ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.263.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 263

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
7 ta' Ottubru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 993/2011 tas-6 ta’ Ottubru 2011 li japprova s-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2011 tas-6 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 995/2011 tas-6 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/652/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/007 AT/Steiermark u Niederösterreich mill-Awstrija)

9

 

 

2011/653/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/008 AT/AT&S mill-Awstrija)

10

 

 

2011/654/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/027 NL/Noord Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Olanda)

11

 

 

2011/655/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2010/028 NL/Overijssel Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

12

 

 

2011/656/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/029 NL/Zuid-Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

13

 

 

2011/657/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EFG/2010/030 NL/ Noord-Holland u l-Flevoland Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

14

 

 

2011/658/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/000 TA 2011 — għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni)

15

 

 

2011/659/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUJUST LEX-IRAQ/2/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

16

 

 

2011/660/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2011 li taħtar sitt membri Pollakki u sitt membri supplenti Pollakki fil-Kumitat tar-Reġjuni

17

 

 

2011/661/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2011 li taħtar tmien membri Spanjoli u għaxar membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

18

 

 

2011/662/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/402/UE dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għaż-żerriegħa tal-fienu u ċertu żerriegħa u fażola impurtata mill-Eġittu (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7027)  ( 1 )

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 993/2011

tas-6 ta’ Ottubru 2011

li japprova s-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). 8-idrossikwinolina hija sustanza attiva li għaliha ġiet ivverifikata l-kompletezza skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu listi ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dawn il-listi kienu jinkludu 8-idrossikwinolina.

(3)

Għal 8-idrossikwinolina ma tressaq ebda dossier komplut fil-limitu ta’ żmien preskritt. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/797/KE tat-22 ta’ Novembru 2006 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (6) ġiet addottata għan-noninklużjoni ta’ 8-idrossikwinolina.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn issa ’l quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura regolari, kif stipulat fl-Artikoli 3 sa 12 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-applikazzjoni ġiet ippreżentata lil Spanja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Dik l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

Spanja evalwat l-informazzjoni mibgħuta u ħejjiet abbozz ta’ rapport ta’ stima. Hija bagħtet dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Awwissu 2009. L-Awtorità kkomunikat l-abbozz ta’ rapport ta’ stima għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità għamlet ukoll l-abbozz ta’ rapport ta’ stima disponibbli għall-pubbliku. Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar l-istima tar-riskju tal-8-idrossikwinolina lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Diċembru 2010 (7). L-abbozz tar-rapport ta’ stima u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fil-15 ta’ Lulju 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għal 8-idrossikwinolina.

(7)

Minn eżamijiet varji li saru, deher li jista’ jkun mistennni li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom 8-idrossikwinolina jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li għalihom ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li 8-idrossikwinolina tiġi approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, l-inklużjoni ta’ ċerti kondizzjonijiet u restrizzjonijiet hija madankollu neċessarja.

(9)

Mingħajr ħsara għall-konklużjoni li 8-idrossikwinolina għandha tiġi approvata huwa partikolarment xieraq li jintalab iktar tagħrif ta’ konferma.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (8), għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attivi

Is-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u d-data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 324, 23.11.2006, p. 8.

(7)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance 8-hydroxyquinoline. Il-Ġurnal tal-EFSA 2011;9(1): 1964 [49 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.1964. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

(8)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

8-idrossikwinolina

Nru CAS

148-24-3 (8-idrossikwinolina)

Nru CIPAC 677

(8-idrossikwinolina)

8-kwinolinol

≥ 990 g/kg

fl-1 ta’ Jannar 2012.

fil-31 ta’ Diċembru 2021.

PARTI A

L-użu bħala funġiċida u batteriċida fis-serer biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar 8-idrossikwinolina, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-15 ta’ Lulju 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għas-sigurtà tal-operatur u jkunu żguri li, fejn huwa meħtieġ, il-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir personali protettiv adattat.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar 8-idrossikwinolina u l-imluħ tagħha għal dak li huwa:

(1)

il-metodu ta’ analiżi għall-arja;

(2)

stabilità ta’ ħażna ġdida li tkopri l-perjodi taż-żmien ta’ ħażna tal-kampjuni kemm mill-istudju tal-metaboliżmu kif ukoll mill-provi tar-residwi ssorveljati.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità tagħrif bħal dan sal-31 ta’ Diċembru 2013.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 540/2011, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“18

8-idrossikwinolina

Nru CAS

148-24-3 (8-idrossikwinolina)

Nru CIPAC 677

(8-idrossikwinolina)

8-kwinolinol

≥ 990 g/kg

fl-1 ta’ Jannar 2012.

