|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.285.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/1 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL
tal-10 ta’ Ġunju 2011
li tawtorizza lill-Presidenza tal-Kunsill biex tinnegozja, f’isem l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim legalment vinkolanti dwar il-foresti fl-Ewropa li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri
(2011/712/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,
Billi:
|
(1) |
Deċiżjoni biex jinfetħu n-negozjati dwar ftehim legalment vinkolanti (FLV) dwar il-foresti fl-Ewropa tista’ tiġi adottata fis-Sitt Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa li ser issir bejn l-14 u s-16 ta’ Ġunju 2011 f’Oslo, in-Norveġja. |
|
(2) |
Il-Presidenza tal-Kunsill għandha tkun awtorizzata tinnegozja, f’isem l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet tal-FLV dwar il-foresti fl-Ewropa li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri b’dan jawtorizzaw lill-Presidenza tal-Kunsill biex tinnegozja, f’isem l-Istati Membri, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom u abbażi tal-pożizzjonijiet tagħhom, id-dispożizzjonijiet ta’ FLV dwar il-foresti fl-Ewropa, fil-każ li tkun adottata deċiżjoni biex jinfetħu n-negozjati dwar tali FLV fis-Sitt Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, li ser issir bejn l-14 u s-16 ta’ Ġunju 2011 f’Oslo, in-Norveġja.
2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet futuri tal-Istati Membri rigward il-ħatra tar-rappreżentanti tagħhom dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom.
Artikolu 2
1. In-negozjati għandhom jitwettqu f’konformità mad-Direttivi ta’ Negozjar imniżżla fl-Addendum għal din id-Deċiżjoni.
2. In-negozjati għandhom jiġu mmirati biex jiżdied valur dimostrabbli għall-ftehimiet multilaterali u strumenti mhux legalment vinkolanti eżistenti relatati mal-foresti, filwaqt li jiżguraw implimentazzjoni kost-effettiva u jevitaw aktar piżijiet amministrattivi. Huma għandhom jitwettqu f’konformità ma’ pożizzjonijiet tan-negozjati stabbiliti mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri u abbażi ta’ arranġamenti prattiċi, li t-tnejn li huma għandhom jiġu maqbula b’konsensus. In-negozjati għandhom jitwettqu f’konsultazzjoni mar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-kumitat speċjali msemmi fl-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fin-negozjati dwar ftehim legalment vinkolanti dwar il-foresti fl-Ewropa. Il-Presidenza tal-Kunsill għandha tagħmel kull sforz biex tiżgura l-pożizzjonijiet stabbiliti b’dan, u għandha tirrapporta lir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri dwar il-progress tan-negozjati wara kull sessjoni tal-Kumitat Intergovernattiv ta’ Negozjar.
3. Il-Presidenza, waqt li taġixxi f’isem l-Istati Membri, għandha tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni waqt il-proċess ta’ negozjati, bl-għan li jkun hemm unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Presidenza tal-Kunsill.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ġunju 2011.
Il-President
FELLEGI T.
REGOLAMENTI
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1097/2011
tal-25 ta’ Ottubru 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi koperti bl-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi skont ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Lulju 2011 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti approva aġġornamenti għal-lista tal-individwi u tal-entitajiet soġġetti għall-iffriżar tal-assi. L-Anness I għandu b’hekk jiġi emendat f’dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti
ANNESS
“ANNESS I
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2
A. PERSUNI FIŻIĊI
|
(1) |
Frank Kakolele Bwambale (alias (a) Frank Kakorere, (b) Frank Kakorere Bwambale). Nazzjonalità: Kongoliża. Kariga: Ġeneral tal-FARDC (mingħajr kariga minn Ġunju 2011). Tagħrif ieħor: (a) Telaq mis-CNDP f’Jannar 2008. (b) Residenti f’Kinshasa, ir-Repubblika Domenikana tal-Kongo (RDK) minn Ġunju 2011. (c) Sa mill-2010 kien involut f’attivitajiet, apparentement f’isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, inkluża l-parteċipazzjoni f’missjoni tas-STAREC fil-Goma u fil-Beni f’Marzu 2011; (d) Kien mexxej tal-RCD-ML. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(2) |
Jérôme Kakwavu Bukande (alias (a) Jérôme Kakwavu, (b) Commandant Jérôme). Titolu: Ġeneral. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Kien President tal-UCD/FAPC. (b) Miżmum fil-Ħabs Makala f’Kinshasa, minn Ġunju 2011. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(3) |
Gaston Iyamuremye (alias: (a) Rumuli, (b) Byiringiro Victor Rumuli, (c) Victor Rumuri, (d) Michel Byiringiro). Data tat-twelid: 1948. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Musanze (Provinċja fit-Tramuntana), ir-Rwanda; (b) Ruhengeri, ir-Rwanda. Titolu: Brigadier Ġenerali. Kariga: (a) President tal-FDLR, (b) 2ni Viċi President tal-FDLR-FOCA. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Minn Ġunju 2011, ibbażat f’Kalonge, il-Provinċja tat-Tramuntana ta’ Kivu; (b) Skont bosta sorsi, inkluż il-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-UNSC tar-RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni tat-tmexxija militari u politika tal-FDLR; (c) Gaston Iyamuremye mexxa l-uffiċċju ta’ Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) f’Kibua, ir-RDK sa Diċembru 2009 Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 23.12.2010. |
|
(4) |
Germain Katanga. Titolu: Ġeneral. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fit-18.10.2007. (b) Kap tal-FRPI. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(5) |
Thomas Lubanga. Post tat-twelid: Ituri, ir-RDK. Tagħrif ieħor: (a) Trasferit lill-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17.3.2006; (b) President tal-UPC/L. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(6) |
Khawa Panga Mandro (alias (a) Kawa Panga, (b) Kawa Panga Mandro, (c) Kawa Mandro, (d) Yves Andoul Karim, (e) Chief Kahwa, (f) Kawa, (g) Mandro Panga Kahwa, (h) Yves Khawa Panga Mandro). Data tat-twelid: 20.8.1973. Post tat-twelid: Bunia, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, u sussegwentement trasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda; (b) Minn Ġunju 2011, miżmum fil-Ħabs Ċentrali ta’ Makala f’Kinshasa. (c) Kien President tal-PUSIC. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(7) |
Callixte Mbarushimana. Data tat-twelid: 24.7.1963. Post tat-twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Arrestat f’Pariġi fit-3 ta’ Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f’Kivus fl-2009 u ttrasferit fl-Aja fil-25 ta’ Jannar 2011(b) Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009. |
|
(8) |
Iruta Douglas Mpamo (alias (a) Mpano, (b) Douglas Iruta Mpamo). Data tat-twelid: (a) 28.12.1965, (b) 29.12.1965. Post tat-twelid: (a) Bashali, Masisi, ir-RDK (b’referenza għad-data tat-twelid (a)), (b) Goma, ir-RDK (b’referenza għad-data tat-twelid (b), (c) Uvira). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (b) Residenti f’Gisenyi, ir-Rwanda minn Ġunju 2011. (b) Sid/Meneġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(9) |
Sylvestre Mudacumura (alias (a) Radja, (b) Mupenzi Bernard, (c) General Major Mupenzi, (d) General Mudacumura). Kariga: (a) Kmandant militari tal-FDLR-FOCA; (b) l-ewwel (1st) Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Minn Ġunju 2011, ibbażat fil-foresta Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta’ Kivu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(10) |
Leodomir Mugaragu (alias: (a) Manzi Leon, (b) Leo Manzi). Data tat-twelid: (a) 1954, (b) 1953. Post tat-Twelid: (a) Kigali, ir-Rwanda, (b) Rushashi (Provinċja fit-Tramuntana), ir-Rwanda. Kariga: Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni. Tagħrif ieħor: (a) Skont rappurtar minn sorsi miftuħa u rappurtar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap tal-Persunal tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR; (b) Skont rappurtar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f’livell għoli għall-operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK; (c) Minn Ġunju 2011, ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-FDLR fil-foresta Kikoma, Bogoyi, Walikale, fit-Tramuntana ta’ Kivu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 23.12.2010. |
|
(11) |
Leopold Mujyambere (alias (a) Musenyeri, (b) Achille, (c) Frere Petrus Ibrahim. Data tat-twelid: (a) 17.3.1962, (b) 1966 (estimu). Post tat-twelid: Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Minn Ġunju 2011, Kmandant tas-settur operattiv tan-Nofsinhar ta’ Kivu, issa msejjaħ ‘Amazon’ tal-FDLR-FOCA; (b) Ibbażat f’Nyakaleke (ix-Xlokk ta’ Mwenga, in-Nofsinhar ta’ Kivu) Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009. |
|
(12) |
Ignace Murwanashyaka (alias Ignace). Titolu: Dr. Data tat-twelid: 14.5.1963. Post tat-twelid: (a) Butera, ir-Rwanda; (b) Ngoma, Butare, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) President tal-FDLR u kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR; (b) Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(13) |
Straton Musoni (alias I.O. Musoni). Data tat-twelid: (a) 6.4.1961, (b) 4.6.1961. Post tat-twelid: Mugambazi, Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (b) Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009. (b) Sostitwit bħala l-ewwel(1st) Viċi President tal-FDLR. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. |
|
(14) |
Jules Mutebutsi (alias (a) Jules Mutebusi, (b) Jules Mutebuzi, (c) Colonel Mutebutsi). Post tat-twelid: 1964 Minembwe, in-Nofsinhar ta’ Kivu, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Kien Deputat Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-10 Reġjun Militari; (b) F’Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda u minn dak iż-żmien qiegħed jgħix f’semilibertà f’Kigali (mhux awtorizzat jitlaq il-pajjiż). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(15) |
Mathieu Chui Ngudjolo (alias Cui Ngudjolo). Tagħrif ieħor: (a) Arrestat minn MONUC f’Bunja f’Ottubru 2003. (b) Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta’ Frar 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(16) |
Floribert Ngabu Njabu (alias (a) Floribert Njabu, (b) Floribert Ndjabu, (c) Floribert Ngabu, (d) Ndjabu). Tagħrif ieħor: (a) President tal-FNI; (b) Taħt arrest domiċiljarju f’Kinshasa minn Marzu 2005; (b) Trasferit fl-Aja fis-27 ta’ Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(17) |
Laurent Nkunda (alias (a) Laurent Nkunda Bwatare, (b) Laurent Nkundabatware, (c) Laurent Nkunda Mahoro Batware, (d) Laurent Nkunda Batware, (e) General Nkunda, (f) Nkunda Mihigo Laurent, (g) Chairman, (h) Papa Six). Data tat-twelid: (a) 6.2.1967, (b) 2.2.1967. Post tat-twelid: It-Tramuntana ta’ Kivu/Rutshuru, ir-RDK (b’referenza għad-data tat-twelid (a)). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Kien Ġeneral tal-RCD-G; (b) Fundatur, il-Kungress Nazzjonali għad-Difiża tal-Poplu, 2006; (c) Uffiċjal ta’ Livell ogħli, Rally għad-Demokrazija Kongoliża-Goma (RCD-G), 1998-2006; (d) Uffiċjal tal-Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. (e) Arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwandan f’Jannar 2009 u ġie ssostitwit bħala kmandant tas-CNDP; (f) Taħt arrest domiċiljarju f’Kigali. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(18) |
Félicien Nsanzubukire (alias Fred Irakeza). Kariga: Kap tal-ewwel (1st) battaljun tal-FDLR-FOCA (ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta’ Kivu). Data tat-twelid: 1967. Post tat-twelid: Murama, Kinyinya, Rubungo, Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Membru tal-FDLR sa mill-1994 mill-anqas, u ilu jopera fir-RDK tal-Lvant minn Ottubru 1998. (b) Minn Ġunju 2011 huwa bbażat f’Magunda, it-territorju ta’ Mwenga, in-Nofsinhar ta’ Kivu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 23.12.2010. |
|
(19) |
Pacifique Ntawunguka (alias (a) Colonel Omega, (b) Nzeri, (c) Israel, (d) Pacifique Ntawungula). Kariga: Kmandant, is-Settur Opeattiv tat-Tramuntana ta’ Kivu “SONOKI” tal-FDLR-FOCA. Data tat-twelid: (a) 1.1.1964, (b) 1964 (estimu). Post tat-twelid: Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Minn Ġunju 2011, ibbażat f’Matembe, it-Tramuntana ta’ Kivu; Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009. |
|
(20) |
James Nyakuni. Nazzjonalità: Ugandiża. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(21) |
Stanislas Nzeyimana (alias (a) Deogratias Bigaruka Izabayo, (b) Bigaruka, (c) Bigurura, (d) Izabayo Deo (e) Jules Mateso Mlamba). Kariga: Deputat Kmandant tal-FDLR-FOCA. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) 1967 (estimu), (c) 28.8.1966. Post tat-twelid: Mugusa (Butare), ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Minn Ġunju 2011, ibbażat f’Mukoberwa, it-Tramuntana ta’ Kivu; Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009. |
|
(22) |
Dieudonné Ozia Mazio (alias (a) Ozia Mazio, (b) Omari, (c) Mr Omari). Kariga: President tal-FEC fit-territorju ta’ Aru. Data tat-twelid: 6.6.1949. Post tat-twelid: Ariwara, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Maħsub li miet f’Ariwara fit-23 ta’ Settembru 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(23) |
Bosco Taganda (alias (a) Bosco Ntaganda, (b) Bosco Ntagenda, (c) General Taganda, (d) Lydia, (e) Terminator, (f) Tango, (g) Tango Romeo, (h) Major. Titolu: Brigadier Ġenerali. Kariga: Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar ta’ Kivu (sa minn Jannar 2009) Nazzjonalità: Kongoliża. Data tat-twelid: (a) 1973, (b) 1974. Post tat-twelid: Butera, ir-Rwanda Tagħrif ieħor: (a) Meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f’Nyamitaba, fit-territorju ta’ Masisi, it-Tramuntana ta’ Kivu; (b) Minn Ġunju 2011, huwa jgħix f’Goma u huwa s-sid ta’ azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta’ Ngungu, fit-territorju ta’ Masisi, it-Tramuntana ta’ Kivu; (c) Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta’ Digriet Presidenzjali fil-11 ta’ Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta’ paċi ta’ Ituri; (d) Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f’Jannar 2009; (e) Kmandant militari tal-UPC/L; (f) Kap tal-Persunal tas-CNDP. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(24) |
Innocent Zimurinda (alias Zimulinda). Titolu: Logutenent Kurunell. Data tat-twelid: (a) 1.9.1972, (b) 1975. Post tat-twelid: Ngungu, fit-Territorju Masisi, Provinċja fit-Tramuntana ta’ Kivu, ir-RDK. Titolu: Kurunell. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta’ Ngungu; (b) F’Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f’Ngungu u sussegwentement f’Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo; (c) Waqt li ma deherx fl-ordinanza Presidenzjali tar-RDK fil-31 ta’ Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, huwa de facto żamm il-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f’Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 23.12.2010. |
B. PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI
|
(1) |
Butembo Airlines (alias BAL). Indirizz: Butembo, ir-RDK. Tagħrif ieħor: Minn Diċembru 2008, il-BAL m’għadhiex iżżomm liċenzja tat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru fir-RDK. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. |
|
(2) |
Congomet Trading House. Indirizz: Butembo, it-Tramuntana ta’ Kivu, ir-RDK. Tagħrif ieħor: (a) M’għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f’Butembo, it-Tramuntana ta’ Kivu; (b) Qabel kienet elenkata bħala CONGOCOM. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. |
|
(3) |
Compagnie Aérienne des Grands Lacs (CAGL), (alias Great Lakes Business Company (GLBC)). Indirizz: (a) CAGL: Avenue President Mobutu, Goma, (CAGL għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, ir-Rwanda); (b) GLBC: PO Box 315, Goma, ir-RDK (GLBC għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, ir-Rwanda). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. |
|
(4) |
Machanga Ltd. Indirizz: Kampala, Uganda. Tagħrif ieħor: (a) Kumpanija għall-esportazzjoni tad-deheb (Diretturi: Is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya); (b) Fl-2010, l-assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Soctia Mocatta (Ir-Renju Unit). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. |
|
(5) |
Tous Pour la Paix et le Développement (alias TPD). Indirizz: Goma, it-Tramuntana ta’ Kivu, ir-RDK. Tagħrif ieħor: (a) TPD hija organizzazzjoni mhux governattiva. (b) Goma, b’kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta’ Kivu, f’Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema; (c) Uffiċjalment ġew sospiżi l-attivitajiet kollha mill-2008; (d) Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji ta’ TPD huma miftuħa u involuti f’każijiet relatati mar-ritorni ta’ persuni spostati f’pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta’ rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta’ konflitti dwar l-artijiet, eċċ. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. |
|
(6) |
Uganda Commercial Impex (UCI) Ltd. Indirizz: (a) Kajoka Street, Kisemente, Kampala, Uganda, (b) PO Box 22709, Kampala, Uganda. Tagħrif ieħor: (a) Kumpanija għall-esportazzjoni tad-deheb (Dawk li kienu diretturi: Is-Sur Kunal Lodhia u s-Sur J.V. Lodhia); (b) F’Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f’Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ingħalqu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.” |
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1098/2011
tas-27 ta’ Ottubru 2011
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex id-denominazzjoni “
|
|
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati
IR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1099/2011
tas-27 ta’ Ottubru 2011
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni VIIf u VIIg min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
59/T&Q |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk |
PLE/7FG. |
|
Speċi |
Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) |
|
Żona |
Iż-żoni VIIf u VIIg |
|
Data |
1.10.2011 |
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1100/2011
tal-31 ta’ Ottubru 2011
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi dikamba, difenokonażol u imazakwin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sustanzi attivi dikamba, difenokonażol u imazakwin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE (3) skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 11b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 tal-14 ta’ Awwissu 2002 li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (4). Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dawn is-sustanzi jitqiesu bħala approvati skont dak ir-Regolament u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (5). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 12a tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, aktar ‘il quddiem “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet dwar ir-reviżjoni bejn il-pari għal difenokonażol (6), dikamba (7) u imazakwin (8) fis-17 ta’ Diċembru 2010. Dawn il-konklużjonijiet ġew irreveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fis-27 ta’ Settembru 2011 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għal difenokonażol, dikamba u imazakwin. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni stiednet lin-notifikaturi biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-konklużjonijiet tal-Awtorità. Barra minn dan, skont l-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni stiednet lin-notifikaturi biex iressqu kummenti dwar l-abbozz tar-rapporti tar-reviżjoni għal dikamba, difenokonażol u imazakwin. In-notifikaturi ppreżentaw il-kummenti tagħhom, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(4) |
Huwa kkonfermat li s-sustanzi attivi dikamba, difenokonażol u imazakwin għandhom jitqiesu bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni ta’ dikamba, difenokonażol u imazakwin. B’mod partikolari, huwa xieraq li tintalab informazzjoni ta’ konferma addizzjonali. |
|
(6) |
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Għandu jitħalla perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri, in-notifikaturi u d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emenda tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009,p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(4) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(5) ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva difenokonażol. EFSA Journal 2011; 9(1):1967. [71 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.1967. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva dikamba. EFSA Journal 2011; 9(1):1965. [52 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.1965. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
(8) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva imazakwin. EFSA Journal 2011; 9(1):1968. [57 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.1968. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
ANNESS
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
In-numru 172 dwar is-sustanza attiva dikamba hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Ir-numru 173 dwar is-sustanza attiva defenokonażol hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Ir-ringiela 175 dwar is-sustanza attiva imazakwin hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(*1) 1-[2-[2-kloro-4-(4-kloro-fenossi)-feniyl]-2-1H-[1,2,4]triażol-il]-etanol.
