ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.287.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/1 |
DEĊIŻJONI Nru 1104/2011/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ottubru 2011
dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (3) jipprevedi fl-Anness tiegħu li l-għanijiet speċifiċi tal-programm Galileo jikkonsistu li jiġi żgurat li s-sinjali li titfa' s-sistema stabbilita taħt dak il-programm jkunu jistgħu jintużaw b'mod partikolari biex jiġi offrut servizz pubbliku regolat ("SPR") riżervat għal utenti awtorizzati mill-gvernijiet, għal applikazzjonijiet sensittivi li jeħtieġu kontroll effikaċi tal-aċċess u livell għoli ta' kontiwità ta' servizz. |
(2) |
Filwaqt li hemm dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 li japplikaw ukoll għas-servizzi, inkluż is-SPR, elenkati fl-Anness tiegħu, fid-dawl tar-rabtiet bejn is-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo u s-SPR minn perspettiva ġuridika, teknika, operattiva, finanzjarja u dik relattiva għad-dritt ta’ proprjetà, huwa xieraq li r-regoli rilevanti dwar l-applikazzjoni tar-regolamenti tas-sigurtà jiġu riprodotti għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fakkru bosta drabi li s-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo hija sistema ċivili taħt kontroll ċivili, jiġifieri stabbilita skont standards ċivili minn eżiġenzi ċivili u taħt il-kontroll tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
(4) |
Il-programm Galileo huwa ta' importanza strateġika għall-indipendenza tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta’ navigazzjoni bis-satellita, ta’ pożizzjonament u ta’ kronometraġġ u joffri kontribut importanti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija "Ewropa 2020" għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. |
(5) |
Fost is-servizzi diversi offruti mis-sistemi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, is-SPR huwa s-servizz kemm l-aktar sikur kif ukoll l-aktar sensittiv u għaldaqstant huwa idoneu għas-servizzi li fihom jeħtieġ li jkunu żgurati solidità u affidabbiltà totali. Huwa għandu jiżgura, għall-benefiċċju tal-utenti tiegħu, kontinwità ta' servizz anke fis-sitwazzjonijiet ta' kriżi l-aktar serji. Il-konsegwenzi ta' infrazzjoni tar-regoli ta' sigurtà waqt l-użu ta' dan is-servizz m'għandhomx ikunu limitati għall-utent ikkonċernat, iżda għandhom jiġu estiżi potenzjalment għal utenti oħra. L-użu u l-ġestjoni tas-SPR għalhekk għandhom jaqaw taħt ir-responsabbiltà komuni tal-Istati Membri għas-sigurtà tal-Unjoni u s-sigurtà tagħhom stess. F'dan il-kuntest, l-aċċess għas-SPR għandu jkun limitat b'mod strett għal ċerti kategoriji ta' utenti li jkunu suġġetti għal monitoraġġ kontinwu. |
(6) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu definiti r-regoli ta’ aċċess għas-SPR u tar-regoli ta' ġestjoni tiegħu, partikolarment billi jiġu speċifikati b'mod partikolari l-prinċipji ġenerali relatati ma' dan l-aċċess, il-funzjonijiet tal-entitajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll diversi, il-kundizzjonijiet marbuta mal-manifattura u mas-sigurtà tar-riċevituri, u s-sistema tal-monitoraġġ tal-esportazzjonijiet. |
(7) |
Fir-rigward tal-prinċipji ġenerali tal-aċċess għas-SPR, fid-dawl tal-għan stess ta' dan is-servizz u l-karatteristiċi tiegħu, l-użu tiegħu għandu jkun strettament riżervat, u l-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”) għandhom jingħataw aċċess b'mod diskrezzjonali, illimitat u mhux interrott fil-partijiet kollha tad-dinja. Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jkun jista' jieħu deċiżjoni sovrana dwar liema utenti tas-SPR ikunu awtorizzati u liema użi jsiru minnu, inklużi l-użi marbuta mas-sigurtà, b'mod konformi mal-istandards minimi komuni. |
(8) |
Sabiex jiġi promoss l-użu tat-teknoloġija Ewropea fil-partijiet kollha tad-dinja, għandu jkun possibbli għal ċerti pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jsiru parteċipanti fis-SPR permezz ta' ftehimiet separati konklużi magħhom. Għall-applikazzjonijiet governattivi sikuri fir-rigward tar-radjunavigazzjoni bis-satellita, il-kundizzjonijiet li taħthom pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu jistgħu jużaw is-SPR għandhom jiġu previsti fi ftehimiet internazzjonali u dan għandu jinftiehem li r-rispett tal-eżiġenzi ta' sigurtà għandhom ikunu dejjem obbligatorji. Fil-kuntest ta' ftehimiet bħal dawn, għandha jkun possibbli li tkun permessa l-manifattura ta' riċevituri tas-SPR taħt kundizzjonijiet u rekwiżiti speċifiċi, kemm-il darba dawn ikunu f'livell li jkun tal-anqas ekwivalenti għall-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti applikati għall-Istati Membri. Iżda, dawn il-ftehimiet ma għandhomx jinkludu materji partikolarment sensittivi mil-lat tas-sigurtà bħall-manifattura tal-moduli ta' sigurtà. |
(9) |
Huwa meħtieġ li l-ftehimiet ma' pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu nnegozjati filwaqt li titqies bi sħiħ l-importanza li jiġu żgurati r-rispett tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon kif ukoll tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, tad-dinjità umana, tal-prinċipji ta' ugwaljanza u ta' solidarjetà, u r-rispett tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-liġi internazzjonali. |
(10) |
Ir-regolamenti ta' sigurtà tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandhom joffru livell ta' protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dik mogħtija mir-regoli dwar is-sigurtà kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (4) u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (5). |
(11) |
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà kemm tas-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo kif ukoll tat-teknoloġija u t-tagħmir tas-SPR, sabiex jevitaw l-użu tas-sinjali maħruġa għas-SPR minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi mhux awtorizzati, u sabiex jimpedixxu l-użu ostili tas-SPR kontrihom. |
(12) |
Huwa importanti f'dan ir-rigward li l-Istati Memri jiddeterminaw is-sistema ta' pieni applikabbli fil-każ ta' non-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni u jiżguraw li dawn il-pieni jkunu applikati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. |
(13) |
Fir-rigward ta’ entitajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll, jidher li l-aqwa mod għall-ġestjoni effikaċi tal-użu tas-SPR ikun arranġament li bih il-parteċipanti fis-SPR jaħtru "awtorità kompetenti tas-SPR" li tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-utenti, billi tiffaċilita r-relazzjonijiet bejn il-partijiet interessati diversi responsabbli għas-sigurtà u billi tiżgura kontroll permanenti tal-utenti pubbliċi, b'mod partikolari tal-utenti nazzjonali, f'konformità mal-istandards minimi komuni. Madankollu, għandu jkun hemm flessibiltà sabiex ikun possibbli ghall-Istati Membri li jorganizzaw ir-responsabilitajiet b'mod effiċjenti. |
(14) |
Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, kwalunkwe pproċessar tad-data personali għandu jsir f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif stabbilit, partikolarment, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (6) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (7). |
(15) |
Barra minn hekk, waħda mill-funzjonijiet taċ-Ċentru ta' Sigurtà Galileo (“iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo” jew iċ-“ĊMSG”) msemmija fl-Artikolu 16(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 għandha tkun li tinżamm interazzjoni operattiva bejn il-partijiet interessati differenti responsabbli għas-sigurtà tas-SPR. |
(16) |
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà huma meħtieġa li jkollhom rwol fil-ġestjoni tas-SPR, permezz tal-applikazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/552/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar aspetti tal-operazzjoni tas-sistema Ewropea tar-radjunavigazzjoni bis-satellita li jaffettwaw s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea (8). Il-Kunsill għandu japprova ftehimiet internazzjonali li jawtorizzaw lil xi pajjiż terz jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali li jużaw is-SPR. |
(17) |
Fir-rigward tal-manifattura u s-sigurtà tar-riċevituri, ir-rekwiżiti ta' sigurtà jeħtieġu li dan il-kompitu jkun fdat biss f'idejn Stat Membru li jkun ħatar awtorità kompetenti tas-SPR jew f'idejn impriżi stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru li jkun ħatar awtorità kompetenti tas-SPR. Barra minn hekk, il-manifattur tar-riċevituri għandu jkun ġie awtorizzat kif jistħoqq mill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għas-sistemi GNSS Ewropej stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 912/2010 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà”) u għandu jikkonforma mad-deċiżjonijiet tiegħu. Hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tas-SPR li jimmonitorjaw kontinwament il-konformità kemm ma' dak ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni u dawk id-deċiżjonijiet kif ukoll mar-rekwiżiti tekniċi partikolari li jirriżultaw mill-istandards minimi komuni. |
(18) |
Stat Membru li ma jkunx ħatar awtorità kompetenti tas-SPR għandu f'kull każ jaħtar punt ta' kuntatt għall-ġestjoni ta' kwalunkwe interferenza elettromanjetika dannuża li tiġi skoperta u li tolqot is-SPR. Dak il-punt ta' kuntatt għandu jkun persuna fiżika jew ġuridika li jkollha rwol ta' punt ta' rappurtar, jew indirizz, li l-Kummissjoni tkun tista' tikkuntattja fejn ikun hemm interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża bil-għan li tirrimedja tali interferenza. |
(19) |
Fir-rigward ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, l-esportazzjonijiet ’il barra mill-Unjoni ta' tagħmir jew teknoloġiji u software relatati mal-użu tas-SPR u relatati mal-iżvilupp u l-manifattura tas-SPR, indipendentement mill-fatt jekk dak it-tagħmir, dak is-software jew dik it-teknoloġija humiex elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (10), għandhom jiġu ristretti għal dawk il-pajjiżi terzi li jkunu debitament awtorizzati biex ikollhom aċċess għas-SPR taħt ftehim internazzjonali mal-Unjoni. Pajjiż terz li fit-territorju tiegħu jkun hemm stabbilit stazzjon ta' referenza li jakkomoda xi tagħmir tas-SPR u li jifforma parti mis-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo ma għandux jitqies bħala parteċipant fis-SPR fuq il-bażi ta' dan il-fatt biss. |
(20) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-istandards minimi komuni fl-oqsma stabbiliti fl-Anness u, jekk ikun meħtieġ, li taġġornah u temendah sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-programm Galileo. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(21) |
Minħabba l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-sigurtà tas-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, huwa essenzjali li jkunu applikati uniformement f'kull Stat Membru regoli komuni dwar l-aċċess għas-SPR u l-manifattura ta' riċevituri tas-SPR u ta' moduli ta' sigurtà. Għaldaqstant huwa neċessarju li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta rekwiżiti dettaljati, linji gwida u miżuri oħrajn bil-għan li tagħti effett lill-istandards minimi komuni. Bil-għan li jkunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (11). |
(22) |
Il-verifiki u l-ispezzjonijiet li għandhom isiru mill-Kummissjoni bl-għajnuna tal-Istati Membri għandhom, skont il-każ, isiru b'mod simili għal dak previst fil-parti VII tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2011/292/UE. |
(23) |
Ir-regoli ta’ aċċess għas-SPR offrut mis-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo huma prerekwiżit għall-implimentazzjoni tas-SPR. Il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk għandhiex tkun stabbilita politika tariffarja għas-SPR, ukoll fir-rigward ta' pajjiżi terzi u organizzazzonijiet internazzjonali, u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' dik l-analiżi. |
(24) |
Ladarba l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tistabbilixxi r-regoli li taħthom l-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-SEAE, l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jkollhom aċċess għas-SPR, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista', minħabba d-daqs tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tieħu miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
(25) |
Malli s-SPR jiġi ddikjarat operattiv, għandu jitwaqqaf mekkaniżmu ta' rappurtar u reviżjoni, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli li taħthom l-Istati, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-SEAE, l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jkollhom aċċess għas-servizz pubbliku regolat (SPR) pprovdut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
"parteċipanti fis-SPR" tfisser l-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, u s-SEAE kif ukoll l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, safejn dawn l-aġenziji, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet ikunu ġew debitament awtorizzati; |
(b) |
"utenti tas-SPR" tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi debitament awtorizzati minn parteċipant fis-SPR biex ikunu proprjetarji ta’, jew jużaw riċevitur SPR. |
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali fir-rigward tal-aċċess għas-SPR
1. L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandu jkollhom id-dritt ta' aċċess għas-SPR b'mod illimitat u mhux interrott fil-partijiet kollha tad-dinja.
