ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.267.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 267

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
12 ta' Ottubru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1002/2011 tal-10 ta' Ottubru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2011 tal-11 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2011 tal-11 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2011 tal-11 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 skont ċerti kwoti tal-GATT

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/670/PESK tal-10 ta' Ottubru 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

13

 

 

2011/671/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2011 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda benalassil-M, gamma-ċijalotrina u valifenalat (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7092)  ( 1 )

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1002/2011

tal-10 ta' Ottubru 2011

li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 359/2011 tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

(2)

Fid-dawl tal-abbużi li qed isiru fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, aktar persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi, soġġetti għal miżuri restrittivi, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 359/2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 359/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

Persuni

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

ABBASZADEH-MESHKINI, Mahmoud

 

Direttur politiku tal-Ministeru tal-Intern.

Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi - il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

10.10.2011

2.

AKBARSHAHI Ali-Reza

 

Kmandant tal-Pulizija ta' Teħeran.

Il-forza tal-pulizija hija responsabbli għall-użu ta' vjolenza extraġudizzjarja fuq suspetti matul l-arrest u d-detenzjoni ta' qabel il-qorti, kif irrappurtat minn xhieda tal-Human Rights Watch (HRW).

Il-pulizija ta' Teħeran kienet implikata fi tfittxijiet fid-dormitorji tal-università ta' Teħeran f'Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Iranjana ta' Majlis, aktar minn 100 student ġie mweġġa' mill-pulizija u Basiji.

10.10.2011

3.

AKHARIAN Hassan

 

Gwardjan ta' Sala 1 tal-ħabs ta' Radjaishahr, Karadj.

Diversi ex-detenuti ddenunzjaw l-użu ta' tortura minnu, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Radjaishahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri.

Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tal-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian.

10.10.2011

4.

AVAEE Seyyed Ali-Reza (Magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza)

 

President tal-Ġurisdizzjoni ta' Teħeran.

Bħala President tal-Ġurisdizzjoni ta' Teħeran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u żieda fl-eżekuzzjonijiet.

10.10.2011

5.

BANESHI Jaber

 

Prosekutur ta' Shiraz.

Huwa responsabbli għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt billi qata' tużżani ta' sentenzi għall-mewt. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta' Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil diversi opponenti tar-reġim.

10.10.2011

6.

FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (Margħuf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

Post tat-Twelid: Machhad.

Data tat-Twelid: 3.2.1951

Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Konġunti tal-Iran.

Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC). L-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki kollha militari, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu ripressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

10.10.2011

7.

GANJI Mostafa Barzegar

 

Prosekutur Ġenerali ta' Qom.

Huwa responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta' bosta offensuri f'Qom. Huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

10.10.2011

8.

HABIBI Mohammad Reza

 

Viċi Prosekutur ta' Isfahan.

Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn smigħ ġust - bħal Abdollah Fathi li ngħata l-mewt f'Mejju 2011 wara li d-dritt li jiġi proċessat u l-kwistjonijiet ta' saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul is-smigħ tiegħu f'Marzu 2010.

Huwa għalhekk kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

10.10.2011

9.

HEJAZI Mohammad

Post tat-Twelid: Ispahan

Data tat-Twelid: 1956

Kap tal-Korpi ta' Sarollah tal-IRGC f'Teħeran, dak li qabel kien Kap tal-Forzi ta' Basij.

Il-Korpi ta' Sarollah kellhom rwol ċentrali fir-ripressjoni ta' wara l-elezzjoni.

Mohammed HEJAZI kien l-awtur ta' ittra mibgħuta lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta' Ġunju 2009 li pprojbixxiet milli jiġu żvelati dokumenti jew reġistri mediċi ta' kull min indarab jew iddaħħal l-isptar matul l-avvenimenti ta' wara l-elezzjoni, u dan jimplika ħabi.

10.10.2011

10.

HEYDARI Nabiollah

 

Kap tal-Awtorità tal-Pulizija tal-Ajruport Iranjana.

Huwa kien strumentali, minn Ġunju 2009, għall-arrest fl-Ajruport Internazzjonali Imam Khomeini ta' dimostraturi Iranjani li kienu qed jippruvaw jitilqu mill-pajjiż wara li bdiet ir-ripressjoni - inkluż ġewwa ż-żona internazzjonali.

10.10.2011

11.