Il-31 ta’ Diċembru 2021

PARTI A

L-użu bħala funġiċida u batteriċida fis-serrer biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar 8-idrossikwinolina u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-15 ta’ Lulju 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għas-sigurtà tal-operatur u jkunu żguri li, fejn huwa meħtieġ, il-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir personali protettiv adattat.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar 8-idrossikwinolina u l-imluħ tagħha dwar:

(1)

il-metodu ta’ analiżi għall-arja;

(2)

stabilità ta’ ħażna ġdida li tkopri l-perjodi taż-żmien ta’ ħażna tal-kampjuni kemm mill-istudju tal-metaboliżmu kif ukoll mill-provi tar-residwi ssorveljati.

L-applikant għandu jibgħat din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta’ Diċembru 2013.”


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 994/2011

tas-6 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

54,8

ZZ

54,8

0707 00 05

EG

98,1

MK

44,0

TR

126,8

ZZ

89,6

0709 90 70

TR

118,8

ZZ

118,8

0805 50 10

AR

71,7

BR

41,3

CL

60,5

TR

72,6

UY

68,8

ZA

74,3

ZZ

64,9

0806 10 10

BR

248,7

CL

79,6

EG

65,0

TR

112,5

US

275,5

ZA

65,0

ZZ

141,1

0808 10 80

CL

69,1

CN

86,4

NZ

117,2

US

114,5

ZA

89,8

ZZ

95,4

0808 20 50

CN

56,3

TR

107,9

ZA

60,3

ZZ

74,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 995/2011

tas-6 ta’ Ottubru 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/12 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 980/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 258, 4.10.2011, p. 72.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-7 ta’ Ottubru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

44,91

0,00

1701 11 90  (1)

44,91

1,43

1701 12 10  (1)

44,91

0,00

1701 12 90  (1)

44,91

1,13

1701 91 00  (2)

49,18

2,72

1701 99 10  (2)

49,18

0,00

1701 99 90  (2)

49,18

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/9


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Settembru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/007 AT/Steiermark u Niederösterreich mill-Awstrija)

(2011/652/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa' għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

L-Awstrija ppreżentat applikazzjoni fid-9 ta' Marzu 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEG fir-rigward ta' sensji f'54 impriża fid-Diviżjoni 24, tan-NACE Reviżjoni 2 (“Manifattura ta' metalli bażiċi”) fir-reġjuni kontigwi NUTS II ta' Steiermark (Stirja, AT22) u Niederösterreich (Awstrija t'Isfel, AT12) fl-Awstrija u ssupplementatha b'informazzjoni addizzjonali sas-27 ta' Jannar 2011. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li timmobilizza l-ammont ta' EUR 8 284 908.

(5)

Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Awstrija,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 8 284 908 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/10


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Settembru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/008 AT/AT&S mill-Awstrija)

(2011/653/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ lil ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

L-Awstrija ressqet applikazzjoni fil-11 ta’ Marzu 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji fl-intrapriża AT&S u ssupplementatha b’informazzjoni addizzjonali sat-22 ta’ Frar 2011. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ippreżentat proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 221 128.

(5)

Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Awstrija,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 221 128 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/11


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Settembru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/027 NL/Noord Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Olanda)

(2011/654/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u biex dawn jiġu megħjuna fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ressaq applikazzjoni fl-20 ta’ Diċembru 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji f'14-il impriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (“Stampar u r-riproduzzjoni ta’ media rrekordjata”) fir-reġjun NUTS II ta’ Noord-Brabant (NL41) fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, u ssuplimentaha b'tagħrif addizzjonali sas-7 ta’ Marzu 2011. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 667 823.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 667 823 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/12


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Settembru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2010/028 NL/Overijssel Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

