|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.247.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 949/2011
tat-22 ta’ Settembru 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-urġenza, u sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1 (Verżjoni MT: ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 347).
ANNESS
Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1
|
2. |
It-Tenent-Kurunell Nathanaël Ahouman Brouha |
|
19. |
Is-Sur Yao N’Dré |
|
52. |
Is-Sur Timothée Ahoua N’Guetta |
|
53. |
Is-Sur Jacques André Daligou Monoko |
|
54. |
Is-Sur Bruno Walé Ekpo |
|
55. |
Is-Sur Félix Tano Kouakou |
|
56. |
Is-Sinjura Hortense Kouassi Angoran |
|
57. |
Is-Sinjura Joséphine Suzanne Touré |
|
79. |
Il-Kurunell Maġġur Hilaire Babri Gohourou |
|
89. |
Is-Sur Roland Dagher |
|
105. |
Zakaria Fellah |
|
107. |
Charles Kader Gore |
|
109. |
Kadio Morokro Mathieu |
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 950/2011
tat-23 ta’ Settembru 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta' Mejju 2011 rigward miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2). |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 878/2011 (3), il-Kunsill emenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi l-miżuri kontra s-Sirja, inkluża espansjoni tal-kriterji tal-elenkar, u probizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni taż-żejt mhux raffinat mis-Sirja. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK (4) li emendat id-Deċiżjoni 2011/273/PESK, il-Kunsill qabel fuq l-adozzjoni ta’ aktar miżuri, jiġifieri projbizzjoni tal-investiment fis-settur taż-żejt mhux raffinat, iż-żieda ta’ aktar elenkar, il-projbizzjoni li jiġu kkonsenjati karti tal-flus u muniti Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja u xi aġġustamenti għad-dispożizzjonijiet li jipproteġu lill-operaturi ekonomiċi kontra klejms relatati mal-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet. |
|
(4) |
Dawk il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih mal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-punt li ġej
|
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Huwa pprojbit li wieħed ibigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta, direttament jew indirettament, karti tal-flus u muniti ġodda b’denominazzjoni Sirjana, stampati fl-UE, lill-Bank Ċentrali tas-Sirja.”; |
|
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3c 1. Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjani involuti fit-tiftix għaż-żejt jew fil-produzzjoni jew fir-raffinar tiegħu. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2 biss, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1:
|
|
(4) |
L-Artikolu 10a huwa mibdul b’li ġej: “Artikolu 10a M’għandhom jingħataw l-ebda klejms, inklużi għal kumpens jew indemnifikazzjoni jew kwalunkwe klejm oħra ta’ din ix-xorta, bħal klejm għal tpaċija, multi jew klejms taħt garanzija, klejms għal estensjoni jew pagament ta’ bond, garanzija finanzjarja, inklużi klejms li jirriżultaw minn ittri ta’ kreditu jew minn strumenti simili b’rabta ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom ikun intlaqat, direttament jew indirettament, kollu jew parti minnu, bil-miżuri imposti permezz ta’ dan ir-Regolament, lill-Gvern tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li li tikklejma permezz tagħhom jew għall-benefiċċju tagħhom.” |
Artikolu 2
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa b’dan emendat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa b’dan sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.
(4) Ara paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
Fl-Annexx II għar-Regolament (UE) Nru 442/2011, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' inklużjoni fil-lista |
|
1. |
Tayseer Qala Awwad |
Data tat-twelid: 1943; Post tat-Twelid Damasku |
Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ tal-politika u l-prattika ta' arrest u detenzjoni arbitrarji tiegħu. |
23.09.2011 |
|
2. |
Dr. Adnan Hassan Mahmoud |
Data tat-twelid: 1966; Post tat-Twelid Tartous |
Ministru tal-Informazzjoni. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ u l-promozzjoni tal-politika ta' informazzjoni tiegħu. |
23.09.2011 |
Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' inklużjoni fil-lista |
||||||||
|
1. |
Addounia TV (magħrufa wkoll bħala Dounia TV) |
Telefon:+963-11-5667274, +963-11-5667271, Fax:+963-11-5667272 Sit web: http://www.addounia.tv |
Addounia TV inċitat il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
23.09.2011 |
||||||||
|
2. |
Cham Holding |
|
Ikkontrollata minn Rami Makhlou; l-akbar kumpannija azzjonarja fis-Sirja, li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim. |
23.09.2011 |
||||||||
|
3. |
El-Tel Co. (magħrufa wkoll bħala El-Tel Middle East Company) |
|
Timmanifattura u tipprovdi tagħmir għat-telekomunikazzjoni għall-Forzi Armati. |
23.09.2011 |
||||||||
|
4. |
Ramak Constructions Co. |
|
Kostruzzjoni ta' kwartieri militari tas-suldati, kwartieri tas-suldati fil-fruntieri u bini ieħor meħtieġ għall-Forzi Armati. |
23.09.2011 |
||||||||
|
5. |
Souruh Company (magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company) |
|
Investiment fi proġetti industrijali militari lokali, timmanifattura partijiet ta' armi u oġġetti relatati. 100 % tal-kumpannija hija proprjetà ta' Rami Makhlouf. |
23.09.2011 |
||||||||
|
6. |
Syriatel |
|
Ikkontrollata minn Rami Makhlou; tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim: permezz tal-kuntratt ta' liċenzjar tagħha hija tħallas 50 % tal-profitti tagħha lill-Gvern. |
23.09.2011 |
ANNESS II
“ANNESS IV
Lista tal-Prodotti taż-Żejt Mhux Raffinat
|
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
|
2709 00 |
Żjut miż-żejt mhux raffinat u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati: |
|
2710 |
Żjut miż-żejt mhux raffinat u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor, li skont il-piż ikunu 70 % jew aktar żjut taż-żejt mhux raffinat jew żjut miksuba minn minerali bituminużi, fejn dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; skart taż-żjut: |
|
2712 |
Vażellina; xema’ tal-paraffina, xema’ mikrokristallina taż-żejt, xema’ nofsha raffinata b’kontenut ta’ żejt għoli (slack wax), ożokerit, ix-xema’ tal-linjite, ix-xema’ tal-pit, xemgħat oħra minerali u prodotti simili miksuba permezz ta’ sinteżi jew permezz ta’ proċessi oħrajn kemm jekk ikkuluriti kif ukoll jekk mhumiex: |
|
2713 |
Kokk taż-żejt mhux raffinat, qatran taż-żejt mhux raffinat u fdalijiet oħrajn ta’ żjut miż-żejt mhux raffinat jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi: |
|
2714 |
Bitum u asfalt, naturali; shale tal-bitum jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat tal-asfalt: |
|
2715 00 00 |
Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq bitum naturali, fuq bitum taż-żejt mhux raffinat, fuq żift minerali jew żift tal-qatran minerali (pereżempju, gomom bituminużi, cut-backs)” |
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 951/2011
tat-23 ta’ Settembru 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AR |
25,3 |
|
EC |
25,3 |
|
|
MK |
53,6 |
|
|
XS |
31,8 |
|
|
ZZ |
34,0 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
20,0 |
|
TR |
106,2 |
|
|
ZZ |
63,1 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
124,7 |
|
ZZ |
124,7 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
65,5 |
|
CL |
75,7 |
|
|
TR |
74,0 |
|
|
UY |
57,5 |
|
|
ZA |
75,7 |
|
|
ZZ |
69,7 |
|
|
0806 10 10 |
CL |
69,0 |
|
EG |
116,3 |
|
|
IL |
136,9 |
|
|
MK |
82,2 |
|
|
TR |
107,5 |
|
|
ZA |
63,5 |
|
|
ZZ |
95,9 |
|
|
0808 10 80 |
BZ |
86,4 |
|
CL |
135,4 |
|
|
CN |
82,6 |
|
|
NZ |
114,0 |
|
|
US |
123,7 |
|
|
ZA |
126,7 |
|
|
ZZ |
111,5 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
47,4 |
|
CN |
78,7 |
|
|
TR |
114,2 |
|
|
ZA |
61,3 |
|
|
ZZ |
75,4 |
|
|
0809 30 |
TR |
158,6 |
|
ZZ |
158,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 952/2011
tat-23 ta’ Settembru 2011
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2011 bir-Regolament (KE) Nru 327/98
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX tar-Regolament imsemmi. |
|
(2) |
Is-subperjodu tax-xahar ta' Settembru huwa r-raba' subperjodu għall-kwoti previsti fil-punt a) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u t-tielet subperjodu għall-kwoti previsti fil-punt d) tal-paragrafu imsemmi u l-ewwel subperjodu għall-kwota prevista fil-punt e) tal-paragrafu msemmi. |
|
(3) |
Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4112 – 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2011, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwoti kkonċernati. |
|
(4) |
Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2011, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli. |
|
(5) |
Il-kwantitajiet mhux użati għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 hija trasferita [huma trasferiti] fil-kwota bin-numru tas-serje 09.4138 għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 327/98. |
|
(6) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, skont l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4112 – 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2011, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjeni ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet totali mitluba fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2011 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98
a) Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
|
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2011 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2011 (f'kg) |
|
L-Istati Uniti tal-Amerika |
09.4127 |
— (1) |
|
|
It-Tajlandja |
09.4128 |
— (1) |
|
|
L-Awstralja |
09.4129 |
— (1) |
|
|
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4130 |
— (2) |
|
|
Il-pajjiżi kollha |
09.4138 |
|
705 795 |
b) Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
|
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2011 |
|
It-Tajlandja |
09.4112 |
8,333333 % |
|
L-Istati Uniti tal-Amerika |
09.4116 |
— (3) |
|
L-Indja |
09.4117 |
— (3) |
|
l-Pakistan |
09.4118 |
— (3) |
|
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4119 |
— (4) |
|
Il-pajjiżi kollha |
09.4166 |
— (4) |
c) Kwota ta' ross miksur, bil-kodiċi tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
|
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2011 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2011 (f'kg) |
|
Il-pajjiżi kollha |
09.4168 |
1,260196 % |
0 |
(1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.
