ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.277.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 277

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
22 ta' Ottubru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1063/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1064/2011 tat-18 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera Spanja

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1065/2011 tat-18 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1066/2011 tat-18 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1067/2011 tat-18 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għas-sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IVa; VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żiba Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1068/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ mrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) ( 1 )

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1069/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1070/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/701/PESK tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/430/PESK sabiex taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

18

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/702/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2011 tal-Kumitat Konġunt UE-Svizzera stabbilita mill-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni tat-30 ta’ Settembru 2011 li jissostitwixxi l-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tiegħu

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1063/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 687/2011 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, billi jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill iddetermina li l-persuni elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (3), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li m’għadx hemm raġunijiet sabiex il-persuna elenkata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament tinżamm fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(4)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tkun aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-persuni elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament huma b’dan miżjuda mal-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

2.   Il-persuna elenkata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament hija b’dan imneħħija mil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 2.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS I

Persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu, 1960 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: D9004878.

2.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew il-15 ta' Marzu fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tan-Nazzjonijiet Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (USA). Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza 15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan ta' USA).

3.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Ysuf Abu-al-Karkh), imwieled madwar l-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Ba¿i Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

4.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled madwar l-1965 f'Teheran, Iran

5.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu, 1957 f'Qom, l-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Iran Diplomatic), maħruġ fl-1999. Titlu: Ġeneral Maġġur.


ANNESS II

Persuna msemmija fl-Artikolu 1(2)

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI, magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Abu AL KA'E KA'E, magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE, magħruf ukoll bħala FOUAD, magħruf ukoll bħala FZAD, magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI, magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED, magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI, magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI, magħruf ukoll bħala Abu TAHAR, magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f'Midar (il-Marokk), passaport (Marokk) Nru N829139 – membru tal-“Hofstadgroep”


22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1064/2011

tat-18 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati f’dan l-Istat Membru, eżawrew il-kwota allokata għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

55/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

WHB/1X14

Speċi

Stokkafixx (Micromesistius poutassou)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

Data

11.5.2011


22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1065/2011

tat-18 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula kwoti għall-2011 u l-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati f’dan l-Istat Membru, eżawrew il-kwota allokata għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

56/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

RNG/8X14-

Speċi

Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV

Data

18.7.2011


22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1066/2011

tat-18 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), and in particular Article 36(2) thereof,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula kwoti għall-2011 u l-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru, eżawrew il-kwota allokata għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

57/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

RNG/5B67-

Speċi

Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

Żona

l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII

Data

18.7.2011


22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1067/2011

tat-18 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għas-sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IVa; VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żiba Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

58/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

JAX/2 A-14

Speċi

Sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati (Trachurus spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IVa; VI, VIIa-c,VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Data

6.9.2011


22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1068/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ mrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ din il-preparazzjoni kienet awtorizzata għal għaxar snin għat-tiġieġ għas-simna, għad-dundjani għas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-papri għas-simna u l-ħnieżer żgħar miftuma bir-Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 271/2009 (2).

(5)

Ġiet imressqa dejta ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) għat-tiġieġ mrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Mejju 2011 (3) li, skont il-kondizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali, ma għandix effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jista’ jtejjeb il-prestazzjonijiet żootekniċi tal-ispeċijiet fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq mhux se jkun hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 5.

(3)  EFSA Journal 2011;9(5):2172.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a7

BASF SE

Endo-1,4-beta ksilanażi

EC 3.2.1.8

Endo-1,4-beta-glukanażi

EC 3.2.1.4

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) b’attività minima ta’:

 

Għamla solida

5 600 TXU (1) u 2 500 TGU (2)/g

 

Għamla likwida

5 600 TXUu 2 500 TGU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 109.713)

u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 18404)

 

Metodu analitiku  (3)

 

Għal kwantifikazzjoni ta’ attività endo-1,4-beta-ksilanażi:

metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta’ viskożità prodott b’azzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi fuq is-substrat li fih il-ksilan (arabinossilan tal-qamħ) f’pH 3,5 u 55 °C.

 

Għal kwantifikazzjoni ta’ attività endo-1,4-beta-glukanażi:

metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta’ viskożità prodott b’azzjoni ta’ endo-1,4-beta-glukanażi fuq is-substrat li fih il-glukan (betaglukan tax-xgħir) f’pH 3,5 u 40 °C.

Speċijiet minuri ta’ tjur għas-simna (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali

280 TXU

125 TGU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbilità għall-pelleting

2.

Dożi rakkomandati għal kull kilogramma ta’ għalf sħiħ:

speċijiet minuri ta’ tjur għas-simna (għajr il-papri) u għasafar ornamentali: 280-840 TXU/125- 375 TGU;

tiġieġ mrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir u l-ispeċijiet minuri ta’ tjur għall-bajd: 560-840 TXU/250-375 TGU;

3.

Għas-sigurtà: waqt l-immaniġġjar, għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti.