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1101/2011
tal-31 ta’ Ottubru 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
82,9 |
|
MA |
44,5 |
|
|
MK |
60,2 |
|
|
TR |
67,1 |
|
|
ZZ |
63,7 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
151,1 |
|
JO |
191,6 |
|
|
TR |
150,5 |
|
|
ZZ |
164,4 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
129,6 |
|
ZZ |
129,6 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
55,2 |
|
CL |
76,1 |
|
|
TR |
59,0 |
|
|
ZA |
84,2 |
|
|
ZZ |
68,6 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
231,1 |
|
CL |
71,4 |
|
|
TR |
132,1 |
|
|
US |
252,5 |
|
|
ZA |
67,9 |
|
|
ZZ |
151,0 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
48,0 |
|
BR |
86,4 |
|
|
CA |
92,8 |
|
|
NZ |
118,9 |
|
|
US |
86,2 |
|
|
ZA |
121,2 |
|
|
ZZ |
92,3 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
70,6 |
|
TR |
130,3 |
|
|
ZZ |
100,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1102/2011
tal-31 ta’ Ottubru 2011
li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Novembru 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2011
|
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju tal-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 00 00 |
SEGALA |
0,00 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
0,00 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
0,00 |
|
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
0,00 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
|
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed, |
|
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
17.10.2011-28.10.2011
|
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1103/2011
tal-31 ta’ Ottubru 2011
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/12 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1092/2011 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2011
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
46,76 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
46,76 |
0,88 |
|
1701 12 10 (1) |
46,76 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
46,76 |
0,58 |
|
1701 91 00 (2) |
49,57 |
2,60 |
|
1701 99 10 (2) |
49,57 |
0,00 |
|
1701 99 90 (2) |
49,57 |
0,00 |
|
1702 90 95 (3) |
0,50 |
0,22 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Ottubru 2011
li topponi l-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-abbozz ta’ Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża
(2011/713/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5a(3)(b) tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (2),
Wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2009/43/KE, li l-Kummissjoni ppreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 lill-Kunsill għal skrutinju f’konformità mal-Artikolu 5a(3)(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,
Billi:
L-abbozz ta’ Direttiva ppreżentat mill-Kummissjoni jeċċedi s-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fl-att bażiku, billi jirrikjedi li l-Istati Membri jinnotifikaw il-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom fil-forma ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
F’konformità mal-Artikolu 5a(3)(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kunsill jopponi l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-abbozz ta’ Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/43/KE, li l-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill għal skrutinju f’konformità mal-Artikolu 5a(3)(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
A. KRASZEWSKI
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Ottubru 2011
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de Portugal
(2011/714/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2011/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Awwissu 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banco de Portugal intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2010. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2011. |
|
(3) |
Il-Banco de Portugal għażel PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2011 sal-2016. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers & Associados - Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. għandhom jinħatru bħala awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji mill-2011 sal-2016. |
|
(5) |
Huwa xieraq li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(10) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“10. PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. hija b’dan approvata bħala l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji mill-2011 sal-2016.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Ottubru 2011
dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward tad-data dwar id-DNA fil-Latvja
(2011/715/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 25 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAItat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati. |
|
(2) |
U kif meħtieġ, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irrid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbazi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota. |
|
(4) |
Il-Latvja informat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-fajls nazzjonali tal-analiżi tad-DNA li għalihom japplikaw l-Artikolu 2 sa 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u l-kondizzjonijiet għall-tfitxija awtomatizzata kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 36(2) ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
F’konformità mal-Kapitolu 4, punt 1.1, tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data. |
|
(6) |
Il-Latvja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju tad-data dwar id-DNA. |
|
(7) |
Il-Latvja wettqet b’suċċess eżerċizzju pilota mal-Ġermanja. |
|
(8) |
Saret żjara ta’ evalwazzjoni fil-Latvja u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Ġermaniża li ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
|
(9) |
Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-eżerċizzju pilota fir-rigward tal-iskambju tad-data dwar id-DNA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-tiftix u l-paragunar awtomatizzati tad-data dwar id-DNA, il-Latvja implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata tirċievi u tissuplixxi data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ dik id-Deċiżjoni mil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. MILLER
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/25 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Mejju 2011
dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09))
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3504)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/716/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
I. PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-8 ta’ Lulju 2009 l-Konsorzju DAET Loutraki AE - Club Hotel Loutraki AE (“il-kwerelant” jew “Loutraki”) (2) ressaq ilment quddiem il-Kummissjoni rigward il-leġiżlazzjoni Griega li tistabbilixxi sistema ta’ imposti fuq ammissjonijiet għall-każinojiet, filwaqt li allega li s-sistema pprovdiet għajnuna mill-Istat lil tliet operaturi, li huma Regency Casino Mont Parnès, Corfu casino u Regency Casino Thessaloniki (3). Permezz ta’ Messaġġ permezz ta’ posta elettronika tas-7 ta’ Ottubru 2009, il-kwerelant indika li ma oġġezzjonax għall-iżvelar tal-identità tiegħu. Fl-14 ta’ Ottubru 2009 saret laqgħa bejn il-persunal tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-kwerelant. Permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Ottubru 2009, il-kwerelant ipprovda aktar dettalji li jappoġġjaw l-ilment tiegħu. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni bagħtet l-ilment lill-Greċja, u talbet lill-Greċja biex tiċċara l-kwistjonijiet li tqajmu. Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Novembru 2009, il-Greċja talbet aktar żmien biex tirrispondi, li ngħata mill-Kummissjoni permezz ta’ Messaġġ permezz ta’ posta elettronika fit-18 ta’ Novembru 2009. Il-Greċja rrispondiet lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Novembru 2009. |
|
(3) |
Fil-15 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni bagħtet ir-risposta tal-Greċja lill-kwerelant. Il-kwerelant ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu fuq ir-risposta tal-Greċja fid-29 ta’ Diċembru 2009. |
|
(4) |
Fil-25 ta’ Frar, l-4 u t-23 ta’ Marzu u t-13 ta’ April 2010, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mill-Greċja, u l-Greċja rrispondiet fl-10 ta’ Marzu u fl-1 u l-21 ta’ April 2010. |
|
(5) |
Permezz tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2010 (“id-deċiżjoni ta’ ftuħ”), il-Kummissjoni infurmat lill-Greċja li hija kienet se tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali disposta fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ miżura li l-Greċja kienet daħħlet fis-seħħ, jiġifieri l-impożizzjoni ta’ rata tat-taxxa aktar baxxa fuq l-ammissjonijiet għal ċerti każinojiet. Id-deċiżjoni ta’ ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex iressqu l-kummenti tagħhom (4). |
|
(6) |
Permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Awwissu 2010, il-Greċja talbet estensjoni tal-perjodu ta’ żmien biex tagħti risposta, li l-Kummissjoni aċċettat permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Awwissu 2010. Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-Greċja dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ fis-6 ta’ Ottubru 2010. L-awtoritajiet Griegi ppreżentaw informazzjoni addizzjonali rigward il-miżura kkontestata fit-12 ta’ Ottubru 2010. |
|
(7) |
Wara l-ftuħ tal-investigazzjoni l-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn żewġ partijiet interessati: ir-rappreżentanti tal-każinò ta’ Mont Parnès, wieħed mill-benefiċjarji tal-miżura, ikkummentaw permezz ta’ ittra tal-4 ta’ Awwissu 2010, u r-rappreżentanti tal-każinò privat ta’ Loutraki kkummentaw permezz ta’ ittri tat-8 u l-25 ta’ Ottubru 2010. |
|
(8) |
Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lill-awtoritajiet Griegi, biex tagħtihom l-opportunità li jirrispondu. Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Diċembru 2010, l-awtoritajiet Griegi ressqu l-kummenti dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi, li fost affarijiet oħra ppruvaw jiċċaraw ċerti aspetti tal-applikazzjoni tal-iskema in kwistjoni u l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni Griega rilevanti għal analiżi tal-każ. |
II. IL-MIŻURA EVALWATA
II.1 Il-miżura
|
(9) |
Il-miżura li għandha tiġi evalwata tikkonsisti f'diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet li l-awtoritajiet Griegi daħħlu fis-seħħ billi applikaw għadd ta’ dispożizzjonijiet fl-istess ħin, parzjalment obbligatorji, li:
u b'hekk qegħdu lill-każinojiet li huma proprjetà privata fi żvantaġġ kompetittiv (5). |
|
(10) |
Bil-miżura jibbenefikaw il-każinojiet pubbliċi u każinò privat wieħed, ta’ Thessaloniki, li b'mod eċċezzjonali ngħata l-istess trattament bħall-każinojiet pubbliċi, kif spjegat f'aktar dettall hawn taħt. |
II.2 Il-benefiċjarji
|
(11) |
Il-benefiċjarji tal-miżura analizzata huma l-każinojiet Griegi li ġejjin: ta’ Mont Parnès (6), Tessaloniki (7), Korfù (8) u Rodi (9). |
|
(12) |
Fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, l-aktar prezz regolat baxx tal-ammissjoni ta’ EUR 6 applika biss għal tliet każinojiet Griegi: ta’ Mont Parnès, li 49 % minnu kien ġie privatizzat, filwaqt li 51 % mill-ishma baqgħu taħt kontroll pubbliku; ta’ Thessaloniki, li kien privat, iżda ġie ttrattat bħala każinò pubbliku; u ta’ Korfù, li kien każinò pubbliku. Il-każinojiet f'Rodi u f'Korfu waqfu jibbenefikaw mill-miżura f'April 1999 (10) u Awwissu 2010 (11) rispettivament, għax saru kompletament privatizzati, huma waqfu jimponu l-prezz baxx għall-ammissjoni. |
II.3 Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi Griega
|
(13) |
Qabel ma s-suq ġie lliberalizzat fl-1994, kien hemm tliet każinojiet biss li joperaw fil-Greċja, li huma dawk ta’ Mont Parnès, Korfù, u Rodi. Dak iż-żmien il-każinojiet kienu impriżi pubbliċi u kienu operati bħala klabbs li jappartjenu lill-Istat mill-Uffiċċju tat-Turiżmu Grieg (EOT) (12). Il-prezz tal-ammissjoni għal dawn il-każinojiet ġie stabbilit permezz ta’ deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-EOT, kif ġej (13):
|
|
(14) |
Is-suq ġie lliberalizzat fl-1994, skont il-Liġi 2206/1994, meta l-każinojiet eżistenti li kienu proprjetà pubblika ġew magħquda ma’ sitt każinojiet privati ġodda (15). Il-Liġi tal-1994 pprovdiet għall-għoti ta’ total ta’ 14-il liċenzja, għat-tliet każinojiet eżistenti li kienu proprjetà pubblika ta’ Rodi, Mont Parnès u Korfù u 11-il każinò privat li għandhom jiġu stabbiliti (16). Mill-11-il każinò privat ġdid previst, madankollu, sitta biss ingħataw liċenzja u bdew joperaw, li huma l-każinojiet f'Chalkidiki, Loutraki, Tessaloniki, Rio (Achaia), Xanthi (Thrace) u Syros (fl-1995 u l-1996); il-ħames liċenzji l-oħra ġew ikkanċellati. |
|
(15) |
L-Artikolu 2(10) tal-Liġi 2206/1994 stipula li l-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet f'ċerti oqsma jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni ministerjali; l-istess deċiżjoni tiddetermina wkoll il-perċentwal tal-prezz li jikkostitwixxi dħul għall-Istat Grieg. Fis-16 ta’ Novembru 1995 deċiżjoni tal-Ministru tal-Finanzi (17) stabbiliet li mill-15 ta’ Diċembru 1995 l-operaturi kollha tal-każinojiet irregolati mil-Liġi 2206/1994 kellhom jimponu prezz tal-ammissjoni (18) ta’ GRD 5 000 (19) (madwar EUR 15) (20). Id-deċiżjoni teħtieġ li l-operaturi tal-każinojiet iħallsu 80 % tal-valur nominali ta’ kull biljett bħala imposta pubblika lill-Istat, filwaqt li l-20 % li jifdal, inkluża l-VAT xierqa, għandu jkun dħul għall-każinò (21). Id-deċiżjoni tistabbilixxi li l-każinò jista' jippermetti ammissjoni mingħajr ħlas (22). Irrispettivament minn dak li fil-fatt jimponu fuq il-konsumaturi, madankollu, il-każinojiet għandhom iħallsu 80 % tal-prezz irregolat lill-Istat (23). Id-deċiżjoni teħtieġ li l-każinojiet iħallsu l-imposti kull xahar (24). Hija tipprovdi wkoll għal skontijiet speċifikati fuq il-biljetti li huma validi għal 15 jew 30 jum (25). |
|
(16) |
Il-każinojiet privati l-ġodda kollha stabbiliti sa mill-1995 skont il-Liġi 2206/1994 applikaw id-deċiżjoni ministerjali tal-1995, u imponew il-prezz ta’ EUR 15 għal ammissjoni - bħala regola ġenerali, kif spjegat fil-paragrafu preċedenti - bl-unika eċċezzjoni ta’ Tessaloniki, kif spjegat hawn taħt. |
|
(17) |
Madankollu, il-każinojiet proprjetà tal-Istat ta’ Mont Parnès, Korfù u Rodi komplew joperaw bħala klabbs tal-EOT (26), u ma applikawx il-leġiżlazzjoni tal-1994 u l-1995 sal-għoti tal-liċenzji previst fil-Liġi 2206/1994. |
|
(18) |
Mill-osservazzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet tar-regoli nazzjonali ppreżentati mill-awtoritajiet Griegi, il-Kummissjoni tifhem li fil-prattika s-sistema ħadmet kif ġej. |
|
(19) |
L-awtoritajiet Griegi spjegaw li l-operat tal-każinojiet fil-Greċja huwa ġeneralment irregolat mil-Liġi 2206/1994. Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-każinojiet pubbliċi li kienu jeżistu qabel il-Liġi 2206/1994 huma kkunsidrati bħala eċċezzjonijiet mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Liġi (u d-deċiżjoni ministerjali ta’ implimentazzjoni tal-1995), sakemm issir il-privatizzazzjoni ta’ dawn il-każinojiet u l-kwistjoni tal-liċenzji li l-Liġi tipprevedi. |
|
(20) |
Sad-data meta ġew liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994, għalhekk, id-deċiżjoni ministerjali tal-1995 ma kinitx meqjusa li tapplika għall-każinojiet pubbliċi kemm jekk rigward il-prezz standard tal-ammissjoni ta’ EUR 15, jew rigward il-ħtieġa li jitħallas lura 80 % ta’ dak il-prezz lill-Istat. Il-każinojiet pubbliċi bdew iħallsu dan it-80 % biss meta ngħataw il-liċenzji previsti fil-Liġi 2206/1994 (ara l-paragrafi 23 ff. ta’ hawn taħt). Anke hekk, madankollu, peress li d-deċiżjonijiet preeżistenti tal-EOT li jistabbilixxu l-prezz tal-ammissjoni ta’ EUR 6 kienu meqjusa li jiffurmaw eċċezzjoni speċifika (lex specialis preeżistenti) li ma kinitx inbidlet bid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Liġi 2206/1994 u d-deċiżjoni ministerjali tal-1995, il-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet pubbliċi eċċezzjonalment baqa' EUR 6, u dawn il-każinojiet ħallsu biss 80 % ta’ EUR 6. Id-deċiżjonijiet tal-EOT kienu kkunsidrati mhux applikabbli biss wara l-privatizzazzjoni, meta l-każinojiet ma kinux baqgħu kompletament proprjetà tal-Istat. F'dak il-punt biss il-każinojiet bdew jimponu l-prezz standard tal-ammissjoni ta’ EUR 15 u kienu obbligati li jħallsu 80 % tal-EUR 15 bħala imposta lill-Istat. |
|
(21) |
Għalkemm jidher li din kellha tkun ir-regola, kien hemm eċċezzjoni fil-privatizzazzjoni parzjali tal-każinò ta’ Mont Parnès, ikkonfermata bil-Liġi 3139/2003 (li pprovdiet dispożizzjoni wkoll għall-privatizzazzjoni ta’ Korfù aktar tard): dik il-Liġi ddikjarat espressament li l-prezz tal-ammissjoni għall-Mont Parnès jibqa' jkun ta’ EUR 6. |
|
(22) |
Fl-2000 l-EOT ġie sostitwit bħala operatur tal-każinojiet ta’ Korfù u Mont Parnès minn Elliniki Etaireia Touristikis Anaptyxis (Kumpanija Ellenika għall-Iżvilupp tat-Turiżmu, “ETA”), li kienet posseduta kompletament mill-Istat Grieg, u mill-aħħar tas-sena 2000 sal-2003, meta l-każinojiet tagħha ġew liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994, l-ETA bdiet, l-ewwel volontarjament u aktar tard skont l-Artikolu 24 tal-Liġi 2919/2001, tadatta gradwalment għall-ħtiġiet stabbiliti għall-każinojiet bil-Liġi 2206/1994, sabiex tħejji dawk li qabel kienu żewġ klabbs proprjetà pubblika għal-liċenzjar u l-privatizzazzjoni sħiħa (27). Matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni l-ETA bagħtet lill-Istat 80 % tal-prezz ta’ EUR 6 għall-biljetti tal-ammissjoni għal Mont Parnès u Korfù. |
|
(23) |
Fl-2003 l-każinò li kien proprjetà pubblika ta’ Mont Parnès ġie kkonvertit f'kumpanija b'responsabbiltà limitata, u 49 % tal-kapital tiegħu nbiegħ lis-settur privat (28). Il-liċenzja għall-każinò ta’ Mont Parnès stabbilita fil-Liġi 2206/1994 finalment ingħatat fl-2003 skont il-Liġi 3139/2003 (Artikolu 1(1)). L-istess Liġi żammet il-prezz tal-ammissjoni għal Mont Parnès għal EUR 6 (Artikolu 1(1)(vii)). |
|
(24) |
Fil-każ tal-każinò ta’ Korfù, il-liċenzja pprovduta fil-Liġi 2206/1994 kienet inizjalment mogħtija lill-ETA fl-2003 skont il-Liġi 3139/2003 (Artikolu 1(3)) sabiex l-ETA tkun tista' tinkludih fi privatizzazzjoni aktar tard. L-istess dispożizzjoni stipulat li l-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Korfù jkun stabbilit permezz ta’ deċiżjoni ministerjali ġdida, u b'hekk implikat li d-deċiżjoni ministerjali tas-sena 1995 ma kinitx applikabbli. Skont l-informazzjoni tal-Kummissjoni, qatt ma ħarġet ebda deċiżjoni ministerjali ġdida, u l-każinò ta’ Korfù kompla jimponi ħlas ta’ EUR 6 sal-privatizzazzjoni tiegħu f'Awwissu 2010, meta beda japplika l-prezz ta’ EUR 15 (29). |
|
(25) |
Fil-każ tal-każinò ta’ Rodi, il-liċenzja prevista fil-Liġi 2206/1994 ħarġet fl-1996 permezz tad-Deċiżjoni Ministerjali Τ/633 tad-29 ta’ Mejju 1996. Madankollu, il-każinò kompla jimponi prezz tal-ammissjoni mnaqqas, u qaleb għal EUR 15 biss wara l-privatizzazzjoni tiegħu f'April 1999: sa qabel il-privatizzazzjoni tiegħu huwa kien jopera taħt il-kontroll tal-EOT, u konsegwentement applika d-deċiżjoni tal-EOT tal-1992 li stabbiliet il-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Rodi għal GRD 1 500 (30). |
|
(26) |
Il-każinò ta’ Tessaloniki li huwa proprjetà privata twaqqaf u ġie liċenzjat skont il-Liġi 2206/1994 fl-1995 (31). Huwa dejjem impona l-prezz tal-ammissjoni mnaqqas ta’ EUR 6 applikat mill-każinojiet li huma proprjetà pubblika (ta' Mont Parnès u Korfù), fuq il-bażi tad-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 (32), li jipprovdi li impriżi kostitwiti b'investiment barrani għandhom jibbenefikaw minn trattament mill-inqas favorevoli daqs dak applikabbli għal impriżi simili oħra f'dak il-pajjiż (33). Meta darba tqajmet il-kwistjoni, il-maniġer tal-każinò (jiġifieri Hyatt Regency) għamel talba li l-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Tessaloniki jiġi stabbilit fl-istess livell bħal dak ta’ Mont Parnès, jiġifieri EUR 6. Wara li nkisbet opinjoni mill-Kunsill Legali tal-Istat (l-opinjoni 631/1997), din it-talba ġiet aċċettata. Peress li l-liċenzja tiegħu kienet inħarġet fl-1995, il-każinò ta’ Tessaloniki kien suġġett għall-ħtieġa li jħallas lura t-80 % tal-valur nominali tal-biljetti tal-ammissjoni lill-Istat (34). |
III. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-INVESTIGAZZJONI
|
(27) |
Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE għax kellha dubji serji li jista' jkun hemm trattament fiskali diskriminatorju ta’ diversi każinojiet identifikati speċifikament fil-Greċja, li kienu jgawdu arranġamenti fiskali aktar favorevoli minn każinojiet oħra fil-pajjiż. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura kkontestata ma kinitx konformi mar-regoli legali ġenerali li jistabbilixxu l-livell normali ta’ imposti fuq ammissjonijiet għall-każinojiet, u b'hekk tejbet il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarji. |
|
(29) |
Il-miżura kkontestata dehret li kienet tikkostitwixxi telf ta’ dħul pubbliku lill-Istat Grieg, u tat vantaġġ lill-każinojiet bi prezz orħos. Għall-argument tal-awtoritajiet Griegi li l-benefiċjarju dirett ta’ prezz tal-ammissjoni orħos kien il-klijent, il-Kummissjoni rrispondiet li sussidju lill-konsumaturi jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil impriża jekk ikun sar kundizzjonali fuq l-użu ta’ oġġett jew servizz partikolari li kien ipprovdut minn din l-impriża (35). |
|
(30) |
Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-livell ta’ tassazzjoni ma jidhirx li kien stabbilit skont iċ-ċirkostanzi tal-każinò individwali (36); il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li l-miżura kienet selettiva (37). |
|
(31) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura kkontestata setgħet tfixkel il-kompetizzjoni bejn il-każinojiet fil-Greċja, u fis-suq għall-akkwist ta’ negozji fl-Ewropa. Il-Kummissjoni qalet illi hi rispettat bis-sħiħ id-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw il-logħob tal-azzard fit-territorju tagħhom, suġġett għal-Liġi tal-UE, iżda ma qablitx li dan ifisser li l-miżura in kwistjoni ma setgħetx tfixkel il-kompetizzjoni u ma kellha l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-operaturi fl-industrija ħafna drabi kienu gruppi internazzjonali tal-lukandi, li d-deċiżjoni tagħhom li jinvestu tista' tiġi affettwata mill-miżura, u l-każinojiet jistgħu jaġixxu bħala attrazzjoni biex it-turisti jżuru l-Greċja. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-miżura kienet kapaċi tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (38). |
|
(32) |
Il-Kummissjoni provviżorjament kienet tal-fehma li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali, peress li kienet ġiet implimentata mill-awtoritajiet Griegi mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u li l-għajnuna jista' jkun li jkollha tiġi rkuprata, suġġett għall-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (“ir-Regolament Proċedurali”) (39). |
|
(33) |
Il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda raġunijiet biex il-miżura kkontestata tiġi meqjusa bħala kumpatibbli mas-suq intern; il-miżura dehret li kienet tikkostitwixxi għajnuna operattiva mhux ġustifikata għall-każinojiet li bbenefikaw (40). |
|
(34) |
Il-Kummissjoni osservat li jekk id-dubji tagħha li l-miżura kienet tinkludi għajnuna mill-Istat mhux kumpatibbli jiġu kkonfermati, hija tkun obbligata skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Proċedurali biex tordna lill-Greċja tirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarji, sakemm dan ma jkunx kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi (41). |
IV. KUMMENTI LI WASLU MINGĦAND L-AWTORITAJIET GRIEGI U MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(35) |
Matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Greċja, minn rappreżentant ta’ Elliniko Kazino Parnithas AE (“Mont Parnès”), u mir-rappreżentanti tal-każinò privat f'Loutraki (“Loutraki”). |
IV.1. Kummenti mill-Greċja u minn Mont Parnès
|
(36) |
Il-kummenti mressqa mir-rappreżentant tal-każinò benefiċjarju ta’ Mont Parnès u dawk li waslu mingħand l-awtoritajiet Griegi huma essenzjalment identiċi, u se jiġu mqassra flimkien f'din it-Taqsima. |
IV.1.1 Preżenza ta’ għajnuna
|
(37) |
Kemm l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès jiċħdu li hemm xi għajnuna mill-Istat. Huma jargumentaw li l-Istat ma jitlef l-ebda dħul, jew li jekk jiġri hekk il-każinojiet ma jiksbu l-ebda vantaġġ. |
|
(38) |
L-awtoritajiet Griegi jargumentaw li d-differenzazzjoni fil-prezz hija kwistjoni ta’ regolazzjoni tal-prezzijiet biss, peress li t-taxxa miġbura hija fi proporzjon uniformi mal-prezz rispettiv tal-biljetti tal-ammissjoni maħruġa. |
|
(39) |
Skont l-awtoritajiet Griegi, l-għan segwit fl-iffissar ta’ prezz tal-ammissjoni u fil-ħtieġa li jsir ħlas lill-Istat mhuwiex biex jiġbor dħul għall-Istat iżda biex jiskoraġġixxi lil persuni b'introjtu baxx mil-logħob tal-azzard. Il-fatt li l-prezz tal-ammissjoni jipproduċi wkoll dħul pubbliku ma jibdilx in-natura tiegħu bħala miżura ta’ kontroll. L-awtoritajiet Griegi għalhekk huma tal-fehma li r-rekwiżit li biljett tal-ammissjoni jinħareġ bi prezz speċifiku lill-klijenti li jidħlu f'żoni ta’ logħob tal-azzard fil-każinojiet hija miżura amministrattiva ta’ kontroll li timponi tariffa, iżda li m'għandhiex natura ta’ taxxa, u ma tistax titqies bħala piż fiskali, kif ġie kkonstatat fis-sentenza Nru 4027/1998 tal-Kunsill tal-Istat, il-qorti amministrattiva suprema fil-Greċja (42). |
|
(40) |
Fir-rigward tad-differenzi bejn il-prezzijiet tal-każinojiet differenti, il-Greċja ssostni li ċ-ċirkustanzi ekonomiċi u soċjali tal-każinojiet varji huma differenti u mhumiex paragunabbli. L-awtoritajiet Griegi jsostnu li d-differenza bejn it-tariffi hija ġustifikata għal raġunijiet ta’ politika pubblika: huma jsostnu b'mod partikolari li ċ-ċirkustanzi tal-każinojiet differenti jiġġustifikaw u huma konsistenti għal kollox mal-prattika ta’ ffissar ta’ prezz differenti tal-biljetti għall-każinojiet li jinsabu qrib ċentri urbani kbar u għall-każinojiet fil-kampanja, li hija abitata prinċipalment minn popolazzjonijiet rurali li - fil-maġġoranza tagħhom - għandhom introjtu u livelli ta’ edukazzjoni baxxi, u huma aktar fil-bżonn li jiġu skoraġġuti mil-logħob tal-azzard mill-abitanti taż-żoni urbani. |
|
(41) |
Il-kwerelant, Loutraki, osserva li meta l-każinò ta’ Korfù ġie privatizzat fl-2010 il-prezz tal-ammissjoni żdied minn EUR 6 għal EUR 15, li Loutraki jgħid li pjuttost jikkontradixxi l-argumenti tal-politika pubblika; l-awtoritajiet Griegi jirrispondu li l-lokazzjoni ġeografika remota tal-gżira ta’ Korfù tfisser li mhix f'kompetizzjoni mal-każinojiet Griegi l-oħra, u għalhekk il-kompetizzjoni ma tistax tiġi mfixkla. L-awtoritajiet Griegi jsostnu wkoll li huwa imperattiv li l-prezz tal-ammissjoni isir dissważiv sabiex jiġu protetti l-abitanti ta’ Korfù, peress li l-bidla fil-kundizzjonijiet operattivi tal-każinò wara l-privatizzazzjoni inevitabbilment se jwasslu għal żieda drammatika fil-ħinijiet ta’ ħidma tiegħu, il-livell ġenerali ta’ attività tiegħu u l-attrattività tiegħu. |
|
(42) |
Jekk ikun hemm xi vantaġġ mogħti fuq każinojiet bi prezzijiet orħos, minħabba li jattiraw aktar klijenti, l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès jikkontestaw l-opinjoni li għandu neċessarjament ikun hemm telf ta’ dħul pubbliku. Lanqas mhuwa ċert li kieku l-prezz tal-ammissjoni jkun ogħla dawn il-benefiċjarji allegati jiġġeneraw aktar dħul għall-Istat, u għalhekk it-telf allegat tad-dħul huwa ipotetiku. L-awtoritajiet Griegi u Parnès Mont jargumentaw li l-benefiċċju ta’ prezz orħos tal-ammissjoni jirċevieh il-klijent, u li s-sehem tal-prezz miżmum mill-każinò jammonta għal aktar fil-każinojiet li jimponu ħlas ta’ EUR 15 għall-ammissjoni, li huwa ta’ benefiċċju għall-każinojiet bi prezz ogħla. |
|
(43) |
L-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès isostnu li m'hemm l-ebda effett fuq il-kompetizzjoni jew il-kummerċ, peress li kull każinò jservi suq lokali. Huma jikkontestaw il-possibiltà ta’ kompetizzjoni ma’ forom oħrajn ta’ logħob tal-azzard li huwa allegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, u jindikaw li l-logħob tal-azzard minn fuq l-Internet bħalissa huwa illegali fil-Greċja. |
|
(44) |
L-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès isostnu li anki kieku kellu jiġi aċċettat li l-prezz tal-ammissjoni mnaqqas ta’ EUR 6 seta' influwenza jew jista' jinfluwenza d-deċiżjoni ta’ kumpanija barranija biex tinvesti f'każinò fil-Greċja, il-kumpanija barranija dejjem tkun tista' tapprofitta ruħha mid-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953, kif għamel Hyatt Regency Xenodocheiaki kai Touristiki (Thessaloniki) AE fil-każ tal-każinò ta’ Tessaloniki. |
|
(45) |
Il-kwerelant jallega li l-benefiċjarji jistgħu jippermettu ammissjoni mingħajr ħlas, filwaqt li l-imposta ta’ 80 % xorta għandha titħallas, li huwa jgħid li dan juri b'mod ċar li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat; l-awtoritajiet Griegi jirrispondu li l-prattika hija eċċezzjonali, peress li l-każinojiet jużaw din il-possibbiltà sabiex joffru ammissjoni kumplimentari prinċipalment lill-VIPs jew klijenti ċelebrità, u li din il-prattika tmur kontra l-liġi fiskali (Liġi 2238/1994), peress li l-ħlas ta’ 80 % tal-prezz tal-biljett lill-Istat mir-riżorsi proprji tal-impriża ma jkunx rikonoxxut bħala nefqa produttiva u ma jistax jitnaqqas mid-dħul tal-kumpanija, u b'hekk kumpanija li twettaq prattika bħal din iġġarrab piż fiskali sostanzjali. |
|
(46) |
L-awtoritajiet u Mont Parnès jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni wkoll lejn differenzi oħrajn bejn każinojiet taħt miżuri fiskali u regolatorji differenti. Huma jgħidu li dawn id-differenzi huma favur il-kwerelant, Loutraki, u jpattu għall-vantaġġi li jgawdu l-benefiċjarji minħabba l-prezz orħos tal-ammissjoni. B'mod partikolari, kull każinò jħallas proporzjon tal-qligħ gross annwali lill-Istat, iżda skont il-Liġi Loutraki jħallas proporzjon aktar baxx milli jagħmlu oħrajn. Il-Kummissjoni tfakkar, qabel kollox, li jekk il-miżuri l-oħra msemmija mill-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès tabilħaqq jeżistu, dawn jistgħu jikkostitwixxu miżura ta’ għajnuna separata għall-benefiċċju ta’ Loutraki, sakemm it-termini kollha tal-liġi applikabbli tal-għajnuna mill-Istat tal-UE jiġu sodisfatti. Fi kwalunkwe każ, madankollu, dawn huma differenti mill-miżura evalwata, u jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(47) |
Fl-aħħar nett, il-Greċja indikat li hija qed tikkunsidra l-possibbiltà ta’ bidla fil-politika tal-prezzijiet tagħha għall-każinojiet, sabiex telimina d-diskriminazzjoni bejniethom. Madankollu, għadha ma informatx lill-Kummissjoni li kwalunkwe bidla bħal din qed tiġi implimentata. |
|
(48) |
L-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès ma ressqu l-ebda osservazzjoni rigward il-kompatibbiltà u l-legalità ta’ kwalunkwe għajnuna. |
IV.1.2. Il-kwantifikazzjoni u l-irkupru tal-għajnuna
|
(49) |
Alternattivament, l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès isostnu li anke li kieku kellu jiġi kkonstatat li l-miżura evalwata kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali u mhux kumpatibbli, l-irkupru ta’ dik l-għajnuna jmur kontra żewġ prinċipji.
|
|
(50) |
Rigward il-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat, l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès jikkontestaw il-kalkolu propost minn Loutraki, li jissuġġerixxi li d-differenza fit-taxxa għal kull klijent imposta mill-każinojiet bi prezzijiet aktar għolja u dawk bi prezzijiet orħos tiġi mmultiplikata bin-numru ta’ klijenti li jidħlu fil-każinojiet benefiċjarji. Huma jgħidu li dak il-kalkolu, huwa żbaljat u arbitrarju, peress li mhux ċert li bi prezz ogħla tal-biljetti l-każinojiet allegati benefiċjarji ta’ Mont Parnès, Tessaloniki u Korfù (44) jkollhom l-istess klijentela. |
IV.2. Kummenti li waslu minn Loutraki
|
(51) |
Loutraki jargumenta li l-miżuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jikkostitwixxu diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet, safejn l-imposta uniformi ta’ 80 % li għandha tintbagħat lura lill-Istat fuq id-dħul għall-każinojiet tapplika għall-bażijiet fiskali differenti, jiġifieri ż-żewġ prezzijiet tal-ammissjoni differenti stabbiliti mill-Istat. Il-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet benefiċjarji huwa ferm inqas mill-prezz fil-każinojiet l-oħra (EUR 6 minflok EUR 15), li jirrappreżenta telf ta’ dħul għall-Istat, u minħabba d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li jikkawża dan jammonta għal għajnuna mill-Istat. |
|
(52) |
Loutraki jargumenta wkoll li l-miżura mhix ġustifikata oġġettivament, peress li l-impożizzjoni ta’ prezz orħos tal-ammissjoni għall-każinojiet benefiċjarji fil-fatt tmur kontra l-għan soċjali u l-ġustifikazzjoni u l-karatteristiċi tal-iffissar ta’ prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet li ġie diskuss fis-sentenza Nru 4027/1998 tal-Kunsill tal-Istat. Loutraki jsostni li ma jistax jiġi raġonevolment argumentat li l-kontroll amministrattiv u l-protezzjoni soċjali jistgħu jinkisbu billi jiġu imposti prezzijiet differenti għall-biljetti tal-ammissjoni – fil-każinò ta’ Mont Parnès, madwar 20 km biss miċ-ċentru tal-belt ta’ Ateni, l-ammissjoni tiswa EUR 6, filwaqt li f'Loutraki, madwar 85 km miċ-ċentru tal-belt ta’ Ateni, l-ammissjoni tiswa EUR 15; fil-każinò ta’ Tessaloniki, madwar 8 km biss miċ-ċentru tal-belt ta’ Tessaloniki, l-ammissjoni tiswa EUR 6, filwaqt li f'Chalkidiki, madwar 120 km miċ-ċentru tal-belt ta’ Tessaloniki, din tiswa EUR 15. |
|
(53) |
Loutraki josserva li l-Greċja qabel kienet argumentat li l-prezz imnaqqas ta’ EUR 6 għall-ammissjoni kien ġustifikat miċ-ċirkostanzi speċjali ta’ kull każinò benefiċjarju, li huma relatati prinċipalment mal-lokazzjoni ġeografika (li stabbiliet ċerti karatteristiċi ekonomiċi, soċjali, demografiċi u karatteristiċi speċifiċi oħrajn), iżda li meta l-każinò ta’ Korfù ġie privatizzat f'Awwissu 2010 dan beda jitlob ħlas ta’ EUR 15 mingħajr l-ebda spjegazzjoni ta’ għaliex dawn iċ-ċirkostanzi speċjali li ma baqgħux japplikaw. |
|
(54) |
Rigward il-kwantifikazzjoni tal-ammont li għandu jiġi rkuprat, Loutraki jsostni li s-somma involuta hija d-differenza fit-taxxa imposta għal kull klijent immultiplikata bin-numru ta’ klijenti li jidħlu fil-każinojiet benefiċjarji. |
|
(55) |
F'dak li jirrigwarda l-miżuri separati msemmija mill-Greċja u Mont Parnès li fil-fehma tagħhom jiffavorixxu lil Loutraki, fejn dik ewlenija tistipula li Loutraki allegatament iħallas proporzjon aktar baxx ta’ profitti gross annwali lill-Istat milli jagħmlu każinojiet oħra, Loutraki jsostni li fil-prattika huwa ħallas l-istess ammont bħall-kompetituri tiegħu, skont ftehim separat mal-awtoritajiet. |
V. VALUTAZZJONI
|
(56) |
Il-miżura li għandha tiġi evalwata tikkonsisti f'diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet li l-awtoritajiet Griegi daħħlu fis-seħħ billi japplikaw fl-istess ħin għadd ta’ dispożizzjonijiet (45) li jistabbilixxu imposta uniformi ta’ 80 % fuq il-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet, u jistabbilixxu prezzijiet regolati differenti għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u dawk li huma proprjetà privata, jiġifieri EUR 6 għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u EUR 15 għall-każinos li huma proprjetà privata, u b'hekk iqiegħdu lill-każinojiet li huma proprjetà privata fi żvantaġġ kompetittiv (46). |
V.1 Il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(57) |
Sabiex taċċerta jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat maqbuda mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-Artikolu 107(1) jistipula li “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
|
(58) |
Il-Kummissjoni għalhekk għandha tevalwa jekk il-miżura kkontestata tissodisfax l-erba' kundizzjonijiet kollha meħtieġa jekk din tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1). |
V.1.1 Vantaġġ mogħti
|
(59) |
Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura għandha tagħti vantaġġ lill-benefiċjarji li jiffrankalhom il-ħlasijiet li normalment ikollhom iħallsu mill-baġits tagħhom stess. |
|
(60) |
L-awtoritajiet Griegi sostnew, l-ewwel nett, li l-miżura hija barra mill-ambitu tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għax il-livell tal-kontribuzzjoni li l-każinojiet kollha li joperaw fil-Greċja għandhom iħallsu lill-Istat huwa uniformi, ta’ 80 % tal-valur ta’ kull biljett tal-ammissjoni, filwaqt li l-element ta’ differenza fit-trattament ġejja mill-politika tal-prezzijiet stabbilita fl-1994 u 1995 mil-leġiżlazzjoni, li stabbiliet li l-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994 huwa ta’ EUR 15. |
|
(61) |
L-awtoritajiet Griegi jsostnu wkoll li l-prezz tal-ammissjoni huwa biss miżura ta’ kontroll amministrattiva, u m'għandux in-natura ta’ taxxa, għax skont is-sentenza Nru 4025/1998 tal-Kunsill tal-Istat l-iffissar ta’ prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet għandu karattru soċjali u mhuwiex miżura fiskali. |
|
(62) |
Għandu jiġi mfakkar, qabel kollox, li l-iffissar tal-prezzijiet bil-Liġi 2206/1994 ma jistax jiġi deskritt faċilment bħala politika tipika tal-prezzijiet, peress li l-każinojiet jidhru li huma liberi li jimponu fuq il-konsumaturi prezz orħos tal-ammissjoni, jew anke li jippermettu l-ammissjoni mingħajr ħlas għalkemm fil-każijiet kollha dawn jibqgħu suġġetti għall-obbligu li jħallsu lill-Istat 80 % tal-valur tal-biljett tal-ammissjoni maħruġ, irrispettivament minn dak li attwalment kellu jitħallas mill-konsumatur. |
|
(63) |
Fi kwalunkwe każ, fl-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat huwa irrilevanti jekk il-miżura evalwata hix taxxa jew miżura għall-iffissar tal-prezzijiet, peress li l-Artikolu 107 japplika għall-għajnuna “ta' kwalunkwe forma” li tagħti vantaġġ. Il-fatt li l-għan primarju tagħha mhuwiex li tiġġenera dħul fiskali mhuwiex biżżejjed fih innifsu sabiex jippermetti li tali miżura ma tiġix klassifikata bħala għajnuna mill-Istat. |
|
(64) |
Anke jekk jiġi aċċettat li l-iffissar ta’ prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet jista' jkollu għan soċjali, il-kwistjoni dwar jekk din tikkostitwixxix vantaġġ li jammonta għal għajnuna mill-Istat għandha tiġi evalwata f'termini tal-effetti fuq impriżi individwali, sabiex jiġi stabbilit jekk xi impriżi jikkontribwixxux inqas għad-dħul pubbliku. Peress li l-eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-prezz ġenerali tal-ammissjoni ta’ EUR 15 ngħatat individwalment lill-każinojiet speċifiċi, u b'mod partikolari li l-imposta ta’ 80 % għandha titħallas lill-Istat fuq il-bażi tal-prezz orħos li dawk il-każinojiet huma meħtieġ li jitolbu (fil-prinċipju, ara hawn fuq), dawk il-każinojiet huma mogħtija vantaġġ. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu miżura bħala miżura fiskali jew mod ieħor skont il-liġi nazzjonali tagħhom stess. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni mhi diretta bl-ebda mod biex tinterpreta d-dritt nazzjonali. Madankollu, din il-miżura għandha l-effett li tagħmel possibbli ħlas kontinwu regolari lill-Istat ta’ 80 % tal-prezz ta’ kull biljett tal-ammissjoni maħruġ minn kull każinò. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li skont il-liġi nazzjonali (b'mod partikolari l-Liġi 2206/1994 u d-deċiżjoni ministerjali tal-1995), l-ammonti dovuti għandhom jiġu depożitati għand l-uffiċċju xieraq tat-taxxa tad-dħul (47). Filwaqt li l-klassifikazzjoni tal-miżura skont il-liġi nazzjonali ma tiġix affettwata, il-Kummissjoni tosserva li l-miżura għandha effetti simili għal dawk ta’ miżura fiskali. Għaldaqstant, għall-finijiet biss ta’ din id-Deċiżjoni u tal-valutazzjoni skont il-Liġi tal-UE tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hawnhekk se tirreferi għall-miżura bħala “miżura fiskali”, “taxxa” jew “tassazzjoni”. |
|
(66) |
Il-miżura evalwata, jiġifieri d-diskriminazzjoni fiskali prodotta minħabba l-effett konġunt ta’ taxxa uniformi ta’ ammissjoni applikata fuq prezzijiet regolati mhux ugwali tal-ammissjoni, tqiegħed lill-każinojiet li huma proprjetà tal-Istat fil-Greċja f'vantaġġ meta mqabbla ma’ dawk li huma proprjetà privata. L-effett konġunt taż-żewġ azzjonijiet Statali huwa li filwaqt li l-każinojiet li huma proprjetà privata għandhom iħallsu lill-Istat taxxa għal ammissjoni ta’ EUR 12 għal kull persuna (80 % × 15), il-każinojiet li huma proprjetà tal-Istat iħallsu biss EUR 4,80 (80 % × 6) (48). |
|
(67) |
Permezz ta’ din il-miżura l-Istat Grieg jiffranka lill-każinojiet pubbliċi l-piż li kieku kien ikollhom iġarrbu li kieku t-tassazzjoni ma kinitx diskriminatorja u kieku l-kompetizzjoni kienet newtrali. It-tassazzjoni mhux diskriminatorja u l-kompetizzjoni newtrali kienet fil-prinċipju stabbilita fil-Greċja permezz tal-Liġi 2206/1994 dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni, l-operat u s-superviżjoni tal-każinojiet, li stabbiliet li l-prezz tal-ammissjoni jkun EUR 15 u t-taxxa dovuta lill-Istat tkun 80 % ta’ dak il-livell. Madankollu, l-Istat Grieg ma applikax din is-sistema mhux diskriminatorja u ta’ kompetizzjoni newtrali tat-tassazzjoni għall-każinojiet pubbliċi (jew il-każinò privat ta’ Tessaloniki, li huwa ttrattat bl-istess mod), u minflok ippermettilhom li jħallsu biss EUR 4,80 f'taxxa tal-ammissjoni: konsegwentement huwa ffavorixxa lil dawn l-impriżi. Dawn il-każinojiet kellhom iħallsu piż fiskali eħfef għal kull persuna mid-dħul totali tagħhom. Id-dħul totali tagħhom jinkludi d-dħul mhux biss mill-ammissjonijiet (mill-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni biss), iżda wkoll minn sorsi oħra tad-dħul tagħhom, bħal-logħob tal-azzard, l-akkomodazzjoni, servizzi tal-bar u r-restorant, wirjiet eċċ. |
|
(68) |
Hija ġurisprudenza stabbilita li l-kunċett ta’ għajnuna jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, imma wkoll miżuri li, taħt forom differenti, inaqqsu l-ħlasijiet li normalment huma inklużi fil-baġit ta’ impriża u li, għalhekk mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma simili fin-natura tagħhom u għandhom effett identiku (49). Dan il-vantaġġ jista' jiġi pprovdut permezz ta’ diversi tipi ta’ tnaqqis fil-piż fiskali tal-impriża, inkluż tnaqqis fil-bażi tat-taxxa. |
|
(69) |
F'dan il-każ, il-każinojiet ta’ Korfù, Mont Parnès u Tessaloniki (u sal-1999 l-każinò ta’ Rodi wkoll) (50) irċevew vantaġġ simili għal tnaqqis fil-bażi tat-taxxa, peress li, kif ġie spjegat qabel, hemm dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawk il-każinojiet li bihom it-taxxa li jħallsu għal kull persuna li tidħol hija stabbilita f'livell aktar baxx minn dak impost fuq każinojiet oħra. |
|
(70) |
L-awtoritajiet Griegi osservaw li l-benefiċjarju dirett tal-piż fiskali aktar baxx huwa l-klijent. Madankollu, anke li kieku jista' jiġi argumentat li l-klijenti jibbenefikaw ukoll bħala riżultat ta’ piż fiskali mnaqqas għal kull ammissjoni, peress li dawn iħallsu prezz totali orħos, dan il-fatt ma jwaqqafx lill-miżura milli tagħti vantaġġ lill-impriżi rilevanti, f'dan il-każ il-każinojiet benefiċjarji, peress li dawn iħallsu ammont aktar baxx fi ħlasijiet tat-taxxa għal kull konsumatur li jirċievu. |
|
(71) |
Ġie muri fil-każijiet fiskali li l-eżenzjonijiet mit-taxxi nominalment imħallsa mill-konsumatur iżda miġbura mill-fornitur jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, bħalma jistgħu jagħmlu inċentivi oħra lil konsumaturi biex jixtru oġġetti u servizzi partikolari (51). |
|
(72) |
B'mod konformi mal-prattika tal-passat, il-Kummissjoni temmen li tnaqqis fit-taxxi fuq il-konsumaturi jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lill-impriżi meta t-tnaqqis ikun suġġett għall-użu ta’ oġġett jew servizz partikolari provdut minn impriża partikolari (52). Għalhekk l-argument li l-benefiċjarju dirett huwa l-klijent mhuwiex ostakolu għall-konstatazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
(73) |
Barra minn hekk, minħabba l-prattika kummerċjali tas-soltu segwita mill-każinojiet fil-Greċja tat-tneħħija tal-prezz tal-biljett tal-ammissjoni filwaqt li titħallas it-taxxa tal-ammissjoni lill-Istat (80 % tal-valur nominali tal-biljett), il-vantaġġ mogħti lill-każinojiet pubbliċi mid-diskriminazzjoni fiskali huwa saħansitra akbar, peress li l-ispiża tal-ammissjoni ta’ klijent hija konsiderevolment ogħla għall-każinojiet privati, fejn it-taxxa tal-ammissjoni dovuta hija EUR 12, milli hi għal dawk pubbliċi, li għandhom jiffinanzjaw biss EUR 4,80 mid-dħul totali tan-negozju tagħhom. |
|
(74) |
L-awtoritajiet Griegi jsostnu li l-prattika li tingħata ammissjoni mingħajr ħlas fil-każinojiet benefiċjarji f'ċerti ġranet tal-ġimgħa hija eċċezzjonali. Madankollu, din hija speċifikament prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (id-deċiżjoni ministerjali tal-1995). Il-Greċja sostniet li l-prattika hija riservata għall-VIPs jew ċelebritajiet, iżda l-Kummissjoni għandha prova fil-forma ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament, bħal fuljetti li joffru ammissjoni mingħajr ħlas fil-gazzetti u fuq l-Internet, li turi li l-ammissjoni mingħajr ħlas tingħata lil kwalunkwe u lill-klijenti kollha f'ċerti ġranet fil-ġimgħa, kull ġimgħa, bħala prattika abitwali (il-każinò ta’ Tessaloniki, pereżempju, jirreklama fuq il-paġna tal-Internet tiegħu li huwa jagħti ammissjoni mingħajr ħlas kontinwa mill-Ħadd sal-Ħamis) (53). Fost il-każinojiet benefiċjarji, għalhekk, il-prattika tal-ammissjoni mingħajr ħlas ma tidhirx li hija eċċezzjonali. |
|
(75) |
Il-Greċja sostniet li l-prattika tmur kontra l-liġi fiskali nazzjonali; il-Kummissjoni tosserva li l-permess li tingħata ammissjoni mingħajr ħlas huwa pprovdut espressament fil-liġi nazzjonali dwar il-każinojiet, u l-każinojiet benefiċjarji jagħmlu użu minnha b'mod ċar. |
|
(76) |
Il-Greċja sostniet li t-80 % tal-prezz tal-biljett imħallas lill-Istat mir-riżorsi proprji tal-każinò mhuwiex meqjus bħala nefqa produttiva, u skont il-liġi fiskali Griega ma jistax jiġi mnaqqas mid-dħul tal-kumpanija, biex b'hekk kumpanija li twettaq din il-prattika tesponi lilha nfisha għal piż fiskali sostanzjali. Il-Kummissjoni tosserva li dan ir-raġunament fil-fatt jiffavorixxi l-allegazzjoni tal-kwerelant li minħabba l-piż fiskali sinifikanti li jirriżulta mill-ħlas tat-taxxa mid-dħul tiegħu stess, każinò privat fir-realtà ma jistax jaffordja li jippermetti ammissjoni mingħajr ħlas; b'hekk hija ssaħħaħ l-argument li hemm vantaġġ għall-każinojiet bi prezzijiet orħos. |
|
(77) |
Il-Greċja argumentat ukoll li peress li l-każinojiet iżommu 20 % tal-prezz tal-ammissjoni mhux ugwali, il-vantaġġ jingħata lill-każinojiet li jimponu prezz ogħla, li jiżguraw dħul nett ta’ EUR 3, meta mqabbel mal-EUR 1,20 miksuba mill-każinojiet pubbliċi. Dan l-argument huwa qarrieqi, peress li jinjora żewġ fatti essenzjali għal ftehim xieraq tal-effetti antikompetittivi reali tal-miżura. Min-naħa waħda, il-fatt li l-awtoritajiet iffissaw il-prezzijiet tal-biljetti, inkluża t-taxxa tal-ammissjoni, fuq livell aktar baxx għal ċerti każinojiet, jagħmel lil dawk il-każinojiet aktar attraenti għall-klijenti, u din (i) tnaqqas id-domanda mill-mudell li jipprevali kieku l-każinojiet kellhom jikkompetu biss fuq il-merti tagħhom stess, fuq il-bażi tal-ambitu individwali u l-kwalità tas-servizzi offruti, u (ii) jekk il-punti l-oħra jkunu l-istess, iżid b'mod artifiċjali n-numru ta’ ammissjonijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, kif spjegat qabel, id-dħul mill-ammissjonijiet huwa biss proporzjon limitat tad-dħul totali li klijent attirat minn każinò jiġġenera għall-impriża, u li l-każinojiet ikollhom iħallsu t-taxxa tal-ammissjoni minnu. |
|
(78) |
Fl-aħħar nett, il-fatt li d-diskriminazzjoni fiskali tagħti vantaġġ huwa rikonoxxut mid-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti nfushom. Kif irrappurtaw l-awtoritajiet Griegi, il-każinò ta’ Tessaloniki huwa awtorizzat li jimponi prezz orħos tal-ammissjoni, u li jħallas inqas taxxa, fuq il-bażi ta’ Digriet Leġiżlattiv tal-1953 fejn l-impriżi stabbiliti b'kapital barrani għandhom jiġu awtorizzati li jużaw l-aktar trattament favorevoli mogħti lill-impriżi domestiċi. Għalkemm l-awtoritajiet Griegi jsostnu li l-iskema in kwistjoni mhix vantaġġjuża, huma madankollu japplikaw din il-leġiżlazzjoni għall-każinò ta’ Tessaloniki minħabba li dan jirrappreżenta l-aktar trattament favorevoli mogħti lill-impriżi domestiċi, b'kuntrast ma’ dak aktar oneruż applikat għal każinojiet privati oħra. |
|
(79) |
Alternattivament, l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès jiġbdu l-attenzjoni għal differenzi oħra bejn każinojiet f'termini ta’ miżuri fiskali jew regolatorji, li jgħidu li jiffavorixxu lill-kwerelant, Loutraki, u b'hekk ipattu għal kwalunkwe vantaġġi li jgawdu l-benefiċjarji bħala riżultat tal-prezz orħos tal-ammissjoni (54); il-Kummissjoni tosserva li l-allegazzjoni li miżura waħda (differenza fit-tassazzjoni ġenerali) għandha tpatti għall-oħra (differenza fil-prezzijiet tal-biljetti tal-ammissjoni u t-taxxa speċifika imposta fuqhom) ma tistax tiġi aċċettata bħala argument għall-fehma li l-miżura evalwata ma tikkostitwixxix għajnuna. Fi kwalunkwe każ, kif diġà ssemma, dawn l-aspetti huma differenti mill-miżura evalwata, u jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni (ara l-paragrafu 46). |
|
(80) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura evalwata, jiġifieri d-diskriminazzjoni fiskali ġġenerata mill-effett konġunt ta’ taxxa ta’ ammissjoni uniformi applikata għall-prezzijiet regolati mhux ugwali, tagħti vantaġġ lill-każinojiet bi prezzijiet orħos. |
V.1.2 Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
|
(81) |
Il-vantaġġ msemmi hawn fuq huwa attribwibbli lill-Istat u ffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat. |
|
(82) |
Kif spjegat qabel, id-diskriminazzjoni fiskali hija r-riżultat ta’ serje ta’ atti amministrattivi, digrieti u regolamenti adottati mill-Istat Grieg, inklużi b'mod partikolari: il-Liġi 2206/1994; id-deċiżjoni ministerjali tal-1995; il-Liġi 3139 tat-30 ta’ April 2003; id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953; id-deċiżjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-EOT (ġestjoni tal-każinojiet pubbliċi) maħruġa skont il-Liġi 1624/1951 u d-Digriet 4109/1960, jiġifieri d-deċiżjoni tal-EOT 535633 tal-21 ta’ Novembru 1991, li tistabbilixxi l-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Mont Parnès għal GRD 2 000, u d-deċiżjoni tal-EOT 508049 tal-24 ta’ Marzu 1992, li tistabbilixxi l-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet ta’ Korfù u Rodi għal GRD 1 500 (fil-każ ta’ Korfù dan ġie aġġustat aktar tard għal GRD 2 000 permezz tad-deċiżjoni 532691 tal-24 ta’ Novembru 1997); u l-liċenzji mogħtija lil kull każinò skont il-liġi nazzjonali, li jikkonfermaw il-prezz rispettiv tal-ammissjoni u l-obbligu li jitħallas 80 % tal-prezz applikabbli fil-każinò partikolari. |
|
(83) |
Barra minn hekk, id-diskriminazzjoni fiskali hija ffinanzjata permezz tar-riżorsi Statali. Jekk l-Istat jirrinunzja dħul li kieku kien jiġbor mingħand impriża f'ċirkostanzi normali, il-miżura rilevanti hija ffinanzjata permezz ta’ riżorsi Statali. |
|
(84) |
F'termini fiskali, il-vantaġġ mogħti lill-każinojiet pubbliċi f'dan il-każ jirriżultaw mit-tnaqqis artifiċjali tal-bażi tat-taxxa li fuqha tiġi imposta t-taxxa ta’ 80 % tal-biljett tal-ammissjoni, minn valur nominali ġenerali ta’ EUR 15 ta’ biljett tal-ammissjoni għal EUR 6 fil-każinojiet pubbliċi. |
|
(85) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tnaqqis diskriminatorju fil-bażi tat-taxxa ta’ dan it-tip iwassal għal telf fid-dħul fiskali lill-Istat, li huwa ekwivalenti għal konsum tar-riżorsi Statali għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (55). F'termini ġenerali, fil-każ evalwat l-Istat Grieg jirrinunzja dħul fiskali mill-każinojiet pubbliċi li jammontaw għal EUR 7,20 għal kull ammissjoni, li hija d-differenza bejn taxxa ta’ EUR 12 għal kull ammissjoni li jintbagħtu lill-Istat mill-każinojiet privati u t-taxxa ta’ EUR 4,80 għal kull ammissjoni li jintbagħtu lill-Istat mill-każinojiet pubbliċi. Fl-evalwazzjoni ta’ vantaġġ mogħti lil kull każinò benefiċjarju, madankollu, jistgħu jitqiesu ċerti aġġustamenti (spjegati aktar fit-Taqsima V.4, “Il-kwantifikazzjoni u l-irkupru”: b'mod partikolari, jidher li sas-sena 2000 Mont Parnès u Korfù ma ħallsu l-ebda taxxa ta’ ammissjoni lill-Istat, biex b'hekk f'dak il-każ il-vantaġġ huwa ekwivalenti għat-taxxa ta’ EUR 12 għal kull ammissjoni mibgħuta lill-Istat mill-każinojiet privati). |
|
(86) |
Il-Greċja argumentat li, peress li l-każinojiet li jimponu prezz orħos jistgħu b'hekk jattiraw aktar klijenti, m'hemm l-ebda ċertezza li l-Istat jirrinunzja dħul. Il-Greċja ssostni li l-miżura għalhekk ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
|
(87) |
Kif diġà ssemma fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni ma taċċettax dan l-argument. B'mod konformi mal-prattika preċedenti tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li tnaqqis fit-taxxa rigward ċerti persuni taxxabbli jista' jiġġenera żieda fil-livell globali tad-dħul miġbur permezz ta’ dik it-taxxa mhux neċessarjament ifisser li l-miżura mhix iffinanzjata mir-riżorsi Statali (56). |
|
(88) |
L-argument tal-awtoritajiet Griegi huwa żbaljat peress li l-punt ta’ referenza li bih jiġu ttestjati l-effetti tad-diskriminazzjoni fiskali fuq il-baġit tal-Istat huwa ppreġudikat mill-vantaġġ mibni fil-miżura. Fir-raġunament tagħhom l-awtoritajiet Griegi kkunsidraw l-effett dinamiku ta’ tnaqqis fil-prezz, li jista' jżid id-domanda u eventwalment it-taxxa miġbura, peress li t-taxxa miġbura hija proporzjonata għan-numru ta’ ammissjonijiet. Iżda dan il-paragun huwa difettuż, għaliex hija l-inugwaljanza maħluqa mill-vantaġġ stess, jiġifieri l-fatt li hemm prezz orħos u għalhekk piż fiskali inqas għal kull ammissjoni, li jwassal għal żieda fid-domanda. |
|
(89) |
Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Griegi ma pprovdew l-ebda prova li d-dħul totali mit-taxxa tal-biljett tal-ammissjoni fuq il-każinojiet huwa massimizzat minn dak il-mudell ta’ prezzijiet mhux ugwali. Kieku l-Kummissjoni kellha ssegwi r-raġunament li tnaqqis fil-prezz tal-ammissjoni għal EUR 6 jipproduċi żieda fit-taxxa miġbura, id-dħul tat-taxxa jiġi massimizzat jekk il-biljetti kollha tal-ammissjoni jkunu jiswew EUR 6 fil-każinojiet kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li jikkontradixxi l-allegazzjoni Griega li dan il-punt jintlaħaq bħala riżultat tad-diskriminazzjoni fiskali li tirriżulta mill-prezzijiet mhux ugwali. |
|
(90) |
Għalhekk, il-vantaġġ ikkontestat huwa ffinanzjata minn riżorsi Statali. |
V.1.3 Selettività
|
(91) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat miżura għandha tkun speċifika jew selettiva, fis-sens li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. |
|
(92) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (57), “F'dak li jirrigwarda l-valutazzjoni tal-kundizzjoni ta’ selettività, li tikkostitwixxi parti mill-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Artikolu 87(1) tal-KE (issal-Artikolu 107(1) tat-TFUE) jimponi li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, miżura nazzjonali hijiex ta’ natura li tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi meta mqabbla ma’ oħrajn, li jkunu, fid-dawl tal-għan imfittex mill-imsemmija sistema, f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli” (58). Il-Qorti ddeċidiet ukoll f'bosta okkażjonijiet li l-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kawżi jew l-għanijiet tal-għajnuna mill-Istat, iżda jiddefinihom skont l-effetti tagħhom (59). Skont il-prattika proprja tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza tal-UE fil-kawżi fiskali, il-vantaġġ selettiv involut jista' joħroġ minn eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet fiskali ta’ natura leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva jew minn prattika diskrezzjonali min-naħa tal-awtoritajiet fiskali. Madankollu, in-natura selettiva tal-miżura tista' tiġi ġġustifikata minn “natura jew skema ġenerali tas-sistema”, f'liema każ il-miżura tista' tkun meqjusa li ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat (60). |
|
(93) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li fil-każ evalwat is-sistema fiskali ġenerali hija s-sistema li fil-prinċipju tapplika għall-każinojiet kollha u li hija stipulat fil-Liġi 2206/1994 u fid-deċiżjoni ministerjali ta’ implimentazzjoni tal-1995 (punt ikkonfermat mill-awtoritajiet Griegi, ara l-paragrafu 19). |
|
(94) |
Fit-tieni nett, il-Kummissjoni tosserva li l-miżura in kwistjoni tikkostitwixxi tluq mis-sistema fiskali ġenerali. Kif ikkonfermat mill-awtoritajiet Griegi, id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-każinojiet pubbliċi (u l-każinò privat ta’ Tessaloniki) huma meqjusa bħala eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Liġi 2206/1994 u d-deċiżjoni ministerjali ta’ implimentazzjoni tal-1995 (ara l-paragrafi 19 ff. ta’ hawn fuq). |
|
(95) |
Il-Kummissjoni tindika li r-rekwiżit li jitħallas lura t-80 % tal-prezz tal-ammissjoni ma kienx japplika għall-każinojiet ta’ Mont Parnès u Korfù sal-2003. Kif innutat qabel, ir-rekwiżit beda japplika għall-każinojiet ta’ Tessaloniki u Rodi meta dawn ġew liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994, Tessaloniki fl-1995 u Rodi fl-1996. Il-prezz tal-ammissjoni baqa' ta’ EUR 6 sal-lum il-ġurnata fil-każ ta’ Mont Parnès u Tessaloniki, u baqa' l-istess ta’ EUR 6 sal-privatizzazzjoni f'Awwissu 2010 fil-każ ta’ Korfù u fl-1999 fil-każ ta’ Rodi. Madankollu, kemm ir-rekwiżit li jitħallas lura t-80 % u l-prezz tal-ammissjoni ta’ EUR 15 kienu vinkolanti fuq każinojiet oħra mill-1995 u ġew applikati hekk. |
|
(96) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-miżura hija selettiva. |
|
(97) |
Fit-tielet nett, il-Kummissjoni tosserva li l-karattru selettiv ta’ miżura jista' jkun ġustifikat minn “natura jew skema ġenerali tas-sistema”, jiġifieri mill-punt sa fejn l-eċċezzjonijiet għas-sistema fiskali jew differenzazzjonijiet fis-sistema joħorġu direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta’ gwida tas-sistema fl-Istat Membru kkonċernat (dan huwa t-tielet pass tal-analiżi tas-selettività). Il-Kummissjoni, b'mod konformi mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, tqis li miżuri li jintroduċu differenzazzjoni bejn l-impriżi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat meta dik id-differenzazzjoni tirriżulta minn natura u skema ġenerali tas-sistema ta’ ħlasijiet li jifformaw parti minnhom (61). Din il-ġustifikazzjoni fuq il-bażi tan-natura jew l-istruttura globali tas-sistema fiskali tirrifletti l-konsistenza ta’ miżura fiskali speċifika bil-loġika interna tas-sistema fiskali ġenerali. Madankollu, il-prattika tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza tal-Qorti ħadu approċċ restrittiv ħafna għall-ġustifikazzjoni ta’ dan it-tip. Ir-raġunijiet invokati għandhom ikunu inerenti fis-sistema fiskali. |
|
(98) |
L-awtoritajiet Griegi ddikjaraw li ċ-ċirkustanzi individwali ta’ kull każinò huma differenti, u li l-prezzijiet tal-ammissjoni huma stabbiliti fid-dawl ta’ dawk iċ-ċirkustanzi, filwaqt li jitqies li l-għan huwa li jiġi stabbilit prezz li jiskoraġġixxi lill-persuni bi introjtu baxx mil-logħob tal-azzard. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dawn l-argumenti. L-argument li l-livell tal-prezz huwa milħuq u ġġustifikat fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta’ kull każinò individwali, filwaqt li jitqies li l-għan huwa li l-persuni b'introjtu baxx jiġu skoraġġuti mil-logħob tal-azzard, ma jistax jiġi rrikonċiljat mal-fatt li l-każinojiet ta’ Mont Parnès u Tessaloniki, li japplikaw prezz ta’ EUR 6, huma t-tnejn qrib ċentri ewlenin tal-popolazzjoni. Lanqas ma jista' jiġi rrikonċiljat mad-dispożizzjoni li espressament tippermetti li l-klijenti jiġu ammessi mingħajr ħlas, sakemm 80 % tal-prezz madankollu jintbagħat lill-Istat. |
|
(100) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li mhuwiex evidenti għala dan il-prezz orħos huwa meħtieġ fil-każ ta’ dawn il-każinojiet partikolari u mhux fil-każ ta’ oħrajn. L-awtoritajiet Griegi ma spjegawx il-kalkolu ekonomiku għall-iffissar tal-prezz orħos tal-ammissjoni għal EUR 6 pjuttost milli fuq xi livell intermedjarju ieħor, jew, jekk wieħed jassumi li hemm fil-fatt ċirkostanzi speċifiċi - li skont il-Greċja jikkonsistu l-aktar fis-sitwazzjoni ġeografika tal-każinò partikolari - għaliex il-każinojiet benefiċjarji kollha huma obbligati li jimponu l-istess prezz tal-ammissjoni (bħala regola ġenerali, ara hawn fuq), pjuttost milli prezz adattat għas-sitwazzjoni individwali tagħhom. Pereżempju, jekk jiġi argumentat li l-prezz orħos tal-ammissjoni huwa ġġustifikat minn fatturi speċifiċi għas-sitwazzjoni ġeografika ta’ kull wieħed mill-każinojiet, dak ir-raġunament mhux se japplika fi kwalunkwe każ għall-każinò ta’ Tessaloniki, li jidher li jgawdi dan it-trattament mhux b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ġeografika tiegħu, iżda b'kunsiderazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-impriżi li jitwaqqfu b'kapital barrani l-aktar trattament favorevoli applikabbli għall-impriżi nazzjonali. Għalhekk permezz tal-iffissar tal-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Tessaloniki, is-sitwazzjoni ġeografika tiegħu ma jidher li kienet ikkunsidrata f'ebda ħin. Bħala eżempju ieħor, il-każinò ta’ Korfù beda jimponi ħlas ta’ EUR 15 għall-ammissjoni wara li ġie pprivatizzat f'Awwissu 2010. L-awtoritajiet Griegi ma spjegawx b'mod sodisfaċenti għaliex iċ-ċirkustanzi speċjali msemmija hawn fuq issa m'għadhomx japplikaw, u għaliex il-prezz orħos għall-biljetti tal-ammissjoni konsegwentement ma baqax ikun meħtieġ. |
|
(101) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li n-natura selettiva tal-miżura evalwata mhix iġġustifikata minn natura jew skema ġenerali tas-sistema. Il-Kummissjoni tqis li l-miżura kkontestata tinkludi element ta’ diskriminazzjoni fl-għamla ta’ tnaqqis fil-bażi tat-taxxa, li jirriżulta f'vantaġġ fiskali li hu ta’ benefiċċju għall-każinojiet stabbiliti individwalment, u li din id-diskriminazzjoni mhix ġustifikata bil-loġika tas-sistema fiskali rilevanti ġenerali fil-Greċja. |
|
(102) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterju tas-selettività għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huwa sodisfatt. |
V.1.4 Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ
|
(103) |
Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura għandha taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Indipendentement mill-istatus legali jew is-sorsi finanzjarji tal-benefiċjarju, dan il-kriterju jippresupponi li l-benefiċjarju tal-miżura jwettaq attività ekonomika. |
|
(104) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, “Għall-finijiet tal-kategorizzazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat ipprojbita, huwa meħtieġ, li ma jiġix stabbilit li l-għajnuna jkollha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li l-kompetizzjoni fil-fatt qed tiġi mfixkla, iżda li jiġi eżaminat biss jekk dik l-għajnuna tistax taffettwa tali kummerċ u tfixkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu f'kummerċ intrakomunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala li jiġu affettwati minn dik l-għajnuna. Barra minn hekk, mhuwiex meħtieġ li l-impriża benefiċjarja nfisha tkun involuta fil-kummerċ intrakomunitarju. Għajnuna mogħtija minn Stat Membru lil impriża tista' tgħin biex iżżomm jew iżżid l-attività domestika, bir-riżultat li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra għandhom inqas ċans li jippenetraw is-suq tal-Istat Membru kkonċernat” (62). Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita (63), sabiex miżura tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa biżżejjed li min jirċievi l-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħra fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni fis-suq intern (64). Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ġurispridenza huma sodisfatti hawn, għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(105) |
Il-miżura kkontestata tnaqqas it-taxxi li l-benefiċjarji jkollhom iħallsu, meta mqabbla mal-każinojiet l-oħra fil-Greċja, u b'hekk il-pożizzjoni kumparattiva finanzjarja tagħhom issir aktar b'saħħitha u l-profittabbiltà tal-investimenti tagħhom tikber aktar milli kieku kienu bbażati biss fuq il-merti tagħhom stess. |
|
(106) |
Kif diġà ssemma, hija ġurisprudenza stabbilita li l-kriterju li l-għajnuna għandha tkun kapaċi taffettwa l-kummerċ huwa sodisfatt jekk il-kumpanija li tirċievi twettaq attività ekonomika li tinvolvi kummerċ bejn Stati Membri. Sabiex issir il-konklużjoni li l-kummerċ intra-Ewropew huwa affettwat, huwa biżżejjed li l-għajnuna għandha ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumpanija meta mqabbla ma’ dik ta’ kumpaniji oħra li jikkompetu magħha fil-kummerċ intra-Ewropew. L-għajnuna tista' tkun ta’ ammont relattivament żgħir, il-benefiċjarju jista' jkollu daqs moderat jew is-sehem tiegħu fis-suq Ewropew jista' jkun żgħir ħafna, u jista' jkun li l-benefiċjarju ma jesportax, jew jesporta prattikament il-produzzjoni kollha tiegħu barra mis-suq Ewropew: xejn minn dan ma jbiddel il-konklużjoni (65). |
|
(107) |
Il-Greċja sostniet li l-post tal-każinojiet u d-distanzi bejniethom ifissru li kull wieħed minnhom iservi xi suq lokali, u għalhekk il-miżura ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni jew taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, skont il-ġurisprudenza, m'hemm l-ebda limitu li jiddetermina l-effett attwali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u dan il-kriterju għall-applikabbiltà tal-Artikolu 107(1) konsegwentement ma jiddependix fuq il-karattru lokali jew reġjonali tas-servizzi pprovduti jew fuq l-iskala tal-qasam ta’ attività kkonċernata (66). |
|
(108) |
Il-Greċja argumentat ukoll li s-suq tal-logħob tal-azzard mhuwiex armonizzat bejn l-Istati Membri, li għalhekk huma liberi li jirregolawh fil-livell nazzjonali. Il-Greċja tikkwota l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippermetti restrizzjoni tas-suq uniku għas-servizzi tal-logħob tal-azzard sabiex il-konsumaturi jiġu protetti mill-frodi u l-kriminalità (67). |
|
(109) |
Il-Kummissjoni tirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-Istati Membri biex jiddeterminaw l-għanijiet tal-politika tagħhom fil-qasam tal-logħob tal-azzard, sakemm kwalunkwe restrizzjonijiet fuq il-libertà sabiex jiġu pprovduti servizzi jkunu adattati biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti, ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet, u jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju. Madankollu, il-Kummissjoni ma taqbilx li jirriżulta li l-miżura in kwistjoni ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni u m'għandha l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(110) |
L-operaturi fl-industrija huma ta’ spiss gruppi ta’ lukandi internazzjonali (68), f'kompetizzjoni ma’ xulxin, li d-deċiżjonijiet tagħhom biex jinvestu f'każinojiet jew faċilitajiet oħra tal-lukandi jistgħu jiġu affettwati mill-miżura, peress li din tagħmel impatt fuq il-profittabbiltà kumparattiva tal-gruppi u l-investimenti tagħhom. Il-każinojiet ta’ spiss jinsabu f'destinazzjonijiet turistiċi, li jindika li l-preżenza ta’ każinò tista' taġixxi bħala attrazzjoni biex it-turisti jżuru il-Greċja. Il-ministeru responsabbli għall-każinojiet fil-Greċja huwa l-Ministeru tat-Turiżmu. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li hemm xi mobbiltà transkonfinali tal-klijenti. U s-servizzi tal-każinojiet joperaw f'ambjent transkonfinali - pereżempju, il-każinojiet jipprovdu servizzi bħal dawn fuq bastimenti tal-kruċiera li jgħaqqdu lill-Italja u l-Greċja u destinazzjonijiet oħra. B'mod aktar ġenerali, il-persuni li jixtiequ jilagħbu l-logħob tal-azzard jistgħu jagħżlu bejn il-logħob fil-każinò u l-logħob onlajn. Il-logħob tal-azzard onlajn huwa negozju internazzjonali, u dawk li jilagħbu fil-Greċja jista' jkollhom aċċess għal servizzi ta’ dan it-tip ipprovduti fi Stati Membri oħra. Fil-fatt il-logħob tal-azzard onlajn kien is-suġġett tas-sentenza msemmija mill-Greċja (ara l-paragrafu 108). L-awtoritajiet Griegi kkontestaw il-possibiltà ta’ kompetizzjoni ma’ forom oħrajn ta’ logħob tal-azzard imsemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ, filwaqt li indikaw li l-logħob tal-azzard fuq l-Internet attwalment huwa illegali fil-Greċja. Madankollu, minkejja l-qagħda legali attwali fil-Greċja, l-awtoritajiet Griegi stess irrikonoxxew li l-logħob tal-azzard fuq l-Internet kiber “bi proporzjonijiet inkontrollabbli” (69). Għandha ssir referenza wkoll għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-65/05 (il-Kummissjoni vs il-Greċja), fejn il-Qorti ddeċidiet li l-Liġi 3037/2002, li mmirat li tipprojbixxi l-logħob tal-azzard fuq l-Internet fil-Greċja, ammontat għal ostaklu mhux iġġustifikat għal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà għall-provvista ta’ servizzi (70). |
|
(111) |
Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika globali taffettwa d-drawwiet tal-konsumatur u l-introjtu disponibbli għal finijiet ta’ divertiment bħall-użu ta’ servizzi tal-każinojiet. F'dan il-kuntest partikolari, differenzazzjoni fil-prezzijiet tal-ammissjoni għandha impatt ta’ distorsjoni saħansitra akbar fuq l-għażliet magħmula mill-konsumaturi, u għalhekk hija saħansitra aktar probabbli li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq tal-każinojiet. |
|
(112) |
L-awtoritajiet u Mont Parnès argumentaw li anke kieku kellu jiġi aċċettat li l-prezz imnaqqas tal-ammissjoni ta’ EUR 6 seta' influwenza jew jista' jinfluwenza d-deċiżjoni ta’ kumpanija barranija jekk tinvestix jew le f'każinò fil-Greċja, il-kumpanija barranija dejjem tkun tista' tapprofitta mid-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953; il-Kummissjoni tosserva li l-applikazzjoni tad-Digriet mhix awtomatika, u fil-fatt tippermetti li t-trattament aktar favorevoli tal-każinojiet benefiċjarji (jiġifieri l-prezz orħos tal-ammissjoni ta’ EUR 6) jingħata lil impriżi oħra wkoll. Dik il-miżura għalhekk kapaċi xxerred aktar id-diskriminazzjoni fiskali evalwata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li għalkemm id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 seta' ġie invokat minn każinojiet oħra kieku daħħlu kapital minn barra u ppreżentaw applikazzjoni fil-ħin, l-applikazzjoni tiegħu hija suġġetta għal regoli arbitrarji speċifiċi li jagħmluha miżura selettiva. L-uniku eżempju ieħor ta’ applikazzjoni potenzjali tal-Liġi li tkun tressqet quddiem il-Kummissjoni kien jikkonċerna l-każinò f'Syros, li ressaq applikazzjoni, iżda din ġiet irrifjutata peress li kienet tressqet wara li l-kapital barrani ġie importat u mhux qabel. |
|
(113) |
Barra minn hekk, meta l-każinò ta’ Mont Parnès ġie privatizzat, il-kuntratt tal-bejgħ ipprovda speċifikament għall-possibbiltà ta’ liċenzja għal każinò ieħor fl-istess reġjun. B'mod ċar, il-probabbiltà ta’ investiment f'dik l-operazzjoni tkun tiddependi fuq it-termini tal-kompetizzjoni mal-operatur eżistenti. Peress li ma jistax jiġi eskluż li l-każinojiet jistgħu jkunu qed jikkompetu ma’ kumpaniji simili fi Stati Membri oħra, dan ir-rekwiżit tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE għandu jiġi kkunsidrat bħala sodisfatt. |
|
(114) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura kkontestata tista' tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri billi potenzjalment ittejjeb il-kundizzjonijiet operattivi tal-benefiċjarji, li huma direttament involuti f'attivitajiet ekonomiċi, u huma responsabbli biex iħallsu din it-taxxa fuq l-ammissjonijiet fil-każinojiet tal-Greċja. |
V.1.5 Konklużjoni
|
(115) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterji għall-eżistenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE huma sodisfatti, u li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur il-każinojiet bi prezz orħos tal-ammissjoni. Dawn il-każinojiet huma ta’ Mont Parnès, Korfù, Tessaloniki u Rodi. Il-Kummissjoni tifhem li l-każinò ta’ Rodi m'għadux benefiċjarju, peress li waqaf jimponi prezz orħos tal-ammissjoni meta ġie privatizzat f'April 1999. Il-Kummissjoni tqis li la l-awtoritajiet Griegi u lanqas Mont Parnès ma ppreżentaw argumenti suffiċjenti biex ibiddlu din il-konklużjoni. |
V.2 Il-kumpatibbiltà tal-għajnuna
|
(116) |
Kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura ma tikkwalifikax għal kwalunkwe mill-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 106 jew 107 tat-TFUE. |
|
(117) |
Il-Greċja sa issa sostniet li m'hemm l-ebda għajnuna mill-Istat involuta, u ma offriet l-ebda argument biex turi għaliex kwalunkwe għajnuna tista' tkun kumpatibbli. |
|
(118) |
Kif spjegat qabel, il-Kummissjoni tirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw il-logħob tal-azzard fit-territorju tagħhom suġġett għal-liġi tal-UE, u taċċetta li regolament ta’ dan it-tip, maħsub biex jikkontrolla u jiskoraġixxi l-logħob tal-azzard, huwa għan leġittimu ta’ politika pubblika. Madankollu, anke kieku dan kien tassew l-għan tal-għajnuna, il-Kummissjoni ma temminx li dan jista' jinkludi fih l-ambitu tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Iżda fi kwalunkwe każ, kif ġie indikat hawn fuq, l-argument li l-miżura għandha l-għan li tiskoraġixxi l-logħob tal-azzard ma jistax jiġi rrikonċiljat mal-fatt li l-każinojiet li jimponu prezz tal-ammissjoni ta’ EUR 6 jinkludu dawk l-eqreb għaċ-ċentri prinċipali tal-popolazzjoni fil-Greċja. Lanqas ma jista' jiġi rrikonċiljat mad-dispożizzjoni espliċita li tippermetti li l-każinojiet idaħħlu lill-klijenti mingħajr ma jimponu ħlas sakemm jintbagħat madankollu 80 % tal-prezz lill-Istat. |
|
(119) |
L-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(2) tat-TFUE, għall-għajnuna ta’ karattru soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali, għajnuna biex tikkumpensa ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali u għajnuna mogħtija lil ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma japplikawx f'dan il-każ. |
|
(120) |
L-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 107(3)(a), li tawtorizza għajnuna għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku f'żoni fejn il-livell ta’ għajxien huwa baxx b'mod anormali jew fejn hemm qgħad serju, ma tapplikax anqas, peress li l-miżura evalwata ma tiddependix fuq il-fatt li l-benefiċjarji jwettqu kwalunkwe tip ta’ attività fir-reġjuni li huma f'ċirkostanzi speċjali (71). |
|
(121) |
Bl-istess mod, il-miżura kkontestata ma tistax titqies bħala li tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġett ta’ interess Ewropew komuni jew tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija tal-Greċja, kif previst fl-Artikolu 107(3)(b). Lanqas m'għandha l-għan li tippromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt kif stipulat fl-Artikolu 107(3)(d). |
|
(122) |
Il-miżura kkontestata fl-aħħar għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c), li jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li tmur kontra l-interess komuni. Madankollu, għandu jiġi indikat li l-miżura kkontestata ma taqa' fl-ebda wieħed mill-każijiet fejn il-Kummissjoni aċċettat li japplika dan il-punt, jew f'xi waħda mil-linji gwida jew oqfsa li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi li fihom ċerti tipi ta’ għajnuniet jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern. |
|
(123) |
Il-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna operattiva, li artifiċjalment issaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva ta’ ċerti impriżi fir-rigward ta’ impriżi simili oħra u li ma tkunx tiddependi fuq il-prestazzjoni mill-benefiċjarji ta’ kwalunkwe azzjoni speċifika mmirata lejn il-kisba ta’ għanijiet politiċi ta’ interess komuni. |
|
(124) |
B'mod partikolari, il-vantaġġ mogħti mill-miżura kkontestata mhuwiex relatat mal-investiment, il-ħolqien tax-xogħol jew proġetti speċifiċi. Huwa sempliċiment inaqqas il-ħlasijiet tal-impriżi konċernati li normalment jitħallsu minn impriżi simili, u għalhekk għandu jiġi kkunsidrat bħala għajnuna operattiva. Bħala regola ġenerali, l-għajnuna operattiva ma tissodisfax it-testijiet tal-Artikolu 107(3)(c), peress li tfixkel il-kompetizzjoni fis-setturi li fihom tingħata u fl-istess ħin mhix kapaċi, min-natura tagħha, li tikseb ebda wieħed mill-għanijiet stabbiliti f'din id-dispożizzjoni (72). Għalkemm b'mod eċċezzjonali tali għajnuna tista' tingħata f'reġjuni li huma eliġibbli skont l-eżenzjoni fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, u għalkemm ċerti reġjuni tal-Greċja huma għalhekk eliġibbli, il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk it-testijiet li jistgħu jippermettu li tali għajnuna operattiva tiġi kkunsidrata kompatibbli humiex sodisfatti f'dan il-każ. Fil-prattika standard tal-Kummissjoni, tali għajnuna ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq intern, peress li ma tiffaċilitax l-iżvilupp ta’ kwalunkwe attivitajiet jew oqsma ekonomiċi, mhix limitata biż-żmien, mhuwa ppjanat l-ebda tnaqqis gradwali, u mhix proporzjonata għal dak li huwa meħtieġ sabiex jinstab rimedju fi żvantaġġ ekonomiku speċifiku taż-żoni kkonċernati. |
|
(125) |
Għandu jiġi konkluż li l-miżura evalwata mhix kumpatibbli mas-suq intern. |
V.3 Il-legalità tal-għajnuna
|
(126) |
Kif iddikjarat fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, l-ewwel atti li jipproduċu d-diskriminazzjoni fiskali bejn il-każinojiet jibdew mill-1994 u 1995, u l-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat jekk il-miżura fl-intier tagħha tikkostitwixxix “għajnuna eżistenti” fis-sens tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE. |
|
(127) |
Il-diskriminazzjoni fiskali ġiet introdotta illegalment - jiġifieri, għall-finijiet ta’ għajnuna mill-Istat tal-Liġi tal-UE - fl-1995, meta l-awtoritajiet Griegi għażlu li jippermettu li ċerti każinojiet ikunu eżenti mir-regola ġenerali li tirriżulta mil-Liġi 2206/1994 u d-deċiżjoni ministerjali tal-1995. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Griegi ppermettew li l-każinojiet pubbliċi ta’ Mont Parnès, Korfù u Rodi jkomplu japplikaw prezz orħos tal-ammissjoni ta’ EUR 6 minflok il-prezz standard ta’ EUR 15, u fl-1995 huma wkoll taw speċifikament dan it-trattament aktar vantaġġuż lill-każinò ta’ Tessaloniki skont id-digriet leġiżlattiv dwar il-kapital barrani tal-1953. Il-livell standard ta’ EUR 15 ġie impost u effettivament rispettat mill-ħames każinojiet privati l-oħra li ġew stabbiliti u liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994 mill-1995. Skont il-Liġi 3139/2003, barra minn hekk, il-prezz orħos għal ammissjoni ta’ EUR 6 inżamm speċifikament għall-każinojiet ta’ Mont Parnès u Korfù, bl-effett li d-diskriminazzjoni fiskali ġiet imtawla illegalment u kkonfermata. Il-każinò Tessaloniki jibbenefika bħala riżultat tad-diskriminazzjoni peress li jingħata l-istess trattament bħal dak ta’ Mont Parnès u Korfù, li ġie kkonfermat mid-Digriet Presidenzjali 290/1995, maħruġ skont il-Liġi tal-1953, kif spjegat aktar kmieni. L-arranġamenti applikati għal Tessaloniki huma marbuta mill-qrib ma’ dawk applikati għal Mont Parnès u Korfù. L-awtoritajiet Griegi rrappurtaw li wara l-1995, tqajmet il-kwistjoni tal-prezz tal-ammissjoni, u l-maniġer tal-każinò ta’ Tessaloniki talab li l-prezz ta’ Tessaloniki jiġi stabbilit fl-istess livell bħal dak ta’ Mont Parnès, jiġifieri EUR 6; wara li nkisbet opinjoni mill-Kunsill Legali tal-Istat (opinjoni 631/1997), din it-talba ġiet aċċettata (73). Għalhekk, wieħed jista' jassumi, li jekk it-trattament ta’ Mont Parnès u Korfù nbidel fl-2003, sabiex kellhom jimponu l-prezz ta’ EUR 15, it-trattament tal-każinò ta’ Tessaloniki kien jinbidel ukoll. Iżda dan ma seħħx, u skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, inżammet id-diskriminazzjoni fiskali. |
|
(128) |
L-ebda waħda mill-miżuri li huma ta’ benefiċċju għal każinojiet partikolari li huma deskritti hawn fuq ma ġew qatt notifikati jew approvati mill-Kummissjoni, ċertament mhux taħt ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(129) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (74), jiddikjara li l-poteri tal-Kummissjoni biex tirkupra l-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jibda fil-ġurnata li fiha tingħata l-għajnuna illegali lill-benefiċjarju, bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna taħt skema ta’ għajnuna. Il-perjodu ta’ limitazzjoni huwa interrott minn kwalunkwe azzjoni meħuda rigward l-għajnuna illegali mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni. Kull interruzzjoni tibda l-ħin mill-ġdid. Il-perjodu ta’ limitazzjoni huwa sospiż sakemm deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun suġġett tal-proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Kwalunkwe għajnuna li l-perjodu ta’ limitazzjoni tagħha jkun skada hija meqjusa bħala “għajnuna eżistenti”. Madankollu, skont l-Artikolu 1(c) tal-istess Regolament, kwalunkwe tibdil f'“għajnuna eżistenti” jikkostitwixxi “għajnuna ġdida”. |
|
(130) |
Il-Kummissjoni tosserva li skont il-ġurisprudenza tal-qrati tal-UE “il-perijodu ta’ limitazzjoni previst fl-Artikolu 15 tar-regolament dwar il-proċedura tal-għajnuna mill-Istat bl-ebda mod ma jesprimi prinċipju ġenerali li bih għajnuna ġdida tiġi ttrasformata f'għajnuna eżistenti iżda sempliċement jipprekludi l-irkupru ta’ għajnuna stabbilita aktar minn 10 snin qabel l-ewwel interventi tal-Kummissjoni” (75). |
|
(131) |
F'dan il-każ il-Kummissjoni ma ħaditx azzjoni, u lanqas Greċja ma aġixxiet fuq talba tal-Kummissjoni, sal-2009. Il-Kummissjoni aġixxiet fil-21 ta’ Ottubru 2009, meta bagħtet l-ilment lill-Greċja, u talbet lill-Greċja biex tiċċara l-kwistjonijiet li qajmet. |
|
(132) |
Konsegwentement, kwalunkwe għajnuna mogħtija taħt din il-miżura fil-21 ta’ Ottubru 1999 jew wara (li huwa għaxar snin qabel il-ġurnata li fiha l-Kummissjoni bagħtet l-ilment lill-Istat Grieg u talbet informazzjoni) hija għajnuna ġdida u illegali, li ġiet implimentata mingħajr notifika minn qabel jew deċiżjoni tal-Kummissjoni, suġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali rigward l-irkupru, kif spjegat f'aktar dettall hawn taħt. |
V.4 Il-kwantifikazzjoni u l-irkupru
|
(133) |
Il-miżura kkontestata ġiet implimentata mingħajr ma ġiet innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Għalhekk, il-miżura tikkostitwixxi għajnuna illegali. |
|
(134) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament Proċedurali tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jiddikjara li meta l-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment tinstab li hija inkompatibbli mas-suq intern, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarju, sakemm dan ma jkunx kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi. L-irkupru tal-għajnuna huwa maħsub biex jirrestawra l-pożizzjoni kompetittiva li kienet teżisti qabel ma ngħatat l-għajnuna safejn ikun possibbli. L-ebda argument imqajjem mill-awtoritajiet Griegi jew minn Mont Parnès ma jiġġustifika nuqqas ta’ konformità ma’ dan il-prinċipju bażiku. |
|
(135) |
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament Proċedurali tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jipprevedi li “Il-Kummissjoni m'għandhiex teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-Liġi tal-Komunità”. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-prattika deċiżjonali proprja tal-Kummissjoni stipulaw b'mod partikolari li l-irkupru tal-għajnuna jikser prinċipju ġenerali tal-Liġi tal-UE jekk bl-azzjonijiet tagħha l-Kummissjoni ħolqot aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarju li l-għajnuna ngħatat skont il-Liġi tal-UE (76). |
|
(136) |
Fis-sentenza tagħha fil-Forum 187 (77), il-Qorti ddikjarat li “d-dritt li jistrieħ fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jestendi għal kull persuna f'sitwazzjoni fejn awtorità tal-Komunità tkun ikkawżat li din ikollha aspettattivi li huma ġustifikati. Madankollu, ħadd ma jista' jinvoka ksur tal-prinċipju jekk ma jkunx ingħata assigurazzjonijiet preċiżi mill-amministrazzjoni. Bl-istess mod, jekk operatur ekonomiku prudenti u attent seta' jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura Komunitarja li x'aktarx taffettwa l-interessi tiegħu, huwa ma jistax juża dak il-prinċipju jekk il-miżura tiġi adottata”. |
|
(137) |
L-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès sostnew li kwalunkwe rkupru tal-għajnuna fil-każ imur kontra l-prinċipju ta’ kunfidenza raġonevoli taċ-ċittadin, fid-dawl ta’ deċiżjoni mogħtija skont il-liġi nazzjonali mill-Kunsill Grieg tal-Istat; il-Kummissjoni tosserva li dan huwa pass nazzjonali meħud minn awtorità nazzjonali, u mhux pass meħud minn awtorità tal-UE fl-ambitu tal-ġurisprudenza msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, is-sentenza tal-Kunsill tal-Istat kienet ibbażata biss fuq il-liġi nazzjonali, u ma ddiskutiet l-ebda kwistjoni ta’ għajnuna mill-Istat jew il-klassifikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura bħala għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni ma tistax twarrab l-irkupru fuq il-bażi ta’ dawn l-argumenti. |
|
(138) |
Il-Greċja u Mont Parnès argumentaw li Loutraki dam qabel ma ressaq ilment quddiem il-Kummissjoni, u b'hekk kiser il-prinċipju li dritt m'għandux jiġi eżerċitat b'mod abbużiv; il-Kummissjoni tosserva li d-dewmien min-naħa tal-kwerelant ma jistax, fi kwalunkwe każ jimpedixxi l-irkupru ta’ għajnuna illegali, b'kont meħud tal-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni skont dan ma tistax taċċetta l-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès għal rinunzja eċċezzjonali ta’ rkupru. |
|
(140) |
Kif spjegat f'din id-Deċiżjoni, il-miżuri nazzjonali tal-1994 u l-1995 imponew kemm il-ħtieġa li jitħallas lura 80 % tal-valur tal-ammissjonijiet u l-prezz standard ta’ EUR 15 għall-biljetti tal-ammissjoni għall-każinojiet kollha. Madankollu, la l-ħtieġa ta’ ħlas lura ta’ 80 % u lanqas il-prezz standard ta’ EUR 15 ma kien japplika għall-każinojiet benefiċjarju, għalkemm it-tnejn applikaw għall-każinojiet oħra mill-1995 ‘l quddiem, u fil-prattika operaw minn dakinhar s'issa (il-każinojiet privati kollha ġew liċenzjati fl-1995 jew 1996,u bdew jimplimentaw il-miżura dak iż-żmien, bl-eċċezzjoni unika ta’ Tessaloniki). Peress li d-diskriminazzjoni fiskali li tirriżulta mid-differenzazzjoni fil-prezzijiet tal-biljetti tal-ammissjoni u l-ħlasijiet relatati ta’ 80 % lill-Istat fil-fatt bdew fl-1995, il-perjodu li fih l-għajnuna ġiet mogħtija jista' jitqies li beda fl-1995. |
|
(141) |
B'mod konformi mal-konklużjoni li waslet għaliha fit-Taqsima V.3, “Legalità tal-għajnuna”, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jimpedixxi l-irkupru ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel il-21 ta’ Ottubru 1999. |
|
(142) |
Il-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jkun ibbażat fuq il-fatt li, kif spjegat f'din id-Deċiżjoni (ara wkoll il-paragrafu 85), l-Istat Grieg ilu jitlef dħul mit-taxxi mill-każinojiet pubbliċi għall-ammont ta’ EUR 7,20 għal kull ammissjoni, li hija d-differenza bejn it-taxxa ta’ EUR 12 għal kull ammissjoni mibgħuta lill-Istat mill-każinojiet privati u t-taxxa ta’ EUR 4,80 għal kull ammissjoni mibgħuta lill-Istat mill-każinojiet pubbliċi. |
|
(143) |
Fil-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat minn kull każinò, madankollu, għandhom jitqiesu ċerti aspetti relatati mas-sitwazzjoni tal-każinò partikolari, kif spjegat hawn taħt.
|
|
(144) |
Il-Kummissjoni m'għandhiex dejta suffiċjenti biex tkun tista' tasal għal estimu preċiż tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati minn kull każinò benefiċjarju. Madankollu, l-ebda dispożizzjoni tal-Liġi tal-UE ma teħtieġ li l-Kummissjoni, meta tordna l-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, tistabbilixxi l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata. Huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru u lill-impriża benefiċjarja jaħdmu dak l-ammont huma stess, mingħajr diffikultà żejda. Il-Kummissjoni għalhekk tista' legalment tillimita ruħha li tiddikjara li hemm obbligu li l-għajnuna in kwistjoni titħallas lura, u tħalli f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali biex jikkalkolaw l-ammonti eżatti li għandhom jitħallsu lura fuq il-bażi tal-gwida mogħtija mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha. |
|
(145) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tipprovdi l-gwida meħtieġa għall-irkupru hawn taħt. |
|
(146) |
It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-għadd ta’ biljetti maħruġa minn kull każinò kull sena (kif indikat fit-tabella, l-informazzjoni ppreżentata mhix kompluta), u stima preliminari tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati minn kull każinò, suġġetti għall-kwalunkwe osservazzjonijiet oħra li l-Greċja tista' tixtieq li tressaq wara li tkun għamlet il-kalkoli tagħha fir-rigward tal-irkupru. Estimu tan-numru ta' biljetti maħruġa minn kull każinò
Estimu preliminari tal-ammont li għandu jiġi rkuprat għal kull każinò (EUR ‘000 000, numri sal-eqreb punt deċimali)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(147) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Artikolu 108(3) tat-TFUE għandu effett sospensiv. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni li tgħid li l-miżura kkontestata ġiet sospiża mid-deċiżjoni ta’ ftuħ. Għalhekk, huwa preżunt, li l-miżura ġiet implimentata kontinwament mill-awtoritajiet Griegi sal-lum (83). Kwalunkwe għajnuna mogħtija sal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi rkuprata mill-Greċja mingħand il-benefiċjarju. Il-Kummissjoni tosserva li l-każinò ta’ Korfù ma baqax jimponi prezz tal-ammissjoni ta’ EUR 6 u qaleb għal EUR 15 meta ġie privatizzat f'Awwissu 2010. Fil-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat, għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat biss il-perjodu sa Awwissu 2010. |
|
(148) |
Fid-dawl tal-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tordna l-irkupru mill-Greċja tal-għajnuna inkumpatibbli mill-Istat mogħtija illegalment lill-benefiċjarji. Il-Kummissjoni tfakkar li l-Greċja għandha tikkanċella l-vantaġġi fiskali pendenti kollha pprovduti fil-miżura evalwata b'effett mid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(149) |
Fir-rigward tal-futur, il-Greċja indikat li qed teżamina bidla possibbli fil-politika tal-ipprezzar tal-każinojiet, bl-għan li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni bejn il-każinojiet. Skont il-Greċja, din il-leġiżlazzjoni l-ġdida se ttemm il-miżura evalwata. Madankollu, il-Greċja ma informatx lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe progress magħmul f'din id-direzzjoni jew kwalunkwe bidliet li saru fil-fatt. Il-Kummissjoni temmen li l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida ta’ dan it-tip hija kritika għar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet ta’ diskriminazzjoni bejn il-każinojiet fil-Greċja, u tħeġġeġ lill-Greċja biex tieħu l-passi meħtieġa mingħajr dewmien. |
VI. KONKLUŻJONI
|
(150) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stipulati hawn fuq, il-ġurisprudenza rilevanti, u l-karatteristiċi speċifiċi tal-każ, il-Kummissjoni tqis li l-miżura kkontestata, li tikkonsisti f'diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet li l-awtoritajiet Griegi daħħlu fis-seħħ billi applikaw fl-istess ħin għadd ta’ dispożizzjonijiet, li:
tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li l-miżura kkontestata ġiet implementata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u konsegwentement tikkostitwixxi għajnuna illegali. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni tosserva li, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 kwalunkwe għajnuna illegali tista' tiġi rkuprata mill-benefiċjarju, u tordna l-irkupru mill-Greċja tal-għajnuna illegali rċevuta minn kull wieħed mill-każinojiet benefiċjarji. Il-Kummissjoni tosserva li l-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali jostakola l-irkupru ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel il-21 ta’ Ottubru 1999. Il-Greċja għandha tikkanċella l-vantaġġi fiskali pendenti kollha mogħtija permezz ta’ din il-miżura li hija s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni b'effett mid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li tikkonsisti f'diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet li l-Greċja daħħlet fis-seħħ billi applikat numru ta’ dispożizzjonijiet fl-istess ħin, parzjalment obbligatorji, li:
|
— |
jistabbilixxu imposta uniformi jistabbilixxu imposta uniformi ta’ 80 % fuq il-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni, u |
|
— |
jistabbilixxu prezzijiet differenti regolati għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u dawk li huma proprjetà privata, ta’ EUR 6 u EUR 15 rispettivament, |
ġiet imdaħħla fis-seħħ illegalment, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u hija inkompatibbli mas-suq intern, peress li poġġiet lill-każinojiet benefiċjarji Regency Casino Mont Parnès, Regency Casino Thessaloniki u Corfu casino (bil-ftehim li l-każinò ta’ Rodi ma baqax ikun benefiċjarju f'April 1999) f'vantaġġ kompetittiv mhux dovut.
Artikolu 2
1. Il-Greċja għandha tirkupra l-għajnuna inkumpatibbli msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-każinojiet benefiċjarji li ngħatat mill-21 ta’ Ottubru 1999.
2. Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom interessi mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru effettiv tagħhom.
3. L-interess għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (84).
4. Il-Greċja għandha tħassar kull diskriminazzjoni fiskali pendenti li tirriżulta mill-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Il-Greċja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
1. Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
il-lista tal-benefiċjarji li rċevew għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali ta’ għajnuna rċevuta minn kull wieħed minnhom skont il-miżura kkontestata, ikkalkolat skont il-gwida li tinsab f'din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
l-ammont totali (interessi prinċiali u ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju; |
|
(c) |
deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma’ Din id-Deċiżjoni; |
|
(d) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarju kien ordnat li jħallas lura l-għajnuna. |
2. Il-Greċja għandha żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sa meta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 jkun tlesta. Fuq talba tal-Kummissjoni l-Greċja għandha immedjatament tissottometti informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u l-interessi tal-irkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi-President
(1) ĠU C 235, 31.8.2010, p. 3.
(2) Voukourestiou 11, Aktí Poseidonos 48, Loutraki, Ateni 10671, il-Greċja.
(3) Il-każinò ta’ Rodi, li ngħata liċenzja permezz tad-Deċiżjoni Ministerjali T/633 tad-29 ta’ Mejju 1996, ma ssemmiex fl-ilment, peress li wara li ġie pprivatizzat f'April 1999, huwa ma baqax jibbenefika mill-miżura in kwistjoni.
(4) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.
(5) B'mod partikolari, il-Liġi 2206/1994; id-Deċiżjoni Ministerjali (YA) 1128269/1226/0015/POL.1292 tas-16 ta’ Novembru 1995 (referenza ta’ pubblikazzjoni FEK 982/B/1995); il-Liġi 3139 tat-30 ta’ April 2003; id-deċiżjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-EOT (il-korp li jissorvelja l-każinojiet pubbliċi) maħruġa skont il-Liġi 1624/1951 u d-Digriet 4109/1960, jiġifieri d-deċiżjoni EOT 535633 tal-21 ta’ Novembru 1991, id-deċiżjoni tal-EOT 508049 tal-24 ta’ Marzu 1992, u d-deċiżjoni tal-EOT 532691 tal-24 ta’ Novembru 1997; u l-liċenzji mogħtija lill-każinojiet taħt il-liġi nazzjonali li jikkonfermaw il-prezzijiet tal-biljetti tal-ammissjoni u l-obbligu li jitħallsu 80 % minnhom kif applikabbli għal kull każinò.
(6) Elliniko Kazino Parnithas AE, Agiou Konstantinou 49, 15124 Marousi Attikis, il-Greċja.
(7) Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE, Agiou Konstantinou 49, 15124 Marousi Attikis, il-Greċja, u 13o km odou Thessalonikis-Polygyrou, 55103 Tessaloniki, il-Greċja.
(8) Elliniko Kazino Kerkyras AE, Etaireia touristikis anaptyxis, Voulis 7, 10562 Ateni, il-Greċja.
(9) Casino Rodos Grande Albergo Delle Rose Boutique Hotel, 4 odos Georgiou Papanikolaou., Rodi, 85100, il-Greċja.
(10) Il-każinò ta’ Rodi, li ngħata liċenzja bid-Deċiżjoni Ministerjali T/633 tad-29 ta’ Mejju 1996, ma kienx msemmi fl-ilment li wasal għand il-Kummissjoni, għax applika il-perzz tal-ammissjopni ta’ EUR 15 sa mill-privatizzazzjoni tiegħu f'April 1999.
(11) Matul l-investigazzjoni formali l-Kummissjoni qalet li l-każinò ta’ Korfu ġie pprivatizzat fit-30 ta’ Awwissu 2010, dan ġara wara sejħa internazzjonali għall-offerti l-kapital azzjonarju kollu ta’ Elliniko Kazino Kerkyras AE nbiegħ lil V&T Corfu Ependyseis Kazino AE. Wara l-privatizzazzjoni l-prezz tal-ammissjoni sar konformi mal-prezz ġenerali ta’ EUR 15 skont id-Deċiżjoni Ministerjali 9206 li tiddefinixxi t-termini tal-liċenzja tal-operat tal-każinò ta’ Korfu (l-Artikolu 4, paragrafu 4.1.d.iii) (FEK Β'1178/5.8.2010).
(12) Dawn kienu mmexxija bħala impriżi tal-EOT skont il-Liġi 1624/1951, id-Digriet 4109/1960 u l-Liġi 2160/1993. L-EOT aktar tard ġiet sostitwita bħala operatur tal-każinojiet ta’ Korfù u Mont Parnès minn Elliniki Etaireia Touristikis Anaptyxis (Kumpanija Ellenika għall-Iżvilupp tat-Turiżmu, ETA), li kienet posseduta totalment mill-Istat Grieg, skont il-Liġijiet 2636/1998 u 2837/2000. L-ETA mexxiet dawk iż-żewġ każinojiet sakemm dawn ingħataw liċenzji skont il-Liġi 3139/2003. Il-każinò ta’ Rodi kien imħaddem mill-EOT sakemm ingħata liċenzja fl-1996.
(13) Id-deċiżjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-EOT inħarġu skont il-Liġi 1624/1951 u d-Digriet 4109/1960, u kienu kif ġej: deċiżjoni tal-EOT 535633 tal-21 ta’ Novembru 1991, li tiffissa prezz ta’ ammissjoni għall-każinò ta’ Mont Parnès għal GRD 2 000; id-deċiżjoni tal-EOT 508049 tal-24 ta’ Marzu 1992, li tiffissal-prezz ta’ ammissjoni għall-każinojiet ta’ Korfù u Rodi għal GRD 1 500; u d-deċiżjoni tal-EOT 532691 tal-24 ta’ Novembru 1997, li aġġustat il-prezz ta’ ammissjoni għall-każinò ta’ Korfù għal GRD 2 000.
(14) Il-prezz irregolat għal ammissjoni għall-każinojiet pubbliċi sar EUR 6 meta l-Greċja adottat l-euro bħala l-munita tagħha fl-2002.
(15) Il-Liġi 2206/1994 dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni, l-operazzjoni u s-superviżjoni tal-każinojiet (FEK A'62/1994).
(16) Il-liċenzji tal-każinojiet kellhom jingħataw permezz ta’ deċiżjoni tal-Ministru għat-Turiżmu, wara sejħa internazzjonali pubblika għall-offerti li tiġi organizzata minn kummissjoni b'seba' membri (l-Artikolu 1(7) tal-Liġi tal-1994, intitolat “L-għoti ta’ liċenzji għall-każinojiet”).
(17) Id-Deċiżjoni Ministerjali 1128269/1226/0015/POL.1292 tas-16 ta’ Novembru 1995 (FEK 982/B'/1995).
(18) Il-paragrafu 1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “L-operaturi tal-każinojiet (il-Liġi 2206/1994) huma meħtieġa mill-15 ta’ Diċembru 1995 li joħorġu biljett ta’ ammissjoni għal kull persuna skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-paragrafi li ġejjin.”
(19) Il-paragrafu 5 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Il-prezz uniformi tal-biljetti għad-dħul fiż-żoni tal-magni tal-logħob (slot machines) u tal-logħob fuq l-imwejjed għandu jammonta għal GRD 5 000.”
(20) Il-prezz standard irregolat sar EUR 15 meta l-Greċja adottat l-euro bħala l-munita tagħha fl-2002.
(21) Il-paragrafu 7.1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Mill-valur totali tal-biljett, perċentwal ta’ 20 % għandu jinżamm mill-impriża tal-każinò bħala ħlas għall-ħruġ tal-biljett u biex ikopri l-ispejjeż, inkluża l-VAT dovuta, il-bqija għandu jikkostitwixxi taxxa għall-Istat.”
(22) Il-paragrafu 6 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Meta għal raġunijiet ta’ promozzjoni jew obbligu soċjali l-każinò ma jimponix ħlas ta’ ammissjoni fuq persuna, il-każinò għandu joħroġ biljett ittikkettat ‘kumplimentari’ minn serje speċjali jew totalizzatur speċjali fil-cash register approvat mit-taxxa”.
(23) Il-paragrafu 7.2 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Għall-biljetti kumplimentari l-imposta pubblika għandha titħallas fuq il-bażi tal-prezz tal-biljetti għall-ġurnata rilevanti stabbilita fil-paragrafu 5 ta’ din id-Deċiżjoni.”
(24) Il-paragrafu 10.1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “L-imposti pubbliċi għandhom jiġu depożitati fl-uffiċċju xieraq tat-taxxa tal-introjtu sal-għaxar jum ta’ kull xahar, b'dikjarazzjoni dwar l-imposti miġbura matul ix-xahar ta’ qabel”.
(25) Il-paragrafu 8.1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Suġġett għall-paragrafi 2 sa 7, mutatis mutandis, huwa permissibbli [għall-operaturi tal-każinojiet] li jinħarġu biljetti fit-tul validi għal 15 jew 30 jum konsekuttiv jew xahar kalendarju wieħed, kif xieraq. Jista' jingħata skont fuq il-valur ta’ tali biljetti fit-tul, kif ġej:
|
(a) |
fuq il-biljetti validi għal 15-il ġurnata, 40 % tal-valur totali ta’ 15-il biljett ta’ kuljum; jekk tali biljetti jinħarġu għal kull ħmistax-il jum kalendarju, l-aħħar ħmistax-il jum tax-xahar ikopru l-perjodu li jibda fis-sittax-il jum u li jispiċċa fl-aħħar tax-xahar; |
|
(b) |
għall-biljetti validi għal 30 jum jew għal xahar, 50 % tal-valur totali ta’ 30 biljett kuljum.” |
(26) Fl-1993, il-Liġi 2160/1993 stipulat li l-każinojiet ta’ Rodi, Mont Parnès u Korfù se jkomplu jaħdmu bħala klabbs immexxija mill-EOT, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-EOT, jiġifieri, il-Liġi 1624/1951, id-Digriet 4109/1960 u l-Liġi 2160/1993, sakemm ingħataw liċenzji mill-Kummissjoni tal-Każinojiet.
(27) Fil-każ ta’ Mont Parnès l-ETA ġiet segwita minn Elliniko Kazino Parnithas AE, kumpannija sussidjarja tal-ETA mwaqqfa fl-2001.
(28) Il-każinò ta’ Mont Parnès ġie parzjalment privatizzat fl-10 ta’ Mejju 2003 bil-bejgħ ta’ 49 % tal-ishma fl-Elliniko Kazino Parnithas AE, wara sejħa internazzjonali għall-offerti, lill-Athens Resort Casino Anonymi Etaireia Symmetochon AE, li kienet ġiet stabbilita mill-offerent ta’ suċċess, il-konsorzju Hyatt Regency - Elliniki Technodomiki. Elliniko Kazino Parnithas kien ġie stabbilit fl-2001 bħala sussidjarju tal-ETA. L-ETA twaqqfet fl-1998, u fl-2000 ssostitwiet lill-EOT bħala maniġer tal-każinojiet ta’ Mont Parnès u Korfù (ara wkoll in-nota 12 f'qiegħ il-paġna).
(29) Skont l-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet Griegi matul l-investigazzjoni formali, il-każinò ta’ Korfù ġie pprivatizzat fit-30 ta’ Awwissu 2010, bil-bejgħ tal-kapital azzjonarju kollu ta’ Elliniki Kazino Kerkyras AE, wara sejħa internazzjonali għall-offerti, lil V&T Corfu Ependyseis Casino AE, li kienu ġew imwaqqfa mill-offerent ta’ suċċess, il-konsorzju Vivere Divertiment Emporiki & Symmetochon AE - Theros International Gaming Inc. Elliniki Kazino Kerkyras AE kien twaqqaf fl-2001 bħala sussidjarju tal-ETA.
(30) Ara n-nota 13 f'qiegħ il-paġna.
(31) Referenza ta’ pubblikazzjoni FEK 904, 6.12.1994.
(32) Id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 dwar l-investiment u l-protezzjoni tal-fondi barranin.
(33) Il-każinò ta’ Tessaloniki ġie ppreżentat skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 mid-Digriet Presidenzjali (PD) 290/1995, li ddikjara li kellu jingħata l-istess trattament bħall-każinojiet ta’ Mont Parnès u Korfù.
(34) Ara l-paragrafi 16-18 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.
(35) Ara l-paragrafi 19-23 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ
(36) Ara l-paragrafi 26-28 u 37 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.
(37) Ara l-paragrafi 24-29 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.
(38) Ara l-paragrafi 30-32 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.
(39) Il-paragrafi 34-35 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 08 Volume 01 p. 339 - 347).
(40) Ara l-paragrafi 36-38 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.
(41) Ara l-paragrafi 39-40 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.
(42) Skont il-Kunsill tal-Istat, dan huwa minħabba li: (a) il-leġiżlatur, f'konformità mal-għanijiet tal-Liġi, jeħtieġ li l-bejgħ tal-biljetti jsir biss għal dawk li jidħlu fiż-żona tal-logħob u mhux għall-utenti ta’ servizzi oħra pprovduti fuq il-post (lukandi, ristoranti, eċċ); (b) il-prezz tal-biljetti ta’ ammissjoni mhuwiex inkluż fid-dħul tal-Istat elenkat fl-Artikolu 2(6) tal-Liġi 2206/1994; u (c) il-leġiżlatur ipprovda l-alternattiva jew li jistabbilixxi arranġament uniformi għall-każinojiet kollha suġġetti għal-Liġi 2206/1994 jew li jagħmel arranġamenti individwali jekk jiġi meqjus li hemm raġunijiet speċjali biex isir dan.
(43) Il-Kunsill tal-Istat, sentenza Nru 4027/1998. Ara wkoll in-nota 39 f'qiegħ il-paġna hawn fuq.
(44) Rodi ma jissemmiex hawnhekk għaliex applika l-prezz ta’ EUR 15 mill-1999, u għalhekk ma jkunx affettwat minn kwalunkwe rkupru, minħabba l-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali.
(45) B'mod partikolari, id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953; il-Liġi 2206/1994; id-Deċiżjoni Ministerjali 1128269/1226/0015/ POL.1292 tas-16 ta’ Novembru 1995 (FEK 982/B'/1995); u l-Liġi 3139 tat-30 ta’ April 2003.
(46) Il-miżura evalwata tikkonċerna l-każinojiet pubbliċi u każinò privat wieħed, ta’ Tessaloniki, li permezz ta’ eċċezzjoni ngħata l-istess trattament bħall-każinojiet pubbliċi, kif spjegat band'oħra f'din id-Deċiżjoni.
(47) Il-paragrafu 10.1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995, imsemmija hawn fuq: “L-imposti pubbliċi għandhom jiġu ddepożitati fl-uffiċċju fiskali responsabbli għat-tassazzjoni tad-dħul tal-impriża sal-għaxar jum ta’ kull xahar, b'dikjarazzjoni dwar l-imposti miġbura matul ix-xahar ta’ qabel”.
(48) Minkejja r-referenza għall-każinojiet pubbliċi, il-Kummissjoni tfakkar li, bħala eċċezzjoni l-prezz orħos ta’ ammissjoni għall-każinojiet pubbliċi japplika wkoll għal każinò wieħed li huwa proprjetà privata, ta’ Tessaloniki, kif spjegat band'oħra f'din id-Deċiżjoni.
(49) Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline and Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke [2001] Ġabra I-8365.
(50) Il-każinò ta’ Rodi beda jimponi prezz ta’ EUR 15 wara l-privatizzazzjoni tiegħu fl-1999, u ħallas 80 % ta’ dak il-prezz minn dakinhar.
(51) Ara pereżempju il-Każ C76/2003 — id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/276/UE tas-26 ta’ Mejju 2010 dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ ftehim fiskali dwar it-tranżazzjonijiet implementata mill-Belġju favur Umicore SA (ex “Union Minière S.A.”), ĠU L 122, 11.5.2011, p. 76.
(52) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/476/KE tal-21 ta’ Jannar 1998 dwar il-konċessjonijiet tat-taxxa skont § 52(8) tal-Att Ġermaniż dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu, ĠU L 212, 30.7.1998, p. 50.
(53) Il-każinò ta’ Tessaloniki joffri ammissjoni mingħajr ħlas bejn is-07:00 u t-20:00 mill-Ħadd sal-Ħamis (mill-10 ta’ Jannar): http://www.regencycasinos.gr/en-GB/Promotion/Kliroseis/Kliroseis.aspx.
(54) Kull każinò jħallas proporzjon tal-qligħ gross annwali lill-Istat; il-miżura ewlenija msemmija hawn hija dik fejn il-liġi tirrikjedi proporzjon aktar baxx minn Loutraki milli minn oħrajn. Madankollu, Loutraki sostna matul l-investigazzjoni formali li fil-prattika huwa kien ħallas l-istess ammont bħall-kompetituri tiegħu, skont ftehim separat mal-awtoritajiet.
(55) Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze and Others [2006] Ġabra I-289. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2004 fil-Kawża N 354/04 Irish Holding Company Regime, ĠU C 131, 28.5.2005, p. 10. Ara f'dak ir-rigward l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għal miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett, ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.
(56) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għal attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali (miżura ta’ għajnuna Nru C 51/01), ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52, paragrafu 84.
(57) Ara f'dak ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-308/01 GIL Insurance [2004] Ġabra I-4777, paragrafu 68; Kawża C-172/03 Heiser [2005] Ġabra I-1627, paragrafu 40; u l-Kawża C-88/03 Portugal vs Commission [2006] Ġabra I-7115, paragrafu 54.
(58) Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-88/03 Portugal vs Commission [2006] Ġabra I-7115, paragrafu 54.
(59) Ara f'dak ir-rigward il-Qorti tal-Prim'Istanza (issal-Qorti Ġenerali) fil-Kawża T-93/2002 Confédération nationale du Crédit mutuel vs Commission [2005] Ġabra II-143.
Ara wkoll pereżempju l-Qorti tal-Ġustizzja fil-KawżaC-56/93 Belgium vs Commission [1996] Ġabra I-723, paragrafu 79; Kawża C-241/94 France vs Commission [1996] Ġabra I-4551, paragrafu 20; Kawża C-75/97 Belgium vs Commission [1999] Ġabra I-3671, paragrafu 25; u l-Kawża C-409/00 Spain vs Commission [2003] Ġabra I-10901, paragrafu 46.
(60) Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża 173/73 Italy vs Commission [1974] Ġabra 709.
(61) Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-88/03 Portugal vs Commission, nota 49 f'qiegħ il-paġna hawn fuq, paragrafu 81. Ara wkoll il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-227/01 Territorio Histórico de Álava and Another, 9 ta’ Settembru 2009, għadha ma ġietx rappurtata, paragrafu 179, u l-Kawża T-230/01 Territorio Histórico de Álava and Another, id-9 ta’ Settembru 2009, għadha ma ġietx rappurtata, paragrafu 190.
(62) Ara l-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-372/97 Italy vs Commission [2004] Ġabra I-3679, paragrafu 44; Kawża C-66/02 Italy vs Commission [2005] Ġabra I-10901, paragrafu 111; u l-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze [2006] Ġabra I-289, paragrafu 140.
(63) Il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Commission [1998] Ġabra II-717.
(64) Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża 730/79 Philip Morris vs Commission [1980] Ġabra 2671, paragrafi 11 u 12, u l-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Commission [1998] II-717, paragrafi 48-50.
(65) Il-Qorti tal-Prim'Istanza f'Het Vlaamse Gewest v Commission, imsemmija hawn fuq; il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans and Regierungspräsidium Magdeburg [2003] Ġabra I-7747, paragrafi 81-82, u l-Kawża C-172/03 Heiser [2005] I-1627, paragrafi 32-33.
(66) Ara b'mod partikolari l-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-172/03 Heiser u l-Kawża C-280/00 Altmark Trans and Regierungspräsidium Magdeburg.
(67) Ara b'mod partikolari l-Kawża C-42/07 Liga Portuguesa de Futebol Profissional and Bwin International v Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa [2009] Ġabra I-7633.
(68) Pereżempju, il-każinò ta’ Mont Parnès huwa operat mill-kumpanija li hija proprjetà privata Athens Resort Casino Anonymi Etaireia Symmetochon, bħala detentur ta’ liċenzja. Athens Resort Casino akkwistat 49 % tal-ishma fil-każinò, u ħadet il-ġestjoni tiegħu, wara li l-każinò ġie parzjalment privatizzat fl-2003 (il-kumpannija ETA li hija proprjetà pubblika żammet 51 %). 70 % mill-Athens Resort Casino huwa proprjetà ta’ Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE (li qabel kien Hyatt Regency Xenodocheiaki kai Touristiki (Thessaloniki) AE), u t-30 % li jifdal ta’ Ellaktor AE (li qabel kien Elliniki Technodomiki AE). Fil-Greċja, Hyatt Regency jopera wkoll u jikkontrolla Regency Casino Thessaloniki. Il-korporazzjoni multinazzjonali Hyatt Hotels, bil-kwartieri ġenerali f'Chicago, Illinois, USA, tamministra, tipprovdi franchises, tippossjedi u tiżviluppa lukandi tad-ditta, villaġġi turistiċi u proprjetajiet ta’ sjieda residenzjali u ta’ vaganza tad-ditta Hyatt madwar id-dinja kollha. Fil-31 ta’ Diċembru 2010, il-portafoll tal-kumpanija ta’ madwar id-dinja kollha kien jikkonsisti f'453 proprjetà: lukandi b'servizz sħiħ li joperaw taħt id-ditti Hyatt®, Park Hyatt ®, Andaz ™, Grand Hyatt ®, u Hyatt Regency ®; żewġ ditti ta’ servizz ta’ selettività huma Hyatt Place ® u Hyatt Summerfield Suites ™; u proprjetajiet ta’ sjieda għall-vaganzi huma żviluppati taħt id-ditta Vacation Club Hyatt ®. Taħt id-ditta Hyatt Regency biss hemm disa' lukandi/villaġġi turistiċi fi Franza, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, il-Greċja u l-Polonja. Hyatt topera erba' każinojiet taħt id-ditta Hyatt Regency, inkluż il-każinò ta’ Tessaloniki u l-lukanda u każinò Hyatt Regency Warsaw fil-Varsavja, il-Polonja (it-tnejn l-oħra huma fil-Korea t'Isfel u f'Wisconsin, USA). Din l-informazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt www.hyatt.com.
Eżempju ieħor huwa dak ta’ Loutraki: Club Hotel Casino Loutraki huwa impriża konġunta bejn il-Muniċipalità ta’ Loutraki (permezz ta’ DAET Loutraki AE) u l-kumpanija holding multinazzjonali Club Hotel Loutraki AE, li hija l-maniġer u l-investitur prinċipali fil-każinò ta’ Loutraki. Skont l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt http://www.clubhotelloutraki.gr websajt, l-azzjonisti fil-Club Hotel Loutraki jinkludu ismijiet sinifikanti mid-dinja tan-negozju Griega u internazzjonali, bħall-Casinos Austria International (wieħed mill-akbar investituri fil-każinojiet internazzjonalment, b'67 każinò fi 15-il pajjiż), Trapeza Peiraios (Piraeus Bank), EFG Eurobank Ergasias, u kumpaniji li huma proprjetà tal-Iżrael li l-holdings tagħhom jinkludu, fost oħrajn, sitt każinojiet oħra u ktajjen ta’ lukandi lussużi.Din l-informazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt http://www.clubhotelloutraki.gr/.
Il-kumpanija multinazzjonali Queenco Leisure International hija l-uniku maniġer tal-każinò ta’ Rodi, u hija involuta wkoll bħala azzjonista u b'mod maniġerjali fil-każinojiet li ġejjin: Club Hotel Casino Loutraki, Loutraki, Greece (azzjonist u maniġer konġunt); Casino Palace, Bukarest, ir-Rumanija (azzjonist ewlieni u maniġer uniku) u Sasazu, Praga, ir-Repubblika Ċeka (azzjonist uniku u maniġer uniku). Din l-informazzjoni hija disponibbli permezz tal-websajt http://www.casinorodos.gr/.
(69) Konsultazzjoni tal-gvern fuq l-inizjattiva leġiżlattiva dwar regolamentazzjoni tas-suq tal-logħob tal-azzard, is-sajf 2010.
(70) [2006] Ġabra I-10341. Ara wkoll il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-109/08 Commission vs Greece [2009] Ġabra I-4657.
(71) Fost eżempji oħra ta’ prattika preċedenti tal-Kummissjoni ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/76/KE tat-13 ta’ Mejju 2003 dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata minn Franza għall-kwartieri ġenerali u ċ-ċentri ta’ loġistika, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 1, paragrafu 73. Għal raġunament simili ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali, ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52, paragrafu 105, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/77/KE tal-24 ta’ Ġunju 2003 dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Belġju – Sistema ta’ regolazzjoni tat-taxxa għal korporazzjonijiet ta’ bejgħ barranin tal-Istati Uniti, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 14, paragrafu 70.
(72) Il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-211/05 Italy vs Commission [2009] Ġabra II-2777, paragrafu 173; ara wkoll il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-459/93 Siemens vs Commission [1995] Ġabra II-1675, paragrafu 48.
(73) Sottomissjoni Griega tas-6 ta’ Ottubru 2010.
(74) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(75) Ara pereżempju l-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawżi Magħquda T-195/01 u T-207/01 Gibraltar vs Commission (ĠU C 169, 13.7.2002, p. 30), [2002] Ġabra II-2309, paragrafu 130.
(76) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għal attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali, ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/76/KE dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata minn Franza għal kwartieri ġenerali u ċentri ta’ loġistika, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 1.
(77) Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Forum 187 [2006] Ġabra I-5479, paragrafu 147. Ara wkoll il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-506/03 Germany vsCommission, l-24 ta’ Novembru 2005, għadha ma ġietx rappurtata, paragrafu 58, u l-Kawża C-265/85 Van den Bergh en Jurgens v Commission [1987] Ġabra 1155, paragrafu 44.
(78) Ara wkoll il-paragrafu 21.
(79) Referenza tal-pubblikazzjoni FEK 904, 6.12.1994.
(*1) Sigriet kummerċjali.
(80) Rodi ġie pprivatizzat f'April 1999 u ma baqax japplika l-prezz imnaqqas għall-biljetti ta’ ammissjoni dak iż-żmien. Għajnuna rċevuta minn Rodi qabel il-21 ta’ Ottubru 2009 hija koperta mil-limitazzjoni.
(81) Data preċiża fl-2000 meta l-ETA bdiet tħallas it-taxxa ta’ 80 % fuq il-prezz imnaqqas ta’ EUR 6 biex tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet Griegi.
(82) Bil-ftehim li l-każinò ta’ Korfù ma baqax ikun benefiċjarju meta ġie pprivatizzat f'Awissu 2010, meta beda jimponi ħlas ta’ EUR 15.
(83) Il-Kummissjoni attwalment għandha biss informazzjoni parzjali għall-perjodu 22 ta’ Ottubru 1999- 22 ta’ Ottubru 2009, u ebda informazzjoni rigwar il-kontinwazzjoni possibbli tal-miżura wara t-22 ta’ Ottubru 2009.
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/46 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Ottubru 2011
li temenda d-Deċiżjoni 98/536/KE li tistabbilixxi l-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ referenza għar-rivelazzjoni ta’ residwi
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7610)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/717/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Din tistipula li kull Stat Membru għandu jagħżel minn tal-inqas laboratorju nazzjonali wieħed ta’ referenza, li għandu jkun responsabbli għal ċerti xogħlijiet stipulati f’din id-Direttiva. Id-Direttiva 96/23/KE tistipula wkoll li għandha titħejja lista mill-Kummissjoni ta’ dawn il-laboratorji. |
|
(2) |
Il-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ referenza għall-iskoperta ta’ residwi bħalissa hija stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE (2). |
|
(3) |
Ċerti Stati Membri għażlu laboratorji nazzjonali addizzjonali ta’ referenza jew issostitwixxew il-laboratorji magħżula ma’ laboratorji oħrajn. Barra minn hekk, il-koordinati tal-kuntatt u l-gruppi ta’ residwi mmonitorjati minn ċerti laboratorji li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 98/536/KE nbidlu. Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-liġi tal-Unjoni, huwa għaldaqstant xieraq li tiġi aġġornata l-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ referenza stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 98/536/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 98/536/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS
LABORATORJI NAZZJONALI TA’ REFERENZA
|
Stat Membru |
Laboratorji ta’ referenza |
Gruppi tar-residwi |
|||||||||
|
Il-Belġju |
|
A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2c, B2d, B2e, B2f, B3a, B3b, B3e, B3f |
|||||||||
|
B3c, B3d |
||||||||||
|
Il-Bulgarija |
(Central Laboratory of Veterinary Control and Ecology, 5 Iskarsko shousse Str., 1528 Sofia) |
A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2c, B2d, B2e, B3a, B3b, B3c, B3e, B3f għal prodotti tal-annimali ħlief l-għalf |
|||||||||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
|
A1, A2, A3, A4, A5, A6, B2d |
|||||||||
|
B3a, B3b |
||||||||||
|
B3c |
||||||||||
|
B1, B2 (ħlief B2d), B3d, B3e |
||||||||||
|
Id-Danimarka |
|
A1, A2, A3, A4, A5, A6, B3 |
|||||||||
|
B1, B2 |
||||||||||
|
Il-Ġermanja |
|
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
L-Estonja |
|
A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2d, B2e, B2f, B3c |
|||||||||
|
B2c, B3a, B3b |
||||||||||
|
B3d |
||||||||||
|
L-Irlanda |
|
A1, A3, A4, A6 (in-nitromidażoli biss, B2b (in-nitromidażoli biss), B2e, B2f (il-kortikosterojdi)), B3d |
|||||||||
|
A2, A5, A6, (minbarra n-nitrofurani, in-nitromidażoli), B1, B2d, B2f (il-carbadox biss), B3c |
||||||||||
|
A6 (in-nitrofurani), B2a (l-antielmintiċi minbarra l-emamektina), B2b (antikoċċidiċi), B2c |
||||||||||
|
B2a, (l-emamektina), B2f (it-teflubenżuron u d-diflubenżuron), B3e (MG LMG) |
||||||||||
|
B3a (pestiċidi ta’ kloru organiku & 7 PCBs), B3b, B3f |
||||||||||
|
Il-Greċja |
(Veterinary Diagnostic Laboratory Serres, Terma Omonias, 621 10 Serres) |
A1, A3, A4, A6 (id-dapson), B2f (il-carbadox, l-olaquindox, il-kortikosterojdi, B3a |
|||||||||
(Institute of Food Hygiene of Athens, Neapoleos 25, 153 10, Aghia Paraskevi, Athens, Greece) |
A2, A5, A6 (il-klorpromażina, in-nitromidażoli), B1, B2d, B3b, B3c, B3e |
||||||||||
(Veterinary Laboratory of Tripolis, Pelagos Arkadias, 22100 Tripolis, Greece) |
A6 (il-kloramfenikol u n-nitrofurani), B2c |
||||||||||
(Veterinary Laboratory of Chania, Μ. Botsari 66, 73100 Chania, Greece) |
B1 fl-għasel |
||||||||||
(Veterinary Laboratory of Larissa, 7th km National Road Larissa-Trikala, 411 10, Larissa, Greece) |
B2a, B2b |
||||||||||
(Institute of Biochemistry, Toxicology and Feed of Athens, Neapoleos 25, 153 10, Aghia Paraskevi, Athens, Greece) |
B3d |
||||||||||
(Veterinary Laboratory of Thessalonica, Lemnou 3A, 54627, Thessalonica, Greece) |
B2e |
||||||||||
|
Spanja |
|
A1, A3, A4, A5, A6 (il-kloramfenikol, in-nitrofurani), B1, B2f (il-kortikosterojdi, il-carbadox, l-olaquindox), B3a, B3b, B3d, B3e, B3f |
|||||||||
|
A2, A6 (in-nitromidażoli), B2a B2b, B2c, B2d, B2e, B2f (ħlief il-kortikosterojdi), B3f |
||||||||||
|
B3c, B3f |
||||||||||
|
Franza |
|
A1, A2, A3, A4, A5, B2f (il-glukokortikojdi), B3a (il-PCBs u d-diossini), B3f |
|||||||||
|
A6, B1, B2a, B2b, B2d, B2e, B2f (ħlief il-glukokortikojdi), B3e |
||||||||||
|
B2c, B3a (ħlief il-PCBs u d-diossini), B3b, B3c, B3d |
||||||||||
|
L-Italja |
|
A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2, B3a (ħlief id-diossini u l-PCBs), B3b, B3c, B3d, B3e, B2f |
|||||||||
|
B3a (il-PCBs, id-diossini u DL-PCBs) |
||||||||||
|
Ċipru |
(General State Laboratory, Ministry of Health, Kimonos Street 44, 1451 Nicosia) |
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
Il-Latvja |
(Institute of Food Safety, Animal Health and Environment, Lejupes Street 3, LV-1076 Riga) |
Il-gruppi kollha (minbarra l-akwakultura B3d) |
|||||||||
|
Il-Litwanja |
|
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
Il-Lussemburgu |
|
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
L-Ungerija |
(Central Agricultural Office, Food and Feed Safety Directorate, Food Toxicological NRL, Mester u. 81., Hungary, H-1095, Budapest 94, POB 1740, H-1465) |
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
Malta |
|
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
L-Awstrija |
|
A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2d, B2e, B2f (il-kortikojdi) |
|||||||||
|
B2c, B2f (l-amitraz), B3a (esklużi d-diossini u l-PCBs), B3b, B3f (in-neonikotinojdi) |
||||||||||
|
B3a (id-diossini u l-PCBs) |
||||||||||
|
B3c |
||||||||||
|
B3d |
||||||||||
|
B3e |
||||||||||
|
Il-Polonja |
|
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
Il-Portugall |
|
Il-gruppi kollha (ħlief id-diossini B3a u dl-PBCs u l-akwakultura B3c) |
|||||||||
|
B3c (akwakultura) |
||||||||||
|
B3a (id-diossini u dl-PCBs) |
||||||||||
|
Ir-Rumanija |
|
A1, A4, A6 (in-nitromidażoli, in-nitrofurani), B1 (l-antibijotiċi), B2a, B2b, B2c, B2e, B2f, B3a (il-pestiċidi organiċi bil-klorin u ndl-PCB), B3b, B3c, B3d, B3e |
|||||||||
|
A2, A5, B2d |
||||||||||
|
A3, A6 (il-kloramfenikol) |
||||||||||
|
A6 (id-dapson), B1 (id-sulfonammidi) |
||||||||||
|
B3a (id-diossini) |
||||||||||
|
Is-Slovenja |
|
A1, A3, A4, A5, A6 (ħlief il-kloramfenikol fl-awrina u l-kloroform fil-awrina), B1, B2a (l-avermettini), B2b, B2d, B2e, B2f, B3c (ħlief il-merkurju fl-akwakultura), B3d, B3e |
|||||||||
|
A2, A6 (il-kloramfenikol fl-awrina u l-kloroform fl-awrina), B2a (il-benżimidażoli), B2c, B3a, B3b (ħlief fl-għasel) |
||||||||||
|
B3b (fl-għasel) |
||||||||||
|
B3c (merkurju fl-akwakultura) |
||||||||||
|
Is-Slovakkja |
|
A1, A3, A4, A5, A6 (in-nitromidażoli), B2c, B2e, B3a, B3b |
|||||||||
|
A2, B2a, B2b, B2d, B3c, B3d |
||||||||||
|
A6 (il-kloramfenikol, in-nitrofurani), B1, B2f, B3e |
||||||||||
|
Il-Finlandja |
|
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
L-Isvezja |
|
Il-gruppi kollha |
|||||||||
|
Ir-Renju Unit |
|
A1, A2, A3, A4, A5, A6 in-(nitrofurani ħlief fl-għasel, in-nitromidażoli), B2b, (in-nikarbażin), B2f |
|||||||||
|
A6 (il-kloramfenikol, in-nitrofurani fl-għasel, id-dapson). B1, B2a, B2b (il-jonofori) |
||||||||||
|
A6 (il-klorpromażina), B2c, B2d, B2e, B3a, B3b, B3c, B3d, B3e” |
|
1.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/53 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Ottubru 2011
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/402/UE dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għaż-żerriegħa tal-fienu u ċertu żerriegħa u fażola impurtata mill-Eġittu
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7744)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/718/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) u (iii) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw b’mod ġenerali l-ikel u l-għalf, u b’mod partikolari s-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali. Dan jistipula miżuri ta’ emerġenza meta jkun evidenti li ikel jew għalf impurtat minn pajjiż terz x’aktarx li jkun jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, u li tali riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2) li jistipula regoli ġenerali dwar l-iġjene tal-oġetti tal-ikel. Dawk ir-regoli jinkludu r-rekwiżiti tal-iġjene għall-produzzjoni taż-żrieragħ u l-fażola għall-konsum dirett mill-bniedem li jridi jsegwu l-operaturi tan-negozju tal-ikel. |
|
(3) |
Ċerti lottijiet taż-żerriegħa tal-fienu importati mill-Eġittu ġew identifikati bħala l-aġent li kkawża t-tifqigħa fl-Unjoni tas-serotip O104:H4 tal-batteri Escherichia coli (STEC) li jipproduċi t-tossina Shiga. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/402/UE (3) introduċiet projbizzjoni fuq ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni taż-żrieragħ u l-fażola mill-Eġittu li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness tiegħu. Il-projbizzjoni tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2011. |
|
(4) |
Mill-21 sal-25 ta’ Awwissu 2011, l-Uffiċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni mexxa verifika fl-Eġittu sabiex ikun jista’ jasal għas-sors possibbli tal-infezzjoni tat-tifqigħat reċenti tal-E. coli (serotip O104:H4) fin-naħa ta’ fuq tal-Ġermanja u f’Bordeaux, Franza, u biex jivvaluta l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ipproċessar taż-żrieragħ suspetti f’dak il-pajjiż terz. |
|
(5) |
Is-sejbiet tal-verifika u l-azzjonijiet li qed jieħu l-Eġittu rigward in-nuqqasijiet fil-produzzjoni ta’ żrieragħ għall-konsum uman li jistgħu potenzjalment jinbtu ġew ivvalutati. Dik il-valutazzjoni wriet li l-miżuri introdotti mill-awtoritajiet Eġizzjani mhumiex suffiċjenti biex jittrattaw ir-riskji identifikati. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-iġjene ta’ ikel importat għandha tikkonforma, fost l-oħrajn, mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, l-azzjonijiet indikati mill-awtoritajiet Eġizzjani ma jipprovdux garanziji biżżejjed għal impenn attiv biex il-produzzjoni ssir b’konformità mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) se tadotta Opinjoni Xjentifika sal-aħħar ta’ Ottubru 2011, dwar ir-riskju li jiġi mill-Escherichia coli (STEC) li tipproduċi t-tossina Shiga u l-batteri patoġeniċi l-oħra fiż-żrieragħ u n-nebbieta, fir-rimi n-nebbiet u l-krexxuni ġejjin miż-żrieragħ. |
|
(7) |
Sakemm possibbilment jiddaħħlu miżuri ta’ kontroll addizzjonali bbażati fuq l-opinjoni tal-EFSA u sabiex jingħata ż-żmien meħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu biex jipprovdu l-informazzjoni lill-Kummissjoni u biex jipprovdu l-garanziji effettivi ta’ miżuri addizzjonali ta’ ġestjoni tar-riskju, il-projbizzjoni temporanja fuq ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta’ żrieragħ u fażola mill-Eġittu stipulata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/402/UE għandha tittawwal sal-31 ta’ Marzu 2012. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ din id-deċiżjoni biex tiġi evitata l-importazzjoni ta’ kull oġġett elenkat fl-Anness, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2011 għax id-Deċiżjoni 2011/402/UE tistipula li r-rilaxx taż-żrieragħ mill-Eġittu kif stabbilit fl-Anness kien ipprojbit sal-31 ta’ Ottubru 2011. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/402/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni Nru 2011/402/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni taż-żrieragħ u l-fażola mill-Eġittu kif stipulat fl-Anness huwa ipprojbit sal-31 ta’ Marzu 2012.” |
|
(2) |
L-Anness jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS
Żrieragħ u fażola mill-Eġittu li r-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni hija pprojbita sal-31 ta’ Marzu 2012:
|
Kodiċi NM (1) |
Deskrizzjoni |
|
ex 0704 90 90 |
Nebbieta tar-rukola |
|
ex 0706 90 90 |
Nebbieta tal-pitravi, nebbieta tar-ravanell |
|
ex 0708 |
Nebbieta ta’ ħxejjex leguminużi, friski jew imkessħin |
|
ex 0709 90 90 |
Nebbieta taż-żerriegħa tas-sojja |
|
0713 |
Ħxejjex leguminużi mnixxfa, bil-qoxra, sew jekk imqaxxrin u sew jekk maqsumin |
|
0910 99 10 |
Żerriegħa tal-fienu |
|
1201 00 |
Żerriegħa tas-sojja, sew jekk imkissra u sew jekk le |
|
1207 50 |
Żerriegħa tal-mustarda |
|
1207 99 97 |
Żerriegħa oħra taż-żejt u frott żejtni, sew jekk imkisser kif ukoll jekk le |
|
1209 10 00 |
Żerriegħa tal-pitrava taz-zokkor |
|
1209 21 00 |
Żerriegħa tax-xnien (alfalfa) |
|
1209 91 |
Żerriegħa tal-ħaxix |
|
ex 1214 90 90 |
Żerriegħa tax-xnien (alfalfa) |
(1) Il-‘kodiċijiet NM’ imsemmija f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tirreferi għall-kodiċijiet speċifikati fil-Parti Tnejn tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).”.