ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.254.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 254

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
30 ta' Settembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/640/PESK tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2011 tad-29 ta’ Settembru 2011 li jagħti bidu għal reviżjoni ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 (li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Repubblika tal-Poplu [Popolari] taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le) għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, li jirrevoka d-dazju anti-dumping dwar l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 970/2011 tad-29 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 tad-29 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2011/2012

12

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 972/2011 tad-29 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2011

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 973/2011 tad-29 ta’ Settembru 2011 dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ħames stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/641/PESK tad-29 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

18

 

 

2011/642/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2011 li ttemm il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

20

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2011/72/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà ( ĠU L 246, 23.9.2011 )

22

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/640/PESK

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”),

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 1816 (2008) li titlob lill-Istati kollha sabiex jikkoperaw fid-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, u fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ persuni responsabbli għall-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi fil-baħar ‘il barra mix-xtut tas-Somalja. Dawk id-dispożizzjonijiet ġew affermati mill-ġdid b’Riżoluzzjonijiet sussegwenti tal-KSNU.

(2)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (operazzjoni “Atalanta”).

(3)

L-Artikolu 12 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK jipprevedi li persuni ssuspettati li kellhom l-intenzjoni li jwettqu, li qed iwettqu jew li wettqu atti ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja, li jiġu arrestati u miżmuma, bil-ħsieb tal-prosekuzzjoni tagħhom, u l-proprjetà li tkun intużat biex jitwettqu dawn l-atti, jistgħu jiġu trasferiti fi Stat terz li jixtieq jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq il-persuni u l-proprjetà msemmijin hawn fuq, dment li l-kondizzjonijiet għat-trasferiment kienu maqbula ma’ dak l-Istat terz b’mod konsistenti mal-liġi internazzjonali rilevanti, notevolment il-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, sabiex jiġi garantit b’mod partikolari li ħadd ma jkun soġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal kwalunkwe trattament krudili, inuman jew degradanti.

(4)

Wara l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni mill-Kunsill fit-22 ta’ Marzu 2010 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ir-RGħ, f’konformità mal-Artikolu 37 TUE, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment (“il-Ftehim”).

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat biex jinnomina l-persuna jew il-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill, f’isem l-Unjoni, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 11(1) tal-Ftehim (2).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment

L-UNJONI EWROPEA (UE),

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Mawrizju”,

min-naħa l-oħra,

Minn hawn ‘il quddiem imsejħin flimkien il-“Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW:

Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) (UNSCR) 1814 (2008), 1838 (2008), 1846 (2008), 1851 (2008) u r-riżoluzzjonijiet suċċessivi tal-KSNU,

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) tal-1982, b’mod partikolari l-Artikoli 100 sa 107 u l-Artikolu 110 tagħha,

L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-UE 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Operazzjoni EUNAVFOR Atalanta), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/907/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2009 (2),

Il-Liġi Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, u l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra tal-1984,

li dan il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont ftehimiet internazzjonali u strumenti oħrajn li jistabbilixxu qrati u tribunali internazzjonali, inkluż l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

LAĦQU FTEHIM KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jiddefinixxi l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet għal

(a)

it-trasferiment ta’ persuni ssuspettati li ppruvaw iwettqu, li qed iwettqu jew li wettqu atti ta’ piraterija fiż-żona ta’ operazzjoni tal-EUNAVFOR, fl-ibħra internazzjonali tal-Mawrizju, il-Madagaskar, il-Gżejjer Komoros, is-Seychelles u l-Gżira ta’ Réunion, u miżmuma mill-EUNAVFOR;

(b)

it-trasferiment ta’ proprjetà assoċjata ssekwestrata mill-EUNAVFOR mill-EUNAVFOR lejn il-Mawrizju, u

(c)

it-trattament tal-persuni ttrasferiti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR)” għandha tfisser il-kwartieri ġenerali militari tal-UE u l-kontinġenti nazzjonali li jikkontribwixxu għall-operazzjoni “Atalanta” tal-EU, il-bastimenti, l-inġenji tal-ajru u l-assi tagħhom;

(b)

Operazzjoni” għandha tfisser it-tħejjija, l-istabbiliment, it-twettiq u l-appoġġ tal-missjoni militari stabbilita mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-UE 2008/851/PESK u/jew is-suċċessuri tagħha;

(c)

kontinġenti nazzjonali” għandha tfisser l-unitajiet u l-bastimenti li jappartjenu lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u, kif indikat mill-UE, lill-Istati l-oħrajn li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

(d)

