ta’ dawk id-dettalji m'għandhiex tkun obbligatorja fejn in-numru totali ta’ pakketti individwali jista' jidher sew u jingħadd faċilment minn barra u fejn talanqas tidher sew minn barra indikazzjoni waħda tal-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali.

4.

Fejn oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ pakketti individwali jew aktar li mhumiex meqjusa bħala unitajiet għall-bejgħ, il-kwantità netta għandha tingħata billi tiġi indikata l-kwantità netta totali u n-numru totali ta’ pakketti individwali.

5.

Fejn ikel solidu jiġi ppreżentat f'forma likwida, il-piż nett tal-ikel imsoffi mil-likwidu għandu jiġi indikat ukoll. Fejn l-ikel ikun ġie miksi, il-piż nett iddikjarat tal-ikel għandu jkun mingħajr il-kisi.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-forma likwida” għandha tfisser il-prodotti li ġejjin, possibbilment f'taħlitiet u anki meta ffriżati jew iffriżati malajr, dment li l-likwidu ikun biss żieda mal-elementi essenzjali ta’ dik il-preparazzjoni u għalhekk mhux fattur deċiżiv għax-xiri: ilma, taħlitiet ta’ melħ fl-ilma, salmura, taħlitiet ta’ ilma ta’ aċidi fl-ikel, ħall, taħlitiet fl-ilma taz-zokkor, taħlitiet fl-ilma ta’ sustanzi oħra ħelwin, ġulepp tal-frott jew tal-ħaxix fil-każ ta’ frott jew ħxejjex.


ANNESS X

DATA TAD-DURABBILTA’ MINIMA, “UŻA SA”U DATA TAL-IFFRIŻAR

1.

Id-data tad-durabbiltà minima għandha tiġi indikata kif ġej:

(a)

id-data tkun ippreċeduta bil-kliem:

“Uża qabel …” fejn id-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata;

“Tajjeb qabel l-aħħar …” f’każijiet oħra.

(b)

il-kliem imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

jew id-data nnifisha; jew

referenza dwar fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta.

Jekk ikun hemm bżonn, dawn id-dettalji għandhom ikunu segwiti b’deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħażna li għandhom ikunu osservati jekk il-prodott għandu jżomm għall-perijodu speċifikat.

(c)

id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista’ jkun, is-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata.

Iżda, fil-każ tal-ikel:

li ma jżommx għal aktar minn tliet xhur, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tal-ġurnata u x-xahar;

li jżomm għal aktar minn tliet xhur iżda mhux għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tax-xahar u tas-sena;

li jżomm għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tas-sena.

(d)

suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jimponu tipi oħra ta’ indikazzjoni tad-data, m’għandhiex tkun meħtieġa indikazzjoni tad-data tad-durabbiltà minima għal:

frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, ma tqattgħetx jew ġiet trattata b’mod simili; din id-deroga m’għandhiex tapplika għal żerriegħa li qed tirmi u prodotti simili bħal ħaxix li qiegħed jinbet;

inbid, inbejjed tal-likur, inbejjed bil-gass, inbejjed aromatizzati u prodotti simili miksuba mill-frott minbarra l-għeneb, u xorb li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 2206 00 miksuba mill-għeneb jew mill-most tal-għeneb;

xarbiet li fihom 10 % jew aktar b’volum ta’ alkoħol;

oġġetti magħmula mill-furnara jew mill-kokijiet tal-pasti li, minħabba n-natura tal-kontenut tagħhom, normalment jiġu kkunsmati fi żmien 24 siegħa mindu jinħadmu;

ħall tal-inbid;

melħ tat-tisjir;

zokkor solidu;

prodotti tal-pasti magħmula kważi esklużivament minn zokkor bl-aromatizzanti u/jew ikkulurit;

chewing gums u prodotti simili li tomgħodhom.

2.

Id-data “uża sa” għandha tiġi indikata kif ġej:

(a)

din għandu jkollha qabilha l-kliem “uża sa …”;

(b)

il-kliem fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

jew id-data nnifisha; or

referenza dwar fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta.

Dawk id-dettalji għandu jkollhom magħhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet dwar il-ħżin li jridu jiġu osservati.

(c)

id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista’ jkun, is-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata;

(d)

id-“data tal-użu” għandha tkun indikata fuq kull porzjon individwali ppakkjat minn qabel.

3.

Id-data tal-iffriżar jew id-data tal-ewwel iffriżar kif imsemmi fil-punt 6 tal-Anness III għandha tkun indikata kif ġej:

(a)

Din għandu jkollha qabilha l-kliem “Iffriżat fi …”;

(b)

Il-kelmiet imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

id-data nnifisha; jew

referenza dwar fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta;

(c)

Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u s-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata.


ANNESS XI

TIPI TA’ LAĦAM LI GĦALIHOM HI OBBLIGATORJA L-INDIKAZZJONI TAL-PAJJIŻ TA’ ORIĠINIJEW TAL-POST TA’ PROVENJENZA

Kodiċi NM

(Nomenklatura Magħquda 2010)

Deskrizzjoni

0203

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat

0204

Laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Ex02 07

Laħam tat-tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew iffriżat


ANNESS XII

QAWWA ALKOĦOLIKA

Il-qawwa alkoħolika proprja bil-volum ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol għandha tiġi indikata permezz ta’ numru sa mhux iktar minn post wieħed deċimali. Dan għandu jkun segwit bis-simbolu “% vol.” u jista’ jkollu quddiemu l-kelma “alkoħol” jew l-abbrevazzjoni “alc”.

Il-qawwa alkoħolika għandha tiġi determinata f’temperatura ta’ 20 °C.

It-tolleranzi pożittivi u negattivi permessi fir-rigward tal-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika bil-volum u espressi f’valuri assoluti għandhom jidhru kif elenkati fit-tabella li ġejja. Dawn għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi li joħorġu mill-metodu ta’ analiżi użat biex tiġi determinata l-qawwa alkoħolika.

Deskrizzjoni tax-xorb

Tolleranza pożittiva jew negattiva

1.

Birer tal-kodiċi NM 2203 00 li jkollhom qawwa alkoħolika li ma taqbiżx il-5,5 % tal-vol.; xarbiet mingħajr gass tal-kodiċi NM 2206 00 miksuba mill-għeneb;

0,5 % vol.

2.

Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li taqbeż il-5,5 % vol.; xarbiet gassużi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2206 00 magħmulin mill-għeneb, is-sajder, perries, inbejjed tal-frott u oħrajn ta’ din ix-xorta, magħmulin mill-frott minbarra mill-għeneb, sew jekk ikun semi-gassużi jew gassużi; mead;

1 % vol.

3.

Xarbiet li fihom frott immaċerat jew partijiet ta’ pjanti;

1,5 % vol.

4.

Kull xorb ieħor li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol;

0,3 % vol.


ANNESS XIII

KONSUM REFERENZJALI

PARTI A –   KONSUM REFERENZJALI TA' KULJUM TA' VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

1.   Vitamini u minerali li jistgħu jiġu ddikjarati u l-valuri ta’ referenza għan-nutrijenti tagħhom (NRVs)

Vitamina A (μg)

800

Vitamina D (μg)

5

Vitamina E (mg)

12

Vitamina K (μg)

75

Vitamina C (mg)

80

Tiamina (mg)

1,1

Riboflavina (mg)

1,4

Niaċina (mg)

16

Vitamin B6 (mg)

1,4

Aċidu Foliku (μg)

200

Vitamin B12 (μg)

2,5

Biotin (μg)

50

Aċidu Pantoteniku (mg)

6

Potassju (mg)

2 000

Kloridu (mg)

800

Kalċju (mg)

800

Fosfru (mg)

700

Manjesju (mg)

375

Kalċju (mg)

14

Żingu (mg)

10

Ram (mg)

1

Manganis (mg)

2

Floridu (mg)

3,5

Selenju (μg)

55

Kromju (μg)

40

Molibdenum (μg)

50

Jodju (μg)

150

2.   Ammont sinifikanti ta’ vitamini u minerali

Bħala regola, il-valuri li ġejjin għandhom jitqiesu meta jkun qed jiġi deċiż x'jikkostitwixxi ammont sinifikanti:

15 % tal-valuri ta’ referenza tan-nutrijent speċifikati fil-punt 1 fornuti b'100 g jew 100 ml fil-każ ta’ prodotti li mhumiex xarbiet;

7,5 % tal-valuri ta’ referenza tan-nutrijent speċifikati fil-punt 1 fornuti b'100 ml fil-każ ta’ xarbiet; jew

15 % tal-valuri ta’ referenza tan-nutrijent speċifikati fil-punt 1 għal kull porzjon jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed biss.

PARTI B –   KONSUM REFERENZJALI TA' ENERĠIJA U NUTRIJENTI MAGĦŻULA MINBARRA VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

Enerġija jew nutrijent

Konsum referenzjali

Enerġija

8 400  kJ (2 000  kcal)

Xaħam totali

70  g

Saturati

20  g

Karboidrati

260  g

Zokkor

90  g

Proteini

50  g

Melħ

6  g


ANNESS XIV

FATTURI TA’ KONVERŻJONI

FATTURI TA’ KONVERŻJONI GĦALL-KALKOLU TAL-ENERĠIJA

Il-valur enerāetiku li jrid jiġi ddikjarat għandu jkun kkalkulat bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

karboidrati (ħlief polyols)

17 kJ/g — 4 kcal/g

polioli

10 kJ/g — 2,4 kcal/g

proteini

17 kJ/g — 4 kcal/g

xaħam

37 kJ/g — 9 kcal/g

salatrimi

25 kJ/g — 6 kcal/g

alkoħol (etanol)

29 kJ/g — 7 kcal/g

aċidu organiku

13 kJ/g — 3 kcal/g

fibra alimentari

8 kJ/g — 2 kcal/g

eritritol

0 kJ/g — 0 kcal/g


ANNESS XV

ESPRESSJONI U PREŻENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

L-unitajiet ta’ kejl li għandhom jintużaw fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-enerġija (kilojoules (kJ) u kilokaloriji (kcal)) u massa (grammi (g), milligrammi (mg) jew mikrogrammi (μg)) u l-ordni ta’ preżentazzjoni tal-informazzjoni, kif ikun il-każ, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

enerġija

kJ/kcal

xaħam

g

li minnhom

saturati

g

monoinsaturati

g

poli-insaturati

g

karboidrati

g

li minnhom

zokkor

g

polioli

g

lamtu

g

fibra alimentari

g

proteini

g

melħ

g

vitamini u minerali

l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII


DIRETTIVI

22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/64


DIRETTIVA 2011/83/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-post tan-negozju (4) kif ukoll id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (5) jistipulaw għadd ta’ drittijiet kuntrattwali għall-konsumaturi.

(2)

Dawk id-Direttivi ġew riveduti fid-dawl tal-esperjenza bil-ħsieb li jissemplifikaw u jaġġornaw ir-regoli applikabbli, filwaqt li jneħħu inkonsistenzi u jagħlqu lakuni mhux mixtieqa fir-regoli. Dik ir-reviżjoni wriet li huwa xieraq li dawk iż-żewġ Direttivi jiġu sostitwiti minn Direttiva unika. Id-Direttiva għandha għalhekk tistipula regoli standard għall-aspetti komuni tal-kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju li jitbiegħdu mill-istrateġija ta’ armonizzazzjoni minima fid-Direttivi ta’ qabel filwaqt li jippermettu lill-Istati Membri jippreservaw jew jadottaw regoli nazzjonali fir-rigward ta’ ċerti aspetti.

(3)

L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz tal-miżuri li tadotta skont l-Artikolu 114 tiegħu.

(4)

Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta’ merkanzija u servizzi, u l-libertà ta’ stabbiliment huma żgurati. L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-kuntratti tal-konsumatur mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju hija meħtieġa għall-promozzjoni ta’ suq intern realment tal-konsumatur li jsib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li jiżgura r-rispett għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

(5)

Il-potenzjal transkonfinali tal-bejgħ mill-bogħod, li għandu jkun wieħed mir-riżultati tanġibbli tas-suq intern, mhuwiex sfruttat bis-sħiħ. Imqabbel mat-tkabbir sinifikanti tal-bejgħ domestiku mill-bogħod matul dawn l-aħħar snin, it-tkabbir fil-bejgħ transkonfinali mill-bogħod kien limitat. Id-diskrepanza hija partikolarment sinifikanti għall-bejgħ bl-Internet li għandu potenzjal qawwi ta’ tkabbir ulterjuri. Il-potenzjal transkonfinali ta’ kuntratti nnegozjati lil hinn mill-post tan-negozju (il-bejgħ dirett) huwa mxekkel b'għadd ta’ fatturi inklużi r-regoli nazzjonali differenti tal-protezzjoni tal-konsumatur imposti fuq l-industrija. Imqabbel mat-tkabbir tal-bejgħ domestiku dirett matul dawn l-aħħr ftit snin, b'mod partikolari fis-settur tas-servizzi, pereżempju l-utilitajiet, l-għadd ta’ konsumaturi li jużaw din ir-rotta għax-xirjiet transkonfinali baqa' ma nbidilx. Meta jirreaġixxu għal opportunitajiet miżjuda f'bosta Stati Membri, intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (inklużi kummerċjanti individwali) jew aġenti ta’ kumpaniji ta’ bejgħ dirett għandhom ikunu aktar inklinati li jfittxu opportunitajiet ta’ negozju fi Stati Membri oħra, b'mod partikolari f'reġjuni konfinali. Għalhekk l-armonizzazzjoni sħiħa tal-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt ta’ reċess f'kuntratt mill-bogħod u dawk li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju se jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u għat-tħaddim aħjar tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur.