(2011/655/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lil ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ressaq applikazzjoni fl-20 ta’ Diċembru 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji f’disa’ impriżi li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (“Stampar u r-riproduzzjoni ta’ media rrekordjata”) fir-reġjun NUTS II ta’ Overijssel (NL21) fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, u ssuplimentaha b’tagħrif addizzjonali sas-7 ta’ Marzu 2011. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 718 140.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 718 140 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/13


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Settembru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/029 NL/Zuid-Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

(2011/656/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u biex dawn jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu applikazzjoni fl-20 ta’ Diċembru 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji f’52 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (“Stampar u r-riproduzzjoni ta’ media rrekordjata”) fir-reġjuni NUTS II ta’ Zuid-Holland (NL33) u Utrecht (NL31) fil-Pajjiżi l-Baxxi, u ssuplimentawha b’tagħrif addizzjonali sat-3 ta’ Marzu 2011. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 2 649 148.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Pajjiżi l-Baxxi.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 2 649 148 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/14


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Settembru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EFG/2010/030 NL/ Noord-Holland u l-Flevoland Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

(2011/657/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ressaq applikazzjoni fl-20 ta’ Diċembru 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji f’26 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (“stampar u r-riproduzzjoni ta’ media rrekordjata”) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta’ Noord Holland (NL32) u Flevoland (NL23) u ssupplimentha b’tagħrif addizzjonali sat-3 ta’ Marzu 2011. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 1 849 086.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Pajjiżi l-Baxxi.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 849 086 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/15


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Settembru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/000 TA 2011 — għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni)

(2011/658/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u partikolarment il-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu,

wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lil ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għal ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jistipula li 0,35 % tal-ammont massimu annwali jista' jsir disponibbli kull sena għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 610 000.

(5)

Il-FEG għandu, għaldaqstant, jiġi mmobilizzat biex jipprovdi assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 610 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUJUST LEX-IRAQ/2/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

(2011/659/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2010/330/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-iskop tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq (EUJUST LEX-IRAQ), inkluża d-deċiżjoni biex jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tal-Brigadier General László HUSZÁR bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX-IRAQ mill-1 ta’ Ottubru 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier General László HUSZÁR huwa b’dan maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX-IRAQ mill-1 ta’ Ottubru 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 149, 15.6.2010, p. 12.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-3 ta’ Ottubru 2011

li taħtar sitt membri Pollakki u sitt membri supplenti Pollakki fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/660/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Pollakk,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Jacek CZERNIAK, is-Sur Konstanty DOMBROWICZ, is-Sur Marcin JABŁOŃSKI, is-Sur Witold KROCHMAL, is-Sur Marek NAWARA u s-Sur Bogusław ŚMIGIELSKI, saru vakanti s-siġġijiet ta’ sitt membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Jan DZIUBIŃSKI, is-Sur Władysław HUSEJKO, is-Sur Tadeusz KOWALCZYK, is-Sur Andrzej MATUSIEWICZ u s-Sur Robert SOSZYŃSKI, saru vakanti s-siġġijiet ta’ ħames membri supplenti. Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Pawel ADAMOWICZ bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Paweł ADAMOWICZ, Prezydent Miasta Gdańska

Is-Sur Olgierd GEBLEWICZ, Marszałek Województwa Zachodniopomorskiego

Is-Sur Krzysztof HETMAN, Marszałek Województwa Lubelskiego

Is-Sur Witold KROCHMAL, Radny Miasta i Gminy Wołów (bidla fil-mandat)

Is-Sur Marek SOWA, Marszałek Województwa Małopolskiego

Is-Sur Witold STĘPIEŃ, Marszałek Województwa Łódzkiego

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Jacek CZERNIAK, Radny Województwa Lubelskiego

Is-Sur Marcin JABŁOŃSKI, Radny Województwa Lubuskiego

Is-Sur Bogdan DYJUK, Przewodniczący Sejmiku Województwa Podłaskiego

Is-Sur Arkadiusz GODLEWSKI, Przewodniczący Rady Miasta Katowice

Is-Sinjura Teresa KUBAS-HUL, Przewodnicząca Sejmiku Województwa Podkarpackiego

Is-Sinjura Hanna ZDANOWSKA, Prezydent Miasta Łodzi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. FEDAK