11.11.2021

Tiġieġ mrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir u l-ispeċijiet minuri ta’ tjur għall-bajd:

560 TXU

250 TGU


(1)  1 TXU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 5 mikromol ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-ksilożi) mill-arabinossilan tal-qamħ kull minuta f’pH 3,5 u 55 °C.

(2)  1 TGU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromol ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-glukożju) minn ß-glukan tax-xgħir fil-minuta f’pH 3,5 u 40 °C.

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1069/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

63,0

EC

31,1

MA

49,0

MK

53,8

ZZ

49,2

0707 00 05

TR

147,7

ZZ

147,7

0709 90 70

EC

33,4

TR

142,2

ZZ

87,8

0805 50 10

AR

58,6

CL

60,5

TR

66,4

ZA

77,3

ZZ

65,7

0806 10 10

BR

216,2

CL

71,4

MK

110,6

TR

129,7

ZA

66,0

ZZ

118,8

0808 10 80

AR

61,9

BR

86,4

CA

105,4

CL

63,2

CN

58,0

NZ

107,6

US

82,8

ZA

96,1

ZZ

82,7

0808 20 50

AR

50,6

CN

53,4

TR

127,5

ZZ

77,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1070/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/12 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 276, 21.10.2011, p. 37.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-22 ta’ Ottubru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

48,08

0,00

1701 11 90  (1)

48,08

0,48

1701 12 10  (1)

48,08

0,00

1701 12 90  (1)

48,08

0,18

1701 91 00  (2)

49,54

2,61

1701 99 10  (2)

49,54

0,00

1701 99 90  (2)

49,54

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/701/PESK

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/430/PESK sabiex taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fit-18 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/430/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

Il-Kunsill iddetermina li hemm ħames persuni addizzjonali li kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikunu miżjuda mal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(4)

Il-Kunsill iddetermina li m’għadx hemm raġunijiet sabiex persuna tinżamm fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-persuni elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan miżjuda mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/430/PESK.

2.   Il-persuna elenkata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan imneħħija mil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/430/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 47.


ANNESS I

Persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu, 1960 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: D9004878.

2.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew il-15 ta' Marzu, 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (USA). Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza 15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan ta' USA).

3.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Ysuf Abu-al-Karkh), imwieled madwar l-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Ba¿i Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

4.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled madwar l-1965 f'Teheran, l-Iran

5.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu, 1957 f'Qom, l-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku tal-Iran), maħruġ fl-1999. Titlu: Ġeneral Maġġur.


ANNESS II

Persuna msemmija fl-Artikolu 1(2)

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI, magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Abu AL KA'E KA'E, magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE, magħruf ukoll bħala FOUAD, magħruf ukoll bħala FZAD, magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI, magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED, magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI, magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI, magħruf ukoll bħala Abu TAHAR, magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f'Midar (il-Marokk), passaport (Marokk) Nru N829139 – membru tal-“Hofstadgroep”


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/20


DEĊIŻJONI Nru 2/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-SVIZZERA STABBILITA MILL-ARTIKOLU 14 TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR IL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI

tat-30 ta’ Settembru 2011

li jissostitwixxi l-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tiegħu

(2011/702/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Ftehim fir-rigward tal-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija skont l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta’ Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Anness III (Rikonoxximent reġiproku tal-kwalifiki professjonali) tal-Ftehim, ġie emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kumitat Konġunt UE-Svizzera (3) u għandu jiġi aġġornat biex iqis l-atti legali l-ġodda tal-Unjoni Ewropea (UE) li ġew adottati mill-2004, b’mod partikolari d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (4).

(3)

L-Anness III tal-Ftehim għandu jiġi adattat biex iqis l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-UE fl-1 ta’ Jannar 2007.

(4)

Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-Anness III tal-Ftehim għandu jiġi konsolidat u sostitwit b’Anness ġdid.

(5)

F’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE tal-5 ta’ April 1993 biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom (5) u d-Direttiva 2005/36/KE, l-Isvizzera ser tipprovdi għal kwalifika professjonali unika u għal titlu professjonali uniku għat-tobba ġeneralisti, li ser ikunu l-istess għat-tobba ġeneralisti kollha ezistenti u futuri.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva 2005/36/KE bejn il-Partijiet Kontraenti, il-Kummissjoni ser tkompli tikkoopera mill-qrib mal-Isvizzera u b’mod partikolari ser tkompli tipprovdi konsultazzjoni xierqa mal-esperti Svizzeri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifki professjonali) tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Isvizzera għandha tapplika mingħajr restrizzjonijiet id-drittijiet akkwistati previsti mid-Direttiva 2005/36/KE soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni u fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija mfassla bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, Taljana u Ungeriża, bit-testi f’kull waħda minn dawn il-lingwi jkunu ugwalment awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara d-data tan-notifika tat-tlestija mill-Konfederazzjoni Svizzera tal-proċeduri interni tagħha għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Din għandha tiġi applikata fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-adozzjoni tagħha, bl-eċċezzjoni tat-Titolu II tad-Direttiva 2005/36/KE, li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

F’każ li n-notifika msemmija fl-ewwel paragrafu ma tkunx saret fi żmien 24 xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, din id-Deċiżjoni għandha tiġi preskritta.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat konġunt

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(2)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 53.