(2) l-ebda applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(3) l-ebda applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(4) L-ebda kwantità mhija disponibbli għal dan is-subperjodu.
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 953/2011
tat-23 ta’ Settembru 2011
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 948/2011 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-24 ta’ Settembru 2011
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
45,34 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
45,34 |
1,30 |
|
1701 12 10 (1) |
45,34 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
45,34 |
1,01 |
|
1701 91 00 (2) |
48,57 |
2,90 |
|
1701 99 10 (2) |
48,57 |
0,00 |
|
1701 99 90 (2) |
48,57 |
0,00 |
|
1702 90 95 (3) |
0,49 |
0,22 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/15 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/627/PESK
tat-22 ta’ Settembru 2011
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta’ Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha, flimkien mal-Artikolu 31(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
ANNESS
Persuni msemmija fl-Artikolu 1
|
2. |
It-Tenent-Kurunell Nathanaël Ahouman Brouha |
|
19. |
Is-Sur Yao N’Dré |
|
52. |
Is-Sur Timothée Ahoua N’Guetta |
|
53. |
Is-Sur Jacques André Daligou Monoko |
|
54. |
Is-Sur Bruno Walé Ekpo |
|
55. |
Is-Sur Félix Tano Kouakou |
|
56. |
Is-Sinjura Hortense Kouassi Angoran |
|
57. |
Is-Sinjura Joséphine Suzanne Touré |
|
79. |
Il-Kurunell Maġġur Hilaire Babri Gohourou |
|
89. |
Is-Sur Roland Dagher |
|
105. |
Zakaria Fellah |
|
107. |
Charles Kader Gore |
|
109. |
Kadio Morokro Mathieu |
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/628/PESK
tat-23 ta’ Settembru 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1). |
|
(2) |
Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fis-Sirja, l-Unjoni ddeċidiet li tadotta miżuri restrittivi kontra r-reġim tas-Sirja |
|
(3) |
L-investiment fis-setturi ewlenin fl-industrija taż-żejt fis-Sirja għandu jiġi pprojbit. |
|
(4) |
Il-konsenja tal-karti tal-flus u muniti denominati Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja għandha tiġi pprojbita. |
|
(5) |
Persuni u entitajiet addizzjonali għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2011/273/PESK. |
|
(6) |
Informazzjoni rigward ċerti persuni fil-lista fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni għandha wkoll tiġi aġġornata. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2b huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2b Dan li ġej għandu jkun ipprojbit:
|
|
(2) |
L-Artikoli li ġejjin huma miżjuda: “Artikolu 2c 1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta’ Novembru 2011, ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Settembru 2011. 2. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2b(a) u (b) rispettivament:
Artikolu 2d Il-konsenja tal-karti tal-flus u muniti denominati Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja għandha tiġi pprojbita.” |
|
(3) |
L-Artikolu 4(3)(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.
Artikolu 3
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK, l-entrati għall-persuni li ġejjin:
|
(1) |
Emad GHRAIWATI; |
|
(2) |
Tarif AKHRAS; |
|
(3) |
Issam ANBOUBA, |
għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati rispettivi li jinsabu fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
ANNESS I
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' inklużjoni fil-lista |
|
1. |
Tayseer Qala Awwad |
Data tat-twelid: 1943; Post tat-Twelid Damasku |
Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ tal-politika u l-prattika ta' arrest u detenzjoni arbitrarji tiegħu. |
23.09.2011 |
|
2. |
Dr. Adnan Hassan Mahmoud |
Data tat-twelid: 1966; Post tat-Twelid Tartous |
Ministru tal-Informazzjoni. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ u l-promozzjoni tal-politika ta' informazzjoni tiegħu. |
23.09.2011 |
Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' inklużjoni fil-lista |
||||||||
|
1. |
Addounia TV (magħrufa wkoll bħala Dounia TV) |
Telefon:+963-11-5667274, +963-11-5667271, Fax:+963-11-5667272 Sit web: http://www.addounia.tv |
Addounia TV inċitat il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
23.09.2011 |
||||||||
|
2. |
Cham Holding |
|
Ikkontrollata minn Rami Makhlou; l-akbar kumpannija azzjonarja fis-Sirja, li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim. |
23.09.2011 |
||||||||
|
3. |
El-Tel Co. (magħrufa wkoll bħala El-Tel Middle East Company) |
|
Timmanifattura u tipprovdi tagħmir għat-telekomunikazzjoni għall-Forzi Armati. |
23.09.2011 |
||||||||
|
4. |
Ramak Constructions Co. |
|
Kostruzzjoni ta' kwartieri militari tas-suldati, kwartieri tas-suldati fil-fruntieri u bini ieħor meħtieġ għall-Forzi Armati. |
23.09.2011 |
||||||||
|
5. |
Souruh Company (magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company) |
|
Investiment fi proġetti industrijali militari lokali, timmanifattura partijiet ta' armi u oġġetti relatati. 100% tal-kumpannija hija proprjetà ta' Rami Makhlouf. |
23.09.2011 |
||||||||
|
6. |
Syriatel |
|
Ikkontrollata minn Rami Makhlou; tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim: permezz tal-kuntratt ta' liċenzjar tagħha hija tħallas 50% tal-profitti tagħha lill-Gvern. |
23.09.2011 |
ANNESS II
Persuni msemmijin fl-Artikolu 3
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva (data tat-twelid, post tat-twelid …) |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Emad GHRAIWATI |
Data tat-twelid: Marzu 1959; Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja; |
President tal-Kamra tal-Industrija ta’ Damasku (Zuhair Ghraiwati Sons). Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan. |
2.9.2011 |
|
2. |
Tarif AKHRAS |
Data tat-twelid: 1949; Post tat-twelid: Homs, is-Sirja |
Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika), Homs. Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan. |
2.9.2011 |
|
3. |
Issam ANBOUBA |
Data tat-twelid: 1949; Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja |
President ta’ Issam Anbouba Est. għall-agro-industrija. Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan. |
2.9.2011 |
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Settembru 2011
li temenda l-Anness D mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE fir-rigward tal-kummerċ fl-Unjoni fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini mibgħut minn ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6425)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/629/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 88/407/KEE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli, inter alia, għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini u tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikati veterinarji tas-saħħa tal-annimali għal tali kummerċ f’dak il-prodott bażiku. |
|
(2) |
Id-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE (2), tintroduċi proċedura simplifikata għall-elenku taċ-ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen fl-Istati Membri. |
|
(3) |
Barra minn hekk, id-Direttiva 88/407/KEE tistipula li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ammissjoni tas-semen suġġetta għas-sottomissjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ minn veterinarju uffiċjali tal-Istat Membru tal-ġbir skont l-Anness D. Dak l-Anness jistabbilixxi tliet mudelli differenti ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, D1, D2 u D3, għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. |
|
(4) |
L-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE għandu, għalhekk, jiġi emendat biex tiġi kkunsidrata l-proċedura simplifikata għall-elenku taċ-ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen fl-Istati Membri. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE (3) tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina. Dik id-Deċiżjoni kellha l-għan li tiżgura t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti bażiċi kkonċernati li jinġabru f’ċentru għall-ġbir tas-semen u jintbagħtu minn ċentru għall-ħażna tas-semen, sew jekk dawn tal-aħħar jagħmlu parti minn ċentru għall-ġbir tas-semen approvat b’numru ta’ approvazzjoni differenti, u sew jekk le. |
|
(6) |
Għall-finijiet ta’ konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-istruttura tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbilita fid-Deċiżjoni 2010/470/UE għandha tiġi kkunsidrata fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. |
|
(7) |
B’mod partikolari, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fl-Anness D3 jirrigwarda l-kummerċ fl-Unjoni fis-semen u l-istokkijiet tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, mibgħuta miċ-ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà sħiħa tas-semen, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fl-Anness D3 għandu jiġi ssupplimentat b’rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali u jintuża biss għall-kummerċ fis-semen miġbur f’ċentru għall-ġbir tas-semen u mibgħut minn ċentru għall-ħażna tas-semen, sew jekk dawn tal-aħħar jagħmlu parti minn ċentru għall-ġbir tas-semen approvat b’numru ta’ approvazzjoni differenti, u sew jekk le. |
|
(9) |
