ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.275.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
20.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1043/2011
tad-19 ta’ Ottubru 2011
li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
(1) |
Fis-26 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (in-notifika tal-inizjazzjoni), il-bidu ta’ proċediment antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) jew (il-pajjiżi kkonċernati). |
(2) |
Il-proċediment antidumping inbdiet wara ilment li ġie ppreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2010 mill-Kunsill Ewropew tal-Industrija Kimika (CEFIC) f’isem Oxaquim S.A. (“il-kwerelant”), li tirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ aċidu ossaliku. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kienet meqjusa bħala biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment. |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
(3) |
Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-kwerelant, produtturi tal-Unjoni magħrufa oħrajn, produtturi esportaturi u rappreżentanti tal-pajjiżi kkonċernati, importaturi u utenti, kif ukoll assoċjazzjonijiet magħrufa bħala li huma kkonċernati, dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ sal-limitu ta’ żmien stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni. Il-partijiet kollha interessati, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ. |
(4) |
Fid-dawl tal-għadd apparentement għoli ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, it-teħid tal-kampjuni kien previst fin-notifika tal-inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni jkunx meħtieġ u jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiżi kkonċernati ntalbu jagħmlu lilhom infushom magħrufa mal-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifika tal-inizjazzjoni, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2010. Għall-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni wieġbu erba’ kumpaniji Indjani, li kumpanija waħda minnhom ma rrapportat ebda bejgħ lejn l-Unjoni, u tliet gruppi ta’ kumpaniji mir-RPĊ. Minħabba n-numru limitat ta’ kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji li kkooperaw, it-teħid tal-kampjuni ma kienx meqjus bħala meħtieġ la għall-Indja u lanqas għar-RPĊ, u l-partijiet kollha kienu informati li ma kinux ser jintgħażlu kampjuni. |
(5) |
Sussegwentement, grupp wieħed ta’ kumpaniji mir-RPĊ irtira mill-kooperazzjoni ulterjuri fl-investigazzjoni fi stadju bikri. Barra minn hekk, kumpanija Indjana waħda rrifjutat li tagħti aċċess lill-Kummissjoni għall-impjant tal-produzzjoni tagħha sabiex tkun tista’ ssir żjara ta’ verifika. Konsegwentement, hija kienet ikkunsidrata bħala li ma kinitx qiegħda tikkoopera skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u ġiet informata dwar il-konsegwenzi possibbli ta’ dan. |
(6) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ ikunu jistgħu jissottomettu talba għal trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) jew li jitolbu trattament individwali (“TI”), il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw u lill-awtoritajiet tar-RPĊ fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fin-notifika tal-inizjazzjoni. Grupp Ċiniż wieħed ta’ kumpaniji talab TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku jew, fin-nuqqas ta’ dan, TI, filwaqt li grupp ieħor ta’ kumpaniji talab TI biss. |
(7) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati. Waslu tweġibiet minn tliet kumpaniji fl-Indja u minn żewġ gruppi ta’ kumpaniji fir-RPĊ, kif ukoll mill-kwerelant. Il-produttur l-ieħor tal-Unjoni ma kkooperax. It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu wkoll mingħand tliet utenti u tmien importaturi, li fosthom saritilhom żjara l-utenti kollha u erba’ importaturi. |
(8) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li kienet meqjusa bħala meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni, filwaqt li wettqet verifiki fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
(9) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
(10) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-aċidu ossaliku, kemm jekk f’forma diidrata (numru CUS 0028635-1 u numru CAS 6153-56-6) jew f’forma anidrata (numru CUS 0021238-4 u numru CAS 144-62-7) u kemm jekk f’soluzzjoni milwiema jew le, li bħalissa jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM ex 2917 11 00 u li joriġina mill-Indja u mir-RPĊ. Hemm żewġ tipi ta’ aċidu ossaliku aċidu ossaliku mhux raffinat u aċidu ossaliku raffinat. L-aċidu ossaliku raffinat, li jiġi manifatturat fir-RPĊ iżda mhux fl-Indja, jiġi manifatturat permezz ta’ proċess ta’ purifikazzjoni tal-aċidu ossaliku mhux raffinat, li l-għan tiegħu huwa li jneħħi l-ħadid, il-kloruri, traċċi tal-metall u impuritajiet oħrajn. |
(11) |
L-aċidu ossaliku jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju bħala aġent tat-tnaqqis u aġent għall-ibbliċjar, f’sintesi farmaċewtika u fil-manifattura tas-sustanzi kimiċi. |
2.2. Il-prodott simili
(12) |
L-investigazzjoni wriet li l-aċidu ossaliku manifatturat u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, l-aċidu ossaliku manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Indja u tar-RPĊ u l-aċidu ossaliku importat fl-Unjoni mill-Indja u r-RPĊ għandu essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet finali bażiċi. |
(13) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma provviżorjament ikkunsidrati bħala li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. L-Indja
3.1.1. Rimarka preliminari
(14) |
Matul iż-żjara ta’ verifika fl-Indja, kumpanija waħda naqset li tipprovdi l-informazzjoni mitluba fil-ħin jew fil-format mitlub. Bħala riżultat, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-informazzjoni ppreżentata b’reazzjoni għall-kwestjonarju dwar l-antidumping. Il-kumpanija ġiet informata bil-miktub li hija tista’ ma tiġix ikkunsidrata bħala parti li tikkoopera u li jistgħu jsiru sejbiet fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Fit-tweġiba tagħha, il-kumpanija sostniet li kien hemm ċirkostanzi ta’ mitigazzjoni, li, madankollu, ma kinux tali li jwasslu għal konklużjoni differenti. Għalhekk, l-Artikolu 18 kien applikat għal din il-kumpanija u s-sejbiet magħmula fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Għaldaqstant, produttur esportatur wieħed biss mill-Indja huwa meqjus bħala li kkoopera mal-Kummissjoni fl-investigazzjoni attwali. |
3.1.2. Valur normali
(15) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti mill-produttur esportatur kienx rappreżentattiv. Minħabba li dan il-bejgħ ikkostitwixxa aktar minn 5 % tal-volum tal-bejgħ tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, ġie konkluż li l-bejgħ globali tal-prodott simili kien rappreżentattiv. |
(16) |
Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur jistax jitqies bħala li sar matul il-kors ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti tal-bejgħ kollu tal-prodott simili. |
(17) |
Meta l-bejgħ bi profitt jammonta għal mill-inqas 80 % tal-bejgħ kollu, il-valur normali jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-bejgħ kollu, inkluż kwalunkwe bejgħ mingħajr profitt. Min-naħa l-oħra, jekk il-bejgħ bi profitt jammonta għal inqas minn 80 % iżda aktar minn 20 % tal-bejgħ kollu, u jekk l-ispiża sħiħa medja peżata tkun ogħla mill-prezz medju peżat, il-valur normali jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-bejgħ bi profitt biss. Bejgħ jitqies bħala wieħed bi profitt fejn il-prezz tal-unità jkun daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. |
(18) |
L-analiżi mill-Kummissjoni tal-bejgħ domestiku wriet li 41 % tal-bejgħ kollu tal-prodott ikkonċernat kien bejgħ bi profitt u li l-ispiża sħiħa medja peżata hija ogħla mill-prezz medju peżat. Għaldaqstant, il-valur normali jiġi kkalkolat bħala prezz medju peżat tal-bejgħ bi profitt biss. |
3.1.3. Il-prezz tal-esportazzjoni
(19) |
Il-produttur esportatur fl-Indja esporta l-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-esportazzjoni huma stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli minn dawk il-klijenti indipendenti għall-prodott ikkonċernat meta esportat lejn l-Unjoni. |
3.1.4. Tqabbil
(20) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni isir fuq bażi ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika. Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, isiru konċessjonijiet xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
(21) |
Għaldaqstant, saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-immaniġġjar u l-ippakkjar, l-ispejjeż ta’ kreditu u l-kummissjoni. |
3.1.5. Il-marġini tad-dumping
(22) |
Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping għall-produttur Indjan li kkoopera jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju peżat mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat. |
(23) |
Abbażi ta’ dan, il-marġini tad-dumping provviżorju, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 22,8 % għal Punjab Chemicals u Crop Protection Limited (PCCPL). |
(24) |
Sabiex jiġi kkalkolat il-marġini ta’ dumping mal-pajjiż kollu li huwa applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fl-Indja, il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil tal-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrapportat mill-produttur esportatur li kkoopera mal-istatistika tal-Eurostat. Minħabba li l-kooperazzjoni mill-Indja kienet baxxa, jiġifieri 38 %, huwa meqjus bħala xieraq li l-marġini ta’ dumping għal pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi l-oħrajn kollha fl-Indja għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tat-tranżazzjoni li hija l-aktar oġġetta għal dumping tal-produttur li kkoopera. |
(25) |
Abbażi ta’ dan, il-livell ta’ dumping għal pajjiż kollu huwa provviżorjament stabbilit għal 43,6 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
3.2. Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
3.2.1. Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (TES)/Trattament individwali (TI)
(26) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor u biex iservu biss bħala referenza ta’ malajr, dawn il-kriterji huma miġbura fil-qosor hawn taħt:
|
(27) |
Grupp wieħed ta’ kumpaniji fir-RPĊ talbu TES u ssottomettew formoli b’talba għal TES għat-tliet kumpaniji l-oħrajn involuti fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-informazzjoni pprovduta kienet sussegwentement ivverifikata mill-Kummissjoni fil-bini tal-kumpaniji inkwistjoni. |
(28) |
L-investigazzjoni tat-TES uriet li kumpanija waħda naqset milli tissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterji minn 1 sa 3. L-ewwel nett, hija naqset milli turi li l-ispejjeż tagħha kienu jirriflettu l-valuri tas-suq minħabba intervent finanzjarju sinifikanti mill-Istat li affettwa l-istruttura tal-ispejjeż tal-kumpanija fil-forma ta’, pereżempju, eżenzjonijiet mit-taxxa u self mingħajr imgħax. It-tieni, l-investigazzjoni tat-TES stabbilixxiet għadd ta’ nuqqasijiet u żbalji serji fil-kontijiet tagħha u li dawn ma kinux ivverifikati skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (IAS). It-tielet, instabu distorsjonijiet trasferiti ‘l quddiem mis-sistema preċedenti tal-ekonomija mhux tas-suq fir-rigward tad-drittijiet tal-kumpanija dwar l-użu tal-art. B’mod aktar partikolari, il-kumpanija kisbet ċertifikat dwar l-użu tal-art mingħajr ma kkonformat mat-termini kuntrattwali jew ħallset b’mod sħiħ. |
(29) |
Barra minn hekk, kumpanija oħra fil-grupp naqset milli turi li hija ssodisfat il-kriterju 2 minħabba l-fatt li hija ma kinitx ivverifikat il-kontijiet b’mod indipendenti. |
(30) |
Il-Kummissjoni żvelat ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-grupp ta’ kumpaniji kkonċernati u lill-kwerelant u tathom l-opportunità li jipprovdu l-kummenti tagħhom. Is-sejbiet ġew żvelati wkoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Ma ġie ppreżentat l-ebda kumment lill-Kummissjoni. |
(31) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li tnejn mill-kumpaniji fil-grupp naqsu milli jissodisfaw il-kriterji tat-TES. B’konformità mal-prattika konsistenti tal-Unjoni li teżamina jekk grupp ta’ kumpaniji relatati b’mod ġenerali jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES, il-grupp kollu kemm hu kien imċaħħad it-TES. |
(32) |
Kif imsemmi fil-premessa 6 aktar ‘il fuq, iż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw talbu TI. Minħabba li nstab li ż-żewġ gruppi ssodisfaw il-kriterji kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, ġie deċiż provviżorjament li huma għandhom jingħataw TI. |
3.2.2. Il-Pajjiż analogu
(33) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali f’pajjiż analogu. |
(34) |
Fin-notifika tal-inizjazzjoni, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Indja bħala l-pajjiż analogu xieraq bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Ma wasal ebda kumment. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis l-Indja bħala l-pajjiż analogu xieraq minħabba li l-uniku pajjiż produttur ieħor barra l-Unjoni, il-Ġappun, għandu suq monopolju magħluq għall-kompetizzjoni u jimmanifattura l-aċidu ossaliku permezz ta’ metodu uniku li mhuwiex komparabbli mar-RPĊ. B’kuntrast ma’ dan, il-produtturi Indjani jużaw metodu tal-produzzjoni komparabbli mar-RPĊ u huma soġġetti għall-kompetizzjoni fis-suq domestiku. |
3.2.3. Valur normali
(35) |
Il-kumpaniji Ċiniżi jimmanifatturaw u jesportaw żewġ tipi ta’ aċidu ossaliku lejn l-Unjoni: aċidu ossaliku mhux raffinat u aċidu ossaliku mhux raffinat. L-aċidu ossaliku raffinat, li ma jiġix prodott fil-pajjiż analogu, jiġi manifatturat permezz ta’ proċess ta’ purifikazzjoni tal-aċidu ossaliku mhux raffinat, li l-għan tiegħu huwa li jneħħi l-ħadid, il-kloruri, traċċi tal-metall u impuritajiet oħrajn. L-ispejjeż addizzjonali għall-produzzjoni tal-aċidu ossaliku raffinat huma stmati għal 12 % meta mqabbla ma’ dawk għall-produzzjoni tal-aċidu ossaliku mhux raffinat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni dehrilha li huwa xieraq li jiġi stabbilit valur normali għaż-żewġ tipi ta’ aċidu ossaliku. |
(36) |
Fir-rigward tal-aċidu ossaliku mhux raffinat, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-valur normali stabbilit għall-Indja skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali ġie stabbilit, kif deskritt fil-premessa 18 aktar ‘il fuq, fuq il-bażi tal-bejgħ bi profitt biss. Fir-rigward tal-aċidu ossaliku raffinat, li ma jiġix prodott fil-pajjiż analogu, b’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-manifattura għall-aċidu ossaliku mhux raffinat fil-pajjiż analogu. L-ispejjeż tal-manifattura jiġu aġġustati b’irfigħ ta’ 12 % sabiex jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal-manifattura addizzjonali (ara l-premessa 35 ta’ hawn fuq) flimkien mal-ispejjeż tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u dawk amministrattivi (SG&A) u l-profitt. |
(37) |
L-ispejjeż SG&A u l-profitt ġew stabbiliti, permezz ta’ analogu għall-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, permezz taż-żieda tal-ispejjeż SG&A u l-profitt għall-bejgħ domestiku tal-aċidu ossaliku mhux raffinat mill-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż analogu. |
3.2.4. Il-prezz tal-esportazzjoni
(38) |
Minħabba li ż-żewġ gruppi ngħataw TI, il-prezz tal-esportazzjoni ġie bbażat fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli mill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(39) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ esportaw l-aċidu ossaliku lejn l-Unjoni permezz ta’ negozjanti relatati, li wassal għal żieda fil-prezz imħallas lill-produtturi. Din iż-żieda tiġi kkunsidrata meta l-prezz tal-esportazzjoni jitqabbel mal-valur normali stabbilit (ara l-premessa 42 ta’ hawn taħt). |
3.2.5. Tqabbil
(40) |
Fir-rigward tal-aċidu ossaliku mhux raffinat, il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kien imqabbel mal-valur normali stabbilit għall-pajjiż analogu. |
(41) |
Il-prezz tal-esportazzjoni għall-aċidu ossaliku raffinat fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kien imqabbel mal-valur normali stabbilit (ara l-premessa 36 ta’ hawn fuq). |
(42) |
Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali jew il-valur normali stabbilit u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, sar aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-kummissjonijiet li ġew irċevuti minn negozjanti relatati. |
(43) |
F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-Kummissjoni sabet li n-negozjanti relatati li permezz tagħhom il-produtturi esportaturi fir-RPĊ esportaw l-aċidu ossaliku lejn l-UE ma jistgħux jitqiesu bħala dipartimenti tal-bejgħ interni, minħabba li huma jinnegozjaw ukoll aċidu ossaliku u prodotti kimiċi oħrajn mixtrija minn fornituri mhux relatati għal skopijiet ta’ esportazzjoni u/jew għal bejgħ domestiku. Għalhekk, huwa konkluż li l-funzjonijiet ta’ dawn in-negozjanti huma simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Għaldaqstant, iż-żieda fil-prezz min-negozjanti tneħħiet sabiex ikun żgurat tqabbil ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. L-aġġustament kien ikkalkolat abbażi tal-profitt ta’ negozjant mhux relatat tal-UE, kif ukoll abbażi tal-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi tan-negozjant Ċiniż rispettiv. |
(44) |
Barra minn hekk, saru aġġustamenti oħrajn, fejn kien xieraq, fir-rigward tat-taxxi indiretti, il-merkanzija, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż anċillari u tal-immaniġġjar, l-ippakkjar u l-ispejjeż ta’ kreditu, fejn dawn instabu li kienu raġonevoli, preċiżi u appoġġjati b’evidenza vverifikata. |
3.2.6. Il-marġini tad-dumping
(45) |
Skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju peżat ta’ kull tip ta’ prodott mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat ta’ kull kumpanija għall-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, kif indikat hawn fuq. |
(46) |
Abbażi ta’ dan, il-marġini tad-dumping provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:
|
(47) |
Sabiex jiġi kkalkolat il-marġini ta’ dumping mal-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil tal-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrapportat mill-produttur esportatur li kkoopera mal-istatistika tal-Eurostat. |
(48) |
Minħabba li l-kooperazzjoni mir-RPĊ kienet baxxa f’madwar 46 %, huwa meqjus bħala xieraq li l-marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu li huwa applikabbli għall-esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ għandu jiġi bbażat fuq it-tranżazzjoni li kienet l-aktar l-oġġett ta’ dumping tal-esportaturi li kkooperaw. |
(49) |
Abbażi ta’ dan, il-livell ta’ dumping għall-pajjiż kollu huwa provviżorjament stabbilit għal 52,2 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
4. ĦSARA
4.1. Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni
(50) |
L-ilment kien ippreżentat mill-Kunsill Ewropew tal-Industrija Kimika (CEFIC) f’isem Oxaquim S.A., minn hawn ‘il quddiem “il-Kwerelant”, kumpanija li tipproduċi l-aċidu ossaliku fl-Unjoni, li jirrappreżenta propozjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI. It-tieni produttur tal-Unjoni, Clariant, ma oġġezzjonax għall-bidu tal-investigazzjoni iżda ddeċieda li ma jikkooperax. Bħalissa ma hemm ebda produttur ieħor tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Abbażi ta’ dan iż-żewġ produtturi, Oxaquim S.A. u Clariant, jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Minn hawn ‘il quddiem, ser issir referenza għalihom bħala “l-industrija tal-Unjoni”. |
(51) |
L-informazzjoni kollha disponibbli dwar iż-żewġ produtturi Oxaquim S.A. u Clariant, inkluż l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-kwerelant qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni laħqet firxa ta’ bejn 11 000 u 15 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.2. Id-determinazzjoni tas-suq tal-Unjoni rilevanti
(52) |
