|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.259.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2011/634/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
4.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 954/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Settembru 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (3) jistipula l-kundizzjonijiet li huma suġġetti għalihom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri nominati bħala responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi biex jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni sabiex jaċċertaw il-konformità ma’ dawn il-liġijiet u l-funzjonament mingħajr tfixkil tas-suq intern, u sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. |
|
(2) |
Il-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jiddefinixxi “il-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi” bħala d-Direttivi, kif trasposti fl-ordni legali interna tal-Istati Membri, u r-Regolamenti elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament (“l-Anness”). |
|
(3) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, diversi atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness ġew imħassra, u ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida. |
|
(4) |
Id-Direttiva 84/450/KEE (4) ġiet imħassra u sostitwita mid-Direttiva 2006/114/KE (5). Għaldaqstant ir-referenza għad-Direttiva 84/450/KEE għandha titneħħa mill-Anness u tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikoli speċifiċi tad-Direttiva 2006/114/KE li għandhom l-għan li jħarsu l-interessi tal-konsumaturi. |
|
(5) |
Filwaqt li d-Direttiva 87/102/KEE (6) ġiet imħassra u sostitwita bid-Direttiva 2008/48/KE (7), id-Direttiva 2008/48/KE ma tiddikjarax b'mod espress li r-referenzi għad-Direttiva 87/102/KEE mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għad-Direttiva 2008/48/KE. Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, ir-referenza għad-Direttiva 87/102/KEE fl-Anness għandha għaldaqstant tiġi sostitwita b'referenza għad-Direttiva 2008/48/KE. |
|
(6) |
Id-Direttiva 89/552/KEE (8) ġiet irrevokata u sostitwita bid-Direttiva 2010/13/UE (9). Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2010/13/UE, ir-referenzi għad-Direttiva 89/552/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-Direttiva 2010/13/UE. Madankollu għall-fini ta’ ċarezza, ir-referenza għad-Direttiva 89/552/KEE fl-Anness għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikoli relevanti tad-Direttiva 2010/13/UE. |
|
(7) |
Id-Direttiva 93/13/KEE (10) ma kinitx emendata bid-Deċiżjoni tal-2002/995/KE (11) u r-referenza għal dik id-Deċiżjoni għandha titneħħa mill-Anness. |
|
(8) |
Id-Direttiva 94/47/KE (12) ġiet imħassra u sostitwita bid-Direttiva 2008/122/KE (13). Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/122/KE, ir-referenzi għad-Direttiva 94/47/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-Direttiva 2008/122/KE. Madankollu għall-fini ta’ ċarezza, ir-referenza għad-Direttiva 94/47/KE fl-Anness għandha tiġi sostitwita b'referenza għad-Direttiva 2008/122/KE. |
|
(9) |
Id-Direttiva 97/55/KE (14) hija Direttiva ta’ emenda għad-Direttiva rrevokata 84/450/KEE. Għaldaqstant, ir-referenza għad-Direttiva 97/55/KEE għandha titneħħa mill-Anness. |
|
(10) |
L-Anness għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(11) |
Jeħtieġ li ssir evalwazzjoni tal-effikaċja u tal-mekkaniżmi operattivi tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u li tiġi eżaminata b’mod komprensiv il-possibbiltà li jiġu inklużi fl-Anness liġijiet addizzjonali li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, bil-ħsieb li dak ir-Regolament jiġi rivedut ħalli l-awtoritajiet pubbliċi tal-infurzar jingħatawlhom mezzi mtejba biex bihom b’mod effikaċi jikxfu, jinvestigaw u jġibu fi tmiemhom jew jipprojbixxu infrazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi kollettivi tal-konsumaturi f’sitwazzjonijiet transkonfinali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mill-aktar fis u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk ikun hemm lokha, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 21a Reviżjoni Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li għandu jivvaluta l-effikaċja u l-mekkaniżmi operattivi ta’ dar-Regolament u jeżamina b’mod komprensiv il-possibbiltà li jiġu inklużi fl-Anness liġijiet addizzjonali li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq evalwazzjoni esterna u fuq konsultazzjoni estiża tal-partijiet interessati relevanti kollha, u miegħu għandha ssir proposta leġiżlattiva, jekk ikun hemm lokha.”; |
|
(2) |
l-Anness qed jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Settembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) Opinjoni mressqa fil-5 ta’ Mejju 2011 (ĠU C 218, 23.7.2011, p. 69).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2011.
(3) Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE tal-10 ta’ Settembru 1984 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17).
(5) Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU L 42, 12.2.1987, p. 48).
(7) Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
(8) Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23).
(9) Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/995/KE tad-9 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi miżuri interim ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali għall-konsum personali (ĠU L 353, 30.12.2002, p. 1).
(12) Id-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-propjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare. (ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83).
(13) Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).
(14) Id-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1997 li temenda d-Direttiva 84/450/KEE dwar reklamar qarrieqi sabiex tinkludi reklamar komparattiv (ĠU L 290, 23.10.1997, p. 18).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 hu b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
in-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) tinbidel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punti 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(4) |
il-punti 6 u 7 jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(5) |
il-punt 9 jitħassar. |
|
4.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/5 |
REGOLAMENT (UE) Nru 955/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Settembru 2011
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 dwar il-prova tal-oriġini ta’ ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta’ din il-prova, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 (2) jipprevedi regoli dwar prova tal-oriġini għal ċerti prodotti tat-tessuti li joriġinaw f’pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet, protokolli jew arranġamenti oħra bilaterali dwar it-tessuti, u għal prodotti tat-tessuti li fir-rigward tagħhom l-Unjoni stabbiliet sistema ta’ sorveljanza sabiex tissorvelja t-tendenzi fl-importazzjonijiet tal-prodotti, jew li għalihom tapplika miżuri speċjali ta’ salvagwardja. |
|
(2) |
Minn mindu ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1541/98 saru għadd ta’ żviluppi maġġuri. Il-miżuri ta’ importazzjoni applikati mill-Unjoni għal prodotti tat-tessuti li jaqgħu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda naqsu gradwalment fl-għadd u l-impatt tagħhom u issa huma ta’ natura residwa, kemm f’termini tal-intestaturi tan-Nomenklatura Magħquda koperti kif ukoll tal-pajjiżi kkonċernati. |
|
(3) |
L-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3) jipprevedi li l-awtoritajiet doganali jistgħu, fil-każ ta’ dubji serji, jitolbu kwalunkwe prova addizzjonali tal-oriġini. |
|
(4) |
Fil-każi kollha, il-pajjiż tal-oriġini ta’ prodotti importati għandu jiġi indikat fil-kaxxa 34 tad-Dokument Amministrattiv Uniku, li għandu jiġi kompletat skont in-Noti ta’ Spjegazzjoni dwar id-Dokument Amministrattiv Uniku fl-Anness 37 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4). Din l-indikazzjoni hija soġġetta għall-proċeduri ta’ verifika normali, li jinkludu l-possibbiltà li l-awtoritajiet doganali jeħtieġu prova addizzjonali, fejn xieraq, fuq bażi ta’ każ b’każ. |
|
(5) |
L-obbligu li wieħed jipprovdi prova tal-oriġini addizzjonali, fuq bażi sistematika, għall-prodotti tat-tessuti msemmija fil-premessa 1 sar sproporzjonat meta mqabbel mal-għan tiegħu, li huwa li jissupplimenta ċerti miżuri ta’ importazzjoni li fil-prattika m’għadhomx jintużaw. B'hekk dan l-obbligu jpoġġi piż mhux neċessarju fuq operaturi ekonomiċi. |
|
(6) |
Peress li l-prodotti tat-tessuti kkonċernati jistgħu jiġu importati mingħajr l-ebda restrizzjoni u l-awtoritajiet doganali jistgħu, kif imsemmi fil-premessa 4, jeħtieġu informazzjoni addizzjonali, b’mod notevoli fil-każ li jkun hemm dubju dwar l-oriġini ta’ prodotti importati, m’għadx hemm bżonn jinżammu r-rekwiżiti amministrattivi addizzjonali previsti fir-Regolament (KE) Nru 1541/98. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1541/98 għandu għalhekk jitħassar. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 (5) li jistipula li l-prova tal-oriġini b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1541/98 tista’ tiġi aċċettata f’ċerti każi għandu jiġi emendat kif inhu xieraq, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1541/98 qed jiġi b'dan imħassar.
Artikolu 2
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(6) tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 it-tieni sentenza qed tiġi mħassra.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Settembru 2011.
F’isem il-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
F’isem il-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2011.
(2) ĠU L 202, 18.7.1998, p. 11.
(3) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
4.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Mejju 2011
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw
(2011/634/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) u (4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2010 l-konferenza tan-negozjar, stabbilita taħt l-awspiċi tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, approvat it-test tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
Il-Ftehim ġie nnegozjat sabiex jissostitwixxi l-Ftehim Internazzjonali tal-2001 dwar il-Kawkaw (“il-Ftehim tal-2001”) li ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2012. L-Unjoni hija parti għall-Ftehim tal-2001 u għalhekk huwa fl-interess tagħha li tiffirma u tikkonkludi l-Ftehim li jissostitwixxih. |
|
(3) |
Il-Ftehim huwa miftuħ għall-iffirmar mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2012 u l-istrumenti ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni jistgħu jiġu depożitati matul l-istess perijodu. |
|
(4) |
L-għanijiet tal-Ftehim jaqgħu taħt il-politika kummerċjali komuni; |
|
(5) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (“il-Ftehim”) b’dan huma awtorizzat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni
Artikolu 3
Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja (1), sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
L-Unjoni għandha tgħarraf lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-intenzjoni tagħha li tapplika provviżorjament il-Ftehim, skont l-Artikolu 56 tiegħu
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
FAZEKAS S.
(1) Id-data minn meta l-Ftehim jibda japplika provviżorjament għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
TRADUZZJONI
FTEHIM INTERNAZZJONALI DWAR IL-KAWKAW, 2010
PREAMBOLU
IL-PARTIJIET GĦAL DAN IL-FTEHIM,
|
(a) |
KONXJI mill-kontribut tas-settur tal-kawkaw lejn it-tnaqqis tal-faqar u lejn it-twettiq tal-għanijiet ta’ żvilupp miftiehma fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDG); |
|
(b) |
KONXJI mill-importanza tal-kawkaw u l-kummerċ tiegħu għall-ekonomija tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, bħala sorsi ta’ dħul għall-popli tagħhom, u konxji mill-kontribut globali tal-kummerċ tal-kawkaw għall-qligħ tagħhom mill-esportazzjonijiet u għall-elaborazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom; |
|
(c) |
KONXJI mill-importanza tas-settur tal-kawkaw għall-għixien ta’ miljuni ta’ persuni, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fejn il-produzzjoni tal-kawkaw tirrappreżenta sors ewlieni dirett ta’ dħul għall-produtturi ż-żgħar; |
|
(d) |
KONXJI mill-fatt li kooperazzjoni internazzjonali stretta dwar il-kwistjonijiet relatati mal-kawkaw u li djalogu permanenti bejn l-atturi kollha tal-katina ta’ valur tal-kawkaw jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija dinjija tal- kawkaw; |
|
(e) |
KONXJI mill-importanza ta’ sħubijiet strateġiċi bejn il-Membri esportaturi u l-Membri importaturi sabiex tinkiseb ekonomija sostenibbli tal-kawkaw; |
|
(f) |
KONXJI mill-ħtieġa li tkun assigurata t-trasparenza fis-suq internazzjonali tal-kawkaw, fl-interess reċiproku tal-produtturi u tal-konsumaturi; |
|
(g) |
KONXJI mill-kontribuzzjoni tal-Ftehimiet Internazzjonali preċedenti dwar il-Kawkaw tal-1972, 1975, 1980, 1986, 1993 u l-2001, għall-iżvilupp tal-ekonomija dinjija tal-kawkaw, |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
KAPITOLU 1
GĦANIJIET
Artikolu 1
Għanijiet
Bl-għan li tissaħħaħ l-industrija dinjija tal-kawkaw, u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli tagħha u jiżdiedu l-vantaġġi għall-partijiet interessati kollha, l-għanijiet tas-Seba’ Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw huma:
|
(a) |
Li jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali fl-ekonomija dinjija tal-kawkaw; |
|
(b) |
Li jipprovdi qafas xieraq għad-diskussjoni tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-kawkaw bejn il-gvernijiet, u mas-settur privat; |
|
(c) |
Li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ekonomija nazzjonali tal-kawkaw tal-pajjiżi Membri, permezz tal-elaborazzjoni, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ proġetti xierqa li għandhom jintbagħtu lill-istituzzjonijiet kompetenti bl-għan li jiġu ffinanzjati u implimentati u r-riċerka ta’ fondi għall-proġetti li jibbenefikaw lill-Membri u lill-ekonomija dinjija tal-kawkaw; |
|
(d) |
