ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.301.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
18.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/1 |
DIRETTIVA 2011/87/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
li temenda d-Direttiva 2000/25/KE għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b’karreġġjata dejqa
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni għat-tmexxija intenzjonati biex iħaddmu tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (3) tirregola l-emissjonijiet tal-egżost minn magni installati fit-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, bil-ħsieb li aktar jisalvagwardjaw is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Id-Direttiva 2000/25/KE pprovdiet li l-limiti tal-emissjonijiet applikabbli fl-2010 għall-approvazzjoni tat-tip tal-maġġoranza tal-magni bit-tqabbid bil-kompressjoni, imsejħa limiti tal- Istadju III A, kellhom jiġu sostitwiti bil-limiti aktar stretti tal-Istadju III B, li jidħlu fis-seħħ b’mod gradwali mill-1 ta’ Jannar 2010 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip, u mill-1 ta’ Jannar 2011 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq, għal dawk il-magni. L-Istadju IV, li jipprevedi limiti tal-emissjonijiet aktar stretti mill-Istadju III B, ser jidħol fis-seħħ b’mod gradwali mill-1 ta’ Jannar 2013 fir-rigward tal- approvazzjoni tat-tip għal dawk il-magni u mill-1 ta’ Jannar 2014 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq. |
(2) |
Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (4) jipprovdi li l-Kummissjoni tikkonsidra t-teknoloġija disponibbli, inklużi l-beneficċji mqabbla mal-ispiża, bil-għan li tikkonferma valuri tal-limiti tal-Istadju III B u IV u l-evalwazzjoni tal-ħtieġa possibbli għal flessibbiltà addizzjonali, eżenzjonijiet jew dati ta’ introduzzjoni aktar tard għal ċerti tipi ta’ apparat jew magni waqt li tittieħed konsiderazzjoni ta’ magni installati fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq użati f’apparati staġjonali. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2000/25/KE jipprovdi għal klawżola ta’ reviżjoni sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tat-tratturi fil-kategoriji T2, T4.1 u C.2. |
(3) |
Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) kienet is-suġġett ta’ studji tekniċi diversi. Bħala riżultat ta’ dawk l-istudji tekniċi li twettqu fl-2007, fl-2009 u fl-2010 u kkonfermat mill-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni, kien ġie stabbilit li mhux teknikament vijabbli għat-tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 biex jilħqu l-ħtiġijiet tal-Istadji III B u IV sad-dati previsti f’dik id-Direttiva. |
(4) |
Sabiex jiġi evitat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistipula ħtiġijiet tekniċi li għadhom ma jistgħux jiġu milħuqa u sabiex tiġi evitata sitwazzjoni li fiha t-tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 ma jkunux jistgħu jiksbu aktar l-approvazzjoni tat-tip u jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz, hu meħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju ta’ tliet snin, li fih tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 ikunu xorta jistgħu jiksbu l-approvazzjoni tat-tip u jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. |
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-progress fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi għal teknoloġiji konformi mal-Istadju IV. |
(6) |
Għalhekk, id-Direttiva 2000/25/KE għandha tiġi emendata kif inhu meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2000/25/KE
Fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/25/KE, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:
“9. Permezz ta’ deroga, id-dati mniżżla fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3 għandhom, għat-tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, kif definiti rispettivament fit-tieni inċiż tal-punt A.1 tal-Kapitolu A, fil-punt 1.1 tal-Parti I tal-Appendiċi I tal-Kapitolu B u fil-punt A.2 tal-Kapitolu A tal-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE u mgħammra b’magni tal-kategoriji minn L sa R, għandhom jiġu posposti għal tliet snin. Sa dawn id-dati, għandhom ikomplu japplikaw il-ħtiġijiet tal-Istadju III A f’din id-Direttiva.”.
Artikolu 2
Disponibbilta’ ta’ teknoloġija kompatibbli
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2014, tikkunsidra liema teknoloġija hija disponibbli li hi kapaċi tilħaq ir-rekwiżiti tal-Istadju IV u li hi kompatibbli mal-ħtiġijiet tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, u tippreżenta, fejn xieraq, proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Diċembru 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza trid issir.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 53.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2011 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.
(3) ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.