2. Kull Stat Membru, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandu jkollhom id-dritt li jiddeċiedu jekk jużawx is-SPR fil-kompetenzi rispettivi tagħhom.
3. Kull Stat Membru li juża s-SPR għandu jiddeċiedi indipendentement liema kategoriji ta' persuni fiżiċi li jirrisjedu fit-territorju tiegħu jew li jaqdu dmirijiet uffiċjali barra mit-territorju tiegħu f'isem dak l-Istat Membru u ta' persuni ġuridiċi stabbiliti fit-territorju tiegħu ikunu awtorizzati bħala utenti tas-SPR, kif ukoll dwar l-użi li jsiru mis-SPR, f'konformità mal-Artikolu 8 u l-punt 1(i) u (ii) tal-Anness. Dawn l-użi jistgħu jinkludu użi relatati mas-sigurtà.
Il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jiddeċiedu liema kategoriji tal-aġenti tagħhom ikunu awtorizzati bħala utenti tas-SPR, f'konformità mal-Artikolu 8 u l-punt 1(i) u (ii) tal-Anness.
4. L-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jsiru parteċipanti fis-SPR biss sa fejn ikun meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom f'konformità ma-r-regoli stabbiliti fi ftehim amministrattiv konkluż bejn il-Kummissjoni u l-aġenzija konċernata.
5. Pajjiżi terzi jew organizzazzjoni internazzjonali jistgħu jsiru parteċipanti fis-SPR biss fejn, f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jidħlu fiż-żewġ ftehimiet li ġejjin bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz konċernat jew l-organizzazzjoni internazzjonali konċernata:
a) |
ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni li jiddefinixxi l-qafas għall-iskambju u l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata, u li jipprovdi grad ta' protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri; |
b) |
ftehim li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tar-regoli dettaljati ta’ aċċess għas-SPR mill-pajjiż li mhuwiex Membru jew mill-organizzazzjoni internazzjonali; tali ftehim jista' jinkludi l-manifattura, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, ta' riċevituri tas-SPR, għajr għall-moduli ta' sigurtà. |
Artikolu 4
Applikazzjoni tar-regoli ta' sigurtà
1. Kull Stat Membru għandu jiggarantixxi li r-regolamenti nazzjonali tiegħu ta' sigurtà joffru grad ta' protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-anqas ekwivalenti għal dik mogħtija mir-regoli dwar is-sigurtà kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom u fid-Deċiżjoni 2011/292/UE u li dawk ir-regolamenti nazzjonali ta' sigurtà japplikaw għall-utenti tas-SPR tiegħu u għall-persuni fiżiċi kollha residenti fit-territorju tiegħu u għall-persuni ġuridiċi kollha stabbiliti fit-territorju tiegħu li jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-UE relatata mas-SPR.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-adozzjoni tar-regoli nazzjonali ta' sigurtà msemmija fil-paragrafu 1.
3. Jekk jirriżulta li xi informazzjoni klassifikata tal-UE relatata mas-SPR ġiet żvelata lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata li tirċeviha, il-Kummissjoni għandha, f'konsultazzjoni totali mal-Istati Membri kkonċernati:
(a) |
tinforma lill-oriġinatur tad-data klassifikata tas-SPR; |
(b) |
tagħmel stima tad-dannu potenzjali kkawżat lill-interessi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri; |
(c) |
tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bir-riżultati ta' dik l-istima akkumpanjata minn rakkomandazzjoni sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni; f’tali każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-azzjonijiet li jkollhom il-ħsieb li jieħdu jew li jkun ħadu diġà, inkluża azzjoni mmirata lejn il-prevenzjoni ta’ ripetizzjoni, kif ukoll bir-riżultati ta' dawn l-azzjonijiet; u |
(d) |
tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont il-każ, b'dawk ir-riżultati. |
Artikolu 5
Awtorità kompetenti tas-SPR
1. Għandha tinħatar awtorità kompetenti tas-SPR:
(a) |
minn kull Stat Membru li juża s-SPR u kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu hemm stabbilita kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(1); f'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tas-SPR għandha tkun stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, li għandu jinnotifika l-ħatra lill-Kummissjoni mingħajr dewmien; |
(b) |
mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mis-SEAE, jekk jużaw is-SPR. F'tali każ, l-Aġenzija Ewropea GNSS stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 912/2010 ("l-Aġenzija Ewropea GNSS”) tista' tinħatar bħala l-awtorità kompetenti tas-SPR, skont arranġamenti xierqa; |
(c) |
mill-aġenziji tal-Unjoni u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 3(4) u (5); f'dawn il-każijiet, l-Aġenzija Ewropea GNSS tista' tinħatar bħala l-awtorità kompetenti tas-SPR; |
(d) |
minn pajjiżi terzi, skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 3(5). |
2. L-ispejjeż għall-funzjonament ta’ awtorità kompetenti tas-SPR għandhom jitħallsu mill-parteċipanti fis-SPR li ħatruha.
3. Stat Membru li ma jkunx ħatar awtorità kompetenti tas-SPR skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu, f'kull każ, jaħtar punt ta' kuntatt għall-assistenza, kif ikun neċessarju, fir-rappurtar ta' interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li tiġi skoperta u li tolqot lis-SPR. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika mingħajr dewmien tali ħatra lill-Kummissjoni.
4. Awtorità kompetenti tas-SPR għandha tiżgura li l-użu tas-SPR ikun f'konformità mal-Artikolu 8 u l-punt 1 tal-Anness u li:
(a) |
l-utenti tas-SPR ikunu raggruppati għall-ġestjoni tas-SPR maċ-ĊMSG; |
(b) |
ikunu determinati u ġestiti d-drittijiet ta' aċċess għas-SPR għal kull grupp jew utent; |
(c) |
jinkisbu miċ-ĊMSG il-kodiċijiet tas-SPR u informazzjoni klassifikata relatata oħra; |
(d) |
jitqassmu lill-utenti l-kodiċijiet tas-SPR u informazzjoni klassifikata relatata oħra; |
(e) |
ikunu ġestiti s-sigurtà tar-riċevituri u t-teknoloġija u l-informazzjoni klassifikati assoċjati u ssir stima tar-riskji; |
(f) |
ikun stabbilit punt ta' kuntatt għall-assistenza, kif ikun neċessarju, fir-rappurtar ta' interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li tiġi skoperta u li tolqot lis-SPR. |
5. L-awtorità kompetenti tas-SPR ta' Stat Membru għandha tiżgura li entità stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru tista' tiżviluppa jew timmanifattura biss riċevituri tas-SPR jew moduli ta' sigurtà jekk tali entità:
(a) |
tkun ġiet akkreditata mill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 912/2010, u |
(b) |
tikkonforma kemm mad-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u mal-Artikolu 8 u l-punt 2 tal-Anness dwar l-iżvilupp u l-manifattura tar-riċevituri tas-SPR jew il-moduli ta' sigurtà, safejn dawn jirrigwardaw l-attività tagħha. |
Kull awtorizzazzjoni ta’ manifattura ta’ tagħmir previst f'dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut tal-anqas kull ħames snin.
6. Fil-każ tal-iżvilupp jew tal-manifattura msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, jew fil-każ ta' esportazzjoni ’il barra mill-Unjoni, l-awtorità kompetenti tas-SPR tal-Istat Membru konċernat għandha taġixxi bħala punt ta’ interazzjoni għall-entitajiet kompetenti għar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tat-tagħmir rilevanti, tat-teknoloġija u tas-software dwar l-użu u l-iżvilupp ta’, u l-manifattura għas-SPR, bil-għan li jiġi garantit li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 jkunu applikati.
7. Awtorità kompetenti tas-SPR għandha tkun konnessa maċ-ĊMSG skont l-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Anness.
8. Il-paragrafi 4 u 7 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-possibilità għall-Istati Membri li jiddelegaw ċerti kompiti speċifiċi lill-awtorità kompetenti tas-SPR rispettiva tagħhom, permezz ta' kunsens reċiproku, lil Stat Membru ieħor, barra minn kull kompitu relatat mal-eżerċizzju tas-sovranità fuq it-territorji rispettivi tagħhom. Il-kompiti msemmija fil-paragrafi 4 u 7, kif ukoll il-kompiti fl-ambitu tal-paragrafu 5, għandhom jitwettqu konġuntament mill-Istati Membri. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.
9. Awtorità kompetenti tas-SPR tista' titlob l-assistenza teknika tal-Aġenzija Ewropea GNSS biex twettaq il-kompiti tagħha, suġġett għal arranġamenti speċifiċi. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien dawn l-arranġamenti lill-Kummissjoni.
10. Kull tliet snin l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea GNSS dwar il-konformità mal-istandards minimi komuni.
11. Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea GNSS, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità mill-awtoritajiet kompetenti tas-SPR mal-istandards komuni minimi, kif ukoll fi kwalunkwe każ ta' ksur gravi ta’ dawk l-istandards.
12. Fejn awtorità kompetenti tas-SPR ma tikkonformax mal-istandards minimi komuni stabbiliti fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni tista', b’kont meħud tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, wara li tikseb informazzjoni speċifika ulterjuri, toħroġ rakkomandazzjoni. Fi żmien 3 xhur mill-ħruġ tar-rakkomandazzjoni, l-awtorità kompetenti tas-SPR kkonċernata għandha tikkonforma mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jew inkella titlob jew tipproponi modifiki bil-għan li tkun żgurata l-konformità mal-istandards minimi komuni u timplimentahom bi qbil mal-Kummissjoni.
Jekk, ladarba jkun skada l-perjodu tat-3 xhur, l-awtorità kompetenti tas-SPR tkun għadha ma żguratx il-konformità mal-istandards minimi komuni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew u tipproponi t-teħid ta' miżuri xierqa.
Artikolu 6
Rwol taċ-ĊMSG
Iċ-ĊMSG għandu jipprovdi l-interazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà li jaġixxu taħt l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK u ċ-ċentri ta' kontroll. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe avveniment li jista' jaffettwa l-funzjonament bla xkiel tas-SPR.
Artikolu 7
Il-manifattura u s-sigurtà tar-riċevituri u tal-moduli ta' sigurtà
1. Stat Membru jista', suġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1d), jagħti l-kompiti tal-manifattura tar-riċevituri tas-SPR jew tal-moduli ta' sigurtà assoċjati lil entitajiet stabbiliti fit-territorju tiegħu jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Il-Kunsill, il-Kummissjoni jew is-SEAE jistgħu jafdaw il-manifattura tar-riċevituri tas-SPR jew tal-moduli ta' sigurtà assoċjati għall-użu tagħhom stess lil entitajiet stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru.
2. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà jista' fi kwalunkwe mument jirrevoka l-awtorizzazzjoni mogħtija lil entità msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex timmanifattura riċevituri tas-SPR jew il-moduli ta' sigurtà assoċjati fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-miżuri previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 5(5).
Artikolu 8
Standards minimi komuni
1. L-istandards minimi komuni li magħhom għandhom jikkonformaw l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom ikopru l-oqsma previsti fl-Anness.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 dwar l-adozzjoni tal-istandards minimi komuni għall-oqsma previsti fl-Anness u, jekk ikun meħtieġ, emendi li jaġġornaw l-Anness biex jitqiesu l-iżviluppi fil-programm Galileo, partikolarment fir-rigward tat-teknoloġija u tal-bidliet fl-eżiġenzi tas-sigurtà.
3. Abbażi tal-istandards minimi komuni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta r-rekwiżiti tekniċi, linji gwida u miżuri oħrajn li jkunu meħtieġa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa għall-konformità mal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti relatati mas-sigurtà tas-SPR u mal-utenti tiegħu u mat-teknoloġija relatata, filwaqt li titqies bi sħiħ il-konsulenza ta' esperti.
5. Bil-għan li tgħin fil-konformità ma' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita laqgħa tal-awtoritajietajiet kompetenti tas-SPR kollha tal-anqas darba fis-sena.
6. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, bl-għajnuna tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea GNSS, li l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR jikkonformaw mal-istandards minimi komuni, b'mod partikolari billi tagħmel verifiki jew ispezzjonijiet.
Artikolu 9
Restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni
L-esportazzjoni ’il barra mill-Unjoni ta' tagħmir, teknoloġija u software fir-rigward tal-użu u l-iżvilupp ta’, u l-manifattura għas-SPR ma għandhiex tkun awtorizzata ħlief f'konformità mal-Artikolu 8 u l-punt 3 tal-Anness u skont il-ftehimiet imsemmijin fl-Artikolu 3(5) jew taħt ftehimiet dwar ir-regoli dettaljati għall-akkomodazzjoni u l-operazzjoni ta’ stazzjonijiet ta' referenza.
Artikolu 10
Applikazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għall-miżuri deċiżi skont l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK.
Artikolu 11
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 8(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-5 ta’ Novembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin.
3. Id-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikolu 8(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 12
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 683/2008. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 13
Reviżjoni u rappurtar
Tal-anqas sentejn wara li s-SPR ikun ġie ddikjarat operattiv, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament adegwat u l-idoneità tar-regoli stabbiliti għall-aċċess għas-SPR u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi emendi għal din id-Deċiżjoni kif meħtieġ.
Artikolu 14
Regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-Programm Galileo
Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' din id-Deċiżjoni, sabiex ikun żgurat li s-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo taħdem mingħajr xkiel, għandhom ikunu awtorizzati l-aċċess għat-teknoloġija tas-SPR u d-dritt ta’proprjetà jew l-użu tar-riċevituri tas-SPR, suġġett għall-konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 8 u fl-Anness, fir-rigward ta’ dan li ġej:
(a) |
il-Kummissjoni, meta taġixxi bħala amministratur tal-programm Galileo; |
(b) |
l-operaturi tas-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo, biss għall-finijiet ta’ konformità mal-kompetenzi tagħhom, kif stabbilit f'arranġament speċifiku mal-Kummissjoni; |
(c) |
l-Aġenzija Ewropea GNSS, biex din tkun tista' twettaq il-kompiti fdati lilha, kif stabbilit f'arranġament speċifiku mal-Kummissjoni; |
(d) |
l-Aġenzija Spazjali Ewropea, strettament għall-finijiet ta' riċerka, żvilupp u użu tal-infrastruttura, kif stabbilit f'arranġament speċifiku mal-Kummissjoni. |
Artikolu 15
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema pieni jkunu applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Deċiżjoni. Il-pieni għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 5 mhux aktar tard mis-6 ta’ Novembru 2013.
Artikolu 17
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 36.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2011
(3) ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.
(4) OJ L 317, 3.12.2001, p. 1.
(5) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(8) ĠU L 246, 20.7.2004, p. 30.
(9) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(10) ĠU L 134, 29.05.2009, p. 1.
(11) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
ANNESS
Standards minimi komuni
1. |
Fir-rigward tal-Artikolu 5(4), l-istandards minimi komuni għall-użu tas-SPR ikopru l-oqsma li ġejjin:
|
2. |
Fir-rigward tal-Artikolu 5(5), l-istandards minimi komuni għall-iżvilupp u l-manifattura tar-riċevituri tas-SPR jew tal-moduli ta' sigurtà jkopru dawn l-oqsma li ġejjin:
|
3. |
Fir-rigward tal-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 9, l-istandards minimi komuni għar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ikopru dawn l-oqsma li ġejjin:
|
4. |
Fir-rigward tal-Artikolu 5(7), l-istandards minimi komuni għall-konnessjonijiet bejn iċ-ĊMSG u l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR ikopru konnessjonijiet ta’ data u konnessjonijiet vokali. |
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/9 |
DEĊIŻJONI Nru 1105/2011/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ottubru 2011
dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Fuq il-bażi tal-Artikolu 17(3)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 (2), id-Deċiżjonijiet SCH/Com-ex (98) 56 (3) u SCH/Com-ex (99) 14 (4) stabbilixxew il-Manwal ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża. Dawn id-Deċiżjonijiet għandhom ikunu adattati għall-qafas istituzzjonali u legali tal-Unjoni. |
(2) |
Il-listi ta' dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn pajjiżi terzi għandhom ikunu kkontrollati b'mod sistematiku biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet fl-Istati Membri li jaħdmu fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi u fil-kontrolli tal-fruntieri jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni preċiża dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar ippreżentati minn ċittadini ta' pajjiżi terzi. L-iskambji tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa u dwar ir-rikonoxximent tal-Istati Membri ta' dawk id-dokumenti tal-ivvjaġġar u t-tqegħid tal-elenku sħiħ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għandhom jiġu modernizzati u jsiru iktar effiċjenti. |
(3) |
L-iskop tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar huwa doppju: minn naħa waħda, li din tippermetti lill-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri jivverifikaw jekk dokument tal-ivvjaġġar partikolari huwiex rikonoxxut għall-fini tal-qsim tal-fruntieri esterni kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (5); min-naħa l-oħra, din tippermetti li l-persunal konsulari jivverifika jekk l-Istati Membri jirrikonoxxux dokument tal-ivvjaġġar partikolari għall-fini tat-twaħħil ta' sticker tal-viża. |
(4) |
Taħt il-punt (c) tal-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi tal-Viżi) (6), lista eżawrjenti ta' dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-pajjiż ospitanti għandha titħejja fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta' Schengen. |
(5) |
Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura li l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar tkun dejjem aġġornata. |
(6) |
Meta wieħed iqis ir-relevanza tas-sigurtà tad-dokument tal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rikonoxximent possibbli tagħhom, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti tal-Istati Membri, għandha tipprovdi valutazzjoni teknika. |
(7) |
L-Istati Membri huma u għandhom jibqgħu kompetenti għar-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għall-iskop li jippermettu lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u għall-iskop tat-twaħħil ta' viża f’forma ta’ sticker. |
(8) |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kollha u jagħmlu ħilithom biex jarmonizzaw il-pożizzjonijiet tagħhom dwar it-tipi differenti ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Minħabba li n-nuqqas min-naħa ta’ Stat Membru li jinnotifika l-pożizzjoni tiegħu rigward dokument tal-ivvjaġġar jista’ joħloq problemi għad-detenturi ta’ dak id-dokument tal-ivvjaġġar, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jobbliga lill-Istati Membri jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom dwar ir-rikonoxximent u n-nuqqas ta' rikonoxximent ta’ dawk id-dokumenti. Dak il-mekkaniżmu ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jinnotifikaw bidla fil-pożizzjoni tagħhom fi kwalunkwe waqt. |
(9) |
Għandha tkun stabbilita bażi tad-dejta onlajn li tinkludi kampjun tad-dokumenti kollha tal-ivvjaġġar fuq tul ta’ żmien biex ikun faċilitat l-eżami ta’ dokument tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri u l-persunal konsulari. Dik il-bażi tad-dejta għandha tinżamm aġġornata skont kull bidla għal rikonoxximent jew nuqqas ta' rikonoxximent indikat preċedentement ta' dokument tal-ivvjaġġar partikolari mill-Istati Membri. |
(10) |
Għal skopijiet ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħejji lista mhux eżawrjenti ta’ passaporti ta’ fantasija u passaporti ta’ kamuflaġġ magħrufa li jkunu infurmawha dwarhom l-Istati Membri. Il-passaporti ta’ fantastija u l-passaporti ta’ kamuflaġġ li huma fuq il-lista mhumiex suġġetti għal rikonoxximent jew nuqqas ta' rikonoxximent. Huma ma jintitolawx lid-detentur tagħhom li jaqsam il-fruntieri esterni u ma għandhomx jingħataw viża. |
(11) |
Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-kompilazzjoni u l-aġġornament tal-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7). |
(12) |
Il-proċedura ta’ konsultazzjoni għandha tintuża għat-tfassil u għall-aġġornament tal-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, billi dawk huma atti li jikkostitwixxu sempliċiment il-kompilazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa. |
(13) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta' Schengen (8), li jaqa' fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punti A, B u C tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim (9). |
(14) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10), li jaqa' fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti (A), (B) u (C) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (11). |
(15) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqa’ fl-ambitu tal-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti (A), (B) u (C), tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/KE (12). |
(16) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk la hija marbuta biha u lanqas ma hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hux se timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(17) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Britanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (13); ir-Renju Unit għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(18) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (14); għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta magħha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(19) |
Fir-rigward ta' Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq jew li hu b'xi mod ieħor relatat mal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. |
(20) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att ibbażat fuq l-acquis ta' Schengen jew li hu b'xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens ta' Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u Ambitu
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur tagħhom jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati minn viża (“il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar”) u mekkaniżmu għall-kompilazzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni tapplika għad-dokumenti tal-ivvjaġġar bħal passaport nazzjonali, (passaport ordinarju, diplomatiku, ta' servizz/ uffiċjali jew speċjali), dokument tal-ivvjaġġar ta’ emerġenza, dokument tal-ivvjaġġar ta' refuġjat jew ta' persuna bla stat, dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew laissez-passer.
3. Din id-Deċiżjoni ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.
Artikolu 2
Kompilazzjoni tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar
1. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar bl-għajnuna tal-Istati Membri abbażi tal-informazzjoni miġbura fi ħdan il-kooperazzjoni Schengen lokali, kif imsemmi fl-Artikolu 48(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.
2. Il-lista ta' dawn id-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha titħejja skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2).
Artikolu 3
Struttura tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar
1. Il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun maqsuma fi tliet partijiet.
2. Il-Parti I għandha tikkonsisti f'dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn pajjiżi terzi u entitajiet territorjali elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (15).