Li jipprova jikseb prezzijiet ġusti li joħolqu dħul ġust għall-produtturi u l-konsumaturi fil-katina ta’ valur tal-kawkaw, u jikkontribwixxi lejn żvilupp bilanċjat tal-ekonomija dinjija tal-kawkaw, fl-interess tal-Membri kollha; |
|
(e) |
Li jippromwovi l-ekonomija sostenibbli tal-kawkaw fil-livell ekonomiku, soċjali u ambjentali; |
|
(f) |
Li jinkoraġġixxi r-riċerka u l-applikazzjoni tar-riżultati tagħha permezz tal-promozzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ u ta’ informazzjoni li jippermettu t-trasferiment lill-Membri ta’ teknoloġiji adattati għall-kawkaw; |
|
(g) |
Li jippromwovi t-trasparenza fl-ekonomija dinjija tal-kawkaw, u b’mod partikolari fil-kummerċ tal-kawkaw, permezz tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ statistika rilevanti u t-twettiq ta’ studji xierqa, kif ukoll li jippromwovi t-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ; |
|
(h) |
Li jippromwovi u jħeġġeġ il-konsum taċ-ċikkulata u tal-prodotti bbażati fuq il-kawkaw sabiex tiżdied id-domanda għall-kawkaw, inter alia billi jippromwovi l-proprjetajiet tal-kawkaw, inklużi l-effetti tajbin għas-saħħa, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-settur privat; |
|
(i) |
Li jħeġġeġ lill-Membri sabiex jippromwovu l-kwalità tal-kawkaw u jiżviluppaw proċeduri xierqa ta’ sigurtà fl-ikel fis-settur tal-kawkaw; |
|
(j) |
Li jħeġġeġ lill-Membri sabiex jelaboraw u jimplimentaw strateġiji li jippermettu li jsaħħu l-kapaċità tal-komunitajiet lokali u tal-produtturi ż-żgħar sabiex jibbenefikaw mill-produzzjoni tal-kawkaw, u jikkontribwixxi għalhekk għat-tnaqqis tal-faqar; |
|
(k) |
Li jiffaċilita d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar l-istrumenti u s-servizzi finanzjarji li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-produtturi tal-kawkaw, b’mod partikolari l-aċċess għall-kreditu u l-metodi ta’ ġestjoni tar-riskji. |
KAPITOLU II
DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
|
1. |
Kawkaw tfisser iż-żerriegħa tal-kawkaw u l-prodotti derivati mill-kawkaw; |
|
2. |
Kawkaw fin (“fine” jew “flavour”) tfisser il-kawkaw li t-togħma u l-kulur tiegħu huma meqjusa bħala eċċezzjonali u li jiġi prodott fil-pajjiżi elenkati fl-Anness C ta’ dan il-Ftehim; |
|
3. |
Prodotti derivati mill-kawkaw tfisser il-prodotti magħmulin esklużivament miż-żerriegħa tal-kawkaw, bħal pejst/likuri tal-kawkaw, butir tal-kawkaw, trab tal-kawkaw mingħajr iż-żieda ta’ zokkor, kejkijiet tal-kawkaw u żerriegħa tal-kawkaw imneħħija minn ġol-qoxra; |
|
4. |
Iċ-ċikkulata u l-prodotti taċ-ċikkulata huma l-prodotti magħmula miż-żerriegħa tal-kawkaw, skont l-istandard tal-Codex Alimentarius dwar iċ-ċikkulata u l-prodotti taċ-ċikkulata; |
|
5. |
Ħażniet taż-żerriegħa tal-kawkaw tfisser iż-żerriegħa niexfa kollha tal-kawkaw identifikata fl-aħħar jum tas-sena tal-kawkaw (it-30 ta’ Settembru), irrispettivament mis-sit tal-ħażna, is-sid jew l-użu li għalih hija maħsuba; |
|
6. |
Sena tal-kawkaw tfisser il-perijodu ta’ tnax-il xahar mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru inkluż; |
|
7. |
Organizzazzjoni tfisser l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw imsemmija fl-Artikolu 3; |
|
8. |
Kunsill tfisser il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw imsemmi fl-Artikolu 6; |
|
9. |
LParti kontraenti tfisser Gvern, l-Unjoni Ewropea jew organizzazzjoni intergovernattiva kif previst fl-Artikolu 4, li aċċettaw li tintrabtu provviżorjament jew definittivament minn dan il-Ftehim; |
|
10. |
Membru tfisser Parti kontraent skont id-definizzjoni mogħtija hawn fuq; |
|
11. |
Pajjiż importatur jew Membru importatur tfisser rispettivament pajjiż jew Membru li l-importazzjonijiet tiegħu tal-kawkaw espressi bħala żerriegħa tal-kawkaw jaqbżu l-esportazzjonijiet tiegħu; |
|
12. |
Pajjiż esportatur jew Membru esportatur tfisser rispettivament pajjiż jew Membru li l-esportazzjonijiet tiegħu tal-kawkaw espressi bħala żerriegħa tal-kawkaw jaqbżu l-importazzjonijiet tiegħu. Madankollu, pajjiż produttur tal-kawkaw li l-importazzjonijiet tal-kawkaw tiegħu, espressi bħala żerriegħa tal-kawkaw, jaqbżu l-esportazzjonijiet, iżda li l-produzzjoni tiegħu taqbeż l-importazzjonijiet jew li l-produzzjoni tiegħu taqbeż il-konsum domestiku apparenti tal-kawkaw (1), jista’, jekk irid, ikun Membru esportatur; |
|
13. |
Esportazzjonijiet tal-kawkaw tfisser il-kawkaw kollu li jħalli t-territorju doganali ta’ kwalunkwe pajjiż, u importazzjonijiet tal-kawkaw tfisser il-kawkaw kollu li jidħol fit-territorju doganali ta’ kwalunkwe pajjiż, mifhum li għall-finijiet ta’ dawn id-definizzjonijiet it-territorju doganali, fil-każ ta’ Membru li għandu aktar minn territorju doganali wieħed, jitqies li jirreferi għat-territorji doganali kollha ta’ dan il-Membru; |
|
14. |
Ekonomija sostenibbli tal-kawkaw timplika katina ta’ valur integrata li fiha l-atturi kollha jiżviluppaw u jippromwovu politiki xierqa sabiex jilħqu livelli ta’ produzzjoni, ipproċessar u konsum li huma ekonomikament vijabbli, ekoloġikament raġonevoli u soċjalmenti responsabbli, fl-interess tal-ġenerazzjonijiet attwali u dawk futuri, bl-għan li jtejbu l-produttività u l-profittabbiltà fil-katina ta’ valur tal-kawkaw għall-atturi kollha kkonċernati, b’mod partikolari l-produtturi ż-żgħar; |
|
15. |
Is-settur privat jinkludi l-entitajiet privati kollha li għandhom l-attivitajiet ewlenin fis-settur tal-kawkaw. Dan jinkludi l-bdiewa, il-kummerċanti, il-proċessuri, il-manifatturi u l-istituti ta’ riċerka. Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, is-settur privat jinkludi wkoll l-impriżi pubbliċi, l-aġenziji, u l-istabbilimenti pubbliċi, li jaqdu rwolijiet mogħtija lill-entitajiet privati f’pajjiżi oħra; |
|
16. |
Il-prezz indikatur huwa l-indikatur rappreżentattiv tal-prezz internazzjonali tal-kawkaw użat għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim u kkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33; |
|
17. |
Drittijiet Speċjali għall-Ġbid (SDR) tfisser id-drittijiet speċjali għall-ġbid mill-Fond Monetarju Internazzjonali; |
|
18. |
Tunnellata tindika toqol ta’ 1 000 kilogramma jew 2 204,6 libbra u libbra tfisser 453,597 gramma; |
|
19. |
maġġoranza sempliċi ddistribwita tfisser il-maġġoranza tal-voti mitfugħa mill-Membri esportaturi u l-maġġoranza tal-voti mitfugħa mill-Membri importaturi, magħduda separatament; |
|
20. |
Vot speċjali tfisser iż-żewġ terzi tal-voti mitfugħa mill-Membri esportaturi u ż-żewġ terzi tal-voti mitfugħa mill-Membri importaturi, magħduda separatament, kemm-il darba ta’ mill-inqas ħames Membri esportaturi u maġġoranza ta’ Membri importaturi jkunu preżenti; |
|
21. |
Dħul fis-seħħ tfisser, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, id-data li fiha dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ, kemm provviżorjament kif ukoll definittivament. |
KAPITOLU III
L-ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI TAL-KAWKAW (ICCO)
Artikolu 3
Il-kwartieri ġenerali u l-istruttura tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw
1. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw stabbilita mill-Ftehim Internazzjonali tal-Kawkaw tal-1972 għandha tkompli topera; din għandha tassigura l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tissorvelja l-applikazzjoni tiegħu.
2. Il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni għandu jkun dejjem f’territorju ta’ pajjiż Membru.
3. Il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni għandu jkun f’Londra sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.
4. L-Organizzazzjoni għandha topera permezz ta’:
|
(a) |
Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw, li huwa l-awtorità suprema tal-Organizzazzjoni; |
|
(b) |
Korpi sussidjarji tal-Kunsill, inkluż il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju, il-Kumitat Ekonomiku, il-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw u kwalunkwe kumitat ieħor imwaqqaf mill-Kunsill; u |
|
(c) |
Is-Segretarjat. |
Artikolu 4
Il-Membri tal-Organizzazzjoni
1. Kull Parti kontraenti għandha tkun Membru tal-Organizzazzjoni.
2. Għandu jkun hemm żewġ kategoriji ta’ Membri fl-Organizzazzjoni, jiġifieri:
|
(a) |
Il-Membri esportaturi; u |
|
(b) |
Il-Membri importaturi. |
3. Membru jista’ jibdel il-kategorija tiegħu skont il-kondizzjonijiet li l-Kunsill jista’ jistabbilixxi.
4. Żewġ Partijiet kontraenti jew aktar jistgħu, permezz ta’ notifika xierqa lill-Kunsill u lid-depożitarju, li tidħol fis-seħħ fid-data indikata mill-Partijiet kontraenti kkonċernati u skont il-kondizzjonijiet miftiehma mill-Kunsill, jiddikjaraw li huma qegħdin jipparteċipaw fl-Organizzazzjoni bħala grupp Membru.
5. Kull referenza f’dan il-Ftehim għal “Gvern” jew “Gvernijiet” għandha titqies li tinkludi l-Unjoni Ewropea u kull organizzazzjoni intergovernattiva li għandha responsabbiltajiet simili fin-negozjar, il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, b’mod partikolari ftehimiet dwar il-prodotti bażiċi. Għalhekk, kull referenza f’dan il-Ftehim għall-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew għan-notifika tal-applikazzjoni provviżorja jew għall-adeżjoni għandha, fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet intergovernattivi, titqies li tinkludi referenza għall-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew għan-notifika tal-applikazzjoni provviżorja, jew għall-adeżjoni, mit-tali organizzazzjonijiet intergovernattivi.
6. Fil-każ ta’ votazzjoni dwar kwistjonijiet taħt il-kompetenzi tagħhom, dawk l-organizzazzjonijiet intergovernattivi għandhom jivvotaw b’numru ta’ voti daqs in-numru totali tal-voti attribwiti lill-Istati Membri tagħhom skont l-Artikolu 10. F’dawk il-każijiet, l-Istati membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet intergovernattivi m’għandhomx jeżerċitaw id-drittijiet individwali tal-vot tagħhom.
Artikolu 5
Privileġġi u immunitajiet
1. L-Organizzazzjoni għandu jkollha personalità ġuridika. B’mod partikolari, għandu jkollha l-kapaċità li tikkuntratta, takkwista u tneħħi proprjetà mobbli u immobbli u li tibda proċedimenti ġudizzjarji.
2. L-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Organizzazzjoni, tad-Direttur Eżekuttiv tagħha, il-persunal u l-esperti tagħha, u r-rappreżentanti tal-Membri waqt li qegħdin fit-territorju tal-gvern ospitanti bil-għan li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, għandhom ikomplu jkunu rregolati mill-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali konkluż bejn il-Gvern ospitanti u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw.
3. Il-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun indipendenti minn dan il-Ftehim. Madankollu, għandu jintemm:
|
(a) |
Skont id-dispożizzjonijiet previsti mill-imsemmi Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali; |
|
(b) |
Fil-każ li l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni jkunu ttrasferiti ‘l barra mit-territorju tal-Gvern ospitanti; jew |
|
(c) |
Fil-każ li l-Organizzazzjoni ma tibqax teżisti. |
4. L-Organizzazzjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ Membru wieħed jew aktar li għandhom ikunu approvati mill-Kunsill fir-rigward tal-privileġġi u l-immunitajiet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-funzjonament tajjeb ta’ dan il-Ftehim.
KAPITOLU IV
IL-KUNSILL INTERNAZZJONALI TAL-KAWKAW
Artikolu 6
Il-komposizzjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw
1. Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw għandu jikkonsisti mill-Membri kollha tal-Organizzazzjoni.
2. Il-Membru għandhom ikunu rrappreżentat waqt il-laqgħat tal-Kunsill minn rappreżentanti debitament akkreditati.
Artikolu 7
Setgħat u funzjonijiet tal-Kunsill
1. Il-Kunsill għandu jeżerċita s-setgħat kollha u jwettaq jew jissorvelja l-qadi tal- funzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jitwettqu d-dispożizzjonijiet espressi taħt dan il-Ftehim.
2. Il-Kunsill ma għandux is-setgħa, u lanqas ma għandu jitqies li kien awtorizzat mill-Membri, li jidħol għal xi obbligu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari, ma jkollux il-kapaċità li jissellef il-flus. Biex jeżerċita l-kapaċità tiegħu li jikkuntratta, il-Kunsill għandu jdaħħal fil-kuntratti tiegħu l-kondizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni u tal-Artikolu 23 b’tali mod li jġibhom għall-attenzjoni tal-partijiet l-oħrajn għall-kuntratti; madankollu, jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jiddaħlux, il-kuntratt ma għandux jitqies invalidat u l-Kunsill ma għandux jitqies li eċċeda s-setgħat mogħtija lilu.
3. Il-Kunsill għandu jadotta r-Regolamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kumpatibbli magħhom, inklużi r-regoli ta’ proċedura tiegħu u dawk tal-kumitati tiegħu, ir-Regolament finanzjarju u r-Regolament dwar il-persunal tal-Organizzazzjoni. Dan jista’ jipprovdi, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, proċedura li tippermettilu jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet partikolari mingħajr ma jiltaqa’.
4. Il-Kunsill għandu jżomm ir-rekords meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet mogħtija lilu taħt dan il-Ftehim u kwalunkwe rekords oħrajn li huwa jqis xierqa.
5. Il-Kunsill jista’ joħloq il-gruppi kollha ta’ ħidma meħtieġa sabiex jgħinuh fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu.
Artikolu 8
Il-President u l-Viċi President tal-Kunsill
1. Il-Kunsill għandu jeleġġi kull sena tal-kawkaw President u Viċi President, li ma jitħallsux mill-Organizzazzjoni.
2. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri esportaturi jew minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri importaturi. Iż-żewġ kategoriji għandhom jiġu alternati, kull sena tal-kawkaw.
3. Fl-assenza temporanja u fl-istess ħin tal-President u tal-Viċi President jew f’każ ta’ assenza permanenti ta’ wieħed minnhom jew tat-tnejn, il-Kunsill jista’ jeleġġi uffiċjali ġodda li jwettqu dawn il-funzjonijiet minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri esportaturi jew minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri importaturi, kif ikun xieraq, fuq bażi temporanja jew permanenti skont kif ikun meħtieġ.
4. La l-President u lanqas ebda Membru tal-Bord li jippresjedi laqgħa tal-Kunsill ma għandu jivvota. Membru tad-delegazzjoni tiegħu jista’ jeżerċita d-drittijiet tal-vot tal-Membru li jirrappreżenta.