Stat Mittenti” għandha tfisser Stat li jipprovdi kontinġent nazzjonali għall-EUNAVFOR;

(e)

piraterija” għandha tfisser piraterija kif definita fl-Artikolu 101 tal-UNCLOS;

(f)

persuna ttrasferita” għandha tfisser kwalunke persuna ssuspettata li ppruvat twettaq, li qiegħda twettaq jew li wettqet atti ta piraterija ttrasferita mill-EUNAVFOR lejn il-Mawrizju skont dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali

1.   Il-Mawrizju jista’ jaċċetta, fuq talba mill-EUNAVFOR, it-trasferiment ta’ persuni miżmuma mill-EUNAVFOR b’konnessjoni ma’ piraterija u proprjetà assoċjata ssekwestrata mill-EUNAVFOR u jressaq lil tali persuni u proprjetà lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-fini ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni. Il-ftehim dwar l-aċċettazzjoni ta’ konsenja proposta ser isir fuq il-bażi ta’ każ b’każ mill-Mawrizju, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha inkluż il-post tal-inċident.

2.   L-EUNAVFOR għandha tittrasferixxi persuni lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Mawrizju biss.

3.   It-trasferiment ma għandux jitwettaq qabel l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Mawrizju jiddeċiedu fi żmien 5 ijiem ta’ ħidma mid-data tar-riċeviment tal-provi kif mibgħuta mill-EUNAVFOR li hemm prospetti raġonevoli li tkun assigurata kundanna tal-persuni miżmuma mill-EUNAVFOR.

4.   Id-deċiżjoni dwar jekk hemmx prospetti raġonevoli li tkun assigurata kundanna għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Mawrizju abbażi tal-provi mibgħuta mill-EUNAVFOR permezz tal-kanali ta’ komunikazzjoni rilevanti.

5.   Kwalunkwe persuna ttrasferita għandha tiġi ttrattata b’mod uman u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkorporati fil-Kostituzzjoni tal-Mawrizju, inklużi l-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament jew il-piena krudili, inumana u degradanti, il-projbizzjoni ta’ detenzjoni arbitrarja u f’konformità mar-rekwiżit għal proċess ġust.

Artikolu 4

Trattament, prosekuzzjoni u proċess ta’ persuni ttrasferiti

1.   F’konformità mal-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, minquxa fil-Kostituzzjoni tal-Mawrizju, kwalunkwe persuna ttrasferita għandha tiġi ttrattata b’mod uman u ma għandhiex tkun soġġetta għal tortura jew trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti, għandha tirċievi alloġġ, ikel u aċċess għal kura medika adegwati u għandha tkun tista’ tosserva r-reliġjon tagħha.

2.   Kwalunkwe persuna ttrasferita għandha titressaq fil-pront quddiem imħallef jew uffiċjal ieħor awtorizzat mil-liġi biex jeżerċita setgħa ġudizzjarja, li għandu jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar il-legalità tad-detenzjoni tagħha u għandu jordna r-rilaxx tagħha jekk id-detenzjoni ma tkunx ġustifikata.

3.   Kwalunkwe persuna ttrasferita għandha tkun intitolata għal proċess fi żmien raġonevoli jew għal rilaxx.

4.   Fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontriha, kwalunkwe persuna ttrasferita għandha tkun intitolata għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi.

5.   Kwalunkwe persuna ttrasferita akkużata b’reat kriminali għandha titqies innoċenti sakemm jitressqu provi li juru li hija ħatja skont il-liġi.

6.   Fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontriha, kull persuna ttrasferita għandha tkun intitolata għall-garanziji minimi li ġejjin, f’ugwaljanza sħiħa:

(a)

li tkun infurmata fil-pront u fid-dettall b’lingwa li tifhem bin-natura u l-kaġun tal-akkuża miġjuba kontriha;

(b)

li jkollha żmien u faċilitajiet adegwati għat-tħejjija tad-difiża tagħha u li tikkomunika ma’ avukat tal-għażla tagħha;

(c)

li l-proċess tagħha jinstema’ mingħajr dewmien bla bżonn;

(d)

li l-proċess jinstema’ fil-preżenza tagħha, u li tiddefendi ruħha personalment jew permezz ta’ assistenza legali tal-għażla tagħha; li tkun infurmata, jekk ma għandhiex assistenza legali, b’dan id-dritt; u li jkollha assistenza legali assenjata lilha, fi kwalunkwe każ fejn l-interessi tal-ġustizzja jeħtieġu dan, u mingħajr ħlas mingħandha fi kwalunkwe każ bħal dan jekk ma jkollhiex mezzi suffiċjenti sabiex tħallas għaliha;

(e)

li teżamina, jew tiġi eżaminata għaliha, l-evidenza kollha kontriha, inklużi affidavits tax- xhieda li wettqu l-arrest, u li tikseb l-attendenza u l-eżami tax-xhieda f’isimha bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk tax-xhieda kontriha;

(f)

li jkollha assistenza mingħajr ħlas ta’ interpretu jekk hija ma tkunx tifhem jew titkellem il-lingwa użata fil-qorti;

(g)

li ma tkunx sfurzata tixhed kontriha stess jew tammetti l-ħtija.

7.   Kwalunkwe persuna ttrasferita li tiġi kkundannata għal delitt għandha jkollha d-dritt għal reviżjoni tal-kundanna u s-sentenza tagħha, jew appell kontriha, fi tribunal ogħla f’konformità mal-liġi tal-Mawrizju.

8.   Il-Mawrizju jista’, wara konsultazzjoni mal-UE, jittrasferixxi tali persuni kkundannati u li qed jiskontaw sentenza fil-Mawrizju lejn Stat ieħor li jiggarantixxi r-rispett tal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem imsemmija hawn fuq, bil-għan li jiskontaw il-bqija tas-sentenza f’dak l-Istat l-ieħor. Fil-każ ta’ tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’dak l-Istat l-ieħor, ma għandu jseħħ l-ebda trasferiment qabel ma tkun instabet soluzzjoni sodisfaċenti permezz ta’ konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet biex ikun indirizzat it-tħassib espress.

Artikolu 5

Piena tal-mewt

Ebda persuna ttrasferita ma għandha, f’konformità mal-Att dwar l-Abolizzjoni tal-Piena tal-Mewt tal-Mawrizju, tiġi akkużata b’reat soġġett għall-piena tal-mewt, tiġi kkundannata għall-mewt jew tkun soġġetta għal applikazzjoni tal-piena tal-mewt.

Artikolu 6

Reġistri u notifiki

1.   Kwalunkwe trasferiment għandu jkun is-suġġett ta’ dokument adatt iffirmat minn rappreżentant tal-EUNAVFOR u rappreżentant tal-awtoritajiet kompetenti tal-Mawrizju tal-infurzar tal-liġi.

2.   L-EUNAVFOR għandha tipprovdi reġistri tad-detenzjoni lill-Mawrizju fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna ttrasferita. Dawn ir-reġistri għandhom jinkludu, sakemm huwa possibbli, il-kondizzjoni fiżika tal-persuna ttrasferita waqt id-detenzjoni, il-ħin tat-trasferiment lill-awtoritajiet tal-Mawrizju, ir-raġuni għad-detenzjoni tagħha, il-ħin u l-post tal-bidu tad-detenzjoni tagħha, u kwalunkwe deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tad-detenzjoni tagħha.

3.   Il-Mawrizju għandu jkun responsabbli biex iżomm reġistru preċiż tal-persuni ttrasferiti kollha, inkluż iżda mhux limitat għaż-żamma ta’ reġistri dwar kwalunkwe proprjetà ssekwestrata, il-kondizzjoni fiżika tal-persuni, il-post fejn huma miżmuma f’detenzjoni, kwalunkwe akkuża kontrihom u kwalunkwe deċiżjoni sinifikanti li ttieħdet matul il-prosekuzzjoni u l-proċess tagħhom.

4.   Dawn ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għar-rappreżentanti tal-UE u tal-EUNAVFOR fuq talba bil-miktub lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Mawrizju.

5.   Barra minn hekk, il-Mawrizju għandu jinnotifika lill-UE u l-EUNAVFOR bil-post tad-detenzjoni ta’ kwalunkwe persuna ttrasferita skont dan il-Ftehim, bi kwalunkwe deterjorament tal-kondizzjoni fiżika tagħha u bi kwalunkwe allegazzjoni ta’ trattament mhux adatt. Ir-rappreżentanti tal-UE u tal-EUNAVFOR għandhom ikollhom aċċess għal kwalunkwe persuna ttrasferita skont dan il-Ftehim sakemm tali persuni jkunu arrestati u għandhom ikunu intitolati li jinterrogawhom.

6.   Fuq talba tagħhom, l-aġenziji umanitarji nazzjonali u internazzjonali għandhom jitħallew iżuru lill-persuni ttrasferiti skont dan il-Ftehim.

7.   Sabiex ikun żgurat li l-EUNAVFOR tkun tista’ tipprovdi assistenza f’waqtha lill-Mawrizju bl-attendenza ta’ xhieda mill-EUNAVFOR u l-provvediment ta’ evidenza rilevanti, il-Mawrizju għandu jinnotifika lill-EUNAVFOR bl-intenzjoni tiegħu li jibda proċedimenti ta’ proċess kriminali kontra kwalunkwe persuna ttrasferita u l-iskeda ta’ żmien għall-provvediment tal-evidenza, u s-smigħ tal-evidenza.

Artikolu 7

Assistenza mill-UE u l-EUNAVFOR

1.   L-EUNAVFOR, bil-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, għandha tipprovdi l-assistenza kollha lill-Mawrizju bil-ħsieb tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-persuni ttrasferiti.

2.   B’mod partikolari, l-EUNAVFOR għandha:

(a)

tikkonsenja r-reġistri tad-detenzjoni mfassla skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan il-Ftehim;

(b)

tipproċessa kull evidenza skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Mawrizju kif miftiehem fl-arranġamenti tal-implimentazzjoni deskritti fl-Artikolu 10;

(c)

tipproduċi dikjarazzjonijiet jew affidavits ta’ xhieda tal-EUNAVFOR involuti fi kwalunkwe inċident marbut mat-trasferiment ta’ persuni skont dan l-Arranġament;

(d)

tistinka biex tipproduċi dikjarazzjonijiet ta’ xhieda jew affidavits minn xhieda oħra li mhumiex fil-Mawrizju;

(e)

tippriżerva jew tikkonsenja l-proprjetà ssekwestrata rilevanti kollha, xbihat, ritratti jew kwalunkwe oġġett ta’ valur evidenzjali fil-pussess tal-EUNAVFOR;

(f)

tiżgura l-attendenza tax-xhieda li jappartjenu għall-EUNAVFOR, fejn meħtieġ, għall-iskop li tingħata evidenza fil-Qorti (jew permezz ta’ kollegament dirett bit-TV jew kwalunwe mezz teknoloġoku ieħor approvat) waqt il-proċess;

(g)

tiffaċilita l-attendenza ta’ xhieda oħra, fejn meħtieġ, għall-iskop li tingħata evidenza fil-Qorti (jew permezz ta’ kollegament dirett bit-TV jew kwalunwe mezz teknoloġoku ieħor approvat) waqt il-proċess;

(h)

tiffaċilita l-attendenza ta’ tali interpreti kif jistgħu jkunu meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Mawrizju għall-iskop li jiġu assistiti l-investigazzjonijiet u l-proċessi li jinvolvu l-persuni ttrasferiti.

3.   Safejn tali riżorsi mhumiex ipprovduti permezz ta’ donaturi finanzjarji oħra, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw, soġġett għall-proċeduri applikabbli, arranġamenti ta’ implimentazzjoni dwar assistenza finanzjarja, teknika u assistenza oħra biex jippermettu t-trasferiment, id-detenzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-proċess tal-persuni ttrasferiti. Dawn l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għandhom jimmiraw ukoll li jkopru l-assistenza teknika u loġistika għall-Mawrizju fl-oqsma tar-reviżjoni tal-leġislazzjoni, it-taħriġ tal-investigaturi u l-prosekuturi, il-proċeduri investigattivi u ġudizzjarji, u b’mod partikolari, l-arranġamenti għall-ħżin u l-għoti tal-evidenza u l-proċeduri tal-appell. Barra minn hekk, dawn l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għandhom jimmiraw li jipprovdu għar-ripatrijazzjoni tal-persuni ttrasferiti f’każ ta’ ħelsien mill-akkużi jew nonprosekuzzjoni, it-trasferiment tagħhom għat-tmiem tas-sentenza fi Stat ieħor jew ir-ripatrijazzjoni tagħhom wara li jiskontaw is-sentenza ta’ priġunerija tagħhom fil-Mawrizju.

Artikolu 8

Relazzjoni ma’ drittijiet oħra ta’ persuni ttrasferiti

Xejn f’dan il-Ftehim ma huwa maħsub li jidderoga, jew jista’ jiġi interpretat bħala li jidderoga, minn kwalunkwe dritt li persuna ttrasferita jista’ jkollha skont il-liġi domestika jew internazzjonali applikabbli.

Artikolu 9

Kollegament u kwistjonijiet

1.   Il-kwistjonijiet kollha li jitqajmu b’rabta mal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu eżaminati b’mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti tal-Mawrizju u l-UE.

2.   Sakemm ma tinkisibx riżoluzzjoni minn qabel, il-kwistjonijiet rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti esklużivament b’mezzi diplomatiċi bejn il-Mawrizju u r-rappreżentanti tal-UE.

Artikolu 10

Arranġamenti ta’ implimentazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, kwistjonijiet operattivi, amministrattivi u tekniċi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ arranġamenti implimentattivi li għandhom jiġu konklużi bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Mawrizju minn naħa waħda u l-awtoritajiet kompetenti tal-UE, kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Mittenti, min-naħa l-oħra.

2.   L-arranġamenti ta’ implimentazzjoni jistgħu, fost l-oħrajn, ikopru:

(a)

l-identifikazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Mawrizju li l-EUNAVFOR tista’ tittrasferilhom persuni;

(b)

il-faċilitajiet ta’ detenzjoni fejn ser jinżammu l-persuni ttrasferiti;

(c)

l-immaniġġar ta’ dokumenti, inklużi dawk relatati mal-ġbir ta’ evidenza, li ser ikunu kkonsenjati lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Mawrizju meta jsir it-trasferiment ta’ persuna;

(d)

punti ta’ kuntatt għan-notifiki;

(e)

formoli li jintużaw għat-trasferimenti;

(f)

provvedimentista ta’ appoġġ tekniku, għajnuna esperta, taħriġ u assistenza oħra msemmija fl-Artikolu 7 hawn fuq, fuq talba tal-Mawrizju sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ dan il-ftehim.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u tmiem

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mid-data meta jiġi ffirmat u għandu jidħol fis-seħħ meta kull waħda mill-Partijiet tkun innotifikat lill-Parti l-oħra li lestiet il-proċedura interna tagħha għar-ratifika tal-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sa tmiem l-Operazzjoni kif innotifikat mill-EUNAVFOR. Madankollu, kwalunkwe Parti tista’, permezz ta’ notifika bil-miktub, tiddenunzja dan il-Ftehim. Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data ta’ riċevuta tan-notifika. F’każ li l-UE tqis li d-denunzja immedjata ta’ dan il-Ftehim hija ġustifikata minħabba modifika tal-leġislazzjoni kriminali sostantiva tal-Mawrizju kif jissemma f’dan il-Ftehim, l-UE għandha jkollha d-dritt li tiddenunzja l-Ftehim b’effett mid-data meta tintbagħat in-notifika. Kwalunkwe bidla fil-leġislazzjoni kriminali sostantiva tal-Mawrizju ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv lill-persuni diġà ttrasferiti skont dan il-Ftehim.

3.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.

4.   It-tmiem ta’ dan il-Ftehim ma għandu jaffettwa lil ebda dritt jew obbligu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ dan il-Ftehim qabel tali tmiem, inklużi d-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna ttrasferita sakemm tkun fil-kustodja jew tkun ipproċessata mill-Mawrizju.

5.   Wara t-tmiem tal-Operazzjoni, id-drittijiet kollha tal-EUNAVFOR skont dan il-Ftehim jistgħu jkunu eżerċitati minn kwalunkwe persuna jew entità maħtura mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. Din il-persuna jew l-entità maħtura tista’, fost l-oħrajn, tkun il-Kap jew membru tal-persunal tad-delegazzjoni tal-UE għall-Mawrizju jew aġent diplomatiku jew uffiċjal konsulari ta’ Stat Membru tal-UE akkredidat għall-Mawrizju. Wara t-tmiem tal-Operazzjoni, in-notifiki kollha li kellhom isiru lill-EUNAVFOR skont dan il-Ftehim għandhom isiru lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Magħmul fl-erbatax ta’ Lulju 2011 f’żewġ oriġinali, it-tnejn bil-lingwa Ingliża.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Mawrizju


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33, kif korretta fil-ĠU L 253, 25.9.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 322, 9.12.2009, p. 27.


REGOLAMENTI

30.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 969/2011

tad-29 ta’ Settembru 2011

li jagħti bidu għal reviżjoni ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 (li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Repubblika tal-Poplu [Popolari] taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le) għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, li jirrevoka d-dazju anti-dumping dwar l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament anti-dumping bażiku"), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(4), 13(4) u 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (2) impona miżuri anti-dumping fuq ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("il-miżuri oriġinali"). Bir-Regolament (KE) Nru 400/2010 (3), il-Kunsill estenda dawn il-miżuri għall-ħbula u l-kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea ("il-miżuri estiżi") għajr għall-importazzjonijiet kkunsinjati minn ċerti kumpaniji msemmija b'mod speċifiku.

(2)

F'Novembru 2010, il-Kummissjoni ppubblikat notifika tal-inizjazzjoni (4) ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Sakemm ma tkunx għada lesta l-investigazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-iskadenza, il-miżuri jibqgħu fis-seħħ.

B.   TALBA GĦAL REVIŻJONI

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal eżenzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku anti-dumping mill-miżuri anti-dumping estiżi għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea. L-applikazzjoni tressqet minn SEIL Wire and Cable ("l-applikant"), produttur fir-Repubblika tal-Korea ("il-pajjiż ikkonċernat").

C.   IL-PRODOTT

(4)

Il-prodott investigat huwa ħbula u kejbils tal-azzar inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar li ma jissaddadx, b'dimensjoni massima ta' wisa' trażversali li taqbeż it-3mm, ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, ("il-prodott ikkonċernat") li attwalment jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98.

D.   RAĠUNIJIET GĦAR-REVIŻJONI

(5)

L-applikant jallega li huwa ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea matul il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(6)

Barra minn hekk, l-applikant jallega li mhux marbut mal-produtturi esportaturi li huma suġġetti għall-miżuri, u li ma evitax il-miżuri applikabbli għall-ħbula u l-kejbils tal-azzar ta’ oriġini Ċiniża.

(7)

L-applikant ikompli jallega li beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi.

E.   PROĊEDURA

(8)

Il-produtturi tal-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati ġew mgħarrfa bl-applikazzjoni ta’ hawn fuq u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw.

(9)

Wara li ġiet eżaminata l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku għall-għanijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li l-applikant jingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi.

(a)   Kwestjonarji

Biex tkun tista' tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant.

(b)   Ġbir ta' informazzjoni u seduti ta’ smigħ

Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna hawn biex jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

F.   REVOKA TAD-DAZJU ANTI-DUMPING FIS-SEĦĦ U REĠISTRAZZJONI TAL-IMPORTAZZJONIJIET

(10)

Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku anti-dumping, id-dazju anti-dumping fis-seħħ għandu jiġi rrevokat fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma mmanifatturati u mibjugħa għall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea mill-applikant.

(11)

Fl-istess ħin, importazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament anti-dumping bażiku, biex ikun żgurat li, jekk mill-eżami tirriżulta sejba ta' evażjoni fir-rigward tal-applikant, jistgħu jiġu imposti dazji anti-dumping b’lura mid-data tat-tnedija ta’ dan l-eżami. L-ammont li l-applikant jista' jkun responsabbli għalih fil-ġejjieni ma jistax jiġi stmat f'dan l-istadju tal-proċediment.

G.   LIMITI TA’ ŻMIEN

(12)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati limiti ta’ żmien li matulhom:

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju msemmi fil-premessa 9(a) ta’ dan ir-Regolament jew jipprovdu kwalunkwe tagħrif ieħor li għandu jitqies matul l-investigazzjoni,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

H.   NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(13)

F’każijiet fejn parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta’ żmien jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku.

(14)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni titwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u s-sejbiet għalhekk jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

I.   IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI

(15)

Ta’ min jinnota li kull tagħrif personali miġbur f’din l-investigazzjoni se jiġi trattat skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' din id-dejta (5).

J.   L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTI TAS-SMIGĦ

(16)

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li joffri, fejn ikun meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni taż-żmien preskritt u l-ipproċessar tal-fehmiet sottomessi bil-miktub u/jew bil-fomm.

(17)

Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan jingħata bidu għal reviżjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 sabiex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar li ma jissaddadx, b'dimensjoni massima ta' wisa' trażversali li taqbeż it-3 mm, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 (kodiċijiet TARIC 7312108113, 7312108313, 7312108513, 7312108913 u 7312109813) kkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u prodotti minn SEIL Wire and Cable (il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC A994), għandhom ikunu suġġetti għad-dazju anti-dumping impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010.

Artikolu 2

Id-dazju anti-dumping impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 400/2010 huwa b’dan imħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament attwali.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Sabiex l-ilmenti tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju msemmi fil-premessa 9(a) ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe tagħrif ieħor, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fi żmien 37 jum mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ta' min jinnota l-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jiddependi fuq kemm il-parti tippreżentax ruħha fil-perjodu stabbilit hawn fuq.

Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta' 37 jum.

2.   Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati "Ristrett  (6)".

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni mmarkata "Ristrett" huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tal-istess informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, u dawn għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali ta' din l-informazzjoni fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni kunfidenzjali tista’ ma titqiesx.

Għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni se tuża sistema elettronika ta' ġestjoni ta' dokumenti. Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu s-sottomissjonijiet u r-rikjesti kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-emejl, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, iċ-ċertifikazzjonijiet ffirmati, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw ir-risposti tal-kwestjonarju għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tistax tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Comission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Brussels

BELGIUM

Faks (+32 2) 295 65 05

E-mail: TRADE-STEEL-ROPE-DUMPING@EC.EUROPA.EU

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 117, 11.5.2010, p. 1.

(4)  ĠU C 309, 13.11.2010, p. 6.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)  Dokument "Ristrett" huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343 22.12.2009 p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


30.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 970/2011

tad-29 ta’ Settembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

25,3

BR

31,9

MK

26,7

ZZ

28,0

0707 00 05

MK

44,0

TR

111,6

ZZ

77,8

0709 90 70

TR

107,9

ZZ

107,9

0805 50 10

AR

65,8

BR

41,3

CL

65,2

TR

71,3

UY

61,2

ZA

72,4

ZZ

62,9

0806 10 10

CL

71,0

MK

82,2

TR

106,4

ZA

58,9

ZZ

79,6

0808 10 80

CL

73,3

CN

82,6

NZ

98,4

US

83,3

ZA

92,6

ZZ

86,0

0808 20 50

CN

88,7

TR

120,5

ZZ

104,6

0809 30

TR

167,9

ZZ

167,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 971/2011

tad-29 ta’ Settembru 2011

li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi li l-prezzijiet ta' importazzjoni CIF taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat jitqiesu bħala l-“prezzijiet rappreżentattivi”. Dawn il-prezzijiet huma ffissati għall-kwalità standard iddefinita fl-Anness IV, il-punti II u III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

Biex dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ħlief fil-każi previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament imsemmi.

(3)

Biex ikunu aġġustati l-prezzijiet li mhumiex ibbażati fuq il-kwalità standard, għaz-zokkor abjad, jeħtieġ li jiġu applikati għall-offerti aċċettati ż-żidiet jew it-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament Nru 951/2006. F'dak li jirrigwarda z-zokkor mhux ipproċessat, jeħtieġ li jiġi applikat il-metodu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni ddefinit fil-punt b) tal-istess paragrafu.

(4)

Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali għall-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


ANNESS

Prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 99 , applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

44,74

0,00

1701 11 90  (1)

44,74

1,48

1701 12 10  (1)

44,74

0,00

1701 12 90  (1)

44,74

1,19

1701 91 00  (2)

47,22

3,30

1701 99 10  (2)

47,22

0,17

1701 99 90  (2)

47,22

0,17

1702 90 95  (3)

0,47

0,23


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


30.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 972/2011

tad-29 ta’ Settembru 2011

li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li jirrigwarda l-iskambji ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), jipprovdi li l-prezz CIF għall-importazzjoni tal-melissa għandu jitqies bħala l-“prezz rappreżentattiv”. Dan il-prezz huwa ffissat għall-kwalità standard iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(2)

Biex il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għajr fil-każi pprovduti fl-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u, skont il-każ, dan l-istabbiliment tal-prezzijiet jista' jsir skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Għall-aġġustament tal-prezz li ma jikkonċernax il-kwalità standard, skont il-kwalità tal-melissa offruta, jeħtieġ li jitnaqqsu jew jiżdiedu l-prezzijet skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(4)

Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Fil-każ li d-dazji fuq l-importazzjoni jiġu sospiżi skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ammonti partikolari għal dawk id-dazji.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-drittijiet addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


ANNESS

Prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor, applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1)

1703 10 00  (2)

12,44

0

1703 90 00  (2)

11,97

0


(1)  Skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, dan l-ammont jieħu post ir-rata tad-dazju doganali komuni stabbilita għal dawn il-prodotti.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.


30.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 973/2011

tad-29 ta’ Settembru 2011

dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ħames stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2010/2011 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

(2)

Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri.

(3)

Abbażi tal-offerti riċevuti għall-ħames stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701 u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-ħames stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fit-28 ta’ Settembru 2011, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2011, p. 21.


ANNESS

Dazji doganali minimi

(EUR/tunnellata)

Il-kodiċi NM bi tmien ċifri

Dazji doganali minimi

1

2

1701 11 10

227

1701 11 90

300

1701 12 10

X

1701 12 90

1701 91 00

X

1701 99 10

308,80

1701 99 90

X

(—)

l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(X)

l-ebda offerta


DEĊIŻJONIJIET

30.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/641/PESK

tad-29 ta’ Settembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ eżami mill-ġdid tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sat-30 ta’ Settembru 2012.

(3)

Madankollu, sabiex jitħeġġeġ il-progress fil-kisba ta’ riżoluzzjoni politika għall-kunflitt Transnistrijan, fl-indirizzar tal-problemi pendenti fir-rigward tal-iskejjel li jgħallmu bil-kitba Latina u fir-restawr tal-libertà ta’ moviment tal-persuni, dawk il-miżuri restrittivi għandhom ikunu sospiżi sal-31 ta’ Marzu 2012. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill ser jirrevedi l-miżuri restrittivi fid-dawl tal-iżviluppi, b’mod partikolari fl-oqsma msemmija hawn fuq. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jerġa’ japplika jew ineħħi r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fi kwalunkwe żmien.

(4)

L-informazzjoni marbuta ma’ ċerti persuni inklużi fil-listi fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha tiġi aġġornata.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni Nru 2010/573/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 4(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2012. Hija għandha tkun riveduta b’mod kontinwu. Hija tista tiġi mġedda jew emendata, kif adegwat, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

2.

L-Artikolu 4(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-miżuri restrittivi previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu sospiżi sal-31 ta’ Marzu 2012. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid il-miżuri restrittivi.”.

Artikolu 2

1.   Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, l-entrati għall-persuni li ġejjin:

(1)

Oleg Igorevich SMIRNOV;

(2)

Oleg Andreyevich GUDYMO;

għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

2.   Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, l-entrata għall-persuna li ġejja:

(1)

Alla Viktorovna CHERBULENKO;

għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54.


ANNESS I

Entrati msemmijin fl-Artikolu 2(1)

“3.

SMIRNOV, Oleg Igorevich, iben in-Nru 1 u li qabel kien ‘Konsulent tal-Kumitat Doganali Statali’, li qabel kien ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, imwieled fit-8 ta’ Awwissu 1967 f’Novaya Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 60No1907537.”.

“9.

GUDYMO, Oleg Andreyevich, li qabel kien ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, li qabel kien’President tal-Kumitat dwar is-Sigurtà, id-Difiża u ż-Żamma tal-Paċi tas-Sovjet Suprem’, li qabel kien ‘Viċi Ministru għas-Sigurtà’, imwieled fil-11 ta’ Settembru 1944 f’Alma-Ata, il-Kazakistan, passaport Russu Nru 51No0592094.”.


ANNESS II

Entrata msemmija fl-Artikolu 2(2)

“3.

CHERBULENKO, Alla Viktorovna, li qabel kien ‘Deputat Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat ta’ Rybnitsa’, responsabbli għal affarijiet tal-edukazzjoni.”.


30.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Settembru 2011

li ttemm il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2011/642/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fil-5 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment dwar l-allegat dumping ta’ ħsara ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita (“elettrodu tal-grafita”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”), imressqa skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku mill-European Carbon and Graphite Association (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjoni kbir, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita.

(2)

L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping, u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun ġustifikat il-bidu ta’ proċediment tal-antidumping.

(3)

Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) bdiet proċediment ta’ antidumping dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fiċ-Ċina.

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bl-inizjazzjoni tal-proċediment lill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina, l-importaturi, il-kummerċjanti, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati, l-awtoritajiet taċ-Ċina u l-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ inizjazzjoni.

(5)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li ppreżentaw raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw seduta ta’ smigħ.

B.   L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT

(6)

Permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Lulju 2011 u indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant irtira formalment l-ilment tiegħu.

(7)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(8)

F’dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni ma identifikatx xi raġuni biex tindika li t-tmiem mhux se jkun fl-interess tal-Unjoni, lanqas tali raġuni ma tqajmet mill-partijiet interessati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proċediment preżenti għandu jintemm. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu l-ebda kummenti li jindikaw li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(9)

Il-Kummissjoni għaldaqsant tikkonkludi li l-proċediment tal-antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandu jintemm,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment antidumping li jirrigwarda importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita tat-tip użati għall-ifran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 7 μΩ.m jew anqas li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 8545 11 00 u nipils użati għal dawn l-elettrodi, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 8545 90 90, huma mitmuma.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 343, 17.12.2010, p. 24.


Rettifika

30.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/22


Rettifika għad-Direttiva 2011/72/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 246, tat-23 ta’ Settembru 2011 )

F’Paġna 2, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(1):

minflok:

“1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-24 ta' Settembru 2011, …”,

aqra:

“1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-24 ta' Settembru 2012, …”.