JAVANI Yadollah

 

Kap tal-Uffiċċju Politiku tal-IRGC.

Huwa kien wieħed mill-ewwel uffiċjali għoljin li talab għall-arrest ta' Moussavi, Karroubi u Khatami. Huwa appoġġja aktar minn darba l-użu ta' vjolenza u tattiċi ta' interrogazzjoni ħorox fuq dimostraturi ta' wara l-elezzjoni (li jiġġustifikaw stqarrijiet irrekordjati għat-televiżjoni) inkluż l-għoti ta' struzzjonijiet għal maltrattament extraġudizzjarju ta' dissidenti permezz ta' pubblikazzjonijiet iċċirkolati lill-IRGC u Basij.

10.10.2011

12.

JAZAYERI Massoud

 

Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Konġunti tal-Iran, responsabbli għall-affarijiet kulturali (magħrufin ukoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat).

Huwa kkollabora b'mod attiv fir-ripressjoni bħala viċi kap tal-persunal. Huwa wissa f'intervista f'Kayhan li ħafna dimostraturi ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun. Huwa talab pubblikament għar-ripressjoni ta' kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma' sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin.

10.10.2011

13.

JOKAR Mohammad Saleh

 

Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij.

F'dan ir-rigward huwa kien involut b'mod attiv fit-trażżin ta' protesti fl-iskejjel u l-universitajiet u d-detenzjoni extraġudizzjarja ta' attivisti u ġurnalisti.

10.10.2011

14.

KAMALIAN Behrouz

Post tat-Twelid: Teħeran

Data tat-Twelid: 1983

Kap tal-grupp ċibernetiku marbut mal-IRGC "Ashiyaneh".

Is-Sigurtà Diġitali "Ashiyaneh", imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal ripressjoni ċibernetika intensiva kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Fil-21 ta' Ġunju 2009, is-sit elettroniku tal-Kmand tad-Difiża Ċibernetika 32 tal-Gwardjan Rivoluzzjonarju ppubblika ritratti tal-uċuh ta' 26 persuna, li allegatament ittieħdu matul id-dimostrazzjonijiet ta' wara l-elezzjoni. Mehmuż kien hemm appell lill-Iranjani biex "jidentifikaw lil dawk li ħadu sehem fl-irvellijiet".

10.10.2011

15.

KHALILOLLAHI Moussa (Magħruf ukoll bħala: KHALILOLLAHI Mousa)

 

Prosekutur ta' Tabriz.

Huwa involut fil-każ ta' Sakineh Mohammadi-Ashtani u oppona l-ħelsien tagħha f'diversi okkażjonijiet u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut.

10.10.2011

16.

MAHSOULI Sadeq (Magħruf ukoll bħala: MAHSULI, Sadeq)

Post tat-twelid: Oroumieh (Iran)

Data tat-Twelid: 1959/60

Dak li qabel kien Ministru tal-Intern sa Awwissu 2009

Bħala Ministru tal-Intern, Mahsouli kelli awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru tal-intern, u l-aġenti pajsana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli għall-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta' Teħeran fl-14 ta' Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta' taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b'mod sever fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta' Mahsouli.

10.10.2011

17.

MALEKI Mojtaba

 

Prosekutur ta' Kermanshah.

Responsabbli għal żieda drammatika fis-sentenzi tal-mewt inklużi sebgħa f'jum wieħed fit-3 ta' Jannar 2010, mgħallqin fil-ħabs ċentrali ta' Kermanshah, wara akkuża mill-Imħallef Maleki. Għaldaqstant huwa responsabbli għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt.

10.10.2011

18.

OMIDI Mehrdad

 

Kap tat-Taqsima tar-Reati Kriminali bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana.

Huwa responsabbli għal eluf ta' investigazzjonijiet u akkużi ta' riformisti u opponenti politiċi li jużaw l-Internet. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-direzzjoni ta' ksur gravi ta' drittijiet tal-bniedem fir-ripressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni.

10.10.2011

19.

SALARKIA Mahmoud

 

Deputat għall-Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs.

Direttament responsabbl għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li virtwalment dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikata dwar l-arrest.

10.10.2011

20.

SOURI Hojatollah

 

Bħala kap tal-ħabs ta' Evin, għandu responsabbiltà għal abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għaddejjn f'dan il-ħabs, bħal swat, u abbużi mentali u sesswali.