Artikolu 9
Seduti tal-Kunsill
1. Bħala regola ġenerali, il-Kunsill għandu jkollu seduta regolari f’kull nofs sena tal-kawkaw.
2. Il-Kunsill jista’ jiltaqa’ f’seduti speċjali kull meta jiddeċiedi hekk jew fuq it-talba ta’:
|
(a) |
Kwalunkwe ħames Membri; |
|
(b) |
Mill-inqas żewġ Membri li għandhom mill-inqas 200 vot; |
|
(c) |
Id-Direttur Eżekuttiv, għall-finijiet tal-Artikoli 22 u 59. |
3. Is-seduti tal-Kunsill għandhom ikunu mħabbra mill-inqas tletin jum tal-kalendarju minn qabel, ħlief f’każ ta’ emerġenza, fejn l-avviż għandu jkun mill-inqas ta’ ħmistax-il jum.
4. Is-seduti għandhom isiru fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kunsill jiddeċiedi li jiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, skont ir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.
Artikolu 10
Voti
1. Il-Membri esportaturi għandhom ikollhom flimkien 1 000 vot u l-Membri importaturi għandhom ikollhom flimkien 1 000 vot. Dawn il-voti għandhom ikunu mqassma f’kull kategorija tal-Membri, jiġifieri dik tal-Membri esportaturi u dik tal-Membri importaturi, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-Artikolu.
2. Għal kull sena tal-kawkaw, il-voti tal-Membri esportaturi għandhom jitqassmu kif ġej: kull membru li jesporta għandu jkollu ħames voti bażiċi. Il-voti li jibqa’ għandhom jitqassmu bejn il-Membri esportaturi fil-proporzjon tal-volum medju tal-esportazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-kawkaw matul it-tliet snin ta’ qabel tal-kawkaw li dwarhom kienet ippubblikata informazzjoni mill-Organizzazzjoni fl-aħħar ħarġa tagħha tal-Bullettin Trimestrali tal-Istatistiċi tal-Kawkaw. Għal dan il-għan, l-esportazzjonijiet għandhom jinħadmu billi jingħaddu mal-esportazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw, l-esportazzjonijiet netti tal-prodotti derivati mill-kawkaw maqluba f’ekwivalenti taż-żerriegħa permezz tal-koeffiċjenti ta’ konverżjoni indikati fl-Artikolu 34.
3. Għal kull sena tal-kawkaw, il-voti tal-Membri importaturi għandhom jinqasmu bejn il-Membri importaturi kollha fil-proporzjon tal-volum medju tal-importazzjonijiet tagħhom tal-kawkaw matul it-tliet snin ta’ qabel tal-kawkaw li dwarhom kienet ippubblikata informazzjoni mill-Organizzazzjoni fl-aħħar ħarġa tagħha tal-Bullettin ta’ Kull Kwart tas-Sena tal-Istatistiċi tal-Kawkaw. Għal dan il-għan, l-importazzjonijiet għandhom jinħadmu billi jingħaddu mal-importazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw, l-importazzjonijiet gross tal-prodotti tal-kawkaw, maqluba f’ekwivalenti taż-żerriegħa permezz tal-koeffiċjenti ta’ konverżjoni indikati fl-Artikolu 34. L-ebda pajjiż Membru ma għandu jkollu inqas minn ħames voti. Għaldaqstant, id-drittijiet tal-vot tal-pajjiżi Membri li jkollhom għadd ta’ voti ogħla mill-minimu jitqassmu fost il-Membri li jkollhom inqas voti mill-minimu.
4. Jekk, għal xi raġuni, jinqalgħu diffikultajiet fl-istabbiliment jew fl-aġġornament tal-bażi tal-istatistika sabiex jinħadmu l-voti skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi fuq bażi ta’ statistika differenti biex jinħadmu l-voti.
5. L-ebda Membru, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 4, ma għandu jkollu aktar minn 400 vot. Il-voti ogħla minn din il-figura li jirriżultaw mill-kalkoli indikati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqassmu mill-ġdid bejn il-Membri l-oħrajn skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi msemmija.
6. Meta l-kompożizzjoni tal-Organizzazzjoni tinbidel jew meta d-dritt tal-vot ta’ Membri jiġi sospiż jew jingħata lura b’applikazzjoni ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill għandu jipprovdi għat-tqassim mill-ġdid tal-voti skont dan l-Artikolu. L-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva kif definita fl-Artikolu 4 għandu jkollha voti bħala Membru uniku, skont il-proċedura msemmija fil-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu.
7. Ma għandux ikun hemm voti frazzjonali.
Artikolu 11
Proċedura tal-voti tal-Kunsill
1. Kull Membru għandu, għall-finijiet ta’ votazzjoni, in-numru ta’ voti li għandu u l-ebda membru mhuwa intitolat li jaqsam il-voti tiegħu. Membru jista’, madankollu, jitfa’ b’mod differenti mit-tali voti kull vot li huwa awtorizzat li jitfa’ taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. B’avviż bil-miktub indirizzat lill-President tal-Kunsill, kull Membru esportatur jista’ jawtorizza kull Membru esportatur ieħor, u kull Membru importatur jista’ jawtorizza kull Membru importatur ieħor, sabiex jirrappreżenta l-interessi tiegħu li jitfa’ l-voti tiegħu f’kull laqgħa tal-Kunsill. F’dan il-każ, il-limitazzjoni prevista fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 10 m’għandhiex tapplika.
3. Membru awtorizzat minn Membru ieħor biex juża l-voti li jkollu dak il-Membru l-ieħor taħt l-Artikolu 10 għandu juża dawk il-voti skont l-istruzzjonijiet li jirċievi mingħand dak il-Membru.
Artikolu 12
Deċiżjonijiet tal-Kunsill
1. Il-Kunsill għandu jirsisti sabiex jieħu d-deċiżjonijiet kollha tiegħu u li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet kollha tiegħu permezz ta’ kunsens. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, il-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu permezz ta’ vot speċjali, skont il-proċeduri li ġejjin:
|
(a) |
Jekk il-proposta ma tiksibx il-maġġoranza meħtieġa mill-vot speċjali minħabba l-vot negattiv ta’ aktar minn tliet Membri esportaturi jew ta’ aktar minn tliet Membri importaturi, din għandha titqies li ma ġietx aċċettata; |
|
(b) |
Jekk il-proposta ma tiksibx il-maġġoranza meħtieġa mill-vot speċjali minħabba l-vot negattiv ta’ tliet Membri esportaturi jew anqas jew ta’ tliet Membri importaturi jew anqas, din għandha terġa’ titpoġġa għall-votazzjoni fi żmien 48 siegħa; u |
|
(c) |
Jekk il-proposta tibqa’ ma tiksibx il-maġġoranza meħtieġa mill-vot speċjali, din titqies mhux aċċettata. |
2. Fl-għadd tal-voti meħtieġa għal kwalunkwe deċiżjoni jew rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-voti tal-Membri li jastjenu ma għandhomx jiġux ikkunsidrati.
3. Il-Membri jintrabtu li jikkunsidraw lilhom infushom marbuta minn kwalunkwe deċiżjoni li jieħu l-Kunsill b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 13
Koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra
1. Il-Kunsill għandu jagħmel kull arranġament li hemm bżonn sabiex jikkonsulta jew jikkoopera mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-korpi tagħha, b’mod partikolari l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Kummerċ u l-Iżvilupp, u mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ikel u l-Agrikultura u l-istituzzjonijiet speċjalizzati l-oħrajn tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet intergovernattivi, skont kif ikun meħtieġ.
2. Il-Kunsill, waqt li jikkunsidra r-rwol partikolari tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp fil-kummerċ internazzjonali tal-prodotti bażiċi, għandu, skont il-każ, iżomm lil dik l-organizzazzjoni informata dwar l-attivitajiet u l-programmi ta’ ħidma tiegħu.
3. Il-Kunsill jista’ wkoll jagħmel kull arranġament meħtieġ sabiex iżomm kuntatt effettiv mal-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-produtturi, kummerċjanti u manifatturi tal-kawkaw.
4. Il-Kunsill għandu jfittex li jinvolvi lill-aġenziji finanzjarji internazzjonali u partijiet oħra b’interess fl-ekonomija dinjija tal-kawkaw fix-xogħol tiegħu dwar il-politika ta’ produzzjoni u ta’ konsum tal-kawkaw.
5. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jikkoopera ma’ esperti oħrajn kompetenti fis-suġġett tal- kawkaw.
Artikolu 14
Stedina u ammissjoni tal-osservaturi
1. Il-Kunsill jista’ jistieden lil kull Stat mhux membru biex jattendi kull waħda mil-laqgħat tiegħu bħala osservatur.
2. Il-Kunsill jista’ jistieden ukoll kull organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 biex tattendi kull waħda mil-laqgħat tiegħu bħala osservatur.
3. Il-Kunsill jista’ jistieden ukoll, bħala osservaturi, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jkollhom l-esperjenza meħtieġa f’oqsma tal-industrija tal-kawkaw.
4. Għal kull seduta, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi, inklużi, skont il-każ, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jkollhom l-esperjenza meħtieġa f’oqsma tal-industrija tal-kawkaw, skont ir-Regolament amministrattiv tal-Organizzazzjoni.
Artikolu 15
Kworum
1. Il-kworum meħtieġ għall-ftuħ ta’ sessjoni tal-Kunsill għandu jkun kostitwit mill-preżenza ta’ mill-anqas ħames Membri esportaturi u maġġoranza tal-Membri importaturi, bil-kondizzjoni li dawn il-Membri flimkien ikollhom f’kull kategorija mill-anqas żewġ terzi tal-voti totali tal-Membri f’dik il-kategorija.
2. Jekk ma jintlaħaqx il-kworum skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-jum magħżul għal-laqgħa tal-ftuħ tas-seduta fit-tieni jum, u matul il-bqija tas-seduta, il-kworum għas-seduta tal-ftuħ jitqies kostitwit bil-preżenza tal-Membri esportaturi u importaturi li jkollhom maġġoranza sempliċi tal-voti f’kull kategorija.
3. Il-kworum għal-laqgħat wara l-laqgħa tal-ftuħ ta’ kull seduta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun dak preskritt fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Kull Membru rappreżentat skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 11 għandu jitqies bħala preżenti.
KAPITOLU V
IS-SEGRETARJAT TAL-ORGANIZZAZZJONI
Artikolu 16
Id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal tal-Organizzazzjoni
1. Is-Segretarjat għandu jinkludi d-Direttur Eżekuttiv u l-persunal.
2. Il-Kunsill għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv għal perijodu ta’ mhux aktar mit-tul tal-Ftehim u tal-estensjonijiet possibbli tiegħu. Huwa għandu jistabbilixxi r-regoli tal-għażla tal-kandidati u l-kondizzjonijiet tal-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun l-ogħla uffiċjal tal-Organizzazzjoni; huwa għandu jkun responsabbli quddiem il-Kunsill għall-amministrazzjoni u l-operat ta’ dan il-Ftehim skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill.
4. Il-persunal tal-Organizzazzjoni għandu jkun responsabbli quddiem id-Direttur Eżekuttiv.
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar il-persunal skont ir-Regolament stabbilit mill-Kunsill. Biex jistabbilixxi dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jikkunsidra lil dawk li japplikaw għall-persunal ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi simili. Il-persunal għandu jintagħżel, safejn huwa possibbli, fost iċ-ċittadini tal-Membri esportaturi u tal-Membri importaturi.
6. La d-Direttur Eżekuttiv u lanqas il-persunal m’għandhom ikollhom interess finanzjarju fl-industrija, il-kummerċ, it-trasport jew ir-reklamar tal-kawkaw.
7. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal la għandhom ifittxu u lanqas jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi Membru jew xi awtorità barra l-Organizzazzjoni. Huma għandhom jastjenu minn kull azzjoni inkumpatibbli mas-sitwazzjoni tagħhom ta’ uffiċjali internazzjonali responsabbli biss lejn l-Organizzazzjoni. Kull Membru għandu jintrabat li jirrispetta l-karattru esklużivament internazzjonali tal-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv u tal-persunal, u li ma jippruvax jinfluwenzahom fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom.
8. Id-Direttur Eżekuttiv jew il-persunal tal-Organizzazzjoni m’għandhomx jiżvelaw informazzjoni li tirrigwarda l-operat jew l-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim, għajr jekk il-Kunsill jawtorizzahom jew jekk il-qadi xieraq tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan il-Ftehim ikun jeħtieġ dan.
Artikolu 17
Programm ta’ ħidma
1. Fl-ewwel seduta tal-Kunsill wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-Direttur Eżekuttiv għandu jressaq pjan strateġiku għal ħames snin għar-reviżjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill. Sena qabel ma jiskadi l-pjan strateġiku għal ħames snin, id-Direttur Eżekuttiv għandu jressaq abbozz ta’ pjan strateġiku ġdid għal ħames snin quddiem il-Kunsill.
2. Fl-aħħar seduta tiegħu tas-sena tal-kawkaw, il-Kunsill, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku, għandu jadotta l-programm ta’ ħidma tal-Organizzazzjoni stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv għas-sena ta’ wara. Il-programm ta’ ħidma jinkludi l-proġetti, l-inizjattivi u l-attivitajiet li għandhom jitwettqu mill-Organizzazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-programm ta’ ħidma.
3. Fl-aħħar seduta tiegħu tas-sena tal-kawkaw, il-Kumitat Ekonomiku għandu jivvaluta l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għas-sena kurrenti fuq il-bażi tar-rapport mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jressaq il-konklużjonijiet tiegħu lill-Kunsill.
Artikolu 18
Rapport annwali
Il-Kunsill għandu jippubblika rapport annwali.
KAPITOLU VI
IL-KUMITAT AMMINISTRATTIV U FINANZJARJU
Artikolu 19
L-istabbiliment tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju
1. B’dan qed jitwaqqaf Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju. Dan għandu jkun responsabbli:
|
(a) |
Għas-sorveljanza, fuq il-bażi ta’ proposta ta’ baġit imressqa mid-Direttur Eżekuttiv, tal-elaborazzjoni tal-abbozz tal-baġit amministrattiv għas-sottomissjoni lill-Kunsill; |
|
(b) |
Għat-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu amministrattiv u finanzjarju ieħor li jafdalu l-Kunsill, inkluż il-monitoraġġ tad-dħul u l-infiq kif ukoll il-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-amministrazzjoni tal-Organizzazzjoni. |
2. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq.
3. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi r-regolament tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju.