Huwa neċċessarju wkoll li jiġu adattati d-dati fit-titli taċ-ċertifikati fl-Annessi D2 u D3 relatati mal-istokkijiet tas-semen miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004, biex jiġu riflessi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 li temenda d-Direttiva 88/407/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (4). |
|
(10) |
Barra minn hekk, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali fl-Annessi D1 u D2 għandhom jiġu adattati għall-istruttura tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/470/UE. |
|
(11) |
Għaldaqstant, l-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE għandu jiġi emendat. |
|
(12) |
Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ taqlib fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont l-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, li japplikaw sal-31 ta’ Ottubru 2011, għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE jiġi sostitwit mit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-kummerċ fis-semen u l-istokkijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011, skont il-mudelli stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, li japplika sal-31 ta’ Ottubru 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2011.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(2) ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.
ANNESS
“ANNESS D
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-KUMMERĊ FL-UNJONI
“ANNESS D1
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun, skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen, fejn ikun inġabar l-istess semen
“ANNESS D2
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2005 għall-kummerċ fl-Unjoni fi stokkijiet ta’ semen miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004 u nnegozjat wara dik id-data skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen
“ANNESS D3
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE, u fl-istokkijiet ta’ semen miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004, u nnegozjat wara dik id-data skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE, mibgħuta minn ċentru għall-ħażna tas-semen
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/32 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Settembru 2011
dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6426)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/630/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 88/407/KEE tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet, minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. Hi tistipula li s-semen biss li jiġi minn pajjiż terz inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi mfassla skont dik id-Direttiva u akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkorrespondi mal-mudell imfassal ukoll skont dik id-Direttiva, għandu jiġi importat fl-Unjoni. Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jiċċertifika li s-semen ikun ġej minn ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen, li joffru l-garanziji previsti fl-Artikolu 9(1) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/639/KE tas-6 ta’ Settembru 2004 li tniżżel il-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (2), attwalment tistabblixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, fl-Anness I magħha. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 88/407/KEE, Stat Membru jista’ jawtorizza l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini biss minn dawk il-pajjiżi terzi elenkati f’lista li għandha titfassal skont dik id-Direttiva. Biex jiġi deċiż jekk pajjiż terz għandux jiġi inkluż f’tali lista, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għal diversi kondizzjonijiet, bħal pereżempju l-istat tas-saħħa tal-annimali. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (3) irrevoka u ssostitwixxa d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi, u tistabbilixxi kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u pubblika u veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (4). Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-introduzzjoni tal-ungulati fl-Unjoni, fl-Anness I miegħu. Il-kondizzjonijiet għall-introduzzjoni tal-ungulati, stipulati f’dak ir-Regolament, huma simili għall-kondizzjonijiet għall-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, stipulati fid-Direttiva 88/407/KEE. |
|
(5) |
Ma teżistix evidenza xjentifika li tissuġġerixxi li, fir-rigward ta’ mard importanti eżotiku li jittieħed, ir-riskji li jirriżultaw mill-istat tas-saħħa tad-donatur bovin masikili jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ trattament tas-semen. Għaldaqstant, il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen għandha tkun ibbażata fuq l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiżi terzi, li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ annimali domestiċi ħajjin tal-ispeċi tal-bovini. Il-lista stabbilita fl-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tinkludi ċ-Ċilì, l-Islanda u Saint Pierre u Miquelon. Għalhekk, dawk il-pajjiżi terzi għandhom jiġu inklużi wkoll fil-lista stabbilita fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/639/KE. |
|
(6) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 1 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE, jinkludi l-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini fl-Unjoni. Attwalment, il-kondizzjonijiet għal-lewkożi enżootika bovina u l-marda tal-emorraġija epiżootika f’dak iċ-ċertifikat mhumiex totalment konsistenti ma’ dawk stipulati fil-Kapitolu I.1(c) tal-Anness B mad-Direttiva 88/407/KEE u fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Konsegwentement, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jiġi emendat biex tiġi kkunsidrata dik id-dispożizzjoni ta’ dik id-Direttiva u dak il-Manwal. |
|
(7) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE japplika għal importazzjonijiet ta’ semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, mibgħut minn ċentru għall-ħażna tas-semen jew ċentru għall-ġbir tas-semen, miġbur u proċessat skont il-kondizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE (5), jew proċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-dispożizjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2003, u impurtat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà sħiħa tas-semen, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE, għandu jiġi ssupplimentat b’rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali u jintuża biss għall-kummerċ fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, miġbur fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen u mibgħut minn ċentru għall-ħażna tas-semen, sew jekk dawn tal-aħħar jagħmlu parti minn ċentru għall-ġbir tas-semen approvat b’numru ta’ approvazzjoni differenti, u sew jekk le. Konsegwentement, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE għandu jiġi adattat kif xieraq bid-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Huwa neċessarju wkoll li b’din id-Deċiżjoni jiġu adattati d-dati fit-titli tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 2 u l-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE, li tirrigwarda l-istokkijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004, biex jiġu riflessi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/43/KE. |
|
(10) |
Ġew konklużi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, li jinkludu ċerti kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. Għalhekk, fejn il-ftehimiet bilaterali jinkludu kondizzjonijiet speċifiċi u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet, dawk il-kondizzjonijiet u l-mudelli għandhom japplikaw minflok il-kondizzjonijiet u l-mudelli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
Il-Kanada ġiet rikonoxxuta, abbażi tad-Direttiva 88/407/KEE, bħala pajjiż terz bi stat tas-saħħa tal-annimali ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. |
|
(12) |
Huwa għalhekk xieraq li s-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur fil-Kanada u importat fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz ikun akkumpanjat minn ċertifikat issimplifikat imfassal skont il-mudell stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta’ April 2005 dwar ċertifikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (6) stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji għall-protezzjoni tal-pubbliku u s-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali (7), kif approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (8). |
|
(13) |
L-iżvizzera hija pajjiż terz bi stat tas-saħħa tal-annimali li huwa ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li s-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini impurtat fl-Unjoni mill-Iżvizzera jkun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mfassal skont il-mudelli użati għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera għall-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, kif approvata bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (9). |
|
(14) |
Għall-finijiet ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni ċara u konsistenti, id-Deċiżjoni 2004/639/KE għandha tiġi revokata u sostitwita minn din id-Deċiżjoni. |
|
(15) |
Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ taqlib fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont id-Deċiżjoni 2004/639/KE għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet. |
|
(16) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (semen).