(4) ĠU L 146, 30.4.2004, p. 1.
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
18.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1179/2011
tas-17 ta’ Novembru 2011
li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistemi ta’ ġbir onlajn skont ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 jipprovdi li fejn id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jinġabru onlajn, is-sistema użata għal dak il-għan għandha tissodisfa ċerti rekwiżiti tekniċi u ta’ sigurtà u għandha tkun iċċertifikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti. |
(2) |
Sistema ta’ ġbir onlajn fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 hija sistema tal-informazzjoni, li tikkonsisti minn softwer, ħardwer, ambjent tal-hosting, proċessi tan-negozju u persunal sabiex isir il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ onlajn. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 jistabbilixxi r-rekwiżiti li s-sistemi ta’ ġbir onlajn għandhom jikkonformaw magħhom sabiex jiġu ċċertifikati u jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti. |
(4) |
Il-proġett tal-Ogħla 10 tal-2010 tal-Proġett Open Web għas-Sigurtà tal-Applikazzjonijiet (The Open Web Application Security Project — OWASP) filwaqt li jipprovdi ħarsa ġenerali tal-aktar riskji kritiċi għas-sigurtà tal-applikazzjonijiet tal-web jipprovdi wkoll għodda biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji; għalhekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma bbażati fuq is-sejbiet ta’ dan il-proġett. |
(5) |
L-implimentazzjoni mill-organizzaturi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandha tiggarantixxi ċertifikazzjoni ta’ sistemi ta’ ġbir onlajn mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u tikkontribwixxi biex tiżgura l-implimentazzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa li huma meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-obbligi imposti mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar is-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, kemm fiż-żmien tad-disinn tas-sistema tal-ipproċessar u anki fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, sabiex tinżamm is-sigurtà u biex b’hekk issir prevenzjoni għal kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat u tkun protetta d-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew mhux skont il-liġi jew telf aċċidentali, alterazzjoni, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat. |
(6) |
Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni għandu jiġi ffaċilitat permezz tal-użu mill-organizzaturi tas-softwer ipprovdut mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011. |
(7) |
L-organizzaturi tal-inizjattivi taċ-ċittadini, bħala kontrolluri tad-dejta, għandhom, meta jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ onlajn, jimplimentaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati f’dan ir-Regolament sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-dejta personali pproċessata. Fejn l-ipproċessar isir minn proċessur, l-organizzaturi għandhom jiżguraw li l-proċessur jaġixxi biss skont struzzjonijiet mill-ogranizzaturi u li jimplimenta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati f’dan ir-Regolament. |
(8) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, li jiddikjara li kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali li tirrigwardaha. |
(9) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
ANNESS
1. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI BIL-GĦAN LI JIMPLIMENTAW L-ARTIKOLU 6(4)(a) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 211/2011
Sabiex issir prevenzjoni ta’ sottomissjoni awtomatizzata ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ bl-użu tas-sistema, il-firmatarji jgħaddu minn proċess ta’ verifika xieraq skont il-prattika attwali qabel is-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ. Proċess ta’ verifika possibbli huwa l-użu ta’ “captcha” qawwija.