Instab li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni uża parti mill-produzzjoni tiegħu tal-aċidu ossaliku bħala materjal intermedjarju għall-produzzjoni tal-ossalati (tetra-ossalat, aċetosella u biossalati tal-potassju). Dan l-aċidu ossaliku kien sempliċiment trasferit (mingħajr fattura) fi ħdan l-istess kumpanija. Dan l-użu ristrett tal-aċidu ossaliku ma daħalx fis-suq ħieles u għalhekk mhuwiex espost għall-kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni destinata għall-bejgħ fis-suq ħieles instabet li kienet f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
(53) |
Sabiex tiġi pprovduta stampa kemm jista’ jkun kompleta tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, id-dejta nkisbet u ġiet analizzata għall-attività kollha tal-aċidu ossaliku u sussegwentement ġie stabbilit jekk il-produzzjoni kinitx destinata għal użu ristrett jew għas-suq ħieles. |
(54) |
Għall-indikaturi ekonomiċi li ġejjin relatati mal-industrija tal-Unjoni, instab li l-analiżi u l-evalwazzjoni kellhom jiffokaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem tas-suq, it-tkabbir, il-volum tal-esportazzjoni, il-prezzijiet, il-profittabilità, ir-ritorn fuq l-investimenti u l-fluss tal-flus. |
(55) |
Madankollu, fir-rigward ta’ indikaturi ekonomiċi oħrajn, instab fuq il-bażi tal-investigazzjoni, li dawn jistgħu raġonevolment jiġu eżaminati biss billi ssir referenza għall-attività kollha. Tabilħaqq, il-produzzjoni (kemm għall-użu ristrett kif ukoll dik destinata għas-suq ħieles), il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, il-ħażniet, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-abbiltà li jżidu l-kapital jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun ristretta kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. |
4.3. Il-konsum tal-Unjoni
(56) |
Minħabba li l-aċidu ossaliku huwa parti minn kodiċi NM li jinkludi wkoll prodotti oħrajn, ma kienx possibbli li jiġu stabbiliti l-volumi tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat. Għaldaqstant, il-konsum kien stabbilit fuq il-bażi tad-dejta dwar il-volum tal-importazzjoni pprovduta mill-kwerelant, ikkontrollat bir-reqqa fl-isfond tad-dejta vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati, u l-volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(57) |
Fid-dawl tan-numru żgħir ta’ fornituri u l-ħtieġa li tiġi protetta l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, l-iżvilupp tal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat kien indiċizzat. Tabella 1 Il-konsum fl-Unjoni
|
(58) |
Fl-2008 kien hemm żieda qawwija fil-konsum totali fl-Unjoni b’24 %, filwaqt li l-konsum naqas b’50 % matul is-sena ta’ wara qabel reġa’ żdied matul il-PI. B’mod ġenerali, il-konsum fis-suq tal-UE naqas b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5. IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻI KKONĊERNATI
5.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati
(59) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku mir-RPĊ u mill-Indja għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
(60) |
Fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Indja, l-investigazzjoni wriet li l-marġini tad-dumping kienu ‘l fuq mil-limitu de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u l-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn kull wieħed miż-żewġ pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli fis-sens tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. |
(61) |
Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u mill-Indja, minn naħa waħda, u bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u mill-Indja u l-prodott simili, fuq in-naħa l-oħra, l-investigazzjoni wriet li dawn kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati jinbiegħu permezz tal-istess mezzi ta’ bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti biex b’hekk jikkompetu ma’ xulxin u mal-aċidu ossaliku manifatturat fl-Unjoni. |
(62) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa provviżorjament ikkunsidrat li l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indja għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv. |
5.2. Il-volum u s-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati
(63) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku mir-RPĊ u mill-Indja żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indja
|
(64) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’4 % fil-volum matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum totali fis-suq tal-UE naqas b’5 % matul l-istess perjodu (ara t-Tabella 1 fuq). Kif muri fit-Tabella ta’ fuq, kien hemm ukoll profitt sinifikanti fis-sehem tas-suq ta’ 25 % bejn l-2007 u l-2008 u ta’ 10 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.3. Il-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u t-twaqqigħ tal-prezz
(65) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi ikkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Il-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indja
|
(66) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu b’36 % bejn l-2007 u l-2008 qabel ma fl-2009 waqgħu lura għall-prezzijiet simili għal dawk fl-2007. Il-prezzijiet reġgħu żdiedu bi kważi 15 % fil-PI. Il-prezzijiet żdiedu b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, huwa notevoli li l-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu b’20 % bejn l-2008 u l-PI, minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-inputs ewlenin (is-sorsi tal-karbonju u l-enerġija) f’dan il-perjodu. |
(67) |
Bil-għan li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezzijiet il-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika, jiġifieri esklużi l-ispejjeż tal-merkanzija fl-Unjoni u wara t-tnaqqis ta’ skontijiet u roħs, ġew imqabbla mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-esportaturi li kkooperaw mir-RPĊ u mill-Indja lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri nett ta’ skontijiet u aġġustati, fejn meħtieġ, għall-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, debitament aġġustat għall-ispejjeż tal-approvazzjoni doganali u għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
(68) |
It-tqabbil wera li matul il-PI l-prodott ikkonċernat li huwa l-oġġett ta’ dumping li oriġina mir-RPĊ u mill-Indja u mibjugħ fl-Unjoni waqqa’ l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’16,9 % għal 34,6 %. Dan il-livell ta’ twaqqigħ fil-prezz kien ikkombinat ma’ żvilupp negattiv tal-prezzijiet fis-suq u b’hekk wassal għal tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet. |
6. IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
6.1. Rimarki preliminari
(69) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha relatati mal-istat tal-industrija tal-Unjoni mill-2007 sal-aħħar tal-PI. |
(70) |
L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, il-volumi tal-bejgħ, is-sehem tas-suq, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-kobor tal-marġini tad-dumping) kienu evalwati fil-livell tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-indikaturi mikro-ekonomiċi (il-ħażniet, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-ritorn fuq l-investiment, l-abbiltà li jżidu l-kapital u l-investimenti, l-ispejjeż tal-produzzjoni) kienu bbażati fuq l-informazzjoni derivata mill-kwestjonarji debitament ivverifikati li kienu sottomessi mill-produttur tal-Unjoni waħdieni li kkoopera. |
(71) |
Meta wieħed jikkunsidra l-fatt li d-dejta għall-analiżi tal-ħsara hija primarjament derivata minn sors wieħed biss, id-dejta relatata mal-industrija tal-Unjoni kellha tiġi indiċizzata sabiex tiġi ppriservata l-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
6.2. Dejta relatata mal-industrija tal-Unjoni (indikaturi makroekonomiċi)
6.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
Tabella 4
Il-produzzjoni tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali
(Indiċi 2007 = 100) |
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Il-produzzjoni totali |
100 |
101 |
89 |
106 |
Il-kapaċità tal-produzzjoni totali |
100 |
100 |
77 |
77 |
L-użu tal-kapaċità totali |
100 |
101 |
116 |
138 |
(72) |
It-Tabella ta’ hawn fuq tinkludi dejta dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll, għall-2007 u l-2008, dejta ta’ produttur ieħor tal-Unjoni li waqqaf il-produzzjoni tal-aċidu ossaliku fl-2008. |
(73) |
Kif muri fit-Tabella ta’ hawn fuq, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet relattivament stabbli fl-2007 u fl-2008 qabel naqset drastikament fl-2009. Il-produzzjoni żdiedet matul il-PI. B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni żdiedet b’6 %. |
(74) |
Minħabba l-għeluq tal-faċilità tal-produzzjoni ta’ produttur ieħor tal-Unjoni matul l-2008, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset drastikament fl-2008 bi 23 %. |
(75) |
Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi, jiġifieri ż-żieda fil-volum tal-produzzjoni u t-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni minħabba l-għeluq ta’ unità tal-produzzjoni mit-tielet produttur tal-Unjoni mill-2008, wasslet għal żieda sinifikanti fl-użu tal-kapaċità ta’ 38 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
6.2.2. Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem tas-suq
Tabella 5
Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem tas-suq
(Indiċi 2007 = 100) |
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Bejgħ totali |
100 |
97 |
61 |
86 |
Sehem tas-suq (%) |
100 |
79 |
99 |
91 |
(76) |
Il-volumi tal-bejgħ għall-2007 u l-2008 jinkludu l-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni li waqqaf il-produzzjoni fl-2008. |
(77) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa 58 aktar ‘il fuq), il-volum tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni lil klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni naqas b’14 % matul l-istess perjodu, li wassal għal telf ta’ 9 % fis-sehem tas-suq. |
(78) |
Meta nħarsu lejn l-iżvilupp matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis ta’ 14 % fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ferm aktar evidenti mit-tnaqqis ta’ 5 % fil-konsum tal-Unjoni. Bħala konsegwenza, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll b’mod sinifikanti b’9 punti perċentwali matul l-istess perjodu. |
6.2.3. L-impjiegi, il-produttività u l-pagi
Tabella 6
L-impjiegi, il-produttività u l-pagi
(Indiċi 2007 = 100) |
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Numru totali ta’ impjegati |
100 |
119 |
108 |
96 |
Il-produttività totali (unità/impjegat) |
100 |
85 |
83 |
111 |
Il-pagi annwali totali |
100 |
121 |
110 |
99 |
L-ispejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat |
100 |
119 |
118 |
104 |
(79) |
In-numru ta’ impjegati naqas b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ta’ min jinnota li l-produzzjoni tal-aċidu ossaliku ma tirrikjedix ħafna ħaddiema. |
(80) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttività totali għal kull impjegat żdiedet bi 11 %, minħabba li l-produttività żdiedet, filwaqt li kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati. |
(81) |
Matul il-perjodu totali kkunsidrat, il-pagi naqsu b’1 %. Wara żieda inizjali fil-pagi ta’ 21 % bejn l-2007 u l-2008, huma komplew jonqsu kontinwament sal-PI. |
6.2.4. Id-daqs tal-marġini tad-dumping attwali
(82) |
Il-marġinijiet tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar id-dumping. Il-marġinijiet kollha stabbiliti huma ‘l fuq sew mil-livell de minimis. Barra minn hekk, minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġinijiet tad-dumping attwali ma jistax jitqies bħala negliġibbli. |
6.3. Dejta relatata mal-produttur tal-Unjoni li kkoopera (indikaturi Mikroekonomiċi)
6.3.1. Rimarka ġenerali
(83) |
L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (il-prezzijiet tal-bejgħ u l-ispiża tal-produzzjoni, il-ħażniet, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, ir-ritorn fuq l-investiment, l-abbiltà li jżidu l-kapital u l-investimenti) twettqet fil-livell tal-kwerelant biss minħabba li ma nkisbet ebda dejta mill-produttur l-ieħor tal-UE kif deskritt fil-premessa 70. |
6.3.2. Il-prezzijiet ta’ unità medji tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera u l-ispiża tal-produzzjoni
Tabella 7
Il-prezzijiet tal-bejgħ
Indiċi 2007 = 100 |
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità |
100 |
143 |
136 |
131 |
Sors: tweġiba għall-kwestjonarju |
(84) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ fil-livell ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni żdiedu b’31 % matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 8 Spiża tal-produzzjoni
|
(85) |
L-investigazzjoni wriet li l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera kienet relattivament stabbli matul is-snin minħabba titjib kostanti fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom, li seta’ jkun possibbli biss permezz ta’ investimenti qawwija (ara t-Tabelli 9 u 11). |
6.3.3. Ħażniet
(86) |
Minħabba n-natura tal-prodott ikkonċernat, ma nżammet ebda ħażna. Il-prodott ikkonċernat jinxef malajr u mbagħad jagħqad, għalhekk il-produtturi jipproduċu biss prodotti għal konsenja immedjata. |
6.3.4. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, ir-ritorn fuq l-investiment, l-abbiltà li jżidu l-kapital u l-investimenti
Tabella 9
Il-profittabilità
Indiċi 2007 = – 100 |
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Profittabilità (fl-UE) |
– 100 |
4 |
–2 |
3 |
Sors: tweġiba għall-kwestjonarju |
(87) |
Il-profittabilità għall-prodott simili kienet stabbilita billi l-profitt nett ta’ qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili mill-kwerelant jiġi espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. |
(88) |
Wara li ġġenera telf drammatiku fl-2007, il-kwerelant għamel profitt żgħir fl-2008 qabel reġa’ lura għat-telf fl-2009. Il-kwerelant għamel profitt żgħir fil-PI, grazzi għal tnaqqis f’xi elementi tas-COP, kif muri fit-Tabella 8 ta’ hawn fuq. Tabella 10 Il-fluss tal-flus
|
(89) |
Ix-xejra murija mil-fluss tal-flus, li hija l-abbiltà tal-industrija li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, tirrifletti ħafna l-evoluzzjoni tal-profittabilità. Konsegwentement, il-fluss tal-flus kien negattiv fl-2007 u minkejja xi titjib li sar fl-2008, dan naqas bejn l-2008 u l-PI, biex b’hekk iddgħajfet is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera. Tabella 11 Investimenti
|
(90) |
It-Tabella ta’ hawn fuq turi li l-kwerelant żied l-investimenti tiegħu fil-prodott ikkonċernat, anki meta ffaċċjat bi profittabilità baxxa. L-investimenti prinċipalment saru fl-implimentazzjoni ta’ għodod ġodda tal-produzzjoni u fl-introduzzjoni ta’ proċessi ġodda tal-produzzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza. Iż-żieda fl-investimenti turi li l-industrija ma ffaċċjatx diffikultajiet sabiex iżżid il-kapital, u b’hekk turi l-vijabbiltà kontinwa tal-industrija. |
(91) |
L-investimenti żdiedu b’177 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(92) |
Billi żiedet l-investimenti tagħha sabiex ittejjeb il-proċessi tal-produzzjoni tagħha l-industrija, li tirrikjedi kapital intensiv, xorta waħda wriet abbiltà li żżid il-kapital; madankollu, din l-abbiltà hija mfixkla mit-tnaqqis fil-bejgħ u d-diffikultajiet dejjem jikbru fil-ġenerazzjoni tal-fluss tal-flus. Tabella 12 Ritorn fuq l-Investiment (ROI)
|
(93) |
Minkejja ż-żieda fl-investiment, l-ROI tal-prodott ikkonċernat ma laħaqx ir-ritorn mistenni. Għalkemm kien hemm xi titjib fl-2008, l-ROI baqa’ negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. |
(94) |
Għalhekk, it-tkabbir tal-industrija huwa limitat u sproporzjonat b’mod ċar għall-investimenti li saru fis-snin riċenti. |
7. KONKLUŻJONI DWAR IL-ĦSARA
(95) |
L-investigazzjoni wriet li xi indikaturi tal-ħsara juru xejra pożittiva: il-volum tal-produzzjoni żdied b’6 %, l-użu tal-kapaċità żdied bi 38 %, l-investiment żdied b’177 %, li ppermettew lill-kumpanija tikseb profitt kemmxejn relattiv (minn telf sinifikanti fl-2007 għal profitt żgħir fil-PI). Madankollu, kif intwera hawn fuq, għadd ta’ indikaturi li jappartjenu għas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ddeterjoraw b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. |
(96) |
Wara l-għeluq tal-faċilità tal-produzzjoni ta’ produttur wieħed tal-Unjoni, il-volum tal-bejgħ naqas b’14 %. L-impjiegi kellhom jitnaqqsu b’4 % u l-kapaċità tal-produzzjoni naqset bi 23 %. Filwaqt li l-konsum naqas b’5 % biss, is-sehem tas-suq naqas bi kważi 9 %. Għalhekk, il-profittabilità kienet baxxa, tant li affettwat ir-ritorn fuq l-investimenti u l-fluss tal-flus b’mod negattiv, speċjalment bejn l-2008 u l-PI. Il-livell tal-profittabilità tjieb matul il-perjodu kkonċernat iżda baqa’ baxx ħafna fil-PI u mhuwiex biżżejjed sabiex il-produzzjoni tinżamm fuq perjodu medju. |
(97) |
Anki jekk il-produzzjoni globali kibret, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem sinifikanti tas-suq. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati wrew żieda sinifikanti. |
(98) |
Meta wieħed iqis dak li ntqal hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-PI skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
8. KAWŻALITÀ
8.1. Introduzzjoni
(99) |
Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu kienu ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati sabiex ikun żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawk il-fatturi ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
8.2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
(100) |
Il-konsum tal-Unjoni ta’ aċidu ossaliku naqas b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’aktar minn 4 % matul dan il-perjodu. L-ogħla żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ġiet irreġistrata bejn l-2007 u l-2008 meta dawn żdiedu b’54 %. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem tas-suq tagħhom b’25 % bejn l-2007 u l-2008, liema żieda kkoinċidiet ma’ tnaqqis ta’ 21 % fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul dak il-perjodu. |
(101) |
Filwaqt li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni żdiedu b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjoni waqqgħu dawk tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera b’medja ta’ 21,9 % matul il-PI, biex b’hekk eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fl-industrija tal-Unjoni u żammew lura lill-produttur tal-Unjoni li kkoopera milli jgħolli l-prezzijiet għal livelli aktar profittabbli. |
(102) |
Huwa mfakkar li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-bejgħ tagħha (– 14 %). Madankollu, dan it-tnaqqis fil-bejgħ kien ferm akbar mill-waqgħa fid-domanda u wassal għal telf tas-sehem mis-suq ta’ 9 %. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati żdied b’10 %. Dan juri li l-biċċa l-kbira tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ttieħdet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
(103) |
Għalhekk, huwa meqjus li l-pressjoni kontinwa eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni ma ppermettietx li l-Unjoni tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għall-ispejjeż miżjuda tal-materja prima u tal-enerġija. Dan wassal għat-telf fis-sehem mis-suq u għal sitwazzjoni ta’ profittabilità kontinwament ħażina għall-industrija tal-Unjoni. |
(104) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li ż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati kellha impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
8.3. L-effett ta’ fatturi oħrajn
(105) |
Il-fatturi l-oħrajn li ġew eżaminati fil-kuntest tal-kawżalità huma l-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-materja prima, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn tal-prodott ikkonċernat u l-użu ristrett tal-industrija tal-aċidu ossaliku, kif ukoll il-kriżi ekonomika. |
8.3.1. L-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Unjoni
(106) |