Artikolu 20
Il-kompożizzjoni tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju
1. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jkun magħmul minn sitt Membri esportaturi li jservu b’rotazzjoni u minn sitt Membri importaturi.
2. Kull Membru tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jaħtar rappreżentant u, jekk ikun jixtieq, sostitut wieħed jew aktar. Il-Membri ta’ kull kategorija għandhom jiġu eletti mill-Kunsill, fuq il-bażi tat-tqassim tal-voti previst fl-Artikolu 10. Il-mandat tagħhom għandu jkun għal perijodu ta’ sentejn li jista’ jiġġedded.
3. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost ir-rappreżentanti tiegħu għal perijodu ta’ sentejn. Il-funzjonijiet tal-President u tal-Viċi President għandhom jitwettqu b’mod alternat mill-Membri esportaturi u mill-Membri importaturi.
Artikolu 21
Laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju
1. Il-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandhom ikunu miftuħa għall-Membri l-oħrajn kollha tal-Organizzazzjoni bħala osservaturi.
2. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jiltaqa’ normalment fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, sakemm ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju jiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, skont ir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.
3. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jiltaqa’ normalment darbtejn fis-sena u għandu jagħmel rapport dwar il-ħidma tiegħu lill-Kunsill.
KAPITOLU VII
FINANZI
Artikolu 22
Finanzi
1. Għandu jinżamm kont amministrattiv għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-ispejjeż meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiddaħħlu fil-kont tal-amministrazzjoni u għandhom jitħallsu mill-kontribuzzjonijiet annwali tal-Membri stmati skont l-Artikolu 24. Jekk, madankollu, Membru jitlob servizzi speċjali, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jilqa’ t-talba u jitlob lil dak il-Membru jħallas għalihom.
2. Il-Kunsill jista’ jistabbilixxi kontijiet separati għal skopijiet speċifiċi, skont l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-kontijiet għandhom ikunu ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Membri jew ta’ korpi oħra.
3. Is-sena finanzjarja tal-Organizzazzjoni għandha tkun l-istess bħas-sena tal-kawkaw.
4. L-ispejjeż tad-delegazzjonijiet tal-Kunsill, tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju, tal-Kumitat Ekonomiku u ta’ kull Kumitat tal-Kunsill jew tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju u tal-Kumitat Ekonomiku għandhom jitħallsu mill-Membri kkonċernati.
5. Jekk il-finanzi tal-Organizzazzjoni ma jkunux jew jidhru li ma jkunux biżżejjed biex tiffinanzja l-bqija tas-sena tal-kawkaw, id-Direttur Eżekuttiv għandu jsejjaħ seduta speċjali tal-Kunsill fi żmien ħmistax-il jum, sakemm ma tkunx prevista laqgħa tal-Kunsill fi żmien tletin jum tal-kalendarju.
Artikolu 23
Responsabbiltajiet tal-Membri
Ir-responsabbiltajiet ta’ Membru lejn il-Kunsill u lejn Membri oħrajn huma limitati għall-obbligi tiegħu li jirrigwardaw il-kontribuzzjonijiet ipprovduti speċifikament f’dan il-Ftehim. Partijiet terzi li jinnegozjaw mal-Kunsill għandhom jitqiesu li kienu infurmati dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim dwar is-setgħat tal-Kunsill u l-obbligi tal-Membri, b’mod partikolari, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 7 u l-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 24
L-approvazzjoni tal-baġit amministrattiv u l-iffissar tal-kontribuzzjonijiet
1. Matul it-tieni nofs ta’ kull sena finanzjarja, il-Kunsill għandu japprova l-baġit amministrattiv tal-Organizzazzjoni għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jistma l-kontribuzzjonijiet ta’ kull Membru għal dan il-baġit.
2. Għal kull sena finanzjarja, il-kontribuzzjoni ta’ kull Membru għall-baġit amministrattiv għandha tkun proporzjonata skont ir-relazzjoni li teżisti, fil-mument meta jiġi adottat il-baġit amministrattiv ta’ dik is-sena finanzjarja, bejn l-għadd ta’ voti ta’ dak il-Membru u l-għadd ta’ voti tal-Membri kollha. Għall-iffissar tal-kontribuzzjonijiet, il-voti ta’ kull Membru għandhom jingħaddu mingħajr ma tiġi kkunsidrata s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot ta’ xi Membru u kwalunkwe tqassim mill-ġdid ta’ voti li jirriżulta minnha.
3. Il-Kunsill għandu jiffissal-kontribuzzjoni tal-bidu ta’ kull Membru li jidħol fl-Organizzazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, skont l-għadd ta’ voti li jingħatawlu u l-porzjon li jkun fadal tas-sena finanzjarja kurrenti. Madankollu, il-kontribuzzjonijet mogħtija lill-Membri l-oħrajn għas-sena finanzjarja kurrenti m’għandhomx jinbidlu.
4. Jekk dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ qabel il-bidu tal-ewwel sena sħiħa finanzjarja, il-Kunsill għandu, fl-ewwel seduta tiegħu, jadotta baġit amministrattiv li jkopri l-perijodu sal-bidu tal-ewwel sena sħiħa finanzjarja.
Artikolu 25
Pagament tal-kontribuzzjonijiet għall-baġit amministrattiv
1. Il-kontribuzzjonijiet għall-baġit amministrattiv ta’ kull sena finanzjarja għandhom ikunu pagabbli f’munita li tkun konvertita liberament, ikunu eżenti mir-restrizzjonijiet ta’ kambju u jkunu dovuti fl-ewwel jum ta’ dik is-sena finanzjarja. Il-kontribuzzjonijiet tal-Membri għas-sena finanzjarja li fiha jingħaqdu mal-Organizzazzjoni jkunu dovuti fid-data meta jsiru Membri.
2. Il-kontribuzzjonijiet għall-baġit amministrattiv approvati taħt il-paragrafu 4 tal-Artikolu 24 għandhom ikunu pagabbli fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkunu ġew iffissati.
3. Jekk, fl-aħħar tal-ewwel erba’ xhur tas-sena finanzjarja jew, fil-każ ta’ Membru ġdid, tliet xhur wara li l-Kunsill ikun iffissal-kontribuzzjoni tiegħu, Membru ma jħallasx il-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu għall-baġit amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob lil dak il-Membru biex jagħmel pagament mill-aktar fis possibbli. Jekk, hekk kif jiskadu xahrejn wara t-talba tad-Direttur Eżekuttiv, dak il-Membru jibqa’ ma jħallasx il-kontribuzzjoni tiegħu, id-drittijiet tal-vot ta’ dak il-Membru fil-Kunsill u fil-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandhom ikunu sospiżi sakemm jitħallas il-pagament sħiħ tal-kontribuzzjoni.
4. Membru li d-drittijiet tal-vot tiegħu jiġu sospiżi taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jitlef id-drittijiet jew l-obbligi l-oħra tiegħu taħt dan il-Ftehim, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. Huwa għandu jibqa’ obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni u li jaqdi kull obbligu finanzjarju ieħor taħt dan il-Ftehim.
5. Il-Kunsill għandu jikkunsidra l-kwistjoni ta’ sħubija ta’ kwalunkwe Membru li ma jkunx ħallas il-kontribuzzjoni ta’ sentejn u jista’ jiddeċiedi li dak il-Membru għandu jieqaf igawdi mid-drittijiet mogħtija lilu bħala Membru u/jew ma jibqax jiġi kkunsidrat għall-finijiet baġitarji. Huwa għandu jibqa’ obbligat li jaqdi kull obbligu finanzjarju ieħor taħt dan il-Ftehim. Bil-pagament tal-arretrati, il-membru jerġa’ jikseb id-drittijiet tiegħu ta’ Membru. Kull ħlas li jsir minn Membru li jkollu xi arretrati għandu jkun ikkreditat l-ewwel għall-ħlas ta’ dawk l-arretrati, minflok għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għas-sena finanzjarja kurrenti.
Artikolu 26
Verifika u pubblikazzjoni tal-kontijiet
1. Hekk kif ikun possibbli, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, il-prospett tal-kontijiet tal-Organizzazzjoni għal dik is-sena finanzjarja u l-bilanċ fl-għeluq ta’ dik is-sena finanzjarja taħt il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 22, għandhom ikunu vverifikati. Il-verifika għandha ssir minn awditur indipendenti ta’ reputazzjoni rikonoxxuta, li jinħatar mill-Kunsill għal kull sena finanzjarja.
2. Il-kondizzjonijiet tal-ħatra tal-awditur indipendenti ta’ reputazzjoni rikonoxxuta, kif ukoll l-intenzjonijiet u l-għanijiet tal-verifika, għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolamenti finanzjarji tal-Organizzazzjoni. Il-prospett verifikat tal-kontijiet u l-bilanċ verifikat tal-Organizzazzjoni għandhom ikunu ppreżentati lill-Kunsill fis-seduta regolari li jmiss għall-approvazzjoni.
3. Sommarju tal-kontijiet u tal-bilanċ ivverifikati għandu jkun ippubblikat.
KAPITOLU VIII
IL-KUMITAT EKONOMIKU
Artikolu 27
L-istabbiliment tal-Kumitat Ekonomiku
1. B’dan huwa stabbilit Kumitat Ekonomiku. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jkun responsabbli:
|
(a) |
Għar-reviżjoni tal-istatistiċi dwar il-kawkaw u l-analiżi statistika tal-produzzjoni, tal-konsum, tal-ħażniet, tat-tħin, tal-kummerċ internazzjonali u tal-prezzijiet tal-kawkaw; |
|
(b) |
Għar-reviżjoni tal-analiżijiet tat-tendenzi tas-suq u ta’ fatturi oħrajn li jaffettwaw lil dawn it-tendenzi, b’mod partikolari l-offerta u d-domanda tal-kawkaw, inkluż l-effett tal-użu ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni tal-butir tal-kawkaw fuq il-konsum u l-kummerċ internazzjonali tal-kawkaw; |
|
(c) |
Għall-analiżi tal-informazzjoni dwar l-aċċess għas-suq tal-kawkaw u tal-prodotti derivati mill-kawkaw fil-pajjiżi produtturi u konsumaturi, inkluża l-informazzjoni dwar l-ostakli ta’ tariffi u anki mhux relatati mat-tariffi kif ukoll l-attivitajiet li jsiru mill-Membri sabiex jiffavorixxu t-tneħħija tal-ostakli tal-kummerċ; |
|
(d) |
Għar-reviżjoni u r-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-proġetti maħsuba li jiġu ffinanzjati mill-Fond Komuni għall-Komiditajiet (FKK) jew korpi donaturi oħrajn; |
|
(e) |
Għar-reviżjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-aspetti ekonomiċi tal-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija tal-kawkaw; |
|
(f) |
Għar-reviżjoni tal-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Organizzazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju jekk ikun meħtieġ; |
|
(g) |
Għat-tħejjija ta’ konferenzi u seminars internazzjonali dwar il-kawkaw, fuq talba tal-Kunsill; u |
|
(h) |
Għar-reviżjoni ta’ kwalunkwe kwistjoni oħra approvata mill-Kunsill. |
2. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jressaq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq.
3. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Kumitat Ekonomiku.
Artikolu 28
Il-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku
1. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jkun miftuħ għall-Membri kollha tal-Organizzazzjoni.
2. Il-membri tal-Kumitat Ekonomiku jeleġġu President u Viċi President għal perijodu ta’ sentejn. Il-funzjonijiet tal-President u tal-Viċi President għandhom jitwettqu b’mod alternat mill-Membri esportaturi u mill-Membri importaturi.
Artikolu 29
Laqgħat tal-Kumitat Ekonomiku
1. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jiltaqa’ normalment fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, sakemm ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kumitat Ekonomiku jiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, skont ir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.
2. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jiltaqa’ normalment darbtejn fis-sena, fl-istess waqt tas-seduti tal-Kunsill. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jagħmel rapport lill-Kunsill dwar il-ħidma tiegħu.
KAPITOLU IX
TRASPARENZA FIS-SUQ
Artikolu 30
Informazzjoni u trasparenza fis-suq
1. L-Organizzazzjoni għandha sservi bħala ċentru dinji ta’ informazzjoni għall-ġbir, l-iggruppar, l-iskambju u t-tixrid effiċjenti ta’ informazzjoni statistika u ta’ studji fl-oqsma kollha relatati mal-kawkaw u mal-prodotti derivati mill-kawkaw. Għal dan il-għan, l-Organizzazzjoni għandha:
|
(a) |
Iżżomm informazzjoni aġġornata dwar il-produzzjoni, it-tħin, il-konsum, l-esportazzjonijiet, l-esportazzjonijiet mill-ġdid, l-importazzjonijiet, il-prezzijiet u l-ħażniet tal-kawkaw u tal-prodotti derivati mill-kawkaw; |
|
(b) |
Titlob, skont kif ikun meħtieġ, informazzjoni teknika dwar it-tkabbir, il-bejgħ, it-trasport, l-ipproċessar, l-użu u l-konsum tal-kawkaw. |
2. Il-Kunsill jista’ jitlob lill-Membri sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kawkaw li huwa jqis meħtieġa għall-funzjonament tiegħu, inkluża informazzjoni dwar il-politiki governattivi, dwar it-taxxi kif ukoll dwar l-istandards, il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli għall-kawkaw.
3. Sabiex jippromwovu t-trasparenza fis-suq, il-Membri għandhom jibagħtu statistiċi rilevanti kemm jista’ jkun dettaljati u affidabbli, sakemm dan ikun possibbli u fi żmien raġonevoli, lid-Direttur Eżekuttiv.
4. Jekk Membru ma jipprovdix jew ikollu diffikultajiet sabiex jipprovdi fi żmien raġonevoli l-informazzjoni statistika mitluba mill-Kunsill sabiex jassigura l-funzjonament tajjeb tal-Organizzazzjoni, dan jista’ jitolbu r-raġuni. Meta jitqies li tkun meħtieġa għajnuna f’dan il-qasam, il-Kunsill jista’ joffri l-appoġġ mixtieq sabiex jingħelbu d-diffikultajiet misjuba.
