ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.293.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 293

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
11 ta' Novembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1139/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1140/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE ( 1 )

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-Annessi X u XI ta’ mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li japprova s-sustanza attiva prokloraż, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1144/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

31

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1145/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1023/2011

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/729/PESK tal-10 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

35

 

 

2011/730/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2011 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija fl-2011 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7993)

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel ( ĠU L 335, 13.12.2008 )

38

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ( ĠU L 343, 22.12.2009 )

39

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-potassium chloride li joriġina fil-Belarus u r-Russja ( ĠU L 191, 12.7.2006 )

39

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1138/2011

tat-8 ta’ Novembru 2011

li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (UE) Nru 446/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 (2) (“ir-Regolament provviżorju”) impona dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom (FOH) li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (“il-pajjiżi kkonċernati”).

(2)

Il-proċediment inbeda permezz ta’ Avviż ta’ Bidu (ATB) ippubblikata fit-13 ta’ Awwissu 2010 (3) wara ilment imressaq fit-30 ta’ Ġunju 2010 minn żewġ produtturi tal-Unjoni, Cognis GmbH (Cognis) u Sasol Olefins & Surfactants GmbH (Sasol), (flimkien imsejħa “il-kwerelanti”). Dawn iż-żewġ kumpaniji jirrappreżentaw sehem ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott investigat.

(3)

Kif stipulat fil-premessa 9 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (“il-perjodu tal- investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sa tmiem il-PI (“il-perjodu meqjus”).

2.   Il-proċedura sussegwenti

(4)

Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbazi tagħhom ġie deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji tal-antidumping (“żvelar provviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom urew il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha.

(6)

Sussegwentement, il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju definittiv ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (“l-iżvelar finali”). Il-partijiet ingħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar dan l-iżvelar finali.

(7)

Il-kummenti orali u bil-miktub imressqa mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien xieraq.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(8)

Il-prodott ikkonċernat, kif stipulat fil-premessi (10) u (11) tar-Regolament provviżorju, huwa alkoħols xaħmija saturati b’katina ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tul ta’ C8, C10, C12, C14, C16 jew C18 (l-iżomeri bil-friegħi mhux inklużi) li jinkludu alkoħols xaħmija saturati uniċi (imsejħa wkoll “qatgħat uniċi”) u taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C6-C8, C6-C10, C8-C10, C10-C12 (ġeneralment kategorizzati bħala C8-C10), taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C12-C14, C12-C16, C12-C18, C14-C16 (ġeneralment kategorizzati bħala C12-C14), u taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C16-C18, li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja, u l-Malasja, li bħalissa jaqaw taħt il-kodiċijiet NM ex 2905 16 85, 2905 17 00, ex 2905 19 00 u ex 3823 70 00.

(9)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji ċerti partijiet ilmentaw dwar l-ambigwità tad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Huma sostnew li skont l-ATB, l-FOH lineari biss huma inklużi fil-karatteristiċi tal-prodott, u b’hekk qegħdin jiġu esklużi l-FOH li jkun fihom l-iżomeri bil-friegħi, jew l-FOH bil-friegħi. Partijiet oħrajn sostnew li ma jagħmilx sens li wieħed jeskludi l-FOH li jkun fihom l-iżomeri bil-friegħi prodotti permezz tal-proċess oxo għax għandhom l-istess użu u jikkompetu mal-FOH lineari fis-suq.

(10)

Ġie stabbilit li t-tipi kollha ta’ FOH koperti minn din l-investigazzjoni, kif deskritt fil-premessa (8), minkejja differenzi possibbli f’termini ta’ materja prima użata għall-produzzjoni, jew varjanti fil-proċess ta’ produzzjoni, għandhom karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, l-istess jew simili ħafna u jintużaw għall-istess finijiet. Il-varjazzjonijiet possibbli fil-prodott ikkonċernat ma jibdlux id-definizzjoni bażika, il-karatteristiċi tiegħu jew il-perċezzjoni li bosta partijiet għandhom tiegħu.

(11)

Għalhekk, id-deċiżjoni provviżorja li jiġu esklużi l-FOH li jkun fihom l-iżomeri bil-friegħi mill-karatteristiċi tal-prodott kif imsemmi fl-ATB u biex tiġi eskluża l-produzzjoni ta’ dawn il-kumpaniji ta’ FOH bil-friegħi mid-definizzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni (inklużi dawk il-kumpaniji li jipproduċu FOH permezz tal-proċess oxo) għandha tinżamm. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra li jirrigwardaw il-prodott ikkonċernat, il-premessi (10) u (11) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.   Il-prodott simili

(12)

Huwa mfakkar li ġie determinat b’mod provviżorju fil-premessa (13) tar-Regolament provviżorju li l-FOH lineari u l-FOH bil-friegħi mhumiex prodotti simili u għalhekk id-data li tirrigwarda produtturi li jipproduċu FOH magħmul minn iżomeri bil-friegħi għandhom jiġu esklużi mill-analiżi tal-ħsara.

(13)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor rigward il-prodott simili, il-premessi (12) u (13) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

C.   DUMPING

1.   L-Indja

1.1.   Valur normali

(14)

Fin-nuqqas ta’ kummenti li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-valur normali, is-sejbiet provviżorji fil-premessi (14) sa (18) tar-Regolament provviżorju huma b’ dan ikkonfermati.

1.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(15)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, is-sejbiet provviżorji tal-premessa (19) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

1.3.   It-tqabbil

(16)

Wara żvelar provviżorju u definittiv, iż-żewġ produtturi esportaturi Indjani reġgħu stqarrew li l-bejgħ tagħhom li sar lil wieħed mill-kwerelanti oriġinali fl-Unjoni matul il-PI ma għandux jitqies fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping (ara l-premessa (22) tar-Regolament provviżorju). Il-kumpaniji bbażaw id-dikjarazzjoni tagħhom fuq il-fatt li l-Artikolu 9.1 tal-Ftehim Antidumping tad-WTO jipprovdi li l-ammont tad-dazju li għandu jiġi impost għandu jkun il-marġni sħiħ tad-dumping jew inqas. Il-produtturi esportaturi Indjani irreferew ukoll għall-Artikolu 2.4 tal-Ftehim Antidumping tad-WTO skont liema għandu jsir tqabbil ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. Abbażi ta’ dan, huma allegaw li l-kwerelant kien innegozja magħhom ix-xiri ta’ kwantitajiet kbar bi prezzijiet baxxi ħafna fl-istess ħin meta dan kien qed iħejji l-ilment, u li għalhekk il-prezzijiet ta’ dawn it-tranżazzjonijiet ma kinux ġew stabbiliti b’mod ġust, u għal din ir-raġuni tali tranżazzjonijiet ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkoli tad-dumping.

(17)

L-ewwel nett, għandu jiġi nnotat li l-fatt li l-Ftehim Antidumping tad-WTO jagħti l-possibbiltà li jiġi impost dazju aktar baxx mill-marġni sħiħ tad-dumping, ma joħloqx obbligu li dan isir. L-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku sempliċement jimponi obbligu li jiġi limitat id-dazju antidumping għal livell li huwa biżżejjed biex jiġi eliminat id-dannu. Barra minn hekk, ma kienx hemm evidenza li l-prezzijiet ma kinux innegozjati b’mod ħieles bejn il-partijiet. Eżami tax-xiri globali li għamel il-kwerelant ikkonċernat wera wkoll li l-prezzijiet innegozjati miż-żewġ produtturi esportaturi Indjani kienu konformi mal-prezzijiet miftiehma għax-xiri ta’ prodotti simili mill-kwerelant ikkonċernat minn fornituri oħrajn. Barra minn hekk, ġie stabbilit li l-kwerelant kien qed jimporta l-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi Indjani għal għadd ta’ snin u mhux biss matul il-PI. Barra dan, wieħed produttur esportatur iddikjara f’seduta orali ppreseduta mill-uffiċjal tas-seduta li l-prezzijiet tagħhom għall-kwerelant ikkonċernat kienu strutturalment aktar baxxi minn dawk mitluba minn klijenti oħrajn. Bħala konklużjoni, ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-prezzijiet ma kinux stabbiliti b’mod ġust minħabba biss il-fatt li l-bejgħ sar lil kwerelant u huwa kkonfermat li t-talba hija rrifjutata.

(18)

Wara l-iżvelar provviżorju u definittiv, iż-żewġ produtturi esportaturi Indjani reġgħu tennew it-talba tagħhom għal aġġustament għall-kambju tal-munita skont l-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku hekk kif argumentaw li kien hemm żieda sostnuta fil-valur tar-Rupee Indjan (INR) meta mqabbel mal-Euro (EUR) minn Novembru 2009 li jista’ jkollha effett ta’ tgħawwiġ fuq il-kalkoli tad-dumping (ara l-premessa (23) tar-Regolament provviżorju). Iż-żewġ produtturi esportaturi rrikonoxxew li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom fit-tieni nofs tal-PI kienu aktar għoljin minn dawk fl-ewwel nofs tal-PI iżda sostnew li din it-tendenza kienet dovuta esklussivament għal żieda fin-nefqa tal-materja prima u għat-titjib ġenerali fil-kundizzjonijiet tas-suq wara t-tmiem tal-kriżi ekonomika, u ma kinux jirriflettu ż-żieda tal-INR meta mqabbel mal-EUR. Barra minn hekk, il-kumpaniji sostnew li anke jekk kienu kapaċi jaddattaw il-prezzijiet tagħhom b’mod regolari u f’intervalli qosra, qatt ma kienu se jistgħu jkunu kapaċi jipprevedu b’mod eżatt l-iżviluppi fir-rati tal-kambju għal perjodu fil-ġejjieni.

(19)

L-investigazzjoni wriet li anke jekk l-INR żied fil-valur b’mod gradwali meta mqabbel mal-EUR matul it-tieni nofs tal-PI, għal kull produttur esportatur Indjan il-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodotti ewlenin għal bosta klijenti ewlenin proprjament inbiddlu minn xahar għal xahar, b’mod partikolari matul it-tieni nofs tal-PI. Għalhekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet għall-bejgħ lill-Unjoni setgħu nbidlu fl-istess mument biex jirriflettu wkoll il-bidliet fir-rati tal-kambju fi żmien 60 jum kif previst fl-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 2.4.1 tal-Ftehim Antidumping tad-WTO. Billi, f’bosta każijiet, il-prezzijiet inbidlu ta’ spiss, kwalunkwe bidla fir-rati ta’ kambju setgħet ukoll ġiet riflessa. Barra minn hekk, dan wera li s-suq tal-FOH b’mod ġenerali huwa miftuħ sabiex jaċċetta bidliet frekwenti fil-prezzijiet. Għalhekk, anke f’każijiet fejn il-prezzijiet inbidlu inqas ta’ spiss, ma hemm l-ebda evidenza li turi li dan ma kienx minħabba l-għażla ta’ negozju li għamlu l-partijiet. Il-fatt li l-prezzijiet jistgħu jiġu adattati malajr biex jirriflettu il-bidliet fis-sitwazzjonijiet tas-suq (f’dan il-każ, bidliet allegati fir-rati tal-kambju tal-munita) jagħti lill-produtturi esportaturi Indjani l-possibbiltà li jirriflettu tali bidliet fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom jekk jixtiequ u kif apparentement għamlu f’għadd ta’ każijiet. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, kwalunkwe aġġustament għall-kambju tal-munita mhuwiex iġġustifikat u t-talba hija rrifjutata.

(20)

Wara żvelar provviżorju, produttur esportatur Indjan sostna li l-konċessjoni li ngħatat skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għad-differenzi fit-taxxi indiretti, li kienet ingħatat fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ prodotti, kellha tingħata wkoll fir-rigward ta’ prodotti u taħlitiet bi ktajjen ta’ tulijiet ta’ C12 u C14 għax id-dazju li tħallas fuq il-materja prima li ntużat għal dawn il-prodotti kien ġie rimborżat meta l-prodott ġie esportat. Madankollu, ma tressqet l-ebda informazzjoni li setgħet tiġi vverifikata fil-post matul l-investigazzjoni, li tipprova li fil-fatt tali dazji kienu rimborżati sussegwentement. Wara l-iżvelar definittiv, il-kumpanija sostniet li l-kummenti tagħha nftiehmu ħażin u li l-materja prima kollha li ntużat għall-produzzjoni ta’ prodotti u taħlitiet bi ktajjen ta’ tulijiet ta’ C12 u C14 kienu ġew importati mingħajr dazju. Billi għandha titħallas taxxa indiretta jekk din il-materja prima mbagħad tiġi inkorporata fi prodotti mibjugħin fis-suq domestiku, il-kumpanija titlob aġġustament tal-valur normali għal dawn it-tipi speċifiċi tal-prodott. Madankollu, l-evidenza mressqa matul il-verifika turi li l-materja prima speċifika li hija meħtieġa għall-produzzjoni tat-tipi tal-prodott bi ktajjen ta’ tulijiet ta’ C12 u C14 u li kienet importata mingħajr dazju matul il-PI, kienet suffiċjenti għall-manifattura ta’ parti biss mill-bejgħ tal-esportazzjoni tal-kumpanija ta’ dan il-produtt matul il-PI. Għalhekk huwa ċert li mill-inqas żewġ terzi tal-prodott esportat bi ktajjen ta’ tulijiet ta’ C12 u C14 ġew manifatturati bl-użu ta’ materja prima li għaliha tħallsu d-dazji tal-importazzjoni. Billi l-kumpanija qatt ma ressqet evidenza li turi li din il-materja prima importata mingħajr dazju ntużat għall-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u mhux għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, it-talba hija rrifjutata.

(21)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward it-tqabbil, il-kontenut tal-premessi (20) u (23) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

1.4.   Il-marġni tad-dumping

(22)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-kontenut tal-premessi minn (24) sa (26) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

(23)

L-ammont ta’ dumping kif fl-aħħar ikkalkolat, espress f’perċentwal tal-prezz ħieles nett tas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, huwa kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni definittiv tad-dumping

Godrej Industries Limited

9,3  %

VVF Limited

4,8  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,3  %

2.   L-Indoneżja

2.1.   Il-valur normali

(24)

Wara l-iżvelar provviżorju u definittiv, produttur esportatur Indoneżjan sostna li waqt l-ittestjar tal-profitabbiltà tat-tranżazzjonijiet, l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) ma kellhomx jiġu allokati lil tranżazzjonijiet individwali fuq il-bażi tal-fatturat, u li dan wassal għal fatt li għadd ta’ tranżazzjonijiet instabu li ma kienu qed iħallu l-ebda profitt. It-talba ġiet eżaminata, iżda instab li t-tqabbil tal-ispejjeż SG&A ma’ tranżazzjonijiet individwali fuq il-bażi tal-fatturat huwa aktar xieraq minħabba n-natura ta’ tali spejjeż, li huma aktar relatati mal-valur milli mal-volum. Għandu jiġi nnutat li l-ammont totali tal-ispejjeż SG&A allokati lil kull tip ta’ prodott jibqa’ l-istess ikun x’ikun il-metodu li jintuża miż-żewġ metodi għat-tqabbil tal-ispejjeż SG&A mat-tranżazzjonijiet individwali. Fl-aħħar nett, it-tranżazzjonijiet li l-produttur esportatur qed jiddubita dwar ir-riżultat tat-test tal-profitabbiltà tagħhom, ġew eżaminati mill-ġdid u ġie kkonfermat li t-tranżazzjonijiet ma kinux ta’ profitt. It-talba għalhekk hija rrifjutata.

