ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.268.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 268

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
13 ta' Ottubru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 tal-10 ta’ Ottubru 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu mibgħutin mit-Tajlandja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2011 tat-12 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1010/2011 tat-12 ta’ Ottubru 2011 li jistipula perċentwali ta’ aċċettazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor u l-isoglukożju ’il barra mill-kwota

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/672/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011 li taħtar membru Rumen fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

15

 

 

2011/673/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011 li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

16

 

 

2011/674/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mir-rhinotracheitis bovina infettiva ta’ ċerti reġjuni amministrattivi fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7165)  ( 1 )

17

 

 

2011/675/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Latvja hija Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi u rigward id-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fil-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7186)  ( 1 )

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1008/2011

tal-10 ta’ Ottubru 2011

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu mibgħutin mit-Tajlandja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2), (5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni dwar l-anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), impona bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 (2), dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8427 90 00  u ex 8431 20 00 (“il-miżuri tal-anti-dumping definittivi”). Il-miżuri ttieħdu f’forma ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn 7,6 % u 46,7 %.

(2)

Il-Kunsill, wara reviżjoni ex officio tal-ambitu tal-prodott fl-interim, bir-Regolament (KE) Nru 684/2008 (3), ikklarifika l-ambitu tal-prodott fl-investigazzjoni oriġinali.

(3)

Wara investigazzjoni ex officio ta’ kontra l-evażjoni tal-liġi tal-miżuri tal-anti-dumping, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 499/2009 (4), estenda d-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” imposti bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 għall- pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom mibgħutin mit-Tajlandja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le.

2.   It-talba għal reviżjoni tal-iskadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (5) tal-miżuri tal-anti-dumping definittivi fis-seħħ, fil-21 ta’ April 2010 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza ta’ dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba ġiet ippreżentata minn żewġ produtturi tal-Unjoni: BT Products AB u Lifter S.r.l. (“l-applikanti”) jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ kważi l-produzzjoni kollha tal-Unjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-Industrija tal-Unjoni.

3.   L-inizjazzjoni ta’ reviżjoni tal-iskadenza

(6)

Wara li ddeterminat, wara kosultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni ħabbret nhar l-20 ta’ Lulju 2010, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifikazzjoni tat-tnedija”), l-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   L-investigazzjoni

4.1.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(7)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew il-“PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu meqjus”).

4.2.   Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur dwar il-bidu tar-reviżjoni tal-iskadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifikazzjoni tat-tnedija.

(9)

Il-partijiet kollha interessati, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

(10)

Minħabba l-għadd apparentament kbir ta’ importaturi mhux relatati, kien meqjus xieraq, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandux jittieħed kampjun. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux neċessarju li jittieħed kampjun u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mill-inizjazzjoni tar-reviżjonijiet u biex jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fin-Notifikazzjoni tat-tnedija. Madankollu, l-ebda importatur ma resaq il-quddiem biex jikkowopera. It-teħid ta’ kampjun għalhekk ma kienx neċessarju.

(11)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa kkonċernati u lil dawk li ppreżentaw ruħhom fl-iskadenzi stabbiliti fin-Notifikazzjoni tat-tnedija. Waslu risposti miż-żewġ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni, li huma l-applikanti. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) ma kkopera fir-reviżjoni. L-ebda wieħed mill-importaturi ma ppreżenta ruħu matul l-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni u l-ebda importatur jew utent ieħor ma pprovda informazzjoni lill-Kummissjoni jew ippreżenta ruħu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(12)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:

Il-produtturi tal-Unjoni

Lifter SRL, Casole d’Elsa, l-Italja;

BT Products AB, Mjölby, l-Isvezja.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(13)

Il-prodott milqut minn din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u ċċarat mir-reviżjoni interim tal-ambitu tal-prodott, jiġifieri pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom, jiġifieri x-xażi u l-ħajdroliks, li joriġinaw mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8427 90 00  u ex 8431 20 00 . Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, pallet trucks tal-idejn għandhom ikun trakkijiet b’roti li jirfdu l-lifting fork arms għat-tqandil tal-pallets, iddisinjati biex jiġu mbuttati, miġbuda u mmexxija bl-idejn, fuq wiċċ lixx, invell u iebes, minn operatur pedonali bl-użu ta’ laċċ artikulat. Il- pallet trucks tal-idejn, huma ddisinjati biss biex jgħollu t-tagħbija, billi jippompjaw il-laċċ, sa għoli biżżejjed għall-ġarr u ma għadhom l-ebda funzjoni jew użu addizzjonali ieħor bħal, pereżempju, (i) biex iġorru u jerfgħu t-tagħbija biex ipoġġuha aktar fl-għoli jew biex jgħin fil-ħżin tat-tagħbija (“highlifters”),(ii) biex jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor (“stackers”), (iii) biex jerfgħu t-tagħbija għal livell fejn isir ix-xogħol (“scissorlifts”) jew (iv) biex jerfgħu u jiżen it-tagħbija (“weighing trucks”).

(14)

L-investigazzjoni kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugħin fis-suq domestiku fir-RPĊ, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħin fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi u huma, għalhekk, meqjusin bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

(15)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping.

1.   Il-kummenti preliminari

(16)

Mil-bidu ġew ikkuntattjati 19-il produttur esportatur Ċiniż. Inizjalment, kumpanija waħda biss, Crown Equipment (Suzhou), ippreżentat lilha nnifisha u qablet li tiġi inkluża fil-kampjun, iżda sussegwentement irtirat il-kooperazzjoni tagħha. Konsegwentement, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni u s-sejbiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping kellhom jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli, partikolarment fuq l-informazzjoni sottomessa mill-applikanti, inkluża l-informazzjoni fit-talba għal reviżjoni, data mill-Eurostat, kif ukoll statistika uffiċjali dwar l-esportazzjoni tar-RPĊ.

2.   Id-dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

2.1.   Il-pajjiż analogu

(17)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur normali kostruwit miksub f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xierqa (“il-pajjiż analogu”), jew il-prezz mill-pajjiż analogu għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni, jew, fejn dan ma kienx possibbli, fuq kwalunkwe bażi oħra raġonevoli, inkluż il-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat b’mod xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġni ta’ profitt raġonevoli.