(6)

Ċerti disparitajiet joħolqu ostakli sinifikanti tas-suq intern li jaffetwaw il-kummerċjanti u l-konsumaturi. Dawk id-disparitajiet jżidu l-ispejjeż ta’ konformità għall-kummerċjanti li jixtiequ jwettqu l-bejgħ transkonfinali ta’ oġġetti jew forniment ta’ servizzi. Il-frammentazzjoni sproporzjonata ddgħajjef ukoll il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq intern.

(7)

L-armonizzazzjoni sħiħa ta’ wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti. Kemm il-konsumaturi kif ukoll il-kummerċjanti għandhom ikunu jistgħu jorbtu fuq qafas regolatorju uniku bbażat fuq kunċetti legali definiti b'mod ċar li jirregolaw ċerti aspetti ta’ kuntratti fl-Unjoni tan-negozju dirett lejn il-konsumatur. L-effett ta’ tali armoniżżazzjoni għandu jkun li jinqerdu l-ostakli mnissla mill-frammentazzjoni tar-regoli u biex jitlesta s-suq intern f'dan il-qasam. Dawk l-ostakli jistgħu jinqerdu biss billi jitwaqqfu regoli uniformi fil-livell tal-Unjoni. Barra dan il-konsumaturi għandhom igawdu minn livell komuni għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha.

(8)

L-aspetti regolatorji li għandhom jiġu armonizzati għandhom jikkonċernaw biss kuntratti konklużi bejn il-kummerċjanti u l-konsumaturi. Għalhekk, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti dwar l-impjiegi, il-kuntratti dwar id-drittijiet tas-suċċessjoni, il-kuntratti dwar il-liġi tal-familja u l-kuntratti dwar it-twaqqif u l-organizzazzjoni ta’ kumpaniji jew ftehimiet ta’ soċjetajiet.

(9)

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar informazzjoni li trid tingħata għall-kuntratti mill-bogħod, il-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju u l-kuntratti differenti minn dawk mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju. Din id-Direttiva tirregola wkoll id-dritt ta’ reċess għall-kuntratti mill-bogħod u l-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju u tarmonizza ċerti dispożizzjonijiet li jittrattaw l-eżekuzzjoni u ċerti aspetti oħrajn ta’ kuntratti tan-negozju mal-konsumatur.

(10)

Din id-Direttiva għanda tkun bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali (Ruma I) (6).

(11)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni relatati ma’ setturi speċifiċi, bħall-oġġetti mediċinali għall-użu mill-bniedem, l-apparat mediku, il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika, id-drittijiet tal-pazjenti għal kura tas-saħħa transkonfinali, it-tikkettar alimentari u s-suq intern fil-qasam tal-elettriku u l-gass naturali.

(12)

Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni previsti f'din id-Direttiva għandhom jikkompletaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servixxi fis-suq intern (7) u d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (8). L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibilita' li jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni oħrajn applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom.

(13)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu kompetenti, skont il-liġi tal-Unjoni, għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal oqsma li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Stat Membru jista' għalhekk iżomm jew jintroduċi leġislazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jew xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha, dwar kuntratti li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din id-Direttiva għal persuni ġuridiċi jew għal persuni fiżiċi li mhumiex “konsumaturi” fis-sens ta’ din id-Direttiva, bħal pereżempju l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Bl-istess mod, l-Istati Membri jisgħtu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal kuntratti li ma jkunux “kuntratti mill-bogħod” fis-sens ta’ din id-Direttiva, pereżempju minħabba li ma jkunux ġew konklużi f'ambitu ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu wkoll iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar kwestjonijiet li ma jkunux speċifikament ittrattati minn din id-Direttiva, bħal regoli addizzjonali dwar il-kuntratti ta’ bejgħ, inkluż fir-rigward tal-kunsinna ta’ oġġetti jew rekwiżiti għall-għoti ta’ informazzjoni matul l-eżistenza ta’ kuntratt.

(14)

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi nazzjonali fil-qasam tal-liġi kuntrattwali għal aspetti tal-liġi kuntrattwali li mhumiex regolati b'din id-Direttiva. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tkun bla ħasara għal-liġi nazzjonali li jirregola, pereżempju, il-konklużjoni jew il-validità ta’ kuntratt (pereżempju fil-każ ta’ nuqqas ta’ kunsens). Bl-istess mod„ din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi nazzjonali rigward ir-rimedji kuntrattwali leġali ġenerali, ir-regoli dwar l-ordni ekonomiku pubbliku, pereżempju r-regoli dwar prezzijiet eċċessivi jew esaġerati, u r-regoli dwar tranżazzjonijiet legali mhux etiċi.

(15)

Din id-Direttiva m' għandhiex tarmonizza ir-rekwiżiti lingwistiċi applikabbli għall-kuntratti tal-konsumatur. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi rigward l-informazzjoni dwar il-kuntratti u t-termini kuntrattwali.

(16)

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-leġislazzjonijiet nazzjonali dwar ir-rappreżentanza legali bħar-regoli relatati mal-persuna li qed taġixxi f'isem il-kummerċjant jew għall-interess tiegħu (bħal aġent jew trustee). L-Istati Membri għandhom jibqgħu kompetenti f'dan il-qasam. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika lill-kummerċjanti kollha, sew jekk pubbliċi jew privati.

(17)

Id-definizzjoni ta’ konsumatur għandha tkopri l-persuni fiżiċi li mhumiex qed jaġixxu fil-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħhom. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti għal żewġ għanijiet, fejn il-kuntratt huwa konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu jew parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta’ persuna u l-iskop ta’ kummerċ tant huwa limitat li mhuwiex predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, dik il-persuna wkoll għandha titqies bħala konsumatur.

(18)

Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, f'konformita' mal-liġi tal-Unjoni, x'jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu suġġetti għalihom.

(19)

Kontenut diġitali tfisser id-data oġġetta u fornuta f'forma diġitali, bħall-programmi tal-kompjuter, applikazzjonijiet, logħob, vidjos jew testi indipendentement minn jekk humiex aċċessibbli permezz ta’ tniżżil, jew streaming, minn mezz tanġibbli jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor. Il-kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali għandhom jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. F'każ li l-kontenut diġitali jiġi fornut b'mezz tanġibbli, bħal CD jew DVD, għandhu jitqies bħala oġġetti fis-sens ta’ din id-Direttiva. Bħal ma’ jiġri f' każ ta’ kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta ma jkunux għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew fit-tisħin distrettwali, il-kuntratti dwar il-kontenut diġitali li mhux fornut b'mezz tanġibbli ma għandhom ikunu klassifikati, għall-fini ta’ din id-Direttiva, la bħala kuntratti ta’ bejgħ u lanqas kuntratti ta’ servizz. Għall-kuntratti bħal dawn, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt ta’ reċess sakemm ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għall-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt matul il-perjodu ta’ reċess u rrikonoxxa li, b'konsegwenza ta’ dan, se jitlef id-dritt ta’ reċess mill-kuntratt. Barra mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali, il-kummerċjant għandhu jinforma lill-konsumatur dwar il-funzjonalità u l-interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali. Il-kunċett ta’ funzjonalità għandhu jirreferi għall-modi li bihom il-kontenut diġitali jista' jintuża, pereżempju għat-traċċar tal-imġiba tal-konsumatur; għandu jirreferi wkoll għall-preżenza ta’ kwanlunkwe restrizzjoni teknika, pereżempju l-protezzjoni permezz tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali jew tal-kodiċi reġjonali. Il-kunċett ta’ interoperabbiltà rilevanti huwa intiż li jiddeskrivi l-informazzjoni dwar l-ambjent standard tal-hardware u tas-software li miegħu l-kontenut diġitali huwa kumpatibbli, pereżempju s-sistema operattiva, il-verżjoni neċessarja u ċerti karatteristiċi tal-hardware. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni ulterjuri ta’ dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kontenut diġitali u tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, proposta leġislattiva biex tiġi ttrattata din il-kwestjoni.

(20)

Id-definizzjoni ta’ kuntratt mill-bogħod għandha tkopri l-każijiet kollha fejn il-kuntratt jiġi konkluż bejn il-kummerċjant u l-konsumatur fl-ambitu ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni ta’ distanza (pereżempju bejgħ bil-posta, Internet, telefon jew faks) saż-żmien meta l-kuntratt jiġi konkluż, u inkluż dan iż-żmien. Dik id-definizzjoni għandha wkoll tkopri sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur iżur il-post tan-negozju sempliċement biex jiġbor informazzjoni dwar il-oġġetti jew is-servizzi u biex sussegwentement jinnegozja u jikkonkludi l-kuntratt mill-bogħod B' kuntrast, kuntratt innegozjat fil-post tan-negozju tal-kummerċjant u fl-aħħar konkluż permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod ma għandux jitqies kuntratt mill-bogħod. Lanqas kuntratt mibdi permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, iżda fl-aħħar konkluż fil-post tan-negozju tal-kummerċjant ma għandu jitqies bħala kuntratt mill-bogħod. Bl-istess mod, il-kunċett ta’ kuntratt mill-bogħod ma għandux jinkludi riservi li jsiru minn konsumatur permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod biex jitlob il-forniment ta’ servizz minn professjonista, bħal fil-każ ta’ konsumatur li jċempel lil parrukkier biex jitlob appuntament. Il-kunċett ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi għandhu jinkludi dawk l-iskemi offruti minn parti terza li ma tkunx il-kummerċjant iżda użati mill-kummerċjant, bħal pjattaforma online. Madankollu, m' għandhux jkopri każijiet li fihom is-siti web joffru biss informazzjoni dwar il-kummerċjant, il-oġġetti u/jew is-servizzi tiegħu u id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu.

(21)

Kuntratt li jsir lil hinn mill-post tan-negozju għandu jiġi definit bħala kuntratt konkluż mal-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant u l-konsumatur, f'post li ma jkunx il-post tan-negozju tal-kummerċjant, pereżempju għand dar il-konsumatur jew fil-post tax-xogħol tiegħu. F'kuntest lil hinn mill-post tan-negozju, il-konsumatur jista' jkunu taħt pressjoni psikoloġika potenzjali jew jista' jiġi konfrontat b’ element ta’ sorpriża, indipendentement minn jekk talbux jew le ż-żjara tal-kummerċjant huma. Id-definizzjoni ta’ kuntrattlil hinn mill-post tan-negozju għandha wkoll tinkludi sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur huwa personalment u individwalment avviċinat f' kuntest lil hinn mill-post tan-negozju iżda l-kuntratt jiġi konkluż immedjatament wara fil-post tan-negozju tal-kummerċjant jew permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Id-definizzjoni ta’ kuntrattlil hinn mill-post tan-negozju m' għandhux ikopri sitwazzjonijiet li fihom il-kummerċjanti l-ewwel imorru d-dar tal-konsumatur strettament bil-għan li jkejlu jew jagħtu stima mingħajr l-ebda impenn min-naħa tal-konsumatur u meta l-kuntratt jiġi mbagħad konkluż biss wara fil-post tan-negozju tal-kummerċjant jew permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod abbażi tal-istima tal-kummerċjant. F'dawk il-każijiet, il-kuntratt m' għandhux jiġi meqjus bħala konkluż immedjatament wara li l-kummerċjant ikun avviċina lill-konsumatur jekk il-konsumatur kellu ż-żmien biex jirrifletti dwar l-istima tal-kummerċjant qabel jikkonkludi l-kuntratt. Ix-xiri li jsir matul il-vjaġġ organiżżat mill-kummerċjant li matulu tal-oġġetti akwistati ġew promossi u offerti għal bejħ oġġettgħandu jitqies bħala kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju.

(22)

Il-post tan-negozju għandu jinkludi l-post fi kwalunkwe forma (bħalma huma ħwienet, posti tal-monti jew trakkijiet) li jservi bħala post permanenti jew tas-soltu ta’ negozju għall-kummerċjant. Armar tal-monti u tal-fieri għandu jiġi ttrattat bħala post tan-negozju jekk jissodisfaw din il-kundizjoni. Il-postjiet ta’ bejgħ bl-imnut fejn il-kummerċjant jiżvolġi l-attivitajiet tiegħu fuq bażi staġjonali, pereżempju matul l-istaġun turistiku f'post tal-villeġġatura tal-muntanja jew tal-baħar, għandhom jiġu meqjusa bħala postijiet tan-negozju billi l-kummerċjant iwettaq l-attivitajiet tiegħu f' dak il-post fuq bażi tas-soltu. Spazji aċċessibbli għall-pubbliku, bħat-toroq, ċentri kummerċjali, bajjiet, faċilitajiet sportivi u trasport pubbliku, li l-kummerċjant juża fuq bażi eċċezzjonali għall-attivitajiet ta’ negozju tiegħu kif ukoll djar privati jew postijiet tax-xogħol ma għandhomx jitqiesu bħala postijiet tan-negozju. Il-post tan-negozju ta’ persuna li taġixxi f'isem jew fl-interess tal-kummerċjant kif definit f'din id-Direttiva għandu jitqies bħala post tan-negozju fis-sens ta’ din id-Direttiva.