2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI BIL-GĦAN LI JIMPLIMENTAW L-ARTIKOLU 6(4)(b) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 211/2011
Standards ta’ Assigurazzjoni tal-Informazzjoni
2.1. L-organizzaturi jkunu jipprovdu dokumentazzjoni li turi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard ISO/IEC 27001, mingħajr ma jkunu meħtieġa li jadottawh. Għal dak il-għan, huma għandhom:
(a) |
iwettqu valutazzjoni sħiħa tar-riskju, li tidentifika l-ambitu tas-sistema, tenfasizza l-impatt tan-negozju f’każ ta’ diversi ksur fl-assigurazzjoni tal-informazzjoni, telenka t-theddid u l-vulnerabbiltajiet tas-sistema tal-informazzjoni, tipproduċi dokument tal-analiżi tar-riskju li jelenka wkoll kontromiżuri biex jiġi evitat tali theddid u rimedji li jittieħdu f’każ ta’ theddida, u finalment tfassal lista prijoritizzata ta’ titjib; |
(b) |
jiddisinjaw u jimplimentaw miżuri għat-trattament tar-riskji fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali u l-ħarsien tal-familja u l-ħajja privata, u miżuri li jittieħdu f’każ li jitfaċċa riskju; |
(ċ) |
jidentifikaw ir-riskji li jifdal bil-miktub; |
(d) |
jipprovdu l-mezzi organizzattivi sabiex jirċievu segwitu dwar theddid ġdid u titjib tas-sigurtà. |
2.2. L-organizzaturi jagħżlu kontrolli ta’ sigurtà bbażati fuq l-analiżi tar-riskju f’2.1. a) minn dawn l-istandards li ġejjin:
(1) |
ISO/IEC 27002; jew |
(2) |
“L-Istandard dwar l-Aħjar Prattika” tal-Forum dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni biex jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
L-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards tista’ tkun limitata għall-partijiet tal-organizzazzjoni li huma rilevanti għas-sistema ta’ ġbir onlajn. Pereżempju, is-sigurtà tar-riżorsi umani tista’ tkun limitata għal kwalunkwe persunal li jkollu aċċess fiżiku jew permezz tan-netwerk għas-sistema ta’ ġbir onlajn, u s-sigurtà fiżika/ambjentali tista’ tkun limitata għall-bini fejn isir il-hosting tas-sistema.
Rekwiżiti funzjonali
2.3. Is-sistema ta’ ġbir onlajn tkun tikkonsisti f’applikazzjoni bbażata fuq il-web stabbilita bl-għan li jinġabru dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva waħda taċ-ċittadini.
2.4. Jekk l-amministrazzjoni tas-sistema tkun teħtieġ rwoli differenti, f’dan il-każ jiġu stabbiliti livelli differenti ta’ kontroll tal-aċċess skont il-prinċipju tal-inqas privileġġ.
2.5. Il-karatteristiċi aċċessibbli pubblikament ikunu mifruda b’mod ċar mill-karatteristiċi destinati għall-għanijiet ta’ amministrazzjoni. L-ebda kontroll fuq l-aċċess ma jkun ifixkel il-qari tal-informazzjoni disponibbli fiż-żona pubblika tas-sistema, inkluża l-informazzjoni fuq l-inizjattiva u l-formola elettronika tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ. Wieħed ikun jistà jiffirma inizjattiva permezz ta’ din iż-żona pubblika biss.
2.6. Is-sistema tkun tagħraf u tipprevjeni s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ duplikati.
Il-livell ta’ sigurtà tal-applikazzjoni
2.7. Is-sistema tkun protetta b’mod adegwat kontra l-vulnerabbiltajiet u l-isfruttar magħrufa. Għal dan il-għan, din tkun tissodisfa, inter alia, ir-rekwiżiti li ġejjin:
2.7.1. |
Is-sistema tkun toffri protezzjoni kontra l-“injection flaws” bħal mistoqsijiet fil-forma ta’ Structured Query Language (SQL), Lightweight Directory Access Protocol (LDAP), XML Path Language (XPath), commands tal-Operating System (OS) jew argumenti tal-program. Għal dan il-għan, din tkun teħtieġ mill-inqas li:
|
2.7.2. |
Is-sistema tkun tipprovdi protezzjoni kontra l-Cross-Site Scripting (XSS). Għal dan il-għan, hija tkun teħtieġ mill-inqas li:
|
2.7.3. |
Is-sistema ikollha ġestjoni tal-awtentikazzjoni u tas-sessjoni qawwija, li tkun teħtieġ mill-inqas li:
|
2.7.4. |
Is-sistema ma jkollhiex referenzi diretti għall-oġġetti li mhumiex żguri. Għal dan il-għan, hija tkun teħtieġ mill-inqas li:
|
2.7.5. |
Is-sistema tkun tipprovdi protezzjoni kontra difetti relatati ma’ talbiet ta’ falsifikazzjoni “cross-site”. |
2.7.6. |
Il-konfigurazzjoni tas-sigurtà xierqa tkun fis-seħħ, li tirrikjedi, minn tal-inqas, li:
|
2.7.7. |
Is-sistema tkun tipprovdi għall-kriptaġġ tad-dejta hekk kif ġej:
|
2.7.8. |
Is-sistema tkun tirrestrinġi l-aċċess tal-URL skont il-livelli u l-permessi ta’ aċċess tal-utent. Għal dan il-għan, hija tkun teħtieġ mill-inqas li:
|
2.7.9. |
Is-sistema tkun tuża Transport Layer Protection b’mod suffiċjenti. Għal dan il-għan, il-miżuri kollha li ġejjin jew miżuri li jkollhom ta’ mill-inqas saħħa ugwali jkunu fis-seħħ:
|
2.7.10. |
Is-sistema tkun tipprovdi protezzjoni kontra “redirects” u “forwards” mhux ivvalidati. |
Is-sigurtà tal-bażi tad-dejta u l-integrità tad-dejta
2.8. Fejn is-sistemi ta’ ġbir onlajn użati għal inizjattivi taċ-ċittadini differenti jaqsmu bejniethom il-ħardwer u r-riżorsi tas-sistema operattiva, dawn ma jaqsmu l-ebda dejta, inklużi l-kredenzjali tal-aċċess/kriptaġġ. Barra minn hekk, dan huwa rifless fil-valutazzjoni tar-riskju u fil-kontromiżuri implimentati.