Hija tistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet tas-semen fl-Unjoni.
Artikolu 2
Importazzjonijiet tas-semen
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, sakemm dan ikun konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikun ġej minn pajjiż terz jew parti minnu elenkata fl-Anness I; |
|
(b) |
ikun ġej minn ċentru għall-ġbir u l-ħażna tas-semen elenkat skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 88/407/KEE; |
|
(c) |
ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mfassal skont iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II, u mimlija skont in-noti ta’ spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness:
|
|
(d) |
jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (c). |
2. Fejn il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali u ta’ ċertifikazzjoni huma stipulati fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, dawk il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw minflok il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Il-kondizzjonijiet rigward it-tasport tas-semen lejn l-Unjoni
1. Is-semen u l-istokkijiet tas-semen imsemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx jiġu trasportati fl-istess kontenitur bħal kunsinni oħra ta’ semen li:
|
(a) |
ma jkunx maħsub għal introduzzjoni fl-Unjoni; jew |
|
(b) |
li jgawdi stat tas-saħħa iktar baxx. |
2. Waqt it-trasport lejn l-Unjoni, is-semen u l-istokkijiet tas-semen għandhom jitqiegħdu f’kontenituri magħluqa u ssiġillati u s-siġill ma għandux jinkiser waqt it-trasport.
Artikolu 4
Revoka
Id-Deċiżjoni 2004/639/KE hija revokata.
Artikolu 5
Dispożizzjoni tranżitorja
Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ April 2012, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen u l-istokkijiet tas-semen minn pajjiżi terzi, li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2012, skont il-mudelli stabbiliti fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE.
Artikolu 6
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2011.
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(2) ĠU L 292, 15.9.2004, p. 21.
(4) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.
(5) ĠU L 143, 11.6.2003, p. 23.
ANNESS I
Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
|
Kodiċi ISO |
Isem tal-pajjiż terz |
Rimarki |
|
|
Deskrizzjoni tat-territorju (jekk xieraq) |
Garanziji addizzjonali |
||
|
AU |
l-Awstralja |
|
Il-garanziji addizzjonali rigward it-testijiet stabbiliti fil-punti II.5.4.1 u II.5.4.2 taċ-ċertifikat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II huma obbligatorji. |
|
CA |
il-Kanada (*1) |
It-territorju kif deskritt fil-Parti 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010. |
|
|
CH |
l-Isvizzera (*2) |
|
|
|
CL |
iċ-Ċilì |
|
|
|
GL |
il-Groenlandja |
|
|
|
HR |
il-Kroazja |
|
|
|
IS |
l-Islanda |
|
|
|
NZ |
New Zealand |
|
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
US |
L-Istati Uniti |
|
Il-garanzija addizzjonali stabbilita fil-punt II.5.4.1 taċ-ċertifikat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II hija obbligatorja. |
(*1) Iċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjonijiet mill-Kanada huwa stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta’ April 2005 dwar ċertfikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (għas-semen miġbur fil-Kanada biss) stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti mill-annimali, kif approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE.
(*2) Iċ-ċertifikati li għandhom jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 ma’ dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera.
ANNESS II
PARTI 1
Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet tas-semen u semen fi tranżitu u ta’ stokkijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
TAQSIMA A
|
Il-mudell 1 — |
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet tas-semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen, fejn ikun inġabar is-semen |
TAQSIMA B
|
Il-mudell 2 — |
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2005 għall-istokkijiet tas-semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004, u importat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen |
TAQSIMA C
|
Il-mudell 3 — |
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet tas-semen u s-semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE, u fl-istokkijiet tas-semen miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE, li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004 u impurtat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva2003/43/KE, mibgħuta minn ċentru għall-ħażna tas-semen |
PARTI 2
Noti ta’ spjegazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni
|
(a) |
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II.
Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jitlob rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali, għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-forma oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti jkunu ntlaħqu. |
|
(b) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jikkonsisti minn folja waħda, jew fejn ikun meħtieġ iktar test, għandu jkun f’tali forma li l-folji kollha meħtieġa jkunu parti minn unità waħda integrata u jkunu indiviżibbli. |
|
(c) |
Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jiddikjara li ċerti stqarrijiet għandhom jinżammu kif xieraq, l-istqarrijiet irrilevanti, jistgħu jinqatgħu barra u jiġu ttimbrati u mmarkati bl-inizjali tal-uffiċjali li jiċċertifika, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat. |
|
(d) |
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jitfassal b’tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-post fejn issir l-ispezzjoni mal-fruntiera, fejn tiġi introdotta l-kunsinna fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk neċessarju, minn traduzzjoni uffiċjali. |
|
(e) |
Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti fil-kunsinna (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali), jinthemżu karti addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, dawk il-folji għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjali li jiċċertifika, fuq kull folja. |
|
(f) |
Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f’(e), ikun fih iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru (numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni), fil-qiegħ ta’ kull paġna u jkollha n-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat mogħti mill-awtorità kompetenti, fuq nett ta’ kull paġna. |
|
(g) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali, fl-aħħar jum ta’ ħidma qabel it-tagħbija tal-kunsinna għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (1).
Il-kulur tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tal-kliem stampat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk li jkunu intaljati jew dawk li jidhru kontra d-dawl. |
|
(h) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm din tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, fejn din tiġi introdotta fl-Unjoni Ewropea. |
|
(i) |
In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-Kaxxa I.2. u Kaxxa II.a. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur. |
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Settembru 2011
li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6502)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/631/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Direttiva 2008/1/KE, l-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva kull tliet snin abbażi ta’ kwestjonarju stabbilit mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Kienu stabbiliti erba’ kwestjonarji mill-Kummissjoni. Ir-raba’ wieħed, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE (2), kien ikopri s-snin 2009, 2010 u 2011. |
|
(3) |
Peress li l-kwestjonarju stabbilit bid-Deċiżjoni 2010/728/UE għandu jintuża għar-rappurtar sal-31 ta’ Diċembru 2011, għandu jiġi stabbilit kwestjonarju ġdid għall-perjodu ta’ tliet snin ta’ rappurtar li jmiss, filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE u fl-użu tal-kwestjonarji preċedenti. Madankollu, peress li d-Direttiva 2008/1/KE ser tiġi mħassra mis-7 ta’ Jannar 2014 u sostitwita bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (3), il-kwestjonarju l-ġdid għandu jkopri biss sentejn, jiġifieri l-2012 u l-2013. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni 2010/728/UE għandha tiġi sostitwita. |
|
(4) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (4). |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jużaw l-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għar-rappurtar dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE.