(23)

Il-mezzi li jservu għal żmien twil għandhom iħallu lill-konsumatur jaħżen l-informazzjoni għal perjodu ta’ żmien sakemm hu neċessarju għalih sabiex iħares l-interessi tiegħi li jirriżultaw mir-relazzjoni tiegħu mal-kummerċjat. Tali mezzi għandhom jinkludu b'mod partikolari karta, USB sticks, CD-ROMs, DVDs, kards tal-memorja jew il-hard disks tal-kompjuters kif ukoll l-posta.

(24)

Irkant pubbliku jimplika li l-kummerċjanti u l-konsumaturi jattendu jew jingħataw il-possibbiltà li jattendu rkant personalment. L-oġġetti jew is-servizzi huma offruti mill-kummerċjanti lill-konsumaturi permezz ta’ proċedura ta’ offerti awtorizzata bil-liġi f'ċerti Stati Membri, biex jinbiegħ oġġetti jew serviżżi f'bejgħ pubbliku. L-offerent rebbieħ huwa marbut jixtri l-oġġetti jew is-servizzi. L-użu ta’ pjattaformi online għal skopijiet ta’ rkant li huma għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u tal-kummerċjanti ma jitqiesx bħala rkant pubbliku fis-sens ta’ din id-Direttiva.

(25)

Il-kuntratti relatati mat-tisħin distrettwali ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva, bl-istess mod mal-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku. It-tisħin distrettwali jirreferi għall-provvista ta’ sħana, fost ħwejjeġ oħra fil-forma ta’ fwar jew misħun, minn sors ċentrali ta’ produzzjoni permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni f'diversi immobbli, għal finijiet ta’ tisħin.

(26)

Il-kuntratti li jikkonċernaw it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fil-proprjetà immobbli jew il-ħolqien jew l-akwist ta’ tali proprjetà immobbli jew drittijiet, kuntratti għall-kostruzzjoni ta’ immobbli ġodda, għall-konverżjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti kif ukoll kuntratti għall-kiri tal-akkomodazzjoni għall-għanijiet residenzjali huma diġà suġġetti għal numru ta’ rekwiżiti speċifiċi fil-leġislazzjoni nazzjonali. Dawk il-kuntratti jinkludu bejgħ ta’ proprjetà immobbli li għad trid tiġi żviluppata jew ix-xiri bin-nifs. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex adegwati għal dawn il-kuntratti, li għandhom għalhekk, jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Konverżjoni sostanzjali hija konverżjoni komparabbli mal-kostruzzjoni ta’ immobbli ġdid, pereżempju fejn titħalla faċċata waħda biss ta’ bini antik. Il-kuntratti ta’ servizzi partikolarment dawk li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ annessi għall-bini (pereżempju garaxx jew veranda) u dawk li jikkonċernaw it-tiswija u r-rinnovazzjoni ta’ bini apparti dak ta’ konverżjoni sostanzjali għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif ukoll kuntratti li jikkonċernaw servizzi ta’ aġenziji immobbiljari u kuntratti li jikkonċernaw il-kiri ta’ akkomondazzjoni mhux għal skopijiet residenzjali.

(27)

Is-servizzi ta’ trasport ikopru t-trasport ta’ passiġġieri u tal-oġġetti. It-trasport ta’ passiġġieri għandhu ikun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva billi diġà huwa suġġett għal leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, jew fil-każ tat-trasport pubbliku jew tat-taxis, għal regolamentazzjoni f'livell nazzjonali. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jipproteġu lill-konsumaturi kontra tariffi eċċessivi għall-użu ta’ mezzi ta’ pagament jew kontra spejjeż moħbija għandhom japplikaw anki għall-kuntratti ta’ trasport ta’ passiġġieri. Fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti jew kiri ta’ karozzi li huma servizzi, il-konsumaturi għandhom jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ reċess.

(28)

Bil-għan li jiġi evitat piż amministrattiv fuq il-kummerċanti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu ma japplikawx din id-Direttiva fil-każ li l-oġġetti jew is-servizzi ta’ valur baxx jinbiegħu lil hinn mill-post tan-negozju. Il-limitu monetarju għandu jkun stabbilit f'livell biżżejjed baxx biex jeskludu biss ix-xiri ta’ oġġetti ta’ rilevanza żgħira. L-Istati Membri jistgħu jiddefenixxu dan il-valur fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom bil-kundizzjoni li ma jaqbiżx il-EUR 50. Fejn żewġ jew aktar kuntratti b'suġġetti relatati huma konklużi fl-istess ħin min-naħa tal-konsumatur, l-ispiża totali ma għandhiex taqbeż dan il-limitu.

(29)

Fundamentalment, is-servizzi soċjali għandhom karatteristiċi differenti riflessi fil-leġislazzjoni speċifika għas-settur, parzjalment fil-livell tal-Unjoni u parzjalment fil-livell nazzjonali. Fost is-servizzi soċjali nsibu, minn naħa, servizzi għal persuni partikolarment żvantaġġati jew bi dħul baxx kif ukoll servizzi għal persuni u familji fil-bżonn ta’ assistenza biex jiżvolġu kompiti ta’ rutina u ta’ kuljum u, min-naħa l-oħra, servizzi għall-persuni kollha bi bżonn speċjali għal assistenza, sostenn, protezzjoni jew inkoraġġament f'fażi tal-ħajja speċifika. Fost affarijiet oħra, dawn ikopru servizzi għat-tfal u għaż-żgħażagħ, servizzi ta’ assistenza għall-familji, ġenituri waħedhom u anzjani u servizzi għall-migranti. Is-servizzi soċjali jkopru servizzi ta’ assistenza kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul, pereżempju sevizzi fornuti minn servizzi ta’ assistenza d-dar jew fornuti f'istituti ta’ residenza assistita u residenzi għall-anzjani (“djar tal-kura”). Is-servizzi soċjali jinkludux biss dawk ipprovduti mill-Istat f'livell nazzjonali, reġjonali jew lokali minn fornituri inkarigati mill-Istat jew minn istituti tal-karità rikonoxxuti mill-Istat iżda wkoll dawk ipprovduti minn operaturi privati. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex adegwati għas-servizzi soċjali u għalhekk għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

(30)

Il-kura tas-saħħa teħtieġ regolamenti speċjali minħabba l-kumplessità teknika tagħha, l-importanza tagħha għas-servizzi ta’ interess ġenerali kif ukoll il-finanzjamenti pubbliċi notevoli. Il-kura tas-saħħa hija definita fid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (9) bħala “servizzi tas-saħħa pprovduti minn professjonisti tas-saħħa lill-pazjenti biex jivvalutaw, iżommu jew ireġġgħu lura l-istat tas-saħħa tagħhom, inklużi l-preskrizzjoni, l-għoti u l-forniment ta’ oġġetti mediċinali u apparati mediċi”. professjonista tas-saħħa huwa definit f'dik id-Direttiva bħala tabib, infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, dentist, majjistra jew spiżjar fis-sens tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (10), jew professjonista ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/36/KE, jew persuna meqjusa bħala professjonista tas-saħħa skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ trattament. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex adegwati għall-kura tas-saħħa u għalhekk għandha tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

(31)

Il-logħob tal-azzard għandhu jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-attivitajiet tal-azzard huma dawk li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta’ fortuna, inklużi l-lotteriji, logħob tal-azzard fil-każinos u l-imħatri. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw miżuri differenti, anki miżuri iktar rigorużi, ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet.

(32)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni eżistenti, fost affarijiet oħra fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatori, tal-vjaġġi kollox inkluż u tat-timeshare, fiha bosta regoli għall-ħarsien tal-konsumaturi. Għal din ir-raġuni, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti f'dawk l-oqsma. Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jitħeġġew jisiltu ispirazzjoni mil-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni f'dak il-qasam huma u jilleġiferaw dwar oqsma li mhumiex regolamentati fil-livell tal-Unjoni, b'tali mod li tiġi garantita parità ta’ kundizzjonijiet għall-konsumaturi kollha u għall-kuntratti kollha marbutin mas-servizzi finanzjarji.

(33)

Il-kummerċjanti għandhom ikunu obbligati jinformaw il-konsumaturi bil-quddiem bi kwalunkwe arranġament li jirriżulta mill-konsumaturi li jħallsu depożitu lill-kummerċjant, inkluż arranġament li fih ammont jiġi mblukkat fil-karta ta’ kreditu jew debitu.

(34)

Il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur informazzjoni ċara u komprensibbli qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt mill-bogħod jew kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju, kuntratt li ma jkunx kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew kwalunkwe offerta korrispondenti. Bil-forniment ta’ din l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli minħabba l-infermità mentali, fiżika jew psikoloġika, età jew inġenwità tagħhom b'tali mod li l-kummerċjant jista' raġonevolment jipprevedi. Madankollu, il-kunsiderazzjoni ta’ dawn il-ħtiġijiet speċifiċi ma għandhiex twassal għal livelli differenti ta’ ħarsien tal-konsumaturi.

(35)

L-informazzjoni li għandha tiġi fornuta mill-kummerċjant lill-konsumatur għandha tkun mandatorja u ma tistax tkun modifikata. Madankollu l-partijiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jaqblu espressament biex jimmodifikaw il-kontenut tal-kuntratt suċċessivament konkluż, pereżempju d-dispożizzjonijiet għall-kunsinna.

(36)

Fil-każ ta’ kuntratti mill-bogħod, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jiġu adattati biex jieħdu inkonsiderazzjoni l-limiti tekniċi ta’ ċerti mezzi ta’ komunikazzjoni, bħar-restrizzjonijiet tal-għadd ta’ karattri fuq ċerti skrins tat-telefons ċellulari jew il-limitu ta’ żmien fuq ir-riklami tal-bejgħ ta’ fuq it-televiżjoni. F'tali każijiet il-kummerċjant għandu jikkonforma ma’ sett minimu ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni u jirreferi l-konsumatur għal sors ieħor ta’ informazzjoni, pereżempju billi jipprovdi numru tat-telefon bla ħlas jew hypertext link għal paġna tal-web tal-kummerċjant fejn hija direttament u faċilment disponibbli l-informazzjoni relevanti. Għal dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżit ta’ informazzjoni lill-konsumatur dwar l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti li, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jiġu rritornati f'kundizzjonijiet normali bil-posta, jiġi kkunsidrat li dan ġie sodisfatt, pereżempju, jekk il-kummerċjant jispeċifika kunsinnatur (pereżempju l-kunsinnatur li lilu kien ikkummissjona l-kunsinna tal-oġġett) u l-ispiża għar-ritorn tal-oġġetti. Meta l-kummerċjant ma jistax raġonevolment jikkalkola l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti bil-quddiem, pereżempju billi mhuwiex hu li jieħu ħsieb ir-ritorn tal-oġġetti, għandu jipprovdi dikjarazzjoni li fiha jispeċifika li tali spiża tista' titħallas mill-konsumatur u li l-ammont tagħha jista' jkun għoli, flimkien ma’ stima raġonevoli tal-ispiża massimu, li tista' tkun ibbażata fuq l-ispiża tal-kunsinna lill-konsumatur.

(37)

Minħabba li fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, il-konsumatur ma jistax jara l-oġġetti qabel ma jikkonkludi l-kuntratt huwa għandu jkollu d-dritt ta’ reċess. Għall-istess raġuni, il-konsumatur għandu jitħalla jipprova u jispezzjona l-oġġetti li jkun xtara sal-punt meħtieġ biex jistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti. Għal dak li jirrigwarda l-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt ta’ reċess minħabba l-element potenzjali ta’ sorpriża u/jew ta’ pressjoni psikoloġika. Ir-reċess mill-kuntratt għandu jittermina l-obbligu tal-partijiet kontraenti li jeżegwixxu l-kuntratt.

(38)

Is-siti ta’ kummerċ elettroniku għandhom jindikaw b'mod ċar u leġġibbli, almenu fil-bidu tal-proċess ta’ ordni, jekk japplikaw restrizzjonijiet għall-kunsinna u liema mezzi ta’ pagament huma aċċettati.

(39)

Huwa importanti li jiġi garantit li, fil-kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ siti web, il-konsumatur ikun jista' jaqra u jifhem fit-totalità tagħhom l-elementi prinċipali tal-kuntratt qabel ma jagħmel l-ordni tiegħu. Għal dak il-għan, jeħtieġ li jiġi previst f' din id-Direttiva li dawn l-elementi ikunu murija fil-viċinanza immedjata tal-konferma meħtieġa biex issir l-ordni. Huwa wkoll importanti li jiġi garantit li, f'tali sitwazzjonijiet, il-konsumatur ikun jista' jiddetermina l-mument li fih jassumi l-obbligu li jħallas lill-kummerċjant. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-attenzjoni tal-konsumatur tinġibed b'mod speċifiku, permezz ta’ formulazzjoni inekwivokabbli, dwar il-fatt li meta ssir l-ordni dan jissarraf fl-obbligu li jitħallas il-kummerċjant.

(40)

It-tulijiet varjanti attwali tal-perjodi ta’ reċess kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll għal kuntratti mill-bogħod jew li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju jikkawżaw inċertezza legali u spejjeż ta’ konformità. L-istess perjodu ta’ reċess għandu japplika għal kuntratti kollha li jseħħu mill-bogħod jew lil hinn mill-post. Fil-każ tal-kuntratti ta’ servizz, il-perjodu ta’ reċess jiskadi wara 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt. Fil-każ tal-kuntratti ta’ bejgħ, il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi wara 14-il jum minn dak li fih il-konsumatur jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. Barra minn dan, il-konsumatur għandu jkun jista' jeżerċita d-dritt ta’ reċess qabel ma jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. Meta l-konsumatur jordna diversi oġġetti f'ordni waħda iżda dawn huma kunsinnati separatament, il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi wara 14-il jum mill-jum li fih il-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar oġġett. Meta l-oġġetti huma kunsinnati f'diversi lottijiet jew biċċiet, il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi wara 14-il jum mill-jum li fih il-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar lott jew biċċa.