2.9. Ir-riskju li xi ħadd jagħmel awtentikazzjoni fuq il-bażi tad-dejta billi juża l-“pass-the-hash” ikun imrażżan.
2.10. Id-dejta pprovduta mill-firmatarji tkun aċċessibbli biss għall-amministratur/organizzatur tal-bażi tad-dejta.
2.11. Il-kredenzjali amministrattivi, id-dejta personali miġbura minn firmatarji u l-backup tagħha jkunu garantiti permezz ta’ algoritmi ta’ kriptaġġ qawwija skont il-punt 2.7.7 (b). Madankollu, l-Istat Membru fejn se jsir l-għadd tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ, id-data ta’ sottomissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ u l-lingwa li biha firmatarju jkun mela l-formola tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ jistgħu jinħażnu fis-sistema mingħajr kriptaġġ.
2.12. Il-firmatarji jkollhom biss aċċess għad-dejta sottomessa matul is-sessjoni li fiha jkunu mlew il-formola tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ. Ladarba formola tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ tkun sottomessa, is-sessjoni t’hawn fuq tingħalaq u d-dejta sottomessa ma tkunx aktar aċċessibbli.
2.13. Id-dejta personali tal-firmatarji tkun disponibbli biss fis-sistema, inkluż il-backup, f’forma kriptata. Għall-iskop ta’ konsultazzjoni jew ta’ ċertifikazzjoni tad-dejta mill-awtoritajiet nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, l-organizzaturi jistgħu jesportaw id-dejta kriptata f’konformità mal-punt 2.7.7 (a)
2.14. Il-persistenza tad-dejta mdaħħla fil-formola tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ tkun atomika. Jiġifieri, ladarba l-utent ikun daħħal id-dettalji meħtieġa kollha fil-formola tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ, u jivvalida d-deċiżjoni tiegħu/tagħha biex jappoġġja l-inizjattiva, is-sistema jew tivverifika b’suċċess il-formola kollha għall-bażi tad-dejta, jew, fil-każ ta’ żball, ma tissejvja l-ebda dejta. Is-sistema tinforma lill-utent bis-suċċess jew l-iżball tat-talba tiegħu/tagħha.
2.15. Id-DBMS użata tkun aġġornata u armata kontinwament għal kontra attivitajiet mhux tas-soltu ġodda li jkunu individwati
2.16. Il-logs tal-attività tas-sistema jkunu kollha fis-seħħ. Is-sitema tkun tiżgura li l-logs ta’ verifika li jirreġistraw l-eċċezzjonijiet u l-avvenimenti l-oħra rilevanti għas-sigurtà elenkati hawn taħt jistgħu jiġu prodotti u miżmuma sakemm id-dejta tiġi meqruda skont l-Artikolu 12(3) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011. Il-logs ikunu protetti b’mod xieraq, pereżempju bil-ħażna fuq midja kriptata. L-organizzaturi/amministraturi jiċċekkjaw b’mod regolari l-logs għal attività suspettuża. Il-kontenut tal-log ikun jinkludi mill-inqas
(a) |
Id-dati u l-ħinijiet tal-log-on u l-log-off mill-organizzaturi/amministraturi; |
(b) |
Il-backups li jkunu saru; |
(ċ) |
Il-bidliet u l-aġġornamenti kollha tal-bażi tad-dejta li jsiru mill-amministraturi. |
Is-sigurtà tal-infrastruttura – il-post fiżiku, l-infrastruttura tan-netwerk u l-ambjent tas-server
2.17. Is-sigurtà fiżika
Irrispettivament mit-tip ta’ hosting li jintuża, l-apparat involut għall-hosting tal-applikazzjoni jkun protett kif xieraq, li jipprovdi:
(a) |
Kontroll tal-aċċess taż-żona tal-hosting u log tal-verifika; |
(b) |
Protezzjoni fiżika tal-backup tad-dejta għal kontra s-serq jew it-tqegħid fejn mhux suppost b’mod aċċidentali; |
(ċ) |
Li l-hosting server tal-applikazzjoni jkun installat f’rack sigura. |
2.18. Is-sigurtà tan-netwerk
2.18.1. |
Il-hosting tas-sistema jsir fuq server li jkun jiffaċċja l-Internet installat fuq żona li mhix militarizzata (DMZ) u protett permezz ta’ Firewall. |
2.18.2. |
Meta aġġornamenti u patches rilevanti tal-prodott tal-Firewall isiru pubbliċi, tali aġġornamenti jew patches jiġu installati b’mod espedjenti. |
2.18.3. |
It-traffiku kollu li jidħol u joħroġ għas-server (li jkun destinat għas-sistema ta’ ġbir onlajn) jiġi spezzjonat permezz tar-regoli tal-Firewall u jiġi llogjat. Ir-regoli tal-Firewall ikunu jipprojbixxu kull traffiku li mhux meħtieġ għall-użu u l-amministrazzjoni b’sigurtà tas-sistema. |
2.18.4. |
Il-hosting tas-sistema ta’ ġbir onlajn għandu jsir fuq segment tan-netwerk tal-produzzjoni protetta li tkun separata minn segmenti użati għall-hosting ta’ sistemi mhux ta’ produzzjoni bħal ambjenti tal-iżvilupp jew tal-ittestjar. |
2.18.5. |
Il-miżuri ta’ sigurtà tal-Local Area Network (LAN) jkunu jinsabu fis-seħħ bħal:
|
2.19. Is-sigurtà tal-OS u tas-server tal-web/applikazzjoni
2.19.1. |
Konfigurazzjoni tas-sigurtà xierqa tkun fis-seħħ inklużi l-elementi elenkati fil-punt 2.7.6. |
2.19.2. |
L-applikazzjonijiet ikunu jaħdmu bl-inqas sett ta’ privileġġi li jeħtieġu biex jaħdmu. |
2.19.3. |
L-aċċess tal-amministratur għall-interfaċċja ta’ ġestjoni tas-sistema ta’ ġbir onlajn ikollha ħin ta’ għeluq tas-sessjoni qasir (massimu ta’ 15-il minuta). |
2.19.4. |
Meta aġġornamenti u patches rilevanti tal-OS, ir-runtimes tal-applikazzjoni, l-applikazzjonijiet li jaħdmu fuq is-servers, jew tal-anti-malware isiru pubbliċi, tali aġġornamenti jew patches jiġu installati b’mod espedjenti. |
2.19.5. |
Ir-riskju li xi ħadd jagħmel awtentikazzjoni permezz ta’ “pass-the-hash” ikun mitigat. |
2.20. Is-sigurtà tal-klijent tal-organizzatur
Għal raġunijiet ta’ sigurtà minn tarf għall-ieħor, l-organizzaturi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw l-applikazzjoni/mezz ta’ klijent tagħhom li huma jużaw għall-ġestjoni u l-aċċess tas-sistema ta’ ġbir onlajn, bħal:
2.20.1. |
L-utenti jħaddmu xogħlijiet mhux ta’ manutenzjoni (bħal awtomazzjoni tal-uffiċċju) bl-inqas sett ta’ privileġġi li huma jeħtieġu biex jaħdmu. |
2.20.2. |
Meta aġġornamenti u patches rilevanti tal-OS, kwalunkwe applikazzjonijiet installati, jew tal-anti-malware isiru pubbliċi, tali aġġornamenti jew patches jiġu installati b’mod espedjenti. |
3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI BIL-GĦAN LI JIMPLIMENTAW L-ARTIKOLU 6(4)(c) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 211/2011
3.1. Is-sistema tkun tipprovdi l-possibbiltà li ssir estrazzjoni għal kull Stat Membru individwali ta’ rapport li jelenka l-inizjattiva u d-dejta personali tal-firmatarji soġġetta għall-verifika mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.