2. Ir-rapporti li għandhom jiġu sottomessi għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/728/UE għandha titħassar mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 313, 30.11.2010, p. 13.
ANNESS
PARTI 1
Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis
Noti ġenerali:
Dan il-ħames kwestjonarju skont id-Direttiva 2008/1/KE jkopri s-snin 2012 u 2013. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE u l-informazzjoni diġà miksuba permezz tal-kwestjonarji preċedenti, dan il-kwestjonarju jiffoka fuq il-bidliet u l-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE. Peress li d-Direttiva 2008/1/KE ser titħassar mis-7 ta’ Jannar 2014 u sostitwita mid-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, il-perjodu tar-rappurtar huwa limitat għal sentejn minflok tliet snin. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità u jkun jista’ jsir paragun dirett mat-tweġibiet preċedenti, dan il-kwestjonarju jżomm ħafna aspetti li jinsabu fid-Deċiżjoni 2010/728/UE. F’dawk il-każijiet fejn il-mistoqsijiet huma simili għal dawk tal-kwestjonarji preċedenti u s-sitwazzjoni ma nbidlitx, tista’ sempliċiment issir referenza għat-tweġibiet preċedenti. Fejn kien hemm żviluppi ġodda, dawn l-iżviluppi għandhom jiġu deskritti fi tweġiba ġdida. Waqt li tkun qed twieġeb il-kwestjonarju dwar mistoqsijiet speċifiċi dwar ir-regoli ġenerali vinkolanti, jew il-linji gwida uffiċjali maħruġa minn entitajiet amministrattivi, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni deskrittiva dwar it-tip ta’ regoli jew linji gwida u ħolqiet tal-Internet jew mezzi oħra ta’ aċċess għalihom, kif xieraq.
1. Deskrizzjoni ġenerali
Fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE, l-Istati Membri esperjenzaw xi diffikultajiet minħabba d-disponibilità jew il-kapaċità limitata tar-riżorsi tal-persunal? Jekk iva, iddeskrivi dawn id-diffikultajiet kif ukoll kwalunkwe pjan biex jiġu indirizzati fid-dawl tad-Direttiva 2010/75/UE.
2. Għadd ta’ stallazzjonijiet u permessi (l-Artikolu 2(3) u 2(4) u l-Artikolu 4)
|
2.1. |
Agħti d-dettalji tal-għadd ta’ stallazzjonijiet kif iddefinit bid-Direttiva 2008/1/KE u l-permessi skont it-tip ta’ attività fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar, billi tuża l-mudell u n-noti stabbiliti fil-Parti 2. |
|
2.2. |
Identifikazzjoni tal-istallazzjonijiet tal-IPPC. Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi ħolqa għall-informazzjoni aġġornata aċċessibbli għall-pubbliku li jkun fiha l-ismijiet, il-post u l-attività ewlenija (l-Anness I) tal-istallazzjonijiet IPPC fl-Istat Membru tiegħek. Jekk din l-informazzjoni mhijiex disponibbli pubblikament, jekk jogħġbok issottometti lista tal-istallazzjonijiet individwali kollha fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (l-ismijiet, il-postijiet u l-attività ewlenija tal-IPPC). Jekk din il-lista mhijiex disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex huwa hekk. |
3. Applikazzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 6)
Iddeskrivi kwalunkwe regola ġenerali vinkolanti, dokumenti ta’ gwida jew formoli ta’ applikazzjoni prodotti biex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 6, jew inġenerali jew dwar kwistjonijiet speċifiċi (eż. il-metodoloġija għall-valutazzjoni ta’ emissjonijiet sinifikanti mill-istallazzjonijiet).
4. Koordinazzjoni tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi (l-Artikoli 7 u 8)
|
4.1. |
Iddeskrivi kwalunkwe bidla li saret mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar fl-istruttura organizzazzjonali tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi, partikolarment dwar il-livelli tal-awtoritajiet kompetenti u d-distribuzzjoni tal-kompetenzi. |
|
4.2. |
Hemm xi diffikultajiet partikolari biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni sħiħa tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi kif mitlub fl-Artikolu 7, speċjalment meta jkun hemm involuti iktar minn awtorità kompetenti waħda? Iddeskrivi kwalunkwe leġiżlazzjoni jew dokumenti ta’ gwida maħruġa dwar din il-kwistjoni. |
|
4.3. |
X’dispożizzjonijiet legali, proċeduri jew gwida qed jintużaw biex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu permess f’każijiet meta stallazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/1/KE? Jekk disponibbli, agħti informazzjoni dwar l-għadd u ċ-ċirkustanzi fejn ġew irrifjutati l-permessi. |
5. Kemm huma xierqa u adegwati l-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikoli 3(1)(d) u (f), l-Artikolu 9, l-Artikolu 17(1) u (2))
|
5.1. |
Iddeskrivi kwalunkwe regola ġenerali vinkolanti jew linji gwida speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti li nħarġu dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
|
5.2. |
Kwistjonijiet marbuta mad-Dokumenti ta’ Referenza BAT (BREFs) stabbiliti skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/1/KE:
|
|
5.3. |
Kwistjonijiet oħra relatati mal-kundizzjonijiet għall-permessi:
|
6. Standards tal-kwalità ambjentali (l-Artikolu 10)
Inqalgħu każijiet fejn japplika l-Artikolu 10 u l-użu tal-aqwa tekniki disponibbli mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa l-istandard tal-kwalità ambjentali (kif definit fl-Artikolu 2(7))? Jekk iva, agħti eżempji ta’ dawn il-każijiet u l-miżuri addizzjonali meħuda.
7. Bidliet fl-istallazzjonijiet (l-Artikoli 12 u l-Artikolu 2(10))
Fil-prattika kif jiddeċiedu l-awtoritajiet kompetenti, skont l-Artikolu 12, jekk “bidla fl-operat” jistax ikollha konsegwenzi fuq l-ambjent (l-Artikolu 2(10)), u jekk din il-bidla hijiex “bidla sostanzjali” li “jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq il-bnedmin jew fuq l-ambjent” (l-Artikolu 2(11))? Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet legali, gwida jew proċeduri rilevanti.
8. Kunsiderazzjoni mill-ġdid u aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13)
|
8.1. |
Il-frekwenza ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid u, fejn meħtieġ, l-aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13) huma speċifikati fil-liġi nazzjonali jew subnazzjonali, jew huma ddeterminati b’mezzi oħra, bħal limiti ta’ żmien fil-permessi? Jekk iva, x’inhuma dawk il-mezzi l-oħra? Agħti referenza għal leġiżlazzjoni, gwida jew proċeduri rilevanti. |
|
8.2. |
X’inhi l-frekwenza rappreżentattiva għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi? F’każijiet fejn hemm id-differenzi bejn l-istallazzjonijiet jew is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva jekk disponibbli. |
|
8.3. |
Fiex jikkonsisti l-proċess tal-kunsiderazzjoni mill-ġdid u l-aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi? Kif inhi implimentata d-dispożizzjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi f’każijiet ta’ bidliet sostanzjali fl-aqwa tekniki disponibbli implimentati? Agħti referenza għal leġiżlazzjoni, gwida jew proċeduri rilevanti. |
9. Konformità mal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 14)
|
9.1. |
Fil-prattika, kif inhu implimentat ir-rekwiżit tal-Artikolu 14 li l-operaturi jinfurmaw b’mod regolari lill-awtoritajiet bir-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx? Agħti referenza għal kwalunkwe regolament, proċedura jew linja gwida speċifika għall-awtoritajiet kompetenti dwar dan is-suġġett. |
|
9.2. |
Jiġi sottomess rapport perjodiku ta’ monitoraġġ mill-operaturi kollha? Ipprovdi informazzjoni dwar il-frekwenza rappreżentattiva għat-tressiq ta’ din l-informazzjoni. F’każijiet ta’ differenzi bejn is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva fejn disponibbli. |
|
9.3. |
Jekk għadha ma tressqitx fir-rappurtar skont ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 li tipprovdi kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni disponibbli dwar stallazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
10. Kooperazzjoni transkonfinali (l-Artikolu 18)
Waqt il-perjodu ta’ rappurtar, kien hemm waqtiet fejn intużaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18 fir-rigward tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni transkonfinali? Ipprovdi eżempji illustrattivi tal-proċeduri ġenerali li ntużaw.