(41)

Biex jiżgura ċertezza legali, huwa xieraq li r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (11) għandu japplika għall-kalkolu tal-perjodi f'din id-Direttiva. Għalhekk, il-perjodi kollha li hemm f'din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala espressi f'jiem ta’ kalendarju. Jekk perjodu espress f'jiem għandu jkun kkalkolat mill-mument li fih isir avveniment jew titwettaq azzjoni, il-jum li fih ikun sar tali avveniment jew twettqet tali azzjoni għandhiex titqiesx inkluża fil-perjodu inkwestjoni.

(42)

Id-dispożizzjonijiet relatati mad-dritt ta’ reċess għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet leġislattivi u regolamentari tal-Istati Membri fil-qasam tat-terminazzjoni jew non-eżegwibbiltà tal-kuntratt jew il-possibbiltà għall-konsumatur li jottempera għall-obbligi kuntrattwali tiegħu qabel it-terminu fissat fil-kuntratt.

(43)

Jekk il-kummerċjant ma jkunx informa l-konsumatur b'mod adegwat qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post, il-perjodu ta’ reċess għandu jiġi estiż. Minkejja dan, biex tiġi żgurata ċertezza legali fir-rigward tat-tul tal-perjodu ta’ reċess, għandu jiddaħħal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 12-il xahar.

(44)

Id-differenzi fil-modi kif huwa eżerċitat id-dritt ta’ reċess fl-Istati Membri kkawżaw spejjeż għal kummerċjanti li jbiegħu b'mod transkonfinali. L-introduzzjoni ta’ formola standard armonizzata ta’ reċess li tista' tintuża mill-konsumatur għandha tissemplifika l-proċess ta’ reċess u ġġib ċertezza legali. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jżidu kwalunkwe rekwiżit ta’ preżentazzjoni lill-formola standard tal-Unjoni kollha pereżempju d-daqs tat-tipa. Madankollu, il-konsumatur għandu jibqa' liberu li jirreċedi bi kliemu stess, sakemm id-dikjarazzjoni tiegħu lill-kummerċjant li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt tkun inekwivokabbli. Ittra, telefonata jew ir-ritorn tal-oġġetti b'dikjarazzjoni ċara jistgħu jissodisfaw dan ir-rekwiżit, iżda l-oneru tal-prova tar-reċess fi żmien it-termini stabbiliti fid-Direttiva għandu jkun fuq il-konsumatur. Għal din ir-raġuni, huwa fl-interess tal-konsumatur li jagħmel użu minn mezz li jservi għal żmien twil meta jgħarraf ir-reċess tiegħu lill-kummerċjant.

(45)

Minħabba li l-esperjenza turi li bosta konsumaturi u kummerċjanti jippreferu jikkomunikaw permezz tal-websajt tal-kummerċjant, għandu jkun hemm possibilità għall-kummerċjant li jagħti lill-konsumatur l-alternattiva li jimla formola ta’ reċess mill-Internet. F'dan il-każ il-kummerċjant għandu jagħti nota ta’ konferma pereżempju permezz tal-posta elettronika mingħajr dewmien.

(46)

Fil-każ tar-reċess tal-konsumatur mill-kuntratt, il-kummerċjant għandu jagħti rimbors tal-ħlasijiet kollha li waslulu mingħand il-konsumatur, inklużi dawk li jkopru l-ispejjeż li ġarrab il-kummerċjant biex iwassal il-oġġetti lill-konsumatur. Ir-rimbors ma għandux isir permezz ta’ vawċer, sakemm il-konsumatur ma jkunx uża vawċers għall-ewwel operazzjoni jew ikun espressament aċċetahom. Jekk il-konsumatur jagħżel espressament ċertu tip ta’ kunsinna (pereżempju kunsinna express f'24 siegħa), minkejja l-kummerċjant kien offra tip ta’ kunsinna komuni u ġeneralment aċċettat bi spejjeż tal-kunsinna iktar baxxi, id-differenza bejn l-ispejjeż taż-żewġ tipi ta’ kunsinna għandha titħallas mill-konsumatur.

(47)

Uħud mill-konsumaturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ reċess wara li jkunu użaw il-oġġetti sa tali punt li jmur lil hinn minn dak meħtieġ biex jistabbilixxu n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti. F'dan il-każ il-konsumatur ma għandux jitlef id-dritt ta’ reċess, iżda għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-oġġetti. Sabiex jistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti, il-konsumatur għandu biss joperah jew jispezzjonhom fl-istess mod kif ikun permess f'post fen isir bejħ bl-imnut. Pereżempju, il-konsumatur għandu biss jipprova artiklu ta’ lbies u mhuwiex permess li jilbsu fit-tul. B'konsegwenza, waqt il-perjodu ta’ reċess il-konsumatur għandu jopera u jispezzjona l-oġġetti b'attenzjoni xierqa. L-obbligi tal-konsumatur fil-każ ta’ reċess ma għandhomx jiskoraġġixxu lill-konsumatur milli jeżerċita d-dritt ta’ reċess tiegħu.

(48)

Il-konsumatur għandu jkun obbligat li jibgħat il-oġġetti mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jkun informa lill-kummerċjant dwar id-deċiżjoni ta’ reċess mill-kuntratt. F'sitwazzjonijiet li fihom il-kummerċjant jew il-konsumatur ma jottemperax għall-obbligi relatati mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess, japplikaw il-penali previsti mil-leġislazzjoni nazzjonali skont din id-Direttiva kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-liġi kuntrattwali.

(49)

Għandhom jeżistu ċerti eċċezzjonijiet mid-dritt ta’ reċess, kemm għall-kuntratt mill-bogħof kif ukoll għal dawklil hinn mill-post tan-negozju. Id-dritt ta’ reċess aktarx ma jkunx xieraq fid-dawl, pereżempju, tan-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi. Dan huwa l-każ pereżempju għall-inbid li jiġi fornut żmien twil wara l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ natura spekulattiva fejn il-valur jiddependi fuq il-varjazzjonijiet fis-suq (vin en primeur). Id-dritt ta’ reċess ma għandux japplika għall-oġġetti oġġetti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati biċ-ċar, bħall-purtieri magħmulin apposta minn ħajjat, u lanqas għall-provvista ta’ fjuwil, li huwa minn natura tagħhom beni inseparabbli mħalltin ma’ beni oħrajn wara l-kunsinna,. L-għoti ta’ dritt ta’ reċess lill-konsumatur jista' ukoll ma jkunx xieraq fil-każ ta’ ċerti servizzi li għalihom il-konklużjoni tal-kuntratt timplika li tiġi riservata kapaċità li għaliha l-kummerċjant jista' jsibha diffiċli jsib sostituzzjoni, kieku kellu jiġi eżerċitat id-dritt ta’ reċess. Dan ikun il-każ pereżempju tar-riservazzjonijiet f' lukandi jew relatati ma’ djar tal-vaganzi, avvenimenti kulturali jew sportivi.

(50)

Minn naħa, il-konsumatur għandu jibbenefika mid-dritt tiegħu ta’ reċess anki fil-każ li fih talab il-forniment tas-servizzi qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ reċess. Min-naħa l-oħra, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess, il-kummerċjant għandu jkun assigurat li se jitħallas adegwatament għas-servizz fornut. Il-kalkolu tal-ammont proporzjonali għandu jkun ibbażat fuq il-prezz maqbul fil-kuntratt sakemm il-konsumatur juri li l-prezz totali stess huwa sproporzjonat, u f'dan il-każ l-ammont li għandu jitħallas jiġi kkalkolat abbażi tal-valur tas-suq tas-servizz li ġie fornut. Il-valur tas-suq għandu jkun definit permezz ta’ tqabbil mal-prezz ta’ servizz ekwivalenti mogħti minn kummerċjanti oħrajn fid-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt. Għaldaqstant, il-konsumatur għandu jitlob l-eżekuzzjoni tas-servizzi qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ reċess billi jagħmel din it-talba espliċitament u, fil-każ ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, fuq mezz li jservi għal żmien twil. Bl-istess mod, il-kummerċjant għandu jinforma lill-konsumatur, fuq mezz li jservi għal żmien twil, bi kwalunkwe obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż proporzjonali korrispondenti għas-servizzi diġà fornuti. Għall-kuntratti li għandhom bħala oġġett tagħhom kemm il-oġġetti kif ukoll is-servizzi, ir-regoli dwar ir-ritorn tal-oġġetti msemmijin f'din id-Direttiva japplikaw għall-aspetti relatati mal-oġġetti filwaqt li r-reġim ta’ kumpensazzjoni għas-servizzi japplika għall-aspetti relatati mas-servizzi.

(51)

Id-diffikultajiet ewlenin li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi u wieħed mill-ikbar sorsi ta’ tilwim mal-kummerċjanti jikkonċernaw it-twassil tal-oġġetti, inklużi oġġetti li jintilfu jew isofru ħsara matul it-trasport u kunsinna li tasal tard u b'mod parzjali. Għalhekk huwa xieraq li jiġu ċċarati u armonizzati r-regoli nazzjonali dwar iż-żmien li fih għandha ssir il-kunsinna. Il-post u l-modalitajiet tal-kunsinna kif ukoll ir-regoli dwar id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-proprjetà tal-oġġetti u tal-mument li fih isir tali trasferiment għandhom jibqgħu suġġetti għal-leġislazzjoni nazzjonali u għalhekk mhumiex affettwati minn din id-Direttiva. Ir-regoli dwar il-kunsinna stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jinkludu l-possibbiltà għall-konsumatur li jippermetti lil parti terza tikseb f'ismu l-pussess jew il-kontroll fiżiku tal-oġġetti. Huwa opportun li jitqies li l-konsumatur għandu l-kontroll tal-oġġetti meta hu jew parti terza indikata minnu għandu/ha aċċess għall-oġġetti biex jużahom bħala proprjetarju, jew il-possibbiltà li jerġa' jbigħhom (pereżempju, meta jirċievi ċ-ċwievet jew daħal fil-pussess tad-dokumenti ta’ proprjetà).

(52)

Fil-kuntest tal-kuntratti ta’ bejgħ, il-kunsinna tal-oġġetti tista' sseħħ f'diversi modi, jiġifieri immedjatament jew aktar tard. Jekk il-partijiet ma qablux fuq data tal-kunsinna speċifika, il-kummerċjant għandu jagħmel il-kunsinna tal-oġġetti mill-aktar fis possibbli, u f'kull każ mhux aktar tard minn 30 jum mid-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt. Ir-regoli rigward kunsinna tard għandhom ukoll jieħdu kont tal-oġġetti li għandhom ikunu manifatturati jew miksuba apposta għall-konsumatur li ma jistgħux jerġgħu jintużaw mill-kummerċjant mingħajr telf konsiderevoli. Għalhekk, regola li tipprovdi għal perjodu raġonevoli addizzjonali ta’ żmien lill-kummerċjant f'ċerti ċirkostanzi għandhom jiġu pprovduti f'din id-Direttiva. Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jikkunsinna l-oġġetti fil-perjodu ta’ żmien miftiehem mal-konsumatur, qabel ma l-konsumatur ikun jista' jittermina l-kuntratt, il-konsumatur għandu jitolbu lill-kummerċjant biex jagħmel il-kunsinna fil-perjodu raġonevoli addizjoni ta’ żmien u tkun intitolat li jittermina il-kuntratt jekk il-kummerċjant jonqos milli jikkunsinna l-oġġetti anke f'dak il-perjodu addizzjonali ta’ żmien. Madankollu, din ir-regola m'għandhiex tapplika meta l-kummerċjant ikun irrifjuta li jikkunsinna l-oġġetti f'dikjarazzjoni ċara. Lanqas ma għandha tapplika f'ċerti ċirkostanzi fejn il-perjodu ta’ kunsinna huwa essenzjali bħal, per eżempju, fil-każ tal-libsa tat-tieġ li għandha tingħata qabel il-tieġ. Lanqas ma għandu japplika fiċ-ċirkostanzi fejn il-konsumatur jinforma lill-kummerċjant li l-kunsinna f'data speċifikata hija essenzjali. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista' juża d-dettalji ta’ kuntatt tal-kummerċjant mogħtija skont din id-Direttiva. F'dawn il-każijiet speċifiċi, jekk in-negozjant jonqos li jikkunsinna l-merkanzija fil-ħin, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ kunsinna inizjalment miftiehem. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-mod kif il-konsumatur għandu jinnotifika lill-kummerċjant bir-rieda tiegħu li jittermina l-kuntratt.

(53)

Barra mid-dritt tal-konsumatur li jittermina il-kuntratt jekk il-kummerċjant ma jkunx ottempera għall-obbligi tiegħu tal-kunsinna tal-oġġettiskont din id-Direttiva, il-konsumatur jista', skont il-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, jagħmel rikors għal rimedji oħrajn, bħal jikkonċedi perjodu ta’ żmien supplementari għall-kunsinna lill-kummerċjant, jesiġi l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, jissospendi l-pagament, u jitolb kumpens għad-danni.