(18)

Fl-istħarriġ oriġinali, il-Kanada ntużat bħala pajjjiż analogu sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Minħabba li l-produzzjoni fil-Kanada kienet naqset, il-Brażil kien previst bħala l-pajjiż analogu fin-notifikazzjoni tat-tnedija għar-reviżjoni preżenti. Madankollu, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Brażiljani magħrufa ma qabel li jikkoopera. Alternattivament, tfittxet il-kooperazzjoni ta’ 27 produttur Indjan u żewġ produtturi mit-Tajwan, iżda bħal fil-każ ta’ fuq ma ngħatat l-ebda kooperazzjoni. Il-partijiet interessati ma ressqu l-ebda suġġeriment ieħor għal pajjiż analogu.

(19)

Wiehed mil-produttur esportatur li ma ikkoperax iddikjara li l-Kummissjoni ma wrietx li l-użu ta’ data mill-pajjiż analogu kien impossibbli fil-każ kurrenti. Is-suġġerimenti li ngħataw mill-kumpanija ġew iċċekkjati. F’ċerti każijiet il-kumpaniji ssuġġeriti mill-esportatur li ma kkooperax, jidher li ma kinux produtturi tal-prodott ikkonċernat. Il-kumpanija ssuġġeriet ukoll li l-Vjetnam seta’ ntuża bħala pajjiż analogu. Madankollu, il-Vjetnam meta setax jitqies billi mhuwiex meqjus bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq. Kif inhu spjegat fil-premessi (17) u (18) hawn fuq, il-Kummissjoni kkuntattjat għadd kbir ta’ kumpaniji fi tliet pajjiżi analogi potenzjali: il-Brażil, l-Indja u t-Tajwan. Minkejja dawn l-isforzi ma nstabet l-ebda kooperazzjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn pajjiż analogu, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi bbażat fuq il-prezz li attwalment jitħallas jew li hu pagabbli fl-Unjoni Ewropea għall-prodott simili, aġġustat kif xieraq jekk huwa neċessarju biex jiġi inkluż marġni ta’ profitt raġonevoli. Għalhekk it-talba kellha tiġi rrifjutata.

2.2.   Il-valur normali

(20)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn pajjiż analogu fir-reviżjoni preżenti, il-prezz li jitħallas attwalment jew li hu pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili aġġustat jekk meħtieġ biex jiġi inkluż marġni ta’ profitt, kien użat bħala bażi għall-istabbiliment tal-valur normali. L-istess metodoloġija kienet użata kemm għall-kumpanija li ngħatat l-MET fl-investigazzjoni oriġinali u kemm għall-kumpaniji li ma ngħatawx l-MET fl-investigazzjoni oriġinali.

2.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(21)

Fid-dawl tal-fatt li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit abbażi tal-fatti disponibbli. Sabiex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni ġew ikkonsultati diversi sorsi ta’ informazzjoni: data tal-Eurostat, offerti ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi kif sottomessi mill-applikanti u fatturi tal-esportazzjoni miġbura mill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri.

2.4.   It-tqabbil

(22)

Il-medja differenzjata tal-valur normali tqabbel mal-medja differenzjata tal-prezz ta’esportazzjoni, fuq bażi tal-prezz ex-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ. Skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u biex jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezz u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet. Saru xi aġġustamenti għat-trasport tal-merkanzija bl-oċean u domestiku fil-pajjiż esportatur, kif ukoll assigurazzjoni.

2.5.   Il-marġni tad-dumping

(23)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta’ tqabbil bejn il-medja differenzjata tal-valur normalu u l-medja differenzjata tal-valur ta’esportazzjoni. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti tul il-PIR li kien ivarja minn 97 % sa 224 %. Id-differenza sinifikanti fil-marġni tad-dumping tirriżulta mid-data differenti użata għall-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni.

3.   L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri

(24)

Minbarra l-analiżi tal-eżistenza ta’ dumping matul il-PIR, ġiet investigata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk jiġu revokati l-miżuri. Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma kkoopera f’din l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet ta’ hawn taħt huma msejsa fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-informazzjoni mogħtija fit-talbiet għal reviżjoni kif ukoll id-dataa mogħtija mill-applikanti, id-data tal-Eurostat u l-istatistika uffiċjali dwar l-esportazzjoni tar-RPĊ.

(25)

F’dan ir-rigward, l-elementi li ġejjin ġew analizzati: l-iżvilupp tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-kapaċità żejda tal-esportaturi u kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni, il-prezzijiet domestiċi taċ-Ċina u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

3.1.   L-iżvilupp tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(26)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi baqgħu jfornu volumi sinifikanti ta’ pallettrucks tal-idejn lis-suq tal-Unjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2005. Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-UE waqt il-PIR, kważi 400 000 unità, li jikkorrespondi għal 99 % tal-importazzjonijiet totali tal-UE, qabeż b’mod konsiderevoli l-livelli li ġew irreġistrati qabel l-impożizzjoni tal-miżuri (li kienu jvarjaw minn 118 000 unità fis-sena 2000 sa 280 000 unità fil-PI oriġinali).

3.2.   Il-kapaċità żejda tal-esportaturi

(27)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra li tirrigwarda l-produzzjoni u l-kapaċità fir-RPĊ, l-analiżi saret skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa mill-applikanti. L-informazzjoni tas-suq li tinsab fit-talba għal reviżjoni, li ma ġietx ikkuntestata mill-partijiet interessati, turi li hemm kapaċità kbira fir-RPĊ. Il-livelli ta’ produzzjoni fl-2008 u l-2009, rispettivament 1,5 miljun unità u 800 000 unità, diġà kienu iktar mid-doppju tad-daqs tas-suq kollu tal-Unjoni. Barra minn hekk, proporzjon limitat biss tal-produzzjoni Ċiniża (14 % fl-2008 u 23 % fl-2009) inbiegħ fis-suq domestiku Ċiniż.

(28)

Il-livelli ta’ produzzjoni jenfasizzaw biċ-ċar il-konklużjoni li fin-nuqqas ta’ miżuri, kwantitajiet addizzjonali sinifikanti ta’ pallet trucks tal-idejn miċ-Ċina jistgħu jintbagħtu lejn is-suq tal-Unjoni.

3.3.   Kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni, il-prezzijiet domestiċi Ċiniżi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

(29)

Is-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi fir-rigward ta’ prezzijiet. L-importazzjonijiet mir-RPĊ daħlu fl-UE b’madwar terz tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-klijenti tagħha tal-UE li mhumiex relatati.

(30)

Abbażi tal-istatistika dwar l-esportazzjoni taċ-Ċina, instab li tul il-PIR l-Unjoni kienet id-destinazzjoni ta’ 40 % tal-esportazzjoni kollha miċ-Ċina ta’ pallettrucks tal-idejn. L-Istati Uniti jikkostitwixxu t-tieni l-ikbar suq tal-esportazzjoni ta’ pallettrucks tal-idejn miċ-Ċina, li jammonta għal 20 % tal-esportazzjonijiet kollha miċ-Ċina, filwaqt li l-bqija tal-volumi huma mifruxa fuq destinazzjonijiet differenti.

(31)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni taċ-Ċina lejn l-UE, huma b’mod ġenerali f’konformità mal-prezzijiet tal-esportazzjoni medji taċ-Ċina lejn il-pajjiżi terzi kollha minbarra l-Istati Uniti. Madankollu, jista’ jiġi konkluż li tal-inqas parti mill-esportazzjonijiet taċ-Ċina lejn il-pajjiżi terzi minbarra l-UE jew l-Istati Uniti (40 % tal-esportazzjonijiet kollha miċ-Ċina) jistgħu potenzjalment jintbagħtu lejn l-UE minflok fid-destinazzjoni oriġinali jekk il-miżuri jiġu revokati. Żvilupp bħal dan huwa probabbli, mhux biss minħabba li jistgħu jintlaħqu prezzijiet ogħla fl-assenza tal-miżuri iżda notevolment minħabba l-frammentazzjoni ta’ dawk l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Minħabba l-importanza tas-suq tal-Unjoni u ta’ mezzi ta’ bejgħ li huma diġà stabbiliti, ikun iktar faċli li wieħed jikkontrolla destinazzjoni waħda tal-esportazzjonijiet milli diversi pajjiżi.

(32)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-UE, huma konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Istati Uniti (17 % ogħla tul il-PIR). Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, ma jistax jiġi ddeterminat sa liema punt din id-differenza tista’ tiġi spjegata mid-differenza fit-taħlita ta’ prodotti. Madankollu, abbażi tad-data disponibbli dwar l-esportazzjoni, ma jistax jiġi eskluż li pallet trucks tal-idejn esportati lejn l-Istati Uniti bi prezzijiet iktar baxxi jiġu (parzjalment) mibgħuta lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati. Żvilupp bħal dan jista’ jiġi spjegat mir-raġunijiet imsemmija fil-premessa (31) hawn fuq.

(33)

It-tqabbil tal-prezzijiet ta’ hawn fuq juri li l-UE tibqa’ destinazzjoni tassew attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, li huwa tassew probabbli li jkomplu jesportaw kwantitajiet kbar ta’ pallet trucks tal-idejn bi prezzijiet baxxi.

3.4.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping

(34)

L-analiżi ta’ hawn fuq turi li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping b’marġni tad-dumping għoli ħafna. Minħabba notevolment, l-analiżi tal-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-UE u fis-swieq ta’ pajjiżi terzi oħra kif ukoll tal-kapaċitajiet disponibbli fir-RPĊ, jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta’ tkomplija ta’ dumping jekk il-miżuri jitneħħew.

D.   ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni

(35)

Fl-Unjoni, il-prodott simili huwa mmanifatturat miż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji li huma l-applikanti, kif ukoll minn produttur terz tal-Unjoni ta’ pallet trucks tal-idejn. Il-produzzjoni ta’ dawn il-kumpaniji tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

2.   L-industrija tal-Unjoni

(36)

Billi dawn il-produtturi huma responsabbli għall-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ pallet trucks tal-idejn, huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se jissejaħ “l-industrija tal-Unjoni”.

(37)

Esportatur li ma kkooperax iddikjara li l-Kummissjoni użat definizzjoni mhix preċiża tal-industrija tal-Unjoni minħabba li inkludiet produttur tal-Unjoni li ma kkooperax skont id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u fl-ambitu tal-analiżi tal-ħsara tagħha. Dawn argumentaw li dan sar bi ksur tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Madankollu, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, l-industrija tal-Unjoni tinkludi l-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili b’mod ġenerali. Il-produttur li ma kkooperax għalhekk jagħmel parti mill-industrija tal-Unjoni skont ir-Regolament bażiku. Kif inhu spjegat fil-premessa (42), id-data għall-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax ġiet inkluża biss fir-rigward tal-analiżi tal-volumi tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati u ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Huwa nnutat ukoll li fil-każ li l-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax ġie eskluż mill-analiżi, is-sejbiet tal-investigazzjoni jibqgħu l-istess.

E.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-kumment preliminari

(38)

Minħabba li l-ebda produttur esportatur Ċiniż tal-prodott ikkonċernat ma kkoopera f’din l-investigazzjoni, id-data relatata mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni Ewropea li joriġinaw mir-RPĊ (“il-pajjiż ikkonċernat”) hija bbażata fuq iċ-ċifri tal-Eurostat.

2.   Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

(39)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u data tal-importazzjoni mill-Eurostat.

(40)

Bejn l-2007 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas b’40 % u bit-tnaqqis ewlieni sseħħ bejn l-2008 u l-2009.

Tabella 1

 

2007

2008

2009

PIR

Il-konsum totali tal-UE (biċċiet)

783 330

654 843

385 410

468 557

Indiċi (2007 = 100)

100

84

49

60

3.   Il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(41)

Il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ naqas b’37 % tul il-perjodu kkunsidrat u laħaq livell ta’ 387 907 biċċa waqt il-PIR. Madankollu, minkejja t-tnaqqis sinifikanti fid-domanda tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied tul il-perjodu kkunsidrat billi l-importazzjonijiet Ċiniżi ma naqsux bl-istess rata bħall-konsum tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat għalhekk żdied b’mod sinifikanti bejn l-2007 u l-PIR, meta laħaq il-livell ta’ madwar 83 %. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet taċ-Ċina varjaw kemxejn tul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 2

 

2007

2008

2009

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(biċċiet)  (*1)

612 222

522 573

300 222

387 907

Indiċi (2007 = 100)

100

85

49

63

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat  (*1)

78  %

80  %

78  %

83  %

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/biċċa)  (*1)

96

92

100

97

Indiċi (2007 = 100)

100

96

104

101

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(42)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha rilevanti li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità (żewġ produtturi biss – l-applikanti – ikkooperaw fir-reviżjoni) l-indiċijiet biss huma żvelati hawn taħt. Fir-rigward tal-volum tal-bejgħ totali tal-UE lil klijenti mhux relatati kif ukoll tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni muri f’Tabelli 6 u 7, sabiex ikun hemm konsistenza mat-Tabelli 1 u 2 ta’ hawn fuq (il-konsum u s-sehem mis-suq Ċiniż), id-data hija bbażata fuq it-tliet produtturi tal-Unjoni, jiġifieri bl-inklużjoni taż-żewġ gruppi ta’ applikanti u t-tielet manifattur li ma kkooperax fir-reviżjoni (iċ-ċifri tal-volum tal-bejgħ ta’ dan tal-aħħar huma bbażati fuq l-informazzjoni sottomessa mill-applikanti).

4.1.   Il-produzzjoni

(43)

Fil-PIR, il-produzzjoni naqset b’35 % meta mqabbla mal-2007.

Tabella 3

 

2007

2008

2009

PIR

Il-produzzjoni (biċċiet)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

84

55

65

4.2.   Il-kapaċità u rati tal-użu tal-kapaċità

(44)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli bejn l-2007 u l-PIR. Waqt li l-użu tal-kapaċità kien diġà f’livell baxx fl-2007, it-tnaqqis fil-produzzjoni bejn l-2007 u l-PIR wassal għal iktar tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-kapaċità b’20 punt perċentwali bejn l-2007 u l-PIR, meta l-użu tal-kapaċità kien f’livell baxx ħafna.

Tabella 4

 

2007

2008

2009

PIR

Il-kapaċità tal-produzzjoni (biċċiet)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

84

55

65

4.3.   L-istokks

(45)

Il-livell tal-istokks tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’56 % bejn l-2007 u l-PIR.

Tabella 5

 

2007

2008

2009

PIR

L-istokks tal-għeluq (biċċiet)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

131

59

156

4.4.   Il-volum tal-bejgħ

(46)

Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b’50 % matul il-perjodu kkunsidrat bl-ikbar tnaqqis bejn l-2008 u l-2009.

Tabella 6

 

2007

2008

2009

PIR

Il-volum tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (biċċiet)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

79

55

50

4.5.   Is-sehem mis-suq

(47)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn livell li diġà kien baxx fl-2007 b’tnaqqis iehor ta’16 % bejn l-2007 u l-PIR. Tnejn mill-erba’ produtturi tal-Unjoni tal-investigazzjoni oriġinali waqfu jimmanifatturaw pallet trucks tal-idejn. Wieħed jista’ josserva li ż-żewġ avvenimenti rriżultaw mill-pressjoni miżjuda li l-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu l-oġġett ta’ dumping qed jeżerċitaw fuq is-suq tal-Unjoni, liema pressjoni nħasset anki iktar mill-industrija tal-Unjoni f’sitwazzjoni ta’ konsum li kien qed jonqos b’rata mgħaġġla.

Tabella 7

 

2007

2008

2009

PIR

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

95

111

84

4.6.   It-tkabbir

(48)

Bejn l-2007 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas b’40 %. L-industrija tal-Unjoni tilfet kważi 3,2 punti perċentwali ta’ sehem mis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet konċernati kisbu 5 punti perċentwali ta’ sehem mis-suq.

4.7.   L-impjiegi

(49)

Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % bejn l-2007 u l-PIR. Dan juri l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tirrazzjonalizza l-produzzjoni f’sitwazzjoni ta’ domanda li kienet qed tonqos b’pass mgħaġġel.

Tabella 8

 

2007

2008

2009

PIR

Il-prodott tal-impjiegi kkonċernat (persuni)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

84

76

83

4.8.   Il-produttività

(50)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala prodott għal kull persuna impjegata kull sena, naqset bi 22 % bejn l-2007 u l-PIR.

Tabella 9

 

2007

2008

2009

PIR

Il-produttività (biċċiet għal kull impjegat)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

103

74

78

4.9.   Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

(51)

Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità mill-industrija tal-Unjoni żdiedu b’4 % bejn l-2007 u l-PIR.

Tabella 10

 

2007

2008

2009

PIR

Il-prezz unitarju tas-suq tal-UE (EUR/biċċa)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

101

103

104

4.10.   Il-pagi

(52)

Bejn l-2007 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat naqset b’29 %. Dan juri wkoll l-isforzi li rnexxew li saru mill-industrija tal-Unjoni biex jitrażżnu l-ispejjeż, minkejja l-problemi kkawżati mit-tnaqqis drastiku fil-volum tal-produzzjoni.

Tabella 11

 

2007

2008

2009

PIR

L-ispejjeż annwali tax-xogħol għal kull impjegat (‘000 EUR)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

91

63

71

4.11.   L-investimenti

(53)

Bejn l-2007 u l-PIR, il-fluss annwali ta’ investimenti fil-prodott ikkonċernat li għamlet l-industrija tal-Unjoni naqas b’91 %.

Tabella 12

 

2007

2008

2009

PIR

L-investiment nett (EUR)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

58

27

9

4.12.   'Il-profittabbiltà u redditu mill-investimenti

(54)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset sostanzjalment b’66 % bejn l-2007 u l-PIR.

(55)

Ir-redditu mill-investimenti (“ROI”) ukoll naqas sinifikattivament, b’57 % tul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 13

 

2007

2008

2009

PIR

Il-Profitt Nett tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (% ta’ bejgħ nett)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

68

–2

34

ROI (profitt nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

80

–2

43

4.13.   Il-fluss ta’ flus u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

(56)

Il-fluss ta’ flus nett mill-attivitajiet operattivi jidher fit-tabella 14 hawn taħt. Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat diffikultajiet fil-ġbir tal-kapital, l-aktar minħabba li wħud mill-produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar.

Tabella 14

 

2007

2008

2009

PIR

Il-fluss ta’ flus (EUR)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

84

65

73

4.14.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(57)

Minħabba l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli.

4.15.   L-irkupru mill-effetti tad-dumping li sar fil-passat

(58)

L-indikaturi li ġew eżaminati hawn fuq juru li, minkejja l-impożizzjoni tal-miżuri tal-anti-dumping fl-2005, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni baqgħet sostanzjalment fraġli, minħabba preżenza kbira ħafna ta’ prodotti miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni. Il-prekarjetà tas-sitwazzjoni kompliet toħroġ biċ-ċar fi stampa ta’ ħsara tul l-2009 u l-PIR, meta tnaqqis sostanzjali fil-konsum tal-Unjoni enfasizza l-estent sħiħ tal-pressjoni negattiva eżerċitata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina li kienu l-oġġett ta’ dumping. Tul dak il-perjodu fil-fatt, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis fil-volumi tagħha tal-produzzjoni u l-bejgħ b’rata iktar mgħaġġla mill-konsum tal-Unjoni u għalhekk esperjenzat telf addizzjonali fl-ishma mis-suq. Tul l-istess perjodu, u minkejja l-miżuri, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied u l-prodotti Ċiniżi baqgħu jiġu importati bi prezzijiet sostanzjalment iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Tul il-PIR, il-profitti komplew jonqsu għall-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirkupra mill-effetti tad-dumping u s-sitwazzjoni tagħha kompliet tiddeterjora tul il-PIR.

4.16.   Il-konklużjonijiet

(59)

Bejn l-2007 u l-PIR, u minkejja l-eżistenza tal-miżuri tal-anti-dumping, żviluppaw għadd ta’ indikaturi negattivi importanti: il-profittabbiltà naqset b’4,9 punti perċentwali, il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ naqsu b’35 % u 50 % rispettivament, l-użu tal-kapaċità niżel b’35 % u dan ġie segwit minn tnaqqis fl-impjieg. Għalkemm parti minn dawn l-iżviluppi negattivi tista’ tiġi spjegata mit-tnaqqis qawwi fil-konsum, li naqas b’40 % matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li kompla jiggrava (niżel b’4 punti perċentwali bejn l-2007 u l-PIR) u ż-żieda kostanti fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ huma sinjali ċari tal-pressjoni li qed tiżdied u li tirriżulta mill-importazzjonijiet miċ-Ċina li huma l-oġġett ta’ dumping. Minħabba li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kważi jgawdu monopolju tas-suq tal-Unjoni, kwalunkwe żieda oħra fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, anki minħabba l-prezzijiet tagħhom li huma baxxi b’mod sinifikanti, tista’ twaqqa’ l-livell tal-użu tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għal inqas mill-minimu neċessarju biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tiegħu. F’dan ir-rigward, jiġi mfakkar li ż-żewġ produtturi tal-Unjoni ġew sfurzati li jabbandunaw in-negozju ta’ pallet trucks tal-idejn matul il-perjodu kkunsidrat, kif diġà ssemma fil-premessa (47) hawn fuq.

(60)

Fil-kummenti tiegħu wara l-iżvelar, produttur esportatur Ċiniż qal li ċerti indikaturi inklużi l-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, il-profittabbiltà, l-użu tal-kapaċità u l-impjieg, fil-fatt ma juru l-ebda żvilupp negattiv għall-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-kumpanija kienet qieset biss l-iżvilupp bejn l-2009 u l-PIR, filwaqt li għall-valutazzjoni tal-ħsara l-iżvilupp ġenerali tal-industrija tal-Unjoni tul il-perjodu meqjus, jiġifieri bejn l-2007 u l-PIR għandu jiġi vvalutat. Kif inhu spjegat fuq (ara l-premessi (43) sa (49)), l-indikaturi kollha tal-ħsara msemmija mill-esportatur Ċiniż, żviluppaw f’direzzjoni negattiva tul il-perjodu meqjus.

(61)

Barra minn hekk, l-istess esportatur qal li l-Kummissjoni ma għamlitx distinzjoni bejn l-effett ta’ ħsara kkawżat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping u effetti oħra, partikolarment it-tnaqqis drastiku fid-domanda minħabba l-kriżi ekonomika, Madankollu, filwaqt li huwa minnu li l-konsum tal-Unjoni naqas b’40 % tul il-perjodu meqjus, l-esportaturi Ċiniżi rnexxielhom jakkwistaw sehem mis-suq sinifikanti għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif inhu spjegat fil-premessa (58) fuq, huwa mfakkar li l-impatt tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping kien fil-fatt iktar ta’ ħsara tul il-perjodu fejn id-domanda kienet baxxa.

Għalhekk ġie konkluż li, minkejja l-eżistenza tal-miżuri tal-anti-dumping, l-industrija tal-Unjoni sofriet minn ħsara materjali tul il-PIR.

5.   L-impatt tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping u fatturi oħra

5.1.   L-impatt tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping

(62)

Minkejja żieda fil-konsum fl-Unjoni Ewropea tul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ma żdiedx bl-istess rata u dan wassal biex l-importazzjonijiet miċ-Ċina jgawdu sehem ikbar mis-suq. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, it-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ bi prezzijiet iktar baxxi ġew ikkalkolati abbażi tal-aħjar fatti disponibbli, li kienu jinkludu diversi sorsi ta’ informazzjoni jiġifieri data mill-Eurostat, offerti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kif sottomessi mill-applikanti, u fatturi tal-esportazzjoni miġburin mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Instab li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat iwaqqgħu b’mod ċar il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’madwar 43 % u 78 %, skont is-sorsi ta’ informazzjoni użati.

5.2.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(63)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra jinsabu f’livell baxx ħafna u komplew jonqsu b’79 % bejn l-2007 u l-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqas tul il-PIR ukoll. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità (żewġ produtturi jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni) l-indiċijiet biss huma żvelati hawn taħt.

Tabella 15

 

2007

2008

2009

PIR

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (biċċiet)

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

60

6

21

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

 

 

 

 

Indiċi (2007 = 100)

100

71

12

34

6.   Il-konklużjoni

(64)

Kif jidher fil-premessa (41) l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu fir-rigward ta’ sehem mis-suq tul il-perjodu kkunsidrat, u dan minkejja tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-Unjoni. Dan żied is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi għal 83 % tal-konsum tal-Unjoni tul il-PIR. Din iż-żieda fil-pressjoni fir-rigward ta’ volumi, minkejja t-tnaqqis ġenerali fid-domanda, kienet konnessa ma’ prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni li huma b’mod sinifikanti baxxi, li ġegħlu jwaqqaw il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni konsiderevolment. Għalhekk ġie konkluż li hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara materjali li batiet l-industrija tal-Unjoni tul il-PIR.

F.   IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA

1.   Il-kummenti preliminari

(65)

Kif intwera diġà, minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri tal-anti-dumping l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirkupra mill-ħsara li batiet.

2.   L-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina jekk il-miżuri jiġu revokati

(66)

Kif imsemmi fil-premessa (27) hawn fuq, ir-RPĊ għandha kapaċitajiet kbar ta’ produzzjoni. Il-livelli ta’ produzzjoni fl-2008 u l-2009, 1,5 miljun unità u 800 000 unità rispettivament, diġà kienu iktar mid-doppju tad-daqs tas-suq kollu tal-Unjoni. Barra minn hekk, proporzjon limitat biss tal-produzzjoni Ċiniża (14 % fl-2008 u 23 % fl-2009) inbiegħ fis-suq domestiku Ċiniż. Fin-nuqqas ta’ miżuri, għalhekk, kwantitajiet addizzjonali sinifikanti ta’ pallet trucks tal-idejn miċ-Ċina jistgħu jintbagħtu lejn is-suq tal-Unjoni.

(67)

Kif imsemmi fuq fil-premessa (31), il-prezzijiet tal-esportazzjoni taċ-Ċina lejn l-UE, huma b’mod ġenerali f’konformità mal-prezzijiet tal-esportazzjoni medji taċ-Ċina għall-pajjiżi terzi kollha. Madankollu, jista’ jiġi konkluż li tal-inqas parti mill-esportazzjonijiet taċ-Ċina lejn il-pajjiżi terzi minbarra l-UE jew l-Istati Uniti (40 % tal-esportazzjonijiet kollha miċ-Ċina) jistgħu potenzjalment jintbagħtu lejn l-UE minflok fid-destinazzjoni oriġinali jekk il-miżuri jiġu revokati. Żvilupp bħal dan huwa probabbli, mhux biss minħabba li jistgħu jintlaħqu prezzijiet ogħla fin-nuqqas ta’ miżuri iżda, notevolment, minħabba l-frammentazzjoni ta’ dawk l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Minħabba l-importanza tas-suq tal-Unjoni u ta’ mezzi ta’ bejgħ li huma diġà stabbiliti, ikun iktar faċli li wieħed jikkontrolla destinazzjoni waħda tal-esportazzjonijiet milli ħafna pajjiżi.

3.   Il-konklużjoni

(68)

Fid-dawl tas-sejbiet imsemmija fil-premessi (66) u (67) hawn fuq, huwa konkluż li hemm probabbiltà li l-ħsara materjali li nstabet tul il-PIR se tkompli teżisti jekk il-miżuri jiġu revokati. Dan x’aktarx li jwassal għal iktar deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, li tul żmien medju jista’ jwassal biex jikkomprometti l-eżistenza tagħha.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Introduzzjoni

(69)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri tal-anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni bħala entità. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti.

(70)

Għandu jiġi mfakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata li ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri tal-anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri tal-anti-dumping eżistenti.

(71)

Fuq din il-bażi kien eżaminat, jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, jista’ jkun konkluż b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(72)

L-industrija tal-Unjoni tilfet b’mod konsistenti s-sehem mis-suq filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu sostanzjalment matul il-perjodu kkunsidrat. Tnejn mill-erba’ produtturi oriġinali tal-Unjoni waqqfu l-produzzjoni tal-prodott investigat. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni batiet ħsara materjali tul il-perjodu kkunsidrat. Mingħajr l-eżistenza tal-miżuri, l-industrija tal-Unjoni probabbli tkun f’sitwazzjoni anki agħar.

3.   L-interessi tal-importaturi u l-utenti

(73)

L-ebda wieħed mill-importaturi u l-utenti mhux relatati li ġew ikkuntattjati ma kkoopera. Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma kellux ikun sinifikanti għall-utenti. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri għal ħames snin, l-importaturi/utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom mir-RPĊ. Kif ukoll ma tressqet l-ebda indikazzjoni li kien hemm diffikultajiet biex jinstabu sorsi oħra. Barra minn hekk, huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali l-utenti li kkooperaw baqgħu newtrali fir-rigward tal-impożizzjoni tal-miżuri u ġie konkluż li l pallet trucks tal-idejn kien ta’ importanza trivjali fin-negozju tagħhom. L-ebda indikazzjoni tal-kuntrarju ma nstabet waqt din ir-reviżjoni. Għalhekk ġie konkluż li huwa improbabbli li ż-żamma tal-miżuri tal-anti-dumping jkollha effett serju fuq l-importaturi/utenti fl-Unjoni. Fil-fatt, mingħajr il-miżuri l-importazzjonijiet miċ-Ċina li huma l-oġġett ta’ dumping jistgħu jimmonopolizzaw is-suq tal-Unjoni ta’ pallet trucks tal-idejn.

4.   Il-konklużjoni

(74)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal fuq, ma jistax jiġi konkluż b’mod ċar li ż-żamma tal-miżuri tal-anti-dumping eżistenti ma tkunx fl-interess tal-Unjoni.

H.   IL-MIŻURI TAL-ANTI-DUMPING

(75)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien previst li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex jibagħtu l-kummenti tagħhom wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien ġustifikat.

(76)

Fil-kummenti tagħha wara l-iżvelar, l-industrija tal-Unjoni enfasizzat li d-dumping u l-livelli ta’ twaqqigħ fil-prezz misjuba fir-reviżjoni huma ħafna ogħla milli fl-investigazzjoni oriġinali u li kien hemm pressjoni li dejjem kienet qed tiżdied minn importazzjonijiet Ċiniżi li kienu l-oġġett ta’ dumping. L-industrija tal-Unjoni għalhekk iddikjarat li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-valutazzjoni mill-ġdid tal-livell tad-dazji anti-dumping. Fid-dawl ta’ dawn il-kummenti, kif ukoll tas-sejbiet ta’ din ir-reviżjoni, qed tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li tinfetaħ reviżjoni sħiħa interim li tiffoka biss fuq id-dumping.

(77)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jinżammu. Huwa mfakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazju ad valorem b’rati differenti.

(78)

Huwa mfakkar li l-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali ġew estiżi bir-Regolament (KE) Nru 499/2009 għal importazzjonijiet tal-istess prodott, mibgħuta mit-Tajlandja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le. Ma tressaq l-ebda element ġdid f’dan ir-rigward fil-qafas ta’ din ir-reviżjoni. Id-dazju tal-anti-dumping definittiv ta’ 46,7 % u applikabbli “għall-kumpaniji l-oħra kollha” għal importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ għandu, għaldaqstant, jiġi estiż għal importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mit-Tajlandja, sew jekk dikjarati li joriġinaw fit-Tajlandja u sew jekk le.

(79)

Ir-rati tad-dazju tal-anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott konċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(80)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju tal-anti-dumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (7) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma’, bħal, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju tal-anti-dumping definittiv huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom, jiġifieri x-xażi u lħajdroliks, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8427 90 00 (kodiċi TARIC 8427 90 00 11 u 8427 90 00 19) u ex 8431 20 00 (kodiċi TARIC 8431 20 00 11 u 8431 20 00 19). Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, pallet trucks tal-idejn għandhom jkun trakkijiet b’roti li jirfdu l-lifting fork arms għat-tqandil tal-pallets, iddisinjat biex jiġi mbuttat, miġbud u mmexxija bl-idejn, fuq wiċċ lixx, invell u iebes, minn operaturi pedonali bl-użu ta’ laċċ artikulat. Il-pallet trucks tal-idejn, huma ddisinjati biss biex jgħollu t-tagħbija, billi jippompja l-laċċ, sa għoli biżżejjed għall-ġarr u ma għandhom l-ebda funzjoni jew użu addizzjonali ieħor bħal, pereżempju, (i) biex iġorru u jerfgħu t-tagħbija biex ipoġġuha aktar fl-għoli jew jgħinu fil-ħżin tat-tagħbija (“highlifters”),(ii) biex jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor (“stackers”), (iii) biex jerfa’ t-tagħbija għal livell fejn isir ix-xogħol (“scissorlifts”) jew (iv) biex jerfgħu u jiżnu it-tagħbija (“weighing trucks”).

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv tal-anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manufatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandu jkun kif ġej:

Il-kumpanija

Rata tad-dazju

(%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ningbo Liftstar Material Transport Equipment Factory, Zhouyi Village, Zhanqi Town, Yin Zhou District, Ningbo City, Zhejiang Province, 315144, PRC

32,2

A600

Ningbo Ruyi Joint Stock Co. Ltd, 656 North Taoyuan Road, Ninghai, Zhejiang Province, 315600, PRC

28,5

A601

Ningbo Tailong Machinery Co. Ltd, Economic Developing Zone, Ninghai, Ningbo City, Zhejiang Province, 315600, PRC

39,9

A602

Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd, 58, Jing Yi Road, Economy Development Zone, Changxin, Zhejiang Province, 313100, PRC

7,6

A603

Il-kumpaniji l-oħra kollha

46,7

A999

3.   Id-dazju tal-anti-dumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”, kif stabbilit fil-paragrafu 2 hawnhekk qed jiġi estiż għall-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu, jiġifieri x-xażi u l-ħajdroliks, kif ikompli jelabora l-paragrafu 1, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 (kodiċi TARIC 8427 90 00 11 u 8431 20 00 11) u mibgħuta mit-Tajlandja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le.

4.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

A. KRASZEWSKI


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 189, 21.7.2005, p. 1.

(3)   ĠU L 192, 19.7.2008, p. 1.

(4)   ĠU L 151, 16.6.2009, p. 1.

(5)   ĠU C 70, 19.3.2010, p. 29.

(6)   ĠU C 196, 20.7.2010, p. 15.

(*1)  Data mill-Eurostat. Fl-2007 u l-2008, parti mill-prodotti Ċiniżi ġew iddikjarati li huma ta’ oriġini Tajlandiża, sal-impożizzjoni tal-miżuri ta’ kontra l-evażjoni tal-liġi fuq l-importazzjonijiet mit-Tajlandja fl-2008. Għalhekk dawk l-importazzjonijiet mit-Tajlandja ġew miżjuda mal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, u affettwaw kemxejn id-data għall-2007 u l-2008 fit-Tabella 2 hawn fuq.

(7)   Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, B-1049 Brussell, il-Belġju.


13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1009/2011

tat-12 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

58,3

EC

36,3

MA

46,5

MK

42,0

ZZ

45,8

0707 00 05

AL

65,0

MK

64,2

TR

132,0

ZZ

87,1

0709 90 70

TR

123,3

ZZ

123,3

0805 50 10

AR

68,2

BR

38,2

CL

60,5

TR

70,3

UY

56,8

ZA

80,8

ZZ

62,5

0806 10 10

BR

245,1

CL

79,6

MK

85,4

PE

228,3

TR

116,1

US

275,5

ZA

65,0

ZZ

156,4

0808 10 80

CL

69,1

CN

86,4

NZ

123,4

ZA

92,8

ZZ

92,9

0808 20 50

CL

85,4

CN

55,3

TR

107,9

ZZ

82,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1010/2011

tat-12 ta’ Ottubru 2011

li jistipula perċentwali ta’ aċċettazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor u l-isoglukożju ’il barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul is-sena tas-suq u bi qbiż tal-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stipulat mill-Kummisjoni.

(2)

Ir-Regolament Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 372/2011 tal-15 ta' April 2011 li jiffissa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju lil hinn mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012 (3) jistipula l-limiti msemmija hawn fuq. Dan ir-Regolament japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2012 u għalhekk il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju ’il barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012 ser jibda jgħodd biss minn din id-data.

(3)

Għas-sena tas-suq 2011/2012 għandu għalhekk jiġi stipulat perċentwali ta’ aċċettazzjoni ta’ żero għall-kwantitajiet li l-applikazzjoni għalihom saret bejn it-3 ta’ Ottubru 2011 u s-7 ta’ Ottubru 2011 u t-tressiq tal-applikazzjoniet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju għandu jieqaf. Għas-sena tas-suq 2011/2012 l-applikazzjonijiet kollha għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju li tressqu fl-10, 11, 12, 13, u 14 ta' Ottubru 2011 għandhom għalhekk jiġu rrifjutati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għas-sena tas-suq 2011/2012 l-liċenzji tal-esportazzjoni ’l barra mill-kwoti taz-zokkor u l-isoglukożju li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu bejn it-3 ta’ Ottubru 2011 u s-7 ta’ Ottubru 2011, għandhom jinħarġulhom il-liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, multiplikati b'perċentwali ta’ aċċettazzjoni ta’ 0 %.

2.   Għas-sena tas-suq 2011/2012 l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju ’il barra mill-kwota li tressqu fl-10, 11, 12, 13, u 14 ta' Ottubru 2011 qiegħdin jiġu rrifjutati.

3.   Għas-sena tas-suq 2011/2012 t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju ’il barra mill-kwota għandu jieqaf għall-perjodu bejn is-17 ta' Ottubru 2011 u t-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 102, 16.4.2011, p. 8.


DEĊIŻJONIJIET

13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2011

li taħtar membru Rumen fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2011/672/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Sorin Cristian STAN,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Liviu LUCA, Confederația Națională a Sindicatelor Libere din România FRĂȚIA huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

A. KRASZEWSKI


(1)   ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2011

li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2011/673/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Thomas ILKA,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dr Sabine HEPPERLE, Leiterin der Vertretung des DIHK bei der EU hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

A. KRASZEWSKI


(1)   ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mir-rhinotracheitis bovina infettiva ta’ ċerti reġjuni amministrattivi fil-Ġermanja

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7165)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/674/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità, (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 tagħha jipprevedi li Stat Membru, li għandu programm ta’ kontroll nazzjonali obbligatorju għal waħda mill-mard li jittieħed elenkat fl-Anness E(II) magħha, jista’ jressaq il-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Din il-lista tinkludi rhinotracheitis bovina infettiva. Rhinotracheitis bovina infettiva hija d-deskrizzjoni tal-aktar sinjali kliniċi prominenti tal-infezzjoni bil-herpesvirus bovin tip 1 (BHV1).

(2)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jistipula wkoll id-definizzjoni ta’ garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu mitluba fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni.

(3)

Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li fejn Stat Membru jkun tal-opinjoni li t-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn waħda mill-mard elenkat fl-Anness E(II) ma’ din id-Direttiva, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta’ evidenza xierqa lill-Kummissjoni. Dan l-Artikolu jipprevedi wkoll id-definizzjoni ta’ garanziji addizzjonali li jistgħu jintalbu matul il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-infezzjoni tal-BHV1 ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I mad-Deċiżjoni għar-reġjuni elenkati f’dan l-Anness, u li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(5)

Barra minn hekk, l-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma kkunsidrati bħala ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(6)

Fil-preżent, ir-reġjuni kollha tal-Ġermanja bl-eċċezzjoni tal-postijiet amministrattivi ta’ Regierungsbezirke Oberpfalz, Oberfranken, Mittelfranken u Unterfranken fl-istat federali tal-Bavarja huma elenkati fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/558/KE. Dawn l-erba’ reġjuni amministrattivi fl-istat federali tal-Bavarja huma kkunsidrati ħielsa mill-BHV1 u għaldaqstant huma elenkati fl-Anness II ma’ dik id-Deċiżjoni.

(7)

Il-Ġermanja issa applikat biex ir-reġjuni amministrattivi fl-istat federali tal-Bavarja, b’mod partikolari r-reġjuni amministrattivi ta’ Regierungsbezirke Oberbayern, Niederbayern u Schwaben, jiġu kkunsidrati ħielsa mill-BHV1 u biex il-garanziji addizzjonali, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE, jiġu estiżi biex ikopri dawn ir-reġjuni amministrattivi.

(8)

Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ evidenza mressqa minn dan l-Istat Membru, jixraq li dawk it-tliet reġjuni amministrattivi li huma ħielsa mill-BHV1 ma jibqgħux elenkati fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/558/KE, u minflok jiġu elenkati fl-Anness II mal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni ta’ garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża għalihom ukoll.

(9)

Id-Deċiżjoni 2004/558/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE qed jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20.


ANNESS

“ANNESS I

L-Istati Membri

Ir-reġjuni ta’ Stati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rhinotracheitis bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha, minbarra l-istat federali tal-Bavarja

L-Italja

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Friuli Venezia Giulia.

Il-Provinċja Awtonoma ta’ Trento

“ANNESS II

L-Istati Membri

Ir-reġjuni ta’ Stati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rhinotracheitis bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-istat federali tal-Bavarja

L-Italja

Il-Provinċja ta’ Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Isvezja

Ir-reġjuni kollha


13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Latvja hija Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi u rigward id-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fil-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7186)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/675/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4) u l-Anness D(I)(E) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi, u mil-lewkożi enżootika bovina fir-rigward ta' annimali bovini.

(2)

L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2), jelenkaw l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mil-lewkożi enżootika bovina.

(3)

Il-Latvja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għat-territorju sħiħ tagħha.

(4)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mil-Latvja, it-territorju kollu ta' dak l-Istat membru għandu jitħabbar bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi.

(5)

Il-Portugall ressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għar-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (regiões) tal-Algarve u Alentejo.

(6)

Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Portugall, ir-reġjunijiet (distritos) ikkonċernati għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni tal-Portugall li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.


ANNESS

L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(a)

fl-Anness I, il-Kapitolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

" KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

FR

Franza

LV

Il-Latvja

LU

Il-Lussemburgu

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja"

(b)

fil-Kapitolu 2 tal-Anness III, l-annotazzjoni għall-Portugall tinbidel b’dan li ġej:

"Fil-Portugall:

Região Algarve: id-distritos kollha;

Região Alentejo: id-distritos kollha;

Região Autónoma dos Açores."