11. Osservazzjonijiet ġenerali
|
11.1. |
Jeżistu kwistjonijiet partikolari dwar l-implimentazzjoni li joħolqu tħassib fl-Istat Membru tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
|
11.2. |
Hemm xi informazzjoni partikolari marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE fl-Istat Membru tiegħek li hija rilevanti għall-interpretazzjoni tal-informazzjoni pprovduta skont dan il-kwestjonarju? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
PARTI 2
Mudell għat-tweġiba għall-mistoqsija 2.1
|
TIP TA’ STALLAZZJONI |
|
|
|
|||||||||||||
|
Kodiċi |
Attività ewlenija operata fl-istallazzjoni kif stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva 2008/1/KE |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
1 |
Enerġija |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
1.1 |
Kombustjoni |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
1.2 |
Raffinar ta’ żejt minerali u gass |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
1.3 |
Fran tal-kokk |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
1.4 |
Gassifikazzjoni u likwefazzjoni tal-faħam |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2 |
Metalli |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2.1 |
Inkaljar/sinterizzazzjoni tal-minerali metalliċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2.2 |
Produzzjoni ta’ ħadid jew azzar mhux ipproċessati |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2.3 (a) |
Magni tar-rumblar f’temperaturi għoljin (hot-rolling mills) |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2.3 (b) |
Ferreriji |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2.3 (c) |
Applikazzjoni ta’ passati ta’ metall imdewweb |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2.4 |
Funderiji |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2.5 (a) |
Produzzjoni ta’ metalli mhux maħduma mhux ferrużi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2.5 (b) |
Tidwib ta’ metalli mhux ferrużi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
2.6 |
Trattament tal-wiċċ ta’ metalli u plastiks |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
3 |
Minerali |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
3.1 |
Produzzjoni ta’ siment jew ġir |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
3.2 |
Produzzjoni ta’ asbestos |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
3.3 |
Manifattura tal-ħġieġ |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
3.4 |
Tidwib tal-minerali |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
3.5 |
Manifattura taċ-ċeramika |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
4 |
Sustanzi kimiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
4.1 |
Produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
4.2 |
Produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
4.3 |
Produzzjoni ta’ fertilizzanti |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
4.4 |
Produzzjoni ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti/bijoċidi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
4.5 |
Produzzjoni ta’ farmaċewtiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
4.6 |
Produzzjoni ta’ splussivi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
5 |
Skart |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
5.1 |
Rimi jew irkupru ta’ skart perikoluż |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
5.2 |
Ħruq ta’ skart muniċipali |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
5.3 |
Rimi ta’ skart mhux perikoluż |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
5.4 |
Miżbliet |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6 |
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.1 (a) |
Produzzjoni tal-polpa |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.1 (b) |
Produzzjoni ta’ karta u kartun |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.2 |
Trattament minn qabel jew tiżbigħ ta’ fibri jew tessuti |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.3 |
Ikkunzar tal-ġlud |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.4 (a) |
Biċċeriji |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.4 (b) |
Trattament u pproċessar ta’ prodotti tal-ikel |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.4 (c) |
Trattament u pproċessar tal-ħalib |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.5 |
Rimi jew riċiklaġġ ta’ karkassi tal-annimali |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.6 (a) |
Trobbija intensiva tat-tjur |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.6 (b) |
Trobbija intensiva ta’ majjali għall-produzzjoni |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.6 (c) |
Trobbija intensiva ta’ ħnieżer nisa |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.7 |
Trattament tal-wiċċ bl-użu ta’ solventi orġaniċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.8 |
Produzzjoni tal-karbonju jew elettrografit |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
6.9 |
Qbid ta’ flussi tas-CO2 (id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (2)) |
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Totali |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Noti ta’ spjegazzjoni għall-mudell:
Il-ġbir tad-dejta f’dan il-mudell se jkun imsejjes fuq l-“għadd ta’ stallazzjonijiet” u l-“għadd ta’ bidliet sostanzjali” fejn jitużaw id-definizzjonijiet ta’ “stallazzjoni” fl-Artikolu 2(3) u “bidla sostanzjali” fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2008/1/KE.
It-“tip ta’ stallazzjoni” tirreferi għall-attività ewlenija li ssir fl-istallazzjoni. L-istallazzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati biss taħt attività unika waħdanija, anki meta jkunu qed isiru diversi attivitajiet tal-IPPC fl-istallazzjoni.
Iktar gwida u spjegazzjoni fir-rigward tad-dejta li għandha tingħata fit-Tabella jinsabu fin-noti ta’ hawn taħt. L-Istati Membri huma mitluba jimlew it-Tabella safejn ikun possibbli.
A. GĦADD TA’ STALLAZZJONIJIET fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (il-31 ta’ Diċembru 2013).
|
1. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet: għadd totali ta’ stallazzjonijiet IPPC (kemm eżistenti kif ukoll ġodda) li joperaw fl-Istati Membri fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar irrispettivament mill-istatus tal-permessi tagħhom. |
|
2. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità sħiħa mad-Direttiva 2008/1/KE: għadd totali ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC koperti b’permess wieħed jew iktar mogħti(ja) skont id-Direttiva 2008/1/KE (inklużi l-permessi ta’ qabel l-IPPC li reġgħu ġew ikkunsidrati mill-ġdid/aġġornati) irrispettivament minn meta nħareġ/inħarġu l-permess(i) jew jekk il-permess ġiex ikkunsidrat mill-ġdid, aġġornat, jew emendat/imġedded minħabba kwalunkwe raġuni. |
Biex jingħadd l-għadd ta’ stallazzjonijiet li għandhom jiġu rrappurtati, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-istatus tal-permess(i) li jkopri/u kull stallazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar. Jekk jogħġbok, innota li l-għadd jirreferi għall-istallazzjonijiet, u mhux għall-permessi (peress li stallazzjoni waħda tista’ tkun koperta b’diversi permessi jew viċe versa).
|
Regola ta’ konsistenza |
: |
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet IPPC (1) li minnu jitnaqqas l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità sħiħa mad-Direttiva 2008/1/KE (2) għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ stallazzjonijiet li, għal kwalunkwe raġuni mhumiex koperti b’permess tal-IPPC konformi bis-sħiħ (proċedura mhux konkluża, l-attivitajiet mhumiex koperti kollha, eċċ.). Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, dan jindika ksur potenzjali tad-Direttiva 2008/1/KE. |
B. BIDLIET SOSTANZJALI matul il-perjodu tar-rappurtar (l-1 ta’ Jannar 2012 – il-31 ta’ Diċembru 2013).
|
3. |
Għadd ta’ bidliet sostanzjali meħuda matul il-perjodu ta’ rappurtar mingħajr permess maħruġ skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/1/KE: għadd ta’ bidliet sostanzjali magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti li effettivament kienu implimentati mill-operaturi mingħajr permess kif mitlub mill-Artikolu 12(2). |
Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, dan jindika ksur potenzjali tad-dispożizzjoni IPPC.