Skont informazzjoni konsistenti minn sorsi differenti, it-tortura hija prassi komuni fil-ħabs ta' Evin. Fis-Sala 209, qed jinżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

10.10.2011

21.

TALA Hossein (magħruf bħala: TALA Hosseyn)

Kap tal-Kumpannija Iranjana tat-Tabakk.

Viċi Gvernatur Ġenerali ("Farmandar") tal-Provinċja ta' Teħeran sa Settembru 2010, b'mod partikolari responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-ripressjoni ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

22.

TAMADDON Morteza (magħruf bħala: TAMADON Morteza)

Post tat-twelid: Shahr Kord-Ispahan

Data tat-Twelid: 1959

Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta' Teħeran, kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran.

Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, għandu responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta' ripressjoni, inkluż ir-ripressjoni ta' protesti politiċi minn Ġunju 2009. Huwa magħruf għall-involviment personali tiegħu fil-molestja tal-mexxejja tal-oppożizzjoni Karroubi u Moussavi.

10.10.2011

23.

ZEBHI Hossein

 

Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran.

Huwa għandu f'idejh diversi każi ġudizzjarji marbutin mal-protesti ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

24.

BAHRAMI Mohammad-Kazem

 

Kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

Huwa kompliċi fir-ripressjoni ta' dimostranti paċifiċi.

10.10.2011

25.

HAJMOHAMMADI Aziz

 

Imħallef anzjan fl-ewwel sezzjoni tal-qorti ta' Evin, u issa imħallef fil-fergħa 71 tal-Qorti Penali fil-provinċja ta' Teħeran.

Huwa mexxa diversi kawżi ta' proċess kontra d-dimostranti, b'mod partikolari dik ta' Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f'Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu. It-tribunal tal-prim istanza ta' Evin inħoloq reċentament fil-ħabs ta' Evin u l-ħolqien tiegħu ġie ġustifikat minn Jafari Dolatabadi f'Marzu 2010. F'dan il-ħabs, ċerti akkużati jkunu iżolati, maltrattati u kostretti li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz.

10.10.2011

26.

BAGHERI Mohammad-Bagher

 

Viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità.

Barra mir-rikonoxximent minn dan tal-aħħar, f'Ġunju 2011, ta' 140 eżekuzzjoni kapitali bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, madwar mitt eżekuzzjoni oħra setgħu seħħew bil-moħbi matul l-istess perijodu u fl-istess provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, mingħajr ma ġew notifikati l-familji u l-avukati tagħhom.

Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt.

10.10.2011

27.

BAKHTIARI Seyyed Morteza

Post tat-twelid: Mashad (Iran)

Data tat-Twelid: 1952

Ministru tal-Ġustizzja, dak li kien gvernatur ġenerali tal-Isfahan u direttur tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Istat (sa Ġunju 2004).

Bħala Ministru tal-Ġustizzja, huwa kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-molestja tad-diaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta' qorti speċjali biex titratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra mill-pajjiż. Bl-isforzi tal-Prosekutur ta' Teħeran, żewġ fergħat tal-qorti tal- prim istanza u dik tal-appelli u diversi fergħat tal-qrati tal-maġistrati ser jiġu assenjati biex jindirizzaw affarijiet ta' dawk li jgħixu barra mill-pajjiż.

10.10.2011

28.

HOSSEINI Dr Mohammad (magħruf bħala: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman

Ministru tal-Kultura u l-Gwida Iżlamika minn Settembru 2009.

Ex-IRGC, kompliċi fir-ripressjoni tal-ġurnalisti.

10.10.2011

29.

MOSLEHI Heydar (magħruf bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

Data tat-Twelid: 1956

Ministru tal-Intelligence. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru tal-Intelligence kompla l-prassi ta' detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni mifruxin ta' dimostranti u dissidenti.

Il-Ministeru tal-Intelligence għadu jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta' Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru tal-Intelligence ssoġġettaw lill-ħabsin tas-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali. Bħala l-Ministru tal-Intelligence, Moslehi huwa responsabbli għall-abbużi kontinwi.