3. Il-Parti II għandha tikkonsisti fid-dokumenti li ġejjin, maħruġa minn Stati Membri, inklużi dawk maħruġa mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li mhux qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni preżenti u mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li għadhom mhux qed japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ:
(a) |
dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi; |
(b) |
dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil refuġjati skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Rigward l-Istatus ta' Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951; |
(ċ) |
dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil persuni bla stat skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Rigward l-Istatus ta' Rifuġjati tat-28 ta' Settembru 1954; |
(d) |
dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil persuni li ma jkollhomx nazzjonalità ta’ xi pajjiż, u li jirrisjedu fi Stat Membru; |
(e) |
dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mir-Renju Unit għal ċittadini Britanniċi li mhumiex ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Britanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-iskopijiet tal-liġi tal-Unjoni. |
4. Il-Parti III għandha tikkonsisti f'dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn organizzazzjonoijiet internazzjonali.
5. Bħala regola ġenerali, l-elenkar ta' dokument tal-ivvjaġġar partikolari japplika għas-serje kollha ta' dak id-dokument tal-ivvjaġġar li għadhom validi.
6. Jekk pajjiż terz ma joħroġx tip partikolari ta' dokument tal-ivvjaġġar, dan għandu jkun indikat billi jiddaħħal “mhux maħruġ” fil-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.
Artikolu 4
Notifikazzjoni tar-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar elenkati
1. Fi żmien tliet xhur wara l-komunikazzjoni tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tagħhom dwar ir-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar elenkati.
2. Jekk Stat Membru jonqos milli jinnotifika l-pożizzjoni tiegħu sal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, id-dokument tal-ivvjaġġar ikkonċernat għandu jitqies bħala rikonoxxut sal-waqt meta dak l-Istat Membru jinnotifika n-nuqqas ta' rikonoxximent tiegħu.
3. Fil-qafas tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar speċifiċi bil-għan li tintlaħaq pożizzjoni armonizzata.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha għar-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent indikat qabel ta' dokument tal-ivvjaġġar partikolari.
Artikolu 5
Dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda maħruġa
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 3(3).
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda maħruġa minn pajjiżi terzi, Stati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 3(3)(e) u l-Artikolu 3(4). Il-Kummissjoni għandha, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tagħmel sforzi biex tiġbor il-mudelli ta' dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda sabiex tqassamhom.
3. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar skont in-notifiki u l-informazzjoni li tirċievi u għandha titlob lill-Istati Membri biex jinnotifikaw il-pożizzjoni tagħhom dwar ir-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent skont l-Artikolu 4.
4. Il-lista aġġornata ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għandha titħejja skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2).
Artikolu 6
Informazzjoni dwar passaporti magħrufa bħala passaporti ta’ fantasija u passaporti ta’ kamuflaġġ
Il-Kummissjoni għandha wkoll tfassal u taġġorna lista mhux eżawrjenti ta’ passaporti magħrufa bħala passaporti ta’ fantasija u passaporti ta’ kamuflaġġ fuq il-bażi tal-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri.
Artikolu 7
Valutazzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar
1. Sabiex l-Istati Membri jiġu assistiti fil-valutazzjoni tekniċi tagħhom ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti tal-Istati Membri, tista' tipprovdi għal analiżi teknika tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, b’kont meħud b’mod partikolari tal-istandards u r-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.
2. Fejn ikun relevanti, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar jistgħu wkoll jiġu analizzati f'dan il-kuntest.
3. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri.
Artikolu 8
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat (il-Kumitat għad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 9
Pubblikazzjoni tal-listi
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, inklużi n-notifiki skont l-Artikolu 4, u l-lista msemmija fl-Artikolu 6, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta' pubblikazzjoni elettronika li tkun aġġornata b'mod kostanti.
Artikolu 10
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet SCH/Com-ex (98) 56 u SCH/Com-ex (99) 14 huma mħassra.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha ħlief għall-Artikolu 10, li għandu japplika b'effett mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.
Artikolu 12
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2011
(2) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
(3) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 207.
(4) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 298.
(5) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
(6) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.
(7) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(8) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(9) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(10) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(11) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.
(12) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.
(13) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(14) ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.
(15) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/13 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1106/2011
tal-20 ta’ Ottubru 2011
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 57/2011 u (KE) Nru 754/2009 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ispeċi "pixxiplamtu", ċerti TACs u ċerti limiti tal-isforz tas-sajd stabbiliti għall-Ġermanja u l-Irlanda
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 (1) jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE. |
(2) |
Għandha tiġi korretta inkonsistenza bejn il-formulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 57/2011 u l-formulazzjoni tal-entratura fl-Anness IA tiegħu li tikkonċerna n-Norway pout. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 57/2011 jipprojbixxi s-sajd għall-pixxiplamtu fl-ilmijiet internazzjonali, b'obbligu ta' rilaxx minnufih ta' qabdiet aċċidentali. L-Anness IA għal dak ir-Regolament jiffissa l-qabdiet totali permessi għall-pixxiplamtu għal 0 tunnellati f'ċerti żoni tal-ICES, bl-ebda dispożizzjoni dwar qabdiet aċċidentali. Konsegwenza ta' dan, il-qbid tal-pixxiplamtu f'ċerti żoni fl-ilmijiet tal-UE mhuwiex ristrett, filwaqt li f'oħrajn (l-Oċean Atlantiku) ċerti żoni (żoni ICES) huma ġestiti mil-qabda totali permessibbli (TAC) u żoni oħra mhumiex (żoni CECAF). Minħabba l-istatus ta' din l-ispeċi u d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-possibbiltà li tiġi elenkata taħt il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (il-Konvenzjoni CITES) (Appendiċi III), hu adatt li tiġi prevista protezzjoni aktar msaħħa għall-pixxiplamtu fiż-żoni kollha u li tkoperi kemm bastimenti tal-UE kif ukoll bastimenti ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jistadu fl-ilmijiet tal-UE. |
(4) |
Il-valutazzjoni xjentifika tal-merluzz fil-Baħar Ċeltiku tjiebet, u kkonfermat li l-parir li fuqu hija bbażata it-TAC attwali ta stima baxxa għas-sena ta' abbundanza tal-2009 u b'hekk iż-żieda dinamika fil-bijomassa għal dan l-istokk. Barra l-miżuri ġodda ta' għażla ppjanati mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Majjistral (NWWRAC), li għandhom inaqqsu r-riskju għall-haddock u l-merlangu skartat f'dan is-sajd tal-merluzz, huwa xieraq li tiġi adattata t-TAC għall-merluzz fil-Baħar Ċeltiku skont il-parir xjentifiku ġdid għall-bqija tal-2011. |
(5) |
Fid-29 ta' Lulju 2011, l-Organizzazzjoni tas-Sajd fil-Majjistral tal- Atlantiku (NAFO) kkomunikat lill-partijiet kollha kontraenti l-adozzjoni, b'effett immedjat, ta' reviżjoni tat-TAC tan-NAFO għall-2011 fir-rigward tar-redfish fis-Subżona 2, Diviżjonijiet IF u 3K. Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kummissjoni, ppreżentat l-istess informazzjoni lill-Istati Membri kollha b'interess f'dan is-sajd. Ir-reviżjoni għandha tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni u tapplika għall-bastimenti tal-UE mit-2 ta' Awwissu 2011. |
(6) |
Fil-kuntest li jiġu stabbiliti opportunitajiet ta' sajd u f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (2), il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal- Kummissjoni u abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill- Istati Membri u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz dment li tkun disponibbli data xierqa dwar qabdiet u rimi ta’ merluzz tal-bastimenti involuti, li l-persentaġġ ta’ qabdiet ta’ merluzz ma jeċċedix 1,5 % tal-qabdiet totali għal kull grupp ta’ bastimenti u li l-inklużjoni tal-grupp fir-reġim tal-isforz ikun jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali fuq l-istokkijiet ta’ merluzz. |
(7) |
Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 (3) eskluda ċerti gruppi ta’ bastimenti mill-iskema tal-isforz tas-sajd stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. |
(8) |
L-Irlanda tat informazzjoni dwar qabdiet tal-merluzz minn grupp ta' bastimenti li joperaw fil-punent tal-Iskozja u li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b'daqs tal-malja ugwali għal 120 mm jew akbar b'pannelli ta' malja kwadra fiż-żona msemmija fil-punt 6.1 tal-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas- 16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (4), u li jużaw malja ta' daqs ta' 100 mm fi bnadi oħra fil-punent tal-Iskozja. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, kif ivvalutat mill-STECF, jista' jiġi stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż l-iskart, minn dak il-grupp ta' bastimenti ma jaqbżux il-1,5 % tal-qabdiet totali tagħhom. Barra minn hekk, il-miżuri ta' kontroll u monitoraġġ fis-seħħ jiżguraw il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta' dak il-grupp ta' bastimenti. Fl-aħħarnett, l-inklużjoni fl-iskema tal-isforz tas-sajd ta' dak il-grupp tikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali ta' dik l-inklużjoni fuq l-istokkijiet tal-merluzz. Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 754/2009 jiġi emendat sabiex jeskludi dak il-grupp ta’ bastimenti mill-iskema tal-isforz tas-sajd stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Il-limiti tal-isforz stabbiliti għall-Irlanda fir-Regolament (UE) Nru 57/2011 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Grupp ta' bastimenti mill-Ġermanja huwa attwalment eskluż mill-applikazzjoni tal-iskema tal-isforz tas-sajd stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Ġermanja fl-2011, l-STECF ma kienx f'pożizzjoni li jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 baqgħux issodisfati fil-perjodu ta' ġestjoni tal-2010. Huwa għalhekk xieraq li dan il-grupp ta' bastimenti Ġermaniżi jerġa' jiddaħħal fl-iskema tal-isforz tas-sajd. Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(10) |
Ir-Regolament (UE) Nru 57/2011 japplika, b'mod ġenerali, mill-1 ta’ Jannar 2011. Iżda l-limiti tal-isforzi tas-sajd stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 57/2011 japplikaw għal perjodu ta’ sena li jibda mill-1 ta’ Frar 2011. B'riżultat ta' dan, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti u l-allokazzjonijiet tal-qabdiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011, minbarra d-dispożizzjonijiet ġodda fir-rigward tar-redfish fis-Subżona 2, Diviżjonijiet IF u 3K, li għandhom japplikaw mit-2 ta' Awwissu 2011. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-isforz tas-sajd għandhom japplikaw mill-1 ta' Frar 2011. Tali applikazzjoni retroattiva ma tippreġudikax il-prinċipju taċ-ċertezza legali peress li l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Billi modifikazzjonijiet fl-iskemi tal-isforz għandhom effett dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi tal-flotot ikkonċernati, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 57/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 57/2011 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5(4)(b) hu sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 8(1), punt (e) hu sostitwit kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 37, paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Għandu jkun ipprojbit li bastimenti ta' pajjiżi terzi jistadu għal, iżommu abbord, jittrasbordaw jew iħottu l-art l-ispeċijiet li ġejjin:
|
(4) |
Fl-Anness IA, l-entrata għall-merluzz taż-żoni VIIb, VIIc, VIIe-k, VIII, IX u X; Ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 hi sostitwita b'dan li ġej:
|
(5) |
Fl-Anness IA, l-entrata għall-pixxiplamtu fl-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X u XII hi sostitwita b'dan li ġej:
|
(6) |
Fl-Anness IA, l-entrata għall-awwista tan-Norveġja taż-żona VII hi sostitwita b'dan li ġej:
|
(7) |
Fl-Anness IC, l-entrata għar-redfish fis-Subżona 2 tan-NAFO, Diviżjonijiet IF u 3K, hi sostitwita b'dan li ġej:
|
(8) |
L-Appendiċi 1 għall-Anness IIA huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 754/2009
Fir-Regolament (KE) Nru 754/2009, l-Artikolu 1 huwa b’dan emendat kif ġej:
(a) |
jitħassar il-punt (f); |
(b) |
jiżdied il-punt li ġej:
|
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 punti (1) sa (6) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.