C. KUNSIDERAZZJONI MILL-ĠDID u AĠĠORNAMENT TAL-PERMESSI matul il-perjodu tar-rappurtar (l-1 ta’ Jannar 2012 – il-31 ta’ Diċembru 2013).
|
4. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ġie kkunsidrat mill-ġdid il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/1/KE: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew ikkunsidrati mill-ġdid skont l-Artikolu 13. |
|
5. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ġie aġġornat il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/1/KE: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew aġġornati skont l-Artikolu 13. |
|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/54 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Settembru 2011
li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6504)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/632/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Direttiva 2000/76/KE, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva kull tliet snin fuq il-bażi ta’ kwestjonarju elaborat mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni stabbiliet żewġ kwestjonarji. It-tieni wieħed, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/731/UE (2), kopra s-snin 2009, 2010 u 2011. |
|
(3) |
Minħabba li l-kwestjonarju stabbilit bid-Deċiżjoni 2010/731/UE għandu jintuża għar-rappurtar sal-31 ta’ Diċembru 2011, għandu jiġi stabbilit kwestjonarju ġdid għall-perjodu ta’ rappurtar tat-tliet snin li jmiss, billi tiġi kkunsidrata l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE u mill-użu tal-kwestjonarji preċedenti. Madankollu, minħabba l-fatt li mis-7 ta’ Jannar 2014 id-Direttiva 2000/76/KE għandha titħassar u tiġi sostiwita bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (3), il-kwestjonarju l-ġdid għandu jkopri biss sentejn, jiġifieri l-2012 u l-2013. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni 2010/731/UE għandha tiġi sostitwita. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (4). |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju ppreżentat fl-Anness għar-rappurtar dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE.
2. Ir-rapporti li għandhom jitressqu għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/731/UE hija mħassra b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91
(2) ĠU L 315, 1.12.2010, p. 38.
ANNESS
Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart
Noti ġenerali:
Dan it-tielet kwestjonarju skont id-Direttiva 2000/76/KE jkopri l-perjodu mill-2012 sal-2013. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-informazzjoni diġà miksuba permezz tal-kwestjonarji preċedenti, dan il-kwestjonarju jiffoka fuq il-bidliet u l-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni proprja tad-Direttiva. Peress li d-Direttiva 2000/76/KE għandha titħassar mis-7 ta’ Jannar 2014 u għandha tiġi sostitwita bid-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED), il-perjodu ta’ rappurtar huwa limitat għal sentejn minflok tliet snin.
Sabiex tkun żgurata l-kontinwità u sabiex ikun jista’ jsir tqabbil dirett mar-reazzjonijiet preċedenti, il-kwestjonarju ma jbiddilx l-approċċ ġenerali li jinsab fid-Deċiżjoni 2010/731/UE. F’dawk il-każijiet fejn il-mistoqsijiet huma simili għal dawk tal-kwestjonarju preċedenti, tista’ sempliċiment issir referenza għat-tweġibiet preċedenti fejn is-sitwazzjoni ma nbidlitx. Jekk kien hemm żviluppi ġodda, dawn għandhom jiġu deskritti fi tweġiba ġdida.
1. L-għadd ta’ impjanti u permessi
|
1.1 |
Jekk jogħġbok, agħti l-informazzjoni li ġejja dwar l-għadd ta’ impjanti (impjanti mqassma bejn impjanti ta’ inċinerazzjoni u ta’ koinċinerazzjoni) li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2000/76/KE, kif ukoll dwar il-permessi u l-kapaċitajiet permessi tagħhom:
|
|
1.2 |
Jekk jogħġbok ipprovdi lista tal-impjanti kollha li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2000/76/KE, u indika l-informazzjoni li ġejja għal kull wieħed minn dawk l-impjanti b’kapaċità ta’ iktar minn 2 tunnellati fis-siegħa:
|
2. Jekk jogħġbok iddeskrivi kwalunkwe problema li ġiet identifikata fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE bid-definizzjonijiet li ngħataw fl-Artikolu 3. Agħti informazzjoni speċifika għal kull definizzjoni li għaliha huma identifikati l-problemi.
3. Kien hemm xi impjanti mobbli li rċevew permessi skont id-Direttiva 2000/76/KE?
4. Jekk jogħġbok indika l-kategoriji tal-iskart li kienu koinċinerati, maqsuma skont it-tip ta’ impjant ta’ koinċinerazzjoni (fran tas-siment, impjanti ta’ kombustjoni, faċilitajiet industrijali oħrajn li mhumiex koperti bl-Anness II.1 jew II.2).
Jekk jogħġbok indika l-kodiċijiet tal-Katalogu Ewropew tal-Iskart (fakultattiv)
Jekk jogħġbok, identifika l-kapaċità permessa mogħtija għall-koinċinerazzjoni f’dawn l-impjanti (fakultattiv)
5. Kemm hemm impjanti ta’ koinċinerazzjoni li huma soġġetti għal-limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness V għad-Direttiva 2000/76/KE (jiġifieri meta ssir l-koinċinerazzjoni ta’ skart muniċipali li ma jkunx trattat, jew meta iktar minn 40 % tas-sħana rilaxxata jirriżulta mill-kombustjoni ta’ skart perikoluż)?
6. X’dispożizzjonijiet saru fil-proċess ta’ permess għal:
|
(a) |
L-identifikazzjoni ta’ kwantitajiet u kategoriji ta’ skart perikoluż li jista’ jiġi trattat? |
|
(b) |
Il-flussi minimi u massimi ta’ skart perikoluż li jrid jiġi trattat? |
|
(ċ) |
Il-medda ta’ valuri kalorifiċi ta’ skart perikoluż permess? |
|
(d) |
Ir-restrizzjonijiet tal-kontenut ta’ sustanzi li jniġġsu, eżempju PCB, PCP, kloru, fluworu, kubrit, metalli tqal? |
7. Liema skart ġie kkunsidrat bħala “mhux xieraq” biex jittieħed kampjun rappreżentattiv?
8. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-ħinijiet u t-temperaturi tar-residenza [ta’ permanenza] tal-gass tal-forn kif stipulati fl-Artikolu 6(1) u 6(2) tad-Direttiva 2000/76/KE, ingħataw xi awtorizzazzjonijiet għal kundizzjonijiet differenti ta’ operat skont l-Artikolu 6(4)? Jekk it-tweġiba hija “iva”, jekk jogħġbok indika:
|
(a) |
Kemm ingħataw awtorizzazzjonijiet? |
|
(b) |
Fejn din id-dejta hija disponibbli, jekk jogħġbok iddeskrivi r-raġunijiet għall-għoti tad-deroga/i għal għadd ta’ każijiet rappreżentattivi kif ukoll għall-informazzjoni li ġejja:
|
9. Fir-rigward tal-ifran tas-siment użati għall-koinċinerazzjoni tal-iskart, ingħataw xi eżenzjonijiet mil-limiti ta’ emissjoni għall-NOx, trab, SO2 jew TOC skont l-Anness II.1? Jekk it-tweġiba hija “iva”, jekk jogħġbok indika dan li ġej:
|
(a) |
kemm ingħataw eżenzjonijiet; |
|
(b) |
fejn din id-dejta hija disponibbli, jekk jogħġbok iddeskrivi r-raġunijiet għall-għoti tad-deroga/i għal għadd ta’ każijiet rappreżentattivi kif ukoll għall-informazzjoni li ġejja:
|
10. Għar-rilaxxi mill-impjanti ta’ inċinerazzjoni u ta’ koinċinerazzjoni fl-arja, ġew stabbiliti valuri tal-limiti ta’ emissjoni differenti minn dawk mogħtija fl-Anness II jew fl-Anness V, kif xieraq? Jekk it-tweġiba hija “iva” u fejn dik id-dejta hija disponibbli, jekk jogħġbok identifika:
|
(a) |
l-impjanti li japplikaw għalihom, jiġifieri l-impjanti ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni, u għal dan tal-aħħar indika t-tip ta’ impjant; |
|
(b) |
liema minn dawn l-impjanti huma “ġodda” jew “eżistenti”; |
|
(ċ) |
is-sustanzi li jniġġsu li għalihom japplikaw il-valuri tal-limiti u l-valuri tal-limiti stabbiliti; |
|
(d) |
għaliex jiġu applikati dawn il-valuri tal-limiti; |
|
(e) |
is-sistema ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet għal dawn is-sustanzi li jniġġsu (kontinwament jew mhux kontinwament, u għal dan tal-aħħar indika l-frekwenza). |
11. Għas-sustanzi li jniġġsu elenkati fl-Anness IV għad-Direttiva 2000/76/KE, kif huma ddeterminati l-valuri tal-limiti ta’ emissjoni għall-iskarigi [ir-rimi] tal-ilma tal-iskart mit-tagħmir tat-tindif tal-gass taċ-ċumnija [tal-gass tal-egsost] fl-ambjent akkwatiku? Jekk jogħġbok indika dawk il-każijiet fejn il-valuri tal-limiti tal-emissjoni għal dawk is-sustanzi li jniġġsu huma differenti minn dawk fl-Anness IV.
12. Fil-każ li ġew stabbiliti valuri tal-limiti ta’ emissjoni għal sustanzi li jniġġsu addizzjonali skargati [mormija] fl-ilma, imqabbla mas-sustanzi li jniġġsu speċifikati fl-Anness IV:
|
(a) |
għal liema impjanti japplikaw (jiġifieri l-impjanti ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni, “ġodda” jew “eżistenti”)? |
|
(b) |
għal liema sustanzi li jniġġsu japplikaw u x’inhuma l-valuri tal-limiti stabbiliti? |
|
(ċ) |
għaliex jiġu applikati dawn il-valuri tal-limiti? |
13. Liema parametri operattivi ta’ kontroll (pH, temperatura, rata tal-fluss, eċċ.) ġew stabbiliti fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni għar-rimi tal-ilma tal-iskart?
14. X’dispożizzjonijiet saru sabiex jiżguraw li l-ħamrija, l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta’ taħt l-art ikunu protetti skont l-Artikolu 8(7)?
15. Liema kriterji huma użati biex jiżguraw li l-kapaċità tal-ħażna tkun adegwata biex fejn meħtieġ l-ilma jiġi ttestjat u ttrattat qabel ma jintrema?
16. B’mod ġenerali, x’dispożizzjonijiet saru biex jiġu minimizzati l-kwantitajiet tar-residwi u l-ħsara kkaġunata minnhom li jirriżultaw mill-impjanti ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni?
17. Ir-rekwiżiti tal-permess għall-kejl tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja u l-parametri tal-proċess tal-ħidma [ta’ operat] huma identiċi għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 11(2)? Jekk le, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni dettaljata dwar li ġej:
|
(a) |
ir-raġuni għall-iddevjar mill-Artikolu 11(2), b’referenza għall-possibbiltajiet ta’ deroga msemmija fl-Artikolu 11(4) sa (7); |
|
(b) |
is-sustanza li tniġġes jew il-parametru konċernat u r-rekwiżit tal-kejl imponut. |
18. Ir-rekwiżiti tal-permess għall-kejl tas-sustanzi li jniġġsu fl-ilma huma identiċi għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 11(14) sa (15)? Jekk le, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni dettaljata dwar li ġej:
|
(a) |
ir-raġuni għall-iddevjar mill-Artikolu 11(14) sa (15); |
|
(b) |
is-sustanza li tniġġes jew il-parametru konċernat u r-rekwiżit tal-kejl imponut. |
19. Liema dispożizzjonijiet isiru fil-proċess tal-permess biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja:
|
(a) |
l-Artikolu 11(8); |
|
(b) |
l-Artikolu 11(9); |
|
(ċ) |
l-Artikolu 11(11); |
|
(d) |
l-Artikolu 11(12); |
|
(e) |
is-sistema ta’ konformità stabbilita fl-Artikolu 11(10). |
20. Liema dispożizzjonijiet isiru fil-proċess tal-permess biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-emissjonijiet fl-ilma:
|
(a) |
l-Artikolu 11(9); |
|
(b) |
Is-sistema ta’ konformità stabbilita fl-Artikolu 11(16). |
21. Jekk jogħġbok iddeskrivi kwalunkwe gwida uffiċjali li ġiet żviluppata dwar il-produzzjoni ta’ dejta medja tal-emissjonijiet li tiġi vvalidata kuljum (l-Artikolu 11(11)? Jekk jogħġbok agħti l-indirizz elettroniku fil-każ li dan huwa disponibbli.
22. X’inhuma l-proċeduri sabiex tiġi infurmata l-awtorità kompetenti f’każ ta’ ksur tal-valur tal-limiti ta’ emissjoni?
23. X’arranġamenti saru sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess tal-permess (permessi ġodda u/jew aġġornati)? Jekk jogħġbok agħti d-dettalji, tal-inqas, dwar l-aspetti li ġejjin:
|
(a) |
bis-saħħa ta’ liema awtorità saret disponibbli għall-pubbliku l-applikazzjoni tal-permess; |
|
(b) |
il-perjodu li matulu l-pubbliku jista’ jikkummenta; |
|
(ċ) |
bis-saħħa ta’ liema awtorità d-deċiżjoni finali saret disponibbli. |
24. Fir-rigward tad-disponibbiltà tal-informazzjoni matul il-proċess ta’ permess:
|
(a) |
Hemm xi informazzjoni relatata ma’ aspetti ambjentali li mhijiex disponibbli pubblikament/parzjalment fl-applikazzjoni, fil-proċess ta’ deċiżjoni u fil-permess sussegwenti? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema informazzjoni. |
|
(b) |
Fejn din id-dejta hija disponibbli/parzjalment disponibbli, jekk jogħġbok speċifika jekk din l-informazzjoni hijiex disponibbli b’xejn u, jekk le, indika l-livelli ta’ ħlasijiet, u f’liema ċirkustanzi dawn il-ħlasijiet japplikaw. |
25. Għall-impjanti ta’ inċinerazzjoni u ta’ koinċinerazzjoni b’kapaċità nominali ta’ żewġ tunnellati jew iktar fis-siegħa, x’dispożizzjonijiet qed isiru sabiex l-operatur jintalab iressaq rapport annwali dwar il-funzjonament u l-monitoraġġ tal-impjant lill-awtortità kompetenti?
26. Jekk ikun provdut rapport annwali:
|
(a) |
X’informazzjoni jkun fih? |
|
(b) |
Il-pubbliku kif jista’ jkollu aċċess għal dan ir-rapport? |
27. Kif inhuma identifikati pubblikament l-impjanti ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni li jkollhom kapaċità nominali ta’ inqas minn żewġ tunnellati fis-siegħa?
28. Liema dispożizzjonijiet isiru fil-permess biex jiġi kkontrollat il-perjodu ta’ operat ta’ impjant ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni meta l-operat tiegħu jkun anormali (jiġifieri waqfien, tfixkil jew nuqqas fis-sistema ta’ tnaqqis jew ta’ monitoraġġ)?
29. Għall-proċessi ta’ inċinerazzjoni u ta’ koinċinerazzjoni, x’inhuma l-perjodi massimi ta’ operat permessi meta jkun hemm operat anormali qabel ma l-impjant ikollu jagħlaq:
|
(a) |
il-perjodu massimu permessibbli li matulu jinqabżu l-valuri tal-limiti ta’ emissjoni |
|
(b) |
it-tul ta’ żmien kumulattiv u massimu tal-perjodi f’sena waħda li matulu jinqabżu l-valuri tal-limiti ta’ emissjoni |
30. Xi rimarki oħrajn.