10.10.2011


12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1003/2011

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

58,3

EC

36,3

MA

52,9

MK

58,0

ZZ

51,4

0707 00 05

AL

65,0

MK

64,2

TR

120,0

ZZ

83,1

0709 90 70

TR

119,5

ZZ

119,5

0805 50 10

AR

67,7

BR

38,2

CL

60,5

TR

64,9

UY

57,5

ZA

83,4

ZZ

62,0

0806 10 10

BR

246,3

CL

79,6

MK

85,4

PE

228,3

TR

113,9

US

275,5

ZA

65,0

ZZ

156,3

0808 10 80

CL

83,9

CN

80,0

NZ

120,9

ZA

84,9

ZZ

92,4

0808 20 50

CL

85,4

CN

42,4

TR

107,9

ZA

60,3

ZZ

74,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1004/2011

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/12 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 998/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 264, 8.10.2011, p. 30.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-12 ta’ Ottubru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

47,89

0,00

1701 11 90  (1)

47,89

0,54

1701 12 10  (1)

47,89

0,00

1701 12 90  (1)

47,89

0,24

1701 91 00  (2)

49,18

2,72

1701 99 10  (2)

49,18

0,00

1701 99 90  (2)

49,18

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1005/2011

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS” [ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 789/2011 (3) li jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 skont ċerti kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti gruppi ta’ prodotti u kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2012. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti koeffiċjenti ta' allokazzjoni.

(3)

Fil-każ ta’ gruppi ta’ prodotti u ta’ kwoti fejn l-applikazzjonijiet depożitati huma għal kwantitajiet iktar baxxi minn dawk disponibbli, huwa xieraq li tkun prevista l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdal b'mod proporzjonali għall-kwantitajiet mitluba. L-allokazzjoni tal-kwantitatijiet żejda għandha tiġi subordinata għall-komunikazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati.

(4)

Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 789/2011, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 789/2011 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-“16-Tokyo, 16-, 17-, 18-, 20- u 21-Urugwaj u 22-Tokjo” fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna 5 ta' dan l-Anness.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 789/2011 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati mit-"22-, 25-Urugwaj u 25-Tokjo" fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba.

Il-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif indikati fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fi żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 203, 6.8.2011, p. 26.


ANNESS

Identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2012

(f’tunnellati)

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2

In-numru tan-nota

Grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

16

Mhux speċifikament previst (NSPF)

16-Tokjo

908,877

0,2717243

 

16-Urugwaj

3 446,000

0,1769757

 

17

Blue Mould

17-Urugwaj

350,000

0,0925926

 

18

Cheddar

18-Urugwaj

1 050,000

0,4929577

 

20

Edam/Gouda

20-Urugwaj

1 100,000

0,1834862

 

21

Tip Taljan

21-Urugwaj

2 025,000

0,1359973

 

22

Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tal-għajn

22-Tokjo

393,006

0,8675629

 

22-Urugwaj

380,000

 

6,3333333

25

Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn

25-Tokjo

4 003,172

 

1,8816320

25-Urugwaj

2 420,000

 

3,0344828


DEĊIŻJONIJIET

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/670/PESK

tal-10 ta' Ottubru 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-l-abbużi li għaddejjin kontra d-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, aktar persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet, soġġetti għal miżuri restrittivi, li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

Persuni

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

ABBASZADEH-MESHKINI, Mahmoud

 

Direttur politiku tal-Ministeru tal-Intern.

Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi - il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

10.10.2011

2.

AKBARSHAHI Ali-Reza

 

Kmandant tal-Pulizija ta' Teħeran.

Il-forza tal-pulizija hija responsabbli għall-użu ta' vjolenza extraġudizzjarja fuq suspetti matul l-arrest u d-detenzjoni ta' qabel il-qorti, kif irrappurtat minn xhieda tal-Human Rights Watch (HRW).

Il-pulizija ta' Teħeran kienet implikata fi tfittxijiet fid-dormitorji tal-università ta' Teħeran f'Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Iranjana ta' Majlis, aktar minn 100 student ġie mweġġa' mill-pulizija u Basiji.

10.10.2011

3.

AKHARIAN Hassan

 

Gwardjan ta' Sala 1 tal-ħabs ta' Radjaishahr, Karadj.

Diversi ex-detenuti ddenunzjaw l-użu ta' tortura minnu, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Radjaishahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri.

Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tal-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian.

10.10.2011

4.

AVAEE Seyyed Ali-Reza (Magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza)

 

President tal-Ġurisdizzjoni ta' Teħeran.

Bħala President tal-Ġurisdizzjoni ta' Teħeran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u żieda fl-eżekuzzjonijiet.