(25)

L-istess produttur esportatur mill-Indoneżja sostna wkoll, li meta ġie stabbilit il-livell tal-profitt li ntuża fil-ħidma tal-valur normali, il-profitt tal-bejgħ identifikat bħala mhux fil-kummerċ normali fil-livell tat-tip tal-prodott ma għandux jiġi eskluż, billi aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku globali kien ta’ profitt. Fir-rigward ta’ din it-talba, huwa mfakkar li l-istabbiliment ta’ liema bejgħ huwa fit-tmexxija normali tal-kummerċ għandu jsir fil-livell tat-tipi ta’ prodott, kif spjegat fil-premessi minn (29) sa (32) tar-Regolament provviżorju, billi dan huwa l-aktar mod xieraq biex jitqabblu b’mod preċiż il-prezzijiet tal-bejgħ mal-kosti relatati tal-produzzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku ma jeskludix id-diviżjoni tal-prodott investigat f’tipi ta’ prodott fejn xieraq. Għalhekk, il-bejgħ li jinstab li mhuwiex fit-tmexxija normali tal-kummerċ għandu jiġi eskluż fil-livell tat-tip tal-prodott mill-kalkolu tal-profitt li għandu jintuża fil-ħidma tal-valur normali. It-talba għalhekk hija rrifjutata.

(26)

L-istess produttur esportatur mill-Indoneżja sostna wkoll li fil-ħidma tal-valur normali għal ċerti tipi ta’ prodotti, l-ebda tnaqqis għall-konċessjonijiet ma sar sabiex il-valuri normali jinġiebu lura għal livell ex-fabbrika. It-talba ġiet aċċettata u l-kalkolu ġie emendat kif xieraq.

(27)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-valur normali, is-sejbiet provviżorji fil-premessi (27) sa (33) tar-Regolament provviżorju – emendati kif indikat fil-premessa (26) ta’ dan ir-Regolament - huma b’dan ikkonfermati.

2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(28)

Wara l-iżvelar provvizorju, produttur esportatur mill-Indoneżja sostna li l-ebda ġustifikazzjoni ma kienet ingħatat għala il-prezz għall-kumpanija ta’ importazzjoni relatata tiegħu fl-Unjoni tqiset bħala mhux affidabbli, u għall-ħidma tal-prezz tal-esportazzjoni, fir-rigward ta’ tali bejgħ, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-prezzijiet ta’ trasferiment bejn partijiet relatati ma jitqisux bħala affidabbli għax jistgħu jiġu stabbiliti b’mod artifiċjali f’livelli differenti skont xi jkun l-aktar ta’ vantaġġ għall-kumpaniji relatati kkonċernati. Għal din ir-raġuni, il-ħidma tal-prezz ta’ esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, bl-użu ta’ marġni ta’ profitt raġonevoli b’mod indipendenti mill-profitt reali li jirriżulta mill-prezzijiet ta’ trasferiment, tevita kwalunkwe effett ta’ tgħawwiġ li jista’ jinqala’ mill-prezzijiet ta’ trasferiment. It-talba għalhekk hija rrifjutata.

(29)

Għall-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni permezz ta’ importaturi relatati li jinsabu fl-Unjoni, wara l-iżvelar provviżorju, iż-żewġ esportaturi mill-Indoneżja sostnew li l-marġni ta’ profitt li ntuża għall-ħidma tal-prezz ta’ esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ma kienx xieraq. It-tnejn argumentaw li l-profitt li ntuża fl-istadju provviżorju kien jirreferi għal importatur wieħed biss li kien qed jikkoopera parzjalment u ma kienx ġie vverifikat, u għalhekk ma kienx affidabbli. Għalhekk, huma ssuġġerew li jintuża profitt ta’ 5 % kif kien sar f’investigazzjonijiet oħrajn. Wara li tqies il-livell baxx ta’ kooperazzjoni minn importaturi indipendenti f’din l-investigazzjoni, it-talba ġiet aċċettata u ġie applikat livell ta’ profitt ta’ 5 % li huwa konformi mal-livelli ta’ profitt li ntużaw f’investigazzjonijiet preċedenti għall-istess settur.

(30)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward it-tqabbil, il-kontenut tal-premessi (34) sa (36) tar-Regolament provviżorju – aġġustat kif spjegat fil-premessa (29) ta’ dan ir-Regolament - huwa b’dan ikkonfermat.

2.3.   It-tqabbil

(31)

Wara l-iżvelar provviżorju ż-żewġ esportaturi mill-Indoneżja indikaw li l-ebda aġġustament ma kellu jsir għal differenzi fil-kummissjonijiet skont l-Arikolu 2(10)(i) għall-bejgħ permezz tan-negozjanti relatati rispettivi f’pajjiż terz. Iż-żewġ kumpaniji argumentaw li l-kumpaniji ta’ produzzjoni tagħhom fl-Indoneżja u n-negozjanti relatati rispettivi f’Singapor jifformaw entità ekonomika unika u li n-negozjanti fil-pajjiż terz jaġixxu bħala d-dipartiment ta’ esportazzjoni tal-kumpaniji relatati tagħhom Indoneżjani. Madankollu, fiż-żewġ każijiet, il-bejgħ domestiku kif ukoll xi bejgħ ta’ esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi, huwa fatturat direttament mill-manifattur fl-Indoneżja, u n-negozjanti f’Singapor jirċievu kummissjoni speċifika. Għal waħda mill-kumpaniji Indoneżjani din il-kummissjoni hija msemmija f’kuntratt li jkopri l-bejgħ tal-esportazzjoni biss. Barra minn hekk, in-negozjanti fil-pajjiż terz ibigħu wkoll prodotti manifatturati minn produtturi oħrajn u f’każ wieħed anke minn produtturi mhux relatati. Iż-żewġ negozjanti relatati f’Singapor għalhekk, b’mod ċar, għandhom funzjonijiet li huma simili għal dawk ta’ aġent li qed jaħdem b’kummissjoni. It-talba għalhekk hija rrifjutata.

(32)

Wara l-iżvelar definittiv, il-gvern Indoneżjan u produttur esportatur Indoneżjan tennew it-talba għal entità ekonomika unika msemmija fil-premessa preċedenti. Huma argumentaw li f’Matsushita kontra l-Kunsill (4) il-Qorti kienet qabel sostniet li l-fatt li l-produttur iwettaq ċerti funzjonijiet ta’ bejgħ ma jfissirx li kumpanija li timmanifattura u kumpanija li tinnegozja ma jistgħux jikkostitwixxu entità ekonomika unika. Barra minn hekk, huma sostnew ukoll li l-bejgħ lil pajjiżi terzi li jitwettaq mill-esportatur direttament mingħajr l-involviment tan-negozjant f’Singapor jirrappreżenta biss perċentwal żgħir tal-bejgħ tal-esportazzjoni u li fis-sentenza Interpipe (5) il-Qorti tal-Prim’Istanza sostniet li volumi żgħar ta’ bejgħ dirett mill-produttur ma appoġġawx l-istqarrija li ma kienx hemm entità ekonomika unika. Fl-aħħar nett sostnew li f’Canon kontra l-Kunsill (6) il-fatt li sussidjarju tal-bejgħ aġixxa wkoll bħala distributur ta’ prodotti minn kumpaniji oħrajn ma affettwax is-sejba ta’ entità ekonomika unika.

(33)

Anke jekk f’Matsushita kontra l-Kunsill il-Qorti sostniet li l-istituzzjonijiet f’dak il-każ kienu intitolati li jqisu li manifattur, flimkien ma’ kumpanija ta’ distribuzzjoni waħda jew aktar li jikkontrolla, jiffurmaw entità ekonomika anke jekk twettaq ċerti funzjonijiet ta’ bejgħ hija stess mhux bilfors ikun hemm l-obbligu li produttur u l-kumpanija tal-bejgħ relatata tiegħu jitqiesu dejjem bħal entità ekonomika unika. Barra minn hekk, b’mod differenti mill-produttur esportatur Indoneżjan, il-manifattur f’Matsushita kontra l-Kunsill ma għamilx bejgħ dirett huwa stess. It-tieni nett, fis-sentenza Interpipe, il-fatt li l-bejgħ dirett mill-produttur esportatur irrappreżenta perċentwal limitat biss tal-volum totali tal-bejgħ lill-Unjoni, kien element wieħed biss li ġie analizzat mill-Qorti tal-Prim’Istanza. B’mod aktar importanti, il-Qorti enfasizzat il-fatt li dan il-bejgħ dirett sar lill-Istati Membri l-ġodda għal perjodu tranżizzjonali biss. Għall-kuntrarju, f’dan il-każ, l-evidenza disponibbli tindika li l-bejgħ li sar direttament mill-produttur lil ċerti pajjiżi terzi mhuwiex temporanju - mill-inqas fil-prinċipju - iżda strutturali, jiġifieri permanenti. Barra minn hekk, għal kull produttur ikkonċernat, dak il-bejgħ jirrappreżenta perċentwal konsiderevoli tal-bejgħ domestiku tiegħu. Fl-aħħar nett f’Canon kontra l-Kunsill il-bejgħ tas-sussidjarju tal-bejgħ tal-produttur esportatur fis-suq domestiku kien jinkludi prodotti oħrajn li nbiegħu biss bil-marka kummerċjali differenti iżda madankollu kollha kienu ġew prodotti mill-produttur esportatur innifsu. It-talba għalhekk reġgħet ġiet irrifjutata.

(34)

Kumpanija Indoneżjana waħda sostniet ukoll li, anke jekk il-kunċett tal-entità ekonomika waħda ma jkunx aċċettat, il-Kummissjoni kienet imponiet “marġni doppja” billi naqset mill-prezz ta’ esportazzjoni għall-klijenti indipendenti fl-Unjoni, kemm il-profitt għall-importatur relatat fl-Unjoni kif ukoll il-kummissjoni għan-negozjant relatat fil-pajjiż terz. Madankollu, iż-żewġ punti tqiesu għal skopijiet differenti u tnaqqsu separatament. Kif spjegat fil-premessa (28), għall-bejgħ ta’ esportazzjoni li sar permezz ta’ importaturi relatati fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni huwa maħdum skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati l-ewwel jinbiegħu mill-ġdid lil xerrej indipendenti. F’dawn il-każijiet għandu jsir aġġustament għall-akkumulazzjoni tal-profitt sabiex jiġi stabbilit prezz ta’ esportazzjoni affidabbli fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni. Bil-kontra, il-kummissjoni għan-negozjanti relatat fil-pajjiż terz tnaqqset skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, it-talba hija rrifjutata.

(35)

Il-kumpanija sostniet ukoll li, jekk il-prezz ta’ esportazzjoni jiġi aġġustat għall-kummissjoni tan-negozjant relatat fil-pajjiż terz skont l-Artikolu 2(10)(i), għandu jsir aġġustament identiku għall-valur normali, billi dan in-negozjant jikkoordina wkoll il-bejgħ domestiku. Madankollu, il-kuntratt bil-miktub bejn in-negozjant u l-produttur fl-Indoneżja jkopri biss il-bejgħ ta’ esportazzjoni. Barra minn hekk, il-bejgħ domestiku huwa fatturat mill-kumpanija fl-Indoneżja. It-talba għalhekk hija rrifjutata.

(36)

Fir-rigward tal-aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, huwa meqjus xieraq li jintuża marġni ta’ profitt raġonevoli indipendentement mill-profitt reali li jirriżulta mill-prezzijiet ta’ trasferiment sabiex jiġi evitat kwalunkwe effett ta’ tgħawwiġ li jista’ jirriżulta mill-prezzijiet ta’ trasferiment. Għalhekk, il-marġni tal-profitt reali tan-negozjanti fil-pajjiż terz li ntużaw fi stadju provviżorju ġew sostitwiti bi profitt ta’ 5 % li huwa meqjus bħala profitt raġonevoli għall-attivitajiet imwettqa mill-kumpaniji kummerċjali fis-settur tal-kimika, kif kien sar f’każijiet preċedenti (7).

(37)

Kumpanija Indoneżjana oħra sostniet li l-Kummissjoni naqqset l-ispejjeż tal-kummissjoni darbtejn għall-bejgħ permezz tal-importatur relatat tagħha fl-Unjoni. Il-kumpanija argumentat li kien sar aġġustament għall-ispejjeż SG&A tal-importatur relatat kif ukoll għall-ispejjeż tal-kummissjoni bħala spiża tal-bejgħ dirett meta kien qed jiġi maħdum il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Billi l-ispejjeż tal-kummissjoni huma diġà inklużi fl-ispejjeż SG&A, dan irriżulta fi tnaqqis doppju għall-ispejjeż tal-kummissjoni. Din it-talba tqieset bħala waħda ġġustifikata u l-kalkolu ġie emendat kif xieraq.

(38)

Waħda mill-kumpaniji reġgħet talbet aġġustament għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi abbażi li hija tesporta l-prodott ikkonċernat kemm fil-forma likwida kif ukoll dik solida lill-Unjoni filwaqt li fuq is-suq domestiku hija tbigħu biss fil-forma solida u li l-prezzijiet tal-forma likwida huma aktar baxxi minn dawk tal-forma solida tal-prodott investigat (ara l-premessa (39) tar-Regolament provviżorju). Biex tappoġġa t-talba tagħha, il-kumpanija ressqet il-kopja ta’ żewġ fatturi għall-bejgħ lil swieq tal-esportazzjoni oħra. Madankollu, din l-evidenza ma setgħetx tiġi vverifikata f’dan l-istadju avvanzat tal-proċediment, u lanqas ma seta’ jiġi żgurat li d-differenza murija kienet tapplika għall-każijiet kollha fejn id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi msemmijin hawn fuq jeżistu. It-talba għalhekk hija rrifjutata.

(39)

Wara l-iżvelar provviżorju, esportatur Indoneżjan sostna li r-rata ta’ mgħax li ntużat għall-kalkolu tal-kosti tal-kreditu tal-importatur relatat tiegħu fl-Unjoni fir-Regolament provviżorju kienet sproporzjonata u ssuġġerixxa li tintuża rata ta’ mgħax ibbażata fuq ċifri ppubblikati għall-PI mid-Deutsche Bundesbank. Billi ċ-ċifra tar-rata tal-imgħax li ntużat għall-kalkolu tal-kosti tal-kreditu għal din il-kumpanija fir-Regolament provviżorju kienet ibbażata fuq informazzjoni mressqa minn partijiet oħra u għalhekk tirrifletti s-sitwazzjoni finanzjarja speċifika tagħhom li mhux neċessarjament tapplika għall-importatur relatat ikkonċernat, it-talba ġiet aċċettata u l-kalkolu ġie emendat kif xieraq.

(40)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra li jikkonċernaw it-tqabbil, is-sejbiet provviżorji fil-premessi minn (37) sa (40) tar-Regolament provviżorju - aġġustati kif spjegat fil-premessi (36), (37) u (39) f’dan ir-Regolament - huma b’dan ikkonfermati.

2.4.   Il-marġni tad-dumping

(41)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-kontenut tal-premessi (41) u (42) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

(42)

L-ammont ta’ dumping kif fl-aħħar ikkalkolat, espress f’perċentwal tal-prezz ħieles nett tas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, huwa kif ġej:

Kumpanija

Il-marġini tad-dumping provviżorju

P.T. Ecogreen Oleochemicals

7,3  %

P.T. Musim Mas

5,4  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,3  %

3.   Il-Malasja

3.1.   Il-valur normali

(43)

Wara l-iżvelar provvizorju, wieħed mill-produtturi esportaturi Malasjani sostna li t-test tal-profitabbiltà fil-valutazzjoni tat-tmexxija normali tal-kummerċ (ara l-premessa 46 tar-Regolament provviżorju) ma kellux ikun ibbażat fuq il-kost annwali medju differenzjat tal-produzzjoni iżda li, minħabba l-varjazzjonijiet tal-prezzijiet ta’ kuljum tal-materja prima ewlenija, kellu jintuża l-kost individwali ta’ kull tranżazzjoni domestika. Fir-rigward ta’ din it-talba għandu jiġi enfasizzat li l-użu tal-kost medju differenzjat tal-produzzjoni bħala valur referenzjarju għat-test tal-profitabbiltà huwa l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni. Dan il-format ġie rispettat mill-kumpanija fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju u kien il-bażi għaż-żjara ta’ verifikazzjoni fuq il-post li rrikonċiljat id-data rrappurtata mill-kumpanija mal-kontijiet tal-kumpanija. It-talba biex jintuża kost tal-produzzjoni bbażat fuq tranżazzjoni, li kieku tkun tikkostitwixxi differenza kbira mill-prassi normali tal-Kummissjoni, tqajmet għall-ewwel darba fil-kummenti tal-kumpanija għad-dokument tal-iżvelar provviżorju u għalhekk ċ-ċifri korrispondenti ma setgħux jiġu vverifikati fil-post. Għandu wkoll jiġi nnutat li l-folji tal-kost tat-tranżazzjoni individwali mressqa mill-kumpanija bħala appoġġ għat-talba tagħhom huma fil-parti l-kbira bbażati fuq stimi u għalhekk jonqsu li jirrappreżentaw data tan-nefqa aktar preċiża u rappreżentattiva minn dik irrappuratata mill-kumpanija fil-bidu u li ġew ivverifikati fil-post. Fl-aħħar nett, għandu jiġi nnutat li l-istruttura tal-folja tan-nefqa l-ġdida pprovduta ma tippermettix ir-rikonċiljazzjoni ma’ din il-parti tar-rapporti tal-amministrazzjoni li ġew ivverifikati fil-post. Għalhekk, it-talba hija rrifjutata.

(44)

L-esportatur Malasjan mingħajr bejgħ domestiku (ara l-premessa (51) tar-Regolament provviżorju) sostna li l-ammonti għal-kost SG&A u għall-profitti li ntużaw għall-kalkolu tal-valur normali ma għandhomx ikunu bbażati fuq il-medja proporzjonata tal-ammonti reali stabbiliti għaż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra li jbigħu l-prodott simili fis-suq Malasjan. Il-kumpanija sostniet li dawn iċ-ċifri mhumiex rappreżentattivi, peress il-kumpanija qiegħda tuża metodi ta’ manifattura differenti li jinvolvu materja prima bażika differenti. Fir-rigward ta’ din it-talba wieħed għandu jfakkar li fil-kalkolu tal-valur normali tal-kost tal-manifattura tal-kumpanija stess intużat. L-ammonti li jikkonċernaw il-kost SG&A biss, kienu bbażati fuq iċ-ċifri miksuba miż-żewġ produtturi esportaturi Malasjani l-oħra. Fir-rigward tal-ammont għall-profitt, dan ġie stabbilit kif spjegat fil-premessa (45) ta’ dan ir-Regolament. It-tieni nett, il-kumpanija naqset milli tispjega l-effett allegat tal-metodu tal-produzzjoni użat fuq il-kost SG&A. Barra minn hekk, huwa nnotat li parti limitata biss tal-produzzjoni tal-kumpanija hija bbażata fuq il-metodu tal-produzzjoni allegatament differenti filwaqt li parti sostanzjali tal-produzzjoni hija manifatturata bl-istess proċess ta’ produzzjoni u bl-użu tal-istess materja prima bażika bħal fil-każ taż-żewġ produtturi Malasjani l-oħra. Għalhekk, ġie konkluż li l-kumpanija naqset milli turi li ċ-ċifri li ntużaw ma kinux rappreżentattivi u t-talba f’dan ir-rigward hija rrifjutata.

(45)

L-istess esportatur Malasjan sostna wkoll li, jekk il-Kummissjoni xorta tuża d-data miż-żewġ esportaturi l-oħrajn għall-istabbiliment tal-SG&A, din id-data għandha tkun bbażata fuq iċ-ċifri tal-medja proporzjonata relatati mat-tranżazzjonijiet domestiċi kollha ta’ dawk il-produtturi esportaturi u mhux biss relatati mat-tranżazzjonijiet bi profitt. Fil-prinċipju din it-talba ġiet aċċettata. Għalhekk, fir-rigward tal-SG&A, huwa kkonfermat lill-kostmedju tal-SG&A għat-tranżazzjonijiet domestiċi kollha taż-żewġ produtturi esportaturi Malasjani ntuża fil-ħidma tal-valur normali. Iċ-ċifri li ntużaw għal dan il-kalkolu ġew ivverifikati matul iż-żjarat ta’ verifika fil-kumpaniji Malasjani rispettivi. Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-profitt, għandu jiġi nnutat li ma kienx possibbli li jiġi determinat ammont għall-profitt fuq il-bażi tal-ammonti mġarrba u mwettqa miż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra. Fil-fatt, tali komputazzjoni tirriżulta f’ammont ta’ telf globali. Għalhekk ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda data ta’ profitt fuq dik il-bażi. F’dak ir-rigward, it-talba tal-esportatur Malasjan li ammont negattiv jista’ jintuża bħala ammont ta’ profitt għall-ħidma tal-valur normali hija rrifjutata. Fil-fatt, il-kunċett tal-profitt bilfors jimplika l-eżistenza ta’ ammont pożittiv. Tqies ukoll jekk l-ammont għall-profitt jistax jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-bejgħ bi profitt tal-produttur esportatur Malasjan iżda dan l-approċċ ġie rrifjutat minħabba li jikkontradixxi s-sejbiet tad-WTO fil-każ tal-Importazzjonijiet ta’ Lożor ta’ Tip tal-Qoton mill-Indja (8). Għalhekk, skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, il-kalkolu tal-profitt għandu jkun bbażat fuq kwalunkwe metodu raġonevoli ieħor u, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe data oħra disponibbli, ir-rata ta’ mgħax kummerċjali fuq perjodu ta’ żmien twil fil-Malasja tqieset bħala l-bażi l-aktar xierqa għall-istabbiliment tal-profitt. Dan il-metodu tqies bħala wieħed konservattiv, raġonevoli u l-aktar wieħed xieraq fit-tifsira tal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Huwa nnutat li l-marġni tal-profitt b’hekk stabbilit ma jaqbiżx il-profitt imwettaq minn produtturi esportaturi oħra fuq bejgħ ta’ prodotti tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini.

(46)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-valur normali, is-sejbiet provviżorji fil-premessi minn (44) sa (51) tar-Regolament provviżorju, għajr għall-emenda kif spjegat fil-premessa (45) f’dan ir-Regolament, huma b’dan ikkonfermati.

3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(47)

Għall-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni permezz ta’ importaturi relatati li jinsabu fl-Unjoni, wara l-iżvelar provviżorju, iż-żewġ esportaturi Malasjani sostnew li l-marġni ta’ profitt li ntuża għall-ħidma tal-prezz ta’ esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ma kienx xieraq. Waħda mill-kumpaniji appoġġat it-talbiet tagħha permezz taċ-ċifri tal-profittabbiltà tal-PI ta’ xi wħud min-negozjanti Ewropej mhux relatati tagħhom. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li dawn iċ-ċifri ma jistgħux jitqiesu bħala ċifri rappreżentattivi, għaliex in-negozjanti indikaw il-kummerċ f’firxa kbira ta’ prodotti kimiċi, u f’każ wieħed in-negozjant huwa wkoll produttur. Għalhekk, dawn huma rrifjutati bħala valur referenzjarju affidabbli. It-tieni kumpanija sostniet li l-importatur relatat tagħha fl-Unjoni ma għandux jitqies bħala distributur iżda bħala aġent relatat u għalhekk l-aġġustament tal-kosti u l-profitt tal-SG&A fil-ħidma tal-prezz tal-esportazzjoni ma għandux jaqbeż il-perċentwal tal-kummissjoni li normalment tingħata lill-aġenti indipendenti li jinnegozjaw fis-settur. Il-kumpanija ressqet il-ftehimiet tagħha bl-aġenti indipendenti bħala valur referenzjarju. Id-dikjarazzjoni ġiet żviluppata aktar wara l-iżvelar definittiv bl-argument li fil-każ tal-elettrodi tat-tungstenu (9) l-profitt ta’ importatur relatat tqies affidabbli u ġie aċċettat fil-ħidma tal-prezz tal-esportazzjoni. Bħala tweġiba għat-talba tagħha għandu jiġi nnutat li l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ma jipprevedix trattament differenti bejn l-importaturi relatati li allegatament qed jaġixxu bħala distributuri u l-importaturi li allegatament qed jaġixxu bħala aġenti.

L-Artikolu 2(9) jeħtieġ aġġustamenti għall-kosti kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u għall-profitti li qed jiżdiedu. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-investigazzjoni wriet li l-kumpanija relatata tinsab fl-Unjoni. Din timmaniġġja, inter alia, l-ordnijiet tal-klijenti u l-ħruġ tal-fatturi tal-prodott ikkonċernat prodott mill-esportatur relatat tagħha u hija wkoll responsabbli biex tikseb l-approvazzjoni doganali tal-Unjoni. Għandu jiġi nnutat li l-fatt li ċertu attivitajiet jitwettqu mill-kumpanija relatata qabel l-importazzjoni ma jfissirx li l-prezz tal-esportazzjoni ma jistax jerġa’ jinbena fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti bid-dispożizzjonijiet neċessarji jsiru skont l-Artikolu 2(9). Id-differenzi fil-funzjonijiet iddikjarati mill-kumpanija meta mqabbla ma’ importaturi relatati oħrajn huma normalment riflessi fl-ispejjeż SG&A fejn il-Kummissjoni użat id-data reali tal-kumpanija. Għalhekk, din it-talba ma tistax tiġi milqugħa. Għandu jiġi nnutat ukoll li fil-każ tal-elettrodi tat-tungstenu msemmi hawn fuq, l-importatur relatat ġie integrat aktar fil-prodott downstream prodott mill-grupp relatat u kien ukoll qed iwettaq attivitajiet oħra għajr dawk ta’ kumpanija li tinnegozja. Għalhekk, għal struttura daqshekk kumplessa, il-profitt tal-importaturi mhux relatati nstab li ma kienx rappreżentattiv biżżejjed. Is-sitwazzjoni f’dak il-każ ma tistax titqabbel mas-sitwazzjoni tal-importatur Malasjan relatat ikkonċernat, li jwettaq biss funzjonijiet ta’ negozju. Madankollu, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (29), il-marġni tal-profitt ikkonċernat huwa aġġustat għal 5 %. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, is-sejbiet provviżorji fil-premessi (52) sa (54) tar-Regolament provviżorju, għajr għall-emenda kif spjegat hawn fuq, huma b’dan ikkonfermati.

3.3.   It-tqabbil

(48)

Wara l-iżvelar provviżorju, esportatur wieħed Malasjan reġgħa tenna t-talba tiegħu (ara wkoll il-premessa 57 tar-Regolament provviżorju) li l-importatur relatat tiegħu fl-Unjoni fil-fatt huwa d-dipartiment tal-esportazzjoni tal-manifattur u li kien se jkun hemm tnaqqis eċċessiv fl-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni ex-fabbrika jekk isiru l-aġġustamenti kollha għall-kosti u l-profitt tal-SG&A skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija sostniet li, b’mod alternattiv, għandu jsir aġġustament simili meta jiġi kkalkulat il-valur normali. It-talba reġgħet ġiet imtennija fis-sottomissjoni wara l-iżvelar definittiv. Madankollu ma ġie ppreżentat l-ebda argument ġdid li jwassal għal bidla fil-konklużjonijiet f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, huwa mfakkar li l-fatturi nħarġu mill-kumpanija relatata lill-klijenti fl-Unjoni u li l-ħlasijiet mill-klijenti fl-Unjoni nġabru mill-kumpanija relatata. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-bejgħ li sar mill-kumpanija relatata inkluda żieda fil-prezz għall-qligħ (mark-up). Barra minn hekk, il-kontijiet finanzjarji tal-kumpanija relatata wrew li ġarrbet kosti SG&A normali bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. Għalhekk, il-kumpanija relatata fil-fatt twettaq il-funzjonijiet tipiċi ta’ importatur. Fl-aħħar nett, għandu jiġi nnutat li l-produttur fil-Malasja wettaq ukoll bejgħ dirett lil klijenti indipendenti fl-Unjoni u pajjiżi oħrajn. Fil-kwistjoni tal-aħħar, il-kumpanija rreferiet għas-sentenza Interpipe b’argumenti simili għal dawk li tqajmu mill-produtturi esportaturi Indoneżjani. Għar-raġunijiet li diġà ġew spjegati fil-premessa (33) ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ huma differenti miċ-ċirkostanzi diskussi fis-sentenza Interpipe. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tal-esportatur Malasjan li l-bejgħ indipendenti tal-kumpanija ġie nnegozjat mill-importatur relatat tagħha fl-UE li jaġixxi fil-kapaċità tad-dipartiment tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-kumpanija Malasjana, tikkontradixxi l-ispjegazzjonijiet provduti matul iż-żjara ta’ verifika fejn ir-rwol ewlieni li kellha l-kumpanija ewlenija fil-Ġappun kien minflok enfasizzat f’dan il-kuntest. Is-sejbiet ta’ hawn fuq wasslu għall-konklużjoni li l-aġġustament għall-SG&A u l-profitt għandu jinżamm u l-ebda aġġustament simili għall-kalkolu tal-valur normali ma huwa ġġustifikat.

(49)

L-istess kumpanija sostniet ukoll li t-tnaqqis ta’ ċertu spejjeż tal-bejgħ tal-importatur relatat tagħha kien sar darbtejn fil-ħidma mill-ġdid tal-prezz tal-esportazzjoni. Il-kalkoli ġew ivverifikati u billi t-talba nstabet li hija ġġustifikata dawn ġew aġġustati kif xieraq.

(50)

Wieħed mill-esportaturi Malasjani sostna li t-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ma għandux ikun ibbażat fuq it-tipi tal-prodott kif identifikati min-numri għall-kontroll tal-prodott (product control numbers - PCN) iżda fuq il-bażi tal-kodiċijiet tal-prodott tal-kumpanija stess. Skont din il-kumpanija, l-PCNs li ntużaw fl-investigazzjoni ma jiġbrux biżżejjed dettall dwar l-ispeċifiċitajiet tal-proċess tal-produzzjoni u d-differenzi fil-kosti u l-prezzijiet. Bħala appoġġ għal din it-talba il-kumpanija rreferiet għal xi wħud mill-prodotti tagħha li ġew manifatturati bl-użu ta’ proċessi differenti tal-produzzjoni u materja prima bażika differenti, u dan irriżulta f’unitajiet tal-kosti tal-produzzjoni ogħla. Għandu jiġi nnutat li din it-talba ma tqajmitx fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni u lanqas matul iż-żjara ta’ verifika fil-post. Barra minn hekk, l-użu tal-kodiċijiet tal-prodott tal-kumpanija stess fil-kalkolu ma jsolvix il-problema ta’ metodi differenti ta’ produzzjoni billi l-istess kodiċijiet tal-produzzjoni tal-kumpanija ntużaw ukoll għall-prodotti manifatturati permezz ta’ proċessi ta’ produzzjoni differenti. Għalhekk, it-talba hija rrifjutata.

(51)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn li jikkonċernaw it-tqabbil, is-sejbiet provviżorji fil-premessi (55) sa (58) tar-Regolament provviżorju, għajr għall-emenda kif spjegat fil-premessa (49) ta’ dan ir-Regolament, huma b’dan ikkonfermati.

3.4.   Il-marġni tad-dumping

(52)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur Malasjan li ma esportax lejn l-Unjoni kkummenta dwar il-premessa (60) tar-Regolament provviżorju u sostna li hemm produtturi oħra tal-prodott ikkonċernat fil-Malasja. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-preżenza ta’ produttur addizzjonali fil-Malasja, li mhuwiex esportatur lejn l-Unjoni, ma tbiddilx is-sejba fir-rigward tal-livell ta’ kooperazzjoni fil-Malasja billi ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li l-kumpaniji investigati ma jammontawx għall-esportazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI. Barra minn hekk, l-istess produttur Malasjan ikkritika l-fatt li l-produtturi, bħalu, li ma esportawx lejn l-Unjoni fil-PI jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju residwa. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li l-kumpaniji li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-PI ma jistgħux ikollhom rata tad-dazju individwali. Madankollu, malli dawn il-kumpaniji jibdew jesportaw, jew jidħlu f’obbligu irrevokabbli li jbigħu lill-Unjoni, jistgħu japplikaw għal reviżjoni maħsuba għal min hu ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku li tista’ tirriżulta f’marġni tad-dazju individwali, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu jkunu ssodisfati.

(53)

Wieħed mill-produtturi Malasjani sostna li l-valur CIF li ntuża bħala bażi għall-kalkolu tal-perċentwal tal-marġni tad-dumping ma għandux ikun ibbażat fuq il-prezz iddikjarat lid-dwana, iżda għandu jkun ikkalkulat lura mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid, bil-kosti kollha ta’ wara l-importazzjoni fl-Unjoni mnaqqsa. Madankollu, billi l-prezz CIF intuża bħala l-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-valur doganali fil-fruntiera tal-Unjoni, u ma jidhirx li ġie ddikjarat b’mod żbaljat, dan l-istess prezz għandu jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-perċentwal tal-marġni tad-dumping. Il-kumpanija sostniet li teżisti differenza fil-ħin bejn il-kunsinni relatati mill-Malasja u l-approvazzjoni doganali għall-iskop ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni. Madankollu, anke jekk il-fatturi għall-approvazzjoni doganali jinħarġu fi stadju aktar tard, bil-prezzijiet li jsegwu l-metodu ta’ valutazzjoni tal-ħażna FIFO, xorta huwa l-prezz ta’ trasferiment u mhux il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid li huwa l-bażi għall-kalkolu tal-valur doganali. Għalhekk, it-talba hija rrifjutata.

(54)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-kontenut tal-premessi (59) u (60) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

(55)

L-ammont ta’ dumping kif ikkalkolat fl-aħħar, espress f’perċentwal tal-prezz ħieles nett tas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, huwa kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni definittiv tad-dumping

KL-Kepong Oleomas Sdn. Bhd.

3,3  %

Emery Oleochemicals (M) Sdn. Bhd.

5,3  %

Fatty Chemicals Malaysia Sdn. Bhd.

5,7  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

5,7  %

D.   ĦSARA

1.   Il-kummenti preliminari

(56)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, instab li kellhom isiru xi korrezzjonijiet żgħar fiċ-ċifri tal-konsum minħabba żball klerikali. Dan wassal għal bidliet żgħar fil-volum tal-bejgħ, fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u fis-sehem tas-suq tal-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, dawn il-korrezzjonijiet ma għandhomx impatt sinifikanti fuq ix-xejriet u l-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-konsum, il-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem tas-suq tal-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat fis-suq tal-Unjoni.

2.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(57)

Kif imsemmi fil-premessa (62) tar-Regolament provviżorju, instab li l-prodott simili ġie manifatturat miż-żewġ kwerelanti u minn produtturi żgħar fl-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessi (11) u (12) ta’ dan ir-Regolament, il-produtturi li jipproduċu FOH li fihom iżomeri bil-friegħi kienu esklużi mid-definizzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-FOH. Minkejja l-fatt spjegat fil-premessa (58) ta’ dan ir-Regolament, l-industrija tal-Unjoni kif definita fil-premessi (62) u (63) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

(58)

Wieħed miż-żewġ kwerelanti ttieħed minn kumpanija li qed tipparteċipa fil-proċediment attwali bħala utent. Dan il-kwerelant ħa pożizzjoni newtrali wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju.

(59)

Għalhekk, xi partijiet kellhom dubji dwar il-livell ta’ appoġġ jew ta’ impenn għall-investigazzjoni filwaqt li sostnew li l-appoġġ għall-investigazzjoni għandu jibqa’ matul l-investigazzjoni kollha.

(60)

L-analiżi ta’ din id-dikjarazzjoni wriet li l-kwerelant l-ieħor jirrappreżenta aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, jiġifieri aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u 100 % tal-produtturi tal-Unjoni tal-FOH li qed jesprimu l-appoġġ jew l-oppożizzjoni tagħhom għall-ilment. Għalhekk, il-limiti ta’ 25 % u 50 % rikjesti mill-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati bis-sħiħ u l-impenn jista’ jiġi kkonfermat.

(61)

Xi partijiet sostnew li billi ż-żewġ kwerelanti kienu importaw il-prodott ikkonċernat matul il-PI, dawn ma għandhomx jitqiesu bħala parti mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu ġie vverifikat li l-perċentwal tal-prodott importat minn dawn il-kumpaniji mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx sostanzjali meta mqabbel mal-produzzjoni tagħhom tal-prodott simili. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet kienu fil-parti l-kbira ta’ natura temporanja. Għalhekk jista’ jiġi kkonfermat li l-attività ewlenija ta’ dawn il-kumpaniji hija l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili. Għaldaqstant, il-premessi minn (62) sa (63) tar-Regolament provviżorju huma b’dan kkonfermati.

3.   Il-konsum tal-Unjoni

(62)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konsum tal-Unjoni, il-premessi (64) sa (66) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.   L-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni u t-twaqqigħ tal-prezz

4.1.   Il-kumulazzjoni

(63)

Għadd ta’ partijiet argumentaw kontra l-fatt li saret valutazzjoni kumulattiva għat-tliet pajjiżi kkonċernati fir-Regolament provviżorju. Fl-opinjoni tagħhom il-kundizzjonijiet għall-kumulazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ma ġewx milħuqa. B’mod speċifiku, dawn argumentaw li t-twaqqigħ tal-prezz negattiv li nstab għal wieħed mill-pajjiżi ma ppermettiex il-kumulazzjoni. Barra minn hekk, dawn qalu li x-xejriet fil-volumi tal-bejgħ għat-tliet pajjiżi li jesportaw kienu differenti matul il-perjodu kkunsidrat, li l-materja prima li ntużat fit-tliet pajjiżi li jesportaw u l-aċċess għaliha kienu wkoll differenti. Fl-aħħar nett, ġie msemmi li l-bejgħ ta’ esportazzjoni minn wieħed mill-pajjiżi kkonċernati għadda minn kumpaniji relatati. Fil-fehma tagħhom, kienu jeżistu kundizzjonijiet differenti ta’ kompetizzjoni bejn il-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni. L-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku jgħid li fejn l-importazzjonijiet ta’ prodott minn aktar minn pajjiż wieħed ikunu fl-istess ħin soġġetti għal investigazzjonijiet antidumping, l-effetti ta’ importazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu vvalutati b’mod kumulattiv biss jekk ikun stabbilit li: (a) il-marġini ta’ dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ikun iktar minn de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament u li l-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ma jkunx negliġibbli; u (b) valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet tkun xierqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn prodotti importati u l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili tal-Unjoni.

(a)

Kif spjegat fil-paragrafu 4.3.2 tar-Regolament provviżorju, il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għal kull pajjiż ikkonċernat ma kienx negliġibbli, u l-preżenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping baqgħet sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

(b)

Instab li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ipprezzar tal-pajjiżi kkonċernati kienu simili bejn il-prodotti importati u l-prodott simili, b’mod partikolari matul il-PI. Kif spjegat fil-premessa (127) tar-Regolament provviżorju, il-livelli tal-eliminazzjoni tal-ħsara stabbiliti għall-pajjiżi kkonċernati kienu b’mod sinifikanti aktar mil-limitu de minimis ta’ 2 %. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezz mhux qed jirrifletti b’mod eżatt is-sitwazzjoni li tista’ sseħħ f’suq b’kompetizzjoni tal-prezzijiet effettiv. Barra minn hekk, il-mezzi tal-bejgħ u x-xejriet tal-prezzijiet għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati ġew analizzati u nstabu li huma simili kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati kellhom tendenza jonqsu u kienu partikolarment baxxi matul il-PI meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni.

Importazzjonijiet ibbażati fuq l-Eurostat (kif aġġustati biex ikopru l-prodott ikkonċernat biss)

2007

2008

2009

PI

Prezz medju f’EUR/tunnellata Malasja

911

944

799

857

Indiċi: 2007 = 100

100

104

88

94

Annwali Δ %

 

3,6

–15,4

7,3

Prezz medju f’EUR/tunnellata Indoneżja

996

1 169

899

912

Indiċi: 2007 = 100

100

117

90

92

Annwali Δ %

 

17,3

–23,1

1,4

Prezz medju f’EUR/tunnellata l-Indja

997

1 141

897

915

Indiċi: 2007 = 100

100

114

90

92

Annwali Δ %

 

14,4

–21,4

2,1

(64)

Konsegwentement, il-premessi (67) sa (70) tar-Regolament provviżorju qegħdin b’dan jiġu kkonfermati.

4.2.   Il-volum, il-prezz u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati

(65)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-volum, il-prezz u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, il-premessi minn (71) sa (73) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.3.   It-twaqqigħ tal-prezz

(66)

Il-partijiet sostnew li hemm differenzi fil-prezzijiet tal-materja prima bejn il-FOH prodott miż-żjut u x-xaħmijiet naturali u sorsi sintetiċi bħal pereżempju ż-żejt mhux maħdum jew iż-żejt minerali u li kellu jiġi introdott kriterju addizzjonali għal numru għall-kontroll tal-prodott (PCN) sabiex jitqiesu d-differenzi fil-kost tal-produzzjoni li jirriżultaw mill-proċessi ta’ produzzjoni differenti. Madankollu, il-PCNs huma stabbiliti fuq il-bażi tal-karatteristiċi individwali ta’ kull subkategorija ta’ oġġetti li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u mhux fuq il-bażi tal-prezz ta’ kull wieħed minn dawk l-oġġetti. Barra minn hekk, instab li ma hemm l-ebda differenza sostanzjali f’termini tal-karatterisitiċi bażiċi tal-FOH prodott miż-żjut u x-xaħmijiet naturali u l-FOH magħmul miż-żejt mhux maħdum jew iż-żejt minerali, u d-differenza fil-kost tal-produzzjoni mhijiex tali li titlob differenzjazzjoni f’termini tal-PCN. Għalhekk, din it-talba hija rrifjutata.

(67)

Ċerti partijiet sostnew li ċ-ċifra li ntużat biex tirrifletti l-kosti ta’ wara l-importazzjoni, li huma madwar 3 % tal-prezz tal-importazzjoni, li ntużat għall-istabbiliment tal-livell tat-twaqqigħ tal-prezz mill-pajjiżi kkonċernati ma kinitx ċara u dehret li ma kinitx xierqa għal dan il-każ. Madankollu, l-informazzjoni vverifikata matul l-investigazzjoni wriet li l-partijiet li jimpurtaw bħal pereżempju l-importaturi u l-utenti kellhom iħallsu tali ammont ta’ kosti ta’ wara l-importazzjoni sabiex jirrilaxxaw il-prodott ikkonċernat għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-partijiet ma pprovdewx evidenza li tista’ tindika li l-kost ta’ wara l-importazzjoni ma ġewx stabbiliti b’mod korrett f’dan il-każ. Għalhekk din it-talba ġiet irrifjutata. Il-metodoloġija li ntużat għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz kif spjegat fil-premessi (74) u (75) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Il-kummenti preliminari

(68)

Minkejja l-bidla fis-sjieda msemmija fil-premessa (58), ġie meqjus lid-data pprovduta minn u vverifikata fil-bini tal-kwerelant li rtira, ma għandhiex awtomatikament tiġi eskluża mill-analiżi tal-ħsara billi l-produzzjoni tiegħu tibqa’ parti mill-produzzjoni tal-Unjoni.

(69)

Xi partijiet argumentaw li xi data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tax-xiri tagħhom tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Indja, l-Malasja u l-Indoneżja, għandha tiġi eskluża mill-analiżi tal-ħsara u mill-kalkolu tal-marġni tal-ħsara minħabba li kwalunkwe ħsara allegata li għandha x’taqsam ma’ dan ix-xiri tkun iġġarrbet minnhom stess. Madankollu, kif iddikjarat fil-premessa (63) tar-Regolament provviżorju, dan ix-xiri kien l-aktar dovut għall-għeluq temporanju ta’ waħda mis-siti tal-produzzjoni ta’ produttur wieħed. Barra minn hekk, dan ix-xiri ma kienx sostanzjali meta mqabbel mal-produzzjoni totali tal-kwerelanti. Għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni għall-eskluzjoni ta’ dan ix-xiri tal-produtturi msemmija mill-analiżi tal-ħsara jew mill-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara.

(70)

Ir-rimarki preliminari kif imniżżla fil-premessa (76) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ u s-sehem fis-suq

(71)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ u s-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi (77) sa (81) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.   Il-prezzijiet ta’ unità medji tal-industrija tal-Unjoni

(72)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, instab li kellhom isiru xi korrezzjonijiet fil-prezzijiet ta’ unità medji tal-industrija tal-Unjoni minħabba żball klerikali. It-tabella hawn taħt turi x-xejra modifikata fil-prezz ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

Prezz ta’ unità, bejgħ fl-Unjoni lil dawk mhux relatati

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

123

102

96

Annwali Δ%

 

22,6  %

–16,9  %

–5,3  %

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(73)

Għal kuntrarju ta’ dak li huwa msemmi fil-premessa (84) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis kien sinifikanti mill-2008 sal-2009 bi tnaqqis ieħor fil-PI. Matul dan il-perdjou il-prezz tal-bejgħ naqas bi 22 %. Il-bidla ta’ hawn fuq ma għandha l-ebda impatt fuq il-konklużjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-prezzijiet ta’ unità medji tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi (82) u (83) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.4.   Il-ħażniet, l-impjiegi, is-salarji u l-produttività, il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-ritorn fuq l-investimenti u l-abbiltà li jżidu l-kapital, it-tkabbir, il-kobor tal-marġni reali tad-dumping

(74)

Xi partijiet sostnew li ma kienx possibbli li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet il-ħsara billi l-kumpaniji li huma parti mill-industrija tal-Unjoni huma integrati vertikalment u importaw il-prodott ikkonċernat minn pajjiżi terzi. Għalhekk dawn setgħu jużaw il-prodott importat għall-produzzjoni downstream tagħhom u jbigħu l-produzzjoni tagħhom li ma tagħmilx profitt.

(75)

Għandu jiġi nnutat li f’ċerti investigazzjonijiet antidumping, il-produtturi bħal pereżempju l-produtturi tal-azzar u l-manifatturi tal-prodotti kimiċi, inklużi fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’dawn il-każijiet għandhom attività downstream u li sehem tal-produzzjoni tagħhom tal-prodott ikkonċernat huwa maħsub għal użu miżmum. Madankollu, f’tali sitwazzjoni, l-eżistenza possibbli ta’ ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni hija investigata esklussivament għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. F’dan il-każ preżenti, instabet ħsara materjali fin-negozju tal-prodott ikkonċernat kif spjegat fil-premessi (77) sa (93) tar-Regolament provviżorju. Il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza li turi li s-sejbiet imsemmija f’dawn il-premessi mhumiex korretti u li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-PI. Għalhekk din id-dikjarazzjoni hija rrifjutata.

(76)

Xi partijiet sostnew li l-għeluq ta’ ċerta kapaċità ta’ produzzjoni mill-kwerelanti wera stampa qarrieqa tal-ħsara allegata li ġarrbu. Huma argumentaw li kien hemm produtturi oħrajn fl-Unjoni li kkontribwew għall-kapaċità fl-Unjoni u li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet permezz ta’ investimenti f’kapaċitajiet ġodda. Dan ma jurix b’mod preċiż li l-industrija ġarrbet il-ħsara. Partijiet oħra sostnew li t-tnaqqis tal-investiment ma jfissirx ħsara, iżda jfisser rilokazzjoni tal-produzzjoni ’l barra mill-Unjoni.

(77)

L-investigazzjoni stabbilixxiet fil-premessa (78) tar-Regolament provviżorju li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’9 % fl-2008 iżda mbagħad naqset b’10 % matul il-PI. Dan kien ir-riżultat ta’ deċiżjonijiet meħuda sabiex tiġi milqugħa l-kompetizzjoni mill-pajjiżi kkonċernati, u li l-għeluq temporanju sussegwenti kien ukoll dovut għall-pressjoni li ġabu magħhom l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Fir-rigward tal-investimenti, ġie stabbilit fil-premessa (89) tar-Regolament provviżorju li l-investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni naqsu b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa wieħed mill-bosta fatturi ta’ ħsara li ppermettew li wieħed jikkonkludi fil-premessi (92) u (93) tar-Regolament provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-PI.

(78)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar il-ħażniet, l-impjiegi, is-salarji u l-produttività, il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-ritorn fuq l-investimenti u l-abbiltà li jżidu l-kapital, it-tkabbir, il-kobor tal-marġni reali tad-dumping, premessi (85) sa (91) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.5.   Żviluppi wara l-PI

(79)

Xi partijiet argumentaw li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ ħsara materjali li ġġarrbet mill-industrija tal-Unjoni u l-fatt li wieħed miż-żewġ kwerelanti oriġinali kien irtira l-appoġġ tiegħu għall-investigazzjoni wera li ma kienx qed iġarrab ħsara. Intqal ukoll li l-indikaturi tal-ħsara għall-kwerelant l-ieħor ma weriex stampa ta’ ħsara.

(80)

Għandu jiġi nnutat li l-kumpanija kkonċernata ma opponietx għall-investigazzjoni iżda ħadet pożizzjoni newtrali. Għalhekk, kif spjegat fil-premessa (57), xorta tqies xieraq li jinżammu ż-żewġ produtturi tal-Unjoni bħala parti mill-industrija tal-Unjoni.

(81)

Ġie affermat li kien hemm żieda kbira fil-prezzijiet wara l-perjodu PI, u li dawn l-iżviluppi fil-prezzijiet f’dan il-perjodu se jirriżultaw minnufih fi profitti għall-kwerelanti li huma stess ħabbru riżultati aħjar fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tagħhom għall-perjodu 2010-2011.

(82)

Xi partijiet insistew li kien hemm titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-PI u indikaw li xi kumpaniji kienu qed jippjanaw li jibnu faċilitajiet ġodda fl-Unjoni. Intqal ukoll li fid-dawl taż-żieda reċenti fil-prezzijiet tal-importazzjoni, għandhom jiġu sospiżi jew imposti miżuri fil-forma ta’ prezz minimu għall-importazzjoni (minimum import price - MIP).

(83)

Avvenimenti li seħħew wara l-PI normalment ma għandhomx jitqiesu f’investigazzjoni antidumping. Barra minn hekk, ma ġiet provduta l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-avvenimenti msemmija ta’ wara l-PI huma viżibbli, ċerti u dejjiema. Fir-rigward ta’ kwalunkwe sospensjoni tal-miżuri definittivi, dan għandu jitqies fid-dawl tal-iżviluppi ta’ wara l-PI li jkunu ta’ natura dejjiema.

(84)

Fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ MIP, kif spjegat fil-premessi (123) sa (126) huwa meqjus li ċ-ċirkostanzi mhumiex tali li jeħtieġu din l-impożizzjoni. Għalhekk, it-talbiet ta’ hawn fuq kollha huma miċħuda.

6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(85)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-parti l-kbira tal-indikaturi tal-ħsara relatati mal-industrija tal-Unjoni wrew tendenza li jonqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni li ntlaħqet fil-premessi (92) u (93) tar-Regolament provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-PI hija kkonfermata.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(86)

Parti waħda osservat li l-analiżi fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju għandha difetti, minħabba li tidher li qed torbot tnaqqis globali u kontinwu fil-konsum maż-żieda fl-importazzjonijiet, filwaqt li, skont din il-parti, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw flimkien mal-konsum.

(87)

Għandu jiġi ċċarat li, kif imsemmi fil-premessi (64) sa (66) tar-Regolament provviżorju, il-konsum globali żdied bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dan ma jeliminax il-fatt li kien hemm żieda globali kbira fil-volum u fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (96) tar-Regolament provviżorju), filwaqt li d-daqs tas-suq baqa’ ma nbidilx, u filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem kbir tas-suq, b’mod partikolari bejn l-2009 u l-PI.

(88)

Xi partijiet qalu lix-xejriet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mhumiex marbuta mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari l-volum tal-bejgħ, il-valuri tal-bejgħ u l-profitabbiltà. Dawn isostnu li kien hemm titjib fil-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni meta l-importazzjonijiet żdiedu fl-2008, u mbagħad naqset b’mod sinifikanti meta l-importazzjonijiet baqgħu stabbli.

(89)

Għal kuntrarju tal-allegazzjoni ta’ hawn fuq, l-investigazzjoni indikat korrelazzjoni globali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat (ara l-premessi minn (95) sa (98) tar-Regolament provviżorju). L-investigazzjoni wriet ukoll li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirkupra fil-perjodu kkunsidrat minħabba preżenza akbar ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

(90)

Intqal ukoll li d-differenzi fix-xejriet fl-importazzjonijiet kienu jeżistu skont it-tipi ta’ alkoħol prodotti minn xi produtturi esportaturi, u li għalhekk, għandha titwettaq analiżi tal-ħsara separata għal dawn l-alkoħols. Madankollu, it-tipi differenti inklużi fil-karatteristiċi tal-prodott għandhom l-istess karatterisitiċi bażiċi. L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda differenza sostanzjali bejn l-FOH prodotti minn materja prima differenti. Għalhekk ma hemm l-ebda raġuni f’dan il-każ biex tiġi stabbilita analiżi separata tax-xejriet għal kull tip ta’ alkoħol.

(91)

Intqal ukoll li l-ħsara ma setgħetx tiġi attribwita lill-Indja minħabba li l-importazzjonijiet tagħha ma żdidux matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari meta x-xiri mill-ilmentaturi ma jitqisux. Madankollu, instab li l-importazzjonijiet mill-Indja saru bi prezzijiet ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni u li l-marġni ta’ ħsara kien ħafna aktar għoli mil-livell de minimis ta’ 2 %. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (63) sa (65), il-kundizzjonijiet għal valutazzjoni kumulattiva għall-pajjiżi kkonċernati ġew milħuqa. Din id-dikjarazzjoni għalhekk għandha tiġi rrifjutata.

(92)

Intqal ukoll li l-ħsara ma setgħetx tiġi attribwità lill-kumpaniji li kellhom marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz negattiv, jew minħabba din ir-raġuni, lill-importazzjonijiet mill-Indoneżja kollha.

(93)

Kif spjegat fil-premessi (63) sa (65), il-kundizzjonijiet kollha għal valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet ikkonċernati ġew milħuqa. Għaldaqstant l-effetti li kellhom l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati fuq l-industrija tal-Unjoni kienu vvalutati flimkien għall-iskop ta’ analiżi tal-ħsara u l-kawża tal-ħsara. Barra minn hekk, in-nuqqas tat-twaqqigħ tal-prezz ma jeskludix l-eżistenza ta’ ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, kif spjegat fil-premessi minn (124) sa (127) tar-Regolament provviżorju, instab li l-prezz mitlub mill-industrija tal-Unjoni ma kienx biżżejjed biex tkopri l-ispejjeż kollha tal-produzzjoni u biex tikseb il-marġni ta’ profitt raġonevoli li setgħet tikseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping matul il-PI. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni hija rrifjutata.

(94)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor rigward l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, il-premessi (95) sa (98) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.   Effetti ta’ fatturi oħra

(95)

Bosta partijiet qalu li l-kawża reali tal-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni għandha tiġi attribwita lill-kriżi finanzjarja, billi d-dannu ewlieni lil dik l-industrija seħħ meta l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati saru stabbli. Issemma wkoll li d-deterjorament tal-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kien simili għal dak li kien osservat għal kumpaniji oħra li joperaw fis-settur tal-kimika.

(96)

Il-kriżi kellha rwol fir-rendiment tal-industrija tal-Unjoni. Ix-xejriet fil-fatturi tal-ħsara bħall-użu tal-kapaċità u l-volum tal-bejgħ juru li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni saret agħar bil-kriżi u ttejbet kemxejn bl-irkupru fis-suq. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li t-titjib ma ppermettiex l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni li kienet ‘il bogħod mis-sitwazzjoni ekonomika li kellha fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (89), l-2008, eżatt qabel ma bdiet il-kriżi finanzjarja, kienet is-sena bl-aktar żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-aktar tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Wara dik is-sena, l-industrija tal-Unjoni ma rkupratx u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping komplew ikunu preżenti ħafna fis-suq tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet huwa ċar li, irrispettivament minn fatturi oħra, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ikkontribwew ħafna għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul il-PI. Għalhekk din id-dikjarazzjoni hija rrifjutata.

(97)

Bosta partijiet qalu wkoll li l-kawża reali bejn il-ħsara allegata tal-industrija tal-Unjoni kienet l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, it-tnaqqis fid-domanda, iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u n-nuqqas ta’ aċċess tajjeb għal din il-materja prima, deċiżjonijiet strateġiċi ħżiena meħuda mill-industrija tal-Unjoni, il-pressjoni kompetittiva fis-suq downstream tagħhom, it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat maħsub għall-użu miżmum, il-bidla ġenerali fil-kundizzjonijiet tas-suq u s-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq tal-Unjoni.