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-3 ta' Ottubru 2011

li taħtar tmien membri Spanjoli u għaxar membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/661/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Saru vakanti l-postijiet ta’ tmien membri fil-Kumitat tar-Reġjuni wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur Francesc ANTICH I OLIVER, is-Sur Marcelino IGLESIAS RICOU, is-Sur Vicente ÁLVAREZ ARECES, is-Sinjura Dolores GOROSTIAGA SAIZ, is-Sur José María BARREDA FONTES, is-Sur Guillermo FERNÁNDEZ VARA, is-Sur Miguel SANZ SESMA u s-Sur Francisco CAMPS ORTIZ. Saru vakanti l-postijiet ta’ għaxar membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Alberto GARCÍA CERVIÑO, is-Sinjura Lucía MARTÍN DOMÍNGUEZ, is-Sur Juan Antonio MORALES RODRÍGUEZ, is-Sinjura Elsa CASAS CABELLO, is-Sinjura Esther MONTERRUBIO VILLAR, is-Sur Javier VELASCO MANCEBO, is-Sur Luisa ARAÚJO CHAMORRO, is-Sur Antonio GONZÁLEZ TEROL, is-Sur Alberto CATALÁN HIGUERAS u s-Sur Rafael RIPOLL NAVARRO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fil-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sinjura Luisa Fernanda RUDI ÚBEDA, Presidenta del Gobierno de Aragón

Is-Sur Francisco ÁLVAREZ-CASCOS FERNÁNDEZ, Presidente del Principado de Asturias

Is-Sur José Ramón BAUZÁ DÍAZ, Presidente del Gobierno de las Illes Balears

Is-Sur Juan Ignacio DIEGO PALACIOS, Presidente del Gobierno de Cantabria

Is-Sinjura Dolores de COSPEDAL GARCÍA, Presidenta de la Junta de Comunidades de astilla-La Mancha

Is-Sur José Antonio MONAGO TERRAZA, Presidente de la Junta de Extremadura

Is-Sinjura María Yolanda BARCINA ANGULO, Presidenta de la Comunidad Foral de Navarra

Is-Sur Alberto FABRA PART, Presidente de la Comunidad Valenciana

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Roberto Pablo BERMÚDEZ DE CASTRO MUR, Consejero de Presidencia del Gobierno de Aragón

Is-Sur José PORTILLA GONZÁLEZ, Viceconsejero de Relaciones Institucionales de la Presidencia del Principado de Asturias

Is-Sur Javier GONZÁLEZ ORTIZ, Consejero de Economía, Hacienda y Seguridad del Gobierno de Canarias

Is-Sinjura Cristina MAZAS PÉREZ-OLEAGA, Consejera de Economía, Hacienda y Empleo de la Comunidad Autónoma de Cantabria

Is-Sur Timoteo MARTÍNEZ AGUADO, Viceconsejero de Economía de la Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha

Is-Sinjura Cristina Elena TENIENTE SÁNCHEZ, Vicepresidenta y Portavoz de la Junta de Extremadura

Is-Sur Borja COROMINAS FISAS, Director General de Asuntos Europeos y Cooperación con el Estado de la Comunidad de Madrid

Is-Sinjura Carmen María SANDOVAL SÁNCHEZ, Directora General de la Unión Europea y Relaciones Exteriores de la Región de Murcia

Is-Sur Juan Luis SÁNCHEZ DE MUNIÁIN LACASIA, Consejero de Cultura, Turismo y Relaciones Institucionales de la Comunidad Foral de Navarra

Is-Sinjura María Victoria PALAU TÁRREGA, Directora General de Relaciones con la Unión Europea de la Comunidad Valenciana

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. FEDAK


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/402/UE dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għaż-żerriegħa tal-fienu u ċertu żerriegħa u fażola impurtata mill-Eġittu

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7027)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/662/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) u l-Artikolu 53(1)(b)(iii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel u l-għalf b’mod ġenerali, u b’mod partikolari, is-sikurezza tal-ikel u l-għalf fuq livell tal-Unjoni u nazzjonali. Dan jistipula miżuri ta’ emerġenza meta huwa evidenti li ikel jew għalf impurtat minn pajjiż terz huwa mistenni li jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u li tali riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i).