(54)

Skont l-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar servizzi fis-suq intern (12), l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprojbixxu jew jillimitaw id-dritt tal-kummerċjanti li jimponu spejjeż lill-konsumaturi b'kunsiderazzjoni tal-bżonn li titħeġġeġ il-kompetizzjoni u li jiġi promoss l-użu ta’ strumenti effiċenti ta’ pagament. Lill-kummerċjanti għandu jkun f'kull każ projbit li jiġu imposti lill-konsumaturi kummissjonijiet li jaqbżu l-ispiża mġarrba mill-kummerċjant għall-użu ta’ ċertu mezz tal-ħlas.

(55)

Meta l-oġġetti jintbagħtu mill-kummerċjant lill-konsumatur, jista' jinqala tilwim fil-każ ta’ telf jew ħsara, rigward il-mument li fih it-trasferiment tar-riskju seħħ. Għalhekk din id-Direttiva għandha tipprovdi li l-konsumatur ikun protett kontra kull riskju ta’ telf ta’ jew ħsara lill-oġġetti li jsiru qabel ma jakkwista l-pussess fiżiku tal-oġġetti. Il-konsumatur għandu jkun protett waqt it-trasport organizzat jew imwettaq mill-kummerċjant, anki meta l-konsumatur ikun għażel metodu ta ‘kunsinna partikolari minn firxa ta’ għażliet offruti mill-kummerċjant. Madankollu, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal kuntratti fejn huwa f'idejn il-konsumatur li jieħu ħsieb il-kunsinna tal-oġġetti hu stess jew fejn jitolbtrasportatur jieħu ħsieb il-kunsinna. Rigward il-mument tat-trasferiment tar-riskju, il-konsumatur għandhu jitqies li kisbu l-pussess fiżiku tal-oġġetti meta jkun irċevihom.

(56)

Persuni jew organizzazzjonijiet li f'għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur għandu jkollhom id-dritt li jibdew proċedimenti, jew quddiem qorti inkella quddiem awtorità amministrattiva li hi kompetenti biex tiddeċiedi dwar ilmenti jew biex jinbdew proċedimenti legali xierqa.

(57)

Hu meħtieġ li Stati Membri jistabbilixxu penali għal ksur ta’ din id-Direttiva u jridu jiżguraw li jiġu infurzati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(58)

Il-konsumatur ma għandux jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva. Fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija dik ta’ pajjiż terz, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 593/2008, sabiex jiġi determinat jekk il-konsumatur iżommx il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva.

(59)

Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, għandha tinvestiga l-mod l-iktar xieraq li jiżgura li l-konsumaturi kollha jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom fil-mument tal-bejgħ.

(60)

Minħabba li l-bejgħ mhux mitlub, li jikkonsisti fi provvista lil konsumaturi ta’ oġġetti jew forniment ta’ servizzi mhux mitluba, huwa pprojbit bid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (13) iżda m'hemm previst l-ebda rimedju kuntrattwali fiha, jeħtieġ li jiġi introdott f'din id-Direttiva r-rimedju kuntrattwali ta’ eżenzjoni tal-konsumatur mill-obbligu li jipprovdu kwalunkwe konsiderazzjoni għal provvista jew forniment mhux mitlub/a.

(61)

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (14) diġà tirregola komunikazzjonijiet mhux mitluba u tipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti dwar l-istess kwistjoni li tinsab fid-Direttiva 97/7/KE, għalhekk, mhumiex meħtieġa.

(62)

Huwa xieraq li l-Kummissjoni tirrevedi din id-Direttiva jekk jiġu identifikati xi ostakli għas-suq intern. Fir-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzioni partikolari lill-possibbiltajiet mogħtija lill-Istati Membri jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi inkluż f'ċerti oqsma tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (15) u tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (16). Dik ir-reviżjoni tista' twassal għal proposta tal-Kummissjoni li temenda din id-Direttiva; dik il-propossta tista' tinkludi emendi għal leġislazzjoni oħra għall-protezzjoni tal-konsumatur li tirrifletti l-impenn tal-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur tal-Kummissjoni biex tirrevedi l-acquis tal-Unjoni sabiex jintlaħaq livell għoli, komuni ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(63)

Id-Direttivi 93/13/KEE u 1999/44/KE għandhom jiġu emendati sabiex l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi f'ċerti oqsma.

(64)

Id-Direttivi 85/577/KEE u 97/7/KE għandhom jitħassru.

(65)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, ma jistax jinkiseb b’ mod xieraq mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif iddefinit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan

(66)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(67)

F'konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil ta’ liġijiet aħjar (17), l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom, li, safejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(2)

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta’ persuna li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għall-iskopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fil-kuntatti koperti minn din id-Direttiva;

(3)

“oġġetti” tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli, bl-eċċezzjoni tal-oġġetti mibjugħa permezz ta’ eżekuzzjoni jew b'mod ieħor bl-awtorità tal-liġi; jidħlu fost l-“oġġetti” koperti minn din id-Direttiva l-ilma, il-gass u l-elettriku fejn huma għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa;

(4)

“oġġett li sar skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe oġġett li ma ġiex prefabbrikat u sar fuq il-bażi ta’ għażla jew deċiżjoni individwali tal-konsumatur;

(5)

“kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li permezz tiegħu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala l-oġġett tiegħu kemm l-oġġetti kif ukoll is-servizzi;

(6)

“kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li abbażi tiegħu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan;

(7)

“kuntratt mill-bogħod” tfisser kwalunkwe kuntratt konkluż bejn il-kummerċjant u il-konsumatur fil-qafas ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew iktar tal-komunikazzjoni mill-bogħod, sal-konklużjoni tal-kuntratt, inkluża l-konklużjoni tal-kuntratt stess;

(8)

“kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju” tfisser kwalunkwe kuntratt bejn il-kummerċjant u il-konsumatur:

(a)

konkluż fil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, f'post li mhuwiex dak tan-negozju tal-kummerċjant;

(b)

li saret offerta għalih mill-konsumatur f'ċirkostanzi simili kif imsemmi fil-punt (a);

(c)

konkluż fil-post tan-negozju tal-kummerċjant iżda permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod immedjatament wara li l-konsumatur ġie avviċinat personalment u individwalment f'post differenti minn dak tan-negozju tal-kummerċjant, fil-preżenza fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur simultanjament; jew

(d)

konkluż waqt vjaġġ promozzjonali organizzat mill-kummerċjant bil-għan u bl-effett li jippromwovi u jbigħ il-oġġetti jew is-servizzi lill-konsumatur;

(9)

“post tan-negozju” tfisser:

(a)

kwalunkwe post fen isir bejħ bl-imnut immobbli fejn il-kummerċjant jiżvolġi l-attività tiegħu fuq bażi permanenti; jew

(b)

kwalunkwe post fen isir bejħ bl-imnut mobbli fejn il-kummerċjant jiżvolġi l-attività tiegħu fuq bażi tas-soltu;

(10)

“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-kummerċjant li jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(11)

“kontenut diġitali” tfisser data oġġetta u fornuta f'format diġitali;

(12)

“servizz finanzjarju” tfisser kwalunkwe servizz ta’ natura bankarja, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni, ta’ pensjoni personali, ta’ investiment jew ta’ ħlas;

(13)

“irkant pubbliku” tfisser metodu ta’ bejgħ fejn oġġetti u servizzi huma offruti mill-kummerċjant lill-konsumaturi, li jattendu jew jingħataw il-possibilità li jattendu l-irkant fiżikament, permezz ta’ proċedura trasparenti kompetittiva ta’ offerti mmexxija minn irkantatur u fejn l-offerent rebbieħ huwa obbligat li jixtri l-oġġetti jew is-servizzi;

(14)

“garanzija kummerċjali” tfisser kwalunkwe impenn mill-kummerċjant jew minn produttur (il-“garanti”) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligi tal-liġi dwar il-garanzija ta’ konformità, ta’ rimbors tal-prezz imħallas jew ta’ sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta’ oġġetti fi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kwalunkwe rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu;

(15)

“kuntratt anċillari” tfisser kuntratt li bih il-konsumatur jakkwista oġġetti jew servizzi relatati ma’ kuntratt mill-bogħod jew kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju u fejn dawk l-oġġetti jiġu pprovduti jew is-servizzi jiġu fornuti mill-kummerċjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur. Hija wkoll applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa tal-fornituri pubbliċi, sal-punt li dawn l-oġġetti ta’ bażi huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.

2.   F' każ ta’ kunflitt bejn kwalunkwe dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva u dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola setturi speċifiċi, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni tirbaħ u għandha tapplika lil tali setturi speċifiċi.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti:

(a)

għas-servizzi soċjali, inklużi l-akkomodazzjoni soċjali, l-assistenza għat-tfal u l-appoġġ għall-familji u għall-persuni temporanjament jew permanentement fil-bżonn, inkluża l-assistenza fit-tul;

(b)

għall-kura tas-saħħa kif definita fil punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE, anki jekk tkun ipprovduta permezz ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;

(c)

għall-attivitajiet tal-azzard, li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta’ fortuna, inklużi l-lotteriji, logħob tal-azzard fil-każinos u l-imħatri;

(d)

għas-servizzi finanzjarji;

(e)

għall-ħolqien, l-akkwist jew it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli;

(f)

għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, it-trasformazzjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti u għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skop residenzjali;

(g)

li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (18);

(h)

li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (19);

(i)

li, skont il-liġijiet tal-Istati Membri, huma stabbiliti bl-intervent ta’ uffiċjali pubbliku, obbligat mil-liġi li jkun indipendenti u imparzjali, li għandu jiggarantixxi, billi jipprovdi informazzjoni ġuridika kompluta, li l-konsumatur jikkonkludi l-kuntratt fuq il-bażi biss ta’ deċiżjoni ġuridika għaqlija u bil-għarfien tar-rilevanza ġuridika tagħha;

(j)

ta' provvista ta’ ikel, xorb u oġġetti oħra intiżi għall-konsum kurrenti fil-familja u fiżikament fornuti minn kummerċjant f'dawriet frekwenti u regolari fid-djar, residenzi jew post tax-xogħol tal-konsumatur;

(k)

ta' servizzi tat-trasport ta’ passeġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19 u 22;

(l)

konklużi permezz ta’ magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat;

(m)

konklużi mal-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet permezz ta’ telefons pubbliċi bi ħlas għall-użu tagħhom jew konklużi għall-użu ta’ kollegament wieħed biss permezz tat-telefon, Internet jew fax, stabbilit minn konsumatur.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva jew li ma jżommux u lanqas jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li għalihom il-pagament li l-konsumatur għandu jħallas ma jkunu aktar minn EUR 50. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu valur aktar baxx fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

5.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi kuntrattwali ġenerali nazzjonali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt, sakemm l-aspetti relatati mal-liġi kuntrattwali ġenerali mhumiex regolati minn din id-Direttiva.

6.   Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-kummerċjanti milli joffru lill-konsumaturi arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Livell ta’ armonizzjoni

L-Istati Membri m' għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprovdix mod ieħor.

KAPITOLU II

INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATUR DWAR IL-KUNTRATTI LI MHUMIEX KUNTRATTI MILL-BOGĦOD JEW LIL HINN MILL-POST TAN-NEGOZJU

Artikolu 5

Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-kuntratti li mhumiex kuntratti mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju

1.   Qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt li mhuwiex kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u komprensibbli, jekk dik l-imformazzjoni mhijiex diġà evidenti mill-kuntest:

(a)

il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġett jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi;

(b)

l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu, l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit u n-numru tat-telefon;

(c)

il-prezz totali tal-oġġetti jew is-servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti;

(d)

fejn hu applikabbli, l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data sa meta l-kummerċjant jimpenja ruħu li jikkunsinna l-oġġetti jew jagħti servizz, u l-politika tal-kummerċjant tal-ġestjoni tal-ilmenti;

(e)

flimkien ma’ tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-oġġetti u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;

(f)

it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli, jew, jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatika, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt;

(g)

fejn hu applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni tal-kontenut diġitali;

(h)

fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali bil-hardware u s-software, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika anki għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali u għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw il-paragrafu 1 għall-kuntratti li jinvolvu tranżazzjonijiet ta’ kuljum u li huma eżegwiti immedjatament fil-mument tal-konklużjoni tagħhom.

4.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni pre-kuntrattwali għal-kuntratti li japplika għalihom dan l-Artikolu.