Kif indikat fit-Tabella 1 aktar ‘il fuq, il-konsum tal-Unjoni tal-aċidu ossaliku l-ewwel żdied b’24 % fl-2008, filwaqt li naqas b’39 % matul is-sena ta’ wara biex imbagħad reġa’ żdied matul il-PI. B’mod ġenerali, il-konsum fis-suq tal-UE naqas b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul l-istess perjodu l-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq. |
(107) |
Għalkemm l-investigazzjoni żvelat li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu affettwati wkoll mill-waqgħa fid-domanda fis-suq tal-Unjoni fl-2009, ta’ min jinnota li, matul il-perjodu kkunsidrat, l-esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati rnexxielhom iżidu l-volumi tal-bejgħ tagħhom u s-sehem mis-suq permezz tal-pressjoni tal-prezzijiet eżerċitata fuq is-suq mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(108) |
Għaldaqstant, huwa provviżorjament ikkunsidrat li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni huwa prinċipalment ikkawżat miż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u mit-twaqqigħ tal-prezzijiet ipprattikat mill-esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati u mhux mit-tnaqqis fil-konsum. Għalkemm it-tnaqqis fid-domanda kkontribwixxa għall-ħsara, ma setax ikisser ir-rabta kawżali bejn il-ħsara materjali mġarrba u ż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
8.3.2. Il-prezzijiet tal-materja prima prinċipali
(109) |
Kif muri fit-Tabella 8 aktar ‘il fuq, l-ispiża medja tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli minkejja żieda qawwija fl-ispiża tal-materja prima prinċipali (iz-zokkor). Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-ispiża tal-produzzjoni tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera ma segwietx l-istess xejra bħall-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta’ waħda mill-materji primi prinċipali fil-produzzjoni tal-aċidu ossaliku. Iż-żieda qawwija fil-prezzijiet medji taz-zokkor b’50 % matul il-perjodu kkunsidrat kienet imtaffija mill-investimenti magħmula mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera sabiex jitjiebu l-proċessi tal-produzzjoni tiegħu. Għalhekk, b’mod ġenerali, l-effett nett kien tnaqqis ta’ 12 % fl-ispiża tal-produzzjoni. Madankollu, kif muri fit-Tabella 7 aktar ‘il fuq, il-prezz tal-bejgħ ta’ unità żdied b’31 % matul il-perjodu kkunsidrat. Instab li l-esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati kienu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet ekonomiċi fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima, minħabba li l-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ unità segwew l-istess xejra bħall-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera, minkejja li f’livelli aktar baxxi. |
(110) |
Fin-nuqqas ta’ dumping dannuż wieħed seta’ jistenna li l-prezzijiet jiġu adattati regolarment sabiex ikunu jirriflettu l-iżvilupp tal-komponenti varji tal-ispiża tal-produzzjoni. Madankollu, dan ma sarx. Il-produttur tal-Unjoni li kkoopera ma setax jikseb il-marġinijiet ta’ profitt solidi meħtieġa għal dan il-produttur b’kapital intensiv u l-fluss tal-flus tiegħu naqas ukoll. |
(111) |
Għaldaqstant, huwa provviżorjament ikkunsidrat li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, li waqqgħu l-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera, baxxew il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u żammew lura lill-produttur tal-Unjoni li kkoopera milli jżid il-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu biex ikopri l-ispejjeż tiegħu jew biex jikseb profitt raġonevoli. |
(112) |
Minħabba li l-prezzijiet tal-materja prima kienu qegħdin jaffettwaw ukoll lill-esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, kien provviżorjament konkluż li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima ma setax ikollha impatt fuq il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
8.3.3. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
Tabella 13
Il-volum tal-esportazzjoni u l-prezzijiet tal-unità
Indiċi 2007 = 100 |
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Esportazzjonijiet f’tunnellati |
100 |
80 |
140 |
152 |
Il-prezz medju tal-esportazzjoni |
100 |
104 |
103 |
91 |
Sors: tweġiba għall-kwestjonarju |
(113) |
Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni kienet eżaminata wkoll bħala wieħed mill-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess ħin kienu ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, sabiex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(114) |
L-analiżi wriet li l-bejgħ mill-esportazzjoni lil partijiet mhux relatati magħmul mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera kien jirrappreżenta parti importanti tal-bejgħ totali tagħhom (madwar 30 %). Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-esportazzjoni tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żdiedu bi 52 %, filwaqt li l-prezz ta’ unità tal-bejgħ mill-esportazzjoni naqas b’mod konsiderevoli, b’kuntrast mal-prezz tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera fl-Unjoni, li żdied b’mod sinifikanti. L-investigazzjoni żvelat li l-esportazzjonijiet kellhom irwol importanti sabiex iżommu l-użu tal-kapaċità f’livell għoli bil-għan li jkunu koperti l-ispejjeż fissi u l-ispejjeż tal-investimenti fil-makkinarji. Anki jekk il-bejgħ mill-esportazzjoni kien sar bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk fis-suq tal-Unjoni, dawn il-prezzijiet baxxi rriżultaw mill-kompetizzjoni mal-aċidu ossaliku bi prezz baxx fis-swieq tal-esportazzjoni mill-esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati. L-investigazzjoni wriet li dawn l-esportazzjonijiet ippermettew lill-produttur tal-Unjoni li kkoopera jnaqqas il-ħsara mġarrba fis-suq tal-UE u għalhekk mhumiex tali li jistgħu jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
8.3.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
(115) |
Fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn minbarra l-pajjiżi kkonċernati, dan l-element ma kellu ebda impatt fuq is-suq tal-UE. |
8.3.5. Użu ristrett
(116) |
Kif imsemmi fil-premessi minn 52 sa 55 aktar ‘il fuq, l-użu ristrett huwa limitat għal trasferimenti vinkolanti fi ħdan wieħed mill-produtturi tal-Unjoni, fejn l-aċidu ossaliku jiġi ttrasformat f’ossalati fil-kumpanija. Il-profitti li jsiru mill-bejgħ tal-ossalati huma konsiderevoli u attwalment ippermettew lill-produttur ikompli bl-attivitajiet tiegħu minkejja t-telf fuq l-aċidu ossaliku. Għalhekk, dan l-element ma jikkontribwixxix għall-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
8.3.6. Kriżi ekonomika
(117) |
Fl-2009 il-konsum mill-Unjoni tal-aċidu ossaliku naqas bin-nofs meta mqabbel mal-2008 minħabba l-kriżi ekonomika, li kkontribwixxiet għal telf fil-volum tal-bejgħ (– 40 %) u fil-valur (– 45 %) għall-industrija tal-Unjoni. Madankollu, billi naqqset il-prezzijiet f’dan il-perjodu b’madwar 5 % l-industrija setgħet tikseb sehem tas-suq (11 %) u b’hekk tnaqqas l-effetti negattivi tal-kriżi. Tabilħaqq, l-industrija kienet qrib bilanċ bejn il-qligħ u t-telf fl-2009. |
(118) |
Għalkemm il-kriżi ekonomika fl-2008-2009 setgħet ikkontribwixxiet għall-prestazzjoni ħażina tal-industrija tal-Unjoni, b’mod ġenerali, din ma setgħetx titqies bħala li għandha impatt b’tali mod li tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni. |
8.4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(119) |
L-analiżi msemmija hawn fuq uriet li kien hemm żieda fil-volum tal-bejgħ u fis-sehem tas-suq tal-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li matul il-PI kienu inqas ħafna - bi kważi 22 % - mill-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għall-prodott ikkonċernat. |
(120) |
Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati nkisbet minkejja tnaqqis ġenerali fid-domanda fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem dejjem jikber tas-suq tal-importazzjonijiet kkoinċida mal-iżvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Fl-istess ħin, kien osservat żvilupp negattiv fl-indikaturi ewlenin tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kif muri hawn fuq. |
(121) |
Il-waqgħa fil-konsum fis-suq tal-Unjoni fl-2009 affettwat b’mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, b’mod ġenerali, dan il-fattur u l-fatturi l-oħrajn ma jistgħux jitqiesu bħala li għandhom impatt b’tali mod li jkissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni. |
(122) |
Abbażi tal-analiżi msemmija hawn fuq, li ddistingwiet u firdet tajjeb l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw ħsara materjali fl-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
9. L-INTERESS TAL-UNJONI
9.1. Rimarka preliminari
(123) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex ikun konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri antidumping provviżorji f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti tal-prodott ikkonċernat. |
9.2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(124) |
L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’żewġ produtturi, b’fabbriki li jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, li jimpjegaw direttament bejn 30 u 50 ruħ fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili. |
(125) |
Wieħed miż-żewġ produtturi tal-Unjoni ma oġġezzjonax għall-bidu tal-investigazzjoni, iżda ma pprovdiex aktar informazzjoni u ma kkooperax matul l-investigazzjoni. |
(126) |
L-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Ta’ min ifakkar li l-aktar indikaturi ta’ ħsara rilevanti wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, l-indikaturi ta’ ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħall-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-ritorn fuq l-investimenti, kienu affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa kkunsidrat li l-irkupru fis-settur tal-aċidu ossaliku mhuwiex ser ikun biżżejjed li jippermetti l-irkupru tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u jista’ jkompli jiddeterjora. |
(127) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri għandha trodd lura kundizzjonijiet kummerċjali effettivi u ġusti fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tallinja l-prezzijiet tal-aċidu ossaliku sabiex ikunu jirriflettu l-ispiża tal-produzzjoni. Jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri tagħti ċ-ċans lill-industrija tal-Unjoni terġa’ tikseb, għall-inqas parti mis-sehem tas-suq li kien intilef matul il-perjodu kkunsidrat, b’impatt pożittiv ulterjuri fuq is-sitwazzjoni ekonomika u l-profittabilità tagħha. |
(128) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku li joriġina mir-RPĊ u mill-Indja għandha tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
9.3. L-interess tal-importaturi
(129) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand tmien importaturi mhux relatati. Tlieta minn dawn l-importaturi importaw biss volumi żgħar tal-prodott ikkonċernat u jistgħu jittrasferixxu ż-żieda fil-prezz lill-klijenti tagħhom. Uħud minnhom indikaw li huma jistgħu jikkunsidraw li jneħħu l-prodott mill-firxa ta’ prodotti tagħhom jekk jiġu imposti xi dazji antidumping. |
(130) |
Ir-raba’ produttur sostna li l-klijenti tiegħu jistgħu jużaw l-iskema ta’ ipproċessar attiv għall-prodotti finali tagħhom kollha li jużaw l-aċidu ossaliku fil-proċess tal-produzzjoni u esportati mill-ġdid barra mill-UE. Għaldaqstant, l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fuq dan l-importatur ma għandux ikun sinifikanti. |
(131) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri ma għandux ikollha, b’mod ġenerali, impatt sinifikanti fuq l-importaturi. B’mod ġenerali, il-marġinijiet tal-profitt fuq l-aċidu ossaliku huma konsiderevolment għolja għall-importaturi u dawn qegħdin jistennew li jkunu jistgħu jittrasferixxu ż-żidiet fil-prezz lill-klijenti tagħhom. |
9.4. L-interess tal-utenti
(132) |
L-utenti li kkooperaw ammontaw għal 22 % tal-konsum mill-Unjoni tal-aċidu ossaliku matul il-PI. L-investigazzjoni wriet li d-distinzjoni bejn l-użijiet tal-aċidu ossaliku mhux raffinat u l-aċidu ossaliku raffinat hija pertinenti għat-test tal-interess tal-UE fir-rigward tal-utenti. L-industrija tal-Unjoni li kkooperat tipproduċi aċidu ossaliku mhux raffinat, filwaqt li l-produttur l-ieħor tal-UE li ma kkooperax jipproduċi l-aċidu ossaliku raffinat li jintuża prinċipalment fis-setturi tal-farmaċewtika, tal-ikel u tal-estrazzjoni ta’ trab fin tal-metall. |
(133) |
L-utenti tal-aċidu ossaliku mhux raffinat sostnew li l-impożizzjoni tal-miżuri għandha twassal għal żieda fil-prezz mill-industrija tal-Unjoni li kkooperat, li hija l-uniku fornitur tal-UE. Min-naħa l-oħra, l-utenti semmew ukoll li mhijiex sitwazzjoni mixtieqa li jkunu kompletament dipendenti fuq importazzjonijiet barranin. |
(134) |
Għall-utenti li jipproduċu prodotti tat-tindif u tal-ibbliċjar, l-aċidu ossaliku jirrappreżenta biss parti żgħira tal-inputs tagħhom u probabbilment jistgħu jittrasferixxu ż-żieda fil-prezz li tirriżulta mid-dazji antidumping lill-klijenti tagħhom jew inkella jbiddlu l-formuli tal-prodotti tagħhom, fejn ikun possibbli, sabiex jużaw prodotti ta’ sostituzzjoni minflok l-aċidu ossaliku. |
(135) |
Għall-utenti li jipproduċu prodotti tal-illustrar, l-aċidu ossaliku jirrappreżenta sehem kbir tal-ispejjeż tal-investiment tagħhom u mhuwiex sostitwibbli. Mhuwiex probabbli li l-utenti jkunu jistgħu jittrasferixxu kompletament iż-żidiet fil-prezz lill-klijenti tagħhom minħabba l-kompetizzjoni minn produtturi mhux mill-UE. Madankollu, huma jesportaw 95 % tal-prodotti tagħhom barra mill-UE u jistgħu jitolbu lura d-dazji fil-qafas tas-sistema ta’ ipproċessar attiv. |
(136) |
Għall-utenti li jużaw l-aċidu ossaliku għal applikazzjonijiet oħrajn bħal metall tar-riċiklaġġ minn ruttam, l-aċidu ossaliku jirrappreżenta porzjon importanti tal-ispejjeż totali għall-produzzjoni tal-prodott finali li għalih jintuża l-aċidu ossaliku. Is-suq tal-prodott finali huwa volatili ħafna. L-aċidu ossaliku mhuwiex sostitwibbli fil-proċess tal-produzzjoni. Ir-riċiklatur ewlieni tar-ruttam tal-Unjoni bħalissa jixtri l-aċidu ossaliku kollu tiegħu mingħand il-produtturi tal-Unjoni. Bl-impożizzjoni ta’ dazji antidumping, l-industrija tkun f’pożizzjoni li tagħżel kemm iżżid il-prezzijiet, jekk tagħmel dan, sabiex tibbenifika mill-impożizzjoni tad-dazji. Għalhekk, l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq dan l-utent mhuwiex ċar. Madankollu, minħabba li dan l-utent bħalissa qiegħed jagħmel profitti baxxi mill-bejgħ tiegħu tal-prodott lest, kwalunkwe żieda fil-prezz ikollha impatt negattiv jekk il-kumpanija ma tkunx tista’ tgħaddi ż-żieda fil-prezz. |
(137) |
L-aċidu ossaliku “raffinat” jintuża, fost l-oħrajn, għall-produzzjoni ta’ trab ta’ ċerti metalli. L-aċidu ossaliku jirrappreżenta parti konsiderevoli mill-ispejjeż totali tal-produzzjoni. F’dan il-proċess, l-aċidu ossaliku mhuwiex sostitwibbli. Madankollu, il-profitti f’dan is-settur jistgħu jkunu sinifikanti. Minħabba li l-kuntratti annwali huma komuni f’dan is-settur, fuq perjodu ta’ żmien qasir, mhuwiex ser ikun faċli li l-utenti jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet. Madankollu, meta wieħed iżomm f’moħħu li l-inqas rata ta’ dazju proposta hija 14,6 % u li qegħdin jinkisbu profitti għolja, għandu jkun possibbli li tiġi assorbita kull żieda fil-prezzijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir. |
(138) |
Utent wieħed sostna li l-produzzjoni tal-aċidu ossaliku raffinat ma kinitx biżżejjed sabiex tintlaħaq id-domanda. F’dan ir-rigward, instab li n-nuqqas fl-Unjoni bejn il-produzzjoni tat-tip raffinat u l-konsum kienet ta’ madwar 1 000-2 000 tunnellata fis-sena. Minħabba li l-biċċa l-kbira tal-prodotti finali li għalihom jintuża l-aċidu ossaliku raffinat matul il-proċess tal-produzzjoni jiġu esportati, l-utenti jistgħu, fi kwalunkwe każ, joperaw taħt is-sistema ta’ ipproċessar attiv jekk ikunu jixtiequ. |
9.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(139) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li, b’mod ġenerali, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mir-RPĊ u mill-Indja. |
10. MIŻURI ANTIDUMPING PROVVIŻORJI
10.1. Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara
(140) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji sabiex ikun evitat li tiġi kkawżata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(141) |
Bil-għan li jkun iddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, ittieħed kont tal-marġinijiet tad-dumping li nstabu u tal-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex tiġi eliminata l-ħsara sostnuta mill-industrija tal-Unjoni. |
(142) |
Meta jiġi kkalkolat l-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, kien ikkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur taħt kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa kkunsidrat li l-profitt li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping huwa 8 % tal-fatturat u li dan il-marġini ta’ profitt jista’ jitqies bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. |
(143) |
Abbażi ta’ dan, ġie kkalkulat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni għall-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż inkiseb permezz taż-żieda tal-marġini ta’ profitt ta’ 8 % imsemmi fuq mal-ispiża tal-produzzjoni. |
(144) |
Iż-żieda meħtieġa fil-prezz kienet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ tqabbil għal kull tip ta’ prodott tal-prezz medju peżat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ u fl-Indja, debitament aġġustata għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji doganali mal-prezz mhux dannuż tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil kienet imbagħad espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju tal-importazzjoni tat-tipi mqabbla. |
10.2. Miżuri provviżorji
(145) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, huwa meqjus li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Indja fil-livell l-aktar baxx tal-marġinijiet tad-dumping u tal-ħsara, skont ir-regola tal-inqas dazju. |
(146) |
Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma b’hekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Indja u manifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(147) |
Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpaniji individwali (pereżempju, wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (3) minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u l-bejgħ tal-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenifikaw minn rati tad-dazju individwali. |
(148) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell tad-dazju residwu ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhom l-ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PI. |
(149) |
Il-marġinijiet tad-dumping u l-ħsara stabbiliti huma kif ġej:
|
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
(150) |
Kull produttur esportatur ta’ aċidu ossaliku fir-RPĊ li jkun għadu ma għamilx lilu nnifsu magħruf, minħabba li jkun tal-fehma li ma ssodisfax la l-kriterji tat-TES u lanqas il-kriterji tat-TI, iżda li jqis li għandu jiġi stabbilit dazju separat, huwa mistieden jagħmel lilu nnifsu magħruf lill-Kummissjoni Ewropea fi żmien għaxart ijiem mill-għada tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). |
(151) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li jkunu għamlu lilhom infushom magħrufa sal-limitu ta’ żmien speċifikat fin-notifika tal-inizjazzjoni jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. |
(152) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe sejbiet definittivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju antidumping provviżorju huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku, kemm jekk f’forma diidrata (numru CUS 0028635-1 u numru CAS 6153-56-6) jew f’forma anidrata (numru CUS 0021238-4 u numru CAS 144-62-7) u kemm jekk f’soluzzjoni milwiema jew le, li bħalissa jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM ex 2917 11 00 (kodiċi TARIC 2917110091) u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja.
2. Ir-rata tad-dazju antidumping provviżorja applikabbli għall-prezz nett u ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji msemmija hawn taħt għandha tkun kif ġej:
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju provviżorju % |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
L-Indja |
Punjab Chemicals u Crop Protection Limited |
22,8 |
B230 |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
43,6 |
B999 |
|
Ir-RPĊ |
Shandong Fengyuan Chemicals Stock Co., Ltd; Shandong Fengyuan Uranus Advanced Material Co., Ltd. |
37,7 |
B231 |
Yuanping Changyuan Chemicals Co., Ltd |
14,6 |
B232 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
52,2 |
B999 |
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvediment ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien adottat dan ir-Regolament, jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu b’mod orali mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.
(4) F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiġbor l-informazzjoni fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet espressi mill-Korp tal-Appell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rapport tiegħu fid-DS 397 (EC-Fasteners), b’mod partikolari l-punti 371-384 tiegħu (ara www.wto.org). Madankollu, il-fatt li l-Kummissjoni tiġbor din l-informazzjoni ma jippreġudikax jekk u liema konsegwenzi tassoċja l-Unjoni Ewropea ma’ dik id-deċiżjoni f’din l-investigazzjoni.
20.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1044/2011
tad-19 ta’ Ottubru 2011
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Kabanosy (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, l-applikazzjoni tal-Polonja li waslet fit-22 ta’ Jannar 2007 għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Kabanosy” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u l-Awstrija ressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. L-oġġezzjonijiet tqiesu ammissibbli skont l-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Bl-ittri tas-26 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri kkonċernati biex jibdew il-konsultazzjonijiet xierqa. |
(4) |
Filwaqt li fi ħdan iż-żmien stipulat, intlaħqu ftehimiet bejn l-Awstrija u l-Polonja u bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja, ma ntlaħaq l-ebda ftehim bejn il-Ġermanja u l-Polonja. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. |
(5) |
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjonijiet ikkonċernaw nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. |
(6) |
Fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità allegat mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 fir-rigward tal-karattru speċifiku tal-“Kabanosy” ma ġie identifikat l-ebda żball ċar. Permezz tal-karatteristiċi tiegħu kif iddefiniti fl-ispeċifikazzjoni (il-karatteristiċi tal-laħam, it-togħma u l-għamla unika) “Kabanosy” jiddistingwi ruħu b’mod ċar minn prodotti simili oħra tal-istess kategorija u għalhekk huwa f’konformità mad-definizzjoni tal-karattru speċifiku fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament. Fl-ispeċifikazzjoni “Kabanosy” huwa deskritt bħala tip ta’ zalzett niexef, twil u rqiq mibrum min-naħa waħda, imkemmex kollu bl-istess mod u mitwi fi tnejn, li għandha tiġi kkunsidrata bħala karatteristika fiżika intrinsika u għalhekk mhux kwistjoni ta’ preżentazzjoni tal-prodott. Fl-aħħar nett, l-istandardizzazzjoni nazzjonali tal-“Kabanosy” ma ttellifx ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni peress li ġiet stabbilita sabiex tiddefinixxi l-ispeċifiċità tal-prodott u, għalhekk, huwa kopert mid-deroga stipulata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. |
(7) |
Fir-rigward tal-oġġezzjonijiet ibbażati fuq in-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, lanqas hemm ma ġie identifikat żball ċar. Id-denominazzjoni “Kabanosy” ma tirreferix biss għal dikjarazzjonijiet ta’ natura ġenerali użati għal ġabra ta’ prodotti u lanqas mhija qarrieqa. Għalhekk mhijiex ikkonċernata bit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk il-karattru speċifiku mhuwiex dovut għall-provenjenza jew l-oriġini ġeografika tal-prodott. Minflok, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tistabbilixxi kriterju ta’ kwalità għall-popolazzjoni tal-ħnieżer li għandha effett fuq il-kwalità tal-prodott lest u għalhekk tassew fuq il-karattru speċifiku tal-“Kabanosy”. L-elementi ewlenin tal-karattru tradizzjonali tal-“Kabanosy” jikkonsistu kemm mill-użu ta’ materjali tradizzjonali mhux ipproċessati kif ukoll minn metodu tradizzjonali ta’ produzzjoni u b’hekk dawk l-elementi huma konformi mal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(8) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ bosta varjazzjonijiet oħra lingwistiċi jew ortografiċi tad-denominazzjoni, il-“Kabanosy” biss qed jintalab li jiġi rreġistrat skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. |
(9) |
Il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament ma ġietx rikjesta. Ir-reġistrazzjoni mingħajr ir-riżerva tad-denominazzjoni madankollu tippermetti li denominazzjoni rreġistrata tista’ tkompli tintuża fuq it-tikkettar ta’ prodotti li ma jikkorrispondux mal-ispeċifikazzjoni rreġistrata mingħajr l-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali garantita”, l-abbrevjazzjoni “STG” jew il-logo assoċjat tal-UE. Ladarba “Kabanosy” jkun irreġistrat xorta jkun possibbli li jiġu prodotti u kkummerċjalizzati prodotti simili għal “Kabanosy” taħt id-denominazzjoni “Kabanosy” iżda mingħajr referenza għar-reġistrazzjoni tal-UE. Għalhekk ir-reġistrazzjoni tal-“Kabanosy” bħala speċjalità tradizzjonali garantita bl-ebda mod mhi ser tnaqqas id-drittijiet ta’ produtturi oħra li jużaw denominazzjoni simili jew saħansitra identika għall-prodotti tagħhom. |
(10) |
Sabiex jiġi rispettat l-użu ġust u tradizzjonali u biex tkun evitata l-possibbiltà attwali ta’ konfużjoni, it-tikettar tal-“Kabanosy” għandu jkollu indikazzjoni, fil-lingwi tal-pajjiżi fejn huwa kkummerċjalizzat il-prodott, li jinforma lill-konsumaturi li ġie prodott skont it-tradizzjoni Pollakka. |
(11) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-denominazzjoni “Kabanosy” għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tiġi aġġornata kif xieraq. |
(12) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness I għal dan ir-Regolament qiegħda b’dan tiddaħħal fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.
Artikolu 2
L-ispeċifikazzjoni kkonsolidata tal-prodott hija stipulata fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU C 156, 9.9.2009, p. 27.
ANNESS I
Prodotti tal-Anness I għat-Trattat tal-KE maħsuba għall-konsum mill-bniedem:
Klassi 1.2. — Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)
IL-POLONJA
Kabanosy (STG)
ANNESS II
APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GGARANTITA (STG)
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006
“KABANOSY”
Nru tal-KE: PL-TSG-0007-0050-22.1.2007
1. Isem u indirizz tal-grupp applikant
Isem: |
Związek “Polskie Mięso” (il-Federazzjoni Pollakka tal-impriżi tal-industrija tal-laħam) |
Indirizz: |
ul. Chałubińskiego 8, 00-613 Warsaw. |
Nru tat-telefown: |
+48 228302657. |
Nru tal-faks: |
+48 228301648 |
Indirizz tal-posta elettronika: |
info@polskie-mieso.pl. |
2. Stat membru jew pajjiż terz
Il-Polonja
3. Speċifikazzjoni tal-Prodott
3.1. L-isem (jew l-ismijiet) li għandhom jiġu rreġistrati (l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)
“Kabanosy”
L-indikazzjoni “Prodott skont it-tradizzjoni Pollakka” tradotta fil-lingwa tal-pajjiż fejn qed jiġi kkummerċjalizzat għandha tidher fuq it-tikkettar.
3.2. Jekk l-isem
|
hux speċifiku fih innifsu |
|
jesprimix in-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel |
L-isem jesprimi n-natura speċifika tal-prodott. Fis-seklu 19, fil-Polonja u l-Litwanja, il-kelma “kaban”, jew fid-diminuttiv “kabanek”, kienet tirreferi għal ħnieżer żgħar magħlufin ħafna li kienu jissemmnu l-iktar bil-patata, u l-laħam li kienu jipproduċu normalment kien jissejjaħ “kabanina”. Il-kelma “kabanos” ġejja mill-isem li kien jintuża għal dawn il-ħnieżer.
3.3. Jekk l-isem hux qed jiġi rriżervat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006
|
Reġistrazzjoni flimkien mar-riżerva tal-isem |
|
Reġistrazzjoni mingħajr ir-riżerva tal-isem |
3.4. It-tip ta’ prodott
Il-Kategorija 1.2 — |
Il-prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) |
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1 (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)
Il-“Kabanosy” huwa tip ta’ zalzett niexef, twil u rqiq mibrum minn naħa waħda u mkemmex kollu bl-istess mod. Iz-zalzett huwa mitwi fi tnejn u fit-tidwira jkun hemm inċiż minn fejn ikun iddendel.
Il-wiċċ tal-“Kabanosy” huwa aħmar skur bi ħjiel ta’ lewn iċ-ċirasa. Meta taqsmu, tara biċċiet tal-laħam ta’ lewn aħmar skur u xaħam lewn il-krema.
Meta tmissu, il-wiċċ jinħass lixx, niexef u mkemmex kollu bl-istess mod.
Il-“Kyesabanosy” għandu togħma qawwija ta’ laħam tal-majjal imsajjar u ppriservat u jħallilek togħma delikata u ta’ duħħan bir-riħa tal-karwija u tal-bżar.
Il-kompożizzjoni kimika:
— |
il-kontenut tal-proteina - mhux inqas minn 15,0 %, |
— |
il-kontenut tal-ilma - mhux iktar minn 60,0 %, |
— |
il-kontenut tax-xaħam - mhux iktar minn 35,0 %, |
— |
il-kontenut tal-melħ - mhux iktar minn 3,5 %, |
— |
il-kontenut tan-nitrat (III) u tan-nitrat (V) espress f’NaNO2 — mhux iktar minn 0,0125 %. |
Il-valuri tal-kompożizzjoni kimika mogħtija hawn fuq jiżguraw il-kwalità tradizzjonali tal-prodott. Ir-rendiment tal-prodott aħħari meta mqabbel mal-laħam li jintuża bħala materja prima jrid ikun ta’ inqas minn 68 %.
3.6. Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1 (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)
|
Laħam (100 kilogramm ta’ materja prima):
|
|
It-taħwir (għal kull 100 kilogramm ta’ laħam):
|
|
Addittivi oħrajn:
|
L-għalf jirreferi għal tismin biex jinkiseb laħam mimli xaħam. L-għan hu li jkunu prodotti ħnieżer b’piż li ma jaqbiżx il-120 kg, u li jkun ikkaratterizzat minn kontenut għoli tax-xaħam ġol-muskoli (iktar minn 3 %).
— |
It-tismin jissejjes fuq razez li jimmaturaw tard, u reġim xieraq tat-tismin jagħmilha possibbli li wieħed jikseb il-kontenut mixtieq tax-xaħam ġol-muskoli. Ir-razez użati għat-tismin ma għandhomx il-ġene RN, u l-ġene RYR 1T jinsab f’20 % tal-popolazzjoni. |
— |
It-tismin għandu jitwettaq fi tliet stadji — l-istadju nru I sa madwar 60 kg, l-istadju nru II sa madwar 90 kg u l-istadju nru III sa 120 kg. |
— |
It-tismin ta’ annimali li jiżnu sa 90 kg isir billi jintużaw żewġ tipi ta’ taħlitiet tal-għalf. It-taħlitiet tal-għalf (il-porzjonijiet) jinkludu: — bħala komponenti li jagħtu l-enerġija: trab taċ-ċereali – qamħ, xgħir, segala, ħafur, “triticale” jew qamħirrum; it-trab tal-qamħirrum u t-trab tal-varjetajiet tal-ħafur għeri jgħoddu għal mhux iktar minn 30 % tat-taħlitiet; — bħala komponenti li jagħtu l-proteina: trab tal-lupin, tal-favetta u tal-piżelli, ikel tas-soja minn wara li jkun estratt, ikel taż-żerriegħa tal-kolza wara li jkun estratt, kejk taż-żejt tal-kolza, il-ħmira tal-għalf jew l-għalf aħdar imnixxef. |
— |
It-taħlitiet tal-għalf (il-porzjonijiet) għall-annimali li jiżnu minn 90 sa 120 kg jinkludu: — bħala komponenti li jagħtu l-enerġija: trab tal-qamħ, tax-xgħir, tas-segala, u tat-“triticale”. It-trab tal-qamħirrum u t-trab tal-varjetajiet tal-ħafur għeri ma għandhomx jintużaw fit-taħlitiet (il-porzjonijiet); — bħala komponenti li jagħtu l-proteina: trab tal-għelejjel mill-familja “Leguminosae” (il-lupin, il-favetta u l-piżelli), ikel tas-soja minn wara li jkun estratt, kejk taż-żejt tal-kolza jew ikel taż-żerriegħa tal-kolza wara li jkun estratt u l-għalf aħdar imnixxef. |
— |
Dawn li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda punt fiċ-ċiklu tal-għalf: iż-żjut veġetali, l-għalf li ġej mill-annimali, per eżempju t-trab tal-ħalib, ix-xorrox imnixxef, l-ikel mill-ħut. |
— |
Il-kontenut tal-enerġija metabolika (EM) fit-taħlitiet fl-istadji kollha tat-tismin huwa ta’ 12 sa 13-il MJ ta’ EM għal kull kilogramm tat-taħlita. Il-kontenut tal-proteina fit-taħlitiet għandu jkun ta’ madwar 16 sa 18 % fl-ewwel stadju tat-tismin, ta’ 15 sa 16 % fit-tieni stadju u ta’ madwar 14 % fl-aħħar stadju. |
— |
Il-porzjonijiet għall-ħnieżer tas-simna jistgħu jissejsu fuq taħlitiet nutrittivi biss, jew fuq taħlitiet nutrittivi u ikel fi kwantitajiet kbar, jiġifieri patata u għalf aħdar. |
L-ewwel stadju
it-tqattigħ preliminari tal-ingredjenti tal-laħam kollha. Wieħed irid jiżgura li l-biċċiet tal-laħam ikunu kollha tal-istess daqs (b’dijametru ta’ madwar 5 ċm).
It-tieni stadju
l-ippriservar tradizzjonali (il-metodu n-niexef) għal madwar 48 siegħa, bl-użu ta’ taħlita għall-ippriservar.
It-tielet stadju
il-laħam tal-Kategorija I jiċċekken għal daqs ta’ madwar 10 mm, filwaqt li dak tal-Kategoriji IIA u IIB jiċċekken għal daqs ta’ madwar 8 mm.
Ir-raba’ stadju
it-taħlit tal-ingredjenti tal-laħam kollha mat-taħwir: il-bżar naturali, in-noċemuskata, il-karwija u z-zokkor.
Il-ħames stadju
il-mili f’kisjiet irqaq magħmulin min-nagħaġ li jkollhom dijametru ta’ bejn 20 u 22 mm, u l-brim, min-naħa waħda, taz-zalzett li jkun twil madwar 25 ċm.
Is-sitt stadju
Iz-zalzett jitħalla joqgħod sagħtejn f’temperatura li ma tkunx ta’ iktar minn 30 oĊ. Tnixxif preliminari tal-wiċċ, u l-ingredjenti ta’ ġoz-zalzett “joqogħdu”.
Is-seba’ stadju
it-tnixxif tal-wiċċ u l-affumikar tradizzjonali fid-duħħan jaħraq (għal madwar 150 minuta) u s-sajran fil-forn sa ma t-temperatura ta’ ġoz-zalzett tilħaq mill-inqas is-70 oĊ.
It-tmien stadju
Jitwaqqaf il-proċess tal-affumikar u l-“Kabanosy” jitħalla fil-kamra tad-duħħan għal madwar siegħa. Wara jitkessaħ u jitqiegħed fil-friġġ f’temperatura li tkun inqas minn 10 oĊ.
Id-disa’ stadju
it-tnixxif f’temperatura ta’ bejn l-14 u t-18-il oĊ u f’umdità ta’ 80 % għal minn 3 sa 5 ġranet sa ma jinkiseb ir-rendiment mixtieq (li ma jaqbiżx it-68 %).
3.7. In-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel (l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)
In-natura speċifika tal-“Kabanosy” ġejja minn diversi karatteristiċi li huma tipiċi għall-prodott:
— |
kemm hu tari, in-natura mmerqa u l-proprjetajiet speċifiċi tal-laħam; |
— |
togħma u riħa eċċezzjonali; |
— |
forma uniformi u karatteristika. |
Il-laħam tal-majjal minn ħnieżer ta’ razez li jimmaturaw tard, imsemmna sa ma jilħqu piż ta’ madwar 120 kg, u li jkollhom il-karatteristiċi ġenetiċi deskritti fil-punt 3.6, huwa ingredjent essenzjali tal-“kabanosy” li jinfluwenza n-natura speċifika ta’ dan iz-zalzett. Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti trendi kontenut tax-xaħam ġol-muskoli ta’ iktar minn 3 %, li jiżgura li l-laħam ikollu l-proprjetajiet tat-togħma u teknoloġiċi xierqa li huma meħtieġa għall-produzzjoni tal-“Kabanosy”. L-użu ta’ din it-tip ta’ materja prima u l-konformità mal-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni, b’attenzjoni speċjali għall-istadji tat-tqattigħ, tal-ippriservar u tal-affumikar, jiżguraw li l-“Kabanosy” jkun tari u mmerraq b’mod eċċezzjonali. Karatteristika oħra tal-“Kabanosy” huwa l-ħoss li jinstema’ b’mod ċar li jagħmlu meta jinqasmu fi tnejn. Dan il-ħoss huwa minħabba kemm hu tari l-laħam u minħabba l-mod li bih jitħejja l-“Kabanosy”, b’mod partikolari kif jitnixxef u jiġi affumikat.
It-togħma u r-riħa tal-“Kabanosy” huma l-karatteristiċi li jiddistingwuh mit-tipi ta’ zalzett l-oħrajn. Dawn il-karatterstiċi huma minħabba li fil-proċess tal-produzzjoni jintuża taħwir magħżul kif xieraq u l-proporzjonijiet tagħhom: il-bżar naturali, in-noċemuskata, il-karwija u z-zokkor u l-proċess speċifiku tal-affumikar, li jkompli jtejjeb it-togħma tal-prodott
In-natura speċifika tal-“Kabanosy” hija marbuta l-iktar mal-forma unika tiegħu. Il-“Kabanosy” huwa tip ta’ zalzett niexef, twil u rqiq mibrum minn naħa waħda u mkemmex kollu bl-istess mod.
3.8. In-natura tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)
Il-“Kabanosy” jew tipi ta’ zalzett irqiq, niexef u affumikat magħmul mil-laħam tal-majjal u f’kisjiet magħmulin min-nagħaġ kienu jittieklu mal-Polonja kollha sa mis-snin għoxrin u tletin tas-seklu l-ieħor. Huma kienu jiġu prodotti fi stabbilimenti żgħar tal-biċċiera tal-post b’dan l-istess isem, iżda f’varjetajiet reġjonali differenti. L-ikbar differenzi kienu fit-taħwir użat, iżda wkoll fil-kwalità taz-zalzett innifsu. Il-kotba tat-tisjir u l-pubblikazzjonijiet tal-ikel ta’ dak iż-żmien, bħall-ktieb ta’ M. Karczewska msejjaħ “Wyrób wędlin i innych przetworów mięsnych sposobem domowym” li kien ippubblikat fl-1937 f’Varsavja, taw ir-riċetti tal-“Kabanosy” u għenu biex ikunu standardizzati t-tekniki tal-produzzjoni tiegħu, u b’hekk ippermettew li jkun ikkonsolidat ismu u li tittejjeb il-kwalità. Dan iz-zalzett kellu togħma tajba u t-tekniki tal-ippriservar bħall-affumikar u t-tnixxif fissru li seta’ jinżamm għal żmien twil.
Wara l-1945 kien hemm standardizzar f’attentat biex tittejjeb il-kwalità tal-prodott. Il-“Kabanosy” kien rrilaxxat għall-konsum b’mod uffiċjali bid-Digriet tal-Ministeri għall-Fornimenti, għall-Industrija u għall-Kummerċ tal-15 ta’ Settembru 1948 (il-Ġurnal tal-Liġijiet nru 1948/44, il-punt nru 334). Wara dan, l-aspetti teknoloġiċi u dawk tal-produzzjoni ġew standardizzati (l-Istandard nru RN54/MPMIM1-Mięs-56 tat-30 ta’ Diċembru 1954), u fl-1964 il-Kwartieri Ġenerali tal-Industrija tal-Laħam Pollakka f’Varsavja ħarġet riċetta standard tal-“Kabanosy” msejsa fuq il-metodi tradizzjonali tal-produzzjoni (ir-Regolamenti Interni Nru 21).
Il-“Kabanosy” kien popolari ferm fi żmien il-Komuniżmu (1945-89); kulħadd kien jixtrihom. Huma kienu jsebbħu l-imwejjed eleganti fl-okkażjonijiet speċjali u fl-istess ħin kienu adattati bħala ikel tal-piknik għal dawk li jkunu qed jivvjaġġaw, bħala rigal jew bħala ikla ħafifa għal mal-vodka. Flimkien mal-perżut u l-bejken, huma saru wkoll speċjalità Pollakka tal-esportazzjoni.
Il-“Kabanosy” jsir minn ħnieżer imsemmnin apposta li kienu magħrufa bħala “kabany”. Il-kelma “kaban” tidher fil-poeżija epika tal-1834 imsejħa “Pan Tadeusz” ta’ Adam Mickiewicz, il-poeta nazzjonali Pollakk. Il-kelma kienet tintuża oriġinarjament biex tirreferi għall-ħnieżer selvaġġi u wkoll għaż-żwiemel, iżda, skont il-Volum 13 tal-“Encyklopedyja Powszechna” tal-1863, sas-seklu 19 kienet qed tintuża minn kulħadd biex tirreferi għal qażquż oħxon, magħluf tajjeb. Il-ħnieżer kienu jissemmnu apposta sabiex jinkiseb laħam fin u tajjeb ferm b’kontenut għoli tax-xaħam ġol-muskoli li kien jagħti lill-prodotti li jsiru minnu togħma qawwija u speċifika, u natura tarija u mmerqa. Il-kelma “kabanina” li ġejja mill-kelma “kaban” ukoll kienet tintuża ferm. Skont it-tifsira mogħtija fid-dizzjunarju Pollakk ippubblikat f’Vilnius fl-1861, normalment din kienet tirreferi għal-laħam tal-majjal.
Il-laħam tal-ħnieżer imkabbrin sabiex ikun prodott il-“Kabanosy” jrid ikollu kontenut tax-xaħam ġol-muskoli ta’ iktar minn 3 %; dawn huma l-istrixxi ta’ grass fil-laħam dgħif li lill-prodott jagħtuh in-natura tarija u mmerqa u t-togħma bnina mixtieqa. L-użu ta’ dan it-tip ta’ laħam jinfluwenza b’mod deċiżiv il-kwalità tal-prodott aħħari u n-natura speċifika tiegħu, u jżomm mal-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni.
3.9. Ir-rekwiżiti minimi u l-proċeduri sabiex tiġi vverifikata n-natura speċifika (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)
F’dak li għandu x’jaqsam man-natura speċifika tal-“Kabanosy”, għandhom ikunu suġġetti għall-verifiki b’mod partikolari l-affarijiet li ġejjin:
(1) |
Il-kwalità tal-materja prima li tintuża fil-produzzjoni tiegħu (il-laħam u t-taħwir), inklużi:
|
(2) |
Il-proċess tal-affumikar tal-“Kabanosy” Matul spezzjoni, l-affarijiet li ġejjin iridu jiġu vverifikati:
|
(3) |
Il-kwalità tal-prodott aħħari:
|
(4) |
Il-forma tal-prodott. |
Il-frekwenza tal-verifiki
Il-verifiki tal-istadji msemmija hawn fuq għandhom jitwettqu darba kull xahrejn. Jekk dawn l-istadji kollha jkunu qed jitwettqu tajjeb, il-frekwenza tal-verifiki tista’ titnaqqas għal tnejn fis-sena.
Jekk, fi kwalunkwe stadju, iseħħu irregolaritajiet, il-frekwenza tal-verifiki ta’ dak l-istadju jridu jiżdiedu (għal darba kull xahrejn). Il-verifiki tal-istadji l-oħra jistgħu jitwettqu darba kull sitt xhur.
4. Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
4.1. Isem u Indirizz
Isem: |
Główny Inspektorat Jakości Handlowej Artykułów Rolno — Spożywczych |
Indirizz: |
ul. Wspólna 30, 00-930 Warsaw, Poland |
Nru tat-telefown: |
+48 226232901. |
Nru tal-faks: |
+48 226232099. |
Indirizz tal-posta elettronika: |
— |
Pubbliku |
Privat |
4.2. Il-ħidmiet speċifiċi tal-awtorità jew tal-entità
L-awtorità tal-ispezzjoni msemmija hawn fuq hija responsabbli għall-verifiki tal-ispeċifikazzjoni kollha.
20.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1045/2011
tad-19 ta’ Ottubru 2011
dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva asulam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). L-asulam hija sustanza attiva li għaliha l-kompletezza ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu listi ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dawn il-listi kienu jinkludu l-asulam. |
(3) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6), in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1095/2007. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7) ġiet adottata għan-noninklużjoni tal-asulam. |
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn issa ’l quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
(5) |
L-applikazzjoni ntbagħtet lir-Renju Unit, li kien inħatar bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-utilizzazzjonijiet indikati huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
(6) |
Ir-Renju Unit ivvaluta d-dejta addizzjonali sottomessa mill-applikant u pprepara rapport addizzjonali. Huwa bagħat dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Novembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-asulam lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Settembru 2010 (8). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fl-14 ta’ Lulju 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-asulam. |
(7) |
Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġew identifikati xi punti ta’ tħassib. Dawn kienu, b’mod partikolari, kif ġej. Ma kienx possibbli li titwettaq valutazzjoni affidabbli tal-espożizzjoni tal-konsumaturi billi kienet nieqsa d-dejta dwar il-preżenza u t-tossiċità tal-metabolit sulfanilamid, kif ukoll dwar il-preżenza ta’ metaboliti oħra potenzjalment sinifikanti li ma kinux analizzati fil-provi dwar ir-residwi u l-istudji ta’ pproċessar disponibbli. Barra minn hekk, ma kienx hemm dejta dwar ir-rilevanza tossikoloġika tal-impuritajiet fl-ispeċifikazzjoni teknika tas-sustanza attiva. Ġie identifikat ukoll riskju għoli għall-għasafar. |
(8) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni. L-applikant ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
(9) |
Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, ma setax jitwarrab għal kollox it-tħassib imsemmi fil-premessa 7. Għaldaqstant, ma ġiex ippruvat li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-asulam jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(10) |
L-asulam għalhekk ma għandhiex tiġi approvata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(11) |
Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-asulam, fejn l-Istati Membri jagħtu xi moratorju skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-moratorju għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012 kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. |
(12) |
Dan ir-Regolament ma jmurx kontra s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-asulam skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(13) |
Fl-interess taċ-ċarezza, l-annotazzjoni għall-asulam fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar. |
(14) |
Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan. |
(15) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni. Kien meqjus li jinħtieġ att ta’ implimentazzjoni u l-president ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva
Is-sustanza attiva asulam mhijiex approvata.
Artikolu 2
Miżuri tranżitorji
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-asulam jiġu revokati sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 3
Perjodu ta’ konċessjoni
Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.
Artikolu 4
Emendi għad-Deċiżjoni 2008/934/KE
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE, l-annotazzjoni għall-‘asulam’ titħassar.
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ u d-data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(4) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(5) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(6) ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.
(7) ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.
(8) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance asulam. EFSA Journal 2010;8(12):1822. [71 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1822. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
20.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1046/2011
tad-19 ta’ Ottubru 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ottubru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
EC |
31,1 |
MA |
43,8 |
|
MK |
53,3 |
|
ZA |
35,6 |
|
ZZ |
41,0 |
|
0707 00 05 |
TR |
142,5 |
ZZ |
142,5 |
|
0709 90 70 |
EC |
33,4 |
TR |
133,8 |
|
ZZ |
83,6 |
|
0805 50 10 |
AR |
54,2 |
CL |
60,5 |
|
TR |
65,3 |
|
UY |
56,8 |
|
ZA |
75,9 |
|
ZZ |
62,5 |
|
0806 10 10 |
BR |
217,2 |
CL |
71,4 |
|
MK |
110,6 |
|
TR |
122,0 |
|
ZA |
64,2 |
|
ZZ |
117,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
61,9 |
BR |
62,6 |
|
CA |
105,4 |
|
CL |
99,9 |
|
CN |
58,0 |
|
NZ |
119,3 |
|
US |
82,9 |
|
ZA |
94,8 |
|
ZZ |
85,6 |
|
0808 20 50 |
AR |
50,6 |
CN |
63,2 |
|
TR |
129,3 |
|
ZZ |
81,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
20.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1047/2011
tad-19 ta’ Ottubru 2011
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Diċembru 2011 sad-29 ta’ Frar 2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2011, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina u l-Arġentina. |
(3) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru 2011 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2011 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru 2011 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.
ANNESS
Oriġini |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
||
L-Arġentina |
||||
|
09.4104 |
84,959795 % |
||
|
09.4099 |
1,064155 % |
||
Iċ-Ċina |
||||
|
09.4105 |
43,180341 % |
||
|
09.4100 |
0,381865 % |
||
Pajjiżi terzi oħra |
||||
|
09.4106 |
100 % |
||
|
09.4102 |
1,910605 % |
DEĊIŻJONIJIET
20.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/29 |
DEĊIŻJONI TAL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA
tat-13 ta’ Ottubru 2011
dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/695/UE)
IL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tagħhom,
Billi:
(1) |
Taħt is-sistema għall-infurzar tal-liġi dwar il-kompetizzjoni stabbilita skont it- Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “it-Trattat”), il-Kummissjoni tinvestiga u tiddeċiedi fuq il-każijiet permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva, soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Qorti tal-Ġustizzja”). |
(2) |
Il-Kummissjoni trid twettaq il-proċedimenti tagħha dwar il-kompetizzjoni b’mod ġust, imparzjali u oġġettiv u għandha tiżgura r-rispett għad-drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (2), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (3), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (4), u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tas-7 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (5), kif ukoll fil-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. B’mod partikolari, id-dritt tal-partijiet ikkonċernati li jinstemgħu qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni individwali li taffettwahom b’mod negattiv huwa dritt fundamentali tal-liġi tal-Unjoni rikonoxxut mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu (6). |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati, partijiet involuti oħrajn skont it-tifsira tal-Artikolu 11(b) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 (“partijiet involuti oħrajn”), il-kwerelanti skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (“kwerelanti”) u persuni barra dawk imsemmija fl-Artikoli 5 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 u terzi persuni skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 (“terzi persuni”) involuti fil-proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ir-responsabbiltà għas-salvagwardja tal-osservanza ta’ tali drittijiet għandha tiġi fdata lil persuna indipendenti b’esperjenza fi kwistjonijiet relatati mal-kompetizzjoni li jkollha l-integrità neċessarja sabiex tikkontribwixxi għall-oġġettività, it-trasparenza u l-effiċjenza ta’ dawk il-proċeduri. |
(4) |
Il-Kummissjoni ħolqot il-funzjoni tal-uffiċjal tas-seduta għal dawn l-għanijiet fl-1982, u rrevedietha fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/810/KESE, KE tat-12 ta’ Diċembru 1994 dwar it-termini ta’ referenza tal-uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni quddiem il-Kummissjoni (7) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KESE tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar it-termini ta’ referenza tal-uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (8). Issa huwa meħtieġ li jiġi ċċarat u jkompli jissaħħaħ ir-rwol tal-uffiċjal tas-seduta u li t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta jiġu adattati fid-dawl tal-iżviluppi fil-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni. |
(5) |
Il-funzjoni tal-uffiċjal tas-seduta kienet ġeneralment meqjusa bħala kontribut importanti għall-proċedimenti dwar il-kompetizzjoni quddiem il-Kummissjoni minħabba l-indipendenza u l-kompetenza li l-uffiċjali tas-seduta ġabu f’dawn il-proċedimenti. Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza kontinwa tal-uffiċjal tas-seduta mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, huwa għandu jiġi assoċjat, għal skopijiet amministrattivi, mal-membru tal-Kummissjoni b’responsabbiltà speċjali għall-kompetizzjoni. |
(6) |
L-uffiċjal tas-seduta għandu jinħatar skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea. Skont dawk ir-regoli, jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll dawk il-kandidati li mhumiex uffiċjali tal-Kummissjoni. Għandha tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tal-ħatra, it-tmiem tal-ħatra u t-trasferiment tal-uffiċjali tas-seduta. |
(7) |
Il-Kummissjoni tista’ taħtar uffiċjal wieħed jew aktar tas-seduta u għandha tipprovdi għall-persunal ta’ appoġġ tagħhom. Fejn l-uffiċjal tas-seduta jipperċepixxi konflitt ta’ interessi fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, l-uffiċjal tas-seduta għandu jieqaf milli jaġixxi fuq każ. Jekk l-uffiċjal tas-seduta ma jkunx jista’ jaġixxi, ir-rwol tiegħu għandu jitwettaq minn uffiċjal tas-seduta ieħor. |
(8) |
L-uffiċjal tas-seduta għandu jopera bħala arbitru indipendenti li jfittex li jsolvi kwistjonijiet li jaffettwaw l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati, il-partijiet oħra involuti, il-kwerelanti jew il-partijiet terzi interessati fejn tali kwistjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu riżolti permezz ta’ kuntatti preċedenti mas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għat-tmexxija tal-proċedimenti tal-kompetizzjoni, li għandhom jirrispettaw dawn id-drittijiet proċedurali. |
(9) |
It-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta fil-proċedimenti tal-kompetizzjoni għandhom jitfasslu b’tali mod li jissalvagwardjaw il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali matul il-proċeduri quddiem il-Kummissjoni skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat u r-Regolament (KE) Nru 139/2004, b’mod partikolari d-dritt tas-smigħ. |
(10) |
Sabiex isaħħaħ dan ir-rwol, l-uffiċjal tas-seduta għandu jiġi attribwit bil-funzjoni li jissalvagwardja l-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fil-kuntest tas-setgħat ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, kif ukoll skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li jipprovdu setgħat lill-Kummissjoni li timponi multi fuq l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi. L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun attribwit ukoll b’funzjonijiet speċifiċi matul din il-fażi investigattiva fir-rigward tat-talbiet għal privileġġ professjonali legali, il-privileġġ kontra l-awto-inkriminazzjoni, id-dati tal-għeluq għar-risposti għad-deċiżjonijiet li jitolbu informazzjoni skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, kif ukoll fir-rigward tad-dritt tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi soġġetti għal miżura investigattiva mill-Kummissjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li jkunu informati dwar l-istatus proċedurali tagħhom, jiġifieri jekk humiex soġġetti għal investigazzjoni u, jekk iva, is-suġġett u l-għan ta’ dik l-investigazzjoni. Fl-evalwazzjoni tat-talbiet li jsiru fir-rigward tal-privileġġ kontra l-awto-inkriminazzjoni, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jikkunsidra jekk l-impriżi għamlux talbiet manifestament infondati għall-protezzjoni sempliċiment bħala tattika ta’ dewmien. |
(11) |
L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun jista’ jiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-pretensjonijiet li dokument huwa kopert minn privileġġ professjonali legali. Għal dan il-għan, jekk l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi li tagħmel it-talba taqbel, l-uffiċjal tas-seduta jitħalla jeżamina d-dokument ikkonċernat u jagħmel rakkomandazzjoni xierqa, li tkun tirreferi għall-każistika applikabbli tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(12) |
L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun responsabbli biex jiddeċiedi jekk persuna terza turix interess suffiċjenti li tinstema’. L-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li japplikaw għal smigħ għandhom ġeneralment jitqiesu bħala li għandhom interess suffiċjenti, fejn il-proċedimenti jkunu jikkonċernaw prodotti jew servizzi użati mill-konsumaturi finali jew prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu input dirett fi prodotti jew servizzi bħal dawn. |
(13) |
L-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi jekk iħallix lill-kwerelanti u l-partijiet terzi interessati jattendu għas-seduta ta’ smigħ orali, wara li jieħu f’kunsiderazzjoni l-kontribut li jistgħu jagħmlu għall-kjarifika tal-fatti rilevanti tal-każ. |
(14) |
Id-dritt tal-partijiet ikkonċernati li jinstemgħu qabel tittieħed deċiżjoni finali li taffettwa l-interessi tagħhom b’mod negattiv huwa garantit permezz tad-dritt tagħhom li jwieġbu bil-miktub għall-pożizzjoni preliminari tal-Kummissjoni, kif stabbilit fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-dritt tagħhom li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom, jekk huma jitolbu dan, waqt is-seduta tas-smigħ orali. Sabiex jeżerċitaw dawn id-drittijiet b’mod effettiv, il-partijiet li lilhom kienet indirizzata dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għandhom id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. |
(15) |
Sabiex jiġi salvagwardjat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet ta’ difiża tal-partijiet li lilhom kienet indirizzata dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, l-uffiċjal tas-seduta għandu jkun responsabbli sabiex jiżgura li jiġu riżolti t-tilwimiet dwar l-aċċess għall-fajl jew dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra bejn dawk il-partijiet u d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jissospendi l-operat tal-perjodu ta’ żmien li fih id-destinatarju ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għandu jwieġeb għal dik id-dikjarazzjoni sakemm tiġi riżolta tilwima dwar l-aċċess għall-fajl, jekk id-destinatarju ma jkunx f’pożizzjoni li jwieġeb sad-data tal-għeluq mogħtija u estensjoni ma tkunx soluzzjoni adegwata f’dak il-mument. |
(16) |
Sabiex jiġi salvagwardjat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità, l-uffiċjal tas-seduta għandu, fejn ikun xieraq, ikun jista’ jordna li jittieħdu miżuri speċifiċi għal aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, l-uffiċjal tas-seduta għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi li partijiet tal-fajl isiru aċċessibbli għall-parti li titlob l-aċċess b’mod ristrett, pereżempju billi jillimita n-numru jew il-kategorija ta’ persuni li jkollhom aċċess, u l-użu tal-informazzjoni li jkun hemm aċċess għaliha. |
(17) |
L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun responsabbli biex jiddeċiedi fuq it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti ta’ żmien stabbiliti għar-risposta għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, dikjarazzjoni supplimentari tal-oġġezzjonijiet jew ittra tal-fatti jew il-limiti ta’ żmien li fihom persuni involuti oħrajn, kwerelanti jew persuni terzi interessati jistgħu jagħmlu kummenti, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn kwalunkwe tali persuna u d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni. |
(18) |
L-uffiċjal tas-seduta għandu jippromwovi l-effikaċja tas-seduta ta’ smigħ orali, inter alia billi jieħu l-miżuri xierqa kollha ta’ tħejjija, inkluża ċ-ċirkolazzjoni, fi żmien xieraq qabel is-seduta ta’ smigħ, ta’ lista provviżorja ta’ parteċipanti u aġenda provviżorja. |
(19) |
Is-seduta orali tippermetti lill-partijiet li lilhom il-Kummissjoni indirizzat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u partijiet oħrajn involuti sabiex jeżerċitaw ulterjorment id-dritt tagħhom li jinstemgħu billi jiżviluppaw l-argumenti tagħhom bil-fomm quddiem il-Kummissjoni, li għandha tkun irrappreżentata mid-Direttorat Ġenerali tagħha għall-Kompetizzjoni, kif ukoll servizzi oħrajn li jikkontribwixxu għat-tħejjija ulterjuri ta’ deċiżjoni li trid tittieħed mill-Kummissjoni. Hija għandha tipprovdi opportunità addizzjonali sabiex ikun żgurat li l-fatti rilevanti kollha – kemm jekk favorevoli kif ukoll jekk mhux favorevoli għall-partijiet ikkonċernati, inklużi l-elementi fattwali relatati mal-gravità u t-tul tal-allegat ksur – ikunu ċċarati kemm jista’ jkun. Is-seduta ta’ smigħ orali għandha tippermetti wkoll lill-partijiet li jippreżentaw l-argumenti tagħhom dwar il-kwistjonijiet li jistgħu jkunu ta’ importanza għall-impożizzjoni possibbli ta’ multi. |
(20) |
Sabiex jiżgura l-effikaċja tas-seduti orali, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jippermetti lill-partijiet li lilhom kienet indirizzata dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, il-partijiet oħrajn involuti, il-kwerelanti, persuni oħrajn mistiedna għas-seduta, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jistaqsu mistoqsijiet matul is-seduta. Is-seduta ta’ smigħ orali ma għandhiex tkun pubblika sabiex ikun garantit li l-parteċipanti kollha jkunu jistgħu jesprimu ruħhom liberament. Għalhekk, l-informazzjoni żvelata matul is-seduta ta’ smigħ orali ma għandhiex tintuża għal xi skop ieħor għajr matul il-proċedimenti ġudizzjarji u/jew amministrattivi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat. Fejn ikun ġustifikat sabiex jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra, l-uffiċjal tas-seduta għandu jkun jista’ jisma’ lill-persuni fil-magħluq. |
(21) |
Il-partijiet għall-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, kif ukoll il-partijiet li huma involuti fi proċeduri ta’ riżolviment f’każijiet ta’ kartelli skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fir-rigward tal-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. |
(22) |
L-uffiċjal tas-seduta għandu jirrapporta fuq ir-rispett għall-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedimenti matul il-proċeduri tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, u separatament mill-funzjoni ta’ rappurtar tiegħu, l-uffiċjal tas-seduta għandu jkun jista’ wkoll jagħmel osservazzjonijiet dwar il-progress ulterjuri u l-oġġettività tal-proċedimenti u b’hekk jikkontribwixxi sabiex jiżgura li l-proċedimenti tal-kompetizzjoni jiġu konklużi fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tajba tal-fatti rilevanti kollha. |
(23) |
Meta jiżvela informazzjoni dwar persuni fiżiċi, l-uffiċjal tas-seduta għandu jikkunsidra, b’mod partikolari lir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (9). |
(24) |
Id-Deċiżjoni 2001/462/KE, KESE għandha tiġi rrevokata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
KAPITOLU 1
IR-RWOL, IL-ĦATRA U D-DOVERI TAL-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
Artikolu 1
L-Uffiċjal tas-Seduta
1. Għandu jkun hemm uffiċjal tas-seduta wieħed jew aktar għall-proċedimenti tal-kompetizzjoni, li s-setgħat u l-funzjonijiet tagħhom huma stipulati fid-deċiżjoni preżenti.
2. L-uffiċjal tas-seduta għandu jissalvagwardja l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali matul il-proċedimenti tal-kompetizzjoni quddiem il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat, u skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 (minn hawn ’il quddiem “il-proċedimenti tal-kompetizzjoni”).
Artikolu 2
Il-Ħatra, it-Tmiem tal-Ħatra u s-Sostituzzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha taħtar l-uffiċjal tas-seduta. Il-ħatra għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe interruzzjoni, tmiem jew trasferiment tal-uffiċjal tas-seduta għandhom ikunu s-suġġett ta’ deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun assoċjat, għal skopijiet amministrattivi, mal-membru tal-Kummissjoni b’responsabbiltà speċjali għall-kompetizzjoni (minn hawn ’il quddiem “il-membru kompetenti tal-Kummissjoni”).
3. Meta l-uffiċjal tas-seduta ma jkunx jista’ jaġixxi, l-irwol tiegħu għandu jitwettaq minn uffiċjal tas-seduta ieħor. Jekk ma jkun hemm ebda uffiċjal tas-seduta li jista’ jaġixxi, il-membru kompetenti tal-Kummissjoni, fejn ikun xieraq wara konsultazzjoni mal-uffiċjal tas-seduta, għandu jaħtar uffiċjal kompetenti ieħor tal-Kummissjoni, li ma jkunx involut fil-każ inkwistjoni, sabiex iwettaq id-doveri tal-uffiċjal tas-seduta.
4. Fil-każ ta’ konflitt attwali jew potenzjali tal-interessi, l-uffiċjal tas-seduta għandu jibqa’ lura milli jaġixxi fuq każ. Il-paragrafu 3 għandu japplika kif xieraq.
Artikolu 3
Metodu tal-Operat
1. Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, l-uffiċjal tas-seduta għandu jaġixxi b’mod indipendenti.
2. Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, l-uffiċjal tas-seduta għandu jieħu kont tal-ħtieġa għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ u l-prinċipji stipulati mill-Qorti tal-Ġustizzja.
3. Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, l-uffiċjal tas-seduta għandu jkollu aċċess għal kwalunkwe fajl relatat mal-proċedimenti tal-kompetizzjoni quddiem il-Kummissjoni skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat u r-Regolament (KE) Nru 139/2004.
4. L-uffiċjal tas-seduta għandu jinżamm informat mid-direttur responsabbli għall-investigazzjoni tal-każ fid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (minn hawn ’il quddiem “id-direttur responsabbli”) dwar l-iżvilupp tal-proċedura.
5. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jippreżenta osservazzjonijiet dwar kull kwistjoni li tirriżulta minn kwalunkwe proċediment ta’ kompetizzjoni tal-Kummissjoni lill-membru kompetenti tal-Kummissjoni.
6. Jekk l-uffiċjal tas-seduta jagħmel rakkomandazzjonijiet raġunati lill-membru kompetenti tal-Kummissjoni jew jieħu deċiżjonijiet kif previst f’din id-deċiżjoni, l-uffiċjal tas-seduta għandu jipprovdi kopja ta’ dawn id-dokumenti lid-direttur responsabbli u lis-Servizz Legali tal-Kummissjoni.
7. Kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati, ta’ partijiet involuti oħrajn skont it-tifsira tal-Artikolu 11(b) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 (minn hawn ’il quddiem il-“partijiet involuti l-oħra”), tal-kwerelanti skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (minn hawn ’il quddiem “il-kwerelant”) u tat-terzi persuni interessati skont l-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni involuti fi proċedimenti bħal dawn għandha l-ewwel titqajjem minn dawk il-persuni mad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni. Jekk il-kwistjoni ma tiġix riżolta, hija tista’ tiġi riferita lill-uffiċjal tas-seduta għal reviżjoni indipendenti. It-talbiet relatati ma’ miżura li għaliha japplika limitu ta’ żmien għandhom isiru fi żmien adegwat, sal-limitu ta’ żmien oriġinali.
KAPITOLU 2
L-INVESTIGAZZJONI
Artikolu 4
Id-drittijiet proċedurali fil-fażi tal-investigazzjoni
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu jissalvagwardja l-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali li jirriżultaw fil-kuntest tat-twettiq tas-setgħat ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u fil-proċedimenti li jistgħu jirriżultaw fl-impożizzjoni ta’ multi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.
2. B’mod partikolari, l-uffiċjal tas-seduta għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin, soġġett għall-Artikolu 3(7):
(a) |
L-uffiċjal tas-seduta jista’ jintalab mill-impriżi jew mill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi biex jeżamina t-talbiet li dokument meħtieġ mill-Kummissjoni fit-twettiq tas-setħat mogħtija lilha mill-Artikoli 18, 20 jew 21 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, fi spezzjonijiet skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 jew fil-kuntest ta’ miżuri investigattivi fi proċedimenti li jistgħu jirriżultaw fl-impożizzjoni ta’ multi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u li kien inżamm mill-Kummissjoni huwa kopert minn privileġġ professjonali legali, skont it-tifsira tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jirrevedi l-kwistjoni biss jekk l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi li tagħmel it-talba tagħti kunsens lill-uffiċjal tas-seduta biex jara l-informazzjoni li dwarha jkun hemm pretensjoni li għandha tkun koperta minn privileġġ professjonali legali, kif ukoll dokumenti relatati li l-uffiċjal tas-seduta jqis li huma meħtieġa għar-reviżjoni tiegħu. Mingħajr ma jiżvela l-kontenut potenzjalment privileġġat tal-informazzjoni, l-uffiċjal tas-seduta għandu jikkomunika l-veduta preliminari tiegħu lid-direttur responsabbli u lill-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati, u jista’ jieħu passi xierqa sabiex jippromwovi riżoluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku. Meta ma tintlaħaq ebda riżoluzzjoni, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jifformula rakkomandazzjoni motivata lill-membru kompetenti tal-Kummissjoni, mingħajr ma jiżvela l-kontenut potenzjalment privileġġat tad-dokument. Il-parti li tagħmel it-talba għandha tirċievi kopja ta’ din ir-rakkomandazzjoni. |
(b) |
Meta d-destinatarju ta’ talba għall-informazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jirrifjuta li jwieġeb għal mistoqsija f’talba bħal din li tinvoka l-privileġġ kontra l-awto-inkriminazzjoni, kif stabbilit mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huwa jista’ jirreferi l-kwistjoni, fi żmien adegwat wara li jirċievi t-talba, lill-uffiċjal tas-seduta. F’każijiet xierqa, u wara li jikkunsidra l-ħtieġa li jiġi evitat dewmien bla bżonn fil-proċedimenti, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jagħmel rakkomandazzjoni motivata dwar jekk il-privileġġ kontra l-awto-inkriminazzjoni japplikax u jinforma lid-direttur responsabbli dwar il-konklużjonijiet milħuqa, li jridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni f’każ ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda sussegwentement skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Id-destinatarju tat-talba għandu jirċievi kopja tar-rakkomandazzjoni motivata. |
(c) |
Meta d-destinatarju ta’ deċiżjoni li titlob informazzjoni skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jqis li l-limitu ta’ żmien impost għar-risposta tiegħu huwa qasir wisq, huwa jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-uffiċjal tas-seduta, fi żmien adegwat qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien oriġinali ffissat. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi jekk għandhiex tingħata estensjoni tal-limitu ta’ żmien, wara li jikkunsidra t-tul u l-kumplessità tat-talba għall-informazzjoni u r-rekwiżiti tal-investigazzjoni. |
(d) |
L-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi soġġetti għal miżura investigattiva mill-Kummissjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għandu jkollhom id-dritt li jkunu informati dwar l-istatus proċedurali tagħhom, jiġifieri jekk humiex soġġetti għal investigazzjoni u, jekk iva, dwar is-suġġett u l-għan ta’ dik l-investigazzjoni. Jekk tali impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi tqis li hija ma kinitx informata kif xieraq mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni dwar l-istatus proċedurali tagħha, hija tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-uffiċjal tas-seduta għal riżoluzzjoni. L-uffiċjal tas-seduta għandu jieħu deċiżjoni li d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni għandu jinforma lill-impriża jew lill-assoċjazzjoni ta’ impriżi li għamlu t-talba għall-istatus proċedurali tagħhom. Din id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-impriża jew lill-assoċjazzjoni ta’ impriżi li tkun għamlet it-talba. |
KAPITOLU 3
APPLIKAZZJONIJIET GĦAS-SMIGĦ
Artikolu 5
Persuni terzi interessati
1. L-applikazzjonijiet għas-smigħ minn persuni barra dawk imsemmija fl-Artikoli 5 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 u terzi persuni skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 (“persuni terzi “) għandhom isiru skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u għandhom jispjegaw l-interess tal-applikant fl-eżitu tal-proċedura.
2. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi jekk il-persuni terzi għandhomx jinstemgħu wara konsultazzjoni mad-direttur responsabbli. Meta jevalwa jekk persuna terza turix interess suffiċjenti, l-uffiċjal tas-seduta għandu jikkunsidra jekk u sa liema punt l-applikant huwiex affettwat b’mod suffiċjenti mill-komportament li huwa s-suġġett tal-proċedimenti tal-kompetizzjoni jew jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.
3. Meta l-uffiċjal tas-seduta jqis li applikant ma weriex interess suffiċjenti li jinstema’, huwa għandu jinforma lill-applikant bil-miktub bir-raġunijiet għal dan. Għandu jiġi ffissat limitu ta’ żmien li matulu l-applikant jista’ jesprimi l-fehmiet tiegħu bil-miktub. Jekk l-applikant jesprimi l-fehmiet tiegħu bil-miktub sal-limitu ta’ żmien iffissat mill-uffiċjali tas-seduta u s-sottomissjoni bil-miktub ma twassalx għal valutazzjoni differenti, dik is-sejba trid tiġi ddikjarata f’deċiżjoni motivata li għandha tiġi nnotifikata lill-applikant.
4. L-uffiċjal tas-seduta għandu jinforma lill-partijiet għall-proċeduri tal-kompetizzjoni mill-ftuħ tal-proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jew skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 dwar l-identitajiet tal-persuni terzi interessati li jridu jinstemgħu, sakemm dan l-iżvelar ma jkunx ta’ detriment sinjifikanti għal persuna jew impriża.
Artikolu 6
Id-dritt għal smigħ orali; il-parteċipazzjoni tal-kwerelanti u ta’ partijiet terzi fis-smigħ orali
1. Fuq it-talba tal-partijiet li lilhom il-Kummissjoni indirizzat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew partijiet involuti oħrajn, l-uffiċjal tas-seduta għandu jmexxi seduta orali sabiex tali partijiet ikunu jistgħu jkomplu jiżviluppaw is-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom.
2. L-uffiċjal tas-seduta jista’, fejn ikun xieraq u wara konsultazzjoni mad-direttur responsabbli, jiddeċiedi li jagħti lill-kwerelanti u lill-partijiet terzi skont it-tifsira tal-Artikolu 5 interessati l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom waqt is-seduta ta’ smigħ orali tal-partijiet li lilhom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, diment li huma jitolbu dan fil-kummenti bil-miktub tagħhom. L-uffiċjal tas-seduta jistgħu wkoll jistiednu rappreżentanti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi sabiex jattendu għas-seduta ta’ smigħ orali bħala osservaturi skont il-ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
KAPITOLU 4
L-AĊĊESS GĦAL FAJL, IL-KUNFIDENZJALITÀ U S-SIGRIETI KUMMERĊJALI
Artikolu 7
L-Aċċess għal Fajl u l-Aċċess għal Dokumenti u Informazzjoni
1. Meta parti li eżerċitat id-dritt tagħha ta’ aċċess għall-fajl ikollha raġuni biex temmen li l-Kummissjoni għandha fil-pussess tagħha dokumenti li ma ġewx żvelati lilha u li dawk id-dokumenti huma meħtieġa għall-eżerċizzju xieraq tad-dritt għas-smigħ, hija tista’ tagħmel talba motivata għal aċċess għal dawn id-dokumenti lill-uffiċjal tas-seduta, soġġetta għall-Artikolu 3(7).
2. Soġġetti għall-Artikolu 3(7), partijiet involuti oħrajn, il-kwerelanti, u persuni terzi interessati fit-tifsira tal-Artikolu 5 jistgħu jagħmlu talba motivata lill-uffiċjal tas-seduta fiċ-ċirkostanzi msemmija hawn taħt:
(a) |
Partijiet involuti oħrajn li jkollhom raġuni biex jemmnu li huma ma ġewx informati bl-oġġezzjonijiet indirizzati lill-partijiet li jinnotifikaw skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004. |
(b) |
Kwerelant li jkun ġie informat mill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tirrifjuta ilment skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 u li jkollu raġuni biex jemmen li l-Kummissjoni għandha fil-pussess tagħha dokumenti li ma ġewx żvelati lilu u li dawk id-dokumenti huma meħtieġa għall-eżerċizzju xieraq tad-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. |
(c) |
Kwerelant li jqis li huwa ma rċeviex kopja tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jew li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma kinitx ġiet stabbilita b’mod li jagħtih iċ-ċans jeżerċita d-drittijiet tiegħu b’mod effettiv, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-każijiet fejn tapplika l-proċedura tar-riżolviment. |
(d) |
Persuna terza interessata skont it-tifsira tal-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni li jkollha raġuni biex taħseb li hija ma kinitx informata dwar in-natura u s-suġġett ta’ proċedura skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 u l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004. L-istess japplika għal kwerelant, f’każ li għalih tapplika l-proċedura tar-riżolviment, li jkollu raġuni biex jaħseb li huwa ma kienx informat dwar in-natura u s-suġġett tal-proċedura skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. |
3. L-uffiċjal tas-seduta għandu jieħu deċiżjoni motivata fuq talba indirizzata lilu skont il-paragrafu 1 jew 2 u jikkomunika tali deċiżjoni lill-persuna li tkun għamlet it-talba u lil kwalunkwe persuna oħra kkonċernata permezz tal-proċedura.
Artikolu 8
Sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra
1. Meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tiżvela informazzjoni li tista’ tikkostitwixxi sigriet kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra ta’ kwalunkwe impriża jew persuna, din tal-aħħar għandha tiġi informata bil-miktub dwar din l-intenzjoni u r-raġunijiet tagħha mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni. Għandu jiġi ffissat limitu ta’ żmien li matulu l-impriża jew il-persuna kkonċernata tkun tista’ tippreżenta kummenti bil-miktub.
2. Meta l-impriża jew il-persuna kkonċernata toġġezzjona għall-iżvelar tal-informazzjoni, hija tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-uffiċjal tas-seduta. Jekk l-uffiċjal tas-seduta jsib li l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata minħabba li ma tikkostitwixxi ebda sigriet kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra jew minħabba li jkun hemm interess akbar fl-iżvelar tagħha, dik is-sejba għandha tiġi ddikjarata f’deċiżjoni motivata li għandha tintbagħat lill-impriża jew lill-persuna kkonċernata. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika d-data li warajha tista’ tiġi żvelata l-informazzjoni. Din id-data ma għandhiex tkun inqas minn ġimgħa mid-data tan-notifika.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-iżvelar tal-informazzjoni permezz ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.
4. Fejn ikun xieraq, sabiex l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta’ difiża ta’ parti jiġi bbilanċjat mal-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jiddeċiedi li l-partijiet tal-fajl li huma indispensabbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ difiża ta’ parti jsiru aċċessibbli għall-parti li titlob l-aċċess b’mod ristrett, li d-dettalji tagħhom għandhom ikunu stabbiliti mill-uffiċjal tas-seduta.
KAPITOLU 5
ESTENSJONI TAL-LIMITI TA’ ŻMIEN
Artikolu 9
Talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien
1. Jekk destinatarju ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet iqis li l-limitu ta’ żmien impost għat-tweġiba tiegħu għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet huwa qasir wisq, huwa jista’ jitlob għal estensjoni ta’ dak il-limitu ta’ żmien permezz ta’ talba motivata indirizzata lid-direttur responsabbli. Talba bħal din għandha ssir fil-ħin qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien oriġinali fil-proċediment skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat u mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien oriġinali fil-proċeduri skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Jekk tali talba ma tintlaqax jew id-destinatarju tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li jagħmel it-talba ma jaqbilx mat-tul tal-estensjoni mogħtija, huwa jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-uffiċjal tas-seduta għal reviżjoni qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien oriġinali. Wara li jisma’ lid-direttur responsabbli, l-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi dwar jekk hemmx bżonn ta’ estensjoni tal-limitu ta’ żmien sabiex id-destinatarju ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ikun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu li jinstema’ b’mod effettiv, filwaqt li jingħata kont tal-ħtieġa li jiġi evitat dewmien bla bżonn fil-proċedimenti. Fi proċedimenti skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat, l-uffiċjal tas-seduta għandu jikkunsidra, fost oħrajn, l-elementi li ġejjin:
(a) |
id-daqs u l-kumplessità tal-fajl; |
(b) |
jekk id-destinatarju tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li jagħmel it-talba kellux aċċess minn qabel għall-informazzjoni; |
(c) |
kwalunkwe xkiel oġġettiv ieħor li jista’ jiltaqa’ miegħu d-destinatarju tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjoni li jagħmel it-talba meta jipprovdi l-osservazzjonijiet tiegħu. |
Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, jista’ jiġi kkunsidrat in-numru ta’ ksur, l-allegat tul tal-ksur, id-daqs u n-numru ta’ dokumenti u/jew id-daqs u l-kumplessità tal-istudji esperti.
2. Jekk partijiet involuti, kwerelant jew persuna terza interessata skont it-tifsira tal-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni jqisu li l-limitu ta’ żmien sabiex jesprimu l-fehmiet tagħhom huwa qasir wisq, huma jistgħu jitolbu għal estensjoni ta’ dak il-limitu ta’ żmien permezz ta’ talba motivata indirizzata lid-direttur responsabbli fi żmien dovut qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien oriġinali. Jekk tali talba ma tingħatax jew il-parti involuta l-oħra, il-kwerelant jew il-persuna terza interessata ma jaqblux ma’ din id-deċiżjoni, huma jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-uffiċjal tas-seduta għal reviżjoni. Wara li jisma’ lid-direttur responsabbli, l-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi dwar jekk għandhiex tingħata estensjoni tal-limitu ta’ żmien.
KAPITOLU 6
IS-SEDUTA TA’ SMIGĦ ORALI
Artikolu 10
L-organizzazzjoni u l-funzjoni
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu jorganizza u jmexxi s-seduti ta’ smigħ previsti fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat u r-Regolament (KE) Nru 139/2004.
2. Is-seduta ta’ smigħ orali għandha titmexxa mill-uffiċjal tas-seduta b’mod indipendenti għal kollox.
3. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiżgura li s-seduta ta’ smigħ titmexxa kif suppost u għandu jikkontribwixxi għall-oġġettività tas-smigħ innifsu u ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed sussegwentement.
4. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiżgura li s-seduta orali tipprovdi lid-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, lil partijiet involuti oħrajn, kif ukoll lill-kwerelanti u persuni terzi interessati skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li jkunu tħallew jattendu għas-seduta orali, b’opportunità suffiċjenti li jiżviluppaw il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni.
Artikolu 11
It-tħejjija tas-seduta ta’ smigħ orali
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tas-seduta ta’ smigħ orali u għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa f’dak ir-rigward. Sabiex jiżgura t-tħejjija xierqa tas-seduta ta’ smigħ orali, l-uffiċjal tas-seduta jista’, wara li jikkonsulta lid-direttur responsabbli, jipprovdi bil-quddiem lill-persuni mistiedna għas-seduta ta’ smigħ lista ta’ mistoqsijiet li dwarhom ikunu mistiedna biex jesprimu l-fehmiet tagħhom. L-uffiċjal tas-seduta jista’ wkoll jindika lill-persuni mistiedna għas-seduta ta’ smigħ l-oqsma fokali għad-dibattitu, wara li jikkunsidra, b’mod partikolari, il-fatti u l-kwistjonijiet li jkunu jridu jqajmu d-destinatarji ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li jkunu talbu seduta ta’ smigħ orali.
2. Għal dan il-għan, wara li jikkonsulta lid-direttur responsabbli, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jagħmel laqgħa mal-persuni mistiedna għas-seduta ta’ smigħ u, fejn ikun xieraq, mas-sevizzi tal-Kummissjoni, sabiex iħejji għas-seduta ta’ smigħ innifisha.
3. L-uffiċjal tas-seduta jista’ wkoll jitlob għal notifika bil-miktub minn qabel tal-kontenut essenzjali tad-dikjarazzjonijiet maħsuba tal-persuni mistiedna għas-seduta ta’ smigħ.
4. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jiffissa limitu ta’ żmien għall-persuni kollha mistiedna għas-seduta ta’ smigħ orali biex jipprovdu lista tal-parteċipanti li sejrin jattendu f’isimhom. L-uffiċjal tas-seduta għandu jagħmel din il-lista disponibbli għall-persuni kollha mistiedna għas-seduta ta’ smigħ orali fil-ħin qabel id-data tas-seduta.
Artikolu 12
L-għażla taż-żmien u t-tmexxija
1. Wara li jikkonsulta lid-direttur responsabbli, l-uffiċjal tas-seduta għandu jistabbilixxi d-data, it-tul u l-post tas-seduta ta’ smigħ. Meta jintalab posponiment, l-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi jekk jippermettihx jew le.
2. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiddeċiedi jekk dokumenti ġodda għandhomx ikunu permessi waqt is-seduta ta’ smigħ u liema persuni għandhom jinstemgħu f’isem parti.
3. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jippermetti lill-partijiet li lilhom kienet indirizzata dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, lill-partijiet involuti oħrajn, lill-kwerelanti, lil persuni oħrajn mistiedna għas-seduta, lis-servizzi tal-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jistaqsu mistoqsijiet waqt is-seduta. Sal-punt li, eċċezzjonalment, mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba kompletament jew parzjalment waqt is-seduta ta’ smigħ orali, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jagħti ċ-ċans li t-tweġiba tingħata bil-miktub fi ħdan limitu ta’ żmien iffissat. Tali tweġiba bil-miktub għandha titqassam lill-parteċipanti kollha fis-seduta ta’ smigħ orali, sakemm l-uffiċjal tas-seduta ma jiddeċidix mod ieħor sabiex jipproteġi d-drittijiet tad-difiża ta’ destinatarju ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew is-sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra ta’ xi persuna.
4. Fejn ikun meħtieġ minħabba l-bżonn li jkun żgurat id-dritt li wieħed ikun mismugħ, l-uffiċjal tas-seduta jista’, wara li jikkonsulta lid-Direttur responsabbli, jagħti lill-partijiet ikkonċernati, lill-partijiet involuti oħrajn, lill-kwerelanti jew lill-persuni terzi skont it-tifsira tal-Artikolu 5 interessati l-opportunità li jippreżentaw aktar kummenti bil-miktub wara s-seduta orali. L-uffiċjal tas-seduta għandu jiffissa data sa meta jistgħu jsiru preżentazzjonijiet bħal dawn. Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun obbligata li tikkunsidra kummenti bil-miktub li jaslu wara dik id-data.
Artikolu 13
Il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-kunfidenzjalità fis-seduta ta’ smigħ orali
Kull persuna għandha normalment tinstema’ fil-preżenza tal-persuni l-oħrajn kollha mistiedna biex jattendu għas-seduta ta’ smigħ orali. L-uffiċjal tas-seduta jista’ jiddeċiedi wkoll li jisma’ persuni separatament fil-magħluq, wara li jikkunsidra l-interess leġittimu tagħhom fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u informazzjoni kunfidenzjali oħra.
KAPITOLU 7
RAPPORT INTERIM U D-DRITT LI JSIRU OSSERVAZZJONIJIET
Artikolu 14
Rapport interim u osservazzjonijiet
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu jippreżenta rapport interim lill-membru kompetenti tal-Kummissjoni dwar is-smigħ u l-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom fir-rigward tar-rispett għall-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali. L-osservazzjonijiet f’dan ir-rapport għandhom jikkonċernaw kwistjonijiet proċedurali, inklużi dawn li ġejjin:
(a) |
l-iżvelar tad-dokumenti u l-aċċess għall-fajl; |
(b) |
il-limiti ta’ żmien sabiex tingħata risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet; |
(c) |
l-osservanza tad-dritt li persuna tinstema’; |
(d) |
it-tmexxija xierqa tas-seduta ta’ smigħ orali. |
Kopja tar-rapport għandha tingħata lid-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni, lid-direttur responsabbli u lis-servizzi kompetenti l-oħrajn tal-Kummissjoni.
2. Minbarra, u separatament mir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jagħmel osservazzjonijiet dwar il-progress ulterjuri u l-imparzjalità tal-proċedimenti. Meta jagħmel dan, l-uffiċjal tas-seduta għandu jfittex li jiżgura b’mod partikolari li, fit-tħejjija tal-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, jittieħed kont xieraq tal-fatti rilevanti kollha, kemm jekk huma favorevoli għall-partijiet ikkonċernati kif ukoll jekk mhumiex, inklużi l-elementi fattwali li huma rilevanti għall-gravità u t-tul ta’ kwalunkwe ksur. Dawn l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu relatati ma’, inter alia, il-ħtieġa għal aktar informazzjoni, l-irtirar ta’ ċerti oġġezzjonijiet, il-formulazzjoni ta’ aktar oġġezzjonijiet jew suġġerimenti għal miżuri investigattivi ulterjuri skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
Id-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni, id-direttur responsabbli u s-Servizz Legali għandhom jiġu informati dwar dawn l-osservazzjonijiet.
KAPITOLU 8
IMPENJI U FTEHIMIET
Artikolu 15
Impenji u ftehimiet
1. Il-partijiet għall-proċedimenti li joffru impenji sabiex jissodisfaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura skont l-Artikolu 9, sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali.
2. Il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jidħlu f’diskussjonijiet dwar ftehim skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura ta’ ftehim sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.
KAPITOLU 9
RAPPORT FINALI
Artikolu 16
Il-kontenut u t-trażmissjoni qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni
1. L-uffiċjal tas-seduta għandu, fuq il-bażi tal-abbozz ta’ deċiżjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Konsultattiv fil-każ inkwistjoni, iħejji rapport finali bil-miktub dwar ir-rispett għall-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1), fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti. Dak ir-rapport sejjer jikkunsidra wkoll jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ikunu ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.
2. Ir-rapport finali għandu jintbagħat lill-membru kompetenti tal-Kummissjoni, lid-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni, lid-direttur responsabbli u lis-servizzi kompetenti l-oħrajn tal-Kummissjoni. Huwa għandu jiġi kkomunikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni stipulati fil-Protokoll 23 u fil-Protokoll 24 tal-Ftehim taż-ŻEE, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.
Artikolu 17
Il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni u l-pubblikazzjoni
1. Ir-rapport finali tal-uffiċjal tas-seduta għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni flimkien mal-abbozz tad-deċiżjoni ppreżentata lilha, sabiex ikun żgurat li, meta tasal għal deċiżjoni dwar xi każ individwali, il-Kummissjoni tkun mgħarrfa sew bl-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-kors tal-proċedura u li l-eżekuzzjoni effettiva tad-drittijiet proċedurali jkun ġie rrispettat matul il-proċedimenti.
2. Ir-rapport finali jista’ jkun modifikat mill-uffiċjal tas-seduta fid-dawl ta’ kull emenda għall-abbozz ta’ deċiżjoni qabel l-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rapport finali tal-uffiċjal tas-seduta, lid-destinatarji tad-deċiżjoni. Hija għandha tippubblika r-rapport finali tal-uffiċjal tas-seduta f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-deċiżjoni, wara li tikkunsidra l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
KAPITOLU 10
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 18
Revoka u dispożizzjoni tranżitorja
1. Id-Deċiżjoni 2001/462/KE, KESE hija revokata.
2. Il-passi proċedurali li ttieħdu diġà skont id-Deċiżjoni 2001/462/KE, KESE għandhom ikomplu jkollhom effett. Fir-rigward ta’ miżuri investigatorji li kienu ttieħdu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-uffiċjal tas-seduta jista’ jirrifjuta li jeżerċità s-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 4.
F’każijiet fejn il-ftuħ ta’ proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jew il-bidu ta’ proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 sar qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, ir-rapport interim skont l-Artikolu 14 u r-rapport finali skont l-Artikolu 16 ma għandhomx ikopru l-fażi investigattiva, sakemm l-uffiċjal tas-seduta ma jiddeċidix mod ieħor.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 308, 8.12.2000, p. 26.
(4) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.
(5) ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.
(7) ĠU L 330, 21.12.1994, p. 67.
(8) ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
20.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/38 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Ottubru 2011
fuq id-definizzjoni tan-nanomaterjali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/696/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2005“Nanoxjenzi u nanoteknoloġiji: Pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa għall-2005-2009” (1) tiddefinixxi serje ta’ azzjonijiet artikolati u interkonnessi għall-implimentazzjoni immedjata ta’ strateġija sikura, integrata u responsabbli għan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji. |
(2) |
Il-Kummissjoni, b’komformità mal-impenji magħmula fil-Pjan ta’ Azzjoni, irrevediet bir-reqqa leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni bil-għan li tiddetermina l-applikabbiltà tar-regolamenti eżistenti għar-riskji potenzjali tan-nanomaterjali. Ir-riżultat tar-reviżjoni kien jinsab fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2008“Aspetti regolatorji tan-nanomaterjali” (2). Il-Komunikazzjoni kkonkludiet li t-terminu “nanomaterjali” mhuwiex speċifikament imsemmi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iżda li l-leġiżlazzjoni eżistenti tkopri fil-prinċipju r-riskji potenzjali għas-saħħa, għas-sikurezza u għall-ambjent b’relazzjoni man-nanomaterjali. |
(3) |
Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2009 dwar l-aspetti regolatorji tan-nanomaterjali (3) talab għall-introduzzjoni ta’ definizzjoni komprensiva tan-nanomaterjali bbażata fuq ix-xjenza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(4) |
Id-definizzjoni f’din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi użata bħala referenza biex tiddetermina jekk materjal għandux jiġi kkunsidrat bħala “nanomaterjal” għal finijiet leġiżlattivi u politiċi fl-Unjoni. Id-definizzjoni tat-terminu “nanomaterjal” fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tkun ibbażata biss fuq id-daqs tal-partikoli konstitwenti ta’ materjal, mingħajr kunsiderazzjoni ta’ periklu jew riskju. Din id-definizzjoni, ibbażata biss fuq id-daqs ta’ materjal, tkopri materjali naturali, inċidentali jew manifatturati. |
(5) |
Id-definizzjoni tat-terminu “nanomaterjal” għandha tkun ibbażata fuq l-għarfien xjentifiku disponibbli. |
(6) |
Il-kejl tad-daqs u d-distribuzzjoni tad-daqs fin-nanomaterjali huwa sfida f’ħafna każijiet, u metodi differenti ta’ kejl jistgħu ma jipprovdux riżultati paragunabbli. Metodi armonizzati ta’ kejl għandhom jiġu żviluppati bil-għan li jiġi żgurat li l-applikazzjoni tad-definizzjoni twassal għal riżultati konsistenti fil-materjali u maż-żmien. Sakemm metodi armonizzati ta’ kejl isiru disponibbli, għandhom jiġu applikati l-aħjar metodi alternattivi disponibbli. |
(7) |
Ir-Rapport ta’ Referenza taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea “Consideration on a Definition of Nanomaterials for Regulatory purposes” (4) jissuġġerixxi li definizzjoni tan-nanometarjali għandha tindirizza nanomaterjali partikulati, tkun ġenerikament applikabbli fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u tkun konformi ma’ metodi oħrajn madwar id-dinja. Id-daqs għandu jkun l-unika proprjetà ta’ definizzjoni li jeħtieġ bilfors definizzjoni ċara tal-limiti tan-nanoskala. |
(8) |
Il-Kummissjoni ħatret lill-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa Emerġenti jew Riċentement Identifikati (SCENIHR) sabiex jipprovdi kontribuzzjoni xjentifika dwar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp ta’ definizzjoni tat-terminu “nanomaterjal” għal finijiet regolatorji. L-opinjoni “Bażi xjentifika għad-definizzjoni tat-terminu ‘Nanomaterjal’” kienet soġġetta għal konsultazzjoni pubblika fl-2010.Fl-opinjoni tiegħu tat-8 ta’ Diċembru 2010 (5), is-SCENIHR ikkonkluda li d-daqs huwa universalment applikabbli għan-nanomaterjali, u li huwa l-aktar valur adegwat għall-kejl.Firxa definita ta’ daqs tiffaċilita interpretazzjoni uniformi. Il-limitu l-baxx kien propost fl-1 nm. Limitu massimu ta’ 100 nm huwa normalment użat b’kunsens ġenerali, iżda m’hemm ebda evidenza xjentifika biex tappoġġja l-adegwatezza ta’ dan il-valur.L-użu ta’ valur wieħed ta’ limitu massimu jista’ jkun wisq limitanti għall-klassifika tan-nanomaterjali, u approċċ differenzjat jista’ jkun aktar xieraq.Għal finijiet regolatorji, id-distribuzzjoni dimensjonali numerika għandha wkoll tiġi kkunsidrata bl-użu tad-daqs medju u d-devjazzjoni standard tad-daqs sabiex id-definizzjoni tiġi rfinuta.Id-distribuzzjoni tad-daqs ta’ materjal għandha tiġi ppreżentata bħala distribuzzjoni ta’ daqs ibbażata fuq il-konċentrazzjoni tan-numru (jiġifieri in-numru ta’ oġġetti fi ħdan firxa ta’ daqs mogħtija diviża bin-numru ta’ oġġetti totali) u mhux fuq il-frazzjoni tal-massa ta’ partikoli tan-nanoskala fin-nanomaterjal hekk kif frazzjoni żgħira tal-massa jista’ jkollha l-akbar numru ta’ partikoli. Is-SCENIHR identifika ċerti każijiet speċifiċi fejn l-applikazzjoni tad-definizzjoni tista’ tiġi ffaċilitata bl-użu tas-superfiċje b’volum speċifiku bħala approssimazzjoni sabiex tiddetermina jekk materjal jaqax fi ħdan il-firxa definita ta’ daqs nano. |
(9) |
L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni tiddefinixxi t-terminu “nanomaterjal” bħala “materjal bi kwalunkwe dimensjonijiet esterni fin-nanoskala jew li għandu struttura interna jew struttura tal-wiċċ fin-nanoskala”. It-terminu “nanoskala” huwa definit bħala firxa ta’ daqs minn madwar 1 nm sa 100 nm (6). |
(10) |
Id-distribuzzjoni dimensjonali numerika għandha tkopri għall-fatt li n-nanomaterjali b’mod l-aktar tipiku jikkonsistu f’ħafna partikoli preżenti f’daqsijiet differenti f’distribuzzjoni partikolari. Mingħajr ma tiġi speċifikata d-distribuzzjoni dimensjonali numerika, ikun diffiċli li jiġi ddeterminat jekk materjal speċifiku huwiex konformi mad-definizzjoni fejn ċerti partikoli huma taħt il-100 nm filwaqt li oħrajn mhumiex. Dan l-approċċ huwa konformi mal-opinjoni tas-SCENIHR li d-distribuzzjoni tal-partikoli ta’ materjal għandha tiġi ppreżentata bħala d-distribuzzjoni bbażata fuq il-konċentrazzjoni tan-numru (jiġifieri in-numru tal-partikolu). |
(11) |
M’hemm ebda bażi xjentifika u mhux ekwivoka biex tissuġġerixxi valur speċifiku għad-distribuzzjoni tad-daqs li taħtha materjali li jkun fihom partikoli fil-firxa ta’ daqs ta’ 1 nm-100 nm mhumiex mistennija li jkollhom proprjetajiet speċifiċi għan-nanomaterjali. Il-parir xjentifiku kien li jintuża approċċ statistiku bbażat fuq devjazzjoni standard b’valur ta’ limitu ta’ 0.15 %. Minħabba l-okkorrenza wiesgħa ta’ materjali li jiġu koperti b’tali limitu u l-ħtieġa li titfassal il-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni għall-użu f’kuntest regolatorju, il-limitu għandu jkun ogħla. Nanomaterjal kif iddefinit f’din ir-Rakkomandazzjoni għandu jikkonsisti għal 50 % jew aktar ta’ partikoli ta’ daqs bejn 1 nm-100 m. Skont il-parir tas-SCENIHR, anki numru żgħir ta’ partikoli fil-firxa ta’ bejn 1 nm-100 nm jista’ f’ċerti każijiet jiġġustifika valutazzjoni speċifika. Madankollu, ikun iqarraq li wieħed jikkategorizza tali materjali bħala nanomaterjali. Madankollu jista’ jkun hemm każijiet leġiżlattivi speċifiċi fejn tħassib dwar l-ambjent, is-saħħa, is-sikurezza u l-kompetittività jitolbu l-applikazzjoni ta’ limitu taħt il-50 %. |
(12) |
Patikoli agglomerati jew aggregati jista’ jkollhom l-istess proprjetajiet tal-partikoli maħlula. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm każijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ nanomaterjal fejn il-partikoli jiġu rrilaxxati mill-agglomerati jew l-aggregati. Id-definizzjoni f’din ir-Rakkomandazzjoni għandha għalhekk tinkludi wkoll partikoli f’agglomerati u aggregati kull meta l-partikoli kostitwenti jkunu fil-firxa ta’ daqs 1 nm-100 nm. |
(13) |
Fil-preżent huwa possibbli li tiġi mkejla s-superfiċje speċifika permezz tal-volum għal materjali solidi u xotti jew trabijiet bil-metodu tal-adsorbiment tan-nitroġenu (“il-metodu BET”). F’dawk il-każijiet is-superfiċje speċifika tista’ tintuża bħala approssimazzjoni biex tidentifika nanomaterjal potenzjali. Għarfien xjentifiku ġdid jista’ jespandi l-possibbiltà li jintuża dan il-metodu kif ukoll oħrajn għal tipi ta’ materjali oħrajn fil-futur. Jista’ jkun hemm diskrepanza bejn il-kejl tas-superfiċje speċifika u bejn id-distribuzzjoni dimensjonali numerika minn materjal għal ieħor. Għaldaqstant għandu jkun speċifikat li r-riżultati għad-distribuzzjoni tad-daqs u n-numru għandhom jipprevalu, u m’għandux ikun possibbli li tintuża s-superfiċje speċifika biex turi li materjal mhuwiex nanomaterjal. |
(14) |
L-iżvilupp teknoloġiku u l-progress xjentifiku jkomplu b’ħeffa kbira. Id-definizzjoni li tinkludi deskritturi għandha għalhekk tkun soġġetta għal reviżjoni sa Diċembru 2014 sabiex jiġi żgurat li tikkorrispondi mal-ħtiġijiet. B’mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta jekk il-limitu ta’ 50 % tad-distribuzzjoni dimensjonali numerika għandux jiżdied jew jonqos, u jekk għandhomx jiġu inklużi materjali bi struttura interna jew struttura tal-wiċċ fin-nanoskala bħal nanomaterjali b’nanokomponenti kumplessi, inklużi materjali nanoporużi u nanokompożiti li huma użati f’ċerti setturi. |
(15) |
Metodi ta’ gwida u ta’ kejl standardizzat, kif ukoll għarfien dwar konċentrazzjonijiet tipiċi ta’ nanopartikoli f’settijiet rappreżentattivi ta’ materjali, għandhom jiġu żviluppati fejn hu possibbli u fejn hu ta’ min joqgħod fuqhom sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tad-definizzjoni f’kuntest leġiżlattiv speċifiku. |
(16) |
Id-definizzjoni mogħtija f’din ir-Rakkomandazzjoni m’għandhiex tippreġudika jew tirrifletti l-iskop tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni li potenzjalment tistabbilixxi ħtiġijiet żejda għal dawk il-materjali, inklużi dawk relatati mal-ġestjoni tar-riskju. F’ċerti każijiet jista’ jkun neċessarju li jiġu esklużi ċerti materjali mill-iskop tal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni speċifika jew dispożizzjonijiet leġiżlattivi anki jekk jaqgħu taħt id-definizzjoni. Bl-istess mod jista’ jkun neċessarju li jiġu inklużi materjali addizzjonali, bħal ċerti materjali b’daqs iżgħar minn 1 nm jew ikbar minn 100 nm fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni speċifika jew dispożizzjonijiet leġiżlattivi adattati għal nanomaterjal. |
(17) |
Minħabba ċ-ċirkustanzi speċjali li jipprevalu fil-qasam farmaċewtiku u s-sistemi nanostrutturati speċjalizzati li diġà qegħdin jintużaw, id-definizzjoni f’din ir-Rakkomandazzjoni m’għandhiex tippreġudika l-użu tat-terminu “nano” meta tiddefinixxi ċerti apparati farmaċewtiċi u mediċi, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
L-Istati Membri, l-aġenziji tal-Unjoni u l-operaturi ekonomiċi huma mistiedna biex jużaw id-definizzjoni li ġejja tat-terminu “nanomaterjal” fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-programmi ta’ politika u riċerka li jikkonċernaw il-prodotti tan-nanoteknoloġiji. |
2. |
“Nanomaterjal” tfisser materjal naturali, inċidentali jew manifatturat li fih partikoli, fi stat maħlul jew bħala aggregat jew agglomerat, u fejn, għal 50 % jew iktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika, dimensjoni esterna waħda jew aktar hija fil-firxa ta’ daqs 1 nm-100 nm. F’każijiet speċifiċi u fejn iġġustifikati bi tħassib dwar l-ambjent, is-saħħa, is-sikurezza jew il-kompetittività, il-limitu ta’ 50 % tad-distribuzzjoni dimensjonali numerika jista’ jiġi mibdul b’limitu ta’ bejn il-1 % u l-50 %. |
3. |
B’deroga mill-punt 2, il-fulereni, il-frak grafen u n-nanotubi tal-karbonju b’wiċċ wieħed b’dimensjoni esterna waħda jew aktar taħt 1 nm għandhom jiġu kkunsidrati bħala nanomaterjali. |
4. |
Għall-finijiet tal-punt 2, “partikolu”, “agglomerat” u “aggregat” huma definiti kif ġej:
|
5. |
Fejn hu teknikament possibbli u mitlub f’leġiżlazzjoni speċifika, il-konformità mad-definizzjoni fil-punt 2 tista’ tkun iddeterminata fuq il-bażi tas-superfiċje speċifika skont il-volum. Materjal għandu jiġi kkunsidrat li jaqa’ taħt id-definizzjoni fil-punt 2 meta superfiċje speċifika skont il-volum tal-materjal hija ikbar minn 60 m2/cm3. Madankollu, materjal li, skont id-distribuzzjoni dimensjonali numerika, huwa nanomaterjal, għandu jiġi kkunsidrat bħala konformi mad-definizzjoni fil-punt 2 anki jekk il-materjal għandu superfiċje speċifika ta’ anqas minn 60 m2/cm3. |
6. |
Sa Diċembru 2014, id-definizzjoni mogħtija mill-punti 1 sa 5 se tiġi rreveduta fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi. Ir-reviżjoni għanda tiffoka b’mod partikolari fuq jekk il-limitu ta’ 50 % tad-distribuzzjoni dimensjonali numerika għandux jiġi miżjud jew imnaqqas. |
7. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri, lill-aġenziji tal-Unjoni u lill-operaturi ekonomiċi. |
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2005) 243 finali.
(2) COM(2008) 366 finali.
(3) P6_TA(2009) 0328.
(4) EUR 24403 EN, Ġunju 2010.
(5) http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/environmental_risks/docs/scher_o_032.pdf
(6) http://cdb.iso.org.