(2)

Ċerti lottijiet taż-żerriegħa tal-fienu mill-Eġittu ġew identifikati bħala l-aġent li kkawża t-tifqigħa fl-UE, ta’ tossina Shiga li tipproduċi batterji Escherichia coli (STEC), serotip O104:H4. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/402/UE tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għaż-żerriegħa tal-fienu u ċertu żerriegħa u fażola impurtata mill-Eġittu (2) introduċiet projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ kodiċi speċifiċi tat-taxxa li huma elenkati fl-Anness.

(3)

Mill-21 ta’ Awwissu sal-25 ta’ Awwissu 2011 l-Uffiċju għall-Ikel u s-Servizzi Veterinarji tal-Kummissjoni mexxa verifika fl-Eġittu sabiex ikun jista’ jasal għas-sors possibbli tal-infezzjoni tat-tifqigħat riċenti tal-E. coli (serotip O104:H4) fin-naħa ta’ fuq tal-Ġermanja u f’Bordeaux, Franza, u sabiex jevalwa l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ipproċessar taż-żerriegħa suspettata.

(4)

Filwaqt li s-sejbiet tal-verifika u l-azzjonijiet li qed jieħu l-Eġittu għadhom qegħdin jiġu riveduti, ġew identifikati nuqqasijiet fil-produzzjoni ta’ żerriegħa għall-konsum uman li setgħet potenzjalment nibtet. Madankollu, dawn l-istess nuqqasijiet ma kinux preżenti fil-postijiet tal-produzzjoni ta’ ħxejjex leguminużi friski għall-konsum uman dirett. Barra minn hekk, peress li l-kummerċ tal-ħxejjex leguminużi friski jew imkessħin isir meta ż-żerriegħa tkun għadha ma saritx, żerriegħa bħal din ma tkunx tista’ tintuża għat-tinbit.

(5)

Ħxejjex leguminużi friski jew imkessħin għajr għan-nebbieta, importati mill-Eġittu, m’għandhomx għalfejn jibqgħu jiġu kkunsidrati bħala riskju għas-sikurezza tal-ikel u għandhom jerġgħu jingħataw l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni. Il-miżuri ta’ emerġenza fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/402/UE għandhom għaldaqstant, jiġu riveduti abbażi ta’ din l-informazzjoni. L-anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/402/UE għandu jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/402/UE tagħmel differenza bejn żerriegħa tal-mustarda għaż-żriegħ u żerriegħa oħra tal-mustarda taħt il-kodiċi NM 1207 50. Peress li din iż-żerriegħa tirrappreżenta ż-żerriegħa kollha ta’ taħt il-kodiċi NM 1207 50, il-kliem tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/402/UE għandu jiġi ssimplifikat. Apparti dan, is-sekwenza tal-kodiċi NM għandha titranġa biex tkun f’konformità man-nomenklatura tal-kodiċi doganali.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/402/UE għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 7.7.2011, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

Żerriegħa u fażola li l-importazzjoni tagħhom mill-Eġittu hija projbita sal-31 ta’ Ottubru 2011

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0704 90 90

Nebbieta tar-rukola

ex 0706 90 90

Nebbieta tal-pitravi, nebbieta tar-ravanell

ex 0708

Nebbieta ta’ ħxejjex leguminużi, friski jew imkessħin

ex 0709 90 90

Nebbieta taż-żerriegħa tas-sojja

0713

Ħxejjex leguminużi mnixxfa, bil-qoxra, sew jekk imqaxxrin u sew jekk maqsumin

0910 99 10

Żerriegħa tal-fienu

1201 00

Żerriegħa tas-sojja, sew jekk imkissra u sew jekk le

1207 50

Żerriegħa tal-mustarda

1207 99 97

Żerriegħa oħra taż-żejt u frott żejtni, sew jekk imkisser kif ukoll jekk le

1209 10 00

Żerriegħa tal-pitrava taz-zokkor

1209 21 00

Żerriegħa tax-xnien (alfalfa)

1209 91

Żerriegħa tal-ħaxix

ex 1214 90 90

Nebbieta tax-xnien (alfalfa)”