5. Il-Kunsill għandu jippubblika, f’dati xierqa, iżda mill-inqas darbtejn fis-sena tal-kawkaw, projezzjonijiet tal-produzzjoni u t-tħin tal-kawkaw. Il-Kunsill jista’ juża informazzjoni rilevanti minn sorsi oħrajn sabiex isegwi l-iżvilupp tas-suq u jevalwa l-livelli attwali u potenzjali ta’ produzzjoni u konsum tal-kawkaw. Madankollu, il-Kunsill ma jista’ jippubblika l-ebda informazzjoni li tista’ tiżvela l-attività ta’ persuni fiżiċi jew ta’ istituzzjonijiet kummerċjali li jipproduċu, jipproċessaw jew iqassmu l-kawkaw.
Artikolu 31
Ħażniet
1. Biex jiffaċilita l-evalwazzjoni tal-volum tal-ħażniet dinjija tal-kawkaw sabiex tkun żgurata trasparenza akbar fis-suq, kull Membru għandu jipprovdi kull sena, sa mhux aktar tard minn Mejju, it-tagħrif dwar il-livell tal-ħażniet taż-żerriegħa tal-kawkaw u tal-prodotti derivati mill-kawkaw miżmuma f’pajjiżu lid-Direttur Eżekuttiv, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 30.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura l-kollaborazzjoni attiva tas-settur privat f’dan ix-xogħol, filwaqt li jiggarantixxi l-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni pprovduta.
3. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport annwali lill-Kumitat Ekonomiku dwar is-sitwazzjoni tal-ħażniet dinjija taż-żerriegħa tal-kawkaw u tal-prodotti derivati mill-kawkaw.
Artikolu 32
Prodotti ta’ sostituzzjoni tal-kawkaw
1. Il-Membri jirrikonoxxu li l-użu ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni jista’ jkollu effetti negattivi fuq it-tkabbir tal-konsum tal-kawkaw u l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw. Dwar dan, il-Membri għandhom jikkunsidraw kompletament ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-korpi internazzjonali kompetenti, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Codex Alimentarius.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħmel rapporti regolari lill-Kumitat Ekonomiku dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kumitat Ekonomiku għandu jevalwa s-sitwazzjoni u, jekk meħtieġ, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill sabiex jittieħdu deċiżjonijiet xierqa.
Artikolu 33
Prezz indikatur
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim u b’mod partikolari għall-finijiet ta’ sorveljanza tal-evoluzzjoni tas-suq tal-kawkaw, id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħdem u jippubblika prezz indikatur tal-ICCO taż-żerriegħa tal-kawkaw. Dan il-prezz għandu jkun espress f’dollari Amerikani għal kull tunnellata, f’Euro għal kull tunnellata, f’Liri Sterlini għal kull tunnellata u drittijiet speċjali għall-ġbid (SDRs) għal kull tunnellata.
2. Il-prezz indikatur tal-ICCO għandu jkun il-medja li tittieħed kuljum tal-kwotazzjonijiet taż-żerriegħa tal-kawkaw tal-eqreb tliet xhur attivi fis-suq tal-istrumenti finanzjarji ta’ Londra (NYSE Liffe) u fis-suq ta’ New York (ICE Futures US) fil-ħin tal-għeluq tas-suq ta’ Londra. Il-prezzijiet ta’ Londra jinqalbu f’dollari Amerikani għal kull tunnellata bl-użu tar-rata kurrenti tal-kambju ta’ sitt xhur bil-quddiem stabbilita f’Londra fil-ħin tal-għeluq. Il-medja f’dollari Amerikani tal-prezzijiet ta’ Londra u ta’ New York jinqalbu f’Euro u f’Liri Sterlini bir-rata tal-kambju tal-valur ta’ Londra fl-għeluq, kif ukoll f’SDR bir-rata uffiċjali xierqa tal-kambju ta’ kuljum tad-dollaru Amerikan f’SDR, ippubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq il-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża meta l-kwotazzjonijiet fuq wieħed biss minn dawn iż-żewġ swieq tal-kawkaw ikun disponibbli jew meta s-suq tal-kambju ta’ Londra jkun magħluq. Iż-żmien għat-trasferiment għall-perijodu li jmiss tat-tliet xhur ikun il-ħmistax tax-xahar li jiġi eżatt qabel l-eqreb xahar attiv li se jimmatura.
3. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar xi metodu ieħor biex jinħadem il-prezz indikatur tal-ICCO jekk iqis li dan il-metodu jkun aħjar minn dak preskritt f’dan l-Artikolu.
Artikolu 34
Fatturi tal-konverżjoni
1. Bil-għan li tkun stabbilita l-ekwivalenza f’żerriegħa tal-prodotti derivati mill-kawkaw, il-fatturi tal-konverżjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin: butir tal-kawkaw 1,33; kejkijiet u trab tal-kawkaw 1,18; pejst/likuri tal-kawkaw u żerriegħa mneħħija minn ġol-qoxra 1,25. Il-Kunsill jista’ jistabilixxi, jekk meħtieġ, li prodotti oħra li fihom il-kawkaw huma prodotti tal-kawkaw. Il-fatturi tal-konverżjoni għall-prodotti tal-kawkaw minbarra dawk li għalihom il-fatturi tal-konverżjoni huma ppreżentati f’dan il-paragrafu għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill.
2. Il-Kunsill jista’ jirrevedi l-fatturi tal-konverżjoni indikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 35
Riċerka u żvilupp xjentifiku
Il-Kunsill għandu jħeġġeġ u jiffavorixxi r-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku fil-qasam tal-produzzjoni, it-trasport, l-ipproċessar, il-bejgħ u l-konsum tal-kawkaw, kif ukoll it-tixrid u l-applikazzjoni prattika tar-riżultati tagħhom. Għal dan il-għan, l-Organizzazzjoni tista’ tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, istituti ta’ riċerka u s-settur privat.
KAPITOLU X
L-IŻVILUPP TAS-SUQ
Artikolu 36
Analiżi tas-suq
1. Il-Kumitat Ekonomiku għandu janalizza t-tendenzi u l-prospetti ta’ żvilupp fis-setturi tal-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-ħażniet u tal-prezzijiet, u jidentifika n-nuqqas ta’ bilanċ fis-suq fi stadju bikri.
2. Fl-ewwel seduta tiegħu, fil-bidu tas-sena l-ġdida tal-kawkaw, il-Kumitat Ekonomiku għandu jevalwa l-istima annwali ta’ produzzjoni u ta’ konsum dinjija għall-ħames snin tal-kawkaw li jkunu ġejjin. L-istimi stabbiliti għandhom jiġu studjati u riveduti kull sena jekk ikun meħtieġ.
3. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jressaq rapporti dettaljati f’kull seduta ordinarja tal-Kunsill. Fuq il-bażi ta’ dawk ir-rapporti, Il-Kunsill iqis is-sitwazzjoni ġenerali, u jevalwa b’mod partikolari l-evoluzzjoni tal-offerta u tad-domanda dinjija. Il-Kunsill jista’ jressaq xi rakkomandazzjonijiet lill-Membri fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni.
4. Fuq il-bażi ta’ dawn l-istimi, u sabiex jiġi stabbilit bilanċ fis-suq fuq żmien medju u fit-tul, il-Membri esportaturi jistgħu jikkunsidraw li jikkoordinaw il-politiki tagħhom ta’ produzzjoni nazzjonali.
Artikolu 37
Promozzjoni tal-konsum
1. Il-Membri għandhom jintrabtu li jinkoraġġixxu l-konsum taċ-ċikkulata u l-użu tal-prodotti derivati mill-kawkaw, li jtejbu l-kwalità tal-prodotti u li jiżviluppaw is-swieq tal-kawkaw, inkluż fil-pajjiżi Membri esportaturi. Kull Membru għandu jkun responsabbli għall-mezzi u l-metodi li juża għal dan il-għan.
2. Il-Membri kollha għandhom jagħmlu sforz sabiex ineħħu jew inaqqsu b’mod sinifikanti l-ostakli interni għall-iżvilupp tal-konsum tal-kawkaw. F’dan ir-rigward, il-Membri għandhom iżommu lid-Direttur Eżekuttiv informat b’mod regolari dwar il-liġijiet nazzjonali u l-miżuri relatati u għandhom jipprovdulu kwalunkwe informazzjoni oħra li tirrigwarda l-konsum tal-kawkaw, inklużi t-taxxi nazzjonali u d-dazji doganali.
3. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jistabbilixxi programm ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni tal-Organizzazzjoni, li jista’ jinkludi t-tnedija ta’ kampanji ta’ informazzjoni, ir-riċerka, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-twettiq ta’ studji dwar il-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw. L-Organizzazzjoni għandha tfittex il-kollaborazzjoni tas-settur privat għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha.
4. L-attivitajiet ta’ promozzjoni għandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Organizzazzjoni, u jistgħu jkunu ffinanzjati minn riżorsi mħabbra minn xi Membri, minn dawk li mhumiex membri, minn organizzazzjonijiet oħrajn u mis-settur privat.
Artikolu 38
Studji, stħarriġ u rapporti
1. Biex jgħin lill-Membri tiegħu, il-Kunsill għandu jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ studji, stħarriġ, rapporti tekniċi u dokumenti oħrajn dwar l-ekonomija tal-produzzjoni u t-tqassim tal-kawkaw. Dawn jinkludu x-xejriet u l-projezzjonijiet, l-impatt tal-miżuri meħuda mill-gvernijiet tal-pajjiżi esportaturi u importaturi fuq il-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw, l-analiżi tal-katina ta’ valur tal-kawkaw, l-approċċi tal-ġestjoni tar-riskji finanzjarji u oħrajn, l-aspetti marbuta mas-sostenibbiltà tas-settur tal-kawkaw, il-possibbiltajiet ta’ tkabbir tal-konsum tal-kawkaw fl-użi tradizzjonali u ġodda tiegħu, ir-rabtiet bejn il-kawkaw u s-saħħa, kif ukoll l-effetti tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq l-esportaturi u l-importaturi tal-kawkaw, b’mod partikolari t-termini ta’ kummerċ tagħhom.
2. Il-Kunsill jista’ wkoll jinkoraġġixxi l-istudji li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib fit-trasparenza fis-suq u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ekonomija dinjija bilanċjata u sostenibbli tal-kawkaw.
3. Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku, jista’ jadotta lista ta’ studji, stħarriġ u rapporti li għandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 ta’ dan il-Ftehim. Dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu ffinanzjati minn riżorsi tal-baġit amministrattiv jew permezz ta’ sorsi oħrajn.
KAPITOLU XI
KAWKAW FIN (“FINE” JEW “FLAVOUR”)
Artikolu 39
Kawkaw fin (“fine” jew “flavour”)
1. Il-Kunsill għandu, fl-ewwel seduta tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jeżamina l-Anness C ta’ dan il-Fehim u, jekk ikun hemm bżonn, jirrevedih, billi jistabbilixxi l-proporzjonijiet li fihom il-pajjiżi mniżżlin fih jipproduċu u jesportaw esklużivament jew parzjalment kawkaw fin (“fine” jew “flavour”). Minn hemm ‘il quddiem, il-Kunsill jista’ f’kull mument, matul il-perijodu ta’ dan il-Ftehim, jeżamina l-Anness C u, jekk ikun hemm bżonn, jirrevedih. Il-Kunsill għandu jieħu parir minn esperti fuq din il-kwistjoni, kif xieraq. F’dan il-każ, il-kompożizzjoni tal-panel ta’ esperti għandha tassigura, safejn huwa possibbli, il-bilanċ bejn l-esperti tal-pajjiżi konsumaturi u l-esperti tal-pajjiżi produtturi. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi l-kompożizzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-panel ta’ esperti.
2. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jagħmel proposti lill-Organizzazzjoni biex tippjana u timplimenta sistema ta’ statistiċi dwar il-produzzjoni ta’ u l-kummerċ fil-kawkaw fin (“fine” jew “flavour”).
3. Waqt li jikkunsidraw b’mod xieraq l-importanza tal-kawkaw fin (“fine” jew “flavour”), il-membri għandhom jeżaminaw, u jadottaw kif xieraq, proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-kawkaw fin skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 43.
KAPITOLU XII
PROĠETTI
Artikolu 40
Proġetti
1. Il-Membri jistgħu jressqu proposti ta’ proġetti li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-oqsma ta’ ħidma prijoritarji identifikati fil-pjan strateġiku għal ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 17.
2. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jirrevedi l-proposti ta’ proġetti u jressaq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill, skont il-mekkaniżmi u l-proċeduri ta’ sottomissjoni, ta’ evalwazzjoni, ta’ approvazzjoni, ta’ stabbiliment ta’ prijoritajiet u ta’ finanzjament ta’ proġetti, stabbiliti mill-Kunsill. Il-Kunsill, jista’, skont il-ħtieġa, jistabbilixxi l-mekkaniżmi u l-proċeduri għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti, kif ukoll għat-tixrid usa’ tar-riżultati tagħhom.
3. F’kull laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport dwar il-progress tal-proġetti kollha approvati mill-Kunsill, inklużi dawk li jkunu qegħdin jistennew finanzjament, li jkunu għaddejjin jew lesti. Għandu jiġi ppreżentat sommarju lill-Kunsill, skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 27.
4. Bħala regola ġenerali, l-Organizzazzjoni għandha twettaq il-funzjoni ta’ korp ta’ sorveljanza tal-proġetti. L-ispejjeż ġenerali li tħallas l-Organizzazzjoni fl-elaborazzjoni, il-ġestjoni, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-proġetti għandhom jiġu inklużi fl-ispiża totali ta’ dawn il-proġetti. Dawn l-ispejjeż ġenerali m’għandhomx jaqbżu l-10 % tal-ispiża totali ta’ kull proġett.
Artikolu 41
Relazzjoni mal-Fond Komuni għall-Komoditajiet u ma’ donaturi multilaterali u bilaterali oħra
1. L-Organizzazzjoni għandha tieħu vantaġġ sħiħ mill-faċilitajiet tal-Fond Komuni għall-Komoditajiet sabiex tgħin fit-tħejjija u l-iffinanzjar tal-proġetti ta’ interess fl-ekonomija tal-kawkaw.
2. L-Organizzazzjoni għandha tfittex il-koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, kif ukoll ma’ aġenziji donaturi multilaterali u bilaterali, sabiex tikseb l-iffinanzjar għal programmi u proġetti ta’ interess fl-ekonomija tal-kawkaw, kif xieraq.