(3)  ĠU L 352, 27.11.2004, p. 129.

(4)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(5)  ĠU L 165, 7.7.1993, p. 1.


ANNESS

“ANNESS III

RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI PROFESSJONALI

(Diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali)

1.

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li japplikaw bejniethom, fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, l-atti legali u l-komunikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) imsemmija fit-Taqsima A ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.

2.

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it-terminu “Stat Membru/Stati Membri” fl-atti msemmija fit-Taqsima A ta’ dan l-Anness huwa kkunsidrat li japplika għall-Isvizzera flimkien mal-Istati li huma koperti mill-atti legali tal-UE inkwistjoni.

3.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Anness, il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tal-atti legali tal-UE msemmija fit-Taqsima B ta’ dan l-Anness.

TAQSIMA A:   ATTI MSEMMIJA

1a.

32005 L 0036: id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22),

kif emendata bi:

id-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi II u III tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jemenda l-Anness II tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (ĠU L 205, 1.8.2008, p. 10),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 279/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jemenda l-AnnessII tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 11),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 213/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-Annessi II u V għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 4),

in-Notifika tat-Titoli ta’ Kwalifika fl-Arkitettura (ĠU C 332, 30.12.2006, p. 35),

in-Notifika tat-Titoli ta’ Kwalifika fl-Arkitettura (ĠU C 148, 24.6.2006, p. 34),

in-Notifika tat-Titoli ta’ Kwalifika fl-Arkitettura (ĠU C 3, 6.1.2006, p. 12),

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Notifika tal-kwalifiki tal-ispeċjalisti tas-snien (ĠU C 165, 19.7.2007, p. 18),

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Notifika tal-kwalifiki formali tat-tobba speċjalizzati u tat-tobba tal-familja (ĠU C 165, 19.7.2007, p. 13),

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Notifika tal-provi ta’ kwalifiki formali tat-tobba speċjalizzati, l-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, l-ispeċjalisti tas-snien, il-qwiebel u l-periti (ĠU C 137, 4.6.2008, p. 8),

il-Komunikazzjoni — Notifika ta’ provi ta’ kwalifiki formali – id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 322, 17.12.2008, p. 3),

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Notifika dwar l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet professjonali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2005/36/KE (ĠU C 111, 15.5.2009, p. 1),

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Notifika tal-evidenza tal-kwalifiki formali – id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 114, 19.5.2009, p. 1),

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Notifika tal-evidenza tal-kwalifiki formali – id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 279, 19.11.2009, p. 1),

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali – id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 129, 19.5.2010, p. 3),

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali – id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (l-Anness V))ĠU C 337, 14.12.2010, p. 10),

ir-Rettifika għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 271, 16.10.2007, p. 18),

ir-Rettifika għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 93, 4.4.2008, p. 28).

b.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-Direttiva 2005/36/KE għandha tiġi adattata kif ġej:

1.

Il-proċeduri stipulati fl-Artikoli li ġejjin tad-Direttiva ma għandhomx japplikaw bejn il-Partijiet Kontraenti:

it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) — proċedura għall-aġġornament tal-Anness I tad-Direttiva,

l-aħħar sentenza tal-Artikolu 11(c)(ii) — proċedura għall-aġġornament tal-AnnessII tad-Direttiva,

it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(2) — proċedura għall-aġġornament tal-Anness III tad-Direttiva,

it-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(2) — proċedura fil-każ ta’ deroga għall-għażla tal-migrant bejn perjodu ta’ adattament u eżami ta’ abbiltà,

il-paragrafu 2 u 5 tal-Artikolu 15 — proċedura biex jiġu adottati jew irrevokati l-pjattaformi komuni,

l-Artikolu 20 — proċedura biex jiġi emendat l-Anness IV tad-Direttiva,

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(6) — proċedura biex jiġu aġġornati l-għarfien u l-ħiliet,

l-Artikolu 21(7) — proċedura biex jiġi aġġornat l-Anness V tad-Direttiva,

l-Artikolu 25(5) — proċedura biex jiġu aġġornati l-perijodi minimi ta’ taħriġ għat-tobba speċjalizzati,

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 26 — proċedura biex jiġu inseriti speċjalitajiet mediċi ġodda,

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(2) — proċedura biex jiġi aġġornat it-taħriġ tal-infermieri responsabbli mill-kura ġenerali,

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(2) — proċedura biex jiġi aġġornat it-taħriġ tad-dentisti,

it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 35(2) — proċedura biex jiġu aġġornati l-perijodi minimi ta’ taħriġ għad-dentisti speċjalizzati,

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(1) — proċedura biex jiġi aġġornat it-taħriġ tal-kirurgi veterinarji,

it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 40(1) — proċedura biex jiġi aġġornat it-taħriġ tal-qwiebel,

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(2) — proċedura biex jiġi aġġornat it-taħriġ tal-ispiżjara,

l-Artikolu 46(2) — proċedura għall-aġġornament tal-għarfien u l-ħiliet fil-każ tal-periti,

l-Artikolu 61 — klawżola ta’ deroga.

2.

L-Artikolu 56(3) u (4) għandhom jiġu implimentati kif ġej:

Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar l-awtoritajiet kompetenti u dwar il-koordinatur innominati mill-Isvizzera, ladarba l-Isvizzera tkun informat lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt.

3.

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 57 għandu jiġi implimentat kif ġej:

Il-koordinatur innominat mill-Isvizzera jinforma lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt.

4.

L-Artikolu 63 ma għandux japplika. Madankollu, il-koordinatur Svizzeru nnominat mill-Isvizzera f’konformità mal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2005/36/KE jinforma lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt dwar il-leġislazzjoni adottata abbażi tal-atti legali u l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-punt 1a. L-Artikoli 58 u 64 ma għandhomx japplikaw.

c.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1 tal-Anness II tad-Direttiva:

“fl-Isvizzera:

Opticien diplômé, diplomierter Augenoptiker, ottico diplomato (Ottometrist b’Diploma Federali ta’ Edukazzjoni u ta’ Taħriġ Vokazzjonali Superjuri)

Jeħtieġ minimu ta’ 17-il sena ta’ edukazzjoni, li jinkludu mill-inqas disa’ snin ta’ edukazzjoni bażika, erba’ snin ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali pprovduti parti fil-post tax-xogħol u parti minn istituzzjoni professjonali, segwiti minn erba’ snin ta’ apprentistat jew ta’ sekondament f’ambitu professjonali, li sentejn minnhom jistgħu jsiru billi wieħed isegwi edukazzjoni privata full-time, u fl-aħħar jagħmel eżami vokazzjonali superjuri. B’hekk, id-detentur ta’ din id-diploma jkun awtorizzat li jadatta l-lentijiet tal-kuntatt jew li jagħmel eżamijiet tal-għajnejn kemm għal rasu kif ukoll bħala impjegat.

Audioprothésiste avec brevet fédéral, Hörgeräte-Akustiker mit eidg. Fachausweis, audioprotesista con attestato professionale federale (Bejjiegħ ta’ apparat akustiku — hearing aids — b’Ċertifikat Federali Avvanzat ta’ Edukazzjoni u ta’ Taħriġ Vokazzjonali Superjuri)

Jeħtieġ minimu ta’ 15-il sena ta’ edukazzjoni, li jinkludu mill-inqas disa’ snin ta’ edukazzjoni bażika, minimu ta’ tliet snin ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali pprovduti parti fil-post tax-xogħol u parti minn istituzzjoni professjonali, segwiti minn tliet snin ta’ apprentistat jew ta’ sekondament f’ambitu professjonali, li jinkludu edukazzjoni privata, u fl-aħħar eżami vokazzjonali. B’hekk, id-detentur ta’ dan iċ-ċertifikat ikun awtorizzat li jkompli fuq din il-professjoni kemm għal rasu kif ukoll bħala impjegat.

Bottier-orthopédiste diplômé, diplomierter Orthopädie-Schuhmachermeister, calzolaio ortopedico diplomato (Skarpan tal-istivali ortopediċi b’Diploma Federali ta’ Edukazzjoni u ta’ Taħriġ Vokazzjonali Superjuri)

Jeħtieġ minimu ta’ 17-il sena ta’ edukazzjoni, li jinkludu mill-inqas disa’ snin ta’ edukazzjoni bażika, erba’ snin ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali pprovduti parti fil-post tax-xogħol u parti minn istituzzjoni professjonali, segwiti minn erba’ snin ta’ apprentistat jew ta’ sekondament f’ambitu professjonali, li jinkludu edukazzjoni privata, u fl-aħħar eżami vokazzjonali superjuri. B’hekk, id-detentur ta’ din id-diploma jkun awtorizzat li jkompli fuq din il-professjoni kemm għal rasu kif ukoll bħala impjegat.

Technicien dentiste, maître, diplomierter Zahntechnikermeister, odontotecnico, maestro (Tekniku dentali b’Diploma Federali ta’ Edukazzjoni u ta’ Taħriġ Vokazzjonali Superjuri)

Jeħtieġ minimu ta’ 18-il sena ta’ edukazzjoni, li jinkludu mill-inqas disa’ snin ta’ edukazzjoni bażika, erba’ snin ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali pprovduti parti fil-post tax-xogħol u parti f’istituzzjoni professjonali, segwiti minn ħames snin ta’ apprentistat jew ta’ sekondament f’ambitu professjonali, li jinkludu edukazzjoni privata, u fl-aħħar eżami vokazzjonali superjuri. B’hekk, id-detentur ta’ din id-diploma jkun awtorizzat li jkompli fuq din il-professjoni kemm għal rasu kif ukoll bħala impjegat.

Orthopédiste diplômé, diplomierter Orthopädist, ortopedista diplomato (Prostetista b’Ċertifikat Federali Avvanzat ta’ Edukazzjoni u ta’ Taħriġ Superjuri)

Jeħtieġ minimu ta’ 18-il sena ta’ edukazzjoni, li jinkludu mill-inqas disa’ snin ta’ edukazzjoni bażika, erba’ snin ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali pprovduti parti fil-post tax-xogħol u parti f’istituzzjoni professjonali, segwiti minn ħames snin ta’ apprentistat jew ta’ sekondament f’ambitu professjonali, li jinkludu edukazzjoni privata, u fl-aħħar eżami vokazzjonali superjuri. B’hekk, id-detentur ta’ dan iċ-ċertifikat ikun awtorizzat li jkompli fuq din il-professjoni kemm għal rasu kif ukoll bħala impjegat.”.

d.

It-test li ġej għandu jiżdied mal-punt 4 tal-Anness II tad-Direttiva:

“fl-Isvizzera:

Guide de montagne avec brevet fédéral, Bergführer mit eidg. Fachausweis, guida alpina con attestato professionale federale (Gwida tal-Muntanji b’Ċertifikat Federali Avvanzat ta’ Edukazzjoni u ta’ Taħriġ Vokazzjonali Superjuri)

Jeħtieġ minimu ta’ 13-il sena ta’ edukazzjoni, li jikkonsistu f’mill-inqas disa’ snin ta’ edukazzjoni bażika, erba’ snin ta’ taħriġ vokazzjonali taħt is-superviżjoni ta’ professjonista kkwalifikat, li jinkludu edukazzjoni privata, u fl-aħħar nett eżami vokazzjonali. B’hekk, id-detentur taċ-ċertifikat ikun awtorizzat li jkompli fuq din il-professjoni għal rasu.

Professeur de sports de neige avec brevet fédéral, Schneesportlehrer mit eidg. Fachausweis, Maestro di sport sulla neve con attestato professionale fédérale (Għalliem tal-Isport tas-Silġ b’Ċertifikat Federali Avvanzat ta’ Edukazzjoni u ta’ Taħriġ Vokazzjoni Superjuri)

Jeħtieġ minimu ta’ 15-il sena ta’ edukazzjoni, li jinkludu mill-inqas disa’ snin ta’ edukazzjoni bażika, erba’ snin ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali pprovduti parti fil-post tax-xogħol u parti f’istituzzjoni professjonali jew erba’ snin ta’ esperjenza professjonali, segwiti minn tagħlim u esperjenza miksuba permezz ta’ apprentistat ta’ sentejn, u fl-aħħar eżami vokazzjonali. B’hekk, id-detentur taċ-ċertifikat ikun awtorizzat li jkompli fuq din il-professjoni għal rasu.”.

e.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.1.1 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-kwalifiki

Data ta’ referenza

Svizzera

Eidgenössisches Arztdiplom

Diplôme fédéral de médecin

Diploma federale di medico

Eidgenössisches Departement des Innern

Département fédéral de l’intérieur

Dipartimento federale dell’interno

 

fl-1 ta’ Ġunju 2002”

f.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.1.2 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-kwalifiki

Data ta’ referenza

Svizzera

Diplom als Facharzt

Diplôme de médecin spécialiste

Diploma di medico specialista

Eidgenössisches Departement des Innern und Verbindung der Schweizer Ärztinnen und Ärzte

Département fédéral de l’intérieur et Fédération des médecins suisses

Dipartimento federale dell’interno e Federazione dei medici svizzeri

fl-1 ta’ Ġunju 2002”

g.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.1.3 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Titlu

Anestesija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 3 snin

Svizzera

Anästhesiologie

Anesthésiologie

Anestesiologia


Pajjiż

Titlu

Kirurġija ġenerali

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 5 snin

Svizzera

Chirurgie

Chirurgie

Chirurgia


Pajjiż

Titlu

Kirurġija newroloġika

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 5 snin

Svizzera

Neurochirurgie

Neurochirurgie

Neurochirurgia


Pajjiż

Titlu

Ostetrija u Ġinekoloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Gynäkologie und Geburtshilfe

Gynécologie et obstétrique

Ginecologia e ostetricia


Pajjiż

Titlu

Mediċina (interna) ġenerali

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 5 snin

Svizzera

Innere Medizin

Médecine interne

Medicina interna


Pajjiż

Titlu

Oftalmoloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 3 snin

Svizzera

Ophthalmologie

Ophtalmologie

Oftalmologia


Pajjiż

Titlu

Otorinolaringoloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 3 snin

Svizzera

Oto-Rhino-Laryngologie

Oto-rhino-laryngologie

Otorinolaringoiatria


Pajjiż

Titlu

Pedjatrija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Kinder- und Jugendmedizin

Pédiatrie

Pediatria


Pajjiż

Titlu

Mediċina Respiratorja

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Pneumologie

Pneumologie

Pneumologia


Pajjiż

Titlu

Uroloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 5 snin

Svizzera

Urologie

Urologie

Urologia


Pajjiż

Titlu

Ortopedija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 5 snin

Svizzera

Orthopädische Chirurgie und Traumatologie des Bewegungsapparates

Chirurgie orthopédique et traumatologie de l’appareil locomoteur

Chirurgia ortopedica e traumatologia del sistema motorio


Pajjiż

Titlu

Anatomija patoloġika

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Pathologie

Pathologie

Patologia


Pajjiż

Titlu

Newroloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Neurologie

Neurologie

Neurologia


Pajjiż

Titlu

Psikjatrija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Psychiatrie und Psychotherapie

Psychiatrie et psychothérapie

Psichiatria e psicoterapia


Pajjiż

Titlu

Radjoloġija djanjostika

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Radiologie

Radiologie

Radiologia


Pajjiż

Titlu

Radjoterapija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Radio-Onkologie/Strahlentherapie

Radio-oncologie/radiothérapie

Radio-oncologia/radioterapia


Pajjiż

Titlu

Kirurġija plastika

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 5 snin

Svizzera

Plastische, Rekonstruktive und Ästhetische Chirurgie

Chirurgie plastique, reconstructive et esthétique

Chirurgia plastica, ricostruttiva ed estetica


Pajjiż

Titlu

Kirurġija toraċika

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 5 snin

Svizzera

Herz- und thorakale Gefässchirurgie

Chirurgie cardiaque et vasculaire thoracique

Chirurgia del cuore e dei vasi toracici


Pajjiż

Titlu

Kirurġija pedjatrika

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 5 snin

Svizzera

Kinderchirurgie

Chirurgie pédiatrique

Chirurgia pediatrica


Pajjiż

Titlu

Kardjoloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Kardiologie

Cardiologie

Cardiologia


Pajjiż

Titlu

Gastroenteroloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Gastroenterologie

Gastroentérologie

Gastroenterologia


Pajjiż

Titlu

Rewmatoloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Rheumatologie

Rhumatologie

Reumatologia


Pajjiż

Titlu

Ematoloġija ġenerali

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 3 snin

Svizzera

Hämatologie

Hématologie

Ematologia


Pajjiż

Titlu

Endokrinoloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 3 snin

Svizzera

Endokrinologie-Diabetologie

Endocrinologie-diabétologie

Endocrinologia-diabetologia


Pajjiż

Titlu

Fiżjoterapija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 3 snin

Svizzera

Physikalische Medizin und Rehabilitation

Médecine physique et réadaptation

Medicina fisica e riabilitazione


Pajjiż

Titlu

Dermatoveneroloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 3 snin

Svizzera

Dermatologie und Venerologie

Dermatologie et vénéréologie

Dermatologia e venerologia


Pajjiż

Titlu

Mediċina tropikali

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Tropen- und Reisemedizin

Médecine tropicale et médecine des voyages

Medicina tropicale e medicina di viaggio


Pajjiż

Titlu

Psikjatrija tat-tfal

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Kinder - und Jugendpsychiatrie und –psychotherapie

Psychiatrie et psychothérapie d’enfants et d’adolescents

Psichiatria e psicoterapia infantile e dell’adolescenza


Pajjiż

Titlu

Mard renali

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Nephrologie

Néphrologie

Nefralogia


Pajjiż

Titlu

Mard li jittieħed

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Infektiologie

Infectiologie

Malattie infettive


Pajjiż

Titlu

Mediċina komunitarja

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Prävention und Gesundheitswesen

Prévention et santé publique

Prevenzione e salute pubblica


Pajjiż

Titlu

Farmakoloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Klinische Pharmakologie und Toxikologie

Pharmacologie et toxicologie cliniques

Farmacologia e tossicologia cliniche


Pajjiż

Titlu

Mediċina okkupazzjonali

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Arbeitsmedizin

Médecine du travail

Medicina del lavoro


Pajjiż

Titlu

Allergoloġija

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 3 snin

Svizzera

Allergologie und klinische Immunologie

Allergologie et immunologie clinique

Allergologia e immunologia clinica


Pajjiż

Titlu

Mediċina nukleari

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Nuklearmedizin

Médecine nucléaire

Medicina nucleare


Pajjiż

Titlu tad-Diploma

Kirurġija dentali, orali, u tax-xedaq u l-wiċċ

(taħriġ bażiku mediku u dentali)

Perijodu minimu ta’ taħriġ: 4 snin

Svizzera

Mund-, Kiefer- und Gesichtschirurgie

Chirurgie orale et maxillo-faciale

Chirurgia oro-maxillo-facciale”

h.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.1.4 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Titlu professjonali

Data ta’ referenza

Svizzera

Diplom als praktischer Arzt/praktische Ärztin

Diplôme de médecin praticien

Diploma di medico generico

Médecin praticien

Praktischer Arzt

Medico generico

fl-1 ta’ Ġunju 2002”

i.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.2.2 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta’ referenza

Svizzera

1.

Diplomierte Pflegefachfrau, diplomierter Pflegefachmann

Infirmière diplômée et infirmier diplômé

Infermiera diplomata e infermiere diplomato

Schulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Ecoles qui proposent des filières de formation reconnues par l’État

Scuole che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Pflegefachfrau, Pflegefachmann

Infirmière, infirmier

Infermiera, infermiere

fl-1 ta’ Ġunju 2002

 

2.

Baċċellerat tax-Xjenza fl-infermerija

Schulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Ecoles qui proposent des filières de formation reconnues par l’État

Scuole che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Pflegefachfrau, Pflegefachmann

Infirmière, infirmier

Infermiera, infermiere

fit-30 ta' Settembru 2011”

j.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.2.2 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta’ referenza

Svizzera

Eidgenössisches Zahnarztdiplom

Diplôme fédéral de médecin-dentiste

Diploma federale di medico-dentista

Eidgenössisches Departement des Innern

Département fédéral de l’intérieur

Dipartimento federale dell’interno

 

Zahnarzt

Médecin-dentiste

Medico-dentista

fl-1 ta’ Ġunju 2002”

k.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.3.3 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Ortodonzja

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Data ta’ referenza

Svizzera

Diplom für Kieferorthopädie

Diplôme fédéral d’orthodontiste

Diploma di ortodontista

Eidgenössisches Departement des Innern und Schweizerische Zahnärzte-Gesellschaft

Département fédéral de l’intérieur et Société suisse d’odonto-stomatologie

Dipartimento federale dell’interno e Società Svizzera di Odontologia e Stomatologia

fl-1 ta’ Ġunju 2002


Kirurġija orali

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Data ta’ referenza

Svizzera

Diplom für Oralchirurgie

Diplôme fédéral de chirurgie orale

Diploma di chirurgia orale

Eidgenössisches Departement des Innern und Schweizerische Zahnärzte-Gesellschaft

Département fédéral de l’intérieur et Société suisse d’odonto-stomatologie

Dipartimento federale dell’interno e Società Svizzera di Odontologia e Stomatologia

fit-30 ta’ April 2004”

l.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.4.2 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Data ta’ referenza

Svizzera

Eidgenössisches Tierarztdiplom

Diplôme fédéral de vétérinaire

Diploma federale di veterinario

Eidgenössisches Departement des Innern

Département fédéral de l’intérieur

Dipartimento federale dell’interno

 

fl-1 ta’ Ġunju 2002”

m.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.5.2 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta’ referenza

Svizzera

Diplomierte Hebamme

Sage-femme diplômée

Levatrice diplomata

Schulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Ecoles qui proposent des filières de formation reconnues par l’État

Scuole che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Hebamme

Sage-femme

Levatrice

fl-1 ta’ Ġunju 2002”

n.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.6.2 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Data ta’ referenza

Svizzera

Eidgenössisches Apothekerdiplom Diplôme fédéral de pharmacien

Diploma federale di farmacista

Eidgenössisches Departement des Innern

Département fédéral de l’intérieur

Dipartimento federale dell’interno

 

fl-1 ta’ Ġunju 2002”

o.

It-test li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5.7.1 tal-Anness V tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta’ referenza

Svizzera

Diploma di architettura (Arch. Dipl. USI)

Accademia di Architettura dell’Università della Svizzera Italiana

 

1996-1997

 

Master of Arts BFH/HES-SO en architecture, Master of Arts BFH/HES-SO in Architecture

Haute école spécialisée de Suisse occidentale (HES-SO) together with Berner Fachhochschule (BFH)

2007-2008

 

Master of Arts BFH/HES-SO in Architektur, Master of Arts BFH/HES-SO in Architecture

Haute école spécialisée de Suisse occidentale (HES-SO) together with Berner Fachhochschule (BFH)

 

2007-2008

 

Master of Arts FHNW in Architektur

Fachhochschule Nordwestschweiz FHNW

2007-2008

 

Master of Arts FHZ in Architektur

Fachhochschule Zentralschweiz (FHZ)

2007-2008

 

Master of Arts ZFH in Architektur

Zürcher Fachhochschule (ZFH), Zürcher Hochschule für Angewandte Wissenschaften (ZHAW), Departement Architektur, Gestaltung und Bauingenieurwesen

2007-2008

 

Master of Science MSc in Architecture,

Architecte (arch. dipl. EPF)

Ecole Polytechnique Fédérale de Lausanne

 

2007-2008

 

Master of Science ETH in Architektur, MSc ETH Arch

Eidgenössische Technische Hochschule Zurich

 

2007-2008”

p.

It-test li ġej huwa miżjud mal-Anness VI tad-Direttiva:

“Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Sena akkademika ta’ referenza

Svizzera

1.

Dipl. Arch. ETH,

arch. dipl. EPF,

arch. dipl. PF

2004-2005

 

2.

Architecte diplômé EAUG

2004-2005

 

3.

Architekt REG A

Architecte REG A

Architetto REG A

2004-2005”

2a.

377 L 0249: Id-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17),

kif emendata bi:

1 79 H: l-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika u l-aġġustamenti tat-Trattati (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 91),

1 85 I: l-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-aġġustamenti tat-Trattati (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 160),

id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 95/1/KE, Euratom, KEFA, tal-1 ta’ Jannar 1995 li taġġusta l-istrumenti dwar l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 1, 1.1.1995, p. 1),

1 2003 T: l-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

id-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141).

b.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-Direttiva 77/249/KEE għandha tiġi adattata kif ġej:

1.

It-test li ġej għandu jkun miżjud mal-Artikolu 1(2):

“Svizzera:

 

Advokat, Rechtsanwalt, Anwalt, Fürsprecher, Fürsprech

 

Avocat

 

Avvocato”.

2.

L-Artikolu 8 ma għandux japplika. Madankollu, il-koordinatur Svizzeru nnominat mill-Isvizzera f’konformità mal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2005/36/KE jinforma lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt, dwar il-leġislazzjoni adottata abbażi tad-Direttiva 77/249/KEE.

3a.

398 L 0005: id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 36),

kif emendata bi:

1 2003 T: l-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

id-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141).

b.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-Direttiva 98/5/KE għandha tiġi adattata kif ġej:

1.

It-test li ġej għandu jkun miżjud mal-punt (a) tal-Artikolu 1(2):

“Svizzera:

 

Advokat, Rechtsanwalt, Anwalt, Fürsprecher, Fürsprech

 

Avocat

 

Avvocato”.

2.

L-Artikoli 16 u 17 ma għandhomx japplikaw. Madankollu, il-koordinatur Svizzeru nnominat mill-Isvizzera f’konformità mal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2005/36/KE jinforma lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt, dwar il-leġislazzjoni adottata abbażi tad-Direttiva 98/5/KE.

3.

L-Artikolu 14 għandu jiġi implimentat kif ġej:

Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar l-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Isvizzera, ladarba l-Isvizzera tkun informat lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt.

4a.

374 L 0556: id-Direttiva tal-Kunsill 74/556/KE tal-4 ta’ Ġunju 1974 li tipprovdi dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw miżuri tranżitorji rigward l-attivitajiet, kummerċ fi prodotti tossiċi u d-distribuzzjoni tagħhom u attivitajiet li jitolbu l-użu professjonali ta’ prodotti bħal dawn inklużi attivitajiet ta’ intermedjarji (ĠU L 307, 18.11.1974, p. 1).

b.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-Direttiva 74/556/KE għandha tiġi adattata kif ġej:

1.

L-Artikolu 4(3) għandu jiġi implimentat kif ġej:

Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar l-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Isvizzera, ladarba l-Isvizzera tkun informat lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt.

2.

L-Artikolu 7 ma għandux japplika. Madankollu, il-koordinatur Svizzeru nnominat mill-Isvizzera f’konformità mal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2005/36/KE jinforma lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt dwar il-leġislazzjoni adottata abbażi tad-Direttiva 74/556/KE.

5a.

374 L 0557: id-Direttiva tal-Kunsill 74/557/KEE tal-4 ta’ Ġunju 1974 dwar l-akkwist tal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u ta’ intermedjarji involuti fil-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tossiċi (ĠU L 307, 18.11.1974, p. 5),

kif emendata bi:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 95/1/KE, Euratom, KEFA, tal-1 ta’ Jannar 1995 li taġġusta l-istrumenti dwar l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 1, 1.1.1995, p. 1),

1 2003 T: l-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

id-Direttiva tal-Kunsill 2006/101/KE tal- 20 ta’ Novembru 2006 li tadatta d-Direttivi 73/239/KEE, 74/557/KEE u 2002/83/KE fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238).

b.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-Direttiva 74/557/KEE għandha tiġi adattata kif ġej:

1.

fl-Isvizzera:

Il-prodotti u s-sustanzi tossiċi kollha stabbiliti fl-att dwar il-veleni (kumpilazzjoni klassifikata tal-liġi federali (CC 813.1), u b’mod partikolari dawk msemmija fl-ordinanzi li jirrigwardawha (CC 813) u dwar is-sustanzi velenużi għall-ambjent (CC 814812.31, 814812.32 u 814812.33).

2.

L-Artikolu 7(5) għandu jiġi implimentat kif ġej:

Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar l-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Isvizzera, ladarba l-Isvizzera tkun informat lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt.

3.

L-Artikolu 8 ma għandux japplika. Madankollu, il-koordinatur Svizzeru nnominat mill-Isvizzera f’konformità mal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2005/36/KE jinforma lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt dwar il-leġiżlazzjoni adottata abbażi tad-Direttiva 74/557/KEE.

6a.

386 L 0653: id-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU L 382, 31.12.1986, p. 17).

b.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-Direttiva 86/653/KEE għandha tiġi adattata kif ġej:

L-Artikolu 22 ma għandux japplika. Madankollu, il-koordinatur Svizzeru nnominat mill-Isvizzera f’konformità mal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2005/36/KE jinforma lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Kumitat Konġunt dwar il-leġislazzjoni adottata abbażi tad-Direttiva 86/653/KEE.

TAQSIMA B:   ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tal-kontenut tal-att li ġej:

7.

389 X 0601: ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 89/601/KEE tat-8 ta’ Novembru 1989 rigward it-taħriġ ta’ persunal fis-settur tas-saħħa fil-qasam tal-kanċer (ĠU L 346, 27.11.1989, p. 1).”.