10.10.2011

5.

BANESHI Jaber

 

Prosekutur ta' Shiraz.

Huwa responsabbli għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt billi qata' tużżani ta' sentenzi għall-mewt. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta' Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil diversi opponenti tar-reġim.

10.10.2011

6.

FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (Margħuf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

Post tat-Twelid: Machhad.

Data tat-Twelid: 3.2.1951

Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Konġunti tal-Iran.

Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC). L-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki kollha militari, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu ripressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

10.10.2011

7.

GANJI Mostafa Barzegar

 

Prosekutur Ġenerali ta' Qom.

Huwa responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta' bosta offensuri f'Qom. Huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

10.10.2011

8.

HABIBI Mohammad Reza

 

Viċi Prosekutur ta' Isfahan.

Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn smigħ ġust - bħal Abdollah Fathi li ngħata l-mewt f'Mejju 2011 wara li d-dritt li jiġi proċessat u l-kwistjonijiet ta' saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul is-smigħ tiegħu f'Marzu 2010.

Huwa għalhekk kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

10.10.2011

9.

HEJAZI Mohammad

Post tat-Twelid: Ispahan

Data tat-Twelid: 1956

Kap tal-Korpi ta' Sarollah tal-IRGC f'Teħeran, dak li qabel kien Kap tal-Forzi ta' Basij.

Il-Korpi ta' Sarollah kellhom rwol ċentrali fir-ripressjoni ta' wara l-elezzjoni.

Mohammed HEJAZI kien l-awtur ta' ittra mibgħuta lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta' Ġunju 2009 li pprojbixxiet milli jiġu żvelati dokumenti jew reġistri mediċi ta' kull min indarab jew iddaħħal l-isptar matul l-avvenimenti ta' wara l-elezzjoni, u dan jimplika ħabi.

10.10.2011

10.

HEYDARI Nabiollah

 

Kap tal-Awtorità tal-Pulizija tal-Ajruport Iranjana.

Huwa kien strumentali, minn Ġunju 2009, għall-arrest fl-Ajruport Internazzjonali Imam Khomeini ta' dimostraturi Iranjani li kienu qed jippruvaw jitilqu mill-pajjiż wara li bdiet ir-ripressjoni - inkluż ġewwa ż-żona internazzjonali.

10.10.2011

11.

JAVANI Yadollah

 

Kap tal-Uffiċċju Politiku tal-IRGC.

Huwa kien wieħed mill-ewwel uffiċjali għoljin li talab għall-arrest ta' Moussavi, Karroubi u Khatami. Huwa appoġġja aktar minn darba l-użu ta' vjolenza u tattiċi ta' interrogazzjoni ħorox fuq dimostraturi ta' wara l-elezzjoni (li jiġġustifikaw stqarrijiet irrekordjati għat-televiżjoni) inkluż l-għoti ta' struzzjonijiet għal maltrattament extraġudizzjarju ta' dissidenti permezz ta' pubblikazzjonijiet iċċirkolati lill-IRGC u Basij.

10.10.2011

12.

JAZAYERI Massoud

 

Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Konġunti tal-Iran, responsabbli għall-affarijiet kulturali (magħrufin ukoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat).

Huwa kkollabora b'mod attiv fir-ripressjoni bħala viċi kap tal-persunal. Huwa wissa f'intervista f'Kayhan li ħafna dimostraturi ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun. Huwa talab pubblikament għar-ripressjoni ta' kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma' sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin.

10.10.2011

13.

JOKAR Mohammad Saleh

 

Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij.

F'dan ir-rigward huwa kien involut b'mod attiv fit-trażżin ta' protesti fl-iskejjel u l-universitajiet u d-detenzjoni extraġudizzjarja ta' attivisti u ġurnalisti.

10.10.2011

14.

KAMALIAN Behrouz

Post tat-Twelid: Teħeran

Data tat-Twelid: 1983

Kap tal-grupp ċibernetiku marbut mal-IRGC “Ashiyaneh”.

Is-Sigurtà Diġitali “Ashiyaneh”, imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal ripressjoni ċibernetika intensiva kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Fil-21 ta' Ġunju 2009, is-sit elettroniku tal-Kmand tad-Difiża Ċibernetika 32 tal-Gwardjan Rivoluzzjonarju ppubblika ritratti tal-uċuh ta' 26 persuna, li allegatament ittieħdu matul id-dimostrazzjonijiet ta' wara l-elezzjoni. Mehmuż kien hemm appell lill-Iranjani biex “jidentifikaw lil dawk li ħadu sehem fl-irvellijiet”.