(98)

Ta’ min isemmi li l-partijiet ta’ hawn fuq ma setgħux isostnu d-dikjarazzjonijiet tagħhom u juru li fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mill-pajjiżi kkonċernati kienu qed jiksru r-rabta kawżali bejn il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(99)

Xi partijiet qalu li l-Kummissjoni ma analizzatx l-impatt li seta’ kellu l-bejgħ ta’ FOH bi friegħi fuq il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat magħmul mill-industrija tal-Unjoni u l-effetti li kellu fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħha. L-investigazzjoni ffokat fuq il-prodott kif definit fil-premessi (8) sa (12) u l-ebda parti ma pprovdiet data affidabbli li setgħet tippermetti l-evalwazzjoni tal-impatt negattiv possibbli li l-FOH bil-friegħi kellu fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni hija rrifjutata.

(100)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor dwar l-effetti ta’ fatturi oħra, il-premessi (99) sa (106) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(101)

L-investigazzjoni ma indikatx il-fatt li kien hemm fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mill-pajjiżi kkonċernati li kienu qed jiksru r-rabta kawżali bejn il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(102)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konklużjoni dwar il-kawżalità, il-premessi (107) sa (110) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   L-industrija tal-Unjoni

(103)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi (112) u (113) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.   L-Importaturi

(104)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-interess tal-importaturi, il-premessi (115) u (116) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   L-Utenti

(105)

Huwa mfakkar li sabiex jiġi vvalutat l-impatt possibbli tal-miżuri antidumping fuq l-utenti tal-Unjoni, l-investigazzjoni ffokat l-aktar fuq id-data aggregata pprovduta minn ħames kumpaniji utenti kbar li saritilhom żjara fl-istadju provviżorju.

(106)

Fuq din il-bażi nstab provviżorjament li s-sehem tal-kost tal-prodott ikkonċernat fil-kost totali tal-produzzjoni għal dan il-grupp kien sinifikanti u jvarja bejn 10 % u 20 %, skont il-prodott finali. Madankollu, id-data disponibbli ġiet riveduta u skont kalkoli ġodda u l-korrezzjoni ta’ xi ċifri, din il-firxa nstabet li hija bejn 15 % u 25 %. B’mod simili, il-marġni ta’ profitt medju fin-negozju bl-użu tal-prodott ikkonċernat instab li huwa madwar 6 % għall-grupp tal-ħames kumpaniji li saritilhom żjara; il-kalkoli l-ġodda juru marġni ta’ profitt medju ogħla, li huwa madwar 7,5 %. Fl-aħħar nett, is-sehem medju tan-negozju bl-użu tal-prodott ikkonċernat min-negozju totali ġie kkoreġut ukoll. B’mod provviżorju dan instab li huwa madwar 22 %, filwaqt li skont kalkoli ġodda, instab perċentwal ta’ 25 %.

(107)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, għadd ta’ utenti rreaġixxew u għamlu kummenti fir-rigward tal-iżvelar finali. Huma kkontestaw l-għażla tal-ħames kumpaniji utenti msemmijin fil-premessa (118) tar-Regolament provviżorju u argumentaw li d-data li ntużat għall-valutazzjoni tal-impatt possibbli tal-miżuri fuq l-industrija tal-utenti ma kinitx trasparenti, mhux ibbażata fuq partijiet rappreżentattivi u fuq għadd żgħir ta’ partijiet. Intqal li l-analiżi għandha tqis id-data pprovduta mill-utenti kollha li kkooperaw fl-investigazzjoni.

(108)

Madankollu, kif imsemmi fil-premessi (117) u (118) tar-Regolament provviżorju, filwaqt li l-21 kumpanija li kkooperaw jirrappreżentaw flimkien madwar 25 % tax-xiri totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PI, filwaqt li l-ħames kumpaniji li ntużaw għall-valutazzjoni tal-interess tal-utenti kienu jirrappreżentaw madwar 18 % ta’ dan ix-xiri, u 72 % tax-xiri tal-prodott ikkonċernat tal-utenti li kkooperaw. Barra li huma rappreżentattivi f’termini ta’ volum tax-xiri tal-prodott ikkonċernat, dawn il-ħames utenti kienu jirrappreżentaw tajjeb is-setturi tan-negozju differenti tal-industrija tal-utenti. Fil-fatt, il-ħames kumpaniji li saritilhom żjara huma grupp eteroġenu li jinkludi mhux biss il-produtturi tal-ewwel użu, jiġifieri l-produtturi tal-aġenti tensjoattivi, iżda wkoll l-utenti tal-aġenti tensjoattivi u l-utenti aktar downstream.

(109)

Madankollu, twettqet analiżi aktar wiesgħa li tqis l-informazzjoni kollha mressqa mill-utenti li kkooperaw. B’mod partikolari, twettqet valutazzjoni speċifika tal-impatt possibbli tad-dazji antidumping fuq il-produtturi tal-aġenti tensjoattivi bħala grupp separat minħabba li dan il-grupp jista’ jkun l-aktar affettwat mill-impożizzjoni ta’ miżuri. Twettqet analiżi separata oħra għal grupp ieħor ta’ utenti, li jikkonsisti fil-kumpaniji utenti l-oħra kollha li kkooperaw matul l-investigazzjoni.

(110)

Twettqet simulazzjoni li tivvaluta l-effett possibbli ta’ dazju medju ta’ 5 % fuq l-importazzjonijiet tal-FOH l-ewwel fuq l-utenti kollha li kkooperaw u mbagħad fuq iż-żewġ gruppi separati. Ir-riżultat tas-simulazzjoni wera li l-impatt finali ta’ dan id-dazju medju fuq il-kost totali tal-produzzjoni għan-negozju bl-użu tal-prodott ikkonċernat ikun ta’ madwar 0,09 % għall-utenti kollha, filwaqt li l-impatt tal-istess dazju fuq il-prodott downstream bl-użu tal-prodott ikkonċernat, għall-grupp tal-aġenti tensjoattivi ikun ta’ madwar 0,05 % u fuq it-tieni grupp ta’ kumpaniji ikun madwar 0,29 %.

(111)

L-analiżi wriet ukoll li l-produtturi tal-aġenti tensjoattivi kisbu marġnijiet ta’ profitt aktar baxxi fis-setturi bl-użu tal-prodott investigat; madankollu, dan il-grupp importa mill-pajjiżi kkonċernati madwar 2,6 % biss tax-xiri totali tiegħu tal-prodott investigat matul il-PI. Barra minn hekk, il-perċentwal tan-negozju tal-aġenti tensjoattivi bl-użu tal-FOH meta mqabbel mal-fatturat totali tagħhom huwa madwar 24 %. Għalhekk, anke bl-applikazzjoni ta’ dazju tad-dumping medju ta’ 5 %, l-impatt finali fuq il-kost tal-produzzjoni tal-prodotti inkluż il-prodott li qed jiġi investigat huwa limitat ħafna u anke negliġibbli fuq il-profitabbiltà totali tagħhom.

(112)

Xi produtturi ta’ aġenti tensjoattivi madankollu argumentaw li d-dazji antidumping se jimpedixxuhom milli jixtru b’mod ħieles il-materja prima tagħhom, u b’hekk jinħoloq tgħawwiġ fis-segment tas-suq tagħhom.

(113)

Kif iddikjarat fil-premessa (120) tar-Regolament provviżorju, il-livell tad-dazji antidumping u l-impatt possibbli fuq l-industrija tal-utenti u fuq is-suq downstream, ma joħolqux ostakoli serji għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni kkonfermat li d-dazji antidumping definittivi ma setgħux joħolqu tgħawwiġ fis-suq downstream. Fl-istess ħin, ma għandux ikun diffiċli għall-produtturi tal-aġenti tensjoattivi biex jgħaddu din iż-żieda pjuttost baxxa tal-kost fil-prezz finali tal-prodotti tagħhom. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet li d-dazji antidumping jistgħu joħolqu tgħawwiġ fis-suq downstream huma rrifjutati.

(114)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi xi utenti insistew li l-produtturi tal-Unjoni kienu rrifjutaw li jipprovdulhom il-prodotti, u li kien hemm ftit alternattivi għall-provvista. Madankollu, kif intqal fil-premessa (120) tar-Regolament provviżorju, il-livell relattivament baxx ta’ miżuri proposti ma għandux jeskludi l-possibbiltà li l-prodott ikkonċernat jiġi importat. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx bil-kapaċità sħiħa tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet huma wkoll possibbli minn pajjiżi terzi oħra li mhumiex soġġetti għal miżuri u ċ-ċifri tal-Eurostat għall-importazzjonijiet tal-FOH mill-bqija tad-dinja wara l-PI juru li dawn l-importazzjonijiet qed jikbru, u dan jindika li r-riskju allegat tan-nuqqas tal-provvista mhuwiex sostanzjat. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda.

(115)

Xi assoċjazzjonijiet tal-utenti li naqsu milli jippreżentaw irwieħhom fiż-żmien ta’ skadenza previst fil-punt 5.3 tal-Avviż ta’ Bidu sostnew li l-opinjonijiet tagħhom, speċjalment dwar l-impatt possibbli tal-miżuri fuq l-impriżi żgħar u medji u fuq setturi speċifiċi, ma kinux ġew riflessi fil-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-kummenti kollha mqajma minn dawn l-assoċjazzjonijiet tqiesu f’din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (109), il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni qieset l-informazzjoni kollha mressqa mill-utenti li kkooperaw. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(116)

Bosta partijiet sostnew li t-tul ta’ żmien tal-miżuri, jekk dawn jiġu imposti, għandu jiġi limitat għal perjodu massimu ta’ sentejn. Skont ir-Regolament bażiku, miżura antidumping definittiva normalment tiġi imposta għal-żmien ħames snin. Billi l-ebda waħda mill-partijiet ma wriet li perjodu ta’ sentejn ikun biżżejjed biex jirribatti d-dumping li qed jikkawża ħsara kif mitlub fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament bażiku, jidher li ma hemm l-ebda raġuni valida biex wieħed jiddevja mit-tul ta’ żmien standard tal-miżuri. Għalhekk, din it-talba ġiet irrifjutata.

(117)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-interess tal-utenti, huwa kkonfermat li l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni, il-premessi (117) sa (121) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(118)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni magħmula fil-premessa (122) tar-Regolament provviżorju tista’ tiġi kkonfermata. Ma hemm l-ebda raġuni serja kontra l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-FOH mill-pajjiżi kkonċernati.

G.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(119)

Huwa mfakkar li l-marġni tal-profitt li ntuża għall-kalkolu tal-mira ta’ profitt fl-istadju provviżorju kien 7,7 %. Il-kwerelanti argumentaw li mira ta’ profitt ta’ 15 % tkun aktar xierqa. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li naqsu milli jressqu evidenza li tista’ tiġi vverifikata biex jappoġġaw id-dikjarazzjoni li l-mira ta’ profitt kienet baxxa wisq. Għalhekk, huwa propost li tiġi kkonfermata l-mira ta’ profitt provviżorju ta’ 7,7 % li hija bbażata fuq il-marġni ta’ profitt miksub għan-negozju kollu tal-alkoħol ta’ kwerelant wieħed fl-aħħar sena ta’ profitt tiegħu qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi.

(120)

Ċerti partijiet sostnew li 7,7 % ma kienx realistiku u kien għoli wisq. Huma ssuġġerew li jintuża marġni ta’ profitt aktar baxx ta’ bejn 3 % u 5 % biex jiġi stabbilit il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara. Din id-dikjarazzjoni madankollu ma kinitx appoġġata b’evidenza li turi li l-profitt propost kien dak li seta’ jinkiseb mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni u għalhekk ma ġietx aċċettata.

(121)

Ċerti partijiet sostnew li l-Kummissjoni stabbiliet bi żball il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara fuq il-bażi tal-marġni ta’ bejgħ bi prezz baxx, filwaqt li kellha tuża l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz. F’dan il-każ, ma tqiesx li l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz kien bażi xierqa biex jiġi stabbilit il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara għall-industrija tal-Unjoni minħabba li ma jirriflettix il-livell tal-prezz li seta’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(122)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tal-ħsara provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz tas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, b’dazju mhux mħallas kif indikat fil-premessa (127) tar-Regolament provviżorju jistgħu jiġu kkonfermati.

2.   Miżuri definittivi

2.1.   Forma tal-miżuri definittivi

(123)

Kif imsemmi fil-premessi (79) sa (84), xi partijiet sostnew inter alia li l-miżuri attwali għandhom jiġu sospiżi minħabba li l-avvenimenti ta’ wara l-PI li jikkonċernaw iż-żieda fil-prezz tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni kienu viżibbli, ċerti u dejjiema. Huma sostnew ukoll li kwalunkwe miżura definittiva ma għandhiex tieħu l-forma ta’ dazju ad valorem iżda pjuttost imposta fil-forma ta’ MIP.

(124)

Huwa ikkunsidrat, madankollu, li f’dan il-każ partikolari ċ-ċirkostanzi mhumiex tali li jitolbu l-impożizzjoni ta’ prezz minimu għall-importazzjoni. Din il-forma tal-miżura tista’ faċilment tiġi evitata minħabba n-natura tal-prodott ikkonċernat u l-istrutturi korporattivi kumplessi tal-esportaturi kkonċernati.

(125)

Madankollu, huwa aċċettat li hemm ċerta sensittività fil-prezz fis-suq għall-prodott inkwistjoni u għalhekk ikun raġonevoli li wieħed jimminimizza l-impatt tal-miżuri definittivi fuq l-utenti tal-Unjoni fl-eventwalità ta’ żidiet possibbli fil-prezz tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, huwa meqjus xieraq li tinbidel il-forma tal-miżuri definittivi minn dazji ad valorem għal dazji speċifiċi.

(126)

Din il-forma ta’ miżuri hija mistennija li tillimita sa ċertu punt kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut possibbli fuq l-utenti jekk il-prezzijiet jiżdiedu b’mod sinifikanti u malajr. Jekk, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet jonqsu, id-dazji speċifiċi xorta jibqgħu jiżguraw biżżejjed protezzjoni għall-produtturi tal-Unjoni. Id-dazji speċifiċi huma bbażati fuq il-valuri CIF tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fil-PI tal-kumpaniji li kkooperaw, mibdula għal EUR bl-użu tar-rati ta’ kambju ta’ kull xahar, immultiplikati bil-marġni l-aktar baxx mill-marġnijiet tad-dumping u tal-ħsara skont ir-regola tad-dazju l-iżjed baxx.

(127)

F’dan ir-rigward, żewġ produtturi esportaturi sostnew li għandha tintuża r-rata ta’ kambju medja annwali minflok dik ta’ kull xahar. Madankollu, huwa nnutat li skont il-prassi normali, kwalunkwe konverżjoni ta’ valuti fl-investigazzjonijiet antidumping issir bl-użu tar-rati ta’ kambju ta’ kull xahar. Dan kien il-każ ukoll għal din l-investigazzjoni. It-talba għalhekk ġiet irrifjutata.

(128)

Il-kwerelant sostna li meta ġew stabbiliti d-dazji speċifiċi, kellhom jintużaw il-prezzijiet attwali tal-FOH u mhux il-valuri CIF matul il-PI. Għandu jiġi nnutat li d-dazji speċifiċi huma stabbiliti fuq il-bażi tal-kalkoli tad-dumping u tal-ħsara għall-PI. L-ebda argument sostanzjat ma tressaq biex il-kalkoli tad-dazji speċifiċi f’dan il-każ jiġu bbażati fuq perjodu wara l-PI. Għalhekk din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

2.2.   L-impożizzjoni tal-miżuri definittivi

(129)

Wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji produttur esportatur potenzjali ppreżenta ruħu u sostna li r-rata tad-dazju residwa għandha tiġi stabbilita fil-livell tal-ogħla dazju impost u mhux tal-ogħla marġni tad-dumping li nstab għall-Indoneżja. Madankollu, id-dazju residwu huwa stabbilit fuq id-dumping residwu jew il-marġni tal-ħsara residwa bl-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju. It-talba għalhekk ġiet irrifjutata.

(130)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jitqies li, skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri ta’ antidumping definittivi fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet ta’ dumping u ta’ ħsara, skont ir-regola tad-dazju l-iżjed baxx.

(131)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping definittivi. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara l-iżvelar finali. Il-kummenti sottomessi mill-partijiet kienu kkunsidrati sew, u, fejn kien xieraq, is-sejbiet kienu modifikati kif meħtieġ.

(132)

Id-dazji antidumping definittivi proposti huma dawn li ġejjin:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju definittiv antidumping speċifiku (EUR għal kull tunnellata nett)

L-Indja

VVF Limited

46,98

Il-kumpaniji l-oħra kollha

86,99

L-Indoneżja

P.T. Musim Mas

45,63

Il-kumpaniji l-oħra kollha

80,34

Il-Malasja

KL-Kepong Oleomas Sdn.Bhd

35,19

Emery Oleochemicals (M) Sdn. Bhd.

61,01

Fatty Chemical Malaysia Sdn. Bhd

51,07

Il-kumpaniji l-oħra kollha

61,01

(133)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament f’dan ir-Regolament b’isimha u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet konnessi ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(134)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju antidumping individwali (pereżempju wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (10) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan ir-Regolament għandu jiġi mbagħad emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju antidumping individwali.

3.   Garanziji

(135)

Produttur esportatur Indjan kif ukoll wieħed Malasjan, flimkien mal-importatur relatat tiegħu, offrew garanzija ta’ prezz skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Iż-żewġ offerti ta’ garanzija ta’ prezz kien fihom għadd kbir ta’ gruppi ta’ prodotti (stabbiliti permezz tal-ispeċifikazzjoni kimika), kull grupp soġġett għal Prezz Minimu għall-Importazzjoni (MIP) differenti, b’differenzi fil-prezzijiet bejn il-gruppi sa 25 % għall-esportatur Malasjan u sa 100 % għall-esportatur Indjan. Barra minn hekk, il-prezzijiet varjaw sa 20 % fil-gruppi individwali stess, u għalhekk dan ġab riskju għoli ta’ kumpens reċiproku. Ġie wkoll innutat li l-offerta tal-esportatur Indjan ma indirizzatx il-volatilità tal-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat. Ġew identifikati riskji ta’ kumpens reċiproku addizzjonali fir-rigward tal-esportatur Malasjan u l-importatur relatat tiegħu fl-Unjoni li mhux biss kiseb il-prodott ikkonċernat mill-esportatur Malasjan iżda wkoll minn fornituri oħrajn. Fl-aħħar nett, ikun diffiċli għad-dwana biex tiddetermina l-ispeċifikazzjoni kimika tal-prodott mingħajr analiżi individwali, u dan jagħmel il-monitoraġġ diffiċli ħafna jew kważi impossibbli. Għalhekk l-offerti tal-garanzija tal-prezz ġew irrifjutati. Wara l-proposta biex tinbidel il-forma ta’ dawn il-miżuri, produttur esportatur wieħed biddel l-offerta ta’ garanzija tiegħu u ssuġġerixxa MIP medju għall-gruppi kollha tal-prodotti u sostna li mhux se jkun hemm riskju ta’ kumpens reċiproku aktar. Il-produttur esportatur l-ieħor sempliċement ikkonferma l-offerta tiegħu. Madankollu, minħabba l-għadd ta’ tipi tal-prodott u l-varjazzjoni tal-prezz bejniethom, MIP jista’ jikkomprometti kompletament l-effettività tal-miżuri. Barra minn hekk, l-istruttura tal-kumpaniji u tal-offerti tagħhom kif indikat hawn fuq xorta tikkostitwixxi ostakolu biex garanzija tiġi aċċettata. Ir-reġim ta’ rappurtar u tal-prezz issuġġerit minn esportatur wieħed ma jindirizzax dan it-tħassib u fi kwalunkwe każ jagħmel il-monitoraġġ diffiċli ħafna jekk mhux kważi impossibbli. Għalhekk, l-offerti ta’ garanzija ma jistgħux jiġu aċċettati.

4.   Il-ġbir definittiv ta’ dazji antidumping provviżorji

(136)

Fid-dawl tal-kobor tal-marġnijiet tad-dumping misjuba u fid-dawl tal-livell tal-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni, jitqies neċessarju li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping provviżorju, imposti permezz tar-Regolament provviżorju, għandhom jinġabru b’mod definittiv sakemm jintlaħaq l-ammont tad-dazji definittivi imposti b’dan ir-Regolament. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji provviżorji, l-ammonti garantiti b’mod provviżorju li jkunu ogħla mir-rata definittiva tad-dazji antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ alkoħols xaħmija saturati b’katina ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tul ta’ C8, C10, C12, C14, C16 jew C18 (l-iżomeri bil-friegħi mhux inklużi) li jinkludu alkoħols xaħmija saturati uniċi (imsejħa wkoll “qatgħat uniċi”) u taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C6-C8, C6-C10, C8-C10, C10-C12 (ġeneralment kategorizzati bħala C8-C10), taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C12-C14, C12-C16, C12-C18, C14-C16 (ġeneralment kategorizzati bħala C12-C14), u taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C16-C18, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2905 16 85, 2905 17 00, ex 2905 19 00 u ex 3823 70 00 (kodiċijiet TARIC 2905168510, 2905190060, 3823700011 u 3823700091), u li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja, u l-Malasja.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv tal-prodotti deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju definittiv antidumping (EUR għal kull tunnellata nett)

Kodiċi Addizzjonali TARIC

L-Indja

VVF Ltd, Taloja, Maharashtra

46,98

B110

Il-kumpaniji l-oħra kollha

86,99

B999

L-Indoneżja

P.T. Musim Mas, Tanjung Mulia, Medan, Sumatera Utara

45,63

B112

Il-kumpaniji l-oħra kollha

80,34

B999

Il-Malasja

KL-Kepong Oleomas Sdn. Bhd, Pelabuhan Klang, Darul Ehsan

35,19

B113

Emery Oleochemicals (M) Sdn. Bhd., Kuala Langat, Selangor

61,01

B114

Fatty Chemical Malaysia Sdn. Bhd. Prai, Penang

51,07

B117

Il-kumpaniji l-oħra kollha

61,01

B999

3.   F’każijiet fejn il-prodotti ġarrbu ħsara qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas realment jew li għandu jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (11), l-ammont tad-dazju antidumping, maħdum fuq l-ammonti stabbiti hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas.

4.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 446/2011 għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati tad-dazju antidumping definittivi għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 122, 11.5.2011, p. 47.

(3)  ĠU C 219, 13.8.2010, p. 12.

(4)  Każ C-175/87, Matsushita Electric Industrial Co. Ltd u Matsushita Electric Trading Co. Ltd kontra l-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, Kawża[1992] ECR I, p. 1409.

(5)  Każ T-249/06 Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT kontra l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Kawża [2009] ECR II, p. 383

(6)  Każ C-171/87 Canon Inc kontra l-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, [1992] ECR I, p. 1237.

(7)  Pereżempju fil-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 862/2005 tas-7 ta’ Ġunju 2005 li jimponi dazji antidumping provviżorji fuq importazzjonijiet ta’ politetrafluworoetilen granulari (PTFE) li joriġina mir-Russja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 144, 8.6.2005, p. 11), u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru390/2007 tal-11 ta’ April 2007 li timponi dazju anti dumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan (ĠU L 97, 12.4.2007, p. 6).

(8)  WT/DS141/AB/R, adottat fit-12 ta’ Marzu 2001.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2007 tad-9 ta’ Marzu 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittivu li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tungsten electrodes li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 72, 13.3.2007, p. 1).

(10)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-kummerċ, Direttorat H, NERV -105, 1049, Brussell, il-Belġjum.

(11)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/19


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1139/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/729/PESK tal-10 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tar-Riżoluzzjoni 1973 (2011) tas-17 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) iddeċieda li projbizzjoni għandha tiġi imposta fuq it-titjiriet fl-ispazju tal-ajru tal-Libja.

(2)

Bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK (2), dik il-projbizzjoni ddaħħlet fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea bir-Regolament (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (3).

(3)

Permezz tar-Riżoluzzjoni 2016 (2011) tas-27 ta’ Ottubru 2011, l-UNSC iddeċieda li l-projbizzjoni ma tkomplix tkun fis-seħħ.

(4)

Wara d-Deċiżjoni 2011/729/PESK, id-dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 li timponi l-projbizzjoni fuq it-titjiriet għandha għalhekk titħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 4b tar-Regolament (KE) Nru 204/2011 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Ara paġna 35 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 58. 3.3.2011, p. 53.

(3)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1140/2011

tat-8 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula kwoti għall-2011 u l-2012.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

65/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

GFB/567-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali V, VI u VII

Data

28.9.2011


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1141/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Anness,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tal-istandards bażiċi komuni stabbiliti fl-Anness għal dak ir-Regolament billi tissupplimentahom.

(2)

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, kif issupplimentati bil-miżuri ġenerali adotatti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 4(2).

(3)

B’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (2) li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, jistipula miżuri ġenerali fir-rigward ta’ metodi ta’ skrinjar permessi għall-passiġġieri kif stipulat fit-Taqsima A tal-Anness tiegħu.

(4)

L-iscanners tas-sigurtà huma metodu effikaċi għall-iskrinjar tal-passiġġieri u l-użu tagħhom għandu jkun awtorizzat fl-ajruporti tal-UE billi jiżdiedu mal-lista ta’ metodi permessi għall-iskrinjar.

(5)

Il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u Reċentement Identifikati (SCENIHR) tagħha biex jivvaluta l-effetti possibbli tal-iscanners tas-sigurtà li jużaw radjazzjoni jonizzanti għas-saħħa tal-bniedem. Mingħajr ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (3) u d-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (4), f’dan l-istadju, sabiex ikunu ssalvagwardjati s-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini, scanners tas-sigurtà li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti biss żdiedu mal-lista ta’ metodi permessi għall-iskrinjar tal-passiġġieri għal skopijiet ta’ sigurtà tal-avjazzjoni.

(6)

L-użu ta’ scanners tas-sigurtà għandu jkun suġġett għal regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi li jippermettu l-użu ta’ dan il-metodu ta’ skrinjar, individwalment jew f’kombinazzjoni, bħala mezz primarju jew sekondarju u skont kundizzjonijiet definiti stipulati biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ drittijiet fundamentali. Dawn għandhom ikunu adottati separatament skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

(7)

Dan ir-Regolament, flimkien mar-regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi adottati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, billi jistabbilixxu kundizzjonijiet operazzjonali speċifiċi dwar l-użu tal-iscanners tas-sigurtà u billi jipprovdu lill-passiġġieri bil-possibbiltà li jużaw metodi ta’ skrinjar alternattivi, jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi r-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għad-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għal-libertà tar-reliġjon u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(8)

Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib flimkien mal-industrija u l-Istati Membri sabiex tiżgura li fl-ajruporti tal-UE jkunu introdotti malajr kemm jista’ jkun scanners tas-sigurtà bbażati fuq individwazzjoni awtomatika ta’ theddid biss, sabiex ma jibqax ikun meħtieġ li eżaminatur uman janalizza l-immaġnijiet.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 272/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7.

(3)  ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.


ANNESS

Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tat-Taqsima A tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 272/2009, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“(f)

scanners tas-sigurtà li ma jużax radjazzjoni jonizzanti”.


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1142/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-Annessi X u XI ta’ mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 73(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 70 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (3).

Billi:

(1)

L-Anness X ta’ mar-Regolament (KE) Nru 4/2009 jelenka l-awtoritajiet amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet amministrattivi li jridu jitniżżlu fl-Anness X ta’ mar-Regolament (KE) Nru 4/2009.

(3)

L-awtoritajiet amministrattivi li nnotifikaw il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit u li huma mniżżlin fl-Anness I jissodisfaw ir-rekwiżiti ddikjarati fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009.

(4)

L-Anness XI ta’ mar-Regolament (KE) Nru 4/2009 jelenka l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 47(3) ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar awtorità kompetenti li trid titniżżel fl-Anness XI ta’ mar-Regolament (KE) Nru 4/2009.

(6)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament (KE) Nru 4/2009 u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(7)

B’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka li hu anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka m’hix tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u m’hix marbuta bl-applikazzjoni tiegħu jew suġġetta għalih, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li d-Danimarka timplimenta l-kontenut tiegħu skont il-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (4).

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat rigward il-liġi applikabbl, il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni rigward kwistjonijiet matrimonjali, ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment.

(9)

Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti l-Annessi X u XI ta’ mar-Regolament (KE) Nru 4/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-test tal-Annessi X u XI ta’ mar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huwa ppreżentat fl-Annessi I u II ta’ ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 06 p. 243 - 271.

(3)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(4)  ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 128-136.


ANNESS I

“ANNESS X

L-awtoritajiet amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huma dawn li ġejjin:

il-Finlandja, il-Bord tal-Assistenza Soċjali (“Sosiaalilautakunta/Socialnämnd”),

fl-Isvezja, l-Awtorità tal-Infurzar (“Kronofogdemyndigheten”),

fir-Renju Unit:

(a)

fl-Ingilterra u Wejls u fl-Iskozja, il-Kummissjoni tal-Manteniment tat-Tfal u tal-Infurzar (iċ-Child Maintenance and Enforcement Commission, CMEC),

(b)

fl-Irlanda ta’ Fuq, id-Dipartiment tal-Irlanda ta’ Fuq għall-Iżvilupp Soċjali (id-Department for Social Development Northern Ireland, DSDNI).”