3. L-Organizzazzjoni taħt l-ebda ċirkostanza m’għandha tidħol f’xi obbligi finanzjarji relatati ma’ proġetti, kemm f’isimha kif ukoll f’isem il-Membri. L-ebda Membru tal-Organizzazzjoni ma għandu jinżamm responsabbli minħabba s-sħubija tiegħu fl-Organizzazzjoni għal xi obbligu li jinħoloq mit-teħid jew l-għoti ta’ self minn xi Membru jew entità oħra relatat ma’ tali proġetti.
KAPITOLU XIII
ŻVILUPP SOSTENIBBLI
Artikolu 42
Livell ta’ għajxien u l-kondizzjonijiet tax-xogħol
Il-Membri għandhom jikkunsidraw li jtejbu l-livell tal-għajxien u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jaħdmu fis-settur tal-kawkaw, b’mod konsistenti mal-livell ta’ żvilupp tagħhom, waqt li jżommu f’moħħhom il-prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment u l-istandards applikabbli tal-ILO. Barra minn hekk il-Membri għandhom jaqblu li ma jużawx l-istandards tax-xogħol għal finijiet ta’ protezzjoniżmu kummerċjali.
Artikolu 43
Ekonomija sostenibbli tal-kawkaw
1. Il-Membri għandhom jagħmlu kull sforz meħtieġ sabiex jaslu għal ekonomija sostenibbli tal-kawkaw, billi jikkunsidraw il-prinċipji u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli inklużi b’mod partikolari fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp u Azzjoni 21 adottati f’Rio de Janeiro fl-1992, fid-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti adottata fi New York fis-sena 2000, fir-rapport tas-Samit Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli li sar f’Johannesburg fl-2002, fil-Kunsens ta’ Monterrey dwar il-Finanzjament tal-Iżvilupp adottat fl-2002 u fid-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar il-Programm ta’ Doha għall-Iżvilupp tal-2001.
2. L-Organizzazzjoni għandha, fuq talba, tgħin lill-Membri sabiex jilħqu l-miri ta’ żvilupp tagħhom ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw, skont l-Artikolu 1(e), u l-Artikolu 2(14).
3. L-Organizzazzjoni għandha sservi bħala punt fokali ta’ djalogu permanenti fost l-atturi, kif meħtieġ, biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw.
4. L-Organizzazzjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-Membri permezz ta’ attivitajiet li jikkontribwixxu lejn ekonomija sostenibbli tal-kawkaw.
5. Il-Kunsill għandu jadotta u perijodikament jirrevedi l-programmi u l-proġetti relatati ma’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw u skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
6. L-Organizzazzjoni għandha tfittex l-għajnuna u l-appoġġ tad-donaturi multilaterali u bilaterali għat-twettiq ta’ programmi, proġetti u attivitajiet li għandhom l-għan li jwasslu għal ekonomija sostenibbli tal-kawkaw.
KAPITOLU XIV
IL-KUMMISSJONI KONSULTATTIVA DWAR L-EKONOMIJA DINJIJA TAL-KAWKAW
Artikolu 44
Stabbiliment tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw
1. B’dan hija stabbilita Kummissjoni Konsultattiva dwar l-ekonomija dinjija tal-kawkaw (minn hawn ‘il quddiem il-Kummissjoni) bl-għan li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva ta’ esperti mis-settur privat fil-ħidma tal-Organizzazzjoni, u biex tippromwovi djalogu kontinwu fost esperti mis-setturi pubbliċi u privati.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun korp konsultattiv li jagħti pariri lill-Kunsill dwar kwistjonijiet li jkunu ta’ interess ġenerali u strateġiku għas-settur tal-kawkaw, inkluż:
|
(a) |
L-evoluzzjoni strutturali fit-tul tal-offerta u tad-domanda; |
|
(b) |
Il-mezzi ta’ tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ dawk li jkabbru l-kawkaw, bl-għan li jkabbru d-dħul tagħhom; |
|
(c) |
Il-proposti li jinkoraġġixxu l-produzzjoni, il-kummerċ u l-użu sostenibbli tal- kawkaw; |
|
(d) |
L-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija tal-kawkaw; |
|
(e) |
L-iżvilupp ta’ metodi u ta’ oqsfa ta’ promozzjoni tal-konsum; u |
|
(f) |
Kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-kawkaw li taqa’ taħt dan il-Ftehim. |
3. Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Kunsill sabiex jiġbor informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-konsum u l-ħażniet.
4. Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Kunsill ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq għall-eżami.
5. Il-Kummissjoni tista’ toħloq gruppi ta’ ħidma speċjali sabiex jgħinuha twettaq il-mandat tagħha, sakemm l-ispejjeż operattivi tagħhom ma jkollhomx implikazzjonijiet baġitarji għall-Organizzazzjoni.
6. Meta tiġi stabbilita, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli tagħha stess u tirrakkomanda l-adozzjoni tagħhom mill-Kunsill.
Artikolu 45
Kompożizzjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw
1. Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw għandha tkun magħmula minn esperti mis-setturi kollha tal-ekonomija tal-kawkaw, bħal:
|
(a) |
Assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u tal-industrija; |
|
(b) |
Organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta’ produtturi tal-kawkaw, mis-setturi pubbliċi u privati; |
|
(c) |
Organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ esportaturi tal-kawkaw u minn assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa; |
|
(d) |
Istituti ta’ riċerka dwar il-kawkaw; u |
|
(e) |
Assoċjazzjonijiet jew istituzzjonijiet oħrajn tas-settur privat li jkollhom interess fl-ekonomija tal-kawkaw. |
2. Dawn l-esperti għandhom jaġixxu taħt il-kapaċità personali tagħhom jew f’isem l-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom.
3. Il-Kummissjoni għandha tkun magħmula minn tmien esperti li jkunu ġejjin mill-pajjiżi esportaturi u minn tmien esperti li jkunu ġejjin mill-pajjiżi importaturi, kif definit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-esperti għandhom jinħatru mill-Kunsill kull sentejn tal-kawkaw. Il-membri tal-Kummissjoni jistgħu jagħżlu kunsillier u sostitut wieħed jew aktar, li n-nominazzjoni tagħhom għandha tkun approvata mill-Kunsill. Minħabba l-esperjenza tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ jżid in-numru ta’ membri fil-Kummissjoni.
4. Il-President tal-Kummissjoni għandu jintgħażel minn fost il-membri tagħha. Il-presidenza għandha tinbidel b’mod alternat bejn il-pajjiżi esportaturi u importaturi kull sentejn tal-kawkaw.
Artikolu 46
Laqgħat tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw
1. Il-Kumissjoni Konsultattiva dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw għandha tiltaqa’ normalment fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, sakemm ma tiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kummissjoni Konsultattiva tiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, skont ir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tiltaqa’ normalment darbtejn fis-sena, fl-istess waqt tas-seduti ordinarji tal-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport regolari lill-Kunsill dwar il-ħidma tagħha.
3. Il-laqgħat tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw għandhom ikunu miftuħa għall-Membri tal-Organizzazzjoni, bħala osservaturi.
4. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tistieden sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat u l-ħidmiet tagħha esperti eminenti jew personalitajiet magħrufa f’qasam speċifiku, kemm mis-settur privat kif ukoll dak pubbliku, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi kompetenti, li jkollhom l-esperjenza meħtieġa f’oqsma tal-industrija tal-kawkaw.
KAPITOLU XV
EŻENZJONI MILL-OBBLIGI U MIŻURI DIFFERENZJALI U KORRETTIVI
Artikolu 47
Eżenzjoni mill-obbligi f’ċirkostanzi eċċezzjonali
1. Il-Kunsill jista’ jeżenta Membru minn obbligu fuq bażi ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali jew ta’ emerġenza, każ ta’ forza maġġuri, jew obbligi internazzjonali taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti għat-territorji amministrati taħt is-sistema ta’ tutela.
2. Il-Kunsill, meta jeżenta lil xi Membru taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jispjega b’mod espliċitu t-termini u l-kondizzjonijiet u t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mill-obbligu tal-Membru u r-raġunijiet għalfejn ingħatat l-eżenzjoni.
3. Minkejja d-dispożizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill ma għandux jeżenta lil Membru mill-obbligu taħt l-Artikolu 25 li jħallas il-kontribuzzjonijiet, jew mill-konsegwenzi fil-każ li jonqos li jħallashom.
4. Il-kalkolu tat-tqassim tal-voti tal-Membri esportaturi, li għalihom il-Kunsill ikun irrikonoxxa każ ta’ forza maġġuri, għandu jkun ibbażat fuq il-volum effettiv tal-esportazzjonijiet tas-sena li matulha jkun seħħ il-każ ta’ forza maġġuri u għat-tliet snin ta’ wara.
Artikolu 48
Miżuri differenzjati u ta’ rimedju
Il-Membri importaturi li jkunu qegħdin jiżviluppaw, u l-pajjiżi l-anqas żviluppati li huma Membri, li l-interessi tagħhom jkunu affettwati ħażin mill-miżuri li jittieħdu taħt dan il-Ftehim jistgħu jitolbu lill-Kunsill miżuri differenzjati u ta’ rimedju xierqa. Il-Kunsill għandu jikkunsidra li jieħu dawk il-miżuri xierqa fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni 93 (IV) adottata mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp.
KAPITOLU XVI
KONSULTAZZJONIJIET, TILWIM U LMENTI
Artikolu 49
Konsultazzjonijiet
Kull Membru għandu jagħti l-konsiderazzjoni sħiħa u dovuta lil kull rappreżentazzjoni li ssirlu minn Membru ieħor dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għandu jalloka opportunità adegwata għal konsultazzjonijiet. Matul dawk il-konsultazzjonijiet, fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet u bil-kunsens tal-parti l-oħra, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi proċedura xierqa ta’ konċiljazzjoni. L-ispejjeż ta’ dik il-proċedura ma għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni. Jekk dik il-proċedura twassal għal soluzzjoni, din għandha tkun irrapportata lid-Direttur Eżekuttiv. Jekk ma tintlaħaq l-ebda soluzzjoni, il-kwistjoni tista’, fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet, tkun riferuta lill-Kunsill skont l-Artikolu 50.
Artikolu 50
Tilwim
1. Kull tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li ma tissolviex mill-partijiet involuti fit-tilwima għandha, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tkun riferuta lill-Kunsill għal deċiżjoni.
2. Meta tilwima tkun riferuta lill-Kunsill taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tkun ġiet diskussa, diversi Membri li flimkien ikollhom terz jew anqas tat-total tal-voti, jew kwalunkwe ħames Membri, jistgħu jitolbu lill-Kunsill li jitlob l-opinjoni, qabel ma jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwistjonijiet tat-tilwima, ta’ grupp konsultattiv ad hoc ikkostitwit kif indikat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
3. |
|
4. L-opinjoni motivata tal-grupp konsultattiv ad hoc għandha tintbagħat lill-Kunsill, li, wara li jikkunsidra l-informazzjoni kollha relevanti, għandu jieħu deċiżjoni dwar it-tilwima.
Artikolu 51
Azzjoni mill-Kunsill f’każ ta’ lment
1. Kull ilment dwar in-nuqqas ta’ xi Membru li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim għandu, fuq it-talba tal-Membru li jkun qed iressaq l-ilment, ikun riferut lill-Kunsill, li għandu jikkunsidrah u jieħu deċiżjoni fuq il-kwistjoni.
2. Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill jikkonkludi li Membru jkun kiser l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim għandha tittieħed b’vot ta’ maġġoranza sempliċi mqassma u għandha tispeċifika n-natura ta’ dan il-ksur.
3. Kull darba li huwa jikkonkludi, kemm wara lment kif ukoll b’xi mod ieħor, li Membru jkun kiser l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim, il-Kunsill jista’, mingħajr preġudizzju għal tali miżuri oħra kif previsti speċifikament f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, inkluż l-Artikolu 60:
|
(a) |
Jissospendi d-drittijiet tal-votazzjoni ta’ dak il-Membru fil-Kunsill; u |
|
(b) |
Jekk jikkunsidra li huwa meħtieġ, jissospendi drittijiet oħrajn ta’ dak il-Membru, inkluż dak li jkun eliġibbli għal xi funzjoni fil-Kunsill, jew f’xi wieħed mill-Kumitati tiegħu, jew id-dritt tiegħu li jeżerċita tali funzjoni, sakemm jaqdi l-obbligi tiegħu. |
4. Membru li d-drittijiet tal-votazzjoni tiegħu jkunu ġew sospiżi taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandu jibqa’ suġġett għall-obbligi finanzjarji u obbligi oħra taħt dan il-Ftehim.
KAPITOLU XVII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 52
Depożitarju
Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti b’dan huwa nnominat bħala d-depożitarju ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 53
Iffirmar
Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-iffirmar mill-Partijiet għall-Ftehim Internazzjonali tal-2001 dwar il-Kawkaw u tal-gvernijiet mistiednin għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw, 2010, fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2012 inkluż. Madankollu, il-Kunsill stabbilit taħt it-termini tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2001, jew il-Kunsill stabbilit taħt dan il-Ftehim, jista’ jestendi darba biss iż-żmien għall-iffirmar ta’ dan il-Ftehim. Il-Kunsill għandu javża minnufih lid-depożitarju dwar dik l-estensjoni.
Artikolu 54
Ratifika, aċċettazzjoni u approvazzjoni
1. Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-gvernijiet firmatarji skont il-proċeduri kostituzzjonali tagħhom. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati għand id-Depożitarju.
2. Kull Parti Kontraenti għandha tindika lis-Segretarju Ġenerali, meta tiddepożita l-istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni tagħha jew malli jkun possibbli wara din id-data, jekk hijiex Membru esportatur jew Membru importatur.
Artikolu 55
Adeżjoni
1. Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-adeżjoni mill-gvern ta’ kull Stat intitolat sabiex jiffirmah.
2. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi taħt liema mill-Annessi ta’ dan il-Ftehim għandu jitqies li jitniżżel l-Istat ta’ adeżjoni, jekk dak l-Istat mhu mniżżel taħt ebda wieħed minn dawn l-Annessi.
3. L-adeżjoni ssir permezz tad-depożitu ta’ strument ta’ adeżjoni għand id-Depożitarju.
Artikolu 56
Notifika ta’ applikazzjoni provviżorja
1. Gvern firmatarju li jkun bi ħsiebu jirratifika, jaċċetta, jew japprova dan il-Ftehim jew gvern li jkun bi ħsiebu jidħol għall-Ftehim, iżda li ma jkunx għadu jista’ jiddepożita l-istrument tiegħu, jista’ f’kull ħin javża lid-depożitarju li, skont il-proċeduri kostituzzjonali tiegħu u/jew il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tiegħu, ser japplika dan il-Ftehim b’mod provviżorju jew meta jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 57, jew, jekk diġà jkun fis-seħħ, f’data speċifikata. Kull gvern li jagħti dak l-avviż għandu jindika lis-Segretarju Ġenerali, fil-mument tan-notifika jew malli jkun possibbli wara n-notifika, jekk hux ser ikun Membru esportatur jew Membru importatur.