10.10.2011

15.

KHALILOLLAHI Moussa (Magħruf ukoll bħala: KHALILOLLAHI Mousa)

 

Prosekutur ta' Tabriz.

Huwa involut fil-każ ta' Sakineh Mohammadi-Ashtani u oppona l-ħelsien tagħha f'diversi okkażjonijiet u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut.

10.10.2011

16.

MAHSOULI Sadeq (Magħruf ukoll bħala: MAHSULI, Sadeq)

Post tat-twelid: Oroumieh (Iran)

Data tat-Twelid: 1959/60

Dak li qabel kien Ministru tal-Intern sa Awwissu 2009

Bħala Ministru tal-Intern, Mahsouli kelli awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru tal-intern, u l-aġenti pajsana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli għall-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta' Teħeran fl-14 ta' Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta' taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b'mod sever fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta' Mahsouli.

10.10.2011

17.

MALEKI Mojtaba

 

Prosekutur ta' Kermanshah.

Responsabbli għal żieda drammatika fis-sentenzi tal-mewt inklużi sebgħa f'jum wieħed fit-3 ta' Jannar 2010, mgħallqin fil-ħabs ċentrali ta' Kermanshah, wara akkuża mill-Imħallef Maleki. Għaldaqstant huwa responsabbli għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt.

10.10.2011

18.

OMIDI Mehrdad

 

Kap tat-Taqsima tar-Reati Kriminali bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana.

Huwa responsabbli għal eluf ta' investigazzjonijiet u akkużi ta' riformisti u opponenti politiċi li jużaw l-Internet. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-direzzjoni ta' ksur gravi ta' drittijiet tal-bniedem fir-ripressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni.

10.10.2011

19.

SALARKIA Mahmoud

 

Deputat għall-Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs.

Direttament responsabbl għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li virtwalment dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikata dwar l-arrest.

10.10.2011

20.

SOURI Hojatollah

 

Bħala kap tal-ħabs ta' Evin, għandu responsabbiltà għal abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għaddejjn f'dan il-ħabs, bħal swat, u abbużi mentali u sesswali.

Skont informazzjoni konsistenti minn sorsi differenti, it-tortura hija prassi komuni fil-ħabs ta' Evin. Fis-Sala 209, qed jinżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

10.10.2011

21.

TALA Hossein (magħruf bħala: TALA Hosseyn)

Kap tal-Kumpannija Iranjana tat-Tabakk.

Viċi Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta' Teħeran sa Settembru 2010, b'mod partikolari responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-ripressjoni ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

22.

TAMADDON Morteza (magħruf bħala: TAMADON Morteza)

Post tat-twelid: Shahr Kord-Ispahan

Data tat-Twelid: 1959

Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta' Teħeran, kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran.

Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, għandu responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta' ripressjoni, inkluż ir-ripressjoni ta' protesti politiċi minn Ġunju 2009. Huwa magħruf għall-involviment personali tiegħu fil-molestja tal-mexxejja tal-oppożizzjoni Karroubi u Moussavi.

10.10.2011

23.

ZEBHI Hossein

 

Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran.

Huwa għandu f'idejh diversi każi ġudizzjarji marbutin mal-protesti ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

24.

BAHRAMI Mohammad-Kazem

 

Kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

Huwa kompliċi fir-ripressjoni ta' dimostranti paċifiċi.

10.10.2011

25.

HAJMOHAMMADI Aziz

 

Imħallef anzjan fl-ewwel sezzjoni tal-qorti ta' Evin, u issa imħallef fil-fergħa 71 tal-Qorti Penali fil-provinċja ta' Teħeran.

Huwa mexxa diversi kawżi ta' proċess kontra d-dimostranti, b'mod partikolari dik ta' Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f'Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu. It-tribunal tal-prim istanza ta' Evin inħoloq reċentament fil-ħabs ta' Evin u l-ħolqien tiegħu ġie ġustifikat minn Jafari Dolatabadi f'Marzu 2010. F'dan il-ħabs, ċerti akkużati jkunu iżolati, maltrattati u kostretti li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz.

10.10.2011

26.

BAGHERI Mohammad-Bagher

 

Viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità.

Barra mir-rikonoxximent minn dan tal-aħħar, f'Ġunju 2011, ta' 140 eżekuzzjoni kapitali bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, madwar mitt eżekuzzjoni oħra setgħu seħħew bil-moħbi matul l-istess perijodu u fl-istess provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, mingħajr ma ġew notifikati l-familji u l-avukati tagħhom.

Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt.

10.10.2011

27.

BAKHTIARI Seyyed Morteza

Post tat-twelid: Mashad (Iran)

Data tat-Twelid: 1952

Ministru tal-Ġustizzja, dak li kien gvernatur ġenerali tal-Isfahan u direttur tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Istat (sa Ġunju 2004).

Bħala Ministru tal-Ġustizzja, huwa kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-molestja tad-diaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta' qorti speċjali biex titratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra mill-pajjiż. Bl-isforzi tal-Prosekutur ta' Teħeran, żewġ fergħat tal-qorti tal- prim istanza u dik tal-appelli u diversi fergħat tal-qrati tal-maġistrati ser jiġu assenjati biex jindirizzaw affarijiet ta' dawk li jgħixu barra mill-pajjiż.

10.10.2011

28.

HOSSEINI Dr Mohammad (magħruf bħala: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman

Ministru tal-Kultura u l-Gwida Iżlamika minn Settembru 2009.

Ex-IRGC, kompliċi fir-ripressjoni tal-ġurnalisti.

10.10.2011

29.

MOSLEHI Heydar (magħruf bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

Data tat-Twelid: 1956

Ministru tal-Intelligence.

Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru tal-Intelligence kompla l-prassi ta' detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni mifruxin ta' dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru tal-Intelligence għadu jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta' Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru tal-Intelligence ssoġġettaw lill-ħabsin tas-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali. Bħala l-Ministru tal-Intelligence, Moslehi huwa responsabbli għall-abbużi kontinwi.

10.10.2011


12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda benalassil-M, gamma-ċijalotrina u valifenalat

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7092)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/671/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 80(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva 91/414/KEE għandha tkompli tapplika għal sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel l-14 ta’ Ġunju 2011.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fi Frar 2002 il-Portugall irċieva applikazzjoni mingħand ISAGRO IT għall-inklużjoni tas-sustanza attiva benalassil-M fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/35/KE (3) kkonfermat li d-dokument kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Awwissu tal-2001 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Pytech Chemicals GmbH għall-inklużjoni tas-sustanza attiva gamma-ċijalotrina fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/686/KE (4) kkonfermat li d-dokument kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Settembru tal-2005 l-Ungerija rċeviet applikazzjoni mingħand ISAGRO SpA għall-inklużjoni tas-sustanza attiva valifenalat, preċedentement imsejħa valifenal, fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/586/KE (5) kkonfermat li d-dokument kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-konferma li d-dokumenti kienu kompluti kienet meħtieġa sabiex dawn setgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet relatati mal-valutazzjoni dettaljata tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati b’dik id-Direttiva.

(6)

Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi li pproponew l-applikanti. L-Istati Membri relaturi ressqu l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi rispettivi lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Novembru 2003 (benalassil-M), fil-25 ta’ Jannar 2008 (gamma-ċijalotrina) u fid-19 ta’ Frar 2008 (valifenalat).

(7)

Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni mill-Istati Membri relaturi, instab li kien hemm bżonn li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li l-Istati Membri relaturi jeżaminaw dik l-informazzjoni u jressqu l-evalwazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-eżaminazzjoni tad-dokumenti għadha għaddejja u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni tintemm fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, moqrija flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/579/KE (6) (benalassil-M) u 2009/865/KE (7) (gamma-ċijalotrina).

(8)

Minħabba li sa issa l-evalwazzjoni għadha ma identifikat l-ebda raġuni għal tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, sabiex tkun tista’ titkompla l-eżaminazzjoni tad-dokumenti. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar approvazzjoni possibbli skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għas-sustanzi benalassil-M, gamma-ċjalotrina u valifenalat se jitlestew fi żmien 24 xahar.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi benalassil-M, gamma-ċijalotrina jew valifenalat għal perjodu li jintemm mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 52.

(4)  ĠU L 313, 12.10.2004, p. 21.

(5)  ĠU L 236, 31.8.2006, p. 31.

(6)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 80.

(7)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 100.