ANNESS II

“ANNESS XI

L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huma dawn li ġejjin:

il-Finlandja, l-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali (“Oikeusaputoimisto/Rättshjälpsbyrå”).”


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1143/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li japprova s-sustanza attiva prokloraż, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika fir-rigward tas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni. Il-prokloraż hija sustanza attiva li l-kompletezza tagħha ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi l-prokloraż.

(3)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6) n-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu tal-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament. B’riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7) ġiet adottata rigward in-noninklużjoni tal-prokloraż.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn issa ’l quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Irlanda, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

L-Irlanda vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Hija bagħtet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Awwissu 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-prokloraż lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Lulju 2011 (8). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fis-27 ta’ Settembru 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-prokloraż.

(7)

Mill-bosta eżamijiet li saru ħareġ li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-prokloraż jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrapportati fid-detall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-prokloraż jiġi approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, l-inklużjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet hija madankollu neċessarja.

(9)

Bla ħsara għall-konklużjoni li l-prokloraż għandu jiġi approvat, jixraq partikolarment li tintalab iktar informazzjoni ta’ konferma.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(11)

Mingħajr ħsara għall-obbligi ddefiniti bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika maħluqa bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu, madankollu, japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-prokloraż. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet attwali skont kif xieraq. B’deroga mill-iskadenza ta’ hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-aġġornament tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stabbilit fid-Direttiva 91/414/KEE, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(12)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (9), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jkun verifikat li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbel mad-direttivi li ġew adottati s’issa għall-emendar tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(13)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (10) għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni tal-prokloraż u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar il-prokloraż fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva prokloraż, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-prokloraż bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Ġunju 2012.

Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-Parti B tal-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għalih, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-prokloraż kemm bħala l-unika sustanza attiva kif ukoll bħala waħda minn bosta sustanzi attivi lkoll elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi titqies il-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

f’każ ta’ prodott li fih il-prokloraż bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015; jew

(b)

f’każ ta’ prodott li fih il-prokloraż bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data stabbilita għal tali emenda jew irtirar fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-aktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/934/KEE

Il-linja dwar il-prokloraż fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.

(7)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva prokloraż. EFSA Journal 2011, 9(7):2323 [120 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2323. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(9)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(10)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Prokloraż

Nru CAS 67747-09-5

Nru CIPAC 407

N-propil-N-[2-(2,4,6-triklorofenossi)etil]imidażol-1-karbossammid

≥ 970 g/kg

Impuritajiet:

L-għadd ta’ dijossini u furani (WHO-PCDD/T TEQ) (2): mhux iktar minn 0,01 mg/kg

fl-1 ta’ Jannar 2012

fil-31 ta’ Diċembru 2021

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida. F’każ ta’ użi fuq barra, ir-rati ma għandhomx jaqbżu l-450 g/ha għal kull applikazzjoni.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-prokloraż u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-27 ta’ Settembru 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali adegwat, fejn meħtieġ;

(b)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn ikun xieraq;

(ċ)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju fit-tul għall-mammiferi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn ikun xieraq.

L-applikanti għandhom iressqu informazzjoni li tagħti konferma rigward:

(1)

it-tqabbil u l-verifika tal-materjal użat fit-test fid-dossiers tat-tossiċità mammifera u l-ekotossiċità kontra l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

(2)

il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali għall-kumplessi tal-metall tal-prokloraż;

(3)

il-proprjetajiet tal-prokloraż li potenzjalment jistgħu jinterferixxu fl-endokrini tal-għasafar.

In-notifikant għandu jippreżenta l-informazzjoni stabbilita fil-punti 1 u 2 sal-31 ta’ Diċembru 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt 3 fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji gwida tat-test OECD pertinenti dwar l-interferenza endokrinali, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-Awtorità


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.

(2)  Dijossini (l-għadd ta’ dibenżo-para-dijossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani poliklorinati (PCDFs), espressi bħala l-ekwivalent tossiku (TEQ) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bl-użu tal-fatturi ta’ ekwivalenza tossika tal-WHO (WHO–TEFs)).


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 540/2011, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“20

Prokloraż

Nru CAS 67747-09-5

Nru CIPAC 407

N-propil-N-[2-(2,4,6-triklorofenossi)etil]imidażol-1-karbossammid

≥ 970 g/kg

Impuritajiet:

L-għadd ta’ dijossini u furani (WHO-PCDD/T TEQ) (*): mhux iktar minn 0,01 mg/kg

fl-1 ta’ Jannar 2012

fil-31 ta’ Diċembru 2021

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida. F’każ ta’ użi fuq barra, ir-rati ma għandhomx jaqbżu l-450 g/ha għa -kull applikazzjoni.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-prokloraż u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-27 ta’ Settembru 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali adegwat, fejn meħtieġ;

(b)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn ikun xieraq;

(c)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju fit-tul għall-mammiferi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn ikun xieraq.

L-applikanti għandhom iressqu informazzjoni li tagħti konferma rigward:

(1)

it-tqabbil u l-verifika tal-materjal użat fit-test fid-dossiers tat-tossiċità mammifera u l-ekotossiċità kontra l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

(2)

il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali għall-kumplessi tal-metall tal-prokloraż;

(3)

il-proprjetajiet tal-prokloraż li potenzjalment jistgħu jinterferixxu fl-endokrini tal-għasafar.

In-notifikant għandu jippreżenta l-informazzjoni stabbilita fil-punti 1 u 2 sal-31 ta’ Diċembru 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt 3 fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji gwida tat-test OECD pertinenti dwar l-interferenza endokrinali, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-Awtorità.


(*)  Dijossini (l-għadd ta’ dibenżo-para-dijossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani poliklorinati (PCDFs) espressi bħala l-ekwivalent tossiku (TEQ) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bl-użu tal-fatturi ta’ ekwivalenza tossika tal-WHO (WHO–TEFs)).”


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1144/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

64,0

MA

48,1

TR

85,0

ZZ

65,7

0707 00 05

AL

64,0

EG

161,4

TR

133,7

ZZ

119,7

0709 90 70

AR

61,1

MA

72,3

TR

146,9

ZZ

93,4

0805 20 10

MA

80,2

ZA

103,8

ZZ

92,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

29,1

IL

78,0

MA

79,7

TR

83,5

UY

54,6

ZZ

65,0

0805 50 10

AR

58,5

BO

59,5

TR

58,2

ZA

40,1

ZZ

54,1

0806 10 10

BR

230,0

CL

73,3

EC

65,7

LB

269,8

TR

145,4

US

254,8

ZA

80,8

ZZ

160,0

0808 10 80

CA

145,0

CL

90,0

CN

67,2

MK

41,0

ZA

175,5

ZZ

103,7

0808 20 50

CN

50,3

TR

133,1

ZZ

91,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1145/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1023/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(d) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1023/2011 tal-14 ta' Ottubru 2011 li jiftaħ il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward l-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa (2) jipprovdi għal żewġ subperjodi għat-tressiq tal-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (3), abbażi tal-offerti nnotifikati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jew tiffissa ammont massimu tal-għajnuna jew ma tiffissax ammont massimu tal-għajnuna.

(3)

Abbażi tal-offerti mressqa b’risposta għall-tieni stedina parzjali għall-offerti, huwa f’loku li jiġi ffissat l-ammont massimu tal-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għas-subperjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fit-8 ta' Novembru 2011

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fit-8 ta' Novembru 2011 fil-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1023/2011, l-ammont massimu ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p.1

(2)  ĠU L 270, 15.10.2011, p. 22.

(3)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3


ANNESS

(EUR/tunnellata/jum)

Prodott

Ammont massimu tal-għajnuna

Żejt verġni taż-żebbuġa

1,3


DEĊIŻJONIJIET

11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/729/PESK

tal-10 ta’ Novembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit- 28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), li timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1970 (2011).

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/178/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK u timplimenta l-UNSCR 1973 (2011).

(3)

Fit-22 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/625/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK u timplimenta l-UNSCR 2009 (2011).

(4)

Fis-27 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2016 (2011) li ddeċidiet li l-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6 sa 12 tal-UNSCR 1973 (2011) għandhom jintemmu sal-31 ta’ Ottubru 2011.

(5)

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata skont il-każ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3a tad-Deċizjoni 2011/137/PESK huwa b’dan imħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(2)  ĠU L 78, 24.3.2011, p. 24.

(3)  ĠU L 246, 23.9.2011, p. 30.


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2011

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija fl-2011

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7993)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(2011/730/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija marda virali ferm kuntaġġjuża fl-annimali salvaġġi u domestiċi bid-dwiefer mifruqa b’impatt serju fuq il-profitabilità tat-trobbija tal-annimali li tikkawża xkiel fil-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra li jżommu l-annimali ta’ speċi suxxettibbli f’dak l-Istat Membru, iżda anki fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-moviment tal-annimali ħajjin suxxettibbli jew il-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (2) tistipula miżuri li f’każ ta’ tifqigħa għandhom jiġu implimentati b’urġenza minnufih mill-Istati Membri biex jiġi evitat aktar tixrid tal-vajrus.

(4)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skont l-Artikolu 14(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja lejn l-ispejjeż ta’ ċerti miżuri għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(5)

L-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwali tal-ispejjeż imġarrba mill-Istat Membru li tista’ tkun koperta mill-kontribuzzjoni finanzjarju tal-Unjoni.

(6)

Il-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer huwa suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3).

(7)

Seħħew tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija fl-ewwel sitt xhur tal-2011. Il-Bulgarija ħadet il-miżuri konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE biex tiġġieled dawn it-tifqigħat.

(8)

L-awtoritajiet tal-Bulgarija setgħu juru, permezz ta’ rapporti pprovduti fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u s-sottomissjoni kontinwa ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-qagħda tal-marda, li implimentaw b’mod effiċjenti l-miżuri ta’ kontroll previsti fid-Direttiva 2003/85/KE.

(9)

L-awtoritajiet tal-Bulgarija għaldaqstant issodisfaw l-obbligi tekniċi u amministrattivi kollha tagħhom fir-rigward tal-miżuri previsti fl-Artikolu 14(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Bulgarija

1.   Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Bulgarija għall-ispejjeż imġarrba minn dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skont l-Artikolu 14(2) u (4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, fil-ġlieda kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija fl-ewwel sitt xhur tal-2011.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun ta’ 60 % (sittin fil-mija) tan-nefqa eliġibbli totali.

3.   L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi ffissat f’deċiżjoni sussegwenti li għandha tiġi adottata mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


Rettifika

11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/38


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335, tat-13 ta' Diċembru 2008 )

F’paġna 216, Premessa (9):

minflok:

“Fid-dawl ta’ prattiċi eżistenti, għandhom jiġu definiti żewġ tipi differenti ta’ deskrizzjoni ġeografika, notevolment indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet ta’l-oriġini protetti.”,

aqra:

“Fid-dawl tal-prattika eżistenti, għandhom jiġu definiti żewġ tipi differenti ta’ deskrizzjoni ġeografika, notevolment indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti ta’l-oriġini.”.

F’paġna 223, Artikolu 4(1):

minflok:

“Biex ikun eliġibbli għal denominazzjoni tal-oriġini protetta (PDO) jew indikazzjoni ġeografika protetta (PGI), prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel għandu jikkonforma ma’ speċifikazzjoni ta’prodott.”,

aqra:

“Biex ikun eliġibbli għal denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel għandu jikkonforma ma’ speċifikazzjoni ta’prodott.”.

F’paġna 231, Artikolu 7(6):

minflok:

“Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru aġġornat ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.”,

aqra:

“Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru aġġornat ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.”.

F’paġna 232, Artikolu 8(2):

minflok:

“Fil-każ tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw fil-Komunità kkummerċjalizzati taħt isem reġistrat skont dan ir-Regolament, “denominazzjoni tal-oriġini protetta” u “indikazzjoni ġeografika protetta” jew is-simboli Komunitarji assoċjati magħhom, għandhom jidhru fuq it-tikkettar.”,

aqra:

“Fil-każ tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw fil-Komunità kkummerċjalizzati taħt isem reġistrat skont dan ir-Regolament, ‘denominazzjoni protetta tal-oriġini’ u “indikazzjoni ġeografika protetta” jew is-simboli Komunitarji assoċjati magħhom, għandhom jidhru fuq it-tikkettar.”.

F’paġna 240, Artikolu 15(1):

minflok:

“Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti.”,

aqra:

“Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini”.

F’paġna 242, Artikolu 16, paragrafu (i):

minflok:

“(i)

ir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti previsti fl-Artikolu 7(6);”,

aqra:

“(i)

ir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi previsti fl-Artikolu 7(6);”.


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/39


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343, tat-22 ta' Diċembru 2009 )

Kull fejn jidhru, jiġifieri fil-premessi (14) u (16) [rinumerati minn (17) u (19)] fil-paġna 52; fl-Artikolu 4(3) fil-paġna 59; fl-Artikolu 6(9) fil-paġna 61; fit-titolu tal-Artikolu 8 u fl-Artikolu 8(2) sa (8) u 8(10) fil-paġni 61 u 62; fl-Artikolu 10(5) fil-paġna 63; fl-Artikolu 14(2) fil-paġna 67, bl-aġġustament meħtieġ grammatikalment:

minflok:

“attività” jew “attivitajiet”,

aqra:

“impenn” jew “impenji”;

Kull fejn jidhru, jiġifieri fl-Artikolu 8(1) u (9) fil-paġni 61 u 62; fl-Artikolu 9(5) fil-paġna 63, bl-aġġustament meħtieġ grammatikalment:

minflok:

“garanzija” jew “garanziji”,

aqra:

“impenn” jew “impenji”;

Fid-darbtejn li jidhru fl-Artikolu 8(7) fil-paġna 62, bl-aġġustament meħtieġ grammatikalment:

minflok:

“xogħol”,

aqra:

“impenn”.


11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/39


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-potassium chloride li joriġina fil-Belarus u r-Russja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 191, tat-12 ta' Lulju 2006 )

Kull fejn jidhru, jiġifieri fil-premessi (3), (4) u (5) fil-paġna 1; fil-premessa (92) fil-paġna 12; fil-premessa (124) fil-paġna 15; fil-premessi (140) u (141) fil-paġna 17; fis-sottotitolu “G” u fil-premessi (161), (162) u (163) fil-paġna 19; fil-premessa (166) fil-paġna 20; fl-Artikolu 4 fil-paġna 22; u fl-ANNESS II fil-paġna 25, bl-aġġustament meħtieġ grammatikalment:

minflok:

“impriża” jew “impriżi”,

aqra:

“impenn” jew “impenji”.