2. Gvern li jkun avża taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li ser japplika dan il-Ftehim jew meta jidħol fis-seħħ jew f’data speċifika għandu, minn dak iż-żmien, ikun Membru provviżorju. Jibqa’ Membru provviżorju sad-data tad-depożitu tal-istrument tiegħu tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni, jew l-adeżjoni.
Artikolu 57
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ definittivament fl-1 ta’ Ottubru 2012, jew f’xi data ulterjuri, jekk sa’ dik id-data l-gvernijiet li jirrappreżentaw mill-inqas ħames pajjiżi esportaturi li jagħmlu ta’ mill-anqas 80 % tal-esportazzjonijiet totali tal-pajjiżi mniżżla fl-Anness A u l-Gvernijiet li jirrappreżentaw il-pajjiżi importaturi li jkollhom mill-anqas 60 % tal-importazzjonijiet totali kif ippreżentati fl-Anness B ikunu ddepożitaw l-istrumenti tagħhom tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni mad-Depożitarju. Jidħol ukoll fis-seħħ definittivament wara li jidħol fis-seħħ provviżorjament u jintlaħqu l-perċentwali meħtieġa hawn fuq bid-depożitu tal-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni.
2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ provviżorjament fl-1 ta’ Jannar 2011 jekk, sa dik id-data, il-gvernijiet li jirrappreżentaw mill-inqas ħames pajjiżi esportaturi li jagħmlu ta’ mill-anqas 80 % tal-esportazzjonijiet totali tal-pajjiżi mniżżla fl-Anness A u l-gvernijiet li jirrappreżentaw il-pajjiżi importaturi li għandhom mill-anqas 60 % tal-importazzjonijiet totali kif ippreżentati fl-Anness B ikunu ddepożitaw l-istrumenti tagħhom tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jew ikunu avżaw lid-depożitarju li ser japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament meta jidħol fis-seħħ. Dawk il-Gvernijiet għandhom ikunu Membri provviżorji.
3. Jekk il-kondizzjonijiet għad-dħul fis-seħħ taħt il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġew sodisfatti sal-1 ta’ Settembru 2011, is-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp għandu jsejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, laqgħa għal dawk il-Gvernijiet li jkunu ddepożitaw l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, jew avżaw lid-depożitarju li sejrin japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament. Dawn il-Gvernijiet ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk idaħħlux dan il-Ftehim fis-seħħ definittivament jew provviżorjament bejniethom, kollu kemm hu jew parti minnu, fid-data li jistabbilixxu jew jadottaw xi arranġament ieħor li jqisu meħtieġ.
4. Għal Gvern li f’ismu jkun ġie ddepożitat strument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jew avviż ta’ applikazzjoni provviżorja jkun ġie ddepożitat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim skont il-paragrafu 1, il-paragrafu 2, jew il-paragrfu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-istrument jew l-avviż jidħol fis-seħħ fid-data ta’ tali depożitu u, fil-każ tal-avviż tal-applikazzjoni provviżorja, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 56.
Artikolu 58
Riżervi
Ma jistgħux isiru riżervi dwar xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 59
Irtirar
1. F’kull ħin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull Membru jista’ jirtira minn dan il-Ftehim billi javża lid-Depożitarju bil-miktub dwar l-irtirar tiegħu. Il-Membru għandu minnufih javża lill-Kunsill dwar id-deċiżjoni tiegħu.
2. L-irtirar isir effettiv 90 jum wara li d-Depożitarju jirċievi l-avviż. Jekk, bħala konsegwenza tal-irtirar, l-għadd ta’ Membri f’dan il-Ftehim ma jkunx biżżejjed sabiex jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 57 għad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Kunsill għandu jiltaqa’ f’seduta speċjali biex jirrevedi s-sitwazzjoni u jieħu d-deċiżjonijiet xierqa.
Artikolu 60
Esklużjoni
Jekk, taħt il-paragrafu 3 tal-Artikolu 51, il-Kunsill jikkonkludi li xi Membru kiser l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim u jsib, barra minn hekk, li dak il-ksur ifixkel b’mod sinifikanti l-operat ta’ dan il-Ftehim, jista’ jeskludi lil dak il-Membru mill-Organizzazzjoni. Il-Kunsill għandu javża minnufih lid-depożitarju dwar din l-esklużjoni. Disgħin jum wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill, dak il-Membru ma għandux jibqa Membru tal-Organizzazzjoni.
Artikolu 61
Ħlasijiet ta’ kontijiet f’każ ta’ irtirar jew esklużjoni
Fil-każ tal-irtirar jew l-esklużjoni ta’ xi Membru, il-Kunsill għandu jiddetermina kwalunkwe ħlas tal-kontijiet ta’ dak il-Membru. L-Organizzazzjoni għandha żżomm kull ammont li jkun diġà tħallas minn dak il-Membru li, barra minn hekk, ikun mistenni jħallas kull ammont dovut lilha sad-data effettiva tal-irtirar jew tal-esklużjoni. Madankollu, fil-każ ta’ Parti Kontraenti li ma tkunx tista’ taċċetta emenda u li, minħabba dan, tieqaf tieħu sehem f’dan il-Ftehim skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 63, il-Kunsill jista’ jistabbilixxi l-kont b’mod li jidhirlu ġust.
Artikolu 62
Tul ta’ żmien, estensjoni u tmiem
1. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sal-aħħar tal-għaxar sena sħiħa tal-kawkaw wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, sakemm ma jkunx estiż taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jew jiġi mitmum qabel taħt il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-Kunsill għandu jirrevedi dan il-Ftehim ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u jieħu d-deċiżjonijiet xierqa.
3. Waqt li dan il-Ftehim ikun fis-seħħ, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jinnegozjah mill-ġdid bil-għan li l-ftehim innegozjat mill-ġdid jidħol fis-seħħ fl-aħħar tal-għaxar sena tal-kawkaw imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew fl-aħħar ta’ kull perijodu ta’ estensjoni li jiddeċiedi dwaru l-Kunsill taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kunsill jista’ jestendi parti mill-Ftehim jew il-Ftehim kollu, għal żewġ perijodi li ma jaqbżux sentejn tal-kawkaw kull wieħed. Il-Kunsill għandu javża lid-Depożitarju dwar din l-estensjoni.
5. Il-Kunsill jista’ f’kull ħin jiddeċiedi li jtemm dan il-Ftehim. Dik it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li jiddeċiedi l-Kunsill, bil-kondizzjoni li l-obbligi tal-Membri taħt l-Artikolu 25 għandhom ikomplu sakemm jitħallsu l-obbligi finanzjarji relatati mal-operat ta’ dan il-Ftehim. Il-Kunsill għandu javża lid-depożitarju dwar din id-deċiżjoni.
6. Minkejja t-tmiem ta’ dan il-Ftehim bi kwalunkwe mod, il-Kunsill għandu jibqa’ jopera sakemm ikun meħtieġ biex jillikwida l-Organizzazzjoni, jagħlaq il-ħlas tal-kontijiet tagħha u jqassam l-assi tagħha. Matul dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jkollu s-setgħat meħtieġa għall-konklużjoni tal-kwistjonijiet kollha amministrattivi u finanzjarji.
7. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 59, Membru li ma jixtieqx jieħu sehem f’dan il-Ftehim kif estiż taħt dan l-Artikolu għandu javża b’dan lid-depożitarju u lill-Kunsill. Dak il-Membru ma jibqax parti għal dan il-Ftehim mill-bidu tal-perijodu ta’ estensjoni.
Artikolu 63
Emendi
1. Il-Kunsill jista’ jirrakkomanda emenda għal dan il-Ftehim lill-Partijiet Kontraenti. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ 100 jum wara li d-Depożitarju jkun irċieva l-avviżi tal-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti li jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-voti tal-Membri esportaturi li għandhom mill-inqas 85 % tal-voti tal-Membri esportaturi, u mill-Partijiet Kontraenti li jirrappreżentaw mill-anqas 75 % tal- Membri importaturi li għandhom mill-anqas 85 % tal-voti tal-Membri importaturi, jew f’data ulterjuri li jkun stabbilixxa l-Kunsill. Il-Kunsill jista’ jistabbilixxi żmien li matulu l-Partijiet Kontraenti għandhom javżaw lid-Depożitarju dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-emenda, u, jekk l-emenda ma tidħolx fis-seħħ sa dak iż-żmien, għandha titqies irtirata.
2. Kull Membru li ma jkunx sar f’ismu avviż ta’ aċċettazzjoni ta’ emenda fid-data meta din tidħol fis-seħħ għandu, f’dik id-data, jieqaf jieħu sehem f’dan il-Ftehim, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix li jestendi l-perijodu stabbilit għall-aċċettazzjoni ta’ dak il-Membru sabiex jippermettilu li jlesti l-proċeduri interni tiegħu. Dak il-Membru ma għandux ikun marbut bl-emenda qabel ikun avża l-aċċettazzjoni tagħha.
3. Hekk kif tiġi adottata rakkomandazzjoni għal emenda, il-Kunsill għandu jibgħat kopja tal-emenda lid-Depożitarju. Il-Kunsill għandu jagħti t-tagħrif meħtieġ lid-Depożitarju sabiex jiddetermina jekk in-numru ta’ avviżi ta’ aċċettazzjoni riċevuti huwiex biżżejjed sabiex l-emenda ssir effettiva.
KAPITOLU XVIII
DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI U TRANŻITORJI
Artikolu 64
Fond ta’ Riżerva Speċjali
1. Għandu jkun stabbilit Fond ta’ Riżerva Speċjali, li jservi biss sabiex ikopri l-ispejjeż li jistgħu jinqalgħu fil-likwidazzjoni tal-Organizzazzjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi l-mod kif għandhom jintużaw l-imgħaxijiet li jidħlu minn dan il-Fond.
2. L-ammont tal-Fond ta’ Riżerva Speċjali, stabbilit mill-Kunsill taħt il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-1993, għandu jkun trasferit għal dan il-Ftehim skont il-paragrafu 1.
3. Membru li ma jkunx daħal fil-Ftehimiet Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-1993 u tal-2001 u li jidħol għal dan il-Ftehim għandu jagħmel kontribuzzjoni għall-Fond ta’ Riżerva Speċjali. Il-kontribuzzjoni ta’ dak il-Membru għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill skont in-numru ta’ voti li jkollu dak il-Membru.
Artikolu 65
Dispożizzjonijiet addizzjonali u tranżitorji oħrajn
1. Dan il-Ftehim għandu jitqies li jissostitwixxi l-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2001.
2. Id-dispożizzjonijiet adottati skont il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2001, kemm mill-Organizzazzjoni kif ukoll minn kull wieħed mill-korpi tagħha, jew f’isimhom, li jkunu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u li ma jkunx intqal li l-effett tagħhom skada f’dik id-data, għandhom jibqgħu applikabbli sakemm ma jinbidlux taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
MAGĦMUL f’Ġinevra fil-25 ta’ Ġunju 2010, u t-testi ta’ dan il-Ftehim biċ-Ċiniż, bil-Franċiż, bl-Għarbi, bl-Ingliż, bl-Ispanjol,u bir-Russu huma ugwalment awtentiċi.
(1) Ikkalkulat skont it-tħin taż-żerriegħa tal-kawkaw flimkien mal-importazzjonijiet netti tal-prodotti derivati mill-kawkaw u ta’ ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata f’ekwivalenti f’żerriegħa.