L-Artikolu 1 punt (7) għandu japplika mit-2 ta' Awwissu 2011.
L-Artikolu 1 punt (8) u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(2) ĠU L 348, 24.12.2008, p.20.
(3) ĠU L 214, 19.8.2009, p. 16.
(5) Il-qabdiet ta' din l-ispeċi għandhom jiġu rilaxxati minnufih mingħajr ma ssirilhom ħsara sa fejn hu prattiku.”.
(6) Li minnhom ma jistgħux jittieħdu aktar mill-kwoti li ġejjin fiż-żona VII (Porcupine Bank – Unità 16) (NEP/*07U16):
Spanja |
377 |
Franza |
241 |
L-Irlanda |
454 |
Ir-Renju Unit |
188 |
UE |
1 260 ” |
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1107/2011
tat-28 ta’ Ottubru 2011
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana f'NAFO 3L min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Latvja
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubbilkazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.
ANNESS
Nru |
60/T&Q |
Stat Membru |
il-Latvja |
Stokk |
PRA/N3L. |
Speċi |
Gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) |
Żona |
NAFO 3L |
Data |
28.9.2011 |
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1108/2011
tat-28 ta' Ottubru 2011
li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni fl-2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (UE) Nru 1178/2010, (UE) Nru 90/2011 u (KE) Nru 951/2006 fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fl-2012 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 61, 144(1), 148, 156 u 161(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari [tariffarji] Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali [tariffarji] għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (7) jistabbilixxu dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri fil-kuntest tal-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125, għax-xgħir fil-kuntest tal-kwota 09.4126 u għall-qamħirrun fil-kuntest tal-kwota 09.4131. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa [kwota tariffarja] għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NM 1006 40 00, għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 (8) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx, b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 [traduzzjoni mhux uffiċjali] (9) jistabbilixxu dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal ross miksur fil-kuntest tal-kwota 09.4079 u tar-ross li joriġina mill-Bangladexx fil-kuntest tal-kwota 09.4517. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistipula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (10), jistabbilixxi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni fil-kuntest tal-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (11) jistabbilixxi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-kuntest tal-kwota 09.4032. |
(5) |
Minħabba l-festi pubbliċi fis-sena 2012, għandha ssir deroga, f’ċertu żmien, mir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, sabiex tkun assigurata l-konformità mal-volumi tal-kwota kkonċernati. |
(6) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (12), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 iniżżel [li jniżżel] ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (13), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd (14) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni 90/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (15), jipprovdu li l-liċenzji tal-esportazzjoni jinħarġu fil-jum tal-Erbgħa li jiġi wara l-ġimgħa li fiha jkunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, bil-kundizzjoni li l-ebda miżura partikolari ma tkun ittieħdet mill-Kummissjoni sa dakinhar. |
(7) |
L-Artikolu 7(d)(1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (16), jipprovdi li l-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota jinħarġu fil-jum tal-Ġimgħa li jiġi wara l-ġimgħa li fiha jkunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, bil-kundizzjoni li l-ebda miżura partikolari ma tkun ittieħdet mill-Kummissjoni sa dakinhar. |
(8) |
Minħabba l-festi pubbliċi fis-sena 2012 u l-effetti fuq il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li l-perjodu minn meta jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet u l-jum meta jinħarġu l-liċenzji huwa qasir wisq biex jiżgura ġestjoni tajba tas-suq. Għalhekk jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż. |
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1000/2010 (17), li jidderoga minn ċerti Regolamenti f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fl-2011 għandu jiġi revokat. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ċereali
1. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri fil-kuntest tal-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru 2012, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
2. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir fil-kuntest tal-kwota 09.4126 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru 2012, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
3. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrun fil-kuntest tal-kwota 09.4131 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru 2012, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
Artikolu 2
Ross
1. B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2058/96, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur fil-kuntest tal-kwota 09.4079 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
2. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx fil-kuntest tal-kwota 09.4517 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
Artikolu 3
Zokkor
B’deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 828/2009, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247, ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, u sal-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
Artikolu 4
Żejt taż-żebbuġa
B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu matul il-perjodi msemmija fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti inklużi f’dak l-Anness, bla ħsara għall-miżuri adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
Artikolu 5
Liċenzji tal-esportazzjoni b’rifużjonijiet għas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur
B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2010 u mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 90/2011, il-liċenzji tal-esportazzjoni li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti inklużi f’dak l-Anness, filwaqt li jitqiesu, jekk ikun meħtieġ, il-miżuri partikolari msemmija fl-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, fl-Artikolu 3(4) u (5), tar-Regolament (UE) Nru 1178/2010 u fl-Artikolu 3(4) u (5), tar-Regolament (UE) Nru 90/2011, li jkunu ttieħdu qabel dawk id-dati tal-ħruġ.
Artikolu 6
Zokkor u isoglukożju li jaqbżu l-kwota
B’deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jinsabu f’dak l-Anness, filwaqt li jitqiesu, jekk ikun meħtieġ, il-miżuri partikolari msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2), tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, li jkunu ttieħdu qabel dawk id-dati tal-ħruġ.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
(2) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(5) ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.
(6) ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.
(7) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.
(8) ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7.
(9) ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19.
(10) ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14.
(11) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.
(12) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.
(13) ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35.
(14) ĠU L 328, 14.12.2010, p. 1.
(16) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(17) ĠU L 290, 6.11.2010, p. 26.
ANNESS I
Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa |
Dati tal-ħruġ |
It-Tnejn 2 jew it-Tlieta 3 ta’ April 2012 |
Il-Ġimgħa 13 ta’ April 2012 |
It-Tnejn 14 jew it-Tlieta 15 ta’ Mejju 2012 |
L-Erbgħa 23 ta’ Mejju 2012 |
It-Tnejn 21 jew it-Tlieta 22 ta’ Mejju 2012 |
L-Erbgħa 30 ta’ Mejju 2012 |
It-Tnejn 29 jew it-Tlieta 30 ta’ Ottubru 2012 |
Il-Ħamis 8 ta’ Novembru 2012 |
ANNESS II
Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur |
Dati tal-ħruġ |
Mit-2 ta’ April sas-6 ta’ April 2012 |
fit-12 ta’ April 2012. |
Mit-23 sas-27 ta’ April 2012 |
fit-3 ta’ Mejju 2012. |
Mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2012 |
fil-31 ta’ Mejju 2012. |
Mis-17 sat-28 ta’ Diċembru 2012 |
fis-7 ta’ Jannar2013. |
ANNESS III
Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota |
Dati tal-ħruġ |
Mit-23 sas-27 ta’ April 2012 |
fis-7 ta’ Mejju 2012. |
Mis-6 sal-10 ta’ Awwissu 2012 |
fl-20 ta’ Awwissu 2012. |
Mis-17 sat-28 ta’ Diċembru 2012 |
fis-7 ta’ Jannar 2013. |
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1109/2011
tat-3 ta’ Novembru 2011
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 rigward il-Metodi Ekwivalenti għall-ittestjar tat-Trichinella
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-parti ta' qabel tal-frażi introduttorja tal-Artikolu 18 u l-punti 8, 9 u 10 ta' dak l-Artikolu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (2) jipprevedi l-metodi ta’ skoperta tat-Trichinella f'kampjuni ta’ karkassi. Il-metodu ta' referenza huwa stabbili fil-Kapitolu I tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Tliet metodi ta' skoperta ekwivalenti għall-metodu ta' referenza huma stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1245/2007 (3) jippermetti l-użu ta' pepsin likwidu għall-iskoperta tat-Trichinella fil-laħam u jistabbilixxi r-rekwiżiti tiegħu meta jintuża bħala reaġent fil-metodi tal-iskoperta. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stipulati wkoll ir-rekwiżiti identiċi għall-metodi ekwivalenti ta' skoperta, meta jkun rilevanti. Il-Parti C tal-Kapitolu II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 għaldaqstant għandha tiġi emendata skont dan. |
(3) |
Barra minn hekk, xi kumpaniji privati bdew jipproduċu apparati ġodda għall-ittestjar għat-Trichinella li jużaw metodu ta' diġestjoni ekwivalenti għall-metodu ta' referenza. Wara dawn l-iżviluppi, il-linji gwida għall-validazzjoni ta' apparati ġodda għall-ittestjar għat-Trichinella permezz tal-metodu ta' diġestjoni ġew awtorizzati b'mod unanimu matul il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-16 ta' Diċembru 2008. |
(4) |
Fl-2010 ġie vvalidat metodu ġdid ta' apparat għall-ittestjar għat-Trichinella fil-ħnieżer domestiċi mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE għall-parassiti b'konformità ma' dawn il-linji gwida. |
(5) |
Ir-riżultati tal-validazzjoni juru li l-apparat il-ġdid u metodu marbut mal-iskoperta tat-Trichinella, ivvalidat skont il-kodiċi tal-Laboratorju ta' Referenza tal-UE, Nru EURLP_D_001/2011 (4), huwa ekwivalenti għall-metodu ta' referenza kif stabbilit fil-Kapitolu I tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005. Għaldaqstant, għandu jiġi inkluż fil-lista ta' metodi ekwivalenti għall-iskoperta elenkati fil-Kapitolu II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005. |
(6) |
Il-Kapitolu II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 għaldaqstant għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 huwa emendat b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(2) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60.
(3) ĠU L 281, 25.10.2007, p. 19.
(4) http://www.iss.it/crlp/index.php
ANNESS
Il-Kapitolu II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti C, il-punt 1(f) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
Il-Parti D li ġejja għandha tiġi miżjuda: “D. Il-metodu tat-tħawwid manjetiku għad-diġestjoni tal-kampjuni miġbura flimkien/ “fl-iżolazzjoni tal-filter” u s-sejba tal-larva permezz tat-test tal-agglutinazzjoni tal-latex Dan il-metodu huwa kkunsidrat bħala ekwivalenti biss għall-ittestjar tal-laħam ta' ħnieżer domestiċi. 1. Apparat u reaġenti
2. Il-ġbir ta' kampjuni Kif stipulat fil-Kapitolu I (2). 3. Proċedura I. Għal ġabriet sħaħ (100 g ta' kampjuni kull darba), il-proċedura stabbilita f'punti (a) sa (i) tal-Kapitolu I (3) (I) għandha tiġi segwita. Barra minn hekk, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:
II. Ġabriet ta' inqas minn 100 g kif stipulat fil-Kapitolu I (3)(II) Għal ġabriet ta' inqas minn 100 g, il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu I(3)(II) jeħtieġ li tiġi segwita. III. Riżultati pożittivi jew dubjużi Meta l-eżaminazzjoni ta' kampjun kollettiv tipproduċi riżultat pożittiv jew mhux ċert tal-agglutinazzjoni tal-latex, jittieħed kampjun ieħor ta' 20 g minn kull ħanżir skont il-Kapitolu I 2(a). Il-kampjuni ta' 20 g minn ħamest iħnieżer jinġabru u jiġu eżaminati billi jintuża l-metodu deskritt fil-punt I. B'dan il-mod il-kampjuni minn 20 grupp ta' ħamest iħnieżer għandhom jiġu eżaminati. Meta tinkiseb agglutinazzjoni pożittiva tal-latex minn grupp ta' ħamest iħnieżer, jinġabru 20 g oħra ta' kampjuni mill-individwi fil-grupp u kull wieħed huwa eżaminat separatament billu juża wieħed mill-metodi deskritti fil-Kapitolu I. Il-kampjuni tal-parassiti jeħtieġ li jinżammu f'alkoħol etiliku ta' 90 % għall-konservazzjoni u l-identifikazzjoni fil-livell tal-ispeċe fil-laboratorju ta' referenza tal-UE jew f'dak nazzjonali. Wara l-ġbir tal-parassiti, il-fluwidi pożittivi jeħtieġ li jiġu dekontaminati billi jissaħħnu sa mill-inqas 60 °C.” |
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1110/2011
tat-3 ta’ Novembru 2011
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), addittiv fl-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din it-tip ta' awtorizzazzjoni. |
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 114044). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (PTA 114044) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin, biex tkun ikklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-użu ta' dik il-preparazzjoni ġiet awtorizzata għal 10 snin għat-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ mrobbija biex ibidu, id-dudjani għat-tismin, id-dundjani mrobbija biex ibidu u għall-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2009 (2). |
(5) |
Kienet tressqet dejta ġdida li tappoġġja l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") kkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-14 ta’ Ġunju 2011 (3) li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ttejjeb il-prestazzjoni tat-tiġieġ li jbidu u tat-tkabbir ta' speċi minuri tat-tjur oħra u tal-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 256, 29.9.2009, p. 23.
(3) EFSA Journal 2011; 9(6):2277.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità. |
|||||||||||||||||||||||
4a8 |
Roal Oy |
Endo-1,4-beta ksinalażi EC 3.2.1.8 |
|
Speċi minuri tat-tjur minbarra t-tajr tal-bajd |
— |
8 000 BXU |
— |
|
l-24 ta' Novembru 2021 |
||||||||||||||
Tiġieġ li jbidu u tjur li jbidu ta' speċi minuri tat-tjur |
24 000 BXU |
||||||||||||||||||||||
Ħnieżer għat-tismin |
24 000 BXU |
(1) 1 BXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 nmol ta’ zokkor ta' riduzzjoni bħala ksilożju minn ksilan tal-injam tal-betan kull sekonda f’ pH ta’ 5,3 u 50 °C.
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta' hawn taħt tal-Laboratorju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1111/2011
tat-3 ta’ Novembru 2011
dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-14 ta’ Ġunju 2011 (2), ikkonkludiet li l-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) ma għandux effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li din il-preparazzjoni għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni tal-ħżin tas-silage mill-foraġġi kollha billi tnaqqas il-pH u żżid il-preservazzjoni tal-materja niexfa u tal-proteina. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tas-silage”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2011; 9(6):2275.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
CFU/kg ta’ materjal frisk |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tal-ħżin tas-silage. |
|||||||||||||||||||||||||
1k2073 |
— |
Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) |
|
L-ispeċi tal-annimali kollha |
— |
— |
— |
|
24.11.2021 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta’ hawn taħt tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1112/2011
tat-3 ta’ Novembru 2011
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata għall-Paragwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati biex jintroduċu fl-Unjoni ċertu laħam frisk
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8 u l-ewwel subparagrafu ta’ punt 1 tal-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati li jintroduċu fl-Unjoni Ewropea ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni veterinarja biex jiġu introdotti fl-Unjoni ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. Dan jistipula li dawn it-tali kunsinni jiġu introdotti biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom li jidhru fil-lista ta’ Parti 1 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Fid-19 ta’ Settembru 2011, il-Paragwaj għarraf lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) li kienet faqqgħet il-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Din faqqgħet fid-disrett ta’ San Pedro u kienet ikkonfermata fit-18 ta’ Settembru 2011 b’analiżi mil-laboratorju (ELISA u EITB). |
(3) |
Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tispeċifika li importazzjonijiet mill-Paragwaj ta’ laħam frisk ta’ annimali bovini domestiċi huma awtorizzati. |
(4) |
Minħabba r-riskju li tfaqqa’ l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni b’rabta mal-importazzjoni ta’ laħam bovin frisk mill-Paragwaj, u fl-assenza ta’ garanziji li jippermettu r-reġjonalizzazzjoni tal-Paragwaj, it-tali importazzjonijiet m’għandhomx ikunu iżjed awtorizzati. L-entrata tal-Paragwaj f’Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
F’Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, l-entrata għall-Paragwaj għandha tinbidel b’dan li ġej:
“PY – Paragwaj |
PY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
PY-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief iż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il Km mill-fruntieri esterni |
BOV |
A |
1 |
18.9.2011 |
l-1 t’Awwissu 2008” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1113/2011
tat-3 ta’ Novembru 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
69,9 |
MA |
44,1 |
|
MK |
61,4 |
|
TR |
88,3 |
|
ZZ |
65,9 |
|
0707 00 05 |
AL |
73,2 |
TR |
140,5 |
|
ZZ |
106,9 |
|
0709 90 70 |
MA |
107,9 |
TR |
105,2 |
|
ZZ |
106,6 |
|
0805 20 10 |
MA |
155,4 |
ZZ |
155,4 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
AR |
54,5 |
HR |
61,5 |
|
MA |
62,4 |
|
TR |
66,7 |
|
UY |
66,3 |
|
ZZ |
62,3 |
|
0805 50 10 |
AR |
79,2 |
CL |
76,1 |
|
TR |
61,5 |
|
ZA |
72,1 |
|
ZZ |
72,2 |
|
0806 10 10 |
BR |
246,3 |
LB |
291,0 |
|
TR |
135,7 |
|
US |
252,5 |
|
ZA |
80,8 |
|
ZZ |
201,3 |
|
0808 10 80 |
CA |
92,8 |
NZ |
127,6 |
|
US |
86,2 |
|
ZA |
127,4 |
|
ZZ |
108,5 |
|
0808 20 50 |
CN |
51,8 |
TR |
130,3 |
|
ZZ |
91,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/36 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Novembru 2011
li tagħti deroga mitluba mill-Italja fir-rigward tar-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7770)
(It-test bil-lingwa Taljana biss huwa awtentiku)
(2011/721/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1) u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għaliha,
Billi:
(1) |
Jekk l-ammont ta’ demel li Stat Membru bi ħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena huwa differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) ta’ dak is-subparagrafu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat sabiex ma jippreġudikax l-ilħuq tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva u għandu jkun iġġustifikat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, bħal staġuni twal ta’ kultivazzjoni u uċuħ b’rata għolja ta’ assorbiment tan-nitroġenu. |
(2) |
L-Italja ressqet talba lill-Kummissjoni għal deroga skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE fir-rigward tar-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto. |
(3) |
Id-dedroga mitluba tikkonċerna l-intenzjoni tal-Italja li tippermetti l-applikazzjoni fir-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto sa massimu ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru kull sena minn demel tal-ifrat u minn demel ipproċessat tal-ħnieżer f’farms b’mill-anqas 70 % tal-uċuħ b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu u bi staġun twil tat-tkabbir. Huwa stmat li d-deroga potenzjalment tiġbor taħtha madwar 10 313 farm tal-ifrat u 1 241 farm tal-ħnieżer fir-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto, li jgħoddu rispettivament għal 15,9 % u 9,7 % tal-farms kollha tal-ifrat u tal-ħnieżer f’dawn ir-Reġjuni, għal 10,7 % tal-Art Agrikola Użata u 29,1 % tal-bhejjem tal-ħalib kollha u għal 49,3 % tal-għadd totali ta’ ħnieżer fl-istess Reġjuni. Barra minn dan, il-farms tar-raba’ jistgħu japplikaw ukoll għad-deroga. |
(4) |
Il-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE u tistabbilixxi l-programmi ta’ azzjoni fl-Emilia Romagna (Deċiżjoni nru 1273/2011 5.09.2011), il-Lombardia (Deċiżjoni nru IX/2208 14.09.2011), il-Piemonte (Deċiżjoni 18-2612 19.09.2011) u l-Veneto (Deċiżjoni nru 1150 26.07.2011), ġiet adottata u tapplika flimkien ma’ din id-Deċiżjoni għall-perjodu ta’ bejn 2012 u 2015. |
(5) |
Iż-żoni vulnerabbli magħżula li japplikaw għalihom il-programmi jkopru madwar 63 % tal-Erja Agrikola Użata (EAU) tal-Emilia Romagna, 82 % tal-EAU tal-Lombardia, 38 % tal-EAU tal-Piemonte u 87 % tal-EAU tal-Veneto. |
(6) |
Id-dejta mressqa dwar il-kwalità tal-ilma turi li għall-ilma ta’ taħt l-art fir-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto, 89 % mill-massa tal-ilma ta’ taħt l-art għandha medja ta’ konċentrazzjonijiet ta’ nitrati taħt il-50 mg/l ta’ nitrati u 63 % għandha medja ta’ konċentrazzjonijiet taħt il-25 mg/l ta’ nitrati. Għall-ilma tal-wiċċ, aktar minn 98 % tas-siti ta’ monitoraġġ għandhom medja ta’ konċentrazzjonijiet ta’ nitrati taħt il-25 mg/l u fl-ebda punt ma hemm konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 50 mg/l ta’ nitrati. |
(7) |
Ir-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto jgħoddu għal aktar minn 70 % tal-bhejjem fl-Italja: partikolarment, 67,1 % tal-ifrat tal-ħalib, 60,6 % tal-ifrat l-oħra, 81 % tal-ħnieżer u 79,4 % tat-tjur. L-għadd tal-bhejjem juri xejra ’l isfel fil-perjodu 1982-2007 (medja ta’ 20 % għall-erba’ Reġjuni). |
(8) |
Fil-perjodu 1979-2008 naqsu kemm il-konsum tan-nitroġenu kimiku kif ukoll l-użu ta’ fertilizzanti bil-fosforu minerali; tal-aħħar naqas b’70 %. |
(9) |
Il-mergħat, iż-żerriegħa tal-qamħirrun, il-qamħirrun għall-ħżin għall-għalf u ċ-ċereali tax-xitwa jokkupaw madwar 53 % tal-erja agrikola totali fl-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto. |
(10) |
Id-dokumenti anċillari li tressqu mat-talba għad-deroga juru li l-ammont propost ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena minn demel tal-ifrat u minn demel ipproċessat tal-ħnieżer huwa ġġustifikat abbażi ta’ kriterji oġġettivi bħalma huma preċipitazzjoni netta għolja, staġuni twal ta’ tkabbir, u produzzjoni għolja ta’ uċuħ b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu. |
(11) |
Il-Kummissjoni, wara li eżaminat it-talba, tqis li l-ammont propost ta’ 250 kg għal kull ettaru minn demel tal-ifrat u minn demel ipproċessat tal-ħnieżer mhux se jippreġudika l-ksib tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet stretti. |
(12) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-deroga mitluba mill-Italja permezz tal-ittri tal-10 ta’ Marzu 2011 u tat-28 ta’ Lulju 2011, fir-rigward tar-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto, bil-għan li jiġi permess ammont ogħla ta’ demel mill-bhejjem minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tagħha, tingħata, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“farms” tfisser azjendi agrikoli kemm jekk irabbu l-bhejjem kif ukoll jekk ma jrabbux; |
(b) |
“roqgħa ta’ art” tfisser għalqa individwali jew grupp ta’ għelieqi, li huma omoġenji f’dak li għandu x’jaqsam mal-uċuħ, it-tip ta’ ħamrija u l-prattiki ta’ fertilizzazzjoni; |
(c) |
“mergħa” tfisser artijiet li jintużaw għall-mergħa b’mod permanenti jew temporanju (temporanju ġeneralment tfisser perjodu ta’ anqas minn erba’ snin); |
(d) |
“qamħirrun li jimmatura tard” tfisser qamħirrun tal-klassi FAO 600-700, miżrugħ bejn nofs Marzu u l-bidu ta’ April, b’ċiklu ta’ tkabbir ta’ mill-anqas 145-150 jum; |
(e) |
“qamħirrun jew sorgu segwit bi ħxejjex tax-xitwa”, tfisser qamħirrun jew sorgu li jimmatura kmieni jew ftit aktar tard segwit bi ħxejjex tax-xitwa, bħalma huma s-sikrana Taljana, ix-xgħir, it-triticale jew is-segala tax-xitwa; |
(f) |
“ċereali tax-xitwa segwiti bi ħxejjex tax-sajf”, tfisser qamħ tax-xitwa, xgħir tax-xitwa jew triticale segwiti bi ħxejjex tas-sajf, bħalma huma l-qamħirrun, is-sorgu, is-Setaria jew il-Milju (Panicum) sp.; |
(g) |
“uċuħ b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu jew bi staġun ta’ tkabbir twil” tfisser mergħa, qamħirrun li jimmatura tard, qamħirrun jew sorgu segwit bi ħxejjex tax-xitwa u b’ċereali tax-xitwa segwiti bi ħxejjex tas-sajf; |
(h) |
“demel tal-ifrat” tfisser demel tal-bhejjem li jipproduċu l-ifrat, inkluż waqt li jkunu jirgħu jew f’forma pproċessata; |
(i) |
“trattament tad-demel” tfisser l-ipproċessar tad-demel tal-ħnieżer f’żewġ partijiet, il-parti solida u l-oħra likwida, u li jsir biex jitjieb l-użu fl-art u jiżdied l-irkupru tan-nitroġenu u tal-fosforu; |
(j) |
“demel ipproċessat” tfisser il-parti likwida li tirriżulta mit-trattament tad-demel tal-ħnieżer, bi proporzjon minimu ta’ nitroġenu mal-fostfat (N/P2O5) ta’ 2,5; |
(k) |
“demel ipproċessat mingħajr nitroġenu” tfisser demel ipproċessat b’kontenut ta’ nitroġenu ta’ anqas minn 30 % meta mqabbel mal-kontenut ta’ nitroġenu fid-demel tal-ħnieżer mhux ipproċessat; |
(l) |
“ħamrijiet b’kontenut baxx ta’ Materja Organika” tfisser ħamrijiet b’kontenut ta’ karbonju organiku ta’ anqas minn 2 % fit-30 ċentimetru ta’ fuq tal-ħamrija; |
(m) |
“ħamrijiet mingħajr salinità jew b’salinità baxxa” tfisser dawk il-ħamrijiet b’konduttività elettrika f’estratt minn għaġna saturata ta’ ħamrija ECe < 4 mS/cm jew b’konduttività elettrika ta’ EC 1:2 < 1 ms/cm f’estratt milwiem bi proporzjon ta’ ħamrija mal-ilma ta’ 1:2, jew żoni definiti li żgur mhumiex f’riskju ta’ salinizzazzjoni, kif indikat fil-mapep tal-ħamrija definiti fil-livell reġjonali; |
(n) |
“effiċjenza fl-użu tan-nitroġenu” tfisser il-perċentwali mit-total ta’ nitroġenu użat fil-forma ta’ demel tal-bhejjem li jkun disponibbli għall-uċuħ matul is-sena tal-użu. |
Artikolu 3
Ambitu
Din id-Deċiżjoni tapplika fuq bażi individwali għal farms, fejn 70 % jew aktar tal-erja tal-farm tkun kkultivata b’uċuħ li jirrikjedu ħafna nitroġenu u staġun twil tat-tkabbir u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 sa 7.
Artikolu 4
Applikazzjoni u impenn annwali
1. Il-bdiewa li jridu jibbenefikaw minn deroga skont din id-Deċiżjoni għandhom ta’ kull sena jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti sal-15 ta’ Frar.
2. Flimkien mal-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 huma għandhom jintrabtu bil-miktub li se jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7.
Artikolu 5
Trattament tad-demel
1. Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga biex jużaw demel tal-ħnieżer ipproċessat għandhom ta’ kull sena jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni li ġejja:
(a) |
it-tip ta’ trattament tad-demel; |
(b) |
il-kapacità u l-karatteristiċi ewlenin tal-impjant tat-trattament, fosthom l-effiċjenza tiegħu; |
(c) |
l-ammont ta’ demel mibgħut għat-trattament; |
(d) |
l-ammont, il-kompożizzjoni, fosthom speċifikazzjoni tal-kontenut tan-nitroġenu u l-fosforu, u d-destinazzjoni tal-parti solida; |
(e) |
l-ammont, il-kompożizzjoni, fosthom speċifikazzjoni tal-kontenut tan-nitroġenu u l-fosforu, u d-destinazzjoni tad-demel ipproċessat; |
(f) |
l-istima tat-telf f’gassijiet matul it-trattament. |
2. Il-parti solida li tirriżulta mit-trattament tad-demel għandha tiġi stabbilizzata sabiex jitnaqqsu l-irwejjaħ u emissjonijiet oħrajn, jittejbu l-proprjetajiet agronomiċi u iġeniċi, jitħaffef il-maniġġ u tiżdied id-disponibbiltà tan-nitroġenu u l-fosfat għall-uċuħ. Il-prodott li jirriżultat ma għandux jintuża f’farms derogati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw miżuri biex iħeġġu l-użu tal-parti solida stabbilizzata f’ħamrijiet b’kontenut baxx ta’ Materja Organika. Dawn il-ħamrijiet huma indikati f’mapep imħejjija fil-livell reġjonali u li jkunu għad-dispożizzjoni tal-bdiewa.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-metodoloġiji għall-valutazjoni tal-kompożizzjoni tad-demel ipproċessat, il-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni u l-effiċjenza tat-trattament għal kull farm li jibbenefika minn deroga individwali.
4. L-ammonja u l-emissjonijiet oħra mit-trattament tad-demel għandhom jiġu mmonitorjati mill-awtoritajiet kompetenti f’postijiet rappreżentattivi għal kull teknika ta’ trattament. Għandu jitħejja inventarju tal-emissjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ.
Artikolu 6
Użu ta’ demel u fertilizzanti oħra
1. L-ammont ta’ demel tal-ifrat, inkluż dak mill-bhejjem stess, u ta’ demel ipproċessat applikat fuq l-art kull sena f’farms li jibbenefikaw minn deroga ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ demel li jkun fih 250 kg nitroġenu għal kull ettaru, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 12.
2. L-ammonti totali ta’ nitroġenu użat ma għandhomx jaqbżu l-bżonn prevista ta’ nutrijent għall-wiċċ ikkunsidrat. Għandu jqis id-disponibbiltà fil-ħamrija u d-disponibbiltà ogħla ta’ nitroġenu fid-demel minħabba t-trattament tad-demel. Ma għandux jaqbeż l-istandards massimi ta’ applikazzjoni, kif stabbiliti fil-programmi ta’ azzjoni applikabbli għall-farm.
3. L-ammonti totali ta’ fosforu użat ma għandhomx jaqbżu l-bżonn prevista ta’ nutrijent għall-wiċċ ikkunsidrat u għandu jqis id-disponibbiltà tal-fosfat fil-ħamrija. Ma għandux jintuża fosforu fil-fertilizzanti kimiċi fil-farms derogati.
4. Għandu jitħejja pjan ta’ fertilizzazzjoni b’deskrizzjoni tan-newba tal-uċuħ tal-farm u tal-għoti ppjanat ta’ demel u fertilizzanti minerali għall kull farm sal-15 ta’ Frar l-aktar tard.
Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:
(a) |
l-għadd ta’ bhejjem, deskrizzjoni ta’ kif jinżammu u tas-sistema tal-ħżin, inkluż il-volum u t-tip ta’ ħżin disponibbli għad-demel; |
(b) |
kalkolu tan-nitroġenu u fosforu fid-demel prodott fil-farm; |
(c) |
id-deskrizzjoni tat-trattament tad-demel u tal-karatteristiċi tad-demel ipproċessat (jekk rilevanti); |
(d) |
l-ammont, it-tip u l-karatteristiċi ta’ demel fornut barra l-farm jew fil-farm; |
(e) |
it-tinwib u l-erja tal-irqajja’ tal-art b’uċuħ li jirrikjedu ħafna nitroġenu u staġun twil tat-tkabbir u rqajja’ b’uċuħ oħra; |
(f) |
ir-rendiment mistenni minn kull wiċċ ikkoltivat, skont in-nutriment u l-ilma disponibbli, kif ukoll il-kundizzjonijet lokali, bħall-klima, it-tip ta’ ħamrija, eċċ.; |
(g) |
il-ħtiġijiet stimati ta’ nitroġenu u fosforu għal kull roqgħa art; |
(h) |
kalkolu tan-nitroġenu u fosforu fid-demel li għandu jintuża f’kull roqgħa art; |
(i) |
kalkolu tan-nitroġenu mill-fertilizzanti kimiċi li għandu jintuża f’kull roqgħa art; |
(j) |
stima tal-ammont ta’ ilma meħtieġ għall-irrigazzjoni u indikazzjoni preċiża tas-sors tal-ilma; l-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-ilma jew il-kuntratt tal-użu tal-ilma mal-“konsorzju tal-ilma” rilevanti jew mappa li tindika li l-farm jinsab f’żoni fejn ilma ta’ taħt l-art baxx imiss maż-żona tal-għeruq għandha tkun inkluża fil-pjan. |
Il-pjanijiet għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiċi agrikoli sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-pjanijiet u l-prattiċi agrikoli attwali.
5. Kull farm għandu jżomm iżomm rendikont tal-fertilizzazzjoni għal kull roqgħa art. Dawn għandhom jinkludu l-ammonti u meta ngħataw id-demel u l-fertilizzanti kimiċi.
6. L-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-ilma jew il-kuntratt tal-użu tal-ilma mal-“konsorzju tal-ilma” rilevanti jew mappa li tindika li l-farm jinsab f’żoni fejn ilma ta’ taħt l-art baxx imiss maż-żona tal-għeruq għandha tkun disponibbli fil-farm. Fejn applikabbli, l-ammont ta’ ilma awtorizzat jew kuntrattat għandu jkun biżżejjed biex jintlaħqu redimenti tal-uċuħ li jinkisbu f’kundizzjonijiet fejn ma jkunx hemm restrizzjonijiet fl-ilma.
7. Ir-riżultati tal-analiżi tan-nitroġenu u l-fosforu fil-ħamrija għandhom ikunu disponibbli għal kull farm li jibbenefika minn deroga. L-analiżi u t-teħid ta’ kampjuni għandhom jitwettqu qabel l-1 ta’ Ġunju u tal-anqas darba kull erba’ snin għall-fosforu u n-nitroġenu għall kull erja omoġenja tal-farm, fir-rigward tat-tinwib u tal-karatteristiċi tal-ħamrija. Tkun meħtieġa, mill-anqas, analiżi waħda għal kull ħames ettari ta’ art.
8. Id-demel tal-bhejjem użat fil-farms derogati għandu jkollu effiċjenza tal-użu ta’ nitroġenu ta’ mill-anqas 65 % għall-parti likwida u ta’ 50 % għall-parti solida.
9. Id-demel mill-bhejjem u l-fertilizzanti kimiċi applikati fil-farms derogati ma jistax jintuża wara l-1 ta’ Novembru.
10. Mill-inqas, żewġ terzi tal-ammont ta’ nitroġenu mid-demel, għajr għall-nitroġenu mid-demel tal-bhejjem li jirgħu, għandu jintuża qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Għal dan il-għan, il-farms li jibbenefikaw minn deroga għandhom ikollhom kapaċità adekwata ta’ ħżin tad-demel tal-bhejjem, li tkun tista’ tkopri tal-anqas il-perjodi li matulhom ma jkunx permess l-użu tad-demel.
11. Id-demel likwidu, inkluż id-demel ipproċessat u dak semilikwidu, għandu jiġi applikat permess ta’ tekniki ta’ applikazzjoni b’emissjonijiet baxxi. Id-demel solidu għandu jiġi inkorporat fi żmien 24 siegħa.
12. Sabiex jiġu protetti l-ħamrijiet mir-riskju ta’ salinizzazzjoni, id-demel ipproċessat mingħajr nitroġenu għandu jkun permess biss fuq ħamrijiet mingħajr salinità jew b’salinità baxxa. Għal dak il-għan, il-bdiewa li jkollhom il-ħsieb li jużaw demel ipproċessat mingħajr nitroġenu, għandhom ikejlu l-konduttività elettrika fl-irqajja’ fejn ser jintuża tal-anqas kull erba’ snin u għandhom jinkludu r-riżultati fl-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu protokol li għandu jintuża mill-bdiewa biex ikejlu l-konduttività elettrika. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mapep li juru ż-żoni f’riskju ta’ salinizzazzjoni.
Artikolu 7
Immaniġjar tal-artijiet
Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga għandhom iżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a) |
70 % jew aktar mill-erja tal-farm għandha tkun ikkoltivata b’uċuħ li jirrikjedu ħafna nitroġenu u staġun ta’ tkabbir twil; |
(b) |
il-mergħat temporanji għandhom jinħartu fir-rebbiegħa; |
(c) |
il-pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jipproċessaw in-nitroġenu atmosferiku fil-mergħat temporanji u permanenti ma għandhomx ikunu aktar minn 50 %; |
(d) |
il-qamħirrum li jimmatura tard għandu jinħasad (il-pjanta kollha); |
(e) |
il-ħxejjex tax-xitwa, bħalma huma s-sikrana Taljana, ix-xgħir, it-triticale jew is-segala tax-xitwa għandhom jinżergħu fi żmien ġimagħtejn wara l-ħsad tal-qamħirrun/sorgu u għandhom jinħasdu mhux qabel ġimagħtejn qabel ma jinżera’ l-qamħirrun/sorgu; |
(f) |
il-ħxejjex tas-sajf, bħalma huma l-qamħirrun, is-sorgu, is-Setaria jew il-Milju (Panicum) sp għandhom jinżergħu fi żmien ġimagħtejn wara l-ħsad taċ-ċereali tax-xitwa u għandhom jinħasdu mhux qabel ġimagħtejn qabel ma jinżergħu ċ-ċereali tax-xitwa; |
(g) |
wiċċ li jirrikjedi ħafna nitroġenu għandu jinżergħa fi żmien ġimagħtejn wara l-ħrit u ma għandhomx jintużaw fertilizzanti fis-sena li fiha jsir il-ħrit tal-mergħa permanenti. |
Artikolu 8
Miżuri oħra
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-derogi li jingħataw għall-applikazzjoni ta’ demel ipproċessat ikunu kompatibbli mal-kapaċità tal-impjanti tat-trattament tad-demel.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull deroga mogħtija tkun kompatibbli mal-użu awtorizzat tal-ilma fil-farm li jibbenefika mid-deroga.
Artikolu 9
Miżuri għat-trasport tad-demel
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li t-trasport tad-demel tal-bhejjem minn u lejn il-farms li jibbenefikaw minn deroga jiġi rreġistrat permess ta’ sistemi ta’ lokalizzazzjoni ġeografika jew li jiġi rreġistrat fid-dokumenti ta’ akkumpanjament u jiġi speċifikat il-post tal-oriġini u d-destinazzjoni. Ir-reġistrazzjoni permezz ta’ sistemi ta’ lokalizzazzjoni ġeografika hija obbligatorja għal vjaġġi li jkopru distanzi itwal minn 30 km.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li waqt il-vjaġġ ikun disponibbli dokument li jispeċifika l-ammont ta’ demel trasportat u l-kontentut ta’ nitroġenu u fosforu tiegħu.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-demel ipproċessat u l-partijiet solidi li jirriżultaw mit-trattament tad-demel jiġu analizzati għall-kontenut tagħhom ta’ nitroġenu u fosforu. L-analiżi għandha titwettaq minn laboratorji rikonoxxuti. Ir-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-bidwi li jkun ser jirċievi d-demel. Għandu jkun disponibbli ċertifikat tal-analiżi waqt kull vjaġġ.
Artikolu 10
Monitoraġġ
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull sena jitħejjew u jiġu aġġornati l-mapep li juru l-perċentwali tal-farms, il-perċentwali ta’ bhejjem, il-perċentwali ta’ art agrikola koperta b’deroga individwali u mapep li juru l-użu tal-art lokali għal kull muniċipalità. Għandha tinġabar u tiġi aġġornati kull sena dejta dwar it-tinwib u l-prattiki agrikoli fil-farms li jibbenefikaw minn derogi.
2. Għandu jiġi stabbilit u miżmum netwerk ta’ monitoraġġ għat-teħid ta’ kampjuni tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma taħt l-art baxx sabiex jiġi valutat l-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma. L-abbozz tan-netwerk ta’ monitoraġġ għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni. L-ammont ta’ siti mmonitorjati inizjalment ma jistax jitnaqqas u l-lokalità tas-siti ma tistax tinbidel matul il-perjodu tal-applikabbiltà ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Għandu jitwettaq monitoraġġ tal-ilma aktar bir-reqqa fiż-żoni agrikoli li jinsabu qrib il-mases tal-ilma l-aktar vulnerabbli u li għandhom jiġu identifikati mill-awtoritajiet kompetenti.
4. Għandhom jiġu stabbiliti siti ta’ monitoraġġ, sabiex tkun provduta dejta dwar il-konċentrazzjoni ta’ nitroġenu u fosforu fl-ilma tal-ħamrija, dwar in-nitroġenu minerali fil-profil tal-ħamrija u t-telf korrispondenti ta’ nitroġenu u fosforu li jgħaddi miż-żona tal-għeruq għal ġol-ilma ta’ taħt l-art, kif ukoll it-telf ta’ nitroġenu u fosforu minn tnixxija fuq u taħt wiċċ l-art, kemm jekk taħt kundizzjonijiet ta’ deroga kif ukoll jekk le. Is-siti ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu t-tipi ewlenin ta’ ħamrija, il-prattiki ta’ fertilizzazzjoni u l-uċuħ. L-abbozz tan-netwerk ta’ monitoraġġ għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni. L-ammont ta’ siti mmonitorjati inizjalment ma jistax jitnaqqas u l-lokalità tas-siti ma tistax tinbidel matul il-perjodu tal-applikabbiltà ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 11
Verifika
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet kollha għal deroga jitressqu għal kontroll amministrattiv. Meta l-kontroll juri li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ma ġewx issodisfati, l-applikant għandu jiġi mgħarraf b’dan. F’dan il-każ, l-applikazzjoni għandha titqies miċħuda.
2. Għandu jkun stabbilit programm ta’ spezzjonijiet fuq il-post ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju, ir-riżultati tal-kontrolli tas-snin ta’ qabel u r-riżultati ta’ kontrolli ġenerali aleatorji tal-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE. L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom ikopru mill-anqas 5 % tal-farms li jibbenefikaw minn deroga fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ din id-Deċiżjoni.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jsiru kontrolli fuq il-post fuq mill-inqas 1 % tal-operazzjonijiet tat-trasport tad-demel, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju u tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1. Il-kontrolli għandhom jinkludu, tal-anqas valutazzjoni tad-dokumenti ta’ akkumpanjament, il-verifika tal-oriġini u tad-destinazzjoni tad-demel u t-teħid ta’ kampjuni mid-demel trasportat.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Fejn il-verifiki jindikaw nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa ta’ rimedju. Partikolarment bdiewa li ma jikkonformawx mal-Artikoli 5, 6 u 7 għandhom jiġu esklużi mid-deroga s-sena ta’ wara.
Artikolu 12
Rappurtar
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, sa Diċembru ta’ kull sena u sa Settembru għas-sena 2015, jissottomettu għand il-Kummissjoni rapport li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-deroga, abbażi ta’ kontrolli fil-livell ta’ farm kif ukoll tal-kontrolli fuq it-trasport tad-demel u l-informazzjoni dwar il-farms li ma jkunux konformi, abbażi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet amministrattivi u ta’ fuq il-post; |
(b) |
informazzjoni dwar it-trattament tad-demel, inkluż aktar ipproċessar u użu tal-partijiet solidi, u jipprovdu dejta dettaljata dwar il-karatteristiċi tas-sistemi ta’ trattament, l-effiċjenza tagħhom u l-kompożizzjoni tad-demel ipproċessat, kif ukoll dwar id-destinazzjoni finali tal-partijiet solidi; |
(c) |
mapep li juru żoni b’kontenut baxx ta’ materja organika, kif ukoll il-miżuri li ttieħdu sabiex jitħeġġeġ l-użu tal-partijiet solidi stabbilizzati f’ħamrijiet b’kontenut baxx ta’ materja organika, kif imsemmi fl-Artikolu 5(2); |
(d) |
il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-kompożizzjoni tad-demel ipproċessat, il-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni u l-effiċjenza tat-trattament għal kull farm li jibbenifika minn deroga individwali, imsemmija fl-Artikolu 5(3); |
(e) |
l-inventarju tal-ammonja u ta’ emissjonijiet oħra mit-trattament tad-demel kif imsemmi fl-Artikolu 5(4); |
(f) |
il-protokol stabbilit biex titkejjel il-konduttività elettrika u l-mapep li juru ż-żoni affettwati mis-salinizzazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 6(12); |
(g) |
il-metodoloġiji għall-verifika tal-kompatibbiltà tad-derogi mogħtija mal-kapacità tal-impjanti tat-trattament tad-demel, imsemmija fl-Artikolu 8(1); |
(h) |
il-metodoloġiji għall-verifika tal-kompatibbiltà ta’ kull deroga mogħtija mal-użu awtorizzat tal-ilma fil-farm li qed jibbenifika mid-deroga imsemmija fl-Artikolu 8(2); |
(i) |
mapep li juru l-perċentwali tal-farms, il-perċentwal tal-bhejjem, il-perċentwal tal-art agrikola koperta minn derogi individwali u mapep li juru l-użu tal-art lokali, kif ukoll dejta dwar it-tinwib u l-prattiki agrikoli fil-farms derogati, imsemmija fl-Artikolu 10(1); |
(j) |
ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma, fosthom informazzjoni dwar ix-xejriet tal-kwalità tal-ilmijiet ta’ taħt l-art u tal-wiċċ, kif ukoll l-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma kif imsemmi fl-Artikolu 10(2); |
(k) |
il-lista tal-mases tal-ilma l-aktar vulnerabbli, imsemmija fl-Artikolu 10(3); |
(l) |
sommarju u evalwazzjoni tad-dejta miksuba mis-siti tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 10(4); |
Artikolu 13
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika flimkien mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni fl-Emilia Romagna (Deċiżjoni nru 1273/2011 5.09.2011), il-Lombardia (Deċiżjoni nru IX/2208 14.09.2011), il-Piemonte (Deċiżjoni 18-2612 19.09.2011) u l-Veneto (Deċiżjoni nru 1150 26.07.2011).
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2015.
Artikolu 14
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.