KAPITOLU III

IINFORMAZZJONI TAL-KONSUMATUR U DRITT TA' REĊESS GĦAL KUNTRATTI MILL-BOGĦOD U LIL HINN MILL-POST TAN-NEGOZJU

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju

1.   Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u komprensibbli:

(a)

il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi;

(b)

l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu;

(c)

l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit u n-numru tat-telefon, tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, fejn ikun disponibbli, biex il-konsumatur ikun jista' jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b'mod effikaċi miegħu u, jekk applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu jkun qed jaġixxi;

(d)

jekk differenti mill-indirizz ipprovdut skont il-punt (c), l-indirizz ġeografiku tal-post tan-negozju tal-kummerċjant, u fejn applikabbli dak tal-kummerċjant li f'ismu qed jaġixxi, fejn il-konsumatur jista' jirreferi kwalunkwe lment;

(e)

il-prezz totali tal-oġġetti jew servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew kwalunkwe spejjeż oħra jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti. Fil-każ ta’ kuntratt għal żmien indeterminat jew ta’ kuntratt li jkun fih abbonament, il-prezz totali għandu jinkludi l-ispejjeż totali għall-perjodu ta’ kontijiet. Meta l-ħlas għal tali kuntratti jkun tariffa fissa, il-prezz totali għandu jkun ekwivalenti anki għall-ispejjeż totali ta’ kull xahar. Jekk l-ispejjeż totali ma jkunux jistgħu jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, għandhom jiġu pprovduti l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-prezz;

(f)

l-ispiża tal-użu tal-mezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod għall-konklużjoni tal-kuntratt meta tali kost huwa kkalkolat fuq bażi differenti mit-tariffa bażika;

(g)

l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data sa meta l-kummerċjanti jimpenja ruħu jikkunsinna l-oġġetti jew jagħti s-servizzi u, jekk ikun il-każ, il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant;

(h)

f'każ li jeżisti dritt ta’ reċess, il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ tali dritt skont l-Artikolu 11(1), kif ukoll il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B);

(i)

fejn applikabbli, li l-konsumatur ikollu jġarrab l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti fil-każ ta’ reċess u, għall-kuntratti mill-bogħod, jekk il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jiġu rritornati normalment bil-posta, l-ispiża tar-ritorn tal-oġġetti;

(j)

li, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess wara li kien għamel talba skont l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(8), il-konsumatur għandu jkun responsabbli li jħallas lill-kummerċjant l-ispejjeż raġonevoli skont l-Artikolu 14(3);

(k)

fejn dritt ta’ reċess mhuwiex previst skont l-Artikolu 16, l-informazzjoni li l-konsumatur mhuwiex se jibbenefika minn dritt ta’ reċess jew, jekk ikun il-każ, iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess;

(l)

tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-oġġetti;

(m)

fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-klijenti, servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali;

(n)

l-eżistenza ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/29/KE, rilevanti u kif jistgħu jinkisbu kopji tagħhom, fejn applikabbli;

(o)

it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli jew jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatikament, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt;

(p)

fejn applikabbli, iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt;

(q)

fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew jingħataw mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant;

(r)

fejn applikabbli, l-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni tal-kontenut diġitali;

(s)

fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali bil-hardware u s-software, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment;

(t)

fejn applikabbli, il-possibbiltà ta’ rikors għal proċedura extraġudizzjarja ta’ lment jew ta’ rimedju li huwa suġġett għaliha l-kummerċjant kif ukoll il-metodi għall-aċċess għaliha.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika anki għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali jew għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.

3.   Fil-każ ta’ rkant pubbliku, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 tista' tiġi sostitwita b'dettalji ekwivalenti għall-irkantatur.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 tista' tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant ikun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 jekk ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur mimlija kif suppost.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti mill-bogħod jew dawk lil hinn mill-post tan-negozju u ma għandhiex tkun modifikata għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kuntrattwali.

6.   Jekk il-kummerċjant ma jottemperax għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż addizzjonali jew spejjeż oħrajn imsemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 1, jew dwar l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti msemmijin fil-punti (i) tal-paragrafu 1, il-konsumatur ma għandux iġarrab dawk l-impostijew spejjeż addizzjonali.

7.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi dwar l-informazzjoni kuntrattwali, biex jiggarantixxi li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumatur.

8.   Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jiżdiedu mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jinsabu fid-Direttiva 2006/123/KE u d-Direttiva 2000/31/KE u ma jimpedixxux lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni supplementari skont dawk id-Direttivi.

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, f'każ ta’ kunflitt bejn dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE u tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kontenut u l-modalitajiet li bihom l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta u dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha tirbaħ din id-Direttiva.

9.   Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f'dan il-Kapitolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant.

Artikolu 7

Rekwiżiti formali għal kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju

1.   Fir-rigward ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, il-kummerċjant għandu jagħti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) lill-konsumatur fuq karta jew jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil. Dik l-informazzjoni għandha tkun leġġibbli u ppreżentata b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.

2.   Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur b'kopja tal-kuntratt iffirmat jew il-konferma tal-kuntratt fuq karta jew, jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, inkluża, jekk ikun il-każ, il-konferma tal-kunsens magħmul espressament u minn qablel u tal-avviż ta’ riċeviment tal-konsumatur skont il-punt (m) tal-Artikolu 16.

3.   Fejn konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass, elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel din it-talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil.

4.   Għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li fihom il-konsumatur talab espliċitament is-servizzi tal-kummerċjant għall-iskopijiet tat-twettiq tat-tiswijiet jew manutenzjoni li għalihom il-kummerċjant u l-konsumatur jottemperaw immedjatament għall-obbbligi kuntrattwali tagħhom u l-ammont li għandu jħallas il-konsumatur ma jaqbiżx il-EUR 200:

(a)

il-kummerċjanti għandu jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(1) u l-informazzjoni dwar il-prezz u l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-prezz, flimkien ma’ stima tal-prezz totali, fuq karta jew, jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz li jservi għal żmien twil ieħor. Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (h) u (k) tal-Artikolu 6(1), iżda jista' jagħżel li ma jipprovdihiex fuq karta jew fuq mezz li jservi għal żmien twil ieħor jekk il-konsumatur jaqbel espressament;

(b)

il-konferma tal-kuntratt prevista skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fiha l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan il-paragrafu

5.   L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ulterjuri ta’ informazzjoni prekuntrattwali biex jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva.

Artikolu 8

Rekwiżiti formali għal kuntratti mill-bogħod

1.   Fir-rigward ta’ kuntratti mill-bogħod, il-kummerċjant għandu jagħti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) lill-konsumatur jew jagħmel dik l-informazzjoni disponibblif'mod adegwat għall-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem. Sakemm dik l-informazzjoni tiġi pprovduta fuq mezz li jservi għal żmien twil, hija għandha tkun leġġibbli.

2.   Jekk kuntratt mill-bogħod li għandu jiġi konkluż b'mezzi elettroniċi jimponi lill-konsumatur l-obbligu li jħallas, il-kummerċjant jgħarrfu b'mod ċar u evidenti bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) punti (a), (e), (o) u (p), immedjatament qabel ma l-konsumatur jagħmel l-ordni.

Il-kummerċjant għandu jiggarantixxi li, meta ssir l-ordni, il-konsumatur jirrikonoxxi espliċitament li l-ordni timplika l-obbligu ta’ pagament. Jekk biex issir l-ordni jfisser li tiġi azzjonata buttuna jew funzjoni simili, il-buttuna jew il-funzjoni simili għandhom juru b'mod faċilment leġġibili l-kliem “ordni b'obbligu ta’ pagament” biss jew formulazzjoni korrispondenti inekwivokabbli li tindika li l-fatt li saret l-ordni jimplika obbligu li jsir pagament lill-kummerċjant. Jekk il-kummerċjant ma osservax dan is-subparagrafu, il-konsumatur ma għandux ikun marbut bil-kuntratt jew bl-ordni.

3.   Is-siti ta’ kummerċ elettroniku għandhom jindikaw b'mod ċar u leġġibbli, tal-anqas fil-bidu tal-proċess tal-ordni, jekk japplikaw restrizzjonijiet għall-kunsinna u liema mezzi ta’ pagament huma aċċettati.

4.   Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt bħal dan, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, konformement mal-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (e), (h) u (o). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur f'mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Bla ħsara għall-paragrafu 4, jekk il-kummerċjant iċempel lill-konsumatur bil-għan li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, huwa għandu, fil-bidu tal-konversazzjoni mal-konsumatur, jiżvela l-identità tiegħu u, jekk applikabbli, l-identità ta’ dik il-peruna li f'isimha qed jagħmel it-telefonata, kif ukoll l-iskop kummerċjali tat-telefonata.

6.   Meta kuntratt mill-bogħod jiġi konkluż bit-telefon, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kummerċjant għandu jikkonferma l-offerta lill-konsumatur, li huwa marbut biss ladarba jiffirma l-offerta jew ikun bagħat il-kunsens tiegħu bil-miktub. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu li tali konfermi għandhom isiru b'mezz li jservi għal żmien twil.

7.   Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur bil-konferma tal-kuntratt konkluż f'mezz li jservi għal żmien twil, fi żmien raġonevoli wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, u mhux iktar tard mill-kunsinna tal-oġġetti jew qabel ma tibda l-eżekuzzjoni tas-servizz. Dik il-konferma għandha tinkludi:

(a)

l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1) ħlief jekk il-kummerċjant diġà ta dik l-informazzjoni lill-konsumatur f'mezz li jservi fit-tul qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, u

(b)

fejn applikabbli, il-konferma tal-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur u tal-avviż ta’ riċeviment tal-konsumatur skont il-punt (m) tal-Artikolu 16.

8.   Jekk konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass, elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel it-talba espressament.

9.   Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-konklużjoni ta’ kuntratti elettroniċi u t-tqegħid ta’ ordnijiet permezz ta’ mezzi elettroniċi stipulat fl-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 2000/31/KE.

10.   L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ulterjuri ta’ informazzjoni prekuntrattwali biex jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva.

Artikolu 9

Dritt ta’ reċess

1.   Ħlief fejn japplikaw l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 16, il-konsumatur għandu jkollu perjodu ta’ 14-il jum biex jirreċedi minn kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju, mingħajr ma jagħti raġuni, u mingħajr ma jġarrab spejjeż differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiskadi wara 14-il jum li jiddekorru:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz, mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti ta’ bejgħ, mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza minbarra l-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti jew:

(i)

fil-każ ta’ oġġetti multipli ordnati mill-konsumatur permezz ta’ ordni waħda u kkunsinnati separatament, mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza, differenti mill-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur, jikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar oġġett;

(ii)

fil-każ ta’ kunsinna ta’ oġġett li jikkonsisti minn lottijiet jew biċċiet multipli, mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza, differenti mill-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur, jikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar lott jew biċċa;

(iii)

fil-każ ta’ kuntratti għall-kunsinna regolari ta’ oġġett matul perjodu ta’ żmien definit, mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza, differenti mill-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur, jikseb il-pussess fiżiku tal-ewwel oġġett;

(c)

fil-każ ta’ kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali jew għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt.

3.   L-Istati membri ma għandhomx jipprojbixxu l-partijiet kuntrattwali milli jwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom matul il-perjodu ta’ reċess. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti li tipprojbixxi lill-kummerċjant milli jiġbor il-pagament mill-konsumatur matul il-perjodu speċifiku wara l-konklużjoni tal-kuntratt.

Artikolu 10

Nuqqas ta’ informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess

1.   Jekk kummerċjant ma pprovdiex lill-konsumatur bl-informazzjoni tad-dritt ta’ reċess kif rikjest mill-punt (h) tal-Artikolu 6(1), il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi tnax-il xahar mit-tmiem tal-perjodu ta’ reċess inizjali, kif determinat skont l-Artikolu 9(2).

2.   Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess

1.   Qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess, il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni ta’ reċess mill-kuntratt. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista':

(a)

juża formola standard ta’ reċess kif stipulata fl-Anness I(B); jew

(b)

jagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra tad-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt.

L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu l-ebda rekwiżit formali applikabbli għall-formola standard ta’ reċess differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness I(B).

2.   Il-konsumatur ikun eżerċita d-dritt ta’ reċess matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 10 jekk il-komunikazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess tintbagħat mill-konsumatur qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ reċess.

3.   Il-kummerċjant jista', flimkien mal-possibilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, jagħti lill-konsumatur l-għażla li jimla elettronikament u jressaq il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B) jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra fis-sit tal-kummerċjant. F'dawk il-każijiet il-kummerċjant għandu jikkomunika lill-konsumatur avviż ta’ riċeviment ta’ tali reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil mingħajr dewmien.

4.   L-oneru tal-prova dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq il-konsumatur.

Artikolu 12

Effetti tar-reċess

L-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess għandu jittermina l-obbligi tal-partijiet:

(a)

li jwettqu l-kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju; jew

(b)

li jikkonkludu l-kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju, f'każijiet fejn l-offerta saret mill-konsumatur.

Artikolu 13

Obbligi tal-kummerċjant f'każ ta’ reċess

1.   Il-kummerċjant għandu jagħti rimbors għall-pagamenti kollha li rċieva mingħand il-konsumatur, inklużm jekk ikun il-każ, l-ispejjeż tal-kunsinna mingħajr dewmien mhux dovut u f'kull każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn dak li fih ikun infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jirreċedi mill-kuntratt skont l-Artikolu 11.

Il-kummerċjant għandh jagħmel ir-rimbors imsemmi fl-ewwel subparagrafu bl-użu tal-istess mezz ta’ pagament użat mill-konsumatur għat-tranżazzjoni inizjali, sakemm ma l-konsumatur ma jkunx qabel espressament mod ieħor u fil-kundizzjoni li ma għandu jġarrab l-ebda spiża oħra bħala konsegwenza ta’ tali rimbors.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-kummerċjant ma għandux jintalab jirrimborsal-ispejjeż supplementari, jekk il-konsumatur ikun għażel espressament tip ta’ kunsinna differenti mit-tip l-anqas għali ta’ kunsinna standard offrut mill-kummerċjant.

3.   Għajr jekk il-kummerċjant ikunx offra li jiġbor il-oġġetti hu stess, fir-rigward ta’ kuntratti ta’ bejgħ, il-kummerċjant jista' jżomm ir-rimbors sakemm ikun irċieva l-oġġetti, jew sakemm il-konsumatur ikun ipprovda prova li bagħat il-oġġetti lura, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Artikolu 14

Obbligi tal-konsumatur f'każ ta’ reċess

1.   Hlief jekk il-kummerċjant joffri li jiġbor l-oġġetti huwa stess, il-konsumatur għandu jibgħat lura l-oġġetti jew jagħtihom lill-kummerċjant jew lil persuna awtorizzata mill-kummerċjant biex tirċevi l-oġġetti, mingħajr dewmien mhux dovut u f'kull każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn dak li fih ikun ikkomunika d-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt lill-kummerċjant skont l-Artikolu 11. It-terminu għandu jkun rispettat jekk il-konsumatur jibgħat l-oġġetti lura qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 14-il jum.

Il-konsumatur għandu jġarrab biss l-ispiża diretta tar-ritorn tal-oġġetti ħlief jekk il-kummerċjant ikun qabel li jġarrabha hu jew ikun naqas milli jinforma lill-konsumatur li din l-ispiża għandu jġarrabha hu.

Fil-każ ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li fihom il-oġġetti huma kkunsinnati d-dar tal-konsumatur fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jiġbor il-oġġetti a spejjeż tiegħu jekk il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom stess, ma jkunux jistgħu jiġu rritornati normalment bil-posta.

2.   Il-konsumatur għandu jkun responsabbli biss għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-oġġetti li jirriżulta mill-manipulazzjoni tal-oġġetti minbarra dik meħtieġa biex tistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti. Il-konsumatu ma għandux, f'kull każ, ikun responsabbli għal valur imnaqqas tal-oġġetti fejn il-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi avviż tad-dritt ta’ reċess skont il-punt (h), tal-Artikolu 6(1).

3.   Jekk konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess wara li jkun għamel talba f'konformità mal-Artikolu 7(3), jew mal-Artikolu 8(8), il-konsumatur għandu jħallas lill-kummerċjant ammont proporzjonali għal kemm ġie fornut sal-mument li fih il-konsumatur ikun informa lill-kummerċjant bl-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt. L-ammont proporzjonali li l-konsumatur għandu jħallas lill-kummerċjant huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-prezz totali maqbul fil-kuntratt. Jekk dan il-prezz totali huwa eċċessiv, l-ammont proporzjonali għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-valur tas-suq ta’ dak li ġie fornut.

4.   Il-konsumatur ma għandu jeħel l-ebda spiża għal:

(a)

twettiq ta’ servizzi, jew il-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali, mpletament jew parzjalment, matul il-perjodu ta’ reċess, meta:

(i)

il-kummerċjant naqas milli jipprovdi l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6(1), punti (h) u (j); jew

(ii)

il-kummerċjant ma talabx espressament li l-eżekuzzjoni tibda matul il-perjodu ta’ reċess f'konformità mal-Artikolu 7(3) u mal-Artikolu 8(8); jew

(b)

il-provvista, kompetament jew parzjalment, tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli meta:

(i)

il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espress tiegħu rigward il-bidu tal-eżekuzzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu tal-14-il jum li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 9,

(ii)

il-konsumatur ma rrikonoxxiex li huwa jittlef id-dritt ta’ reċess tiegħu meta jagħti l-kunsens tiegħu; jew

(iii)

il-kummerċjant naqas milli jipprovdi l-konferma f'konformità mal-Artikolu 7(2) jew l-Artikolu 8(7).

5.   Ħlief kif dispost fl-Artikolu 13(2) u f'dan l-Artikolu, l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess ma twassal għal ebda responsabbiltà għall-konsumatur.

Artikolu 15

Effetti tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess fuq kuntratti anċillari

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (20), jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ reċess minn kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju skont l-Artikoli 9 sa 14 ta’ din id-Direttiva, kull kuntratt anċillari għandu jintemm awtomatikament, mingħajr ebda spiża għall-, ħlief kif previst fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istat Membri se jistipulaw regoli dettaljati dwar it-tmiem ta’ kuntratti bħal dawn.

Artikolu 16

Eċċezzjonijiet mid-dritt ta’ reċess

L-Istati Membri ma għandhomx jipprevedu d-dritt ta’ reċess stabbilit fl-Artikolu 9 sa 15 għall-kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

il-kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz jekk l-eżekuzzjoni tkun nbdiet, bil-kunsens preċedenti tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa se jitlef id-dritt ta’ reċess wara l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant;

(b)

il-forniment ta’ oġġetti jew servizzi li l-prezz tagħhom jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq finanzjarju li ma jistax ikun ikkontrollat mill-kummerċjant u li jistgħu jseħħu waqt il-perjodu ta’ reċess;

(c)

il-forniment ta’ oġġetti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b'mod ċar;

(d)

il-forniment tal-oġġetti li huma predisposti għal deterjorament jew jiskadu b'mod mgħaġġel;

(e)

il-forniment ta’ oġġetti siġillati li mhumiex adatti biex jiġu rritornati minħabba raġunijiet iġjeniċi jew marbutin mal-protezzjoni tas-saħħa u nfetħu wara l-kunsinna;

(f)

il-forniment ta’ oġġetti li, wara l-kunsinna, jirriżultaw, minħabba n-natura tagħom, inseparabbilment imħallta ma’ oġġetti oħrajn;

(g)

il-forniment ta’ xorb alkoħoliku, li l-prezz tiegħu inqabel fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ, li l-kunsinna tiegħu tista' ssir biss wara 30 jum u li għandu l-valur reali tiegħu li jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-kummerċjant;

(h)

kuntratti li għalihom il-konsumatur speċifikament talab żjara mill-kummerċjant għall-iskop li jagħmel tiswija jew manutenzjoni urġenti. Jekk fl-okkażjoni ta’ din iż-żjara, il-kummerċjant jipprovdi servizzi flimkien ma’ dawk speċifikatament mitluba mill-konsumatur jew oġġetti minbarra parts ta’ sostituzzjoni użati bi ħtieġa fit-twettiq tal-manutenzjoni jew fit-tiswijiet, id-dritt ta’ reċess għandu japplika għal dawk is-servizzi jew oġġetti addizzjonali;

(i)

il-forniment ta’ reġistrazzjonijiet tal-awdjo jew tal-vidjo siġillati jew ta’ software tal-kompjuter miftuħa wara l-kunsinna;

(j)

il-forniment ta’ gazzetti, perjodiċi u rivisti bl-eċċezzjoni tal-kuntratti ta’ abbonament għall-forniment ta’ tali pubblikazzjonijiet;

(k)

il-kuntratti konklużi waqt irkant pubbliku;

(l)

il-forniment ta’ akkomodazzjoni għal skopijiet mhux residenzjali, trasport tal-oġġetti, servizzi tal-kiri tal-karozzi, kejtering jew servizzi relatati ma’ attivitajiet ta’ divertiment jekk il-kuntratt jipprevedi data speċifika jew perjodu speċifiku ta’ eżekuzzjoni;

(m)

il-forniment ta’ kontenut diġitali permezz ta’ mezz mhux tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun bdiet bil-kunsens espress preċedenti tal-konsumatur u bil-konferma tiegħu li b’ dan jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess.

KAPITOLU IV

DRITTIJIET OĦRA TAL-KONSUMATUR

Artikolu 17

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-Artikoli 18 u 20 għandhom japplikaw għal kuntratti ta’ bejgħ. Dawk l-Artikoli ma għandhomx japplikaw għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, ta’ tisħin distrettwali u għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.

2.   L-Artikoli 19, 21 u 22 għandhom japplikaw għall-kuntratti ta’ bejgħ u ta’ servizz u għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali.

Artikolu 18

Kunsinna

1.   Sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor dwar it-terminu tal-kunsinna, il-kummerċjant għandu jwassal il-oġġetti billi jittrasferixxi l-pussess fiżiku jew il-kontroll tal-oġġetti lill-konsumatur mingħajr dewmien żejjed wara, iżda mhux iktar tard minn 30 jum minn dak li fih ġie konkluż il-kuntratt.

2.   Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu biex iwassal tal-beni fit-terminu miftiehem mal-konsumatur jew fit-terminu stabbilit fil-paragrafu 1, il-konsumatur għandu jitolbu jagħmel il-kunsinna f'perjodu ta’ żmien addizzjonali xieraq għaċ-ċirkostanzi. Jekk il-kummerċjat jonqos milli jwassal il-oġġetti f'dak il-perjodu ta’ żmien addizzjonali xieraq, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt iġib il-kuntratt fit-tmiem.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-kuntratti ta’ bejgħ jekk il-kummerċjant irrifjuta li jwassal il-oġġetti jew fejn il-kunsinna matul il-perjodu miftiehem tal-kunsinna jkun essenzjali fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li jakkumpanjaw il-konklużjoni tal-kuntratt jew jekk il-konsumatur jinforma lill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, li l-kunsinna sa jew fid-data speċifikata hija essenzjali. F'tali każijiet, jekk il-kummerċjant jonqos milli jwassal il-oġġetti fil-mument miftiehem mal-konsumatur jew fl-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1, il-konsumantur għandu jkun intitolat jittermina il-kuntratt immedjatament.

3.   Mat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu, mingħajr dewmien żejjed, jirrimborsal-ammonti kollha mħallsa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

4.   Minbarra li jintemm il-kuntratt f' konformita' mal-paragrafu 2, il-konsumatur jista' jirrikorri għal rimedji oħra previsti mil-leġislazzjoni nazzjonali.

Artikolu 19

Tariffi għall-użu tal-mezz ta’ pagament

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jimponu lill-konsumaturi, fir-rigward tal-użu ta’ mezz speċifiku ta’ pagament, tariffi li jaqbżu dawk imġarrba mill-kummerċjant għall-użu tat-tali mezzi.

Artikolu 20

Trasferiment tar-riskju

Fil-kuntratti li fihom il-kummerċjant jibgħat il-oġġetti lill-konsumatur, ir-riskju ta’ telf jew ħsara għall-oġġetti għandu jiġi trasferit lill-konsumatur meta huwa jew parti terzaindikata mill-konsumatur u differenti mill-kunsinnatur jikseb/tikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. Madankollu, ir-riskju għandu jkun trasferit lill-konsumatur mal-kunsinna lill-kunsinnatur, jekk il-konsumatur ikun inkariga lill-kunsinnatur bit-trasport tal-oġġetti u dik l-għażla ma tkunx ġiet offruta mill-kummerċjant, bla ħsara lid-drittijiet tal-konsumatur fil-konfront tal-kunsinnatur.

Artikolu 21

Komunikazzjoni bit-telefon

L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li, fejn il-kummerċjant juża linja telefonika għall-iskop li jikkuntattja lill-konsumatur bit-telefon dwar il-kuntratt konkluż, il-konsumatur mhuwiex marbut iħallas aktar mit-tariffa bażika, meta jikkuntattja lill-kummerċjant.

L-ewwel subparagrafu Dan huwa bla ħsara għad-dritt tal-operaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni li japplikaw tariffa għal dawn it-telefonati.

Artikolu 22

Pagamenti addizjonali

Qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt jew bl-offerta, il-kummerċjant għandu jfittex il-kunsens espress tal-konsumatur għal kwalunkwe ħlas addizzjonali li jiżdied mal-pagament miftiehem għall-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant. Jekk kummerċjant ma jkunx kiseb il-kunsens espress tal-konsumatur iżda ddeduċieh bl-użu ta’ alternattivi prestabbiliti li l-konsumatur obbligat li jirrifjuta biex jevita ħlas addizzjonali, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rimbors ta’ dan il-ħlas.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 23

Infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma’ din id-Direttiva.

2.   Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali, jista'/jistgħu jieħu/jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu applikati:

(a)

il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b)

organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi;

(c)

organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jaġixxu.

Artikolu 24

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sat-13 ta’ Diċembru 2013 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Artikolu 25

Natura imperattiva tad-Direttiva

Jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi ta’ Stat Membru, il-konsumaturi ma jistgħux jirrinunzjaw id-drittijiet konferiti fuqhom mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Kwalunkwe klawżola kuntrattwali li teskludi jew tillimita, direttament jew indirettament, id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, ma għandhiex torbot lill-konsumatur.

Artikolu 26

Informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jgħarrfu lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, iħeġġu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta’ kodiċi kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/29/KE, biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom.

Artikolu 27

Bejgħ mhux mitlub

Il-konsumatur għandu jkun eżentat mill-obbligu li jipprovdu kwalunkwe kunsiderazzjoni f'każijiet ta’ forniment mhux solleċitat ta’ oġġetti, ilma, gass, elettriku, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali jew għoti mhux mitlub ta’ servizz kif ipprojbit mill-Artikolu 5(5) u l-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. F'każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta’ reazzjoni mill-konsumatur wara tali forniment jew provvista mhux mitlub/a ma għandux jikkostitwixxi kunsens.

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-13 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn il-miżuri fil-forma ta’ dokumenti. Il-Kummissjoni għandha tuża dawn id-dokumenti għall-iskopijiet ta’ rappurtar imsemmija fl-Artikolu 30.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta’ Ġunju 2014.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kuntratti konklużi wara t-13 ta’ Ġunju 2014.

Artikolu 29

Rekwiżiti ta’ rappurtar

1.   Meta Stat Membru jagħmel użu minn għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 9(3), għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan sat-13 ta’ Diċembru 2013, kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni.