3.2. L-esportazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ tal-firmatarji tkun possibbli fil-format tal-Anness III tar-Regolament Nru 211/2011. Barra minn hekk, is-sistema tkun tista’ tipprovdi għall-possibbiltà ta’ esportazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’format interoperabbli bħall-Extensible Markup Language (XML).
3.3. Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ esportati ikunu mmarkati bħala li huma ta’ distribuzzjoni limitata lill-Istat Membru kkonċernat, u ttikkettjati bħala dejta personali.
3.4. It-trażmissjoni elettronika tad-dejta esportata lill-Istati Membri tkun żgurata għal kontra s-smigħ sigriet permezz ta’ kriptaġġ minn tarf sa tarf xieraq.
18.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1180/2011
tas-17 ta’ Novembru 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Novembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
62,0 |
AR |
40,4 |
|
MA |
48,6 |
|
MK |
64,0 |
|
TR |
89,6 |
|
ZZ |
60,9 |
|
0707 00 05 |
AL |
73,2 |
EG |
161,4 |
|
TR |
110,1 |
|
ZZ |
114,9 |
|
0709 90 70 |
MA |
61,4 |
TR |
131,5 |
|
ZZ |
96,5 |
|
0805 20 10 |
MA |
94,7 |
ZA |
65,5 |
|
ZZ |
80,1 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
82,7 |
IL |
73,3 |
|
MA |
79,7 |
|
TR |
81,7 |
|
UY |
42,7 |
|
ZA |
62,9 |
|
ZZ |
70,5 |
|
0805 50 10 |
TR |
58,5 |
ZA |
43,5 |
|
ZZ |
51,0 |
|
0806 10 10 |
BR |
226,9 |
CL |
70,8 |
|
LB |
291,7 |
|
PE |
200,1 |
|
TR |
144,9 |
|
US |
300,4 |
|
ZA |
82,6 |
|
ZZ |
188,2 |
|
0808 10 80 |
CA |
86,1 |
CL |
90,0 |
|
NZ |
120,0 |
|
TR |
95,1 |
|
US |
124,3 |
|
ZA |
108,8 |
|
ZZ |
104,1 |
|
0808 20 50 |
CL |
73,3 |
CN |
77,1 |
|
TR |
85,0 |
|
ZA |
73,2 |
|
ZZ |
77,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
18.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1181/2011
tas-17 ta’ Novembru 2011
dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Novembru 2011 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
(2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u s-7 ta’ Novembru 2011 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u s-7 ta’ Novembru 2011 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 0,414127 %.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.
18.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1182/2011
tas-17 ta’ Novembru 2011
li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi. |
(3) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.
(3) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
“ANNESS I
Kodiċi NM |
Deżinjazzjoni tal-merkanzija |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
128,7 |
0 |
BR |
128,8 |
0 |
AR |
||
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
138,3 |
0 |
BR |
141,1 |
0 |
AR |
||
0207 14 10 |
Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
224,7 |
23 |
BR |
266,1 |
10 |
AR |
||
341,6 |
0 |
CL |
||
0207 14 60 |
Koxox tat-tiġieġ, iffriżati |
249,8 |
0 |
BR |
0207 27 10 |
Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati |
372,8 |
0 |
BR |
413,1 |
0 |
CL |
||
0408 11 80 |
Isfra tal-bajd |
303,9 |
2 |
AR |
0408 91 80 |
Bajd imnixxef bla qoxra |
314,9 |
0 |
AR |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ |
283,4 |
1 |
BR |
356,5 |
0 |
CL |
||
3502 11 90 |
Albumini mnixxfa tal-bajd |
483,9 |
0 |
AR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”