ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.237.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 237

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
14 ta' Settembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 914/2011 tat-13 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 605/2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman ( 1 )

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 915/2011 tat-13 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 916/2011 tat-13 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 237/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 914/2011

tat-13 ta’ Settembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 605/2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (2) li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman, jipprevedi li l-kunsinji tal-ħalib mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman, awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni, għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tiegħu għall-prodott bażiku kkonċernat (“il-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa”).

(2)

Għandu jiġi ċċarat li r-rekwiżit rigward l-użu tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa previsti f’dak ir-Regolament huwa bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni stipulati f’Atti oħra tal-Unjoni jew fi Ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

(3)

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa jispeċifikaw il-kodiċi tal-prodott bażiku għall-prodotti bażiċi koperti mir-Regolament (UE) Nru 605/2010 fuq il-bażi tad-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u l-Kodifika tal-Prodotti Bażiċi (“il-kodiċijiet HS”) tan-nomenklatura tat-tariffa miżmuma mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO).

(4)

Ċertu prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament (UE) Nru 605/2010 ma’ jaqgħux taħt il-kodiċijiet tal-prodotti bażiċi fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa. Sabiex ikun hemm identifikazzjoni aktar preċiża ta’ dawk il-prodotti bażiċi fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa, huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati u jiżdiedu l-kodiċijiet HS nieqsa, b’mod partikolari fir-rigward tal-kodiċijiet HS 35.01 u 35.02 (kaseina, kaseinati u albumini).

(5)

Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa li r-rekwiżiti rigward ir-residwi tal-antibijotiċi, il-kontaminanti u r-residwi tal-pestiċidi jistgħu jiġu bbażati fuq is-sejbiet tal-programmi uffiċjali ta’ monitoraġġ li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(6)

Għar-raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jiġu sostitwiti mill-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

“Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi stabbiliti f’atti oħra tal-Unjoni jew fi Ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.”

(2)

L-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ Novembru 2011, il-kunsinji tal-ħalib mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-ħalib li għalihom ikunu ħarġu ċ-ċertifikati tas-saħħa rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiddaħħlu fl-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness II, il-partijiet 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“PARTI 2

Mudell Milk-RM

Ċertifikat tas-Saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsub għall-ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum uman.

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Mudell Milk-RMP

Ċertifikat tas-Saħħaa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Mudell Milk-HTB

Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib tal-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

Image 9

Test ta 'immaġni

Mudell Milk-HTC

Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Image 10

Test ta 'immaġni

Image 11

Test ta 'immaġni

Image 12

Test ta 'immaġni

PARTI 3

Mudell Milk-T/S

Ċertifikat tas-Saħħa tal-Annimali għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman, għal [tranżitu] / [ħażna] (1) (2) fl-Unjoni Ewropea

Image 13

Test ta 'immaġni

Image 14

Test ta 'immaġni

14.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 237/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 915/2011

tat-13 ta’ Settembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

33,3

ZZ

33,3

0707 00 05

EG

135,3

TR

127,4

ZZ

131,4

0709 90 70

TR

124,0

ZZ

124,0

0805 50 10

AR

78,8

CL

87,4

MX

39,8

TR

67,0

UY

77,5

ZA

75,5

ZZ

71,0

0806 10 10

EG

156,9

TR

101,8

ZA

59,8

ZZ

106,2

0808 10 80

AR

147,6

CL

148,5

NZ

110,7

US

82,6

ZA

90,7

ZZ

116,0

0808 20 50

AR

215,6

CN

70,0

TR

121,0

ZA

126,6

ZZ

133,3

0809 30

TR

138,9

ZZ

138,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


14.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 237/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 916/2011

tat-13 ta’ Settembru 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)   ĠU L 236, 13.9.2011, p. 4.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-14 ta’ Settembru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

50,94

0,00

1701 11 90  (1)

50,94

0,00

1701 12 10  (1)

50,94

0,00

1701 12 90  (1)

50,94

0,00

1701 91 00  (2)

56,75

0,44

1701 99 10  (2)

56,75

0,00

1701 99 90  (2)

56,75

0,00

1702 90 95  (3)

0,57

0,18


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.