Artikolu 30

Rappurtar mill-Kummisjoni u rieżami

Sat-13 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jinkludi partikolarment evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kontenut diġitali, inkluż id-dritt ta’ reċess. Jekk ikun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi biex id-Direttiva tiġi adegwata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 31

Thassir

Id-Direttiva 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE, kif emendati bid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (21), u mid-Direttivi 2005/29/KE u 2007/64/KE, huma mħassra mit-13 ta’ Ġunju 2014.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness II.

Artikolu 32

Emenda għad-Direttiva 93/13/KEE

Fid-Direttiva 93/13/KEE jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

1.   Meta Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 8, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti, b'mod partikolari fejn dawk id-dispożizzjonijiet:

jestendu l-valutazzjoni tal-karattru inġust għat-termini kuntrattwali negozjati individwalment jew għall-adegwatezza tal-prezz jew ir-remunerazzjoni; jew

ikun fihom listi ta’ termini tal-kuntratt li għandhom jitqiesu bħala inġusti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni pprovduta.”

Artikolu 33

Emenda għad-Direttiva 1999/44/KE

Fid-Direttiva 1999/44/KE, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Rekwiżiti ta’ rappurtaġġ

1.   Meta, f'konformità mal-Artikolu 8(2), Stat Membru jadotta d-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi aktar iebsa minn dawk previsti fl-Artikolu 5(1) sa (3) u fl-Artikolu 7(1), għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni.”

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 54.

(2)  ĠU C 200, 25.8.2009, p. 76.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011

(4)  ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.

(5)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(6)  ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

(7)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(8)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(9)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.

(10)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(11)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

(12)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(13)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(14)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(15)  ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29.

(16)  ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.

(17)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(18)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(19)  ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10.

(20)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

(21)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.


ANNESS I

Informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess

A.   Mudell ta’ istruzzjonijiet dwar ir-reċess

Dritt ta’ reċess

Għandek id-dritt tirreċedi mill-kuntratt, mingħajr ma tagħti raġunijiet, fi żmien erbatax-il jum.

Il-perjodu ta’ reċess jiskadi wara 14-il jum mill-jum
1
.Biex teżerċita d-dritt ta’ reċess, għandek tinfurmana
2
bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi mill-kuntratt minn dan il-kuntratt permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita (eż. ittra mibgħuta bil-posta, fax, e-mail). Tista’ tuża l-formola standard ta’ reċess mehmuża iżda mhijiex obbligatorja.
3

Biex tirrispetta l-iskadenza għar-reċess, hu biżżejjed li tibgħat il-komunikazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess qabel il-perjodu ta’ reċess ikun skada.

Effetti tar-reċess

Jekk tirreċedi mill-kuntratt, nagħtuk rimbors tal-pagamenti kollha li għamilt favurina, inklużi l-ispejjeż tal-kunsinna (bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż supplementari li ġejjin mill-għażla tiegħek ta’ tip ta’ kunsinna differenti mit-tip l-anqas għali ta’ kunsinna standard offrut minna), mingħajr dewmien mhux dovut u f’kull każ mhux iktar tard minn 14-il jum mill-jum li fih niġu infurmati bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi mill-kuntratt. Se nagħmlu dawn ir-rimborsi bl-użu tal-istess mezz ta’ pagament li użajt int għat-tranżazzjoni inizjali, għajr jekk taqbel espressament mod ieħor; fi kwalunkwe każ, m’intix se ġġarrab l-ebda spiża bħala konsegwenza tar-rimbors.
4
5
6

Istruzzjonijiet biex timla l-formola:

1.

Daħħal wieħed mit-testi li ġejjin bejn il-virgoletti:

(a)

f’każ ta’ kuntratt ta’ servizz jew kuntratt għall-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli: “tal-konklużjoni tal-kuntratt”;

(b)

fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ: “li fih int jew parti terza, differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti.”;

(ċ)

fil-każ ta’ kuntratt relatat ma’ oġġetti multipli ordnati mill-konsumatur f’ordni waħda u kkunsinnati separatament: “li fih int, jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar oġġett.”;

(d)

fil-każ ta’ kuntratt relatat mal-kunsinna ta’ oġġetti li jikkonsisti minn lottijiet jew biċċiet multipli: “li fih int, jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar lott jew biċċa.”;

(e)

fil-każ ta’ kuntratt regolari ta’ oġġett matul perjodu ta’ żmien definit: “li fih int, jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-ewwel oġġett.”.

2.

Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika.

3.

Jekk tagħti lill-konsumatur il-possibbiltà li jimla u jibgħat elettronikament l-informazzjoni dwar ir-reċess mill-kuntratt fuq is-sit elettroniku tiegħek, daħħal dan li ġej: “Tista’ wkoll timla u tibgħat elettronikament il-formola standard ta’ reċess jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita fuq is-sit elettroniku tagħna [daħħal l-indirizz tal-Internet]. Fil-każ li tagħmel din l-għażla, nibagħtulek mill-aktar fis konferma li rċevejna r-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil (eż. e-mail).”

4.

Għall-kuntratti ta’ bejgħ li fihom ma offrejtx li tiġbor il-oġġetti f’każ ta’ reċess, daħħal dan li ġej: “Ir-rimbors jista’ jkun sospiż sakemm nirċievu l-oġġetti lura jew sakemm tkun urejtna bi prova li bgħatt il-oġġetti, skont liema jsir l-ewwel.”

5.

Jekk il-konsumatur irċieva l-oġġetti marbuta mal-kuntratt,:

(a)

daħħal:

“Se niġbru l-oġġetti.”; jew

“Inti mitlub tirritorna l-oġġetti jew tgħaddihom lilna jew lil … [daħħal l-isem u l-indirizz ġeografiku, jekk ikun il-każ, tal-persuna awtorizzata minna li tirċievi l-oġġetti], mingħajr dewmien żejjed u f’kull każ mhux aktar tard minn 14-il jumi mill-jum li fih għarraftna bir-reċess minn dan il-kuntratt. It-terminu huwa rispettat jekk tibgħat lura l-oġġetti qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 14-il jum.”

(b)

daħħal:

“L-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti se jitħallsu minna.”;

“L-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti se jitħallsu minnek.”;

Jekk, f’kuntratt mill-bogħod, ma toffrix li tħallas l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti u dawn tal-aħħar, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux ikunu rritornati normalment bil-posta: “L-ispiża ta’ EUR … [daħħal l-ammont] għar-ritorn tal-oġġetti se titħallas minnek.” inkella jekk l-ispiża tar-ritorn tal-oġġetti ma tistax tiġi raġonevolment ikkalkolata minn qabel: “L-ispejjeż diretti tar-ritorn tal-oġġetti se jitħallsu minnek.” L-ispiża hija stmata bejn wieħed u ieħor sa massimu ta’ … EUR [daħħal l-ammont].’; jew

Jekk, f’każ ta’ kuntrattlil hinn mill-post tan-negozju, il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux ikunu rritornati normalment bil-posta u twasslu d-dar tal-konsumatur fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt: “Se niġbru l-oġġetti a spejjeż tagħna.”; u

(c)

daħħal: “Inti responsabbli biss għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-oġġetti li jirriżulta mill-manipulazzjoni ħlief dik meħtieġa biex tistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti.”

6.

F’każ ta’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, daħħal dan li ġej: “Jekk tlabt li l-eżekuzzjoni tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma/gass/elettriku/tisħin distrettwali [ħassar fejn ma japplikax] tibda matul il-perjodu ta’ reċess, għandek tħallasna ammont proporzjonali għal kemm fornut sal-mument li fih tgħarrafna bir-reċess minn dan il-kuntratt, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt.”.

B.   Formola standard ta’ reċess

(imla u rritorna din il-formola fil-każ biss li tixtieq tirreċedi mill-kuntratt)

Lil [Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-kummerċjant]:

Jien/Aħna (*1) bil-preżenti ninnotifika(w) (*1) li nirreċedi/u (*1) mill-kuntratt ta’ bejgħ tiegħi/tagħna (*1) tal-oġġetti li ġejjin (*1)/għall-forniment tas-servizz li ġej (*1)

Ordnat(i) fi (*1)/li wasal/waslu fi (*1)

Isem il-konsumatur(i)

Indirizz tal-konsumatur(i)

Firma tal-konsumatur(i) (fil-każ biss li din il-formola hija notifikata fuq il-karta)

Data


(*1)  Aqta’ fejn xieraq.


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 85/577/KEE

Direttiva 97/7/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

 

Artikolu 3 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punti 8 u 9 u Artikolu 16, punt h.

 

Artikolu 1

Artikolu 1 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punt 7.

Artikolu 2

 

Artikolu 2, punti 1 u 2

 

Artikolu 2, punt 1

Artikolu 2, punt 7

 

Artikolu 2, punt 2

Artikolu 2, punt 1

 

Artikolu 2, punt 3

Artikolu 2, punt 2

 

Artikolu 2, punt 4,l-ewwel sentenza

Artikolu 2, punt 7

 

Artikolu 2punt 4, it-tieni sentenza

 

Artikolu 2 punt 5

Artikolu 3(1)

 

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(2), punt a

 

Artikolu 3(3), punti e u f

Artikolu 3(2), punt b

 

Artikolu 3(3), punt j

Artikolu 3(2), punt c

 

Artikolu 3(2), punt d

 

Artikolu 3(3), punt d

Artikolu 3(2), punt e

 

Artikolu 3(3), punt d

Artikolu 3(3)

 

 

Artikolu 3(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), punt d

 

Artikolu 3(1), it-tieni inċiż

Artikolu 3(3), punt l

 

Artikolu 3(1), it-tielet inċiż

Artikolu 3(3), punt m

 

Artikolu 3(1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 3(3), punti e u f

 

Artikolu 3(1), il-ħames inċiż

Artikolu 6(3) u Artikolu 16, punt k moqri flimkien ma’ Artikolu 2, punt 13

 

Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), punt j

 

Artikolu 3(2), it-tieni inċiż

Artikolu 3(3) punt f (għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skopijiet residenzjali), punt g (għall-vjaġġi kollox kompriż), punt h (għal timeshare), punt k (għat-trasport tal-passiġġieri b’ xi eċċezzjonijiet) u Artikolu 16, punt l (eżenzjoni mid-dritt ta’ reċess)

Artikolu 4, l-ewwel sentenza

 

Artikolu 6(1), punti b, c u h, u Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 4, it-tieni sentenza

 

Artikolu 6(1), punt a u Artikolu 7(1)

Artikolu 4, it-tielet sentenza

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 4, ir-raba’ sentenza

 

Artikolu 10

 

Artikolu 4(1), punt a

Artikolu 6(1), punti b u c

 

Artikolu 4(1), punt b

Artikolu 6(1), punt a

 

Artikolu 4(1), punt c

Artikolu 6(1), punt e

 

Artikolu 4(1), punt d

Artikolu 6(1), punt e

 

Artikolu 4(1), punt e

Artikolu 6(1), punt g

 

Artikolu 4(1), punt f

Artikolu 6(1), punt h

 

Artikolu 4(1), punt g

Artikolu 6(1), punt f

 

Artikolu 4(1), punt h

 

Artikolu 4(1), punt i

Artikolu 6(1), punti o u p

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 6(1) moqri flimkien ma Artikolu 8(1), (2) u (4)

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 8(5)

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 8(7)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(3), punt m

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 9(1) u (2), Artikolu 10, Artikolu 13(2), Artikolu 14

 

Artikolu 6(2)

Artikolu 13 u Artikolu 14(1), it-tieni u it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 6(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 16, punt a

 

Artikolu 6(3), it-tieni inċiż

Artikolu 16, punt b

 

Artikolu 6(3), it-tielet inċiż

Artikolu 16, punti c u d

 

Artikolu 6(3), ir-raba’ inċiż

Artikolu 16, punt i

 

Artikolu 6(3), il-ħames inċiż

Artikolu 16, punt j

 

Artikolu 6(3), is-sitt inċiż

Artikolu 3(3), punt c

 

Artikolu 6(4)

Artikolu 15

 

Artikolu 7(1)

Artikolu 18(1)(għall-kuntratti ta’ bejgħ)

 

Artikolu 7(12)

Artikolu 18(2), (3) u (4)

 

Artikolu 7(3)

 

Artikolu 8

 

Artikolu 9

Artikolu 27

 

Artikolu 10

(imma ara Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/58/KE)

 

Artikolu 11(1)

Artikolu 23(1)

 

Artikolu 11(2)

Artikolu 23(2)

 

Artikolu 11(3), punt a

Artikolu 6(9) l-oneru tal-prova rigward l-informazzjoni pre-kontrattwali; għal bqija: —

 

Artikolu 11(3), punt b

Artikolu 24(1)

 

Artikolu 11(4)

 

Artikolu 12(1)

Artikolu 25

 

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 13

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 14

Artikolu 4

 

Artikolu 15(1)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 15(2)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 15(3)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 15(4)

Artikolu 30

 

Artikolu 16

Artikolu 26

 

Artikolu 17

 

Artikolu 18

Artikolu 34

 

Artikolu 19

Artikolu 35

Artikolu 5(1)

 

Artikoli 9 u 11

Artikolu 5(2)

 

Artikolu 12

Artikolu 6

 

Artikolu 25

Artikolu 7

 

Artikoli 13, 14 u 15

Artikolu 8

 

Artikolu 4


Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (1)

Għandu jiġi interpretat bħala referenza għal

Paragrafi 2 u 11

Din id-Direttiva


(1)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.