ANNESS A
Esportazzjonijiet tal-kawkaw (a) maħduma għall-finijiet tal-Artikolu 57 (Dħul fis-seħħ)
|
Pajjiż (b) |
2005/06 |
2006/07 |
2007/08 |
Medja fuq tliet snin 2005/06-2007/08 |
||||||||||||
|
(Tunnellati) |
(Sehem) |
|||||||||||||||
|
Kosta tal-Ivorju |
m |
1 349 639 |
1 200 154 |
1 191 377 |
1 247 057 |
38,75 % |
||||||||||
|
Gana |
m |
648 687 |
702 784 |
673 403 |
674 958 |
20,98 % |
||||||||||
|
Indoneżja |
|
592 960 |
520 479 |
465 863 |
526 434 |
16,36 % |
||||||||||
|
Niġerja |
m |
207 215 |
207 075 |
232 715 |
215 668 |
6,70 % |
||||||||||
|
Kamerun |
m |
169 214 |
162 770 |
178 844 |
170 276 |
5,29 % |
||||||||||
|
Ekwador |
m |
108 678 |
110 308 |
115 264 |
111 417 |
3,46 % |
||||||||||
|
Togo |
m |
73 064 |
77 764 |
110 952 |
87 260 |
2,71 % |
||||||||||
|
Papwa Ginea Ġdida |
m |
50 840 |
47 285 |
51 588 |
49 904 |
1,55 % |
||||||||||
|
Repubblika Dominikana |
m |
31 629 |
42 999 |
34 106 |
36 245 |
1,13 % |
||||||||||
|
Ginea |
|
18 880 |
17 620 |
17 070 |
17 857 |
0,55 % |
||||||||||
|
Peru |
|
15 414 |
11 931 |
11 178 |
12 841 |
0,40 % |
||||||||||
|
Brażil |
m |
57 518 |
10 558 |
–32 512 |
11 855 |
0,37 % |
||||||||||
|
Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela |
m |
11 488 |
12 540 |
4 688 |
9 572 |
0,30 % |
||||||||||
|
Sierra Leone |
|
4 736 |
8 910 |
14 838 |
9 495 |
0,30 % |
||||||||||
|
Uganda |
|
8 270 |
8 880 |
8 450 |
8 533 |
0,27 % |
||||||||||
|
Repubblika Unita tat-Tanzanija |
|
6 930 |
4 370 |
3 210 |
4 837 |
0,15 % |
||||||||||
|
Gżejjer Solomon |
|
4 378 |
4 075 |
4 426 |
4 293 |
0,13 % |
||||||||||
|
Ħaïti |
|
3 460 |
3 900 |
4 660 |
4 007 |
0,12 % |
||||||||||
|
Madagaskar |
|
2 960 |
3 593 |
3 609 |
3 387 |
0,11 % |
||||||||||
|
São Tomé u Príncipe |
|
2 250 |
2 650 |
1 500 |
2 133 |
0,07 % |
||||||||||
|
Liberja |
|
650 |
1 640 |
3 930 |
2 073 |
0,06 % |
||||||||||
|
Ginea Ekwatorjali |
|
1 870 |
2 260 |
1 990 |
2 040 |
0,06 % |
||||||||||
|
Vanwatu |
|
1 790 |
1 450 |
1 260 |
1 500 |
0,05 % |
||||||||||
|
Nikaragwa |
|
892 |
750 |
1 128 |
923 |
0,03 % |
||||||||||
|
Repubblika Demokratika tal-Kongo |
|
900 |
870 |
930 |
900 |
0,03 % |
||||||||||
|
Ħonduras |
|
1 230 |
806 |
– 100 |
645 |
0,02 % |
||||||||||
|
Kongo |
|
90 |
300 |
1 400 |
597 |
0,02 % |
||||||||||
|
Panama |
|
391 |
280 |
193 |
288 |
0,01 % |
||||||||||
|
Vjetnam |
|
240 |
70 |
460 |
257 |
0,01 % |
||||||||||
|
Grenada |
|
80 |
218 |
343 |
214 |
0,01 % |
||||||||||
|
Gabon |
m |
160 |
99 |
160 |
140 |
— |
||||||||||
|
Trinidad u Tobago |
m |
193 |
195 |
–15 |
124 |
— |
||||||||||
|
Beliże |
|
60 |
30 |
20 |
37 |
— |
||||||||||
|
Dominika |
|
60 |
20 |
0 |
27 |
— |
||||||||||
|
Fiġi |
|
20 |
10 |
10 |
13 |
— |
||||||||||
|
Total (c) |
3 376 836 |
3 169 643 |
3 106 938 |
3 217 806 |
100,00 % |
|||||||||||
|
Noti:
Sors: L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw, Bullettin ta’ kull Kwart tal-Istatistiċi dwar il-Kawkaw, vol. XXXV, nru 3, sena tal-kawkaw 2008/09 |
||||||||||||||||
ANNESS B
Importazzjonijiet ta’ kawkaw (a) maħduma għall-finijiet tal-Artikolu 57 (Dħul fis-seħħ)
|
Pajjiż (b) |
2005/06 |
2006/07 |
2007/08 |
Medja fuq tliet snin 2005/06–2007/08 |
||||||||||||||
|
(Tunnellati) |
(Sehem) |
|||||||||||||||||
|
Unjoni Ewropea: |
m |
2 484 235 |
2 698 016 |
2 686 041 |
2 622 764 |
53,24 % |
||||||||||||
|
Ġermanja |
|
487 696 |
558 357 |
548 279 |
531 444 |
10,79 % |
||||||||||||
|
Awstrija |
|
20 119 |
26 576 |
24 609 |
23 768 |
0,48 % |
||||||||||||
|
Belġju/Lussemburgu |
|
199 058 |
224 761 |
218 852 |
214 224 |
4,35 % |
||||||||||||
|
Bulgarija |
|
12 770 |
14 968 |
12 474 |
13 404 |
0,27 % |
||||||||||||
|
Ċipru |
|
282 |
257 |
277 |
272 |
0,01 % |
||||||||||||
|
Danimarka |
|
15 232 |
15 493 |
17 033 |
15 919 |
0,32 % |
||||||||||||
|
Spanja |
|
150 239 |
153 367 |
172 619 |
158 742 |
3,22 % |
||||||||||||
|
Estonja |
|
37 141 |
14 986 |
–1 880 |
16 749 |
0,34 % |
||||||||||||
|
Finlandja |
|
10 954 |
10 609 |
11 311 |
10 958 |
0,22 % |
||||||||||||
|
Franza |
|
388 153 |
421 822 |
379 239 |
396 405 |
8,05 % |
||||||||||||
|
Greċja |
|
16 451 |
17 012 |
17 014 |
16 826 |
0,34 % |
||||||||||||
|
Ungerija |
|
10 564 |
10 814 |
10 496 |
10 625 |
0,22 % |
||||||||||||
|
Irlanda |
|
22 172 |
19 383 |
17 218 |
19 591 |
0,40 % |
||||||||||||
|
Italja |
|
126 949 |
142 128 |
156 277 |
141 785 |
2,88 % |
||||||||||||
|
Latvja |
|
2 286 |
2 540 |
2 434 |
2 420 |
0,05 % |
||||||||||||
|
Litwanja |
|
5 396 |
4 326 |
4 522 |
4 748 |
0,10 % |
||||||||||||
|
Malta |
|
34 |
46 |
81 |
54 |
— |
||||||||||||
|
Pajjiżi l– Baxxi |
|
581 459 |
653 451 |
681 693 |
638 868 |
12,97 % |
||||||||||||
|
Polonja |
|
103 382 |
108 275 |
113 175 |
108 277 |
2,20 % |
||||||||||||
|
Portugall |
|
3 643 |
4 179 |
3 926 |
3 916 |
0,08 % |
||||||||||||
|
Repubblika Slovakka |
|
15 282 |
16 200 |
13 592 |
15 025 |
0,30 % |
||||||||||||
|
Repubblika Ċeka |
|
12 762 |
14 880 |
16 907 |
14 850 |
0,30 % |
||||||||||||
|
Rumanija |
|
11 791 |
13 337 |
12 494 |
12 541 |
0,25 % |
||||||||||||
|
Renju Unit |
|
232 857 |
234 379 |
236 635 |
234 624 |
4,76 % |
||||||||||||
|
Slovenja |
|
1 802 |
2 353 |
2 185 |
2 113 |
0,04 % |
||||||||||||
|
Svezja |
|
15 761 |
13 517 |
14 579 |
14 619 |
0,30 % |
||||||||||||
|
Stati Uniti |
|
822 314 |
686 939 |
648 711 |
719 321 |
14,60 % |
||||||||||||
|
Malasja (c) |
m |
290 623 |
327 825 |
341 462 |
319 970 |
6,49 % |
||||||||||||
|
Federazzjoni Russa |
m |
163 637 |
176 700 |
197 720 |
179 352 |
3,64 % |
||||||||||||
|
Kanada |
|
159 783 |
135 164 |
136 967 |
143 971 |
2,92 % |
||||||||||||
|
Ġappun |
|
112 823 |
145 512 |
88 403 |
115 579 |
2,35 % |
||||||||||||
|
Singapor |
|
88 536 |
110 130 |
113 145 |
103 937 |
2,11 % |
||||||||||||
|
Ċina |
|
77 942 |
72 532 |
101 671 |
84 048 |
1,71 % |
||||||||||||
|
Svizzera |
m |
74 272 |
81 135 |
90 411 |
81 939 |
1,66 % |
||||||||||||
|
Turkija |
|
73 112 |
84 262 |
87 921 |
81 765 |
1,66 % |
||||||||||||
|
Ukraina |
|
63 408 |
74 344 |
86 741 |
74 831 |
1,52 % |
||||||||||||
|
Awstralja |
|
52 950 |
55 133 |
52 202 |
53 428 |
1,08 % |
||||||||||||
|
Arġentina |
|
33 793 |
38 793 |
39 531 |
37 372 |
0,76 % |
||||||||||||
|
Tajlandja |
|
26 737 |
31 246 |
29 432 |
29 138 |
0,59 % |
||||||||||||
|
Filippini |
|
18 549 |
21 260 |
21 906 |
20 572 |
0,42 % |
||||||||||||
|
Messiku (c) |
|
19 229 |
15 434 |
25 049 |
19 904 |
0,40 % |
||||||||||||
|
Repubblika Koreana |
|
17 079 |
24 454 |
15 972 |
19 168 |
0,39 % |
||||||||||||
|
Afrika t’Isfel |
|
15 056 |
17 605 |
16 651 |
16 437 |
0,33 % |
||||||||||||
|
Iran (Repubblika Iżlamika ta’) |
|
10 666 |
14 920 |
22 056 |
15 881 |
0,32 % |
||||||||||||
|
Kolombja (c) |
|
16 828 |
19 306 |
9 806 |
15 313 |
0,31 % |
||||||||||||
|
Ċili |
|
13 518 |
15 287 |
15 338 |
14 714 |
0,30 % |
||||||||||||
|
Indja |
|
9 410 |
10 632 |
17 475 |
12 506 |
0,25 % |
||||||||||||
|
Iżrael |
|
11 437 |
11 908 |
13 721 |
12 355 |
0,25 % |
||||||||||||
|
New Zealand |
|
11 372 |
12 388 |
11 821 |
11 860 |
0,24 % |
||||||||||||
|
Serbja |
|
10 864 |
11 640 |
12 505 |
11 670 |
0,24 % |
||||||||||||
|
Norveġja |
|
10 694 |
11 512 |
12 238 |
11 481 |
0,23 % |
||||||||||||
|
Eġittu |
|
6 026 |
10 085 |
14 036 |
10 049 |
0,20 % |
||||||||||||
|
Alġerija |
|
9 062 |
7 475 |
12 631 |
9 723 |
0,20 % |
||||||||||||
|
Kroazja |
|
8 846 |
8 904 |
8 974 |
8 908 |
0,18 % |
||||||||||||
|
Repubblika Għarbija Sirjana |
|
7 334 |
7 229 |
8 056 |
7 540 |
0,15 % |
||||||||||||
|
Tuneżija |
|
6 019 |
7 596 |
8 167 |
7 261 |
0,15 % |
||||||||||||
|
Każakstan |
|
6 653 |
7 848 |
7 154 |
7 218 |
0,15 % |
||||||||||||
|
Arabja Sawdija |
|
6 680 |
6 259 |
6 772 |
6 570 |
0,13 % |
||||||||||||
|
Belarus |
|
8 343 |
3 867 |
5 961 |
6 057 |
0,12 % |
||||||||||||
|
Marokk |
|
4 407 |
4 699 |
5 071 |
4 726 |
0,10 % |
||||||||||||
|
Pakistan |
|
2 123 |
2 974 |
2 501 |
2 533 |
0,05 % |
||||||||||||
|
Kosta Rika |
|
1 965 |
3 948 |
1 644 |
2 519 |
0,05 % |
||||||||||||
|
Urugwaj |
|
2 367 |
2 206 |
2 737 |
2 437 |
0,05 % |
||||||||||||
|
Libanu |
|
2 059 |
2 905 |
2 028 |
2 331 |
0,05 % |
||||||||||||
|
Gwatemala |
|
1 251 |
2 207 |
1 995 |
1 818 |
0,04 % |
||||||||||||
|
Bolivja (c) |
|
1 282 |
1 624 |
1 927 |
1 611 |
0,03 % |
||||||||||||
|
Sri Lanka |
|
1 472 |
1 648 |
1 706 |
1 609 |
0,03 % |
||||||||||||
|
El Salvador |
|
1 248 |
1 357 |
1 422 |
1 342 |
0,03 % |
||||||||||||
|
Azerbajġan |
|
569 |
2 068 |
1 376 |
1 338 |
0,03 % |
||||||||||||
|
Ġordan |
|
1 263 |
1 203 |
1 339 |
1 268 |
0,03 % |
||||||||||||
|
Kenja |
|
1 073 |
1 254 |
1 385 |
1 237 |
0,03 % |
||||||||||||
|
Uzbekistan |
|
684 |
1 228 |
1 605 |
1 172 |
0,02 % |
||||||||||||
|
Ħong Kong (Ċina) |
|
2 018 |
870 |
613 |
1 167 |
0,02 % |
||||||||||||
|
Repubblika tal– Moldova |
|
700 |
1 043 |
1 298 |
1 014 |
0,02 % |
||||||||||||
|
Islanda |
|
863 |
1 045 |
1 061 |
990 |
0,02 % |
||||||||||||
|
Dik li kienet ir– Repubblika Jugoslava tal– Maċedonja |
|
628 |
961 |
1 065 |
885 |
0,02 % |
||||||||||||
|
Bosnja– Ħerzegovina |
|
841 |
832 |
947 |
873 |
0,02 % |
||||||||||||
|
Kuba (c) |
|
2 162 |
– 170 |
107 |
700 |
0,01 % |
||||||||||||
|
Kuwajt |
|
427 |
684 |
631 |
581 |
0,01 % |
||||||||||||
|
Senegal |
|
248 |
685 |
767 |
567 |
0,01 % |
||||||||||||
|
Ġamaħirija Għarbija Libjana |
|
224 |
814 |
248 |
429 |
0,01 % |
||||||||||||
|
Paragwaj |
|
128 |
214 |
248 |
197 |
— |
||||||||||||
|
Albanija |
|
170 |
217 |
196 |
194 |
— |
||||||||||||
|
Ġamajka (c) |
|
479 |
–67 |
89 |
167 |
— |
||||||||||||
|
Oman |
|
176 |
118 |
118 |
137 |
— |
||||||||||||
|
Żambja |
|
95 |
60 |
118 |
91 |
— |
||||||||||||
|
Żimbabwe |
|
111 |
86 |
62 |
86 |
— |
||||||||||||
|
Santa Luċija (c) |
|
26 |
20 |
25 |
24 |
— |
||||||||||||
|
Samoa |
|
48 |
15 |
0 |
21 |
— |
||||||||||||
|
Saint– Vincent u l– Grenadini |
|
6 |
0 |
0 |
2 |
— |
||||||||||||
|
Total (d) |
4 778 943 |
5 000 088 |
5 000 976 |
4 926 669 |
100,00 % |
|||||||||||||
|
Noti:
Sors: L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw, Bullettin ta’ kull Kwart tal-Istatistiċi dwar il-Kawkaw, Vol. XXXV, Nru 3, Sena tal-kawkaw 2008/09. |
||||||||||||||||||
ANNESS C
Pajjiżi produtturi li jesportaw esklużivament jew parzjalment kawkaw fin (“fine” jew “flavour”)
|
|
Kolombja |
|
|
Kosta Rika |
|
|
Dominika |
|
|
Repubblika Dominikana |
|
|
Ekwador |
|
|
Grenada |
|
|
Indoneżja |
|
|
Ġamajka |
|
|
Madagaskar |
|
|
Papwa Ginea Ġdida |
|
|
Perù |
|
|
Santa Luċija |
|
|
Sao Tomé u Principe |
|
|
Trinidad u Tobago |
|
|
Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela |